52013PC0512

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE /* COM/2013/0512 final - 2013/0246 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.        Il-kuntest ġenerali

It-turiżmu għandu rwol ċentrali fl-ekonomija tal-Ewropa llum il-ġurnata. B’madwar 1,8 miljun negozju, l-aktar SMEs, li jimpjegaw 5,2 % tal-forza tax-xogħol totali, l-industrija tat-turiżmu Ewropea hija xprun għat-tkabbir fl-UE. Il-kontribut totali tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu Ewropew, inklużi setturi relatati, jammonta għal madwar 10 % tal-PDG tal-UE[1].

L-adozzjoni tad-Direttiva 90/314/KEE dwar il-vjaġġi b'kollox inkluż[2] fl-1990 ħolqot drittijiet importanti għall-vjaġġaturi Ewropej li jixtru vaganzi b'kollox inkluż, li jikkonsistu tipikament fi trasport u f'akkomodazzjoni għal passiġġieri. Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QĠUE) tal-2002[3] iċċarat li l-kunċett ta’ “kombinazzjoni rranġata” ikopri wkoll servizzi ta' vjaġġar flimkien ma' aġent tal-vjaġġi b'talba espliċita tal-klijent eżatt qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bejn it-tnejn.

Id-Direttiva 90/314/KEE tiżgura li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni essenzjali qabel u wara l-iffirmar ta’ kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż. Hija tipprovdi li l-organizzaturi u/jew il-bejjiegħa bl-imnut huma responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett, anki jekk is-servizzi jkunu pprovduti minn sottokuntratturi, u jirregola x’jiġri jekk kien hemm tibdil f’kuntratt dwar il-vjaġġi kollox kompriż. Tiżgura wkoll li vjaġġaturi jirċievu rimborż ta’ pagamenti bil-quddiem u jkunu ġew ripatrijati fil-każ ta' insolvenza tal-organizzatur u/jew tal-bejjiegħ bl-imnut.

Madankollu, fl-1990 l-istruttura tas-suq tal-ivvjaġġar kienet ferm iktar sempliċi minn dik tal-lum u l-internet ma kienx għadu jeżisti. Minkejja s-sentenza tal-QĠUE msemmija hawn fuq, għadu mhux ċar sa liema punt il-metodi moderni ta' kombinazzjonijiet ta' servizzi tal-ivvjaġġar huma koperti mid-Direttiva.

Kif enfasizzat fir-rapport tal-Kummissjoni tal-1999[4] dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, għad hemm differenzi sinifikanti fil-liġijiet li jittrasponu d-Direttiva, minħabba l-approċċ ta’ armonizzazzjoni minimu, id-diskrezzjoni wiesgħa mogħtija lill-Istati Membri, pereż. fir-rigward parti jew partijiet responsabbli, u l-ambigwitajiet fit-test.

Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva 90/314/KEE twieġeb għat-talbiet mill-koleġiżlaturi, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, kif ukoll il-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi[5]. Parti kbira tal-industrija u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi talbu wkoll għal rieżami. Rieżami tad-Direttiva jissemma espliċitament fir-Rapporti taċ-Ċittadini Ewropej[6], l-Aġenda Ewropea dwar il-Konsumatur[7] u fl-Att dwar is-Suq Uniku II[8].

1.2.        Raġunijiet għall-proposta

1.2.1.     L-iżvilupp tad-Distribuzzjoni u l-Liberalizzazzjoni fis-settur tal-linji tal-ajru

Tlieta u sebgħin fil-mija tal-unitajiet domestiċi tal-UE kellhom aċċess għall-internet fl-2011[9]. Kważi żewġ terzi taċ-ċittadini tal-UE jużaw l-internet mill-inqas darba fil-ġimgħa, aktar minn nofshom kuljum jew kważi kuljum. Servizzi tal-ivvjaġġar huma fost l-aktar prodotti popolari mixtrija onlajn.

L-iżvilupp ta’ bejgħ onlajn u l-liberalizzazzjoni fis-settur tal-linji tal-ajru biddlu l-mod kif il-konsumaturi jorganizzaw il-vaganzi tagħhom, u li wasslet għal modi differenti kif negozjanti jgħinu lill-konsumaturi sabiex ifasslu kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, b’mod partikolari onlajn. In-negozjanti rilevanti jinkludu l-aġenti tal-ivvjaġġar, operaturi turistiċi, il-linji tal-ajru, bastimenti tal-kruċieri, eċċ. Hemm ambigwità f’ħafna Stati Membri dwar jekk dawn il-kombinazzjonijiet jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u sew jekk negozjanti involuti fit-tfassil ta' kombinazzjonijiet bħal dawn humiex responsabbli għat-twettiq tas-servizzi rilevanti, speċjalment fl-ambjent onlajn.

Dan qed jikkawża inċertezza għall-kummerċjanti u l-konsumaturi.

Dan jimplika wkoll li l-parteċipanti fis-suq li llum huma espliċitament koperti mid-Direttiva huma suġġetti għal regoli differenti u spejjeż differenti meta mqabbla ma’ dawk in-negozji li mhumiex koperti jew ma jikkunsidrawx irwieħhom biex ikunu koperti mid-Direttiva, għalkemm huma qegħdin jikkompetu għall-istess klijenti.

1.2.2.     Spejjeż mhux meħtieġa għall-konformità u ostakli għall-kummerċ transfruntiera

Uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għadda żmienhom jew inkella joħolqu piż żejjed fuq il-kumpaniji, bħal rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fuljetti u l-inklużjoni ta’ vjaġġi tan-negozju ġestiti.

Il-frammentazzjoni legali permezz ta’ għadd kbir ta’ diskrepanzi fil-liġijiet tal-Istati Membri jiġġenera spejjeż addizzjonali għan-negozji li jixtiequ jagħmlu kummerċ transfruntiera.

1.2.3.     Id-detriment tal-konsumatur — regoli mhux ċari u skaduti

L-“Istudju tad-Detriment għall-Konsumatur fil-qasam ta’ Pakketti Dinamiċi”[10] għamel stima tad-detriment personali annwali li jġarrab il-konsumatur[11] fir-rigward ta' kombinazzjonijiet ta arranġamenti tal-ivvjaġġar fejn l-applikabbiltà tad-Direttiva hija inċerta. L-istudju wera li l-problemi b'tali arranġamenti tal-ivvjaġġar huma aktar frekwenti u aktar ta’ detriment għall-konsumaturi minn problemi relatati ma’ pakketti tradizzjonali li jkunu b'mod ċar koperti mid-Direttiva.

Sa ċertu punt ikunu wkoll konsumaturi li jixtru pakketti tradizzjonali mħejjija minn qabel li jsofru detriment, minħabba li xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva għadda żmienhom, mhumiex ċari jew iħallu nuqqasijiet, pereż. in-nuqqas ta’ dritt għall-konsumaturi biex jikkanċellaw il-pakkett qabel it-tluq.

1.3.        Il-mira tal-proposta

Skont l-Artikolu 114 tat-Trattat, il-mira ġenerali tal-proposta riveduta hija li ttejjeb il-funzjonament tas-Suq Intern u li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-approssimazzjoni tar-regoli dwar il-pakketti u kombinazzjonijiet oħra ta’ servizzi tal-ivvjaġġar.

Il-proposta taħseb biex tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi, tneħħi l-ostakli legali għall-kummerċ transfruntiera u tnaqqas l-ispejjeż tal-konformità għan-negozji.

Fl-istess ħin, hija għandha l-għan li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u tnaqqas id-detriment tal-konsumaturi billi jiġi ċċarat liema kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar huma protetti skont ir-regoli tal-UE dwar il-vjaġġi kollox kompriż u li tissostitwixxi dispożizzjonijiet mhux ċari u skaduti. Fiha regoli mandatorji għall-protezzjoni ta’ vjaġġaturi, li l-Istati Membri u n-negozjanti ma jistgħux jidderogaw minnhom għad-detriment tal-konsumaturi.

1.4.        Il-konsistenza ma’ politiki u objettivi oħra tal-Unjoni

Matul l-aħħar 10 snin il-Kummissjoni wettqet rieżami komprensiva tal-acquis tal-konsumatur li wassal għall-adozzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE dwar it-timeshare u d-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur. Ir-rieżami tad-Direttiva 90/314/KEE huwa parti minn dan l-eżerċizzju.

Il-proposta hi komplimentari għal-liġi eżistenti tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva dwar Termini Inġusti tal-Kuntratti (93/13/KEE), id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (2005/29/KE), id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/UE), ir-Regolamenti fil-Qasam tad-Drittijiet tal-Passiġġieri (ir-Regolamenti (KE) Nru 2004/261, (KE) Nru 1371/2007, (KE) Nru 1177/2010 u (KE) Nru 181/2011) kif ukoll id-Direttivi 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku u 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern.

Barra minn hekk, il-proposta hija kumplimentari għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (“Rome I”) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, u għar-Regolament 44/2001 (Brussels I) dwar il-liġi dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.        Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Fl-2008, f’konsultazzjoni pubblika dwar dokument ta’ ħidma tagħha tal-2007, il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 80 kontribuzzjoni minn partijiet interessati tan-negozju, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, avukati, akkademiċi u 14-il Stat Membru. F’Jannar 2009, il-Kummissjoni nediet l-Istudju tad-Detriment tal-Konsumatur, li jkopri 17-il pajjiż tal-UE u kien ibbażat fuq intervisti ma’ kampjun ta’ 500 konsumatur.

Fit-tieni konsultazzjoni pubblika ta’ Ottubru 2009, li jikkonsisti minn ħames kwestjonarji onlajn mmirati lejn il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, in-negozji, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi, 89 % tal-awtoritajiet pubbliċi, 70 % tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju, 64 % tan-negozji u 96 % tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur appoġġjaw rieżami tad-Direttiva.

F’laqgħa ta’ ħidma għall-Istati Membri tas-27 ta’ Ottubru 2009 ġew diskussi problemi partikolari u għażliet politiċi. Sottogrupp tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tal-Konsumaturi (ECCG) adotta l-opinjoni tiegħu nhar il-21 ta’ April 2010.

Fit-22 ta’ April 2010 laqgħa ta' ħidma għall-partijiet interessati ddiskuttiet l-impatti ta’ għażliet tal-politika identifikati. Minn Settembru 2009 sa Ottubru 2010 saru aktar minn 15-l intervista ma’ rappreżentanti ewlenin tal-industrija.

F’Marzu 2012 il-Kummissjoni kkummissjonat studju maħsub biex jittestja Marka ta' Vjaġġi Kollox Kompriż u l-imġiba tal-konsumatur meta jixtri l-hekk imsejħa pakketti dinamiċi. F’Ġunju 2012, il-Kummissjoni organizzat laqgħa ta’ ħidma għall-Istati Membri u konferenza għall-partijiet interessati sabiex jiddiskutu ulterjorment il-proċess ta’ rieżami. Fit-8 ta’ Frar 2013 l-ECCG talab mill-ġdid rieżami tad-Direttiva.

2.2.        Valutazzjoni tal-Impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt (IA) analizzat tmien għażliet ta’ politika kif ukoll ċerti għażliet sekondarji.

L-Għażla 1 — Iż-żamma tal-istatus quo, jiġifieri ż-żamma tad-Direttiva fil-forma preżenti tagħha.

L-Għażla 2 — Linji gwida, jiġifieri ż-żamma tad-Direttiva fil-forma attwali tagħha u t-tħejjija tal-linji gwida, inklużi d-deċiżjonijiet tal-QĠUE u kjarifika dwar il-kamp ta' applikazzjoni u r-responsabbiltà.

L-Għażla 3 — Marka ta' vjaġġi kollox kompriż (package travel) u/jew rekwiżit fuq kummerċjanti li jbiegħu arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti biex jiddikjaraw jekk is-servizzi inkwistjoni ma jikkostitwixxux pakkett (għażliet miżjuda).

Subalternattiva A — introduzzjoni ta’ “Marka ta' Vjaġġi Kollox Kompriż” — logotype obbligatorja li tkun ippreżentata lill-konsumaturi meta jixtru pakkett.

Subalternattiva B — introduzzjoni ta’ obbligu, għal negozjanti li joffru kombinazzjonijiet ta arranġamenti tal-ivvjaġġar li mhumiex pakketti, li jiġi ċċarat li dawn mhux qed ibigħu pakkett.

L-Għażla 4 — Revoka tad-Direttiva u tal-awto-regolamentazzjoni min-naħa tal-industrija.

L-Għażla 5 — Modernizzazzjoni tad-Direttiva u kopertura ta' "pakketti ta' negozjant wieħed".

L-Għażla 5 tinvolvi rieżami leġiżlattiva li żżomm l-istruttura ewlenija tad-Direttiva eżistenti, filwaqt li tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tagħha permezz tal-inklużjoni espliċita ta’ “pakketti ta' negozjant wieħed” u r-rieżami ta' diversi dispożizzjonijiet. Id-Direttiva riveduta tapplika għal servizzi tal-ivvjaġġar li jkunu kombinati għall-istess vjaġġ jew btala fuq websajt wieħed jew għand aġent magħruf.

L-Għażla 6 — Approċċ differenzjat — l-immodernizzar tad-Direttiva u l-kopertura kemm ta’ pakketti “one-trader” u wkoll ta' “multi-trader” filwaqt li jiġi applikat reġim eħfef għal arranġamenti tal-ivvjaġġar “multi-trader” assistiti.

L-għażla tikkorrispondi mal-Għażla 5 supplimentata b’estensjoni differenzjata tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva intiża biex tkopri:

- pakketti “multi-trader”, jiġifieri li jkun hemm taħlita ta’ servizzi tal-ivvjaġġar permezz ta’ negozjanti differenti li juru ċerti karatteristiċi assoċjati ma’ pakketti, li jkunu soġġetti għall-istess reġim bħal pakketti oħra (inklużi responsabbiltà sħiħa tal-eżekuzzjoni kuntrattwali xierqa u l-obbligu li jakkwistaw protezzjoni mill-insolvenza),

- arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti “multi-trader”, il-kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li ma jurux il-karatteristiċi tipiċi ta’ pakketti u għalhekk huma inqas probabbli li jqarrqu lil konsumaturi. Dawn ikunu soġġetti għal reġim eħfef li jikkonsistu minn protezzjoni mill-insolvenza u obbligu biex jiddikjaraw b’mod ċar u prominenti li kull fornitur ta’ servizz individwali huwa responsabbli għat-twettiq korrett tas-servizzi.

L-Għażla 7 — L-immodernizzar tad-Direttiva li tkopri arranġamenti tal-ivvjaġġar kemm ta' pakketti "one-trader" u kemm “multi-trader”.

Din l-għażla tinkludi l-Għażliet 5 u 6, filwaqt li l-arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti “multi-trader” kollha jkunu soġġetti għall-istess obbligi bħala pakketti.

L-Għażla 8 — “Direttiva tal-Ivvjaġġar”

Din l-għażla tinkludi l-Għażla 7 flimkien ma’ estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għal servizzi ta’ vjaġġar indipendenti, pereż. il-kiri ta’ karozzi, akkomodazzjoni jew titjiriet, li fihom fil-prinċipju l-istess regoli għas-servizzi kollha tal-ivvjaġġar irrispettivament minn jekk humiex parti minn pakkett kif ukoll jekk le.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt tikkonkludi li l-problemi identifikati jiġu solvuti bl-aktar mod xieraq mill-Għażla 6, li din il-proposta hija bbażata fuqha.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Sommarju tal-azzjoni proposta

Id-Direttiva proposta se tiċċara u timmodernizza l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni ta' vjaġġaturi meta jixtru kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew btala billi jinġiebu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha forom differenti ta’ pakketti onlajn u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti.

Il-proposta se tiżgura li vjaġġaturi huma infurmati aħjar dwar is-servizzi li jkunu qed jixtru u tagħtihom rimedji aktar ċari jekk xi ħaġa tmur ħażin.

Fl-istess ħin, billi tnaqqas il-frammentazzjoni legali u li jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni mill-insolvenza, il-proposta se timminimizza ostakli għall-kummerċ transfruntiera u tnaqqas l-ispejjeż ta’ konformità għall-kummerċjanti li jixtiequ jwettqu kummerċ transfruntiera, u li tiżgura ambjent ekwu fis-suq tal-ivvjaġġar.

3.2.        Bażi legali

Din il-proposta hija msejsa fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Din tistabbilixxi l-aktar regoli uniformi fil-qasam tal-pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti fl-Unjoni, billi tagħti kummerċjanti u vjaġġaturi ċertezza dwar il-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom irrispettivament mill-liġi nazzjonali applikabbli għall-kuntratt, biex b’hekk jitneħħew spejjeż mhux meħtieġa għal tranżazzjonijiet transfruntiera u li tingħata aktar għażla lill-konsumaturi.

Skont l-Artikolu 114(3) TFUE, il-proposta tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi jżommu jew itejbu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur meta mqabbla mad-Direttiva 90/314/KEE.

3.3.        Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Il-mira li jitjieb l-funzjonament tas-suq intern, billi jitneħħew id-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri, u jitjieb l-aċċess tal-konsumaturi għal servizzi minn Stati Membri oħra, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu f’manjiera mhux koordinata.

Għalhekk, l-Unjoni hija fl-aħjar pożizzjoni biex tindirizza l-problemi b'miżura leġiżlattiva li tqarreb ir-regoli nazzjonali.

3.4.        Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE.

Bħad-Direttiva 90/314/KEE, il-proposta ma tkoprix l-aspetti kollha tal-liġi tal-ivvjaġġar, iżda biss ċerti aspetti ta’ pakketti u kombinazzjonijiet oħra ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, fejn l-azzjoni kkoordinata mill-Unjoni hija meqjusa neċessarja. Pereżempju, ma tinterferixxix mal-liġi kuntrattwali nazzjonali ġenerali u l-awtorizzazzjoni u r-reġimi ta' awtorizzazzjoni u l-għoti ta' liċenzji.

Skont il-Valutazzjoni tal-Impatt, miżuri li ma jorbtux bħar-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida jew l-awtoregolamentazzjoni mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi msemmija hawn fuq.

Direttiva tiżgura sett koerenti ta’ drittijiet u obbligi, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri biex jintegraw dawn ir-regoli fil-liġi kuntrattwali nazzjonali tagħhom.

Barra minn hekk, din se tippermetti lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-aħjar mezz ta’ infurzar u sanzjonijiet meħtieġa għal ksur tar-regoli. F’ċerti oqsma l-proposta tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jimponu regoli aktar stretti.

3.5.        Impatt fuq id-Drittijiet Fundamentali

F’konformità mal-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea[12], il-Kummissjoni żgurat li l-proposta tirrispetta d-drittijiet stabbiliti fil-Karta u aktar importanti, li minbarra dan, hija tippromwovi l-applikazzjoni tagħhom. B’mod partikolari, il-proposta tirrispetta l-libertà tat-twettiq ta’ negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, skont l-Artikolu 38 tal-Karta.

3.6.        Klawsola ta’ reviżjoni

Il-proposta tobbliga lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u li tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn meħtieġ akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi.

3.7.        Żona Ekonomika Ewropea

Id-Direttiva proposta tikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u b'hekk għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.8.        Dokumenti ta’ spjegazzjoni

Minħabba l-kumplessità tal-proposta u l-modi differenti ta’ kif l-Istati Membri ttrasponew id-Direttiva 90/314/KEE, il-Kummissjoni tqis li t-trażmissjoni ta’ dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ din id-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali bħala waħda ġustifikata.

4.           Spjegazzjoni tal-proposta

Il-proposta tikkonsisti minn 29 artikoli u żewġ annessi (tabella bl-artikoli tad-Direttiva 90/314/KEE għall-Artikoli ta’ din il-proposta u d-dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva).

4.1.        Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet (l-Artikoli 1-3)

L-Artikolu 1 jistipula s-suġġett tad-Direttiva. Flimkien mad-definizzjonijiet ta’ “pakkett” u “arranġament tal-ivvjaġġar assistit” li jinsabu fl-Artikolu 3, l-Artikolu 2 jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-modi differenti li bihom servizzi tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu kombinati.

Ibbażat fuq il-mod li bih servizzi tal-ivvjaġġar huma ppreżentati lill-vjaġġatur, kombinazzjonijiet li jissodisfaw kwalunkwe mill-kriterji alternattivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) għandhom ikunu meqjusa bħala pakketti mal-konsegwenzi legali assoċjati għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, responsabbiltà u protezzjoni mill-insolvenza.

Kombinazzjonijiet fejn il-bejjiegħa bl-imnut, permezz ta’ proċessi ta' prenotazzjoni marbuta, jiffaċilitaw l-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar b’mod immirat jew fejn il-vjaġġatur jikkonkludi kuntratti ma’ fornituri ta’ servizz individwali u fejn l-karatteristiċi li jiddefinixxu pakkett, pereż. prezz inklussiv jew totali, ma jkunux preżenti, huma definiti bħala “arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti”. Il-bejjiegħa bl-imnut li huma fin-negozju għall-faċilitar tax-xiri ta’ "arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti” huma suġġetti għall-obbligu li jispjegaw b’mod ċar lill-vjaġġaturi li dawk biss li jipprovdu servizz huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar ikkonċernati. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jkun żgurat ċertu livell ta’ protezzjoni addizzjonali fl-Unjoni kollha meta mqabbla ma’ dik li toħroġ mir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri jew l-acquis ġenerali tal-konsumatur wkoll għal vjaġġaturi li qed jixtru iktar minn servizz wieħed tal-ivvjaġġar minnhom, huwa xieraq li jkun ipprovdut li dawk il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jiżguraw li, fil-każ tas-solvibbiltà tagħhom jew l-insolvenza ta’ xi fornituri tas-servizz, il-vjaġġaturi se jirċievu rifużjoni tal-prepagamenti tagħhom u, fejn ikun rilevanti, se jirritornaw f’pajjiżhom.

