52013PC0630

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0630 final - 2013/0310 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fl-24 ta’ Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Kroazja, mal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (tal-1 ta' April 2009) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Dawn in-negozjati saru fid-19 ta' Novembru 2012 u fl-10 ta' Jannar 2013. Wara aktar kjarifiki tekniċi u korrispondenza, l-awtoritajiet Albaniżi infurmaw dwar il-qbil tagħhom mal-abbozz tal-Protokoll propost mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2013. It-test tal-abbozz tal-Protokoll huwa mehmuż.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u jikkonkludi l-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Għall-konklużjoni tal-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA.

Il-proposta mehmuża hija għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill:

– jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea.

2013/0310 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja anness mat-Trattat tal-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1)       Fl-24 ta’ Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, mal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

(2)       Dawn in-negozjati tlestew b’suċċess u fid-dawl tal-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea.

(3)       L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(4)       Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-'Protokoll') huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistabbilixxi l-istrument ta' setgħat sħaħ lill-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex jiffirma(w) il-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Partijiet kontraenti għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u

L-UNJONI EWROPEA u L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni Ewropea",

minn naħa, u

R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Albanija”,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

Billi:

(1) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-FSA") ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Ġunju 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2009.

(2) It-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat tal-Adeżjoni") ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

(3) Il-Kroazja ssieħbet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(4) Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA għandha tiġi mifthiema permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA.

(5) Saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 36(3) tal-FSA sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Albanija msemmija f’dan il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Taqsima I

Il-Partijiet Kontraenti

Artikolu 1

Il-Kroazja hija Parti fil-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta' Ġunju 2006 u rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tadotta u tieħu nota tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u d-Dikjarazzjonijiet Unilaterali mehmuża mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

AĠĠUSTAMENTI FIT-TEST TAL-FSA INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Taqsima II

Prodotti Agrikoli

Artikolu 2

Prodotti Agrikoli sensu stricto

1.           L-Anness II(c) tal-FSA jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan il-Protokoll.

Taqsima III

Regoli tal-Oriġini

Artikolu 3

L-Anness IV tal-Protokoll 4 għall-FSA jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II ta' dan il-Protokoll.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Taqsima IV

Artikolu 4

WTO

L-Albanija timpenja ruħha li la jkollha pretensjonijiet, la tagħmel talbiet jew referenzi u lanqas tibdel jew tirtira konċessjonijiet skont il-GATT 1994 l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII b'rabta ma' dan it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Prova tal-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.           Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, tiġi aċċettata fil-pajjiżi rispettivi prova tal-oriġini maħruġa kif suppost mill-Albanija jew mill-Kroazja jew li ġiet kompilata fil-qafas ta’ ftehim preferenzjali applikat bejniethom sakemm:

(a) il-ksib ta' din l-oriġini jagħti trattament b'tariffi preferenzjali abbażi tal-miżuri tat-tariffi preferenzjali fil-FSA;

(b) il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu jew ġew kompilati mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni;

(c) il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali f’perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni.

Meta l-oġġetti jiġu ddikjarati għall-importazzjoni fl-Albanija jew fil-Kroazja, qabel id-data tal-adeżjoni, il-prova tal-oriġini li nħarġet jew ġiet kompilata permezz ta' ftehim preferenzjali tista’ wkoll tiġi aċċettata b’kundizzjoni li t-tali prova tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni

2.           L-Albanija u l-Kroazja huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta’ “esportaturi approvati” fil-qafas ta’ ftehim preferenzjali applikat bejniethom sakemm:

(a) it-tali dispożizzjoni tiġi prevista wkoll fil-FSA konkluż qabel id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja bejn l-Albanija u l-Unjoni Ewropea; u

(b) l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ skont dak il-ftehim.

(c) Dawn l-awtorizzazzjonijiet jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skont il-kundizzjonijiet tal-FSA.

3.           It-talbiet għall-verifika sussegwenti tal-prova tal-oriġini maħruġa skont il-ftehim preferenzjali msemmi fil-paragrafu 1 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Albanija jew tal-Kroazja għal perjodu ta’ tliet snin wara li tkun inħarġet il-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta’ tliet snin wara l-aċċettazzjoni tal-prova tal-oriġini ppreżentata lil dawk l-awtoritajiet bħala appoġġ għal dikjarazzjoni ta’ importazzjoni.

Artikolu 6

Oġġetti fi tranżitu

1.           Id-dispożizzjonijiet tal-FSA jistgħu jiġu applikati għall-oġġetti esportati mill-Albanija għall-Kroazja jew mill-Kroazja għall-Albanija, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 għall-FSA u li fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja jkunu jew en route jew maħżuna temporanjament f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa fl-Albanija jew fil-Kroazja.

