52013PC0677

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0677 final - 2013/0324 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fit-13 ta' Mejju 2009 "Memorandum ta' Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u Kummissjoni Ewropea rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Komunitajiet Ewropej" (il-MtF) ġie ffirmat f'Ġinevra. Il-MtQ ġie approvat mill-Kunsill permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2009 bħala ftehim internazzjonali tal-KE.

Il-MtQ jistipula l-passi differenti rigward l-Importazzjoni taċ-ċanga li ma tkunx ġiet ittrattata b’ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir fl-UE, kif ukoll l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kummerċjali mill-Istati Uniti kontra prodotti tal-UE bħala mit-tilwima tad-WTO dwar KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni). Dawn il-passi huma miġbura fi tliet fażijiet.

Taħt l-Ewwel Fażi, minn Awwissu 2009 sa Awwissu 2012, l-UE fetħet kwoti tariffarji awtonomi erga omnes għal 20 000 tunnellata ta’ “Ċanga ta’ Kwalità Għolja”,[1] u l-Istati Uniti naqqset il-livell ta’ sanzjonijiet applikati għal prodotti tal-UE.

Taħt it-Tieni Fażi, mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-UE fetħet kwota akbar għal 45 000 tunnellata ta’ Ċanga ta’ Kwalità Għolja,[2] u l-Istati Uniti ssospendiet is-sanzjonijiet kummerċjali kollha fuq prodotti tal-UE li jirriżultaw mit-tilwima dwar l-Ormoni.

Il-MtQ jipprevedi li, jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim li jidħlu fit-Tlielet Fażi sal-iskadenza tat-Tieni Fażi, il-MtQ għandu jitqies li jkun ġie terminat; madankollu, l-obbligi ċentrali tiegħu ta’ ftuħ ta' kwota għal ċanga ta’ kwalità għolja u li jissospendi s-sanzjonijiet kummerċjali kollha jibqgħu fis-seħħ għal sitt xhur oħra.

Bħalissa ma hemm l-ebda ftehim ta' dħul fit-Tielet Fażi, iżda t-terminazzjoni tal-MtQ mhijiex fl-interess tal-UE jew tal-Istati Uniti. Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jestendu t-Tieni Fażi sa Awwissu 2015, filwaqt li jitkomplew id-diskussjonijiet dwar it-Tielet Fażi.

L-emenda tal-MtQ tikkjarifika wkoll l-elementi tat-Tielet Fażi, jekk il-Partijiet jaqblu li jidħlu fiha fi tmiem it-Tieni Fażi estiża. Ir-regoli tal-MtQ dwar il-ġestjoni ta’ liċenzji ġew emendati wkoll sabiex tirrifletti s-sistema ta’ “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, introdotti fl-2012[3].

Il-MtQ rivedut ġie ffirmat f’ [xxx]

2.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-proposta tikkonsisti minn proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Memorandum ta’ Qbil Rivedut.

3.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Xejn.

2013/0324 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)       Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] ta' [4], il-Memorandum ta' Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat f', suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard.

(2)       Il-ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Memorandum ta' Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi [5].

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Il-Memorandum ta' Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea

Artikolu I  Ambitu u Għanijiet

Permezz ta' dan il-Qbil, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biħsiebhom jilħqu l-għanijiet li ġejjin:

1.           Li jipprovdu, fl-ewwel fażi (“Fażi 1”), għal temporanji u parzjali:

(a) Espansjoni mill-UE ta’ aċċess għas-suq għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja u

(b) Tnaqqis fil-livell ta’ dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-UE awtorizzati mid-WTO fl-1999 (“id-dazji ogħla”)

sabiex il-Partijiet jiksbu esperjenza f’kummerċ addizzjonali f’Ċanga ta’ Kwalità Għolja u jiffaċilitaw tranżizzjoni lejn kundizzjonijiet fit-tul;

2.           Biex jipprovdu l-opportunità li jmorru lejn it-tieni fażi (“Fażi 2”), għal:

(a) Espansjoni ulterjuri mill-UE ta’ aċċess għas-suq għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja u

(b) Tnaqqis għal żero ta' dazji ogħla

sabiex il-Partijiet jiksbu esperjenza f’kummerċ addizzjonali f’Ċanga ta’ Kwalità Għolja u jiffaċilitaw tranżizzjoni lejn kundizzjonijiet fit-tul; kif ukoll

3.           Li jkun hemm aktar opportunità għad-dħul ft-tielet fażi (“Fażi 3”) fir-rigward tat-tilwim tad-WTO bejn il-Partijiet, KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

Artikolu II L-Obbligi Ċentrali

1.           Fil-bidu tal-Fażi 1, l-UE se twaqqaf kwota tar-rata tariffarja awtonoma għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja ta’ kwantità annwali ta’ 20 000 Tunnellata Metrika piż tal-prodott, u li għalihom ir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota hija żero (0) fil-mija.