Billi mhuwiex xieraq li tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni lil vjaġġaturi fuq negozju li l-arranġamenti tagħhom tal-ivvjaġġar isiru fuq il-bażi ta’ kuntratt qafas li jkun ġie konkluż bejn min iħaddimhom u operaturi speċjalizzati li ta’ spiss joffru, fuq bażi bejn negozji, livell ta’ protezzjoni simili għal dak li joħroġ minn din id-Direttiva (l-hekk imsejħa vvjaġġar għan-negozju ġestit), tali arranġamenti tal-ivvjaġġar huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni.

Limitazzjonijiet oħra tal-kamp ta' applikazzjoni jinżammu, inklużi għall-hekk imsejħa pakketti okkażjonalment organizzati.

Apparti minn “pakketti” u “arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti” l-Artikolu 3 jiddefinixxi termini ewlenin oħra tad-Direttiva, inkluż “vjaġġatur”, “organizzatur”, “bejjiegħ bl-imnut” u “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji”. L-“organizzatur” huwa definit bħala kummerċjant, li jikkombina u jbigħ/joffri għall-bejgħ pakketti, jew direttament jew permezz/flimkien ma’ negozjant ieħor. L-organizzaturi huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pakkett (l-Artikoli 11 u 12), biex tingħata assistenza lil min jivvjaġġa (l-Artikolu 14) u jġibilhom protezzjoni mill-insolvenza (l-Artikolu 15). Il-bejjiegħa bl-imnut u l-organizzaturi huma t-tnejn responsabbli għall-għoti ta’ informazzjoni prekuntrattwali (l-Artikolu 4). Il-bejjiegħa bl-imnut huma responsabbli għall-żbalji fil-prenotazzjoni (l-Artikolu 19). Il-bejjiegħa bl-imnut li jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti huma obbligati jipproduċu protezzjoni mill-insolvenza (l-Artikolu 15).

4.2.        Obbligi ta’ informazzjoni, konklużjoni u l-kontenut dwar kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż (l-Artikoli 4-6)

L-Artikolu 4 jelenka informazzjoni prekuntrattwali speċifika li l-organizzaturi u, fejn applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jipprovdu lill-vjaġġaturi li jixtiequ jixtru pakkett. Dawn ir-rekwiżiti japplikaw flimkien mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont direttivi jew regolamenti oħrajn applikabbli.

L-Artikolu 5 jirregola l-konklużjoni dwar il-kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż.

L-Artikolu 6 fih dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-kuntratt jew l-konferma tiegħu kif ukoll fuq id-dokumenti u l-informazzjoni li jridu jiġu pprovduti qabel il-bidu tal-pakkett.

4.3.        Tibdil fil-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett (l-Artikoli 7-10)

B’mod simili għall-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/314/KEE, l-Artikolu 7 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom id-dritt tal-vjaġġatur biex jittrasferixxi l-pakkett lil persuna oħra jista’ jiġi implimentat.

Li jibda mill-prinċipju li prezzijiet miftehma huma vinkolanti, l-Artikolu 8 jistipula r-regoli dwar il-possibbiltà u l-konsegwenzi tal-bidliet fil-prezz, minħabba li kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż offruti bħala pakkett huma ta’ sikwit konklużi żmien twil bil-quddiem. Dawn ir-regoli huma bbażati fuq l-istess prinċipji bħall-Artikolu 4(4) — (6) tad-Direttiva 90/314/KEE.

L-Artikolu 8 (2) iżomm d-dritt li jimponu żidiet fil-prezzijiet relatati ma’ spiża tal-fjuwil, taxxi u l-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju, imma jiċċara l-kundizzjonijiet meta mqabbla mad-Direttiva 90/314/KEE. Jekk organizzatur jirriżerva d-dritt għal żidiet fil-prezzijiet, huwa issa wkoll obbligat li jagħti tnaqqis fil-prezzijiet għal vjaġġaturi. Il-prezzijiet ma jistgħux jiżdiedu b’aktar minn 10 % tal-prezz tal-pakkett.

Fir-rigward ta' bidliet, għajr tibdil fil-prezzijiet, hemm stabbiliti regoli distinti għal bidliet insinifikanti (l-Artikolu 9(1)) u bidliet sinifikanti (l-Artikolu 9(2) u (3)).

Meta mqabbla mad-Direttiva 90/314/KEE, l-Artikolu 10 fih drittijiet addizzjonali ta’ terminazzjoni għal vjaġġaturi qabel il-bidu tal-pakkett. Id-dritt għal vjaġġaturi li jitterminaw il-kuntratt b'kumpens xieraq (l-Artikolu 10(1)) jikkorrispondi ma’ regoli u prattiċi li jinsabu fl-Istati Membri. L-Artikolu 10(2) jagħti vjaġġaturi d-dritt li jtemmu l-kuntratt mingħajr kumpens fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

4.4.        L-eżekuzzjoni tal-pakkett (l-Artikoli 11-14)

Dawn l-artikoli għandhom regoli dwar ir-responsabbiltà tal-organizzatur għall-eżekuzzjoni tal-pakkett (l-Artikoli 11-13) u l-obbligu li tingħata assistenza lill-vjaġġatur (l-Artikolu 14).

B’kuntrast mad-Direttiva 90/314/KEE, l-organizzatur biss huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pakkett. Dan għandu l-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-ispejjeż u litigazzjoni. Fl-istess ħin, regoli uniformi dwar ir-responsabbiltà se jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet transfruntiera mill-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut.

L-Artikoli 11 u 12 jipprevedu li r-rimedji disponibbli għal min jivvjaġġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni u l-eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi. Dawn ir-regoli huma bbażati fuq l-istess prinċipji bħall-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 90/314/KEE, iżda huma ppreżentati b’mod aktar sistematiku, li jipprovdi ċerti kjarifiki u jagħlaq ċerti nuqqasijiet.

L-Artikolu 11 jistipula l-obbligi bħala rimedju għan-nuqqas ta’ konformità u biex ikun hemm arranġamenti alternattivi xierqa għall-kontinwazzjoni tal-pakkett fejn proporzjon sinifikanti tas-servizzi ma jistgħux jiġu pprovduti kif miftiehem fil-kuntratt. Huwa ċċarat li l-obbligu tal-aħħar japplika wkoll mar-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq meta ma jkunx ipprovdut kif miftiehem. Madankollu, meta jkun impossibbli li jiġi żgurat ritorn f’waqtu tal-vjaġġatur minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, l-obbligu tal-organizzatur li jħallas l-ispejjeż biex titkompla ż-żjara hija limitata għal EUR 100 kull lejl u tlett iljieli għal kull vjaġġatur skont l-emenda proposta għal Regolament (KE) Nru 261/2004.

L-Artikolu 12 jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-prezz marbuta ma’ nuqqas ta’ konformità u, fejn arranġamenti alternattivi jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa, kif ukoll fuq id-danni. F’konformità mas-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-168/00 Simone Leitner, il-paragrafu 2 jiċċara li danni mhux materjali għandhom jiġu kkumpensati. Il-paragrafu 4 jirregola r-relazzjoni ma’ kumpens ibbażat fuq raġunijiet legali oħra.

Billi għal bosta vjaġġaturi l-ewwel punt ta’ kuntatt huwa l-bejjiegħ bl-imnut li permezz tiegħu jkunu bbukkjaw il-pakkett, l-Artikolu 13 jipprovdi li vjaġġaturi jistgħu jindirizzaw il-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet ukoll lill-bejjiegħ bl-imnut, il-wasla ta' tali notifiki jkunu deċiżivi għal konformità ma’ kwalunkwe limiti ta’ żmien jew perjodi ta’ preskrizzjoni.

Skont l-Artikolu 14, l-organizzaturi huma obbligati jipprovdu assistenza lil vjaġġaturi li jkunu jinsabu f’diffikultà.

4.5.        Protezzjoni mill-insolvenza (l-Artikoli 15 u 16)

Id-Direttiva 90/314/KEE ħolqot obbligu ġenerali għall-"organizzatur u/jew il-bejjiegħ" biex jipprovdu protezzjoni mill-insolvenza sabiex jiżguraw r-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri u r-rifużjoni ta’ pagament bil-quddiem f’każ ta’ insolvenza. Minħabba diversi soluzzjonijiet legali magħżula mill-Istati Membri, ħafna drabi dan wassal għal duplikazzjoni tal-ispejjeż għall-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut. Skont l-Artikolu 15 ta’ din il-proposta, organizzaturi u bejjiegħa bl-imnut li jorganizzaw vjaġġi b'kollox kompriż, li jiffaċilita x-xiri ta’ “arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti” huma soġġetti għal dan l-obbligu. Fl-istess ħin, dan jistabbilixxi aktar kriterji speċifiċi dwar l-effettività u l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni meħtieġa.

Biex jiffaċilita l-operazzjonijiet transfruntiera, l-Artikolu 16 (1) espliċitament jipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni mill-insolvenza akkwistata skont il-liġi tal-organizzatur tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit. Sabiex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva, l-Artikolu 16 jobbliga lill-Istati Membri biex jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali.

4.6.        Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti ta' vjaġġi assistiti (l-Artikolu 17)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trasparenza għall-partijiet, il-bejjiegħa bl-imnut li joffru arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti jkollhom jispjegaw lil vjaġġaturi b’mod ċar u prominenti li l-fornituri tas-servizz rilevanti biss huma responsabbli għat-twettiq tas-servizzi u li l-vjaġġaturi mhux se jibbenefikaw minn ebda drittijiet tal-Unjoni mogħtija lil vjaġġaturi ta' vjaġġ kollox kompriż, ħlief id-dritt għal rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u, fejn rilevanti, għal ripatrijazzjoni fil-każ li l-bejjiegħ bl-imnut stess jew kwalunkwe tal-fornituri tas-servizz isir insolventi.

4.7.        Dispożizzjonijiet ġenerali (l-Artikoli 18-26)

L-Artikolu 18 fih regoli partikolari għal vjaġġi kollox kompriż fejn l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE.

Skont l-Artikolu 19, il-bejjiegħa bl-imnut involuti fil-prenotazzjoni ta’ vjaġġi kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti huma responsabbli għall-żbalji fil-prenotazzjoni.

L-Artikolu 20 jiċċara li din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt tal-organizzatur li jfittex rimedju minn partijiet terzi.

L-Artikolu 21 jikkonferma n-natura imperattiva tad-Direttiva.

L-Artikolu 22 dwar l-infurzar huwa dispożizzjoni standard fl-acquis tal-konsumatur.

L-Artikolu 23 huwa dispożizzjoni standard dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dispożizzjonijiet simili jistgħu jinstabu fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/UE) u fid-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali (2005/29/KE).

L-Artikolu 24 jobbliga l-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-Artikolu 25 (2), jemenda d-Direttiva 2011/83 dwar id-drittijiet tal-konsumatur li tiżgura li d-Direttiva tapplika b’mod sħiħ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti u li ċerti drittijiet ġenerali tal-konsumatur japplikaw ukoll għal vjaġġi kollox kompriż.