2.           F’każijiet bħal dawn jista’ jingħata trattament preferenzjali, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta' prova tal-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

Artikolu 7

Kwoti fl-2013

Għas-sena 2013, il-volumi tal-kwoti tariffarji ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, billi titqies il-parti tal-perjodu li għaddiet qabel l-1 ta' Lulju 2013.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Taqsima V

Artikolu 8

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu jkunu parti integrali mill-FSA.

Artikolu 9

1.           Dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u mir-Repubblika tal-Albanija skont il-proċeduri tagħhom stess.

2.           Il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1. L-istrumenti tal-approvazzjoni jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

1.           Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument tal-approvazzjoni.

2.           Jekk sal-1 ta' Lulju 2013 ma jkunux ġew iddepożitati l-istrumenti kollha tal-approvazzjoni ta' dan il-Protokoll, dan tal-aħħar japplika b'mod proviżorju b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll huwa mħejji f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u fil-lingwa Albaniża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Artikolu 12

It-test tal-FSA, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu jitħejjew bil-lingwa Kroata, u dawn it-testi jkunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni japprova dawn it-testi.

ANNESS I

Anness II(c)

Konċessjonijiet tariffarji Albaniżi għall-prodotti primarji tal-agrikoltura li joriġinaw fil-Komunità

(li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27(3)(c))

Kodiċi NM || Deskrizzjoni || Kwota Annwali (f'tunnellati) || Rata ta’ dazju ġewwa l-kwota

0401 10 10 || ĦALIB U KREMA B’KONTENUT TA’ XAĦAM BIL-PIŻ TA’ < = 1 %, F’PAKKI DIRETTI TA’ < = 2 L, MHUX KONĊENTRATI U MINGĦAJR IŻ-ŻIEDA TA’ ZOKKOR JEW TA’ XI MATERJAL IEĦOR BIEX JAGĦMEL ĦELU || 790 || 0 %

0401 20 11 || ĦALIB U KREMA B’KONTENUT TA’ XAĦAM BIL-PIŻ TA’ <= 3 % IŻDA > 1 %, F’PAKKI DIRETTI TA’ < = 2 L, MHUX KONĊENTRATI U MINGĦAJR IŻ-ŻIEDA TA’ ZOKKOR JEW TA’ XI MATERJAL IEĦOR BIEX JAGĦMEL ĦELU

0401 20 91 || ĦALIB U KREMA B’KONTENUT TA’ XAĦAM BIL-PIŻ TA’ > 3 % IŻDA <= 6 %, F’PAKKI DIRETTI TA’ < = 2 L, MHUX KONĊENTRATI U MINGĦAJR IŻ-ŻIEDA TA’ ZOKKOR JEW TA’ XI MATERJAL IEĦOR BIEX JAGĦMEL ĦELU

1001 91 20 (li qabel kien 1001 90 91) || QAMĦ KOMUNI U ŻERRIEGĦA TAL-MESLIN || 42 000 || 0%

1001 99 00 (li qabel kien 1001 90 99) || SPELT, QAMĦ KOMUNI U MESLIN (ESKLUŻI Ż-ŻERRIEGĦA)

1005 90 00 || QAMĦIRRUM (ESKLUŻA Ż-ŻERRIEGĦA) || 10 000 || 0%

 

ANNESS II

Anness IV

TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA

Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha huwa mogħti hawn taħt, trid issir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1[2])) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с …. (2) преференциален произход.

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° … (1)) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr. … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidetud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ’αριθ. … (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L’exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° … (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2).

Verżjoni bil-Kroat

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. ... (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi ... (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni bit-Taljan

L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento (autorização aduaneira n.° … (1)), declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizaţia vamală nr. … (1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţială … (2).

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov štr. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Verżjoni bl-Albaniż

Eksportuesi i produkteve të përfshira në këtë dokument (autorizim doganor Nr. … (1)) deklaron që, përveç rasteve kur tregohet qartësisht ndryshe, këto produkte janë me origjinë preferenciale … ( 2 ).

............................................................................................................................................. (3)

(Post u data)

............................................................................................................................................. (4)

(Firma tal-esportatur. (Barra minn dan, l-isem tal-persuna li ttiffirma d-dikjarazzjoni jrid ikun indikat b'kitba ċara.)

[1]               ĠU C […], […], p. […].

[2]              

(1)           Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat, in-numru ta' awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

(2)           Għandha tiġi indikata l-oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirrigwarda, kompletement jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.

(3)           Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun inkluża fid-dokument innifsu.

(4)           F’każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju."