Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) /* COM/2013/0535 final - 2013/0256 (COD) */
IL-MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Eurojust
twaqqfet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI[1] biex issaħħaħ
il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja fl-Unjoni Ewropea. Minn
dak iż-żmien, il-Eurojust ħaffet il-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u
l-prosekuzzjoni fl-indirizzar ta’ każijiet li jolqtu bosta Stati Membri.
Għenet biex tinbena fiduċja reċiproka u sabiex tgħaqqad
il-firxa wiesgħa ta’ sistemi u tradizzjonijiet legali tal-UE. Billi
solviet problemi legali fil-pront u identifikat l-awtoritajiet kompetenti
f’pajjiżi oħrajn, il-Eurojust ħaffet l-eżekuzzjoni
tat-talbiet ta’ kooperazzjoni u strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku.
Dawn is-snin raw it-tkabbir issoktat tal-organizzazzjoni f’dak li llum huwa
attur ċentrali fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet
kriminali. Il-ġlieda kontra l-kriminalità
organizzata u t-tkissir tal-organizzazzjonijiet kriminali għadhom sfida
ta’ kuljum. B’xorti ħażina, l-aħħar għaxar snin raw
żieda kbira ta’ kriminalità transfruntiera. Traffikar tad-drogi, traffikar
tal-bnedmin, terroriżmu u ċiberkriminalità, inkluża pornografija
tat-tfal huma wħud mill-eżempji. Karatteristika komuni ta’ dawn
l-oqsma kollha tal-kriminalità hija li jitwettqu b’mod transfruntier minn
gruppi ferm mobbli u flessibbli f’bosta ġurisdizzjonijiet u setturi
tal-kriminalità. Għalhekk, il-ġlieda effettiva kontrihom
teħtieġ rispons pan-Ewropew koordinat. Iż-żieda fid-dimensjoni
transfruntiera tal-kriminalità kif ukoll id-diversifikazzjoni tagħha
f’attivitajiet b’iktar minn tip wieħed ta’ reati jagħmluha iktar
diffiċli sabiex Stat Membru waħdu jaqbad u jindirizza l-kriminalità
transfruntiera, u b’mod partikolari l-kriminalità organizzata. F’dan
il-kuntest, ir-rwol tal-Eurojust fit-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja
u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati
Membri u fl-assistenza għall-investigazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi
terzi għadu kruċjali. Mat-Trattat ta’ Lisbona, iddaħħlu possibilitajiet
ġodda biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Eurojust
fl-indirizzar ta’ dawn il-forom ta’ kriminalità. L-Artikolu 85 tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jirrikonoxxi b’mod espliċitu l-missjoni
tal-Eurojust ta’ appoġġ u tisħiħ fil-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u
l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taffettwa żewġ
Stati Membri jew iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet
komuni. Għalhekk, importanti li jiġi żgurat li jsir l-aħjar
użu possibbli mill-Eurojust u li jitneħħa x-xkiel
għat-tħaddim effiċjenti tagħha.[2] Fl-2008 ġiet implimentata riforma vasta
tad-Deċiżjoni tal-Eurojust sabiex tissaħħaħ
il-Eurojust.[3]
Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni kienet l-4 ta’ Ġunju 2011.
L-implimentazzjoni kif suppost tad-Deċiżjoni hekk kif ġiet
emendata hija importanti, iżda ma għandhiex iżżomm lura
l-progress fl-indirizzar ta’ sfidi ġodda u t-titjib tal-funzjonament
tal-Eurojust filwaqt li żżomm dawk l-aspetti li saħħew
l-effettività operazzjonali tagħha. L-Artikolu 85 tat-TFUE jistipula wkoll li
l-istruttura, it-tħaddim, il-kamp ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust
għandhom jiġu ddeterminati minn regolamenti adottati skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Jeħtieġ ukoll li
jiddeterminaw arranġamenti biex ikunu involuti l-Parlament Ewropew u
l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust. Barra minn hekk, wara l-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni “L-aġenziji Ewropej – Il-mixja ’l quddiem”[4], il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jniedu djalogu interistituzzjonali biex
itejbu l-koerenza, l-effettività u l-ħidma tal-aġenziji
deċentralizzati, xi ħaġa li wasslet għall-ħolqien ta’
Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali (IIWG) f’Marzu 2009. Jindirizza
numru ta’ kwistjonijiet importanti, inkluż ir-rwol u l-pożizzjoni
tal-aġenziji fix-xenarju istituzzjonali tal-UE, il-ħolqien,
l-istruttura u t-tħaddim tagħhom, il-kwistjonijiet ta’ finanzjament,
baġitarji, ta’ sorveljanza u ta’ ġestjoni. Din il-ħidma wasslet
għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati
tal-UE, approvat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’Lulju 2012,
li huwa destinat li jittieħed f’kunsiderazzjoni fil-kuntest
tad-deċiżjonijiet kollha tagħhom fil-ġejjieni li jikkonċernaw
l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, wara analiżi ta’ każ
b’każ. Din il-proposta għal Regolament
tieħu f’kunsiderazzjoni dawn l-elementi kollha u tipprovdi qafas legali
wieħed u mġedded għal Aġenzija ġdida
għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) li hija
s-suċċessur legali tal-Eurojust kif imwaqqfa mid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. Filwaqt li jżomm dawk l-elementi li wrew
li huma effiċjenti fit-tmexxija u t-tħaddim tal-Eurojust,
ir-Regolament jimmodernizza l-qafas legali tagħha u jissimplifika
t-tħaddim u l-istruttura tagħha b’konformità mat-Trattat ta’ Lisbona
u r-rekwiżiti tal-Approċċ Komuni, sa fejn dan ikun possibbli. Peress li l-proposta għal dan
ir-Regolament hija adottata fl-istess ħin bħall-proposta għal
Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew, iddaħħlu dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat
li dan l-Uffiċċju jitwaqqaf mill-Eurojust kif meħtieġ
fl-Artikolu 86 tat-TFUE, u li l-Eurojust tista’ tappoġġjah. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI Biex tħejji għal dan ir-Regolament,
il-Kummissjoni kkonsultat partijiet interessati speċjalisti bosta drabi.
L-għan primarju tal-proposta huwa li tintuża l-opportunità offruta
mit-Trattat ta’ Lisbona biex il-Eurojust tiġi modernizzata billi
tingħata struttura tat-tmexxija mtejba li tnaqqas il-piż
amministrattiv li bħalissa huwa tal-Kulleġġ u tippermettilha
tiffoka fuq il-missjoni ewlenija tagħha. Fit-18 ta’ Ottubru 2012 il-Kummissjoni
organizzat laqgħa konsultattiva ma’ esperti mill-Istati Membri,
rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u
l-Eurojust biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati ma’ riforma possibbli skont
l-Artikolu 85 tat-TFUE. Il-kwistjonijiet inkludew governanza
msaħħa, involviment parlamentari fil-livell Ewropew u nazzjonali u
setgħat addizzjonali possibbli, kif ukoll rabtiet mal-iżvilupp
tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO). Il-laqgħa
appoġġjat b’mod ġenerali t-titjib tal-istruttura u l-effiċjenza
tal-governanza tal-Eurojust. Il-Eurojust ħadet sehem dirett ukoll
fil-proċess ta’ konsultazzjoni u tat is-sehem tagħha permezz ta’
kontribuzzjonijiet u laqgħat mal-Kummissjoni. Barra minn hekk, saru
taħditiet fuq ir-riforma fil-qafas ta’ Seminars differenti bħas-Seminar
Strateġiku “Il-Eurojust u t-Trattat ta’ Lisbona. Lejn azzjoni iktar
effettiva” (Bruges 20-22 ta’ Settembru 2010) u l-Konferenza Eurojust-ERA
“10 Snin tal-Eurojust: Kisbiet Operazzjonali u Sfidi Futuri”, li saret fl-Aja
fit-12 u t-13 ta’ Novembru 2012. Ġie diskuss ukoll il-ġejjieni
tal-Eurojust fil-laqgħa informali speċjali tal-Kunsill,
fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tal-Eurojust, fi Frar 2012. Il-fehmiet
tal-partijiet interessati nġabru wkoll permezz ta’ “Studju dwar
it-tisħiħ tal-Eurojust”[5], ordnat
mill-Kummissjoni, li ta ħarsa ġenerali tajba lejn il-kwistjonijiet
eżistenti u ppreżenta bosta alternattivi politiċi biex dawn
jiġu indirizzati. 3. IL-PROPOSTA 3.1. Il-bażi legali L-Artikolu 85 TFUE jipprovdi l-bażi
legali għall-proposta. Jippreskrivi l-użu ta’ Regolament. 3.2. Is-sussidjarjetà u
l-proporzjonalità Hemm bżonn ta’ azzjoni mill-UE
għaliex il-miżuri previsti għandhom dimensjoni intrinsika
tal-UE, peress li jimplikaw il-ħolqien ta’ entità li l-missjoni
tagħha hija li tappoġġja u ssaħħaħ il-koordinazzjoni
u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fir-rigward
tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar jew li
teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dan l-għan
jista’ jinkiseb biss fil-livell tal-UE, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. B’konformità mal-prinċipju ta’
proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hemm
bżonn biex jilħaq dan il-għan. 3.3. L-ispjegazzjoni tal-proposta
skont kapitoli L-għanijiet ewlenin tal-proposta huma: ·
żieda tal-effiċjenza tal-Eurojust billi
tingħata struttura tal-governanza ġdida; ·
titjib tal-effettività operazzjonali tal-Eurojust
permezz tad-definizzjoni omoġena tal-istatus u s-setgħat tal-Membri
Nazzjonali; ·
l-għoti ta’ rwol lill-Parlament Ewropew u
l-Parlamenti Nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust skont
it-Trattat ta’ Lisbona; ·
li l-qafas legali tal-Eurojust jinġieb
f’konformità mal-Approċċ Komuni, filwaqt li jiġi rispettat
bis-sħiħ ir-rwol speċjali tagħha rigward il-koordinazzjoni
ta’ investigazzjonijiet kriminali kurrenti; ·
l-iżgurar li l-Eurojust tista’ tikkoopera
mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ladarba
jitwaqqaf. 3.3.1. Kapitolu I:
L-għanijiet u l-kompiti Dan il-kapitolu jirregola t-twaqqif
tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni
fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) bħala s-suċċessur legali
tal-Eurojust kif stabbilit mid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. Jiddefinixxi wkoll il-kompiti u
l-kompetenza tagħha. Din tal-aħħar hija definita b’mod awtonomu
fl-abbozz tar-Regolament peremzz ta’ Anness. 3.3.2. Kapitolu II: L-istruttura
u l-organizzazzjoni tal-Eurojust Dan il-kapitolu fih uħud mill-elementi
ewlenin tar-riforma. It-Taqsima II hija ddedikata
għall-membri nazzjonali tal-Eurojust. Ir-riforma żżomm ir-rabta
tagħhom mal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom iżda fl-istess
ħin telenka b’mod espliċitu s-setgħat operazzjonali li
għandhom kollha kemm huma. Dan ser jippermettilhom jikkooperaw ma’ xulxin
u mal-awtoritajiet nazzjonali b’mod iktar effettiv. It-Taqsimiet III, IV u V jistabbilixxu
l-istruttura l-ġdida tal-Eurojust billi jirregolaw il-Kulleġġ,
il-Bord Eżekuttiv u d-Direttur Amministrattiv, rispettivament.
Il-governanza tal-Eurojust titjieb billi ssir distinzjoni ċara bejn
żewġ sawriet tal-Kulleġġ, skont jekk jeżerċitax funzjonijiet
operazzjonali jew maniġerjali. Dawn imsemmija l-ewwel jirreferu
għall-ħidma ċentrali tal-Eurojust fl-appoġġ u
l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet nazzjonali. Dawk imsemmija
l-aħħar huma relatati, pereżempju, mal-adozzjoni tal-programm
ta’ ħidma tal-aġenzija, il-baġit annwali jew ir-Rapport annwali.
Twaqqaf korp ġdid, il-Bord Eżekuttiv, biex iħejji
d-deċiżjonijiet maniġerjali tal-Kulleġġ u sabiex
jassumi direttament uħud mill-kompiti amministrattivi. Il-Kummissjoni hija
rappreżentata fil-Kulleġġ meta dan jeżerċita
l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu u fil-Bord Eżekuttiv.
Finalment, il-proċedura għall-ħatra, ir-responsabilitajiet u
l-kompiti tad-Direttur Amministrattiv huma spjegati b’mod ċar. Dan jintroduċi livell doppju ta’
governanza, kif previst fl-Approċċ Komuni, filwaqt li jżomm
l-għamla speċjali tal-Eurojust u jħares l-indipendenza
tagħha. Huwa wkoll kosteffettiv, u jikkontribwixxi
għall-effiċjenza tal-Eurojust, peress li l-membri nazzjonali ser
ikunu assistiti fi kwistjonijiet baġitarji u amministrattivi, li ser
jippermettilhom jiffokaw fuq il-kompiti operazzjonali tagħhom. 3.3.3. Kapitolu III:Il-kwistjonijiet
operazzjonali Dan il-kapitolu jżomm mekkaniżmi
eżistenti għall-effettività operazzjonali tal-Eurojust, inklużi
l-Koordinazzjoni Attiva (OCC), is-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali
tal-Eurojust (ENCS), l-iskambji ta’ informazzjoni u s-segwitu tat-talbiet
tal-Eurojust. Il-binja tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet
tal-Eurojust għadha l-istess. 3.3.4. Kapitolu IV:
L-Ipproċessar tal-Informazzjoni Dan il-kapitolu fih referenza
għar-Regolament 45/2001[6]
bħala r-reġim applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta
personali kollha fil-Eurojust. Barra minn hekk, ir-Regolament jippartikolarizza
u jikkomplimenta r-Regolament 45/2001 f’dak li għandha x’taqsam
id-dejta personali operazzjonali, billi jirrispetta l-ispeċifiċità
tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja filwaqt li jieħu
f’kunsiderazzjoni l-bżonn ta’ konsistenza u kompatibilità
mal-prinċipji rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta. Ir-restrizzjonijiet
fuq l-ipproċessar tad-dejta personali għadhom possibbli. Il-kapitolu jallinja wkoll
id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta
mar-Regolament 45/2001 u jieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards ta’
protezzjoni previsti fil-pakkett ta’ riforma dwar il-protezzjoni tad-dejta,
adottati mill-Kummissjoni f’Jannar 2012. Barra minn hekk, il-kapitolu
jipprevedi bidla importanti fil-mekkaniżmu ta’ superviżjoni.
Jistabbilixxi r-responsabilitajiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni
tad-Data (KEPD) fir-rigward tal-monitoraġġ tal-ipproċessar
tad-dejta personali kollha fil-Eurojust. Il-KEPD ser jieħu f’idejh
il-kompiti tal-Korp ta’ Sorveljanza Konġunta mwaqqaf
fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Eurojust. 3.3.5. Kapitolu V: Ir-relazzjonijiet
mal-imsieħba Dan il-kapitolu jirrifletti l-importanza
tas-sħubija u l-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u istituzzjonijiet, korpi u
aġenziji oħrajn tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-ewwel
nett dan jinkludi r-relazzjonijiet mas-Segretarjati tan-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew, in-Netwerk ta’ Esperti tat-Timijiet ta’
Investigazzjoni Konġunta u n-Netwerk dwar il-Ġenoċidji, li huma
ospitati mill-Eurojust. Jinkludi wkoll dispożizzjoni speċifika dwar
ir-relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. It-tieni, il-kooperazzjoni mal-Europol hija
partikolarment importanti, speċjalment fir-rigward tar-rwol tiegħu
fil-forniment ta’ informazzjoni lill-Eurojust b’konformità mal-Artikolu 85
tat-TFUE. Iddaħħlet dispożizzjoni speċifika biex tispjega
r-relazzjoni privileġġata bejn iż-żewġ aġenziji
sabiex tiżdied l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra forom
serji ta’ kriminalità internazzjonali fi ħdan il-kompetenza tagħhom.
Dan jinkludi mekkaniżmu għall-kontroverifika tas-sistemi ta’
informazzjoni rispettivi tagħhom u l-iżgurar ta’ skambju tad-dejta.
Id-dettalji prattiċi ser jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim. Spiss jinstabu rabtiet ma’ pajjiżi terzi
f’każijiet ta’ kriminalità serja u organizzata, u dan jagħmel
il-kooperazzjoni mill-qrib mat-tali pajjiżi kruċjali. It-Trattat ta’
Liżbona bidel il-mod li bih l-Unjoni Ewropea ssawwar ir-relazzjonijiet
esterni tagħha, u dawn il-bidliet jaffettwaw lill-aġenziji wkoll.