4.8.        Dispożizzjonijiet finali (l-Artikoli 27 - 29)

L-Artikolu 26 jirrevoka d-Direttiva 90/314/KEE. L-Artikolu 27 huwa dispożizzjoni standard dwar it-traspożizzjoni u jiffissa limitu ta’ żmien ta’ traspożizzjoni ta’ 18-il xahar. L-Artikoli 28 u 29 huma dispożizzjonijiet standard.

5.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji limitati ħafna. L-uniċi spejjeż operattivi li jirrelataw mat-tħejjija tar-rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tkopri x-xogħol ta’ tħejjija ta’ kuntrattur estern, jiġifieri approprjazzjoni operatorja ta’ EUR 0,2 miljun skont il-programm tad-Drittijiet u taċ-Ċittadinanza, kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi ta’ madwar EUR 0,184 miljun matul is-seba’ snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva. Din in-nefqa se ġġorrha r-riallokazzjoni interna u ma tinvolvix żieda fil-fondi. 2013/0246 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż[15] tistipula għadd importanti ta’ drittijiet tal-konsumatur f’relazzjoni mal-vjaġġi b’kollox inkluż, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, l-obbligu ta’ kummerċjanti f’relazzjoni mal-eżekuzzjoni ta’ pakkett u l-protezzjoni kontra l-insolvenza ta’ organizzatur jew ta' bejjiegħ. Madankollu, hu meħtieġ li jiġi adattat il-qafas leġiżlattiv għall-iżviluppi tas-suq, sabiex jagħmluha aktar adattat għas-suq intern, jelimina l-ambigwitajiet u l-lakuni leġiżlattivi mill-qrib.

(2)       It-turiżmu għandu sehem importanti fl-ekonomiji tal-Unjoni u vjaġġi kollox kompriż jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti ta’ dan is-suq. Is-suq tal-ivvjaġġar għadda minn tibdil konsiderevoli mindu ġiet adottata d-Direttiva 90/314/KEE. Minbarra l-ktajjen ta’ distribuzzjoni tradizzjonali, l-internet sar mezz dejjem aktar importanti biex joffri servizzi tal-ivvjaġġar. Servizzi tal-ivvjaġġar mhumiex biss ikkombinati fil-forma ta’ vjaġġi kollox kompriż tradizzjonali mħejjija minn qabel, iżda sikwit jingħaqdu b’mod personalizzat. Ħafna minn dawn il-prodotti tal-ivvjaġġar huma f'qasam griż legali jew huma b’mod ċar mhux koperti bid-Direttiva 90/314/KEE. Din id-Direttiva, għalhekk, għandha l-għan li tadatta l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni għal dawn l-iżviluppi, iżżid it-trasparenza u zzid iċ-ċertezza legali għall-vjaġġaturi u n-negozjanti.

(3)       L-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skont l-Artikolu 114 tat-Trattat.

(4)       Id-Direttiva 90/314/KEE tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mat-traspożizzjoni; għalhekk, diverġenzi sinifikanti bejn il-liġijiet tal-Istati Membri jibqgħu. Il-frammentazzjoni legali twassal għal spejjeż ogħla għan-negozji u ostakli għal dawk li jixtiequ joperaw b’mod transfruntiera, u b’hekk tillimita l-għażla tal-konsumaturi.

(5)       Skont l-Artikolu 26(2) tat-Trattat, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi, u l-libertà ta' stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti hija meħtieġa għall-ħolqien ta’ suq intern reali tal-konsumatur f’dan il-qasam, li ssib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi.

(6)       Il-potenzjal transfruntiera ta' suq ta' vjaġġi kollox kompriż fl-Unjoni bħalissa mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Id-differenzi fir-regoli tal-protezzjoni tal-vjaġġaturi fi Stati Membri differenti huma diżinċentiv għal vjaġġaturi fi Stat Membru milli jixtru pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti fi Stat Membru ieħor, u bl-istess mod, diżinċentiv għall-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut fi Stat Membru wieħed milli jbigħu servizzi bħal dawn fi Stat Membru ieħor. Sabiex il-konsumaturi u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti.

(7)       Il-maġġoranza ta’ vjaġġaturi li jkunu qed jixtru pakketti huma konsumaturi fis-sens tal-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. Fl-istess ħin, mhuwiex dejjem faċli li ssir distinzjoni bejn il-konsumaturi u r-rappreżentanti tan-negozji ż-żgħar jew professjonisti li jibbukkjaw vjaġġi relatati ma’ negozju jew mal-professjoni tagħhom permezz tal-istess prenotazzjoni bħala konsumaturi. Dawn il-vjaġġaturi ta' spiss jeħtieġu livell simili ta’ protezzjoni. B’kuntrast, kumpaniji jew organizzazzjonijiet ikbar ta' spiss jagħmlu l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-impjegati tagħhom fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ qafas ma’ kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-arranġament ta’ vjaġġi fuq xogħol. Dan l-aħħar tip ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar ma jirrikjedix il-livell ta’ protezzjoni maħsuba għall-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tapplika għal vjaġġaturi fuq negozju biss sakemm ma jkunux għamlu arranġamenti għall-ivvjaġġar fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ qafas. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mad-definizzjoni tat-terminu "konsumatur" f’direttivi oħrajn għall-protezzjoni tal-konsumatur, persuni protetti skont din id-Direttiva għandhom jiġu riferuti bħala “vjaġġaturi”.

(8)       Billi servizzi tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu kombinati f’ħafna modi differenti, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati bħala pakketti l-kombinazzjonijiet kollha ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li juru karatteristiċi li vjaġġaturi tipikament jassoċjaw ma’ pakketti, notevolment li servizzi separati tal-ivvjaġġar ikunu ggruppati flimkien f’prodott wieħed tal-ivvjaġġar li għalih l-organizzatur jassumi r-responsabbiltà għal eżekuzzjoni korretta. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea[16], ma għandha tagħmel l-ebda differenza jekk servizzi tal-ivvjaġġar humiex kombinati qabel kwalunkwe kuntatt mal-vjaġġatur jew btalba ta’ jew skont l-għażla magħmula mill-vjaġġatur. L-istess prinċipji għandhom japplikaw irrispettivament jekk minn jagħmel il-prenotazzjoni ssir permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew onlajn.

(9)       Għal raġunijiet ta’ trasparenza, pakketti għandhom ikunu distinti minn arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, fejn aġenti onlajn jew magħrufa jassistu vjaġġaturi billi jiġu kombinati servizzi tal-ivvjaġġar li jwasslu lill-vjaġġatur biex jikkonkludi kuntratti ma’ fornituri differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta’ proċessi marbuta ta' prenotazzjoni, li ma jkollhomx dawk il-karatteristiċi u li fir-rigward tagħhom ma jkunx xieraq li japplikaw l-obbligi kollha li japplikaw għal pakketti.

(10)     Fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, huwa xieraq li jiġu definiti aktar pakketti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi liema alternattivi fil-biċċa l-kbira jirrigwardaw il-mod li bih servizzi tal-ivvjaġġar huma ppreżentati jew mixtrija u fejn dawk il-vjaġġaturi jistgħu raġonevolment jistennew li jkunu protetti bid-Direttiva. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta servizzi differenti tal-ivvjaġġar huma mixtrija għall-istess vjaġġ jew vaganza fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni minn punt uniku ta’ bejgħ jew fejn dawn is-servizzi jiġu offruti jew imposti bi prezz inklussiv jew totali. Għandu jiġi kkunsidrat li servizzi tal-ivvjaġġar jiġu akkwistati fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni jekk ikunu magħżula qabel ma l-vjaġġatur ikun aċċetta li jħallas.

(11)     Fl-istess ħin, arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti għandhom ikunu distinti minn servizzi tal-ivvjaġġar li vjaġġaturi jibbukkjaw b’mod indipendenti, ta’ spiss fi żminijiet differenti, anki għall-iskop tal-istess vjaġġ jew btala. Arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti għandhom wkoll jiġu distinti mil-links li permezz tagħhom vjaġġaturi jkunu sempliċiment infurmati dwar aktar servizzi tal-ivvjaġġar b’mod ġenerali, bħal pereżempju meta lukanda jew organizzatur ta’ avveniment jinkludu fuq il-websajt tagħhom lista tal-operaturi kollha li joffru servizzi ta’ trasport għall-post indipendentement minn kull prenotazzjoni, jew meta cookies jew metadejta jintużaw biex jagħmlu riklami fuq il-websajts.

(12)     Ix-xiri ta’ servizz ta' vjaġġar bl-ajru fuq bażi awtonoma bħala servizz uniku ta' vjaġġar ma jikkostitwixxix la pakkett u lanqas arranġament ta' vjaġġar assistit.

(13)     Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli partikolari kemm għal bejjiegħa bl-imnut magħrufa u dawk onlajn li jassistu vjaġġaturi, fl-okkażjoni ta’ żjara waħda jew kuntatt ma’ punt ta’ bejgħ tagħhom stess, għall-konklużjoni ta' kuntratti separati ma’ fornituri individwali ta’ servizzi u għal bejjiegħa onlajn li, permezz ta’ proċessi marbuta ta' bbukkjar onlajn, jiffaċilitaw l-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod immirat, l-iktar tard meta l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata. Dawn ir-regoli se japplikaw pereżempju, fejn, flimkien ma’ konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar bħal titjira jew vjaġġ bil-ferrovija, konsumatur jirċievi stedina biex jibbukkja servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali disponibbli fil-post magħżul tal-ivvjaġġar, pereżempju akkomodazzjoni f’lukanda, b’rabta mas-sit tal-ibbukkjar ta’ fornitur ieħor tas-servizz jew intermedjarju. Filwaqt li dawn l-arranġamenti ma jikkostitwixxux pakketti fis-sens ta’ din id-Direttiva minħabba li ma jistax ikun hemm konfużjoni li organizzatur uniku assuma r-responsabbiltà għal servizzi tal-ivvjaġġar, tali arranġamenti assistiti jikkostitwixxu mudell ta’ negozju alternattiv li ta' spiss jikkompetu mill-qrib ma' pakketti.

(14)     Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex ikun protett il-konsumatur, l-obbligu li tiġi pprovduta biżżejjed xhieda ta’ sigurtà għar-rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u r-ripatrijazzjoni ta’ vjaġġaturi f’każ ta’ insolvenza għandu japplika wkoll għal arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti.

(15)     Biex tiżdied iċ-ċarezza għall-vjaġġaturi u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati dwar it-tipi differenti ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar offruti, huwa xieraq li jobbligaw lill-kummerċjanti biex jiddikjaraw in-natura tal-arranġament b’mod ċar u jinfurmaw il-vjaġġaturi bid-drittijiet tagħhom. Dikjarazzjoni ta’ kummerċjant dwar in-natura legali tal-prodott tal-ivvjaġġar li qed jiġi kkummerċjalizzat għandha tikkorrispondi man-natura legali vera tal-prodott konċernat. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jintervjenu fejn negozjanti ma jipprovdux informazzjoni preċiża lil vjaġġaturi.

