Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati /* COM/2013/0586 final - 2013/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-Artikolu 3(4) tal-Att tal-2011 ta’
Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jipprovedi li l-Kroazja taderixxi
mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I għall-Att
tal-Adeżjoni u li dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli għandhom
jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data
deċiża mill-Kunsill. Skont l-Artikolu 3(5) tal-Att
tal-Adeżjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq
rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew,
għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha
meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawn
il-konvenzjonijiet u l-protokolli u li jippubblika t-testi adattati f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-lista ta’ konvenzjonijiet u protokolli
fl-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni tinkludi l-Konvenzjoni
90/436/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa
doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’
intrapriżi assoċjati (il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ),
il-Konvenzjoni tal-21 ta’ Diċembru 1995 dwar
l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja mal-Konvenzjoni ta’
Arbitraġġ, il-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999 li
jemenda l-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ u l-Konvenzjoni tat-8
ta’ Diċembru 2004 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka,
l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja,
is-Slovenja u s-Slovakkja, mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ.
Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ ġiet emendata mill-Protokoll
tal-25 ta’ Mejju 1999, u mill-Konvenzjonijiet
tal-21 ta’ Diċembru 1995 u tat-8 ta’ Diċembru 2004.
Il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu
mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ bis-saħħa tal-Att
tal-Adeżjoni tal-2005. Id-Deċiżjoni 2008/492/KE
tat-23 ta’ Ġunju 2008 għamlet l-aġġustamenti
meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, u ddeterminat id-data tad-dħul
fis-seħħ tagħha, kif emendata, fir-rigward tal-Bulgarija u
r-Rumanija. Din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata biex tagħmel
l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni
tal-Kroazja mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, u li tiġi
ddeterminata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, kif emendata,
fir-rigward tal-Kroazja, skont l-Artikoli 3(4) u 3(5) tal-Att
tal-Adeżjoni 2011. Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-adeżjoni
tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar
l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament
tal-qligħ ta'
intrapriżi assoċjati IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni
tal-Kroazja u b'mod partikolari l-Artikoli 3(4) u 3(5) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni Ewropea[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[2], Billi: (1) Il-Konvenzjoni 90/436/KEE[3] (minn issa 'l quddiem
imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ”) ġiet iffirmata fi
Brussell fit-23 ta’ Lulju 1990 u daħlet fis-seħħ
fl-1 ta’ Jannar 1995. (2) Il-Konvenzjoni ta’
Arbitraġġ ġiet emendata minn Protokoll[4] iffirmat
fil-25 ta’ Mejju 1999, minn Konvenzjoni ffirmata
fil-21 ta’ Diċembru 1995[5],
minn Konvenzjoni ffirmata fit-8 ta’ Diċembru 2004[6], kif ukoll
bid-Deċiżjoni 2008/492/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008[7]. (3) L-Artikolu 3(4) tal-Att
ta' Adeżjoni tal-2011[8]
jipprevedi li l-Kroazja tissieħeb mal-konvenzjonijiet u l-protokolli
konklużi bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness I għall-Att ta'
Adeżjoni. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ
għall-Kroazja fid-data deċiża mill-Kunsill. (4) Skont l-Artikolu 3(5)
tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, il-Kunsill għandu jagħmel
l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba
l-adeżjoni lil dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli u jippubblika
t-testijiet adattati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni
ta' Arbitraġġ hija emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 2(2), il-punti (i) sa
(xxvii) jinbidlu b'dan li ġej: "(i) fil-Belġju: (a) impôt des personnes
physiques/personenbelasting (b) impôt des sociétés/vennootschapsbelasting (c) impôt des personnes
morales/rechtspersonenbelasting (d) impôt des non-résidents/belasting der
niet-verblijfhouders (e) taxe
communale et la taxe d'agglomération additionnelles à l'impôt des personnes
physiques/aanvullende gemeentebelasting en agglomeratiebelasting op de
personenbelasting (ii) fil-Bulgarija: (a) данък
върху
доходите на
физическите
лица (b)
корпоративен
данък (iii) fir-Repubblika Ċeka: (a) daň z přijmů fyzických osob (b) daň z přijmů právnických osob (iv) fid-Danimarka: (a) indkomstskat til staten (b) den kommunale indkomstskat (c) den amtskommunale indkomstskat (v) fil-Ġermanja: (a) Einkommensteuer (b) Koerperschaftsteuer Gewerbesteuer, safejn din it-taxxa tkun
ibbażata fuq qligħ min-negozju (vi) fl-Estonja: (a) tulumaks (vii) fl-Irlanda: (a) Cáin Ioncaim (b) Cáin Chorparáide (viii) fil-Greċja: (a) φόρος
εισοδήματος
φυσικών
προσώπων (b) φόρος
εισοδήματος
νομικών
προσώπων (c) εισφορά
υπέρ των
επιχειρήσεων
ύδρευσης και
αποχέτευσης (ix) fi Spanja: (a) Impuesto sobre la Renta de las Personas
Fisicas (b) Impuesto sobre Sociedades (c) Impuesto sobre la Renta de no Residentes (x) fi Franza: (a) impôt sur le revenu (b) impôt sur les sociétés (xi) fil-Kroazja: (a) porez na dohodak (b) porez na dobit (xii) fl-Italja: (a) imposta sul reddito delle persone fisiche (b) imposta sul reddito delle società (c) imposta regionale sulle attività produttive (xiii) f'Ċipru: (a) Φόρος
Εισοδήματος (b) Έκτακτη
Εισφορά για
την Άμυνα της
yημοκρατίας (xiv) fil-Latvja: (a) uzħēmumu ienākuma nodoklis (b) iedzīvotāju ienākuma nodoklis (xv) fil-Litwanja: (a) Gyventojų pajamų mokestis (b) Pelno mokestis (xvi) fil-Lussemburgu: (a) impôt sur le revenu des personnes physiques (b) impôt sur le revenu des collectivités impôt commercial, safejn din it-taxxa tkun
ibbażata fuq qligħ min-negozju (xvii) fl-Ugerija: (a) személyi jövedelemadó (b) társasági adó (c) osztalékadó (xviii) f'Malta: (a) taxxa fuq l-income (xix) fil-Pajjiżi l-Baxxi: (a) inkomstenbelasting (b) vennootschapsbelasting (xx) fl-Awstrija: (a) Einkommensteuer (b) Körperschaftsteuer (xxi) fil-Polonja: (a) podatek dochodowy od osób fizycznych (b) podatek dochodowy od osób prawnych (xxii) fil-Portugall: (a) imposto sobre o rendimento das pessoas
singulares (b) imposto sobre o rendimento das pessoas
colectivas (c) derrama para os municípios sobre o imposto
sobre o rendimento das pessoas colectivas (xxiii) fir-Rumanija: (a) impozitul pe venit (b) impozitul pe profit (c) impozitul pe veniturile obținute din
România de nerezidenți (xxiv) fis-Slovenja: (a) dohodnina (b) davek od dobička pravnih oseb (xxv) fis-Slovakkja: (a) daň z príjmov právnických osôb (b) daň z príjmov fyzických osôb (xxvi) fil-Finlandja: (a) valtion tuloverot/de statliga
inkomstskatterna (b) yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för
samfund (c) kunnallisvero/kommunalskatten (d) kirkollisvero/kyrkoskatten (e) korkotulon lähdevero/källskatten å
ränteinkomst (f) rajoitetusti verovelvollisen
lähdevero/källskatten för begränsat skattskyldig (xxvii) fl-Iżvezja: (a) statlig inkomstskatt (b) kupongskatt (c) kommunal inkomstskatt (xxviii) fir-Renju Unit: (a) Income Tax (b) Corporation Tax." (2) Fl-Artikolu 3(1), il-lista tinbidel
b'dan li ġej: "– fil-Belġju: De Minister van financiën jew rappreżentant
awtoriżżat, Le Ministre des finances jew rappreżentant
awtoriżżat, – fil-Bulgarija: Министъра
на финансите
или негов
упълномощен представител, – fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat, – fid-Danimarka: Skatteministeren jew rappreżentant
awtoriżżat, – fil-Ġermanja: Der Bundesminister der Finanzen jew
rappreżentant awtoriżżat, – fl-Estonja: Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat – fl-Irlanda: TheRevenue Commissioners jew rappreżentant