Minħabba f’hekk, l-aġenziji mhux ser jibqgħu jkunu jistgħu
jinnegozjaw ftehimiet internazzjonali huma stess – dawn il-ftehimiet ser
ikollhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 218 TFUE. Madankollu,
il-Eurojust ser tkun tista’ tikkonkludi ftehimiet ta’ ħidma biex
issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi
terzi, anki permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni. Il-ftehimiet internazzjonali
li kienu jeżistu qabel jibqgħu validi. 3.3.6. Kapitolu VI:
Id-dispożizzjonijiet finanzjarji Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom
l-għan li jimmodernizzaw il-baġit tal-Eurojust, it-twaqqif u
l-implimentazzjoni tagħha, il-preżentazzjoni tal-kontijiet u
d-dispożizzjonijiet ta’ rilaxx. 3.3.7. Kapitolu VII:
Id-dispożizzjonijiet dwar il-persunal Dawn id-dispożizzjonijiet jirriflettu
l-prinċipji tal-Approċċ Komuni filwaqt li jirrispettaw
l-ispeċifiċitajiet tal-Eurojust. L-għamla ibrida tal-Eurojust u
l-importanza tar-rabta operazzjonali bejn id-desks nazzjonali u l-Istati Membri
ta’ oriġini tagħhom jispjegaw li s-salarji u l-emolumenti tat-tali
persunal jiġġarrbu mill-Istati Membri. Id-Direttur Amministrattiv
tal-Eurojust għadu jinħatar mill-Kulleġġ tal-Eurojust
iżda fuq il-bażi ta’ lista ristretta mfassla mill-Kummissjoni, wara
proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Dan jirrispetta
l-awtonomija tal-aġenzija filwaqt li jiggarantixxi evalwazzjoni
rigoruża tal-kandidati. Hija prevista proċedura simili
għas-sensja tad-Direttur Amministrattiv. 3.3.8. Kapitolu VIII:
L-Evalwazzjoni u r-Rapportar Dan il-kapitolu jallinja l-qafas legali
tal-Eurojust mal-leġittimità demokratika miżjuda tal-Eurojust
meħtieġa mit-Trattat ta’ Lisbona. Jispjega l-involviment
tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni
tal-attivitajiet tal-Eurojust. Dan isir b’mod kosteffiċjenti, fuq
il-bażi tar-Rapport Annwali tal-Eurojust, filwaqt li tinżamm
l-indipendenza operazzjonali tal-Eurojust. Issir ukoll evalwazzjoni perjodika
ġenerali tal-Eurojust b’konformità mal-Approċċ Komuni. 3.3.9. Kapitolu IX:
Id-dispożizzjonijiet ġenerali u finali Dan il-kapitolu fih dispożizzjonijiet
biex jallinja r-Regolament tal-Eurojust mal-Approċċ Komuni, kif ukoll
dawk relatati mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. 4. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Ma
hemm l-ebda implikazzjonijiet ta’ spejjeż tar-riforma ta’ governanza
(“bord ta’ amministrazzjoni” dahar ma’ dahar mal-Kulleġġ) u ma hemm
l-ebda kompitu ġdid previst għall-Eurojust f’din il-proposta,
minbarra l-appoġġ lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew, li għandu jsir fuq bażi mingħajr spejjeż. 2013/0256 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea
għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 85
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li bagħtu l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-Eurojust twaqqfet permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI[7] bħala korp tal-Unjoni
Ewropea b’personalità ġuridika biex tistimola u ttejjeb il-koordinazzjoni
u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati
Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriminalità organizzata serja.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/ĠAI[8] u d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/426/ĠAI[9]
dwar it-tisħiħ tal-Eurojust emendaw il-qafas legali tal-Eurojust. (2) L-Artikolu 85
tat-Trattat jipprovdi sabiex il-Eurojust tkun irregolata minn regolament,
adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Jeħtieġ ukoll id-determinazzjoni ta’ arranġamenti biex
il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali jkunu involuti fl-evalwazzjoni
tal-attivitajiet tal-Eurojust. (3) L-Artikolu 85 tat-Trattat
jistabbilixxi wkoll li l-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li
tappoġġja u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u
l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taffettwa żewġ
Stati Membri jew iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet
komuni, fuq il-bażi ta’ operazzjonijiet imwettqa u informazzjoni pprovduta
mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Europol. (4) Peress li
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitwaqqaf
mill-Eurojust, dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet
meħtieġa biex jiġu rregolati r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. (5) Filwaqt li
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu
kompetenza esklussiva biex jinvestiga u jieħu passi kontra reati li
jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Eurojust għandu jkun
kapaċi jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed
jinvestigaw u jixlu t-tali tipi ta’ reati skont ir-Regolament li jwaqqaf
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. (6) Biex il-Eurojust twettaq
il-missjoni tagħha u tiżviluppa l-potenzjal sħiħ
tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja,
il-funzjonijiet operazzjonali tagħha għandhom jissaħħu
billi jonqos il-volum tax-xogħol amministrattiv tal-membri nazzjonali, u
d-dimensjoni Ewropea tagħha tissaħħaħ permezz
tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fit-tmexxija tal-aġenzija u
l-involviment miżjud tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali
fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tagħha. (7) Għaldaqstant,
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI għandha
tiġi revokata u għandha tiġi sostitwita minn dan ir-Regolament
li jiddetermina l-arranġamenti għall-involviment parlamentari,
jimmodernizza l-istruttura tagħha u jħaffef il-qafas legali attwali
tal-Eurojust, filwaqt li jżomm dawk l-elementi li wrew li huma
effiċjenti fit-tħaddim tagħha. (8) Dan ir-Regolament jirrispetta
d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod
partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. (9) Għandhom jiġu
stabbiliti l-forom ta’ kriminalità serja li jaffettwaw żewġ Stati
Membri jew iktar li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust. Barra
minn hekk, għandhom jiġu definiti l-każijiet li ma jinvolvux żewġ
Stati Membri jew iktar, iżda li jeħtieġu prosekuzzjoni fuq
bażijiet komuni. Dawn il-każijiet għandhom jinkludu
investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed
biss u Stat terz, kif ukoll każijiet li jaffettwaw biss Stat Membru
wieħed u l-Unjoni. (10) Meta teżerċita
l-funzjonijiet operazzjonali tagħha fir-rigward ta’ każijiet
kriminali konkreti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew
fuq inizjattiva tagħha stess, il-Eurojust għandha taġixxi jew permezz
ta’ membru nazzjonali wieħed jew iktar jew bħala Kulleġġ. (11) Biex jiġi żgurat li
l-Eurojust tista’ tappoġġja u tikkoordina kif xieraq
investigazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn li l-membri nazzjonali
kollha jkollhom l-istess setgħat operazzjonali sabiex jikkooperaw
bejniethom u mal-awtoritajiet nazzjonali b’mod effettiv. Il-membri nazzjonali
għandhom jingħataw dawk is-setgħat li jippermettu lill-Eurojust
tilħaq kif xieraq il-missjoni tiegħu. Dawn is-setgħat
għandhom jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti
fir-reġistri pubbliċi nazzjonali, il-ħruġ u
l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal assistenza u rikonoxximent
reċiproċi, il-kuntatt dirett u l-iskambju ta’ informazzjoni
mal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipazzjoni f’timijiet ta’
investigazzjoni konġunta u, bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew
f’każ ta’ urġenza, l-ordni ta’ miżuri investigattivi u kunsinni
kkontrollati. (12) Hemm bżonn li l-Eurojust
tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li
tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b’mod iktar effettiv u
tirrispetta l-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni
filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u
tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet
operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, il-funzjonijiet
tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv
għandhom jiġu ċċarati u għandu jitwaqqaf Bord
Eżekuttiv. (13) Għandhom jiġu
stabbiliti dispożizzjonijiet biex issir distinzjoni ċara bejn
il-funzjonijiet operazzjonali u maniġerjali tal-Kulleġġ, li
jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-membri nazzjonali kemm jista’ jkun
sabiex l-enfasi jinxteħet fuq il-ħidma operazzjonali tal-Eurojust.
Il-kompiti maniġerjali tal-Kulleġġ għandhom jinkludu b’mod
partikolari l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Eurojust,
il-baġit, ir-rapport tal-attività annwali, ir-regoli finanzjarji xierqa u
l-arranġamenti tax-xogħol mal-imsieħba. Għandu
jeżerċita s-setgħa ta’ awtorità tal-ħatra fir-rigward
tal-persunal tal-aġenzija inkluż id-Direttur Amministrattiv. (14) Biex titjieb il-governanza
tal-Eurojust u jitħaffu l-proċeduri, għandu jitwaqqaf Bord
Eżekuttiv biex il-Kulleġġ ikun assistit fil-funzjonijiet
maniġerjali tiegħu u jkunu jistgħu jittieħdu
deċiżjonijiet b’mod simplifikat dwar kwistjonijiet
strateġiċi u mhux operazzjonali. (15) Il-Kummissjoni għandha
tkun rappreżentata fil-Kulleġġ meta jeżerċita
l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu u fil-Bord Eżekuttiv, biex
tiżgura s-superviżjoni mhux operazzjonali u l-gwida strateġika tal-Eurojust.
(16) Biex jiżgura amministrazzjoni
ta’ kuljum effiċjenti tal-Eurojust, id-Direttur Amministrattiv għandu
jkun ir-rappreżentant legali u l-maniġer tagħha, responsabbli
quddiem il-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur
Amministrattiv għandu jħejji u jimplimenta d-deċiżjonijiet
tal-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv. (17) It-twaqqif ta’ Koordinazzjoni
Attiva (OCC) fi ħdan il-Eurojust hija neċessarja biex il-Eurojust
tkun disponibbli l-ħin kollu u biex tkun tista’ tintervjeni
f’każijiet urġenti. Għandha tkun ir-responsabilità ta’ kull Stat
Membru li jiżgura li r-rappreżentanti tiegħu fl-OCC jistgħu
jaġixxu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebat ijiem
fil-ġimgħa. (18) Għandhom jitwaqqfu
Sistemi ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust fl-Istati Membri sabiex
jikkoordinaw il-ħidma mwettqa mill-korrispondenti nazzjonali
għall-Eurojust, il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal
kwistjonijiet dwar it-terroriżmu, il-korrispondent nazzjonali
għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u sa tliet punti ta’ kuntatt oħrajn,
kif ukoll rappreżentanti fin-Netwerk għat-Timijiet ta’
Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerks imwaqqfin mid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2002/494/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 li
tistabbilixxi network Ewropew ta’ punti ta’ kuntatt dwar persuni li huma responsabbli
għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra[10], id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar
il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi
tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’
rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha[11] u mid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2008/852/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar netwerk
ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni[12]. (19) Għall-fini ta’ stimolu u
tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, importanti li l-Eurojust
tirċievi tagħrif rilevanti mill-awtoritajiet nazzjonali li huwa
meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Għal dan
il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu
lill-membri nazzjonali tagħhom għat-twaqqif u r-riżultati ta’
timijiet ta’ investigazzjoni konġunta, bil-każijiet li jaqgħu
taħt il-kompetenza tal-Eurojust li jinvolvu b’mod dirett tal-inqas tliet
Stati Membri u li għalihom ikunu ntbagħtu talbiet jew
deċiżjonijiet dwar kooperazzjoni ġudizzjarja lil tal-inqas
żewġ Stati Membri, kif ukoll, f’ċerti ċirkustanzi,
tagħrif dwar kunflitti ta’ ġurisdizzjoni, kunsinni kkontrollati u
diffikultajiet ripetuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja. (20) Filwaqt li l-ipproċessar
ta’ dejta personali fil-Eurojust jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni
tar-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’
Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward
tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi
tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[13], l-ipproċessar tad-dejta
personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u t-trasferiment tat-tali dejta
lill-Eurojust huma koperti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108 [li
trid tiġi sostitwita mad-Direttiva rilevanti fis-seħħ fil-mument
tal-adozzjoni]. (21) Meta l-Eurojust tittrasferixxi
dejta personali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni
internazzjonali jew l-Interpol permezz ta’ ftehim internazzjonali konkluż
skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, is-salvagwardji adegwati ċitati
fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u
l-libertajiet tal-individwi jridu jiżguraw li tinżamm konformità
mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta ta’ dan ir-Regolament. (22) Il-Eurojust għandha tkun
awtorizzata tipproċessa ċerta dejta personali dwar persuni li, skont
il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, huma
ssuspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat li jaqa’ taħt
il-kompetenza tal-Eurojust, jew li ġew ikkundannati bit-tali reat. Mhuwiex
l-iskop tal-Eurojust li twettaq tqabbil awtomatizzat tal-profili tad-DNA jew
tal-marki tas-swaba’. (23) Il-Eurojust għandha
tingħata l-opportunità li testendi d-dati ta’ skadenza
għall-ħżin ta’ dejta personali, soġġetta
għall-osservazzjoni tal-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskop
applikabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest
tal-attivitajiet kollha tal-Eurojust, sabiex tilħaq l-għanijiet
tagħha. Tali deċiżjonijiet għandhom jittieħdu wara
kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-interessi kollha kkonċernati, inklużi
dawk tas-suġġetti tad-dejta. Kwalunkwe estensjoni tad-dati ta’
skadenza għall-ipproċessar ta’ dejta personali, fejn il-prosekuzzjoni
tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha kkonċernati,
għandha tkun deċiża biss meta jkun hemm bżonn
speċifiku li tingħata assistenza skont dan ir-Regolament. (24) Il-Eurojust għandha
żżomm relazzjonijiet privileġġati man-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni u
komplimentarjetà. Dan ir-Regolament għandu jgħin sabiex jiġu
ċċarati r-rwoli rispettivi tal-Eurojust u n-Netwerk Ġudizzjarju
Ewropew u r-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, filwaqt li
tinżamm l-ispeċifiċità tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. (25) Il-Eurojust għandha
żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma’ korpi u aġenziji
oħrajn tal-Unjoni, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew,
mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali, skont kemm ikun hemm bżonn biex
twettaq il-kompiti tagħha. (26) Biex tiżdied
il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Eurojust u l-Europol, u b’mod
partikolari sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà
fil-pussess ta’ korp minnhom, il-Eurojust għandha tħalli lill-Europol
ikollu aċċess għad-dejta disponibbli tal-Eurojust u tħallih
ifittex fl-isfond tagħha. (27) Il-Eurojust għandha tkun
tista’ tiskambja dejta personali ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni kemm ikun
hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha. (28) Għandha ssir
dispożizzjoni sabiex il-Eurojust tistazzjona maġistrati ta’
kollegament f’pajjiżi terzi biex tilħaq għanijiet simili
għal dawk assenjati lill-maġistrati ta’ kollegament sekondati
mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ Azzjoni Konġunta tal-Kunsill
96/277/ĠAI tat-22 ta’ April 1996 dwar qafas għall-iskambju ta’
maġistrati li jikkollegaw direttament sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni
ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[14]. (29) Għandha ssir
dispożizzjoni sabiex il-Eurojust tikkoordina l-eżekuzzjoni
tat-talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja maħruġin minn
pajjiż terz meta jkunu relatati ma’ investigazzjoni waħda u
jeħtieġu eżekuzzjoni f’tal-inqas żewġ Stati Membri. (30) Biex jiġu garantiti
l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, din għandha
tingħata baġit awtonomu, bi dħul li essenzjalment ikun ġej
minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward
tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li
għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membri ta’ oriġini
tagħhom. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun
tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji
oħrajn debitabbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar
tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri. (31) Biex tiżdied
it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, hemm bżonn li
jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-involviment tal-Parlament
Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet
tal-Eurojust. Dan ma għandux ixekkel il-prinċipji ta’ indipendenza
fir-rigward ta’ azzjoni meħuda f’każijiet operazzjonali
speċifiċi jew l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità. (32) Xieraq li l-applikazzjoni ta’
dan ir-Regolament tiġi evalwata b’mod regolari. (33) Ir-Regolament (UE, EURATOM)
Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit
ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE,
Euratom) Nru 1605/2002[15]
għandu japplika għall-Eurojust. (34) Ir-Regolament (KE)
Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’
Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju
Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[16]
għandu japplika għall-Eurojust. (35) Id-dispożizzjonijiet
neċessarji rigward l-akkomodazzjoni għall-Eurojust fl-Istat Membru li
fih għandha l-kwartieri ġenerali tagħha, jiġifieri
l-Pajjiżi l-Baxxi, u r-regoli speċifiċi applikabbli
għall-persunal kollu tal-Eurojust u l-membri tal-familji tagħhom
għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali.
Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar
kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Eurojust,
inklużi skejjel għat-tfal u t-trasport, sabiex jiġu attirati
riżorsi umani ta’ kwalità għolja minn żona ġeografika
wiesgħa kemm jista’ jkun. (36) Peress li l-Eurojust kif
imwaqqfa minn dan ir-Regolament tieħu post u hija s-suċċessur
tal-Eurojust kif stabbilita fuq il-bażi
tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI, din għandha tkun
is-suċċessur legali tal-Eurojust fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali
kollha tagħha, inklużi l-kuntratti tax-xogħol,
l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet mixtrija. Il-ftehimiet internazzjonali
konklużi mill-Eurojust kif stabbiliti fuq il-bażi ta’ dik
id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ. (37) Peress li l-għan ta’ dan
ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ entità responsabbli
għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri
fir-rigward tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew
iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, ma
jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għaldaqstant,
minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista’ jinkiseb aħjar
fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità
mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’
proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil
hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq dak l-għan. (38) [B’konformità
mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni
tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u
Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw
ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’
dan ir-Regolament.] JEW [Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4
tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda
fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż
mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni
ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbutin mill-applikazzjoni tiegħu u
lanqas ma huma soġġetti għal din.] (39) B’konformità
mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni
tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem
fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta mill-applikazzjoni tiegħu
u lanqas ma hija soġġetta għal din. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I
L-GĦAN U L-KOMPITI Artikolu 1
L-Aġenzija tal-Unjoni
Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali 1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea
għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) hija b’dan
stabbilita. 2. Il-Eurojust, kif stabbilita minn dan
ir-Regolament, għandha tkun is-suċċessur legali tal-Eurojust kif
stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. 3. F’kull wieħed mill-Istati
Membri, il-Eurojust għandha tgawdi l-iktar kapaċità legali estensiva
mogħtija skont il-persuni legali b’konformità mal-liġijiet
tagħhom. B’mod partikolari, tista’ tixtri u tbigħ proprjetà mobbli u
immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali. Artikolu 2
Il-kompiti 1. Il-Eurojust għandha taħtar
u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn
l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward
tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew
li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi
ta’ operazzjonijiet imwettqa u tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet
tal-Istati Membri u l-Europol. 2. Fl-implimentazzjoni tal-kompiti
tagħha, il-Eurojust għandha: a) tieħu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe
talba li tiġi minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew kwalunkwe
tagħrif ipprovdut minn kwalunkwe korp kompetenti permezz ta’
dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas tat-Trattati jew
miġbur mill-Eurojust stess; b) tħaffef l-eżekuzzjoni ta’
talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet
dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq strumenti li jagħtu effett
lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. 3. Il-Eurojust għandha
teżerċita l-kompiti tagħha fuq it-talba tal-awtoritajiet
kompetenti tal-Istati Membri jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. Artikolu 3
Il-kompetenza tal-Eurojust 1. Il-kompetenza tal-Eurojust
għandha tkopri l-forom ta’ reati elenkati fl-Anness 1. Madankollu,
il-kompetenza tagħha ma għandhiex tinkludi r-reati li għalihom
huwa kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. 2. Il-kompetenza tal-Eurojust
għandha tkopri reati relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom
jitqiesu bħala reati relatati: a) reati kriminali mwettqa biex jinkisbu
l-mezzi sabiex jitwettqu atti elenkati fl-Anness 1; b) reati kriminali mwettqa biex
jitħaffu jew jitwettqu atti elenkati fl-Anness 1; c) reati kriminali mwettqa biex tiġi
żgurata l-impunità tal-atti elenkati fl-Anness 1. 3. Fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti
ta’ Stat Membru, il-Eurojust tista’ tassisti wkoll f’investigazzjonijiet u
prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru u pajjiż terz fejn
ikun ġie stabbilit ftehim ta’ kooperazzjoni jew arranġament li
jistabbilixxi kooperazzjoni skont l-Artikolu 43 ma’ dak il-pajjiż
terz jew fejn f’każ speċifiku jkun hemm interess essenzjali
fl-għoti tat-tali assistenza. 4. Fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti
ta’ Stat Membru jew inkella tal-Kummissjoni, il-Eurojust tista’ tassisti
f’investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru
u l-Unjoni. Artikolu 4
Il-funzjonijiet operazzjonali
tal-Eurojust 1. Il-Eurojust għandha: a) tgħarraf lill-awtoritajiet
kompetenti tal-Istati Membri dwar l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet
li ġiet mgħarrfa dwarhom u li għandhom konsegwenzi fil-livell
tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħrajn minbarra
dawk direttament ikkonċernati; b) tassisti lill-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli
tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet; c) tagħti assistenza biex ittejjeb
il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod
partikolari fuq il-bażi tal-analiżijiet tal-Europol; d) tikkoopera u tikkonsulta man-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali, inkluż l-użu
tad-database tad-dokumenti u l-kontribuzzjoni għat-titjib tal-istess
database tad-dokumenti ta’ dak in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew; e) tagħti appoġġ
operazzjonali, tekniku u finanzjarju għall-operazzjonijiet u
l-investigazzjonijiet transfruntieri tal-Istati Membri, inklużi timijiet
ta’ investigazzjoni konġunta. 2. Fl-eżerċizzju tal-kompiti
tagħha, il-Eurojust tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri kkonċernati, filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha,
sabiex: a) jinvestigaw jew jieħdu passi kontra
atti speċifiċi; b) jaċċettaw li waħda minnhom
tista’ tkun f’pożizzjoni aħjar biex twettaq investigazzjoni jew
tieħu passi kontra atti speċifiċi; c) jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet
kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati; d) jistabbilixxu tim ta’ investigazzjoni
konġunta skont l-istrumenti ta’ kooperazzjoni rilevanti; e) jipprovduha bi kwalunkwe tagħrif li
għandha bżonn biex twettaq il-kompiti tagħha; f) jieħdu miżuri investigattivi
speċjali; g) jieħdu kwalunkwe miżura
oħra ġġustifikata għall-investigazzjoni jew
il-prosekuzzjoni. 3. Il-Eurojust tista’ anki: a) tipprovdi lill-Europol b’opinjonijiet
ibbażati fuq analiżijiet imwettqin mill-Europol; b) tipprovdi appoġġ
loġistiku, inkluża assistenza fit-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u
l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni. 4. Meta żewġ Stati Membri jew
iktar ma jkunux jistgħu jaqblu dwar liema minnhom għandhom
jagħmlu investigazzjoni jew jieħdu passi wara talba li tkun saret
skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Eurojust għandha
toħroġ opinjoni bil-miktub dwar il-każ. L-opinjoni għandha
tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati. 5. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti,
il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar rifjuti
rikorrenti jew diffikultajiet dwar l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal
kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi
dawk ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’
rikonoxximent reċiproku, diment li dan ma jkunx jista’ jiġi solvut
permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew
bl-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. L-opinjoni għandha
tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati. Artikolu 5
L-eżerċizzju ta’
operazzjonijiet funzjonali 1. Il-Eurojust għandha
taġixxi permezz ta’ wieħed jew iktar fost il-membri nazzjonali
kkonċernati meta tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet
imsemmija fl-Artikolu 4(1) jew (2). 2. Il-Eurojust għandha
taġixxi bħala Kulleġġ: a) meta tieħu kwalunkwe waħda
mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) jew (2): (i) meta tintalab hekk minn wieħed jew
iktar minn fost il-membri nazzjonali kkonċernati b’każ indirizzat
mill-Eurojust; (ii) meta l-każ ikun jinvolvi
investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li għandhom konsegwenzi
fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw Stati Membri oħrajn
minbarra dawk direttament ikkonċernati; b) meta tieħu kwalunkwe waħda
mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 (3), (4) jew (5); c) meta tkun involuta kwistjoni
ġenerali dwar l-ilħuq tal-għanijiet operazzjonali tagħha; d) meta jkun stipulat b’xi mod ieħor
f’dan ir-Regolament. 3. Meta twettaq il-kompiti tagħha,
il-Eurojust għandha tindika jekk hijiex qed taġixxi permezz ta’
wieħed jew iktar minn fost il-membri nazzjonali tagħha jew inkella
bħala Kulleġġ. KAPITOLU II
L-ISTRUTTURA U L-ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROJUST Taqsima I
L-Istruttura Artikolu 6
L-istruttura tal-Eurojust L-istruttura
tal-Eurojust għandha tinvolvi: a) il-membri nazzjonali; b) il-Kulleġġ; c) il-Bord Eżekuttiv; d) id-Direttur Amministrattiv. Taqsima II
Il-Membri Nazzjonali Artikolu 7
L-Istatus tal-membri
nazzjonali 1. Il-Eurojust għandu jkollha
membru nazzjonali wieħed sekondat minn kull Stat Membru skont is-sistema
legali tiegħu, li għandu jkollu l-post tax-xogħol regolari
tiegħu fis-sede tal-Eurojust. 2. Kull membru nazzjonali għandu
jkun assistit minn deputat u minn Assistent. Id-deputat u l-Assistent
għandu jkollhom il-post regolari tax-xogħol tagħhom
fil-Eurojust. Iktar deputati jew Assistenti jistgħu jassistu lill-membru
nazzjonali u, jekk ikun hemm bżonn u bil-qbil tal-Kulleġġ,
jista’ jkollhom il-post regolari tax-xogħol tagħhom fil-Eurojust. 3. Il-membri nazzjonali u d-deputati
għandu jkollhom status ta’ prosekutur, imħallef jew uffiċjali
tal-pulizija b’kompetenza ekwivalenti. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
għandhom jagħtuhom is-setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament biex
ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. 4. Id-deputat għandu jkun jista’
jaġixxi f’isem il-membru nazzjonali jew jissostitwixxih. Anki Assistent
jista’ jaġixxi f’isem il-membru nazzjonali jew jissostitwixxih jekk ikollu
status kif stipulat fil-paragrafu 3. 5. It-tagħrif operazzjonali
skambjat bejn il-Eurojust u l-Istati Membri għandu jingħadda permezz
tal-membri nazzjonali. 6. Il-membri nazzjonali għandhom
jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom
direttament. 7. Is-salarji u l-emolumenti tal-membri
nazzjonali, tad-deputati u tal-Assistenti għandhom jiġġarrbu
mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom. 8. Meta l-membri nazzjonali,
id-deputati u l-Assistenti jaġixxu fi ħdan il-qafas tal-kompiti
tal-Eurojust, in-nefqa rilevanti relatata ma’ dawn l-attivitajiet għandha
titqies bħala nefqa operazzjonali. Artikolu 8
Is-setgħat tal-membri
nazzjonali 1. Il-membri nazzjonali għandu
jkollhom is-setgħa li: a) jħaffu jew jappoġġjaw b’xi
mod ieħor il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe talba ta’
assistenza legali reċiproka jew rikonoxximent reċiproku jew
joħorġuhom u jeżegwixxuhom huma stess; b) jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw
tagħrif ma’ kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru; c) jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw
tagħrif ma’ kwalunkwe awtorità internazzjonali kompetenti, b’konformità
mal-impenji internazzjonali tal-Istat Membru tagħhom; d) jieħdu sehem f’timijiet ta’
investigazzjoni konġunta inkluż fl-istabbiliment tagħhom. 2. Bi qbil mal-awtorità nazzjonali
kompetenti, il-membri nazzjonali għandhom: a) jordnaw miżuri investigattivi; b) jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsinni
kkontrollati fl-Istat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. 3. F’każijiet urġenti, meta
ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim fil-ħin, il-membri nazzjonali
għandhom ikunu kompetenti sabiex jieħdu l-miżuri msemmija
fil-paragrafu 2, filwaqt li jgħarrfu lill-awtorità nazzjonali
kompetenti malajr kemm jista’ jkun. Artikolu 9
L-aċċess
għar-reġistri nazzjonali B’konformità
mal-liġi nazzjonali, il-membri nazzjonali għandu jkollhom
aċċess għal dawn it-tipi ta’ reġistri li ġejjin
tal-Istat Membru tagħhom, jew tal-inqas għandhom ikunu jistgħu
jiksbu t-tagħrif meħtieġ li jinsab fihom: a) kondotti; b) reġistri ta’ persuni arrestati; c) reġistri
tal-investigazzjonijiet; d) reġistri tad-DNA; e) reġistri oħrajn
tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tagħhom meta jkollhom
bżonn it-tali tagħrif biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Taqsima III
Il-Kulleġġ Artikolu 10
Is-sawra
tal-Kulleġġ 1. Il-Kulleġġ għandu
jkun imsawwar: a) mill-membri nazzjonali kollha meta
l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet operazzjonali
tiegħu skont l-Artikolu 4; b) mill-membri nazzjonali kollha u
żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni meta l-Kulleġġ
jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu skont
l-Artikolu 14. 2. Il-mandat tal-membri u d-deputati
tagħhom għandu jkun tal-inqas erba’ snin, u jista’
jiġġedded darba. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew f’każ li
jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm
il-mandat tagħhom jiġġedded jew sakemm jittiħdilhom
posthom. 3. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jattendi l-laqgħat maniġerjali tal-Kulleġġ, bla
dritt ta’ vot. 4. Il-Kulleġġ jista’
jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’
interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. 5. Il-membri tal-Kulleġġ
jistgħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli
tal-Proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti u esperti. Artikolu 11
Il-President u l-Viċi
President tal-Eurojust 1. Il-Kulleġġ għandu
jtella’ President u żewġ Viċi Presidenti minn fost il-membri
nazzjonali permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri
tiegħu. 2. Il-Viċi Presidenti
għandhom jieħdu post il-President jekk ma jkunx jista’ jaqdi
dmirijietu. 3. Il-mandat tal-President u
l-Viċi Presidenti għandu jkun ta’ erba’ snin. Jistgħu
jerġgħu jittellgħu darba. Meta membru nazzjonali jkun elett
President jew Viċi President tal-Eurojust, il-mandat tiegħu
bħala membru nazzjonali għandu jiġi estiż biex jiġi żgurat
li jkun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu bħala President jew
Viċi President. Artikolu 12
Il-laqgħat
tal-Kulleġġ 1. Il-President għandu jorganizza
l-laqgħat tal-Kulleġġ. 2. Il-Kulleġġ għandu
jorganizza tal-inqas laqgħa operazzjonali waħda fix-xahar. Biex
jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu, il-Kulleġġ
għandu jorganizza tal-inqas żewġ laqgħat ordinarji
fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva
tal-President, wara t-talba tal-Kummissjoni, jew wara t-talba tal-inqas terz
mill-membri tiegħu. 3. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew
għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat kollha
tal-Kulleġġ u għandu jkun intitolat jieħu sehem fit-tali
laqgħat, bla dritt ta’ vot, kull meta jkunu mitħaddta kwistjonijiet
li jqis li huma ta’ relevanza għat-tħaddim tal-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Artikolu 13
Ir-regoli dwar il-voti
tal-Kulleġġ 1. Sakemm ma jiġix stipulat mod
ieħor, il-Kulleġġ għandu jieħu
d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza
tal-membri tiegħu. 2. Kull membru għandu jkollu vot
wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru li jivvota, id-deputat għandu jkun
intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot. 3. Il-President u l-Viċi
Presidenti għandu jkollhom drittijiet tal-vot. Artikolu 14
Il-funzjonijiet
maniġerjali tal-Kulleġġ 1. Il-Kulleġġ li
jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu għandu: a) kull sena jadotta dokument ta’
programmazzjoni tal-Eurojust permezz ta’ maġġoranza ta’
żewġ terzi tal-membri tiegħu u b’konformità
mal-Artikolu 15; b) jadotta, permezz ta’ maġġoranza
ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali
tal-Eurojust u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward
tal-baġit tal-Eurojust skont il-Kapitolu VI; c) jadotta rapport annwali konsolidat
tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Eurojust u jibagħtu, sa [data
prevista fl-FFR] tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti
nazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u
jqiegħed ir-rapport annwali konsolidat tal-attività
għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; d) jadotta programmazzjoni tar-riżorsi
tal-persunal bħala parti mid-dokument ta’ programmazzjoni; e) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli
għall-Eurojust skont l-Artikolu 52; f) jadotta regoli għall-prevenzjoni u
l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu; g) b’konformità mal-paragrafu 2,
jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija,
is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal[17] fuq l-Awtorità tal-Ħatra
u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti
l-Oħra[18]
fuq l-Awtorità Mogħtija s-Setgħa sabiex tikkonkludi Kuntratti
tax-Xogħol (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”); h) jaħtar id-Direttur Amministrattiv u,
fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih
mill-uffiċċju b’konformità mal-Artikolu 17; i) jaħtar Uffiċjal
tal-Kontabilità u Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data li għandhom
ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom; j) jadotta arranġamenti ta’ ħidma
konklużi b’konformità mal-Artikolu 43; k) itella’ l-President u l-Viċi
Presidenti b’konformità mal-Artikolu 11; l) jadotta r-regoli tal-proċedura
tiegħu. 2. Il-Kulleġġ, b’konformità
mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jadotta
deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti
tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat
rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u
tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom tista’ tiġi sospiża din
id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun
awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat. 3. Meta ċirkostanzi
eċċezzjonali jkunu jeħtieġu dan, il-Kulleġġ
jista’ jiddeċiedi b’mod temporanju li jissospendi d-delega
tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u dawk
sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess
jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru
tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Amministrattiv. 4. Il-Kulleġġ għandu
jasal għal deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni
tal-mandat u t-tneħħija mill-uffiċċju tad-Direttur
Amministrattiv fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi
tal-membri tiegħu. Artikolu 15
Il-programmazzjoni annwali u
pluriennali 1. Sat-[30 ta’ Novembru ta’ kull sena]
il-Kulleġġ għandu jadotta dokument ta’ programmazzjoni li fih
programmazzjoni annwali u pluriennali, ibbażat fuq abbozz propost
mid-Direttur Amministrattiv, li jieħu f’kunsiderazzjoni l-opinjoni
tal-Kummissjoni. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni. Id-dokument ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara
l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun hemm bżonn,
dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq. 2. Il-programm ta’ ħidma annwali
għandu jinvolvi għanijiet dettaljati u riżultati mistennija
inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll
deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni
tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni,
b’konformità mal-prinċipji ta’ bbaġitjar u mmaniġġjar
ibbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu
jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmija
fil-paragrafu 4. Għandu jindika biċ-ċar liema kompiti
żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabblin mas-sena finanzjarja ta’
qabel. 3. Il-Kulleġġ għandu
jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu
ġdid lill-Aġenzija. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’
ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura
bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Kulleġġ
jista’ jiddelega lid-Direttur Amministrattiv is-setgħa li jagħmel
emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali. 4. Il-programm ta’ ħidma pluriennali
għandu jistabbilixxi programmazzjoni strateġika ġenerali
inklużi għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi
tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi anki l-programmazzjoni
tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal.
Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata
kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi
aġġornata meta jkun hemm bżonn, u b’mod partikolari biex
tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56. Taqsima IV
Il-Bord Eżekuttiv Artikolu 16
It-tħaddim tal-Bord
Eżekuttiv 1. Il-Kulleġġ għandu
jkun assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv ma għandux
ikun involut fil-funzjonijiet operazzjonali tal-Eurojust imsemmija
fl-Artikoli 4 u 5. 2. Barra minn hekk, il-Bord
Eżekuttiv għandu: a) iħejji d-deċiżjonijiet li
għandhom jiġu adottati mill-Kulleġġ skont
l-Artikolu 14; b) jadotta strateġija għal kontra
l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi fir-rigward
tal-kostijiet-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu
implimentati; c) jadotta regoli ta’ implimentazzjoni
xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
applikabbli għall-Uffiċjali l-Oħra b’konformità
mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; d) jiżgura segwitu adegwat
għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinbtu mir-rapporti interni jew
esterni tal-awditjar, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi
dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u
l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); e) jieħu d-deċiżjonijiet
kollha dwar l-istabbiliment u, meta jkun hemm bżonn, il-modifika
tal-istrutturi amministrattivi interni tal-Eurojust; f) bla ħsara
għar-responsabilitajiet tad-Direttur Amministrattiv, kif stipulat
fl-Artikolu 18, jassisti u jagħtih pariri fl-implimentazzjoni
tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ, bil-għan li
tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva
u baġitarja; g) jieħu kwalunkwe deċiżjoni
oħra mhux attribwita b’mod espressiv lill-Kulleġġ
fl-Artikoli 5 jew 14 jew taħt ir-responsabilità tad-Direttur
Amministrattiv b’konformità mal-Artikolu 18; h) jadotta r-regoli tal-proċedura
tiegħu. 3. Meta jkun hemm bżonn hekk
minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti
deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Kulleġġ dwar
kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji, li għandhom ikunu
soġġetti għal konferma mill-Kulleġġ. 4. Il-Bord Eżekuttiv għandu
jkun imsawwar mill-President u l-Viċi Presidenti tal-Kulleġġ,
rappreżentant tal-Kummissjoni u membru ieħor tal-Kulleġġ.
Il-President tal-Kulleġġ għandu jkun il-President tal-Bord
Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu
d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza
tal-membri tiegħu, b’kull membru li għandu vot wieħed.