(16)     Biss il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti, bħall-akkomodazzjoni, it-trasport ta’ passiġġieri permezz tax-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru, kif ukoll il-kiri tal-karozzi, għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi identifikat pakkett jew arranġament ta' vjaġġ assistit. Akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali, inkluża għal korsijiet tal-lingwa fit-tul, ma għandhomx jitqiesu bħala akkomodazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(17)     Servizzi turistiċi oħrajn, bħal ammissjoni għal kunċerti, avvenimenti sportivi, eskursjonijiet jew parks għal avvenimenti huma servizzi li, flimkien ma’ ġarr ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni u/jew il-kiri tal-karozzi, għandhom jitqiesu bħala kapaċi li jikkostitwixxu pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit. Madankollu, dawn il-pakketti għandhom ikunu biss fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jekk servizz turistiku rilevanti jammonta għal parti sinifikanti tal-pakkett. Ġeneralment, servizz turistiku għandu jitqies bħala parti sinifikanti tal-pakkett jekk dan huwa ekwivalenti għal aktar minn 20 % tal-prezz totali jew inkella jirrappreżenta fattur essenzjali tal-vjaġġ jew btala. Servizzi anċillari, bħall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, it-trasport tal-bagalji, ikliet u t-tindif pprovduti bħala parti ta’ akkomodazzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala servizzi turistiċi bi dritt proprju tagħhom.

(18)     Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kuntratti li bihom negozjant jintitola l-vjaġġatur wara l-konklużjoni tal-kuntratt biex jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta’ pakkett ta' rigal tal-ivvjaġġar, għandhom jikkostitwixxu pakkett. Barra minn hekk, għadd ta’ servizzi ta’ vjaġġar għandhom jitqiesu bħala pakkett fejn l-isem jew id-dettalji tal-vjaġġatur meħtieġa biex tkun konkluża tranżazzjoni tal-prenotazzjoni huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata. Id-dettalji neċessarji għall-konklużjoni tat-tranżazzjoni tal-prenotazzjoni jirrelataw ma' dettalji tal-kard tal-kreditu jew informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jinkiseb il-pagament. Min-naħa l-oħra, it-trasferiment sempliċi ta’ dettalji bħad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew il-ħinijiet tal-ivvjaġġar ma għandux ikun biżżejjed.

(19)     Billi hemm inqas ħtieġa li jiġu protetti l-vjaġġaturi f’każijiet ta’ vjaġġi għal żmien qasir, u sabiex jiġi evitat piż mhux meħtieġ għall-kummerċjanti, vjaġġi li jdumu anqas minn 24 siegħa li ma jinkludux akkomodazzjoni kif ukoll pakketti organizzati b'mod okkażjonali, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(20)     Il-karatteristika ewlenija ta' vjaġġ kollox kompriż huwa li tal-inqas negozjant wieħed huwa responsabbli bħala organizzatur għat-twettiq xieraq tal-pakkett kollu kemm hu. Għalhekk, huwa biss f’każijiet fejn kummerċjant ieħor qed jaġixxi bħala l-organizzatur ta’ pakkett, li kummerċjant, tipikament aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew onlajn, ikun kapaċi jaġixxi bħala sempliċiment bejjiegħ bl-imnut jew intermedjarju u ma jkunx responsabbli bħala organizzatur. Jekk negozjant qed jaġixxi bħala organizzatur għal pakkett partikulari għandux jiddependi fuq l-involviment tiegħu fil-ħolqien ta’ pakkett kif definit skont din id-Direttiva, u mhux fuq id-denominazzjoni li bih twettaq in-negozju tiegħu. Fejn żewġ kummerċjanti jew aktar jissodisfaw kriterju li tagħmel il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar bħala pakkett u fejn dawk il-kummerċjanti ma infurmawx lill-vjaġġatur liema minnhom huwa l-organizzatur tal-pakkett, il-kummerċjanti rilevanti kollha għandhom jitqiesu bħala l-organizzaturi.

(21)     Fir-rigward ta’ pakketti, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu responsabbli flimkien mal-organizzatur biex tiġi pprovduta informazzjoni prekuntrattwali. Fl-istess ħin għandu jiġi ċċarat li huma responsabbli għal żbalji fi prenotazzjoni. Biex tkun faċilitata l-komunikazzjoni, partikolarment f’kawżi transfruntiera, vjaġġaturi għandhom ikollhom il-possibbiltà li jikkuntattjaw l-organizzatur ukoll permezz tal-bejjiegħ bl-imnut li jkunu xtraw il-pakkett minnu.

(22)     Il-vjaġġatur għandu jirċievi l-informazzjoni essenzjali kollha qabel ma jixtri pakkett, kemm jekk jinbiegħ permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, jew minn fuq il-bank jew kif ukoll permezz ta’ tipi oħrajn ta’ distribuzzjoni. Il-kummerċjant meta jagħti din l-informazzjoni għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ vjaġġaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-età tagħhom jew infermità fiżika, dawk li l-kummerċjant seta' raġonevolment jipprevedi.

(23)     Informazzjoni ewlenija, pereżempju dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jew il-prezzijiet, ipprovduti fir-riklami, fil-websajt tal-organizzatur jew f’fuljetti bħala parti tal-informazzjoni prekuntrattwali, għandha tkun vinkolanti, sakemm l-organizzatur jirriżerva l-possibbiltà li jagħmel emendi għal dawk l-elementi u sakemm dawn il-bidliet huma b’mod ċar u prominenti kkomunikati lil min jivvjaġġa qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Madankollu, fid-dawl ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni, ma għadx hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fuq fuljetti, filwaqt li huwa xieraq li jiġi żgurat li, f’ċerti ċirkostanzi, bidliet li jkollhom impatt fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt huma kkomunikati bejn il-partijiet fuq mezz li jservi fit-tul aċċessibbli għal referenza futura. Dejjem għandu jkun possibbli li jsiru bidliet f’dik l-informazzjoni fejn iż-żewġ partijiet kontraenti jiftehmu espliċitament dwar dan.

(24)     Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva huma eżawrjenti, iżda għandhom ikunu bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f’leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni[17].

(25)     Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż, id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għandhom jitniżżlu, għaż-żmien ta’ qabel u wara l-bidu tal-pakkett, b’mod partikolari jekk il-pakkett ma jiġix eżegwit kif jixraq, jew jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi partikolari.

(26)     Billi pakketti huma normalment mixtrija żmien twil qabel l-eżekuzzjoni tagħhom, jistgħu jseħħu avvenimenti mhux previsti. Għalhekk l-vjaġġatur għandu, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun intitolat li jittrasferixxi pakkett għal vjaġġatur ieħor. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-organizzatur għandu jkun jista’ jirkupra l-ispejjeż tiegħu, pereżempju jekk subkuntrattur jeħtieġ tariffa għall-bdil ta' isem il-vjaġġatur jew għall-kanċellazzjoni ta' biljett tat-trasport u l-ħruġ ta' wieħed ġdid. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkanċellaw il-kuntratt fi kwalunkwe żmien qabel il-bidu tal-pakkett billi jħallsu kumpens xieraq, kif ukoll id-dritt li jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jitħallas kumpens fejn dan ma jistax jiġi evitat u ċirkustanzi straordinarji bħal gwerra jew diżastru naturali se jaffettwaw b’mod sinifikanti pakkett. Ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji għandhom b’mod partikolari jitqiesu li jeżistu fejn rapporti kredibbli u pubblikament disponibbli, bħal rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jagħtu parir kontra l-ivvjaġġar għall-post tad-destinazzjoni.

(27)     F’sitwazzjonijiet speċifiċi, l-organizzatur ukoll għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr pagament ta’ kumpens, pereżempju jekk in-numru minimu ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx u fejn din il-possibbiltà ġiet riżervata fil-kuntratt.

(28)     F’ċerti każijiet l-organizzaturi għandhom jitħallew jagħmlu tibdiliet unilaterali għall-kuntratt ta’ vjaġġ b'kollox kompriż. Madankollu, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt jekk l-emendi proposti jbiddlu b’mod sinifikanti kwalunkwe mill-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu possibbli biss jekk kien hemm bidla fil-prezz tal-fjuwil għat-trasport ta’ passiġġieri, fit-taxxi jew il-miżati imposti minn parti terza li mhux direttament involuta fl-eżekuzzjoni ta' servizzi tal-ivvjaġġar inklużi jew fir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett u jekk kemm ċaqliq ’il fuq u ’l isfel tar-reviżjoni tal-prezz ikun espressament riżervat fil-kuntratt. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu limitati għal 10 % tal-prezz tal-pakkett.

(29)     Huwa xieraq li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar ir-rimedji fir-rigward ta' nuqqas ta’ konformità fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jkollu problemi solvuti u, fejn parti sinifikanti tas-servizzi kuntrattati ma jistgħux ikunu pprovduti, il-vjaġġatur għandu jiġi offrut arranġamenti alternattivi. Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati wkoll għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għad-danni. Il-kumpens għandu jkopri wkoll kwalunkwe dannu immaterjali, b’mod partikolari f’każ ta’ vaganza mħassra, u, f’każijiet iġġustifikati, spejjeż li l-vjaġġatur ġarrab meta rriżolva l-problema hu nnifsu.

(30)     Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa xieraq li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma’ konvenzjonijiet internazzjonali li jkopru servizzi tal-ivvjaġġar u mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Meta l-organizzatur huwa responsabbli għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi inklużi fil-kuntratt ta' vjaġġ b'kollox kompriż, l-organizzatur għandu jkun jista’ jinvoka l-limitazzjonijiet tar-responsabbilità ta’ fornituri tas-servizz stabbiliti f’dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Montreal tal-1999 għall-Unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru[18], il-Konvenzjoni tal-1980 dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF)[19] u l-Konvenzjoni ta’ Ateni tal-1974 dwar it-Trasport tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar[20]. Fejn huwa impossibbli, minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, biex jiżguraw ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq, l-obbligu tal-organizzatur li jħallas l-ispejjeż tas-soġġorn kontinwat tal-vjaġġatur fil-post ta’ destinazzjoni għandu jkun allinjat mal-proposta tal-Kummissjoni[21] kellu l-għan li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet[22].

(31)     Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ vjaġġaturi biex il-pretensjonijiet ikunu ppreżentati kemm b'din id-Direttiva u bi kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod li l-vjaġġaturi se jkomplu jkollhom il-possibilità li jindirizzaw it-talbiet lill-organizzatur, it-trasportatur jew kwalunkwe parti oħra responsabbli, jew, skont kif ikun il-każ, għal diversi partijiet. Għandu jiġi ċċarat li ma jistgħux jakkumulaw id-drittijiet permezz ta’ bażijiet legali differenti jekk id-drittijiet jħarsu l-istess interess jew li jkollhom l-istess objettiv. Ir-responsabbiltà tal-organizzatur hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitfittex rimedju minn partijiet terzi, inklużi fornituri ta’ servizzi.

(32)     Jekk il-vjaġġatur hu f’diffikultà waqt il-vjaġġ jew il-vaganza, l-organizzatur għandu jkun obbligat li jagħti assistenza fil-pront. Tali assistenza għandha tikkonsisti prinċipalment fil-forniment, fejn xieraq, ta' informazzjoni dwar aspetti bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, awtoritajiet lokali u assistenza konsulari, kif ukoll għajnuna prattika, pereżempju fir-rigward ta’ komunikazzjoni mill-bogħod u arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar.

(33)     Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri fil-każ ta’ insolvenza ta' linja tal-ajru,[23] il-Kummissjoni stabbiliet miżuri li jtejbu l-protezzjoni ta’ vjaġġaturi fil-każ ta’ insolvenza ta' linja tal-ajru, inkluż infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità[24], tar-Regolament 261/2004 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u l-impenn mal-partijiet interessati tal-industrija, fin-nuqqas ta' dan, miżura leġiżlattiva tista' tiġi kkunsidrata. Dik il-Komunikazzjoni tikkonċerna x-xiri ta’ komponent individwali, jiġifieri servizzi tal-ivvjaġġar bl-ajru, u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għal regoli eżistenti fuq il-pakketti u ma tipprevenix lil-leġiżlaturi biex jipprovdu għal protezzjoni mill-insolvenza wkoll għal xerrejja ta’ kombinazzjonijiet oħra moderni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar.

(34)     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġaturi li jixtru pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit huma kompletament protetti kontra l-insolvenza tal-organizzatur, tal-bejjiegħ bl-imnut wara li ffaċilita l-arranġament tal-ivvjaġġar assistit jew ta’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi. L-Istati Membri li fihom organizzaturi ta' pakketti u l-bejjiegħa bl-imnut jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti huma stabbiliti, għandhom jiżguraw li negozjanti li joffru dawn il-kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha li saru minn vjaġġaturi u għal ripatrijazzjoni tagħhom f’każ ta’ insolvenza. Filwaqt li tinżamm id-diskrezzjoni rigward il-mod li bih tingħata protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-iskemi tal-protezzjoni nazzjonali tal-insolvenza huma effettivi u jistgħu jiggarantixxu ripatrijazzjoni f’waqtha u r-rifużjoni lill-vjaġġaturi kollha affettwati mill-insolvenza. Il-protezzjoni mill-insolvenza meħtieġa għandha tqis ir-riskju finanzjarju attwali tal-attivitajiet tal-organizzatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur ta’ servizz rilevanti, inkluż it-tip ta’ kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li jbigħu, it-tibdil staġonali prevedibbli, kif ukoll il-limitu ta’ pagamenti bil-quddiem u l-mod li bih dawn ikunu assigurati. Skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern[25], f’każijiet fejn protezzjoni mill-insolvenza għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ garanzija jew polza tal-assigurazzjoni, dik il-garanzija ma tistax tkun limitata għal ċertifikati maħruġa minn operaturi finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru partikolari.

(35)     Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment ħieles tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jiġu espliċitament obbligati jirrikonoxxu protezzjoni mill-insolvenza skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tan-negozji li huma attivi fi Stati Membri differenti fir-rigward ta’ protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali.

(36)     Fir-rigward arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, lil hinn mill-obbligu li tingħata protezzjoni mill-insolvenza u tinforma lill-vjaġġaturi li l-fornituri individwali tas-servizzi huma responsabbli biss tal-eżekuzzjoni kuntrattwali tagħhom, il-kuntratti rilevanti huma soġġetti għal leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u ġenerali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(37)     Huwa xieraq li jiġu protetti l-vjaġġaturi f’sitwazzjonijiet fejn bejjiegħ bl-imnut jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit u fejn il-bejjiegħ bl-imnut jagħmel żbalji fil-proċess tal-prenotazzjoni.

(38)     Huwa wkoll xieraq li jiġi kkonfermat li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet imnissla minn din id-Direttiva u l-organizzaturi jew il-kummerċjanti li jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ma jistgħux jaħarbu mill-obbligi tagħhom billi jistqarru li huma sempliċiment qed jaġixxu bħala fornitur ta’ servizz, intermedjarju jew f’xi kapaċità oħra.

(39)     Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(40)     L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva tagħmilha meħtieġ li jiġu adattati ċerti atti ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li titqies id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur[26] fil-forma attwali tagħha ma tapplikax għal kuntratti koperti mid-Direttiva 90/314/KEE, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/83/UE biex jiġi żgurat li din tapplika għal arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti u li ċerti drittijiet tal-konsumatur stabbiliti f’dik id-Direttiva japplikaw ukoll għal pakketti.

(41)     Din id-Direttiva għanda tkun bla preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali (Rome I)[27] u għal-liġi ta' kuntratti nazzjonali għal dawk l-aspetti li mhumiex regolati biha. Billi din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-miri tagħha ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(42)     Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-proposta tirrispetta l-libertà tat-twettiq ta’ negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, skont l-Artikolu 38 tal-Karta.

(43)     Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti konkluż bejn passiġġieri u negozjanti.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

1.           Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għall-bejgħ jew mibjugħa minn kummerċjanti għall-vjaġġaturi, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti bl-eċċezzjoni tal-Artikoli minn 4 sa 14, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21(1).

2.           Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti li jkopru perjodu ta’ inqas minn 24 siegħa sakemm l-akkomodazzjoni mal-lejl hija inkluża;

(b) kuntratti anċillari li jkopru servizzi finanzjarji;

(c) pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti fuq il-bażi ta’ qafas ta' kuntratt ta’ bejn dak li jħaddem tal-vjaġġatur u negozjant li jispeċjalizza fl-arranġament ta’ vjaġġar għan-negozju;

(d) pakketti fejn mhux aktar minn servizz wieħed tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (a), (b), u (c) tal-Artikolu 3(1) hu kkombinat ma’ servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 3(1) jekk dan is-servizz ma jammontax għal parti sinifikanti tal-pakkett; jew

(e) kuntratti awtonomi għal servizz tal-ivvjaġġar wieħed.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “servizz tal-ivvjaġġar” tfisser

(a) it-trasport ta' passiġġieri,

(b) l-akkomodazzjoni għal skopijiet mhux residenzjali,

(c) il-kiri ta’ karozza jew

(d) kwalunkwe servizz turistiku ieħor mhux anċillari għat-trasport ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni jew il-kiri ta’ karozza;

(2) "pakkett" ("package") tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew għall-vaganzi, jekk:

(a) dawk is-servizzi huma miġbura flimkien minn negozjant, inklużi dawk b'talba jew skont l-għażla ta’ min jivvjaġġa, qabel kuntratt dwar is-servizzi kollha jiġi konkluż; jew

(b) irrispettivament minn jekk kuntratti separati humiex konklużi ma’ fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar individwali, dawk is-servizzi huma:

(i)      mixtrija minn punt uniku ta’ bejgħ fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni,

(ii)      offruti jew imposti bi prezz inklussiv jew totali,

(iii)     reklamati jew mibjugħa bit-terminu “pakkett” jew b'xi terminu simili,

(iv)     ikkombinati wara l-konklużjoni ta’ kuntratt li bih negozjant jagħti d-dritt lil vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(v)     mixtrija minn negozjanti separati permezz ta' proċessi ta' prenotazzjoni onlajn fejn l-isem jew id-dettalji tal-vjaġġatur meħtieġa biex tkun konkluża tranżazzjoni tal-prenotazzjoni huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata.

(3) “kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż” tfisser kuntratt fuq il-pakkett kollu jew, jekk il-pakkett hu pprovdut skont kuntratti differenti, il-kuntratti kollha li jkopru s-servizzi mdaħħla fil-pakkett;

(4) “bidu tal-pakkett" tfisser il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-pakkett;

(5) “arranġament tal-ivvjaġġar assistit” tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew ta’ vaganza, ma jikkostitwix pakkett, li jirriżulta fil-konklużjoni ta’ kuntratti separati ma’ fornituri tas-servizzi tal-ivvjaġġar individwali, jekk il-bejjiegħ bl-imnut jiffaċilita l-kombinazzjoni:

(a) fuq il-bażi ta’ prenotazzjonijiet separati magħmulin fl-okkażjoni ta’ żjara waħda jew kuntatt mal-punt ta’ bejgħ; jew

(b) permezz tal-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod immirat permezz ta’ proċessi marbuta tal-ibbukkjar onlajn mhux aktar tard minn meta l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz ikun ikkonfermat;

(6) “vjaġġatur” tfisser kwalunkwe persuna li qiegħda tfittex li tikkonkludi jew ikollha d-dritt li tivvjaġġa fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi vjaġġaturi fuq negozju sakemm ma jivvjaġġawx fuq il-bażi ta’ qafas kuntratt ma’ kummerċjant li jispeċjalizza fl-arranġament ta’ vjaġġar għan-negozju;

(7) "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna, li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8) “organizzatur” tfisser kummerċjant li jikkombina u jbigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti, jew direttament jew permezz/flimkien ma’ kummerċjant ieħor, fejn aktar minn kummerċjant wieħed jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, dawk il-kummerċjanti kollha jitqiesu bħala organizzaturi, sakemm wieħed minnhom hu nominat bħala organizzatur u l-vjaġġatur ikun mgħarraf b’dan;

(9) "bejjiegħ bl-imnut" tfisser kummerċjant ieħor għajr l-organizzatur li:

(a) ibigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti jew

(b) jiffaċilita l-akkwist ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar assistit billi jgħin lill-vjaġġaturi jikkonkludu kuntratti separati għal servizzi tal-ivvjaġġar ma’ fornituri individwali tas-servizzi;

(10) "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(11) “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” tfisser sitwazzjoni mhux tas-soltu lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant li l-konsegwenzi tagħha ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha ġew meħudin:

(12) "nuqqas ta’ konformità" tfisser nuqqas ta’ u l-eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi f’pakkett.

Kapitolu II L-obbligi ta’ informazzjoni u l-kontenut dwar il-vjaġġi kollox kompriż

Artikolu 4 Informazzjoni prekuntrattwali

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma l-vjaġġatur ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt għal kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, l-organizzatur u, fejn il-pakkett jinbiegħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, dan ukoll għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bl-informazzjoni li ġejja fejn applikabbli għall-pakkett:

(a) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar:

(i)      id-destinazzjoni/jiet tal-vjaġġ, l-itinerarju u l-perjodi ta’ soġġorn, bid-dati;

(ii)      il-mezzi, il-karatteristiċi u l-kategoriji tat-trasport, il-punti, dati u ħinijiet ta’ tluq u ritorn jew, meta l-ħin eżatt għadu mhux determinat, il-ħin approssimattiv ta’ tluq u ritorn, it-tul u l-postijiet tal-waqfiet intermedji u l-konnessjonijiet tat-trasport;

(iii)     il-post, il-karatteristiċi ewlenin u l-kategorija turistika tal-akkomodazzjoni;

(iv)     jekk ikliet humiex pprovduti u, jekk iva, il-pjan tal-ikel;

(v)     iż-żjarat, l-eskursjoni/jiet jew is-servizzi l-oħra li jkunu inklużi fil-prezz totali miftiehem għall-pakkett;

(vi)     il-lingwa/i li fihom ikunu se jsiru l-attivitajiet u

(vii)    jekk l-aċċess għal persuni b’mobilità mnaqqsa jkun garantit matul il-vjaġġ jew btala;

(b) l-isem kummerċjali, l-indirizz ġeografiku tal-organizzatur u, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom;

(c) il-prezz totali tal-pakkett bit-taxxi inklużi u, fejn applikabbli, tat-tariffi kollha addizzjonali, l-imposti u spejjeż oħrajn jew, meta dawn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li l-vjaġġatur jista’ jkollu jħallas spejjeż addizzjonali bħal dawn;

(d) l-arranġamenti għall-pagament u, fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħrajn li għandhom jitħallsu jew li għandhom jiġu pprovduti mill-vjaġġatur;

(e) l-għadd minimu meħtieġ ta’ persuni għall-eżekuzzjoni tal-pakkett u limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett għall-kanċellazzjoni possibbli jekk dak in-numru ma jkunx intlaħaq;

(f) informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-passaport u tal-viża, inklużi d-dati approssimattivi tal-perjodi biex jinkisbu l-viżi, għal ċittadini tal-Istat(i) Membru(i) jew Stati Membri kkonċernati u informazzjoni dwar formalitajiet tas-saħħa;

(g) konferma li s-servizzi jikkostitwixxu pakkett fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

2.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b’mod li tkun ċar u prominenti.