2.           L-UE se tiftaħ kwota ta’ rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1 sat-3 ta’ Awwissu 2009.

3.           Fir-rigward rigward id-dazji ogħla, l-Istati Uniti mhux se żżid mal-ambitu tiegħu, tibdel l-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal dazji ogħla jew iżżid il-livell ta’ dawn id-dazji kif kien fis-seħħ fit-23 ta’ Marzu 2009.

4.           Kemm-il darba l-Istati Uniti u l-UE jidħlu fit-Tieni Fażi, kif deskritt fl-Artikolu I.2, u nnegozjat taħt l-Artikolu IV.2:

(a) L-UE se żżid il-kwantità ta’ kwota ta’ rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1 għal 45 000 tunnellati metriċi piż tal-prodott u

(b) L-Istati Uniti għandha tissospendi kull dazji miżjudin imposti f’konnessjoni ma’ proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim tad-WTO fil-KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

5.           Kemm-il darba l-Istati Uniti u l-UE jidħlu fit-Tielet Fażi, kif deskritt fl-Artikolu I.3, u nnegozjat taħt l-Artikolu IV.3:

(a) L-UE se żżid il-kwantità ta’ kwota ta’ rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1, għal-livell speċifikat fil-paragrafu 4(a) u

(b) L-Istati Uniti tissospendi kull dazji miżjudin imposti f’konnessjoni ma’ proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim tad-WTO fil-KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

Artikolu III Ġestjoni tal-Kwota

1.           Il-Partijiet jaqblu li l-kwota tar-rata tariffarja msemmija fl-Artikolu II se tiġi amministrats mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

2.           Il-Kummissjoni se timplimenta u tamministra kwota tar-rata tariffarja stipulata f’dan il-Qbil skont l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, inklużi n-noti interpretattivi tiegħu. Il-Kummissjoni se tagħmel kull sforz biex tamministra l-kwota tar-rata tariffarja msemmija fl-Artikolu II b’mod li jippermetti lill-importaturi li jutilizzawha b’mod sħiħ.

Artikolu IV Monitoraġġ u Konsultazzjonijiet

1. 1.       L-Istati Uniti u l-UE se:

(a) Jimmonitorjaw u jirrivedu t-tħaddim ta’ dan il-Qbil u,

(b) Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, imexxu konsultazzjonijiet bilaterali addizzjonali rigward it-tħaddim ta’ dan il-Qbil, inklużi kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-kwota, sa mhux iktar tard minn tletin (30) jum mill-wasla tat-talba bil-miktub għal konsultazzjonijiet.

2.           L-Istati Uniti u l-UE se, mhux aktar tard minn tmintax-il (18) xahar mid-data speċifikata fl-Artikolu II.2, jiltaqgħu sabiex jirrevedu t-tħaddim tal-Ewwel Fażi bl-għan li jidħlu fit-Tieni Fażi.

3.           Kemm-il darba l-Istati Uniti u l-UE jidħlu fit-Tieni Fażi, l-Istati Uniti u l-UE se, mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data li fiha l-UE timplimenta l-obbligu stabbilit fl-Artikolu II.4(a), jiltaqgħu sabiex jirrevedu t-tħaddim tat-Tieni Fażi bil-għan li jidħlu fit-Tielet Fażi. Din ir-reviżjoni għandha b’mod partikolari tkopri, inter alia, il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) It-tul tat-Tielet Fażi,

(b) L-istatus u l-effetti tal-Qbil fir-rigward tal-Qbi; dwar Regoli u Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni ta’ Tilwim (DSU),

(c) Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità mat-termini tal-Qbil minn waħda mill-Partijiet, u

(d) L-istatus u d-disposizzjoni ta’ kwalunkwe proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwima KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

4.           Wara l-konklużjoni tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 3, jekk il-Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul fit-Tielet Fażi, il-Partijiet jistgħu, billi tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu V.5, jemendaw il-Qbil sabiex jirrifletti l-konklużjonijiet miftiehma ta’ dik ir-reviżjoni. Din l-emenda mhix se tibdel l-obbligi ewlenin kif imsemmijin fl-Artikolu II.5.