Id-Direttur Amministrattiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord
Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot. 5. Il-mandat tal-membri tal-Bord
Eżekuttiv għandu jkun ta’ erba’ snin, ħlief il-membru
tal-Kulleġġ li għandu jinħatar wara sistema ta’ rotazzjoni
kull sentejn. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm
meta jintemm il-mandat tagħhom bħala membri nazzjonali. 6. Il-Bord Eżekuttiv għandu
jorganizza tal-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra
minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew
fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-inqas tnejn mill-membri l-oħrajn
tiegħu. 7. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew
għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat kollha tal-Bord
Eżekuttiv u għandu jkun ħieles li jieħu sehem fit-tali
laqgħat, bla dritt tal-vot, kull meta jkunu mitħaddta kwistjonijiet
li jqis li huma rilevanti għat-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Prosekutur
Pubbliku Ewropew. 8. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew
jista’ jindirizza opinjonijiet bil-miktub lill-Bord Eżekuttiv, li l-Bord
Eżekuttiv jista’ jwieġeb bil-miktub bla dewmien żejjed. Taqsima V
Id-Direttur Amministrattiv Artikolu 17
L-Istatus tad-Direttur
Amministrattiv 1. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jinħatar bħala aġent temporanju tal-Eurojust skont
l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali
l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. 2. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jinħatar mill-Kulleġġ minn lista ta’ kandidati
proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla
miftuħa u trasparenti. Għall-fini ta’ konklużjoni tal-kuntratt
tad-Direttur Amministrattiv, il-Eurojust għandu jkun rappreżentat
mill-President tal-Kulleġġ. 3. Il-mandat tad-Direttur
Amministrattiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu,
il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu
f’kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Amministrattiv. 4. Il-Kulleġġ, filwaqt li
jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni
l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat
tad-Direttur Amministrattiv għal mhux iktar minn ħames snin. 5. Direttur Amministrattiv b’mandat li
ġie estiż ma jistax jieħu sehem fi proċedura tal-għażla
oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu sħiħ. 6. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jkun responsabbli quddiem il-Kulleġġ u l-Bord
Eżekuttiv. 7. Id-Direttur Amministrattiv jista’
jitneħħa mill-uffiċċju biss wara deċiżjoni
tal-Kulleġġ li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 18
Ir-responsabilitajiet
tad-Direttur Amministrattiv 1. Għal skopijiet amministrattivi,
il-Eurojust għandha titmexxa mid-Direttur Amministrattiv tagħha. 2. Bla ħsara
għas-setgħat tal-Kummissjoni, għall-Kulleġġ jew
għall-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Amministrattiv għandu jkun
indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u la għandu jfittex u
lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor. 3. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Eurojust. 4. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti
amministrattivi assenjati lill-Eurojust. B’mod partikolari, id-Direttur
Amministrattiv għandu jkun responsabbli: a) għall-amministrazzjoni ta’ kuljum
tal-Eurojust; b) l-implimentazzjoni
tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kulleġġ u l-Bord
Eżekuttiv; c) it-tħejjija tad-dokument ta’
programmazzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv u
l-Kulleġġ wara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni; d) l-implimentazzjoni tad-dokument ta’
programmazzjoni u r-rapportar għand il-Bord Eżekuttiv u
l-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni tiegħu; e) it-tħejjija tar-rapport annwali dwar
l-attivitajiet tal-Eurojust u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord
Eżekuttiv biex ilestih u lill-Kulleġġ biex japprovah; f) it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li
jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar
intern jew estern, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi
dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-OLAF u
r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Bord Eżekuttiv,
lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; g) il-ħarsien tal-interessi finanzjarji
tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni
u kwalunkwe attività illegali oħra, b’verifiki effettivi u, jekk jinqabdu
irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn
xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi u finanzjarji effettivi,
proporzjonati u dissważivi; h) it-tħejjija ta’ strateġija
għal kontra l-frodi għall-Eurojust u l-preżentazzjoni
tagħha lill-Bord Eżekuttiv biex japprovaha; i) it-tħejjija tal-abbozz tar-regoli
finanzjarji applikabbli għall-Eurojust; j) it-tħejjija tal-abbozz
tad-dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust u
l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. KAPITOLU III
IL-KWISTJONIJIET OPERAZZJONALI Artikolu 19
Il-Koordinazzjoni Attiva
(OCC) 1. Biex twettaq il-kompiti tagħha
f’każijiet urġenti, il-Eurojust għandha topera Koordinazzjoni Attiva
li lesta tirċievi u tipproċessa f’kull ħin it-talbiet riferiti
lilha. Il-Koordinazzjoni Attiva għandha tkun kuntattabbli, permezz ta’
punt ta’ kuntatt uniku tal-Koordinazzjoni Attiva fil-Eurojust, fuq bażi
ta’ 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. 2. Il-Koordinazzjoni Attiva
għandha taħdem b’rappreżentant wieħed (rappreżentant
tal-Koordinazzjoni Attiva) għal kull Stat Membru li jista’ jkun jew
il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew Assistent intitolat jieħu
post il-membru nazzjonali. Ir-rappreżentant tal-Koordinazzjoni Attiva
għandu jkun jista’ jaġixxi fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u
sebat ijiem fil-ġimgħa. 3. Ir-rappreżentanti
tal-Koordinazzjoni Attiva għandhom jaġixxu bla dewmien, fir-rigward
tal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom. Artikolu 20
Is-Sistema ta’ Koordinazzjoni
Nazzjonali tal-Eurojust 1. Kull Stat Membru għandu
jagħżel korrispondent nazzjonali wieħed jew iktar
għall-Eurojust. 2. Kull Stat Membru għandu
jistabbilixxi Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust biex
jiżgura l-koordinazzjoni tal-ħidma mwettqa: a) mill-korrispondenti nazzjonali
għall-Eurojust; b) il-korrispondent nazzjonali
għall-Eurojust għal kwistjonijiet relatati mat-terroriżmu; c) il-korrispondent nazzjonali
għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali u sa
tliet punti ta’ kuntatt oħrajn ta’ dak in-Netwerk Ġudizzjarju
Ewropew; d) il-membri nazzjonali jew il-punti ta’
kuntatt tan-Netwerk għal Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u
tan-netwerks stabbiliti mid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI, id-Deċiżjoni 2007/845/ĠAI
u mid-Deċiżjoni 2008/852/ĠAI. 3. Il-persuni msemmija
fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iżommu l-kariga u l-istatus
tagħhom skont il-liġi nazzjonali. 4. Il-korrispondenti nazzjonali
għall-Eurojust għandhom ikunu responsabbli għat-tħaddim
tas-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust. Meta
jintgħażlu bosta korrispondenti għall-Eurojust, wieħed
minnhom għandu jkun responsabbli għat-tħaddim tas-Sistema ta’
Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust. 5. Is-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali
tal-Eurojust għandha tħaffef, fi ħdan l-Istat Membru, it-twettiq
tal-kompiti tal-Eurojust, b’mod partikolari billi: a) tiżgura li s-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tirċievi
tagħrif relatat mal-Istat Membru kkonċernat b’mod effiċjenti u
affidabbli; b) tassisti fid-determinazzjoni ta’ jekk
każ għandux ikun indirizzat bl-assistenza tal-Eurojust jew
tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew; c) tassisti lill-membru nazzjonali
jidentifika awtoritajiet rilevanti għall-eżekuzzjoni ta’ talbiet
għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha,
inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu
l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku; d) iż-żamma ta’ relazzjonijiet
mill-qrib mal-Unità Nazzjonali tal-Europol. 6. Biex jilħqu l-għanijiet imsemmija
fil-paragrafu 5, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 u
fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom, u l-persuni
msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 jistgħu jkunu konnessi
mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet b’konformità ma’ dan l-Artikolu
u mal-Artikoli 24, 25, 26 u 30. Il-konnessjoni mas-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet għandha tkun debitata fil-baġit
ġenerali tal-Unjoni Ewropea. 7. L-istabbiliment tas-Sistema ta’
Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust u l-ħatra tal-korrispondenti nazzjonali
ma għandhomx jipprevjenu kuntatti diretti bejn il-membru nazzjonali u
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu. Artikolu 21
L-iskambji ta’ informazzjoni
mal-Istati Membri u bejn membri nazzjonali 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri għandhom jiskambjaw mal-Eurojust kwalunkwe tagħrif
meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha b’konformità
mal-Artikoli 2 u 4 kif ukoll mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta
stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tal-inqas, dan għandu jinkludi
t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 5, 6 u 7. 2. It-trażmissjoni
tat-tagħrif lill-Eurojust għandha tkun interpretata bħala talba
għal assistenza mill-Eurojust fil-każ ikkonċernat biss jekk dan
ikun speċifikat minn awtorità kompetenti. 3. Il-membri nazzjonali għandhom
jiskambjaw kwalunkwe tagħrif neċessarju għat-twettiq tal-kompiti
tal-Eurojust, bla awtorizzazzjoni minn qabel, bejniethom jew mal-awtoritajiet
kompetenti tal-Istat Membru tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet
nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu minnufih lill-membri
nazzjonali tagħhom dwar każ li jikkonċernahom. 4. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom dwar
l-istabbiliment ta’ timijiet ta’ investigazzjoni konġunta u dwar
ir-riżultati tal-ħidma tat-tali timijiet. 5. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom bla dewmien
żejjed dwar kwalunkwe każ li jikkonċerna reati li jaqgħu
taħt il-kompetenza tal-Eurojust u li tal-inqas jaffettwaw tliet Stati
Membri u li għalihom intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni
ġudizzjarja jew deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma
bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent
reċiproku, lil tal-inqas żewġ Stati Membri. 6. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom dwar: a) każijiet fejn ikun hemm jew aktarx
li se jkun hemm kunflitti ta’ ġurisdizzjoni; b) kunsinni kkontrollati li tal-inqas
jaffettwaw tliet pajjiżi, li tal-inqas tnejn minnhom huma Stati Membri; c) diffikultajiet jew rifjuti ripetuti
rigward l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja
u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq
strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. 7. L-awtoritajiet nazzjonali ma
għandhomx ikunu obbligati f’każ partikolari li jipprovdu tagħrif
jekk dan ikun ifisser: a) ħsara għall-interessi
essenzjali tas-sigurtà nazzjonali; jew b) xekkil tas-sikurezza ta’ individwi. 8. Dan l-Artikolu għandu jkun bla
ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet bilaterali jew
multilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi inkluża kwalunkwe
kundizzjoni stabbilita minn pajjiżi terzi dwar l-użu tat-tagħrif
ladarba jkun ipprovdut. 9. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu
għandu jkun ipprovdut b’mod strutturat kif stabbilit mill-Eurojust. Artikolu 22
It-tagħrif ipprovdut
mill-Eurojust lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti 1. Il-Eurojust għandha tipprovdi
lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’tagħrif dwar ir-riżultati
tal-ipproċessar tat-tagħrif, inkluża l-eżistenza ta’ rabtiet
ma’ każijiet li diġà kienu maħżuna fis-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet. Dan it-tagħrif jista’ jinkludi dejta
personali. 2. Meta awtorità nazzjonali kompetenti
titlob sabiex il-Eurojust tipprovdilha tagħrif, il-Eurojust għandha
tibgħatulha fi ħdan il-perjodu ta’ żmien mitlub minn dik
l-awtorità. Artikolu 23
Is-segwitu għat-talbiet
u l-opinjonijiet tal-Eurojust L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
għandhom iwieġbu bla dewmien żejjed għat-talbiet u
l-opinjonijiet tal-Eurojust li jsiru skont l-Artikolu 4. Meta
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li
ma jikkonformawx ma’ talba msemmija fl-Artikolu 4(2) jew jiddeċiedu
li ma jsegwux opinjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 4(4) jew (5), dawn
għandhom jgħarrfu lill-Eurojust bla dewmien żejjed
bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha. Meta ma
jkunx possibbli li jingħataw ir-raġunijiet għar-rifjut milli
jikkonformaw ma’ talba għaliex din tkun ta’ ħsara għall-interessi
essenzjali tas-sigurtà nazzjonali jew għax tkun ixxekkel is-sikurezza ta’
individwi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu
jiċċitaw raġunijiet operazzjonali. Artikolu 24
Is-Sistema ta’ Ġestjoni
tal-Każijiet, il-werrej u l-fajls tax-xogħol temporanji 1. Il-Eurojust għandha
tistabbilixxi Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet imsawra minn fajls
tax-xogħol temporanji u werrej li fihom dejta personali kif imsemmi
fl-Anness 2 u dejta mhux personali. 2. L-iskop tas-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet għandu jkun li: a) tappoġġja l-ġestjoni u
l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li fihom qed
tassisti l-Eurojust, b’mod partikolari permezz ta’ kontroreferenza
tat-tagħrif; b) tħaffef l-aċċess għal
tagħrif fuq investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kurrenti; c) tħaffef il-monitoraġġ
tal-legalità u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament
dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali. 3. Is-Sistema ta’ Ġestjoni
tal-Każijiet tista’ tkun marbuta mal-konnessjoni sigura
tat-telekomunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9
tad-Deċiżjoni 2008/976/ĠAI. 4. Il-werrej għandu jkun fih
referenzi għal fajls tax-xogħol temporanji pproċessati fi
ħdan il-qafas tal-Eurojust u ma jista’ jkun fih l-ebda dejta personali
minbarra dik imsemmija fil-punti (1)(a) sa (i), (k) u (m) u (2) tal-Anness 2. 5. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom,
il-membri nazzjonali jistgħu jipproċessaw dejta fuq il-każijiet
individwali li fuqhom qed jaħdmu f’fajl tax-xogħol temporanju.
Għandhom jippermettu lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data sabiex
ikollu aċċess għall-fajl tax-xogħol temporanju.
L-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf
mill-membru nazzjonali kkonċernat dwar il-ftuħ ta’ kull fajl
tax-xogħol temporanju li fih dejta personali. 6. Għall-ipproċessar ta’
dejta personali operazzjonali, il-Eurojust ma tistax tistabbilixxi xi fajl
tad-dejta awtomatizzat minbarra s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet
jew fajl tax-xogħol temporanju. 7. Is-Sistema ta’ Ġestjoni
tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji tagħha
għandhom ikunu disponibbli sabiex jintużaw mill-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. 8. Id-dispożizzjonijiet dwar
l-aċċess għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet u
l-fajls tax-xogħol temporanji għandhom japplikaw mutatis mutandis
għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Madankollu,
it-tagħrif imdaħħal fis-Sistema ta’ Ġestjoni
tal-Każijiet, il-fajls tax-xogħol temporanji u l-werrej
mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma għandux ikun
disponibbli biex jiġi aċċessat fil-livell nazzjonali. Artikolu 25
It-tħaddim tal-fajls
tax-xogħol temporanji u l-werrej 1. Fajl tax-xogħol temporanju
għandu jinfetaħ mill-membru nazzjonali kkonċernat għal kull
każ li fir-rigward tiegħu jintbagħatlu t-tagħrif diment li
din it-trażmissjoni tkun konformi mar-Regolament jew strumenti legali
applikabbli oħrajn. Il-membru nazzjonali għandu jkun responsabbli
għall-ġestjoni tal-fajls tax-xogħol temporanji miftuħin min
dak il-membru nazzjonali. 2. Il-membru nazzjonali li fetaħ
fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’
każ b’każ, dwar jekk iżommx il-fajl tax-xogħol temporanju
ristrett jew jagħtix aċċess għalih jew partijiet minnu,
fejn ikun hemm bżonn biex il-Eurojust tkun tista’ twettaq il-kompiti
tagħha, lil membri nazzjonali oħrajn jew persunal tal-Eurojust
awtorizzat mid-Direttur Amministrattiv. 3. Il-membru nazzjonali li fetaħ
fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddeċiedi liema tagħrif
relatat ma’ dan il-fajl tax-xogħol temporanju għandu
jiddaħħal fil-werrej. Artikolu 26
L-aċċess
għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet fil-livell nazzjonali 1. Il-persuni msemmija
fl-Artikolu 20(2), diment li huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni
tal-Każijiet, jista’ jkollhom aċċess biss: a) għall-werrej, sakemm il-membru
nazzjonali li ddeċieda li jdaħħal id-dejta fil-werrej ma
ċaħadx it-tali aċċess b’mod ċar; b) għall-fajls tax-xogħol
temporanji miftuħin mill-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom; c) għall-fajls tax-xogħol
temporanji miftuħin minn membri nazzjonali ta’ Stati Membri oħrajn u
li għalihom il-membru nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom
ingħata aċċess sakemm il-membru nazzjonali li fetaħ il-fajl
tax-xogħol temporanju ma ċaħadx it-tali aċċess b’mod
ċar. 2. Il-membru nazzjonali, fi ħdan
il-limitazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1, għandu
jiddeċiedi dwar kemm jingħata aċċess għall-fajls
tax-xogħol temporanji li jingħata fl-Istat Membru tiegħu
lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 20(2) diment li huma konnessi
mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet. 3. Kull Stat Membru għandu
jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-membru nazzjonali tiegħu, dwar
kemm ser jagħti aċċess għall-werrej li jingħata f’dak
l-Istat Membru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 20(2) diment li huma
konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet. L-Istati Membri
għandhom jinnotifikaw lill-Eurojust u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni
tagħhom dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni
għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan. 4. Il-persuni li ngħataw
aċċess b’konformità mal-paragrafu 2 għandu jkollhom
aċċess għall-werrej tal-inqas kemm hemm bżonn sabiex
jagħmlu aċċess għall-fajls tax-xogħol temporanji li
ngħataw aċċess għalihom. KAPITOLU IV
L-IPPROĊESSAR TAT-TAGĦRIF Artikolu 27
L-ipproċessar ta’ dejta
personali 1. Diment li dan ikun meħtieġ
biex tilħaq il-kompitu tagħha ddikjarat b’mod espliċitu,
il-Eurojust, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq
il-funzjonijiet operazzjonali tagħha, tista’ tipproċessa permezz ta’
mezzi awtomatizzati jew f’fajls manwali strutturati b’konformità ma’ dan
ir-Regolament dik id-dejta personali elenkata fil-punt 1 tal-Anness 2
biss, dwar persuni li, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri
kkonċernati huma ssuspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat li
l-Eurojust hija kompetenti għalih jew li ġew ikkundannati
għat-tali reat. 2. Il-Eurojust
tista’ tipproċessa biss id-dejta personali elenkata fil-punt 2
tal-Anness 2, fuq persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali
tal-Istati Membri kkonċernati, huma meqjusin bħala xhieda jew vittmi
f’investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali rigward tip wieħed jew iktar
minn fost id-delitti u r-reati msemmija fl-Artikolu 3, jew persuni ta’
inqas minn 18-il sena. L-ipproċessar tat-tali dejta personali jista’
jseħħ biss jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jitwettaq
il-kompitu tal-Eurojust iddikjarat b’mod espliċitu,
fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq
il-funzjonijiet operazzjonali tagħha. 3. F’każijiet
eċċezzjonali, il-Eurojust tista’ anki, għal perjodu limitat ta’
żmien li ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ
għall-konsultazzjoni tal-każ li miegħu hija relatata d-dejta
pproċessata, tipproċessa dejta personali minbarra dik imsemmija
fil-paragrafi 1 u 2 relatata maċ-ċirkustanzi ta’ reat meta din
tkun immedjatament rilevanti u tkun inkluża għal investigazzjonijiet
kurrenti li l-Eurojust tkun qed tikkoordina jew tgħin fil-koordinazzjoni
tagħhom u meta l-ipproċessar tagħha jkun strettament
neċessarju għall-fini speċifikati fil-paragrafu 1.
L-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 31
għandu jkun mgħarraf minnufih bir-rikors għal dan il-paragrafu u
biċ-ċirkustanzi speċifiċi li jiġġustifikaw
il-ħtieġa tal-ipproċessar ta’ din id-dejta personali. Meta dejta
oħra bħal din tkun tirreferi għal xhieda jew vittmi skont
it-tifsira tal-paragrafu 2, id-deċiżjoni li tiġi pproċessata
għandha tittieħed b’mod konġunt minn tal-inqas żewġ membri
nazzjonali. 4. Dejta personali, ipproċessata
b’mezzi awtomatizzati jew oħrajn, li tikxef oriġini razzjali jew
etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosifiku,
sħubija fi trejdjunjins, u dejta li għandha x’taqsam mas-saħħa
jew il-ħajja sesswali tista’ tiġi pproċessata mill-Eurojust biss
meta din id-dejta tkun strettament neċessarja
għall-investigazzjonijiet nazzjonali kkonċernati kif ukoll
għall-koordinazzjoni fi ħdan il-Eurojust u jekk tissupplimenta dejta
personali oħra li diġà ġiet ipproċessata. L-Uffiċjal
tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf minnufih bir-rikors
għal dan il-paragrafu. Din id-dejta ma tistax tiġi pproċessata
fil-Werrej imsemmi fl-Artikolu 24(4). Meta dejta oħra bħal din
tirreferi għal xhieda jew vittmi skont it-tifsira tal-paragrafu 3,
id-deċiżjoni li tiġi pproċessata għandha
tittieħed mill-Kulleġġ. 5. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001
għandu japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali
mill-Eurojust fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha. Dan ir-Regolament
jippartikolarizza u huwa komplimentari mar-Regolament (KE) Nru 45/2001
f’dak li għandu x’jaqsam mad-dejta personali pproċessata
mill-Eurojust għall-kompiti operazzjonali tagħha. Artikolu 28
Il-limiti ta’ żmien
għall-ħżin ta’ dejta personali 1. Dejta personali pproċessata
mill-Eurojust ma tistax tibqa’ maħżuna wara l-ewwel data applikabbli
minn fost dawn li ġejjin: a) id-data li fiha l-prosekuzzjoni tkun
preskritta skont l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Istati Membri kollha
kkonċernati mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet; b) id-data li fiha l-persuna tkun ġiet
liberata u d-deċiżjoni ġudizzjarja saret finali; c) tliet snin wara d-data li fiha
d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar wieħed
mill-Istati Membri kkonċernati mill-investigazzjoni jew
il-prosekuzzjonijiet saret finali; d) id-data li fiha l-Eurojust u l-Istati
Membri kkonċernati stabbilixxew jew qablu b’mod reċiproku li ma kienx
għad hemm bżonn li l-Eurojust tikkoordina l-investigazzjoni u
l-prosekuzzjonijiet, sakemm ma jkunx hemm obbligu li l-Eurojust tkun ipprovduta
b’din l-informazzjoni b’konformità mal-Artikolu 21(5) jew (6); e) tliet snin wara d-data li fiha
ntbagħtet id-dejta b’konformità mal-Artikolu 21(6) jew (7). 2. Ir-rispett tad-dati ta’ skadenza
għall-ħżin imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1
għandu jiġi analizzat b’mod kostanti bl-ipproċessar awtomatizzat
xieraq. Minkejja dan, analiżi tal-bżonn ta’ ħżin tad-dejta
għandha ssir kull tliet snin wara li tiddaħħal. Jekk dejta li
tikkonċerna l-persuni msemmija fl-Artikolu 27(4) tinħażen
għal perjodu itwal minn ħames snin, il-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi mgħarraf b’dan. 3. Meta tkun għaddiet waħda
mid-dati ta’ skadenza għall-ħżin imsemmija fil-punti (a),
(b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, il-Eurojust għandha tanalizza jekk
hemmx bżonn li d-dejta tibqa’ maħżuna sabiex tkun tista’ twettaq
il-kompiti tagħha u, permezz ta’ deroga, tista’ tiddeċiedi li
taħżen din id-dejta sal-analiżi li jmiss. Ir-raġunijiet
għall-ħżin issoktat iridu jiġu ġustifikati u
rreġistrati. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar
il-ħżin issoktat tad-dejta personali, dik id-dejta għandha
titħassar b’mod awtomatiku wara tliet snin. Madankollu, ladarba
l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha
kkonċernati kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, id-dejta tista’
tinħażen biss jekk tkun neċessarja sabiex il-Eurojust tipprovdi
assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament. 4. Meta, b’konformità
mal-paragrafu 3, id-dejta tkun inħażnet wara d-dati msemmija
fil-paragrafu 1, kull tliet snin il-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data għandu janalizza l-bżonn li dik
id-dejta tinħażen. 5. Meta fajl ikun fih dejta mhux
awtomatizzata u mhux strutturata, ladarba tgħaddi d-data ta’ skadenza
għall-ħżin tal-aħħar oġġett tad-dejta
awtomatizzata mill-fajl, id-dokumenti kollha fil-fajl għandhom jitroddew
lura lill-awtorità li pprovdietha u kwalunkwe kopja għandha tinqered. 6. Meta l-Eurojust tkun ikkoordinat
investigazzjoni jew prosekuzzjonijiet, il-membri nazzjonali kkonċernati
għandhom jgħarrfu lill-Eurojust u lill-Istati Membri l-oħrajn
dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha relatati mal-każ
li saru finali sabiex, fost l-oħrajn, ikun jista’ jiġi applikat
il-punt (b) tal-paragrafu 1. Artikolu 29
L-illoggjar u
d-dokumentazzjoni 1. Għall-fini ta’ verifika
tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u
l-iżgurar ta’ integrità u sigurtà xierqa tad-dejta, il-Eurojust
għandha żżomm rekords dwar kwalunkwe ġbir, bidla, aċċess,
divulgazzjoni, taħlita jew tħassir ta’ dejta personali użata
għal skopijiet operazzjonali. Dawn il-logs jew dokumentazzjoni
għandhom jitħassru wara 18-il xahar, sakemm id-dejta ma tibqax
meħtieġa għal kontroll kurrenti. 2. Il-logs jew id-dokumentazzjoni
mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu komunikati fuq
talba lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kontrollur
Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu juża din
l-informazzjoni biss għall-fini ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta,
l-iżgurar ta’ pproċessar xieraq tad-dejta, u l-integrità u s-sigurtà
tad-dejta. Artikolu 30
L-aċċess awtorizzat
għad-dejta personali Huma biss
il-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti tagħhom, il-persuni
msemmija fl-Artikolu 20(2) diment li jkunu konnessi mas-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet u l-persunal awtorizzat tal-Eurojust li
jistgħu, għall-fini ta’ twettiq tal-kompiti tal-Eurojust u fi
ħdan il-limiti stipulati fl-Artikoli 24, 25 u 26, li għandhom
aċċess għal dejta personali pproċessata mill-Eurojust
għall-kompiti operazzjonali tagħha. Artikolu 31
Il-ħatra
tal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data 1. Il-Bord Eżekuttiv għandu
jaħtar Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data b’konformità
mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. 2. Meta jikkonforma mal-obbligi
stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,
l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu: a) jiżgura li jinżamm rekord
bil-miktub dwar it-trasferiment tad-dejta personali; b) jikkoopera mal-persunal tal-Eurojust
responsabbli għall-proċeduri, it-taħriġ u l-pariri dwar
l-ipproċessar tad-dejta; c) iħejji rapport annwali u jikkomunika
dak ir-rapport lill-Kulleġġ u lill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data. 3. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu,
l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess
għad-dejta kollha pproċessata mill-Eurojust u għall-bini kollu
tal-Eurojust. 4. Il-membri tal-persunal tal-Eurojust
li jassistu lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq
tal-kompiti tiegħu għandu jkollhom aċċess għad-dejta
personali pproċessata fil-Eurojust u għall-bini tal-Eurojust sakemm
hemm bżonn biex iwettqu l-kompiti tagħhom. 5. Jekk l-Uffiċjali
tal-Protezzjoni tad-Data jqis li ma nżammitx konformità
mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew ma’ dan
ir-Regolament relatat mal-ipproċessar ta’ dejta personali, għandu
jgħarraf lid-Direttur Amministrattiv, u jitolbu jsolvi n-nuqqas ta’
konformità fi żmien speċifikat. Jekk id-Direttur Amministrattiv ma
jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar fi żmien speċifikat,
l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jgħarraf
lill-Kulleġġ u għandu jaqbel mal-Kulleġġ dwar
żmien speċifiku għal tweġiba. Jekk il-Kulleġġ ma
jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar fiż-żmien
speċifikat, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu
jirreferi l-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. 6. Il-Bord Eżekuttiv għandu
jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(8)
tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Artikolu 32
Il-modalitajiet rigward
l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess 1. Kwalunkwe suġġett
tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt ta’ aċċess
għad-dejta personali jista’ jagħmel talba għal dan il-għan
lill-awtorità magħżula għal dan il-għan fl-Istat Membru
tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba
lill-Eurojust bla dewmien u dejjem fi żmien xahar mir-riċevuta. 2. It-talba għandha titwieġeb
mill-Eurojust bla dewmien żejjed u dejjem fi żmien tliet xhur
mir-riċevuta tagħha mill-Eurojust. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri kkonċernati għandhom jiġu kkonsultati mill-Eurojust fuq
deċiżjoni li għandha tittieħed. Deċiżjoni dwar
l-aċċess għad-dejta għandha tkun kondizzjonali fuq
il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Eurojust u l-Istati Membri direttament
ikkonċernati mill-komunikazzjoni tat-tali dejta. Fi kwalunkwe każ li
fih Stat Membru joġġezzjona għal tweġiba proposta
tal-Eurojust, dan għandu jgħarraf lill-Eurojust dwar
ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu. 4. Meta d-dritt ta’ aċċess
ikun ristrett b’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE)
Nru 45/2001, il-Eurojust għandha tgħarraf
lis-suġġett tad-dejta b’konformità mal-Artikolu 20(3) ta’ dak
ir-Regolament bil-miktub. L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet
prinċipali tista’ titħassar meta l-forniment tat-tali informazzjoni
jkun iċaħħad lir-restrizzjoni mill-effett tagħha. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun tal-inqas mgħarraf
li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għamel il-verifiki
kollha neċessarji. 5. Il-Eurojust għandha
tiddokumenta r-raġunijiet għall-ommissjoni tar-raġunijiet
prinċipali li fuqhom hija bbażata r-restrizzjoni msemmija
fil-paragrafu 4. 6. Il-membri nazzjonali
kkonċernati mit-talba għandhom jindirizzawha u jieħdu
deċiżjoni f’isem il-Eurojust. It-talba għandha tiġi
indirizzata bis-sħiħ fi żmien tliet xhur mir-riċevuta. Meta
l-membri ma jaqblux bejniethom, għandhom jirreferu l-kwistjoni
lill-Kulleġġ, li għandu jieħu deċiżjoni dwar
it-talba b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. 7. Meta fl-applikazzjoni
tal-Artikolu 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kontrollur
Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jivverifika l-legalità
tal-ipproċessar imwettaq mill-Eurojust, dan għandu jgħarraf
lis-suġġett tad-dejta tal-inqas li l-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data għamel il-verifiki kollha neċessarji. Artikolu 33
Id-dritt ta’ rettifika,
tħassir u restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar 1. Jekk id-dejta personali li trid
tiġi rettifikata, titħassar jew li l-ipproċessar tagħha
jrid jiġi ristrett b’konformità mal-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament
(KE) Nru 45/2001 tkun ġiet ipprovduta lill-Eurojust minn pajjiżi
terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, partijiet privati, persuni privati
jew hija r-riżultat ta’ analiżijiet li saru mill-Eurojust stess,
il-Eurojust għandha tirretifika, tħassar jew tirrestrinġi
l-ipproċessar tat-tali dejta. 2. Jekk id-dejta personali li trid
tiġi rettifikata, titħassar jew li l-ipproċessar tagħha
jrid jiġi ristrett b’konformità mal-Artikolu 14, 15 u 16
tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tkun ġiet ipprovduta lill-Eurojust
minn Stati Membri, il-Eurojust għandha tirretifika, tħassar jew
tirrestrinġi l-ipproċessar tat-tali dejta f’kollaborazzjoni
mal-Istati Membri. 3. Jekk intbagħtet dejta
żbaljata b’mezz xieraq ieħor jew jekk l-iżbalji fid-dejta
pprovduta mill-Istati Membri huma dovuti għal trasferiment li ġarrab
ħsara jew intbagħtet bi ksur ta’ dan ir-Regolament jew jekk
tirriżulta mit-tidħil, il-pussess jew il-ħżin żbaljat
tagħhom jew bi ksur ta’ dan ir-Regolament mill-Eurojust, il-Eurojust
għandha tirrettifika jew tħassar id-dejta f’kollaborazzjoni
mal-Istati Membri kkonċernati. 4. Fil-każijiet imsemmija
fl-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,
id-destinatarji kollha tat-tali dejta għandhom jiġu notifikati
minnufih b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE)
Nru 45/2001. B’konformità mar-regoli applikabbli għalihom,
id-destinatarji għandhom jirrettifikaw, iħassru jew jirrestrinġu
l-ipproċessar ta’ dik id-dejta fis-sistemi tagħhom. 5. Il-Eurojust għandha
tgħarraf lis-suġġett tad-dejta bil-miktub bla dewmien
żejjed u dejjem fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-talba li
d-dejta li tikkonċernah ġiet rettifikata, tħassret jew li
l-ipproċessar tagħha ġie ristrett. 6. Il-Eurojust għandha
tgħarraf lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut
ta’ rettifika, tħassir jew restrizzjonijiet għall-ipproċessar, u
dwar il-possibilità li jippreżenta lment mal-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data u li jfittex rimedju ġudizzjarju. Artikolu 34
Ir-responsabilità fi
kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta 1. Il-Eurojust għandha
tipproċessa dejta personali b’tali mod li jkun jista’ jiġi stabbilit
liema awtorità pprovdiet id-dejta jew mnejn instabet id-dejta personali. 2. Ir-responsabilità għall-kwalità
tad-dejta personali għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li
pprovda d-dejta personali lill-Eurojust u mill-Eurojust għad-dejta
personali pprovduta minn korpi tal-UE, pajjiżi terzi jew
organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għad-dejta personali
miksuba mill-Eurojust minn sorsi disponibbli għall-pubbliku. 3. Ir-responsabilità
għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u dan ir-Regolament
għandha tiġġarrab mill-Eurojust. Ir-responsabilità
għal-legalità tat-trasferiment ta’ dejta personali pprovduta mill-Istati
Membri lill-Eurojust għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li
jipprovdi d-dejta personali, u mill-Eurojust għad-dejta personali
pprovduta lil Stati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi jew
organizzazzjonijiet mill-Eurojust. 4. Soġġetta għal
dispożizzjonijiet oħrajn f’dan ir-Regolament, il-Eurojust
għandha tkun responsabbli għad-dejta kollha pproċessata minnha. Artikolu 35
Il-kooperazzjoni bejn
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet
nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta 1. Il-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f’kooperazzjoni
mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali għas-superviżjoni
tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li
jeħtieġu involviment nazzjonali, b’mod partikolari jekk il-Kontrollur
Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità nazzjonali kompetenti
għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jsibu diskrepanzi
qawwijin bejn il-prattiki tal-Istati Membri jew trasferiment potenzjalment
illegali li jużaw kanali ta’ komunikazzjoni tal-Eurojust, jew fil-kuntest
ta’ mistoqsijiet imqajmin minn awtorità superviżorja nazzjonali waħda
jew iktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. Fil-każijiet imsemmija
fil-paragrafu 1, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u
l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni
tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu, filwaqt li kull wieħed minnhom
jaġixxi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi
tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin
fit-twettiq ta’ awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet
fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jistudjaw
problemi relatati mal-eżerċizzju ta’ superviżjoni indipendenti
jew għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti
tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti
għal kwalunkwe problema u jippromwovu għarfien dwar id-drittijiet ta’
protezzjoni tad-dejta, kif ikun hemm bżonn. 3. L-Awtoritajiet Superviżorji
Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom
jiltaqgħu għall-fini spejgati f’dan l-Artikolu, kif ikun hemm
bżonn. L-ispejjeż u s-servizzi meħtieġa ta’ dawn
il-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli tal-proċeduri għandhom
jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu
żviluppati b’mod konġunt metodi ta’ ħidma oħrajn, skont kif
ikun hemm bżonn. Artikolu 36
Id-dritt ta’
preżentazzjoni ta’ lment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni
tad-Data 1. Meta lment ippreżentat minn
suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE)
Nru 45/2001 ikun relatat ma’ deċiżjoni kif imsemmi
fl-Artikolu 32 jew 33, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni
tad-Data għandu jikkonsulta lill-korpi nazzjonali ta’ sorveljanza jew
il-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta
jew l-Istat Membru direttament ikkonċernat. Id-deċiżjoni
tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tista’ testendi
għal rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni, għandha
tittieħed f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta’ sorveljanza
jew il-korp ġudizzjarju kompetenti. 2. Meta lment ikun relatat
mal-ipproċessar ta’ dejta pprovduta minn Stat Membru lill-Eurojust,
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura
li saru l-verifiki meħtieġa kif suppost f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp
nazzjonali ta’ sorveljanza tal-Istat Membru li pprovda d-dejta. 3. Meta lment ikun relatat
mal-ipproċessar tad-dejta pprovduta lill-Eurojust minn korpi tal-UE,
pajjiżi terzi jew partijiet privati, il-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-Eurojust wettqet
il-verifiki meħtieġa. Artikolu 37
Ir-responsabilità għal
ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat ta’ dejta 1 B’konformità mal-Artikolu 340
tat-Trattat, il-Eurojust għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe
ħsara kkaġunata lil individwu li tirriżulta minn
ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat tad-dejta mwettaq minnha. 2. L-ilmenti kontra l-Eurojust skont
ir-responsabilità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinstemgħu
mill-Qorti tal-Ġustizzja b’konformità mal-Artikolu 268 tat-Trattat. 3. B’konformità mal-liġi
nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli
għal kwalunkwe ħsara kkaġunata lil individwu, li tirriżulta
minn ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat imwettaq minnha ta’ dejta
li ġiet komunikata lill-Eurojust. KAPITOLU V
IR-RELAZZJONIJIET MAL-IMSIEĦBA TAQSIMA I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu 38
Id-dispożizzjonijiet
komuni 1. Diment li dawn ikunu neċessarji
għat-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Eurojust tista’ tistabbilixxi u
żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma’ korpi u aġenziji
tal-Unjoni b’konformità mal-għanijiet ta’ dawk il-korpi jew
l-aġenziji, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi,
organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’
Pulizija Kriminali (Interpol). 2. Sa fejn dan ikun rilevanti
għat-twettiq tal-kompiti tagħha u soġġetta għal
kwalunkwe restrizzjoni stipulata b’konformità mal-Artikolu 21(8),
il-Eurojust tista’ tiskambja b’mod dirett l-informazzjoni kollha,
bl-eċċezzjoni ta’ dejta personali, mal-entitajiet imsemmija
fil-paragrafu 1. 3. B’konformità mal-Artikolu 4
tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Eurojust tista’ tirċievi u
tipproċessa dejta personali riċevuta mill-entitajiet imsemmija
fil-paragrafu 1 sa fejn hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha
u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV. 4. Id-dejta personali għandha
tiġi ttrasferita biss mill-Eurojust lil pajjiżi terzi,
organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-Interpol jekk dan ikun neċessarju
għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa’ taħt
il-kompetenza tal-Eurojust u b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jekk id-dejta
li għandha tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat
Membru, il-Eurojust għandha tikseb il-kunsens tal-Istat Membru, sakemm: a) l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi preżunta
peress li l-Istat Membru ma llimitax biċ-ċar il-possibilità ta’
trasferimenti ulterjuri; jew b) l-Istat Membru ma tax l-awtorizzazzjoni
tiegħu minn qabel għal trasferiment ulterjuri bħal dan, jew
f’termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi.