Artikolu 5 In-natura vinkolanti ta’ informazzjoni prekuntrattwali u l-konklużjoni tal-kuntratt

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi ma jistgħux ibiddlu l-informazzjoni mogħtija lill-vjaġġatur skont il-punti (a), (c), (d), (e) u (g) tal-Artikolu 4, sakemm l-organizzatur jirriżerva l-possibbiltà li jagħmel emendi għal dik l-informazzjoni u jikkomunika kwalunkwe tibdil li jsir lill-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

2.           Jekk l-informazzjoni dwar pagamenti addizzjonali, tariffi jew spejjeż oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 ma tkunx pprovduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-vjaġġatur ma għandux iħallas dawn it-tariffi, pagamenti u spejjeż oħra.

3.           Fi jew immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur b’kopja tal-kuntratt jew konferma tal-kuntratt fuq mezz li jservi fit-tul.

Artikolu 6 Kontenut ta' kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż u d-dokumenti li għandhom ikunu forniti qabel il-bidu tal-pakkett

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż huma f’kitba sempliċi, li tinftiehem u, sakemm dawn ikunu bil-miktub, b’mod li jistgħu jinqraw.

2.           Il-kuntratt jew il-konferma tal-kuntratt għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 4. Għandu jkun fih l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a) rekwiżiti speċjali tal-vjaġġatur li l-organizzatur aċċetta;

(b) informazzjoni li l-organizzatur huwa:

(i)      responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi;

(ii)      obbligat li jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur hu f’diffikultà skont l-Artikolu 14;

(iii)     obbligat li jikseb protezzjoni mill-insolvenza għar-rifużjoni u r-ripatrijazzjoni skont l-Artikolu 15, kif ukoll l-isem tal-entità li qed tipprovdi protezzjoni mill-insolvenza u d-dettalji tagħha ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz ġeografiku;

(c) id-dettalji ta’ punt ta’ kuntatt fejn il-vjaġġatur jista’ jilmenta dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jinduna bih fuq il-post;

(d) l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant lokali tal-organizzatur jew punt ta’ kuntatt li vjaġġatur f’diffikultà jista’ jitlob jew, fejn l-ebda tali rappreżentant jew punt ta’ kuntatt jeżisti, numru tat-telefown tal-emerġenza jew indikazzjoni ta’ modi oħra kif tikkuntattja l-organizzatur;

(e) informazzjoni li l-vjaġġatur jista’ jtemm il-kuntratt fi kwalunkwe żmien qabel il-bidu tal-pakkett għal pagament ta’ kumpens xieraq jew, fejn xieraq, tariffa raġonevoli ta' terminazzjoni li tkun standard jekk dawn it-tariffi jkunu speċifikati skont l-Artikolu 10 (1);

(f) fejn il-minorenni jivvjaġġaw fuq pakkett li jinkludi akkomodazzjoni, informazzjoni li tippermetti kuntatt dirett mal-minuri jew il-persuna responsabbli fuq il-post ta’ residenza tal-minuri;

(g) informazzjoni dwar mekkaniżmi disponibbli ta’ riżoluzzjoni alternattiva u onlajn tat-tilwim.

3.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta b’mod li jkun ċar u prominenti.

4.           Fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta’ pakkett, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur l-irċevuti meħtieġa, vawċers jew biljetti, inkluża informazzjoni preċiża dwar il-ħinijiet tat-tluq, waqfiet intermedji, il-konnessjonijiet ta’ trasport u wasla.

Kapitolu III Tibdil fil-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett

Artikolu 7 Trasferiment tal-kuntratt lil vjaġġatur ieħor

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġatur jista’, wara li jagħti lill-organizzatur avviż raġonevoli fuq mezz li jservi fit-tul qabel il-bidu tal-pakkett, jittrasferixxi l-kuntratt lil persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għal dak il-kuntratt.

2.           It-trasferitur tal-kuntratt u d-destinatarju għandhom ikunu responsabbli in solidum għall-pagament tal-bilanċ dovut u għal xi tariffi, imposti jew spejjeż addizzjonali oħra li jirriżultaw mit-trasferiment. Dawn l-ispejjeż ma għandhomx ikunu mhux raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jeċċedu l-ispiża attwali mġarrba mill-organizzatur.

Artikolu 8 Bidla tal-prezz

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezzijiet mhumiex suġġetti għal rieżami, sakemm il-kuntratt espressament jirriżerva l-possibbiltà ta’ żieda u jobbliga l-organizzatur biex inaqqas il-prezzijiet sal-istess punt bħala konsegwenza diretta tal-bidliet:

(a) il-prezz tal-fjuwils għat-trasport ta’ passiġġieri,

(b) fil-livell ta’ taxxi jew imposti fuq servizzi inklużi tal-ivvjaġġar imposti minn partijiet terzi li mhumiex direttament involuti fl-eżekuzzjoni ta’ pakkett, inkluż taxxi tat-turisti, it-taxxi għall-inżul jew id-drittijiet tal-imbarkazzjoni jew l-iżbark fil-portijiet u fl-ajruporti, jew

(c) ir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett.

2.           Iż-żieda fil-prezz msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex teċċedi l-10 % tal-prezz tal-pakkett.

3.           Iż-żieda fil-prezz msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida biss jekk l-organizzatur jinnotifika l-vjaġġatur dwar din iż-żieda b’ġustifikazzjoni u kalkolu fuq mezz li jibqa’ fit-tul mhux aktar tard minn 20 ġurnata qabel il-bidu tal-pakkett.

Artikolu 9 Tibdil ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali oħra

1.           l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-bidu tal-perjodu ta’ pakkett, l-organizzatur ma jistax, b’mod unilaterali, ibiddel il-kundizzjonijiet kuntrattwali għajr il-prezz, sakemm:

(a) l-organizzatur irriserva dak id-dritt fil-kuntratt,

(b) il-bidla hija insinifikanti u

(c) l-organizzatur jinforma l-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti fuq mezz li jservi fit-tul.

2.           Jekk, qabel il-bidu tal-perjodu ta’ pakkett, l-organizzatur huwa kostrett li jibdel kwalunkwe mill-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4 jew rekwiżiti speċjali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2), l-organizzatur għandu jinforma mingħajr dewmien il-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti fuq mezz li jservi fit-tul ta’:

(a) bidliet proposti u

(b) l-fatt li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt mingħajr penali f’perjodu speċifikat ta’ żmien raġonevoli u li inkella t-tibdil propost se jitqies bħala aċċettat.

3.           Fejn it-tibdiliet għall-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 2 jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa jew il-kost, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal sistema xierqa ta’ tnaqqis fil-prezz.

4.           Jekk il-kuntratt jintemm skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, l-organizzatur għandu jrodd lura l-pagamenti kollha li waslulu mingħand il-vjaġġatur fi żmien 14-il jum wara li l-kuntratt jiġi mitmum. Il-vjaġġatur għandu, fejn xieraq, ikun intitolat għal kumpens skont l-Artikolu 12.

Artikolu 10 Terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett bi pagament ta’ kumpens xieraq lill-organizzatur. Il-kuntratt jista’ jispeċifika tariffi raġonevoli standardizzati ta' terminazzjoni bbażati fuq il-ħin tat-terminazzjoni u ffrankar konvenzjonali ta’ spejjeż u dħul minn skjerament alternattivi ta’ servizzi tal-ivvjaġġar. Fin-nuqqas ta’ tariffi standardizzati ta' terminazzjoni, l-ammont tal-kumpens għandu jikkorrispondi mal-prezz tal-pakkett bit-tnaqqis tal-ispejjeż iffrankati mill-organizzatur.

2.           Il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr kumpens fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu u li jaffettwaw sinifikament il-pakkett.

3.           L-organizzatur jista’ jtemm il-kuntratt mingħajr pagament ta’ kumpens lill-vjaġġatur, jekk:

(a) l-għadd ta’ persuni li jkunu nkitbu għall-pakkett ikun iżgħar minn numru minimu ddikjarat fil-kuntratt u jinnotifika lill-vjaġġatur dwar it-terminazzjoni fi żmien perjodu fiss stabbilit fil-kuntratt u mhux aktar minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett; jew

(b) l-organizzatur hu pprojbit milli jwettaq il-kuntratt minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u jinnotifika lill-vjaġġatur tat-terminazzjoni mingħajr dewmien żejjed qabel il-bidu tal-pakkett.

4.           F’każijiet ta’ terminazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3, l-organizzatur għandu jagħti rimborż ta’ kwalunkwe pagament mhux dovut magħmul mill-vjaġġatur fi żmien 14-il jum.

Kapitolu IV  Eżekuzzjoni tal-pakkett

Artikolu 11 Responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-pakkett

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt, irrispettivament jekk dawk is-servizzi għandhomx jitwettqu mill-organizzatur jew minn fornituri oħra tas-servizz.

2.           Jekk xi servizzi mhumiex eżegwiti f’konformità mal-kuntratt, l-organizzatur għandu jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità, sakemm dan ma jkunx sproporzjonat.

3.           Meta proporzjon sinifikanti tas-servizzi ma jkunx jista' jiġi pprovdut kif miftiehem fil-kuntratt, l-organizzatur għandu jagħmel arranġamenti alternattivi adattati, mingħajr pagament żejjed għall-vjaġġatur, għall-kontinwazzjoni tal-pakkett, inkluż fejn ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq ma jkunx ipprovdut kif miftiehem.

4.           Jekk huwa impossibbli għall-organizzatur li joffri arranġamenti alternattivi xierqa jew il-vjaġġatur ma jaċċettahomx minħabba li dawn ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ dak li kien miftiehem fil-kuntratt, l-organizzatur għandu, sakemm il-pakkett jinkludi l-ġarr ta’ passiġġieri, jipprovdi lill-vjaġġatur mingħajr ma jintalab xi pagament addizzjonali, bi trasport ekwivalenti lejn il-post tat-tluq jew lejn post ieħor bi qbil mal-vjaġġatur, fejn dan ikun f’loku, jikkumpensa l-vjaġġatur skont l-Artikolu 12.