5.           Bħala parti minn din ir-reviżjoni, il-partijiet qablu li jimmodifikaw dan il-Qbil f' [data tal-firma].

Artikolu V  Tul ta’ żmien, Irtirar u Emendar

1.           L-Ewwel Fażi se ddum tliet (3) snin mid-data speċifikata fl-Artikolu II.2.

2.           It-Tieni Fażi se ddum tliet (3) snin mid-data li fiha l-Partijiet ikunu daħlu fit-Tieni Fażi.

3.           It-Tielet Fażi għandha tibda fuq notifika lill-Korp tas-Soluzzjoni għat-Tilwim tad-WTO f’dan is-sens.

4.           Jew l-Istati Uniti jew l-UE jistgħu jirtiraw minn dan il-Qbil billi javżaw bil-miktub lill-Parti l-oħra. F’każ li naħa miż-żewġ partijiet tkun ipprovdiet tali avviż bil-miktub, dan il-Qbil għandu jiskadi sitt (6) xhur mid-data tal-wasla ta’ tali avviż. F’każ li ż-żewġ partijiet ikunu pprovdew tali avviż bil-miktub, dan il-Qbil għandu jiskadi sitt (6) xhur mid-data l-iktar bikrija tal-wasla ta’ tali avviż. Matul dawn sitt (6) xhur, l-obbligi ewlenin, kif definiti fl-Artikolu II, applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-irtirar l-avviż, se jinżamm miż-żewġ Partijiet.

5.           L-Istati Uniti u l-UE jistgħu jemendaw dan il-Qbil bi ftehim reċiproku bil-miktub.

Artikolu VI Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Qbil, “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tfisser:

            Il-qatgħat taċ-ċanga li jinkisbu minn karkassi ta’ erieħ u għoġġiela b’età ta’ inqas minn 30 xahar li, tal-anqas matul l-aħħar 100 jum qabel il-qatla, ikunu ngħalfu b’dieta li tinkludi mhux inqas minn 62 fil-mija ta’ konċentrati u/jew koprodotti tal-għalf tal-qamħ, abbażi ta’ materja niexfa, li jilħqu jew jisbqu kontenut tal-enerġija metabolizzabbli ta’ ’l fuq minn 12.26 megajoules kull kilogramm ta’ materja niexfa. L-erieħ u l-għoġiela li jingħalfu d-dieta deskritta fil-punt 1 għandhom jingħalfu, bħala medja, mhux inqas minn 1.4 fil-mija ta' piż ħaj tal-ġisem kuljum abbażi ta’ materja niexfa.

            Il-karkassi li minnhom ġejjin il-qatgħat taċ-ċanga għandhom jiġu evalwati minn evalwatur impjegat mill-gvern nazzjonali, li jibbaża l-evalwazzjoni, u l-klassifikazzjoni tal-karkassi li tirriżulta minnha fuq metodu approvat mill-gvern nazzjonali. Il-metodu ta’ evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-gvern nazzjonali għandhom jevalwaw il-kwalità mistennija tal-karkassa bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi rigward il-maturità tal-karkassa u rigward kemm il-qatgħat taċ-ċanga jkunu xierqa għall-palat. Tali metodu ta’ evalwazzjoni tal-karkassa għandu jinkludi, iżda ma għandux ikun limitat għal, evalwazzjoni tal-karatteristiċi ta’ maturità tal-lewn u tal-konsistenza tal-muskolu longissimus dorsi, tal-għadam u tal-qarquċa, kif ukoll evalwazzjoni ta’ kemm il-laħam mistenni li jkun xieraq għall-palat, b’kombinazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet definiti tax-xaħam ta’ bejn il-muskoli u tas-sodizza tal-muskolu longissimus dorsi.

            Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettjati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

            L-indikazzjoni “High Quality Beef” tista’ tiżdied mal-informazzjoni fuq it-tikketta.

Artikolu VII Riżervazzjoni ta’ Drittijiet

1.           L-ebda Parti ma għandha titlob l-istabbiliment ta’ panel skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU f’KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) matul il-Fażi 2 jew il-Fażi 3 ta’ dan il-Qbil.

2.           La dan il-Qbil u lanqas it-teħid ta' kwalunkwe passi mill-Partijiet maħsuba b’dan il-Qbil ma jippreġudikaw nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet rigward jekk ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB f’KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) ġewx implimentati.

3.           Minbarra kif speċifikament imsemmi hawnhekk, dan il-Qbil huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Uniti u tal-UE skont il-Ftehimiet tad-WTO.

Artikolu VIII  Relazzjoni ma’ drittijiet tad-WTO

1.           Il-Partijiet jipprevedu li Fażi 3 tkun tinvolvi t-terminazzjoni tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 22.7 tad-DSB, magħmula mid-DSB fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Lulju, 1999, u li ma tittieħed l-ebda azzjoni oħra taħt id-DSU fir-rigward ta' DS26.

2.           Dan il-Qbil u l-pass taħt id-DSU msemmi fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet ta’ xi parti sabiex tibda tilwima ġdida skont id-DSU.

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1.

[2]               Ir-Regolament (UE) Nru 464/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta' Mejju 2012, ĠU L 149, 8.6.2012, p. 1.

[3]               Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja, ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9.

[4]               ĠU L , , p. .

[5]               Id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.