It-tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt. 5. It-trasferimenti ulterjuri lil
partijiet terzi ta’ dejta personali riċevuta mingħand il-Eurojust
mill-Istati Membri, korpi jew aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u
organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol għandhom ikunu projbiti
sakemm il-Eurojust ma tkunx tat il-kunsens tagħha biċ-ċar wara
li qieset iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, għal skop
speċifiku li mhuwiex inkompatibbli mal-iskop li għalih
intbagħtet id-dejta. TAQSIMA II
IR-RELAZZJONIJIET MAL-IMSIEĦBA Artikolu 39
Il-kooperazzjoni man-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew u netwerks oħrajn tal-Unjoni Ewropea involuti
fil-kooperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali 1. Il-Eurojust u n-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali għandhom iżommu
relazzjonijiet privileġġati ma’ xulxin, fuq il-bażi ta’
konsultazzjoni u komplimentarjetà, speċjalment bejn il-membru nazzjonali,
il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew tal-istess Stat Membru
u l-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust u n-Netwerk Ġudizzjarju
Ewropew. Biex tkun żgurata l-kooperazzjoni effiċjenti, għandhom
jittieħdu l-miżuri li ġejjin: a) fuq il-bażi ta’ każ b’każ,
il-membri nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-punti ta’ kuntatt
tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li jqisu li
n-Netwerk huwa f’pożizzjoni aħjar biex jindirizzahom; b) is-Segretarjat tan-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew għandu jkun jagħmel parti mill-persunal
tal-Eurojust. Għandu jaħdem bħala unità separata. Jista’
juża r-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma neċessarji
għat-twettiq tal-kompiti tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, anki biex
jiġu koperti l-ispejjeż tal-laqgħat plenarji tan-Netwerk; c) il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jkunu mistiedna fuq każ b’każ
biex jattendu laqgħat tal-Eurojust. 2. Is-Segretarjat tan-Netwerk għal
Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerk stabbilit
mid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI għandhom jifformaw parti
mill-persunal tal-Eurojust. Is-segretarjati għandhom jaħdmu bħala
unitajiet separati. Jistgħu jużaw ir-riżorsi amministrattivi
tal-Eurojust li huma neċessarji għat-twettiq tal-kompiti
tagħhom. Il-koordinazzjoni bejn is-segretarjati għandha tkun
żgurata mill-Eurojust. Dan il-paragrafu għandu japplika
għas-segretarjat ta’ kwalunkwe netwerk ġdid stabbilit minn
deċiżjoni tal-Kunsill fejn dik id-deċiżjoni tipprovdi li
s-segretarjat għandu jkun ipprovdut mill-Eurojust. 3. In-netwerk stabbilit
mid-Deċiżjoni 2008/852/ĠAI jista’ jitlob li l-Eurojust
tipprovdi segretarjat għan-netwerk. Jekk issir talba bħal din,
għandu jkun japplika l-paragrafu 2. Artikolu 40
Ir-relazzjonijiet mal-Europol 1. Il-Eurojust għandha
tieħu kull miżura xierqa biex il-Europol, fi ħdan il-mandat
tagħha, tkun tista’ tagħmel aċċess fuq il-bażi ta’
sistema ta’ qbil/nuqqas ta’ qbil mal-informazzjoni pprovduta mal-Eurojust, bla
ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri,
il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet
internazzjonali jew l-Interpol li pprovdewha. Fil-każ ta’ sejba,
il-Europol tista’ tniedi l-proċedura li skont din l-informazzjoni li
ġġenerat is-sejba tista’ tinqasam, b’konformità
mad-deċiżjoni tal-Istat Membru, tal-korp tal-Unjoni, tal-pajjiż
terz, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew tal-Interpol li pprovdew
l-informazzjoni lill-Eurojust. 2. It-tiftixiet ta’
informazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom isiru biss
għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni disponibbli
fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni pproċessata fil-Europol. 3. Il-Eurojust għandha
tippermetti li jsiru tiftixiet skont il-paragrafu 1 biss wara li tikseb
mill-Europol l-informazzjoni dwar liema membri tal-persunal intgħażlu
bħala awtorizzati sabiex iwettqu t-tali tiftixiet. 4. Jekk matul l-attivitajiet ta’
pproċessar tal-informazzjoni tal-Eurojust fir-rigward ta’ investigazzjoni,
il-Eurojust jew Stat Membru jidentifikaw il-bżonn ta’ koordinazzjoni,
kooperazzjoni jew appoġġ b’konformità mal-mandat tal-Europol,
il-Eurojust għandha tinnotifikahom dwar dan u għandha tniedi
l-proċedura għall-qsim tal-informazzjoni, b’konformità
mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni. F’dan
il-każ, il-Eurojust għandha tikkonsulta mal-Europol. 5. Il-Europol għandha
tirrispetta kwalunkwe restrizzjoni fl-aċċess jew l-użu,
f’termini ġenerali jew speċifiċi, indikati minn Stati Membri,
korpi jew aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet
internazzjonali jew l-Interpol. Artikolu 41
Ir-relazzjonijiet
mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew 1. Il-Eurojust għandha
tistabbilixxi u żżomm relazzjoni speċjali mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta’
kooperazzjoni mill-qrib u l-iżvilupp ta’ rabtiet operazzjonali,
amministrattivi u maniġerjali bejniethom kif definit iktar ’l isfel. Għal dan il-għan, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u
l-President tal-Eurojust għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari
biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni. 2. Il-Eurojust għandha tittratta
kwalunkwe talba għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha
tindirizza t-tali talbiet, fejn xieraq, daqslikieku waslu minn awtorità
nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja. 3. Kull meta jkun hemm bżonn,
il-Eurojust għandha tuża s-Sistemi ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali
tal-Eurojust stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 20, kif ukoll
ir-relazzjonijiet li stabbilixxiet ma’ pajjiżi terzi, inklużi
l-maġistrati ta’ kollegament tagħha, biex tappoġġja
l-kooperazzjoni stabbilita b’konformità mal-paragrafu 1. 4. Il-kooperazzjoni stabbilita b’konformità
mal-paragrafu 1 għandha tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni,
inkluża dejta personali. Kwalunkwe dejta li għalhekk tiġi
skambjata għandha tintuża biss għall-fini li ġiet
ipprovduta. Kwalunkwe użu ieħor tad-dejta għandu jkun permess
biss sa fejn it-tali użu jkun jaqa’ taħt il-mandat tal-korp li
jirċievi d-dejta, u soġġett għall-awtorizzazzjoni minn
qabel tal-korp li pprovda d-dejta. 5. Għall-fini ta’ identifikazzjoni
ta’ jekk l-informazzjoni disponibbli fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni mill-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Eurojust għandha timplimenta
mekkaniżmu għall-kontroverifika awtomatika ta’ dejta
mdaħħla fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tagħha.
Kull meta jkun hemm qbil bejn id-dejta mdaħħla fis-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew u d-dejta mdaħħla mill-Eurojust, il-fatt li hemm qbil ser
jiġi komunikat kemm lill-Eurojust kif ukoll lill-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll lill-Istat Membru li pprovda d-dejta
lill-Eurojust. Fil-każijiet li fihom id-dejta tkun ġiet ipprovduta
minn parti terza, il-Eurojust għandha tinnotifika lil dik il-parti terza
dwar il-qbil li nstab bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur
Pubbliku Ewropew. 6. Il-Eurojust għandha
tagħżel u tgħarraf lill-Uffiċċju tal-Prosekutur
Pubbliku Ewropew dwar liema membri tal-persunal għandhom ikunu awtorizzati
jkollhom aċċess għar-riżultati tal-mekkaniżmu ta’
kontroverifika. 7. Il-Eurojust għandha
tappoġġja l-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew permezz ta’ servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-persunal
tagħha. It-tali appoġġ dejjem għandu jinkludi: a) appoġġ tekniku
fit-tħejjija tal-baġit annwali, id-dokument ta’ programmazzjoni li
fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali u l-pjan tal-ġestjoni; b) appoġġ tekniku fil-ħatra
ta’ persunal u fil-ġestjoni tal-karrieri; c) servizzi tas-sigurtà; d) servizzi tat-Teknoloġija
tal-Informazzjoni; e) servizzi ta’ ġestjoni finanzjarja,
kontabilistiċi u tal-awditjar; f) kwalunkwe servizz ieħor ta’ interess
komuni. Id-dettalji tas-servizzi li għandhom
jiġu pprovduti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn
il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. 8. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew
jista’ jindirizza opinjonijiet bil-miktub lill-Kulleġġ, li
l-Kulleġġ għandu jwieġeb bil-miktub bla dewmien
żejjed. It-tali opinjonijiet bil-miktub dejjem għandhom jiġu
ppreżentati kull meta l-Kulleġġ jadotta l-baġit annwali u
l-programm ta’ ħidma. Artikolu 42
Ir-relazzjonijiet ma’ korpi u
aġenziji oħrajn tal-Unjoni 1. Il-Eurojust għandha
tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet kooperattivi man-Netwerk Ewropew
tat-Taħriġ Ġudizzjarju. 2. L-OLAF jista’ jikkontribwixxi
għall-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-Eurojust rigward il-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’konformità mal-mandat tiegħu skont
ir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru .../2013
dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra
l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1073/1999
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom)
Nru 1074/1999. 3. Għall-fini tar-riċevuta u
t-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-Eurojust u l-OLAF, u bla
ħsara għall-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust jitqiesu bħala
awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-fini tar-Regolament
(KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999[19]. L-iskambju ta’ informazzjoni
bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jsir bla ħsara għall-informazzjoni
li trid tingħata lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont dawn
ir-Regolamenti. TAQSIMA III
IL-KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI Artikolu 43
Ir-relazzjonijiet
mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali 1. Il-Eurojust tista’ tistabbilixxi
arranġamenti tax-xogħol mal-entitajiet imsemmija
fl-Artikolu 38(1). 2. Bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti,
il-Eurojust tista’ tagħżel punti ta’ kuntatt f’pajjiżi terzi
biex tħaffef il-kooperazzjoni. TAQSIMA IV
IT-TRASFERIMENTI ta’ DEJTA
PERSONALI Artikolu 44
It-trasferiment ta’ dejta
personali lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni Soġġetta għal kwalunkwe
restrizzjoni possibbli skont l-Artikolu 21(8), il-Eurojust tista’
tittrasferixxi b’mod dirett dejta personali lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni
sa fejn dan ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħha jew
dawk tal-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni riċevituri. Artikolu 45
It-trasferiment ta’ dejta
personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali 1. Il-Eurojust tista’ tittrasferixxi
dejta personali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni
internazzjonali jew l-Interpol, diment li dan ikun neċessarju biex twettaq
il-kompiti tagħha, fuq il-bażi biss ta’: a) deċiżjoni tal-Kummissjoni
adottata b’konformità mal-Artikoli 25 u 31 tad-Direttiva 95/46/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20]
li dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew settur
tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni
internazzjonali jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni
(deċiżjoni dwar l-adegwatezza); jew b) ftehim internazzjonali konkluż bejn
l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali
skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jżid salvagwardji adegwati
fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u
l-libertajiet tal-individwi; jew c) ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż
bejn il-Eurojust u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni
internazzjonali b’konformità mal-Artikolu 27
tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI . Dawn it-trasferimenti ma jeħtiġux
awtorizzazzjoni ulterjuri. Il-Eurojust tista’ tikkonkludi arranġamenti
tax-xogħol biex timplimenta t-tali ftehimiet jew deċiżjonijiet
tal-adegwatezza. 2. Permezz ta’ deroga
mill-paragrafu 1, il-Eurojust tista’ tawtorizza t-trasferiment ta’ dejta
personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew
l-Interpol fuq bażi ta’ każ b’każ jekk: a) it-trasferiment tad-dejta huwa
assolutament meħtieġ biex jiġu salvagwardjati l-interessi
essenzjali ta’ wieħed mill-Istati Membri jew iktar fi ħdan il-kamp
ta’ applikazzjoni tal-għanijiet tal-Eurojust; b) it-trasferiment tad-dejta huwa
assolutament meħtieġ fl-interessi tal-prevenzjoni ta’ periklu
imminenti assoċjat mal-kriminalità jew reati terroristiċi; c) it-trasferiment huwa neċessarju jew
legalment meħtieġ b’mod ieħor għal raġunijiet ta’
interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, kif
rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew
għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet
legali; jew d) it-trasferiment huwa neċessarju biex
jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew
persuna oħra. 3. Barra minn hekk,
il-Kulleġġ, bi qbil mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni
tad-Data, jista’ jawtorizza sett ta’ trasferimenti f’konformità
mal-punti a) sa d) iktar ’il fuq, filwaqt li tittieħed
f’kunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ salvagwardji fir-rigward tal-protezzjoni
tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi,
għal perjodu ta’ mhux iktar minn sena, li jista’ jiġġedded. 4. Il-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf
bil-każijiet li fihom ġie applikat il-paragrafu 3. 5. Il-Eurojust tista’ tittrasferixxi
dejta personali amministrattiva b’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament
(KE) Nru 45/2001. Artikolu 46
Il-maġistrati ta’
kollegament ippostjati f’pajjiżi terzi 1. Għall-fini ta’ tħaffif
tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ pajjiżi terzi f’każijiet li
fihom il-Eurojust qed tipprovdi assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament,
il-Kulleġġ jista’ jippostja maġistrati ta’ kollegament
f’pajjiż terz soġġett għal arranġament tax-xogħol
kif imsemmi fl-Artikolu 43 ma’ dak il-pajjiż terz. 2. Il-maġistrat ta’ kollegament
imsemmi fil-paragrafu 1 huwa meħtieġ ikollu esperjenza
tax-xogħol mal-Eurojust u għarfien adegwat fuq il-kooperazzjoni
ġudizzjarja u kif taħdem il-Eurojust. L-ippostjar ta’ maġistrat
ta’ kollegament f’isem il-Eurojust għandu jkun soġġett
għall-kunsens minn qabel tal-maġistrat u tal-Istat Membru
tiegħu. 3. Meta l-maġistrat ta’ kollegament
ippostjat mill-Eurojust jingħażel minn fost membri nazzjonali,
deputati jew assistenti: a) għandu jkun sostitwit fil-funzjoni
tiegħu bħala membru nazzjonali, deputat jew Assistent, mill-Istat
Membru; b) ma jibqax intitolat li
jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu b’konformità
mal-Artikolu 8. 4. Bla ħsara
għall-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kulleġġ
għandu jfassal ir-regoli dwar l-ippostjar ta’ maġistrati ta’
kollegament u jadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni neċessarji
f’dan ir-rigward f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. 5. L-attivitajiet tal-maġistrati
ta’ kollegament ippostjati mill-Eurojust għandhom ikunu
s-suġġett ta’ superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data. Il-maġistrati ta’ kollegament
għandhom jirrapportaw mal-Kulleġġ, li għandu jgħarraf
lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rapport annwali u bil-mod xieraq dwar
l-attivitajiet tagħhom. Il-maġistrati ta’ kollegament għandhom
jgħarrfu lill-membri nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
bil-każijiet kollha li jikkonċernaw l-Istat Membru tagħhom. 6. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri u l-maġistrati ta’ kollegament imsemmija fil-paragrafu 1
jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin direttament. F’dawn il-każijiet,
il-maġistrat ta’ kollegament għandu jgħarraf lill-membru
nazzjonali kkonċernat dwar dawn il-kuntatti. 7. Il-maġistrati ta’ kollegament
imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konnessi mas-Sistema ta’
Ġestjoni tal-Każijiet. Artikolu 47
It-talbiet għal
kooperazzjoni ġudizzjarja lil pajjiżi terzi u mingħandhom 1. Il-Eurojust għandha tikkoordina
l-eżekuzzjoni tat-talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja
maħruġin minn pajjiż terz fejn dawn it-talbiet ikunu parti
mill-istess investigazzjoni u jeħtieġu eżekuzzjoni f’tal-inqas
żewġ Stati Membri. It-tali talbiet jistgħu jintbagħtu wkoll
lill-Eurojust minn awtorità nazzjonali kompetenti. 2. Fil-każ ta’ urġenza u
b’konformità mal-Artikolu 19, il-Koordinazzjoni Attiva (OCC) tista’
tirċievi u tipproċessa talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu u maħruġin minn pajjiż terz li kkonkluda
arranġament tax-xogħol mal-Eurojust. 3. Bla ħsara
għall-Artikolu 3(3), meta jsiru talbiet għal kooperazzjoni
ġudizzjarja, li jkunu relatati mal-istess investigazzjoni u jkunu
jeħtieġu eżekuzzjoni f’pajjiż terz, il-Eurojust
għandha tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ dak
il-pajjiż terz. KAPITOLU VI
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI Artikolu 48
Il-baġit 1. L-istimi tad-dħul u n-nefqa
kollha tal-Eurojust għandhom jitħejjew għal kull sena
finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena tal-kalendarju, u għandhom
jintwerew fil-baġit tal-Eurojust. 2. Il-baġit tal-Eurojust
għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq. 3. Bla ħsara għal
riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Eurojust għandu jinvolvi: a) kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla
fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; b) kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja
volontarja mill-Istati Membri; c) imposti għal pubblikazzjonijiet u
kwalunkwe servizz ipprovdut mill-Eurojust; d) għotjiet ad-hoc. 4. In-nefqa tal-Eurojust għandha
tinkludi remunerazzjoni tal-persunal, spejjeż amministrattivi u
tal-infrastruttura, spejjeż operazzjonali. Artikolu 49
L-istabbiliment
tal-baġit 1. Kull sena, id-Direttur
Amministrattiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi
tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust f’daqqa, għas-sena finanzjarja ta’
wara, inkluża t-tabella tal-persunal, u jibagħtu
lill-Kulleġġ. 2. Fuq il-bażi ta’ dan l-abbozz,
il-Kulleġġ għandu jipproduċi abbozz tal-istima
provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust għas-sena
finanzjarja ta’ wara. 3. L-abbozz tal-istima provviżorja
tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust għandu jintbagħat
lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.
Il-Kulleġġ għandu jibgħat abbozz tal-istima finali, li
għandu jinkludi abbozz tat-tabella tal-persunal, lill-Kummissjoni sal-31
ta’ Marzu. 4. Il-Kummissjoni għandha
tibgħat id-dikjarazzjoni tal-istimi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
(l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali
tal-Unjoni Ewropea. 5. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni
tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz
tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis
neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni
ddebitata lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta
quddiem l-awtorità tal-baġit b’konformità mal-Artikoli 313 u 314
tat-Trattat. 6. L-awtorità tal-baġit
għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni
tal-Eurojust. 7. L-awtorità tal-baġit
għandha tadotta t-tabella tal-persunal tal-Eurojust. 8. Il-baġit tal-Eurojust
għandu jiġi adottat mill-Kulleġġ. Għandu jsir finali
wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Meta
jkun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq. 9. Għal kwalunkwe proġett ta’
bini li aktarx ikollu implikazzjonijiet importanti għall-baġit,
il-Eurojust għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
malajr kemm jista’ jkun skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 203
tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. 10. Ħlief f’każijiet ta’ force
majeure msemmija fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM)
Nru 966/2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw
fuq il-proġett ta’ bini fi żmien erba’ ġimgħat
mir-riċevuta tiegħu miż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proġett ta’ bini għandu jitqies
approvat wara li jgħaddi dan il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat,
sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni
kontra l-proposta fi ħdan dak iż-żmien. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu
tħassib iġġustifikat sew fi ħdan dak il-perjodu ta’ erba’
ġimgħat, dak il-perjodu għandu jittawwal darba
b’ġimagħtejn. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill
jieħdu deċiżjoni li tmur kontra l-proġett ta’ bini,
il-Eurojust għandha tirtira l-proposta tagħha u tista’
tippreżenta waħda ġdida. 11. Il-Eurojust tista’ tiffinanzja proġett
ta’ akkwiżizzjoni tal-baġit permezz ta’ self soġġett
għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-baġit b’konformità
mal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. Artikolu 50
L-implimentazzjoni
tal-baġit Id-Direttur Amministrattiv għandu
jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-Eurojust u għandu
jimplimenta l-baġit tal-Eurojust bir-responsabilità tiegħu u fi
ħdan il-limiti awtorizzati fil-baġit. Artikolu 51
Il-preżentazzjoni
tal-kontijiet u r-rilaxx 1. Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja,
l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Eurojust għandu jibgħat
il-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabilità
tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. 2. Il-Eurojust għandha
tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31
ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara. 3. Sal-31 ta’ Marzu wara kull sena
finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu
jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust konsolidati
mal-kontijiet tal-Kummissjoni lill-Qorti tal-Awdituri. 4. B’konformità
mal-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012,
il-Qorti tal-Awdituri, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’
wara, tista’ tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet
provviżorji tal-Eurojust. 5. Malli jaslulu l-osservazzjonijiet
tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust skont
l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, id-Direttur
Amministrattiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Eurojust taħt
ir-responsabilità tiegħu u jippreżentahom lill-Kulleġġ
għal opinjoni. 6. Il-Kulleġġ għandu
joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Eurojust. 7. Sal-1 ta’ Lulju wara kull sena
finanzjarja, id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat il-kontijiet
finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti
tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Kulleġġ. 8. Il-kontijiet finali tal-Eurojust
għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. 9. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba
għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux iktar tard mit-30 ta’
Settembru tas-sena ta’ wara. Id-Direttur Amministrattiv għandu
jibgħat it-tweġiba tiegħu lill-Kulleġġ u
lill-Kummissjoni wkoll. 10. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta’
dmirijietu meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden
lid-Direttur Amministrattiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq ta’ dmirijietu. 11. Id-Direttur Amministrattiv
għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan
tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa
għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ rilaxx
għas-sena finanzjarja inkwistjoni b’konformità mal-Artikolu 165(3)
tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. 12. Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li
jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew,
għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti rilaxx lid-Direttur
Amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena
N. Artikolu 52
Ir-regoli finanzjarji Ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-Eurojust għandhom jiġu adottati mill-Kulleġġ
b’konformità mar-[Regolament 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002
dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin
fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom)
Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd
għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej] u wara
konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitilqu
mir-[Regolament 2343/2002] sakemm it-tali tluq ma jkunx meħtieġ
b’mod speċifiku għall-opinjoni tal-Eurojust u l-Kummissjoni tkun tat
il-kunsens tagħha minn qabel. KAPITOLU VII
ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PERSUNAL Artikolu 53
Id-dispożizzjonijiet
ġenerali Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea
u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali l-Oħra tal-Unjoni
Ewropea u r-regoli adottati bi qbil bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u dawk
il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali l-Oħra għandhom
japplikaw għall-persunal tal-Eurojust. Artikolu 54
L-esperti nazzjonali
sekondati u persunal ieħor 1. Il-Eurojust tista’ tuża esperti
nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux imħaddem mill-Eurojust. 2. Il-Kulleġġ għandu
jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar
għall-Eurojust ta’ esperti nazzjonali. KAPITOLU VIII
L-EVALWAZZJONI U R-RAPPORTAR Artikolu 55
L-involviment tal-Parlament
Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali 1. Il-Eurojust għandha
tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlament Ewropew, li jista’
jippreżenta osservazzjonijiet u konklużjonijiet. 2. Il-President tal-Kulleġġ
għandu jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan
tal-aħħar, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Eurojust, u
b’mod partikolari biex jippreżenta r-Rapporti Annwali tiegħu, filwaqt
li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-obbligi ta’ diskrezzjoni u
kunfidenzjalità. It-taħditiet ma għandhomx jirreferu b’mod dirett jew
indirett għal azzjonijiet konkreti fir-rigward ta’ każijiet
operazzjonali speċifiċi. 3. Minbarra l-obbligi ta’ informazzjoni
u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Eurojust
għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni: a) ir-riżultati tal-istudji u
l-proġetti strateġiċi elaborati jew kummissjonati mill-Eurojust; b) arranġamenti tax-xogħol
konklużi ma’ partijiet terzi; c) ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Data. 4. Il-Eurojust għandha
tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlamenti Nazzjonali.
Il-Eurojust għandha tibgħat ukoll lill-Parlamenti nazzjonali
d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3. Artikolu 56
L-evalwazzjoni u
r-reviżjoni 1. Sa mhux iktar tard minn [5 snin
wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u kull 5 snin
wara dan, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni
tal-implimentazzjoni u impatt ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-effettività u
l-effiċjenza tal-Eurojust u l-prattiki tax-xogħol tagħha.
L-evalwazzjoni għandha tindirizza b’mod partikolari l-ħtieġa
possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Eurojust, u l-implikazzjonijiet
finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. 2. Il-Kummissjoni għandha
tgħaddi r-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet
tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti nazzjonali, lill-Kunsill u
lill-Kulleġġ. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru
pubbliċi. 3. Kull darba li ssir it-tieni
evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll r-riżultati
miksubin mill-Eurojust fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti
tagħha. KAPITOLU IX
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 57
Il-Privileġġi u
l-Immunitajiet Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u
l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Eurojust u
l-persunal tiegħu. Artikolu 58 L-arranġamenti lingwistiċi 1. Ir-Regolament Nru 1[21] għandu japplika
għall-Eurojust. 2. Is-servizzi tat-traduzzjoni
meħtieġa għat-tħaddim tal-Eurojust għandhom jiġu
pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni
Ewropea. Artikolu 59
Il-kunfidenzjalità 1. Il-membri nazzjonali, id-deputati u
l-Assistenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7, il-persunal
tal-Eurojust, il-korrispondenti nazzjonali u l-Uffiċjali tal-Protezzjoni
tad-Data għandhom ikunu marbutin b’obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward
ta’ kwalunkwe informazzjoni li jsibu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom. 2. L-obbligu ta’ kunfidenzjalità
għandu japplika għall-persuni kollha u l-korpi kollha
magħżulin sabiex jaħdmu mal-Eurojust. 3. L-obbligu ta’ kunfidenzjalità
għandu japplika wkoll wara t-tluq mill-uffiċċju jew l-impjieg
jew wara tmiem l-attivitajiet tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. 4. L-obbligu ta’ kunfidenzjalità
għandu japplika għall-informazzjoni kollha riċevuta
mill-Eurojust, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew
tkun aċċessibbli għall-pubbliku. 5. Il-membri u l-persunal
tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu
soġġetti għall-obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’
kwalunkwe informazzjoni li sabu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom. Artikolu 60
It-trasparenza 1. Ir-Regolament (KE)
Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti relatati
mal-kompiti amministrattivi tal-Eurojust. 2. Fi żmien sitt xhur mid-data
tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kulleġġ għandu jadotta
r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE)
Nru 1049/2001. 3. Id-deċiżjonijiet
meħudin mill-Eurojust skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE)
Nru 1049/2001 jistgħu jifformaw is-suġġett ta’ lment
lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat,
rispettivament. Artikolu 61
L-OLAF u l-Qorti Ewropea
tal-Awdituri 1. Biex titħaffef il-ġlieda
kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont
ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mid-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha taderixxi fil-Ftehim
Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni
mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta
d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha
tal-Eurojust billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak
il-Ftehim. 2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
għandu jkollha s-setgħat tal-awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti
u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna, il-kuntratturi u
s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni mill-Eurojust. 3. L-OLAF jista’ jwettaq
investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post,
b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti
fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE)
Nru 2185/96[22]
bil-għan li jistabbilixxi jekk seħħitx xi irregolarità li
taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta man-nefqa ffinanzjata
mill-Eurojust. 4. Bla ħsara
għall-paragrafi 1, 2 u 3, arranġamenti tax-xogħol ma’
pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Interpol,
il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għoti u d-deċiżjonijiet ta’
għoti tal-Eurojust għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li
jagħtu s-setgħa b’mod espressiv lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u
l-OLAF biex iwettqu t-tali awditjar u investigazzjonijiet, b’konformità
mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Artikolu 62
Ir-regoli tas-sigurtà dwar
il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata Il-Eurojust għandha tapplika
l-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli dwar is-sigurtà
tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata
tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif
stipulat fl-anness għad-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, il-Euratom[23]. Dan għandu jkopri, inter
alia, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u
l-ħżin tat-tali informazzjoni. Artikolu 63
L-investigazzjonijiet
amministrattivi L-attivitajiet amministrattivi tal-Eurojust
għandhom ikunu soġġetti għall-investigazzjonijiet
tal-Ombudsman Ewropew b’konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat. Artikolu 64
Responsabilità oħra
minbarra r-responsabilità għall-ipproċessar mhux awtorizzat jew
żbaljat ta’ dejta 1. Ir-responsabilità kuntrattwali
tal-Eurojust għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli
għall-kuntratt inkwistjoni. 2. Il-Qorti tal-Ġustizzja
tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni biex tagħti
sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt
konkluż mill-Eurojust. 3. Fil-każ ta’ responsabilità mhux
kuntrattwali, il-Eurojust, b’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni
għal-liġijiet tal-Istati Membri u b’mod indipendenti minn kwalunkwe
responsabilità skont l-Artikolu 37, għandha tagħmel tajjeb
għal kwalunkwe ħsara kkaġunata mill-Kulleġġ jew
il-persunal tal-Eurojust fit-twettiq ta’ dmirijietha. 4. Il-paragrafu 3 għandu
japplika wkoll għall-ħsara kkaġunata minħabba membru
nazzjonali, deputat jew Assistent fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Madankollu,
meta dawn ikunu qed jaġixxu fuq il-bażi tas-setgħat
mogħtija lilhom skont l-Artikolu 8, l-Istat Membru ta’ oriġini
tagħhom għandu jrodd lill-Eurojust is-somom li l-Eurojust
ħallset biex tagħmel tajjeb għat-tali ħsara. 5. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwim fuq kumpens
għall-ħsarat imsemmija fil-paragrafu 3. 6. Il-qrati nazzjonali tal-Istati
Membri kompetenti sabiex jindirizzaw tilwim li jinvolvi r-responsabilità
tal-Eurojust kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandhom jiġu determinati
b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001[24]. 7. Ir-responsabilità personali
tal-persunal tagħha lejn il-Eurojust għandha tkun irregolata
mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew
il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għalihom. Artikolu 65
Il-ftehim dwar il-Kwartieri
Ġenerali u l-kundizzjonijiet operazzjonali Is-sede tal-Eurojust għandha tkun l-Aja,
il-Pajjiżi l-Baxxi. L-arranġamenti neċessarji dwar
l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Eurojust
fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-faċilitajiet li għandhom jitqiegħdu
għad-dispożizzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi flimkien mar-regoli
speċifiċi applikabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi għad-Direttur Amministrattiv,
il-membri tal-Kulleġġ, il-persunal tal-Eurojust u l-membri
tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar
il-Kwartieri Ġenerali bejn il-Eurojust u l-Pajjiżi l-Baxxi ladarba
tinkiseb l-approvazzjoni tal-Kulleġġ. Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom
jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżguraw
it-tħaddim tal-Eurojust, inklużi skejjel multilingwi orjentati lejn
l-Ewropa u konnessjonijiet tat-trasport xierqa. Artikolu 66
Il-ftehimiet tranżitorji 1. Il-Eurojust
għandha tkun is-suċċessur legali ġenerali fir-rigward
tal-kuntratti kollha konklużi minn, għar-responsabilitajiet ta’, u
għall-proprjetajiet mixtrija mill-Eurojust kif stipulat
mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. 2. Il-membri
nazzjonali tal-Eurojust li kienu sekondati minn kull Stat Membru skont
id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI għandhom jieħdu r-rwol
tal-membri nazzjonali tal-Eurojust skont it-Taqsima II ta’ dan
ir-Regolament. Il-mandat tagħhom jista’ jiġi estiż darba skont
l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni li
ngħatat qabel. 3. Il-President u l-Viċi
Presidenti tal-Eurojust fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan
ir-Regolament għandhom jieħdu r-rwol tal-President u l-Viċi
Presidenti tal-Eurojust skont l-Artikolu 11, sakemm jiskadilhom il-mandat
skont id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. Jistgħu
jerġgħu jiġu eletti darba wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament,
irrispettivament minn rielezzjoni preċedenti. 4. Id-Direttur Amministrattiv li
nħatar l-aħħar skont l-Artikolu 29
tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI għandu jieħu r-rwol
tad-Direttur Amministrattiv b’konformità mal-Artikolu 17 sakemm
jgħaddilu l-mandat tiegħu skont
id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. Il-mandat tad-Direttur
Amministrattiv jista’ jiġi estiż darba wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament. 5. Dan ir-Regolament ma għandux
jaffettwa l-forza legali tal-ftehimiet konklużi mill-Eurojust kif
stabbiliti mid-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. B’mod partikolari,
il-ftehimiet internazzjonali kollha konklużi mill-Eurojust li daħlu
fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament
għandhom jibqgħu legalment validi. Artikolu 67
Ir-revoka 1. Dan ir-Regolament jissostitwixxi u
jirrevoka d-Deċiżjonijiet 2002/187/ĠAI, 2003/659/ĠAI u
2009/426/ĠAI. 2. Ir-referenzi
għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill irrevokati msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal
dan ir-Regolament. Artikolu 68
Id-dħul
fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri skont it-Trattati. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS 1 Lista ta’ forom ta’ kriminalità serja li
l-Eurojust hija kompetenti sabiex tindirizza b’konformità
mal-Artikolu 3(1): –
kriminalità organizzata; –
terroriżmu; –
traffikar tad-drogi; –
ħasil tal-flus; –
korruzzjoni; –
kriminalità kontra l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni; –
qtil, offiża gravi fuq il-persuna; –
ħtif, żamma kontra r-rieda u teħid
ta’ ostaġġi; –
abbuż sesswali u sfruttament sesswali ta’ nisa
u tfal, pornografija tat-tfal u solleċitament ta’ tfal għal skopijiet
sesswali; –
razziżmu u ksenofobija; –
serq organizzat; –
kriminalità tal-vetturi; –
imbrolju u frodi; –
rikattar organizzat u estorsjoni; –
kontrafazzjoni u piraterija tal-prodotti; –
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u
traffikar ta’ dawn; –
falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas; –
ċiberkriminalità; –
abbuż minn informazzjoni
privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju; –
kuntrabandu ta’ migranti illegali; –
traffikar tal-bnedmin; –
kummerċ illeċitu f’organi u tessut
tal-bniedem; –
traffikar illeċitu f’sustanzi tal-ormoni u
promoturi tat-tkabbir oħrajn; –
traffikar illeċitu fi prodotti tal-kultura,
inklużi antikwitajiet u xogħlijiet artistiċi; –
traffikar illeċitu f’armi, munizzjoni u
splussivi; –
traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali
fil-periklu; –
traffikar illeċitu fi speċi u varjetajiet
ta’ pjanti fil-periklu; –
reati kontra l-ambjent; –
tniġġis b’sors minn bastimenti; –
kriminalità marbuta ma’ sustanzi nukleari u
radjuattivi; –
ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u
delitti tal-gwerra. ANNESS 2 Il-kategoriji ta’ dejta personali msemmija
fl-Artikolu 27 1. a) il-kunjom, l-isem
tax-xbubija, l-ismijiet mogħtijin u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; b) id-data u l-post tat-twelid; c) iċ-ċittadinanza; d) is-sess; e) il-post ta’ residenza, il-professjoni u
l-inħawi tal-persuna kkonċernata; f) in-numri tas-sigurtà soċjali,
il-liċenzji tas-sewqan, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-dejta
tal-passaport, Numri tad-dwana u ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa; g) l-informazzjoni dwar persuni
ġuridiċi jekk tinkludi informazzjoni relatata ma’ individwi
identifikati jew identifikabbli li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni
ġudizzjarja jew prosekuzzjoni; h) il-kontijiet tal-bank u l-kontijiet ma’
istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn; i) id-deskrizzjoni u l-għamla
tar-reati allegati, id-data li fiha twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati
u l-progress tal-investigazzjonijiet; j) il-fatti li jindikaw firxa
internazzjonali tal-każ; k) dettalji relatati mas-sħubija
allegata ta’ organizzazzjoni kriminali; l) in-numri tat-telefown, l-indirizzi
tal-posta elettronika, dejta dwar it-traffiku u dejta dwar il-post, kif ukoll
id-dejta relatata meħtieġa biex jiġi identifikat l-abbonat jew
l-utent; m) id-dejta dwar ir-reġistrazzjoni
tal-vettura; n) il-profili tad-DNA stabbiliti mill-parti
mhux kodifikatriċi tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’. 2. a) il-kunjom, l-isem
tax-xbubija, l-ismijiet mogħtijin u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; b) id-data u l-post tat-twelid; c) iċ-ċittadinanza; d) is-sess; e) il-post ta’ residenza, il-professjoni u
l-inħawi tal-persuna kkonċernata; f) id-deskrizzjoni u l-għamla
tar-reati li jinvolvuhom, id-data li fiha twettqu, il-kategorija kriminali
tar-reati u l-progress tal-investigazzjonijiet. ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma
politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. L-għanijiet
1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Id-durata
u l-impatt finanzjarju 1.7. Il-metodu/i
ta’ ġestjoni prospettat(i) 2. Il-MIŻURI ta’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 2.2. Is-sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa
affettwata 3.2. L-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Is-sinteżi
tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet tal-[korp] 3.2.3. L-impatt stmat fuq
ir-riżorsi umani tal-[korp] 3.2.4. Il-kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. L-impatt stmat fuq
id-dħul ID-DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 5. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 5.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija
tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali
(EUROJUST) 5.2. Il-qasam/l-oqsma
politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[25] Qasam
politiku: 33 - Ġustizzja Attività:
33.03 - Ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili (mill-2014:
33.03 – Ġustizzja) 5.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett
pilota/azzjoni ta’ tħejjija[26]
þ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam
mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni indirizzata mill-ġdid għal
azzjoni ġdida 5.4. L-għan(ijiet) 5.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku(ċi) pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Il-Eurojust twaqqfet wara inizjattiva mill-SM
permezz tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI bħala korp
tal-Unjoni b’personalità ġuridika bil-għan li ssaħħaħ
il-ġlieda kontra l-kriminalità serja. L-Artikolu 85 TFUE jistipula li
l-Eurojust għandha tkun irregolata minn Regolament, adottat skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-missjoni tagħha
hija li tappoġġja u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u
l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taffettwa żewġ
Stati Membri jew iktar tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta għal Regolament
tipprovdi għal qafas legali uniku mġedded għal Aġenzija
ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja
Kriminali, li hija s-suċċessur legali tal-Eurojust. 5.4.2. L-għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB
ikkonċernata/i Għan speċifiku Nru 2: Issaħħaħ
il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u b’hekk
tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ Spazju Ġudizzjarju Ewropew
ġenwin Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i 33.03
- Ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili 5.4.3. Ir-riżultat(i) u
l-impatt(i) mistennija Speċifika l-effetti
li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi
fil-mira. Billi
tiġbor flimkien prosekuturi u mħallfin anzjani mill-Istati Membri
kollha tal-UE, il-Eurojust għandha rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’
spazju ġudizzjarju Ewropew. Għandha rwol importanti ieħor
fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali fl-UE bħala
faċilitatur effettiv tal-kooperazzjoni ġudizzjarja li l-assistenza
tiegħu dejjem qed titfittex iktar mill-prattikanti nazzjonali. L-effetti
mistennija jinkludu: 1.