awtorizzat, – fil-Greċja: Ο
Υπουργός των
Οικονομικών jew
raġġreżemtant awtorizzat, – fi Spanja: El Ministro de Economía y Hacienda jew
rappreżentant awtoriżżat, – fi Franza: Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant
awtoriżżat, – fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant
awtorizzat, – fl-Italja: Il Capo del Dipartimento per le Politiche Fiscali
jew rappreżentant awtorizzat, – f'Ċipru: Ο
Υπουργός
Οικονομικών jew
rappreżentant awtorizzat, – fil-Latvja: Valsts ieņēmumu dienests, – fil-Litwanja: Finansu ministras jew rappreżentant
awtorizzat, – fil-Lussemburgu: Le Ministre des Finances jew rappreżentant
awtoriżżat, – fl-Ungerija: a pénzügyminiszter or an authorised
representative, – f'Malta: Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew
rappreżentant awtorizzat, – fil-Pajjiżi l-Baxxi: De Minister van financiën jew rappreżentant
awtoriżżat, – fl-Awstrija: Der Bundesminister für Finanzen jew
rappreżentant awtoriżżat, – fil-Polonja: Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat, – fil-Portugall: O Ministro das Finanças jew rappreżentant
awtoriżżat, – fir-Rumanija: Preşedintele Agenţiei Naţionale de
Administrare Fiscală sau un reprezentant autorizat, – fis-Slovenja: Ministrstvo za finance jew rappreżentant
awtorizzat – fis-Slovakkja: Minister financií jew rappreżentant
awtorizzat, – fil-Finlandja: Valtiovarainministeriö jew rappreżentant
awtoriżżat, Finansministeriet jew rappreżentant
awtoriżżat, – fl-Isvezja: Finansministern jew rappreżentant
awtoriżżat, – fir-Renju Unit: he Commissioners of Inland Revenue jew
rappreżentant awtorizzat, Artikolu 2 It-testi tal-Konvenzjoni ta'
Arbitraġġ u tal-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999,
flimkien mal-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u
tat-8 ta' Diċembru 2004, u d-Deċiżjoni 2008/492/KE
mfasslin fil-lingwa Kroata[9]
għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet
bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn ta' dawn it-testi. Artikolu 3 Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, kif
emendata mill-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet
tal-21 ta’ Diċembru 1995 u
tat-8 ta’ Diċembru 2004, mid-Deċiżjoni
2008/492/KE, kif ukoll minn din id-Deċiżjoni, tidħol
fis-seħħ fi XXX[data]
bejn il-Kroazja u kull Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha
effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L […], […], p. […]. [2] ĠU L […], […], p. […]. [3] Il-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja
f'konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi
assoċjati (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10) [4] Il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni
tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja
f'konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi
assoċjati (ĠU C 202, 16.7.1999, p. 1) [5] Il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja
mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni
mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati
(ĠU C 26, 31.1.1996, p. 1) [6] Il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika
Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru,
ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika
tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika
tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni
tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’
intrapriżi assoċjati (ĠU C 160, 30.6.2005, p. 1). [7] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u
tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar
l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament
tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 174,
3.7.2008, p. 1) [8] L-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u
t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21). [9] It-testi tal-konvenzjonijiet u tal-Protokoll u
tad-Deċiżjoni 2008/492/KE għandhom jiġu ppubblikati
f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.