Ħidma operazzjonali tal-Eurojust Il-Eurojust
tappoġġja u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja
fi kwistjonijiet kriminali. Il-membri nazzjonali, li jaġixxu b’mod
individwali jew bħala Kulleġġ, jintervjenu f’każijiet
kriminali konkreti, fejn l-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġu
koordinazzjoni msaħħa jew għandhom bżonn jegħlbu
diffikultajiet fl-użu prattiku tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u
l-istrumenti ta’ rikonoxximent reċiproku. Il-Eurojust tgħin sabiex
jonqsu d-differenzi fil-firxa wiesgħa ta’ sistemi u tradizzjonijiet legali
tal-UE u sabiex titrawwem fiduċja reċiproka li hija fil-qalba
tal-istrumenti ta’ rikonoxximent reċiproku billi ssolvi malajr problemi
lingwistiċi jew legali jew tidentifika l-awtoritajiet kompetenti
f’pajjiżi oħrajn. 2.
Iċ-ċentru ta’ kompetenza ġudizzjarja tal-Eurojust għal
azzjoni effettiva kontra l-kriminalità transkonfinali serja Il-Eurojust
għandha rwol importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità
transkonfinali. Il-Eurojust torganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni, fejn
l-awtoritajiet nazzjonali jiltaqgħu sabiex jaqblu fuq approċċ
komuni għall-investigazzjonijiet, iħejju talbiet ta’ assistenza,
isolvu jew jantiċipaw tweġibiet għal mistoqsijiet legali jew
jiddeċiedu fuq operazzjonijiet simultanji. Il-Eurojust hija involuta
fit-twaqqif u l-parteċipazzjoni fil-JITs (Timijiet ta’ Investigazzjoni
Konġunta), li jappoġġjaw lill-Istati Membri. 3.
Il-kooperazzjoni tal-Eurojust mal-imsieħba Il-Eurojust
tikkoopera ma’ aġenziji oħrajn, b’mod partikolari l-Europol, l-OLAF
kif ukoll Stati terzi u tilqa’ fi ħdanha s-Segretarjati tan-Netwerk
Ġudizzjarju Ewropew, in-Netwerk ta’ Esperti tat-Timijiet ta’
Investigazzjoni Konġunta u n-Netwerk dwar il-Ġenoċidji,
b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill. 4.
Ir-relazzjonijiet tal-Eurojust mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew B’konformità
mal-Artikolu 86 TFEU, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
irid ikun stabbilit “mill-Eurojust”. Għaldaqstant, din il-proposta
għandha l-għan li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ukoll. L-appoġġ
amministrattiv lill-EPPO ser jiġi pprovdut fuq bażi bla spejjeż. 5.4.4. L-indikaturi tar-riżultat
u l-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. B’konformità
mal-Pjan Direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni
dwar l-aġenziji, il-Kummissjoni qed tiżviluppa linji gwida
għad-definizzjoni ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
għall-Aġenziji. Dan huwa mistenni jkun konkluż fl-2013. 5.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 5.5.1. Ir-rekwiżit(i) li
għandhom jintlaħqu fit-terminu qasir jew fit-tul Fil-perjodu
qasir, il-Eurojust hija mistennija tkompli bl-attivitajiet ċentrali
tagħha, b’mod partikolari dawk direttament relatati mal-appoġġ u
t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’
kriminalità transkonfinali serja. Il-fluss ta’ informazzjoni u r-rabta bejn
l-awtoritajiet nazzjonali u l-Eurojust għandhom jissaħħu. Fit-terminu
medju, l-istruttura, l-operazzjoni, il-kompiti u s-sorveljanza parlamentari
tal-Eurojust ser jissaħħu permezz ta’ din il-proposta b’konformità
mal-Artikolu 85 TFUE. Hemm anki rekwiżiti marbutin
mal-Artikolu 86 TFUE u l-istabbiliment ta’ Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust: il-Eurojust ser tkun
meħtieġa tipprovdi servizzi ta’ appoġġ amministrattiv
lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. 5.5.2. Il-valur miżjud
tal-involviment tal-UE Il-valur
miżjud tal-azzjoni żviluppata mill-Eurojust: tħaffif tal-kooperazzjoni
ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u
tisħiħ tal-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità
organizzata b’mod iktar effettiv, għandu dimensjoni intrinsikament tal-UE
u jista’ jinkiseb biss fil-livell tal-UE. 5.5.3. Il-lezzjonijiet miksubin minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi Ir-rapporti
annwali tal-Eurojust jikkonfermaw li hemm bżonn kontniwu għal
koordinazzjoni u appoġġ internazzjonali u mill-UE fil-qasam
tal-kriminalità serja transkonfinali. L-aħħar deċennju ra
żieda qawwija fil-kriminalità organizzata, bħal traffikar tad-drogi,
traffikar tal-bnedmin, terroriżmu u ċiberkriminalità, inkluża
pornografija tat-tfal. Qed ifeġġ xenarju kriminali ġdid,
bil-preżenza dejjem ikbar ta’ gruppi ferm mobbli u flessibbli li joperaw f’bosta
ġurisdizzjonijiet u setturi kriminali, u megħjuna, b’mod partikolari,
b’użu mifrux u illeċitu tal-Internet. L-Istati Membri ma
jistgħux jiġġieldu kontra dawn b’mod effettiv fil-livell
nazzjonali, u b’hekk il-koordinazzjoni u l-assistenza jsiru kruċjali.
Il-Eurojust hija l-unika aġenzija tal-UE li tappoġġja
lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fl-investigazzjoni u
l-prosekuzzjoni xierqa ta’ dawn il-każijiet. 5.5.4. Il-kompatibilità u
s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn It-tisħiħ
tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa parti
kruċjali mill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u
ġustizzja. Il-missjoni tal-Eurojust fit-tħaffif tal-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni hija żviluppata fil-kuntest ta’ strumenti legali oħrajn
fl-ispazju bħall-Konvenzjoni tal-MLA tas-sena 2000, id-Deċiżjoni
Kwadru tal-Kunsill dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew jew id-Deċiżjoni
Kwadru tal-Kunsill dwar il-kunflitti ta’ ġurisdizzjonijiet.
Is-sinerġiji mal-bqija tal-aġenziji tal-ĠAI, b’mod partikolari
l-Europol, u l-bżonn li jiġi evitat xogħol doppju fil-kompiti u
li tissaħħaħ il-kooperazzjoni għandhom jibqgħu
meħudin f’kunsiderazzjoni. Sinerġiji ċari ser ikunu anki parti
mill-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur
Pubbliku Ewropew. 5.6. Id-durata u l-impatt
finanzjarju ¨ Il-proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien limitat –
¨ Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa
[JJ/XX]SSSS –
¨ L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS x Il-proposta/inizjattiva ta’ durata illimitata –
L-implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mill-SSSS
sal-SSSS, –
segwita b’operazzjoni sħiħa. 5.7. Il-metodu/i ta’ ġestjoni
previst(i)[27] Ġestjoni diretta
mill-Kummissjoni –
mid-dipartimenti tagħha, inkluż
mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi; ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri X Ġestjoni indiretta billi
kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ baġit ikunu fdati lill-: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li għażlu; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li
għandhom jiġu speċifikati); –
¨ BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
X korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209
tar-Regolament Finanzjarju; –
¨ korpi tal-liġi pubblika; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku
sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma
inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu
garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku
rilevanti. – Jekk huwa indikat iktar minn metodu wieħed
ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima
“Kummenti”. Kummenti Din
il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li timmodernizza
l-qafas legali tal-Eurojust u tissimplifika l-funzjonament tagħha. Ġiet
abbozzata bi spirtu ta’ newtralità tal-baġit. Konsegwentement,
il-programmazzjoni finanzjarja tal-Eurojust li tħejjiet għall-perjodu
2014-2020 adottata mill-Kummissjoni f’Lulju 2013 hija valida għal din
il-proposta leġiżlattiva. Madankollu,
hemm element ġdid introdott minn dan ir-Regolament li huwa relatat
mar-relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: kif
definit f’dan ir-Regolament, il-Eurojust tipprovdi l-istrutturi ta’
appoġġ amministrattiv lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew, inklużi l-finanzi, ir-riżorsi umani, is-sigurtà u
l-informatika. B’mod
parallel, il-Eurojust ma tkomplix taħdem fuq ir-reati li jaffettwaw
l-interessi finanzjarji tal-UE li jirrappreżentaw bejn 5 u 10% tal-volum
attwali ta’ każijiet. Konsegwentement, il-karigi jistgħu jitmexxew fi
ħdan l-aġenzija sabiex ikopru l-appoġġ għall-funzjoni
tal-EPPO. Għalhekk,
l-impatt finanzjarju ta’ din il-proposta huwa newtrali għall-baġit u
ma jibdilx it-total tal-karigi msemmijin fil-programmazzjoni finanzjarja
għall-perjodu 2014-2020. 6. IL-MIŻURI ta’ ĠESTJONI 6.1. Ir-regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rapportar Speċifika
l-frekwenzi u l-kundizzjonijiet. Kull
sena, il-President tal-Eurojust, f’isem il-Kulleġġ, għandu
jibgħat ir-rapport Annwali lill-Parlament Ewropew dwar il-ħidma
mwettqa mill-Eurojust, kif ukoll informazzjoni dwar l-arranġamenti
tax-xogħol konklużi ma’ partijiet terzi, u r-rapport annwali tal-Kontrollur
Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Evalwazzjoni
indipendenti esterna tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-attivitajiet
tal-Eurojust għandha tiġi kkummissjonata mill-Kummissjoni fi
żmien ħames snin wara li jidħol fis-seħħ
ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin. 6.2. Is-sistema ta’ ġestjoni
u kontroll 6.2.1. Ir-riskju/i identifikat(i) F’dan
l-istadju ma ġie identifikat ebda riskju speċifiku fis-sistemi ta’
ġestjoni u kontroll. 6.2.2. Il-metodu/metodi ta’ kontroll
previst(i) Il-Eurojust
hija soġġetta għal kontrolli amministrattivi inkluż
kontroll baġitarju, awditjar intern, rapporti annwali mill-Qorti Ewropea
tal-Awdituri u r-rilaxx annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit
tal-UE. 6.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Għall-ġlieda kontra l-frodi,
il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, id-dispożizzjonijiet
tar-Regolamenti (KE) Nru 1073/1999 għandhom ikunu japplikaw bla
restrizzjonijiet għall-Aġenzija. 7. L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 7.1. L-intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata · Linji baġitarji eżistenti Fl-ordni
tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Il-linja baġitarja || It-tip ta’ nefqa || Il-kontribuzzjoni Numru [Intestatura………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([28]) || minn pajjiżi tal-EFTA[29] || minn pajjiżi kandidati[30] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 3 || 33.0304 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (EUROJUST) || Diff || LE || IVA Wara ftehim || LE || LE · Linji baġitarji ġodda mitlubin Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji
tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Il-linja baġitarja || It-tip ta’ nefqa || Il-kontribuzzjoni Numru [Intestatura………………………...……….] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju || || Diff || LE || LE || LE || LE 7.2. L-istima tal-impatt fuq
in-nefqa 7.2.1. Is-sinteżi tal-impatt
stmat fuq in-nefqa miljun EUR (sa tliet punti deċimali) L-intestatura tal-Qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 3 || Is-sigurtà u ċ-ċittadinanza Il-EUROJUST || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL Titolu 1 || Impenji || (1) || || || || || || || || Pagamenti || (2) || || || || || || || || Titolu 2 || Impenji || (1a) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Pagamenti || (2a) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Titolu 3 || Impenji || (3a) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || Pagamenti || (3b) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-EUROJUST || Impenji || =1+1a +3a || || || || || || || || Pagamenti || =2+2a +3b || || || || || || || || Il-Programm tal-Ġustizzja || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 33 03 02 – Titjib fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali || Impenji || (1) || || || || || || 0.400 || || 0.400 Pagamenti || (2) || || || || || || 0.400 || || 0.400 TOTAL tal-Programm tal-Ġustizzja[31] || Impenji || (1) || || || || || || 0.400 || || 0.400 Pagamenti || (2) || || || || || || 0.400 || || 0.400 Il-kalkolu attwali huwa bbażat fuq
is-suppożizzjoni li l-istrutturi ta’ appoġġ amministrattiv
ipprovduti mill-Eurojust lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew, inklużi finanzi, riżorsi umani, sigurtà u informatika, huwa
newtrali għall-baġit u ma jeħtieġx persunal addizzjonali
mit-tabella tal-persunal tal-Eurojust, peress li huwa previst skjerament intern
mill-ġdid fi ħdan il-Eurojust minħabba l-waqfien ta’ wħud
mill-attivitajiet wara l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur
Pubbliku Ewropew. F’termini prattiċi, l-istruttura
amministrattiva tal-Eurojust tkopri kemm il-ħtiġijiet tal-Eurojust
kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Din
l-istruttura amministrattiva tkun qed tiżgura ppjanar u implimentazzjoni
baġitarja koordinata, bosta aspetti ta’ ġestjoni tal-persunal u
l-forniment tas-servizzi kollha l-oħrajn ta’ appoġġ. Il-kontabilist tal-Eurojust huwa mistenni jkun
il-kontabilist tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. L-ispejjeż għall-evalwazzjoni biex
jiġu vvalutati b’mod partikolari l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan
ir-regolament, kif ukoll l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust
għandhom ikunu koperti mill-Programm tal-Ġustizzja l-ġdid. L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ‘In-nefqa amministrattiva’ miljun EUR (sa tliet punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL DĠ: ĠUSTIZZJA || Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL DĠ ĠUSTIZZJA || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL ta’ approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 miljun EUR (sa tliet punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL TOTAL ta’ approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || 0.400 || || 0.400 Pagamenti || || || || || || 0.400 || || .0400 7.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet tal-[korp] –
X Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx
l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat
hawn taħt: Approprjazzjonijiet impenjati f’miljun EUR (sa tliet
punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL OUTPUTS Tip[32] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1[33] ... || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2 … || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU NRU 3 || || || || || || || || || || || || || || || || Output || || || || || || || || || || || || || || || || L-ISPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || . || || || || || || 7.2.3. L-impatt stmat fuq ir-riżorsi
umani tal-[korp] 7.2.3.1. Is-sinteżi –
þ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
o Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet
ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt: f’Ekwivalenti
għall-Full-Time: FTE Ir-riżorsi umani || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total Il-karigi skont it-tabella tal-persunal (f’impjiegi) || || || || || || || || - Li minnhom AD || || || || || || || || - Li minnhom AST || || || || || || || || Il-persunal estern (FTE) || || || || || || || || - Li minnhom aġenti kuntrattwali || || || || || || || || - Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS) || || || || || || || || Total ta’ persunal || || || || || || || || miljun EUR (sa
tliet punti deċimali) In-nefqa fuq il-persunal || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total Il-karigi skont it-tabella tal-persunal || || || || || || || || - Li minnhom AD || || || || || || || || - Li minnhom AST || || || || || || || || Il-persunal estern || || || || || || || || - Li minnhom aġenti kuntrattwali || || || || || || || || - Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS) || || || || || || || || Total tan-nefqa fuq il-persunal || || || || || || || || 7.2.3.2. Ir-rekwiżiti stmati ta’
riżorsi umani għad-DĠ prinċipali –
X Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx
l-użu ta’ riżorsi umani addizzjonali. –
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani addizzjonali, kif spjegat hawn taħt: Stima li trid tingħata f’ammonti
sħaħ (jew massimu ta’ post deċimali wieħed) || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Il-karigi skont it-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || || || || || || || || || || Il-persunal estern (f’Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[34] || || XX 01 02 01 (CA, ENS, INT mill-‘pakkett globali’) || || || || || || || || XX 01 02 02 (CA, LA, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 04 ss[35] || - fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, ENS, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, ENS, INT- Riċerka diretta) || || || || || || || || Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || XX huwa l-qasam
politiku jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa ser ikunu koperti mill-persunal mid-DĠ li diġà
huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie skjerat fi
ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni
skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: L-uffiċjali u l-persunal temporanju || Monitoraġġ tal-politiki u pariri lill-aġenzija, parir baġitarju u finanzjarju lill-aġenzija u pagamenti propji, rilaxx, proċeduri tal-abbozz tal-baġit Il-persunal estern || Deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispejjeż
għal ekwivalenti għal full-time għandha tkun inkluża
fl-Anness, taqsima 3. 7.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. –
¨ Il-proposta/inizjattiva ser tinvolvi riprogrammar tal-intestatura
rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega x’riprogrammar huwa meħtieġ, filwaqt
li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[37]. Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 7.2.5. Il-kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
X Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix
għall-kofinanzjament minn partijiet terzi. –
Il-proposta/inizjattiva tipprovdi
għall-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljun EUR (sa tliet punti
deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 7.3. L-impatt stmat fuq
id-dħul –
X Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxelanju miljun EUR (sa tliet punti deċimali) Il-linja baġitarja tad-dħul: || L-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[38] Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għal dħul
mixxelanju ‘assenjat’, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq
affettwata/i. Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002
li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa
l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u emendata mid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2003/659/ĠAI u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI
tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ
tal-Eurojust. ĠU L 063, 6.3.2002, p. 1. [2] Il-kooperazzjoni
u l-assistenza tal-pulizija msaħħin fil-prevenzjoni tal-kriminalità
serja u l-ġlieda kontriha huma indirizzati fl-abbozz tal-proposta
għal Regolament tal-Europol ġdid. [3] Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16.12.2008, ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14. [4] Ara
COM(2008) 135 [5] "Study
on the Strengthening of Eurojust" (isem uffiċjali) imwettaq minn GHK. [6] ĠU, L 8, 12.1.2001, p. 1. [7] ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. [8] ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44. [9] ĠU L 138, 4.6.2009, p.14. [10] ĠU L 167, 26.6.2002, p.1 [11] ĠU L 332, 18.12.2007, p.103. [12] ĠU L 301, 12.11.2008, p.38. [13] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1 [14] ĠU L 105, 27.04.1996, p.1. [15] ĠU L 298, 26.10.2012, p.1. [16] ĠU L 136, 31.5.1999, p.1. [17] Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta’ Diċembru 1961
li jistabbilixxi r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u
l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunità
Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (traduzzjoni
mhux uffiċjali), ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b’mod
partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968
(ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif sussegwentement ġie emendat hu stess. [18] Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta’ Diċembru 1961
li jistabbilixxi r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet
tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunità
Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (traduzzjoni
mhux uffiċjali), ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b’mod
partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968
(ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif sussegwentement ġie emendat hu stess. [19] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8. [20] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [21] ĠU L 17,
6.10.1958, p.385. [22] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [23] ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. [24] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 huwa sostitwit mar-Regolament (UE)
Nru 1215/2012 mill-10 ta’ Jannar 2015 [25] ABM: Immaniġġjar ibbażat fuq l-Attività –
ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività. [26] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament
Finanzjarju. [27] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit
tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [28] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-Diff. = Approprjazzjonijiet
mhux differenzjati. [29] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [30] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [31] L-Artikolu 56 tal-abbozz tar-Regolament jipprevedi
obbligu li l-Kummisjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni
tar-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq studju estern. [32] L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom
jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati,
in-numru ta’ km ta’ toroq mibnijin, eċċ.). [33] Kif deskritt fil-punt 1.4.2. ‘L-għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi…’ [34] CA= Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; ENS=
Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija (‘Intérimaire’);
ENS= Espert Nazzjonali Sekondat. [35] Sottolimitu għal persunal estern kopert minn
approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji “BA”). [36] L-iktar għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew
għas-Sajd (FES). [37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [38] Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti,
jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż
ta’ ġbir.