5.           Sakemm huwa impossibbli li jiġi żgurat ir-ritorn f’waqtu tal-vjaġġatur minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, l-organizzatur ma għandux ikun obbligat li jħallas l-ispejjeż għas-soġġorn kontinwat ta' aktar minn EUR 100 għal kull lejl u tlett iljieli għal kull vjaġġatur.

6.           Il-limitazzjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 ma għandhomx japplikaw għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru[28], u kwalunkwe persuna li tkun magħhom, nisa tqal u t-tfal mhux akkumpanjati, kif ukoll persuni fil-bżonn ta’ assistenza medika speċifika, sakemm l-organizzatur ikun ġie nnotifikat dwar il-ħtiġijiet partikolari tagħhom mill-inqas 48 siegħa qabel il-bidu tal-pakkett. L-organizzatur ma jistax jinvoka ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jillimitaw l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 jekk il-fornitur tat-trasport rilevanti ma jistax jiddependi fuq ċirkustanzi bħal dawn skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni.

7.           Jekk l-arranġamenti alternattivi jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa jew il-kost, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-prezz u, fejn xieraq, għad-danni, skont l-Artikolu 12.

Artikolu 12 Tnaqqis fil-prezz u l-kumpens għad-danni

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur hu intitolat għal tnaqqis ta’ prezzijiet xierqa għal:

(a) kwalunkwe perjodu li matulu kien hemm nuqqas ta’ konformità; jew

(b) fejn l-arranġamenti alternattivi kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 11 jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità baxxa, jew il-kost.

2.           Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mingħand l-organizzatur għal kwalunkwe dannu, inkluż dannu mhux materjali, li huwa jġarrab bħala riżultat ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità.

3.           Il-vjaġġatur ma għandux ikun intitolat għal tnaqqis fil-prezz jew kumpens għad-danni jekk:

(a) l-organizzatur jagħti prova li n-nuqqas ta’ konformità jkun:

(i)      attribwibbli għall-vjaġġatur,

(ii)      attribwibbli għal terza persuna li ma jkollhiex x'taqsam mal-provvista tas-servizzi mniżżla fil-kuntratt, u jkunu imprevedibbli jew inevitabbli,

(iii)     minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jew

(b) il-vjaġġatur jonqos milli jinforma lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed b’kull nuqqas ta’ konformità li l-vjaġġatur jara fuq il-post jekk ir-rekwiżit ta' dik l-informazzjoni kien iddikjarat b’mod ċar u espliċitu fil-kuntratt u huwa raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.           Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali vinkolanti għall-Unjoni jkunu limitati jew il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpens għandu jitħallas minn fornitur li jwettqu servizz li huwa parti minn pakkett, l-istess limitazzjonijiet għandhom japplikaw lill-organizzatur. Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jillimitaw kumpens li għandu jkun imħallas minn fornitur tas-servizz, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur skont dan. F’każijiet oħra, il-kuntratt jista' jillimita l-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur sakemm din il-limitazzjoni ma tapplikax għal korriment personali u dannu kkawżati intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja u ma jammontawx għal anqas minn tliet darbiet il-prezz totali tal-pakkett.

5.           Kwlaunkwe dritt għal kumpens jew tnaqqis fil-prezzijiet taħt din id-Direttiva ma għandux jaffettwa d-drittijiet ta’ vjaġġaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004[29], ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007[30], ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010[31] u r-Regolament (UE) Nru 181/2011[32]. Il-vjaġġaturi jkunu intitolati li jippreżentaw pretensjonijiet skont din id-Direttiva u skont dawk ir-regolamenti, iżda ma jistgħux fir-rigward tal-istess fatti, jakkumulaw drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess objettiv.

6.           Il-perjodu ta’ preskrizzjoni biex jiddaħħlu klejms skont dan l-Artikolu ma għandux ikun iqsar minn sena.

Artikolu 13 Il-possibbiltà li jiġi kkuntattjat l-organizzatur permezz tal-bejjiegħ bl-imnut

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jindirizza l-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet f’relazzjoni mal-eżekuzzjoni tal-pakkett direttament lill-bejjiegħ bl-imnut li minn għandu jkun inxtara. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jgħaddi dawn il-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed. Għall-fini ta’ konformità mal-limiti taż-żmien jew l-perjodi ta’ preskrizzjoni, il-wasla ta' tali notifiki minn bejjiegħ bl-imnut għandu jitqies bħala irċevuta mill-organizzatur.

Artikolu 14 Obbligu li tkun ipprovduta assistenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jagħti assistenza pronta lill-vjaġġatur f’diffikultà, b’mod partikolari billi:

(a) jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari, u

(b) li jassisti l-vjaġġatur meta ssir komunikazzjoni mill-bogħod u arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar.

L-organizzatur għandu jkun kapaċi jimponi ħlas raġonevoli għal tali assistenza jekk is-sitwazzjoni hija kkawżata minn negliġenza jew intenzjoni tal-vjaġġatur.

Kapitolu V Protezzjoni mill-insolvenza

Artikolu 15 L-effiċjenza u l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni mill-insolvenza

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti stabbiliti fit-territorju tagħhom biex jiksbu garanzija effettiva u rimborż immedjat tal-pagamenti kollha magħmula minn vjaġġaturi u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri jkun inkluż, għal ripatrijazzjoni effettiva u immedjata tal-vjaġġaturi f’każ ta’ insolvenza.

2.           Il-protezzjoni mill-insolvenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis ir-riskju finanzjarju attwali tal-attivitajiet tal-kummerċjant rilevanti. Għandhom jibbenefikaw minnha l-vjaġġaturi irrispettivament mill-post ta’ residenza, il-post tat-tluq jew fejn il-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar assistit jkun mibjugħ.

Artikolu 16 Rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni mill-insolvenza u kooperazzjoni amministrattiva

1.           L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu li ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-Artikolu 15 ta' kwalunkwe protezzjoni mill-insolvenza miksuba minn organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti skont ir-regoli tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit li jittrasponu l-Artikolu 15.

2.           L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt ċentrali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għall-faċilitazzjoni tal-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti li joperaw fi Stati Membri differenti. Huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni.

3.           Il-punti ċentrali ta’ kuntatt għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-iskemi tal-protezzjoni nazzjonali tal-insolvenza tagħhom u l-identità tal-korp jew tal-korpi li jipprovdu protezzjoni mill-insolvenza għal negozjant partikolari stabbilit fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jagħtu lil xulxin aċċess għal kwalunkwe elenkar ta’ inventarju tal-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut biex jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti li huma konformi mal-obbligi ta' protezzjoni mill-insolvenza.

4.           Jekk Stat Membru jkollu dubji dwar protezzjoni mill-insolvenza ta’ organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti li hu stabbilit fi Stat Membru differenti u qed jopera fit-territorju tiegħu, għandu jfittex kjarifika mingħand l-Istat Membru ta’ stabbiliment. L-Istati Membri għandhom jirrispondu għal talbiet minn Stati Membri oħra mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċevuhom.

Kapitolu VI Arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti

Artikolu 17 Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti ta' vjaġġi assistiti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-vjaġġatur hu marbut bi kwalunkwe kuntratt jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti għal arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, il-kummerċjant li qed jffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti għandu jiddikjara b’mod ċar u prominenti:

(a) li kull fornitur ta’ servizz se jkun unikament responsabbli sabiex ikun hemm il-eżekuzzjoni kuntrattwali korretta tas-servizz tiegħu; u

(b) li l-vjaġġatur ma għandu jibbenefika minn ebda drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva esklużivament lil vjaġġaturi ta' pakkett, iżda jibbenefika mid-dritt għal rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri jkun inkluż, għal ripatrijazzjoni fil-każ li l-bejjiegħ bl-imnut stess jew kwalunkwe mill-fornituri tas-servizz isiru insolventi.

Kapitolu VII Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 18 Obbligi partikolari tal-bejjiegħ bl-imnut fejn l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE.

Meta l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE, il-bejjiegħ bl-imnut stabbilit fi Stat Membru għandu jkun soġġetti għall-obbligi stabbiliti għall-organizzaturi fil-Kapitoli IV u V, sakemm il-bejjiegħ bl-imnut jipprovdi evidenza li l-organizzatur huwa konformi mal-Kapitoli IV u V.

Artikolu 19 Responsabbiltà għal żbalji ta’ prenotazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bejjiegħ bl-imnut li qabel li jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti jew li jiffaċilita l-prenotazzjoni ta’ dawn is-servizzi għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe żbalji li jseħħu waqt il-proċess tal-prenotazzjoni, sakemm dawn l-iżbalji jkunu dovuti għall-vjaġġatur jew għal ċirkostanzi li ma jistgħux jiġu evitati u straordinarji.

Artikolu 20 Dritt ta’ rimedju

F’każijiet fejn organizzatur jew, skont l-Artikoli 15 u 18, bejjiegħ bl-imnut iħallas kumpens, jagħti skont fil-prezz jew jilħaq l-obbligi l-oħra li għandu d-dmir iwettaq skont din id-Direttiva, l-ebda dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva jew il-liġi nazzjonali tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li kkawża kumpens, tnaqqis fil-prezz jew obbligi oħra.

Artikolu 21 In-natura imperattiva tad-Direttiva

1.           Dikjarazzjoni minn organizzatur li qed jaġixxi esklussivament bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, bħala intermedjarju jew fi kwalunkwe kapaċità oħra li, jew li pakkett fis-sens ta’ din id-Direttiva ma jikkostitwixxix pakkett, ma jeħlisx lill-organizzatur mill-obbligi imposti fuq l-organizzaturi skont din id-Direttiva.

2.           Il-vjaġġaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom minn miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

3.           Kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew kwalunkwe dikjarazzjoni mill-vjaġġatur li direttament jew indirettament tirrinunzja jew tirrestrinġi d-drittijiet konferiti fuq vjaġġaturi skont din id-Direttiva jew għandha l-għan li jevitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tkun vinkolanti fuq min jivvjaġġa.

Artikolu 22 L-infurzar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

Artikolu 23 Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li korpi tal-infurzar jistgħu jimponu għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

Artikolu 24 Rappurtar tal-Kummisjoni u r-rieżami

Il-Kummissjoni għandha, sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha], tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ikun il-każ, ir-rapport ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

Artikolu 25 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE

1.           Il-punt 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jinbidel b'dan li ġej:

"5. Id-Direttiva [din id-Direttiva] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data tal-adozzjoni] dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU [...])”.

2.           Il-punt (g) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/83/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g) dwar pakketti kif definiti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data tal-adozzjoni] dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU [...])", bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 8(2), l-Artikoli 19, l-Artikolu 21 u l-Artikolu 22".

Kapitolu VIII Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 26 Tħassir

Id-Direttiva 90/314/KEE titħassar [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 27 Traspożizzjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.           Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.           Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

4.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 28 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-[20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].

Artikolu 29 Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS 1[33]

In-numerazzjoni tal-artikoli fid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż || In-numerazzjoni tal-Artikoli f’din id-Direttiva

L-Artikolu 1 || L-Artikolu 1 (modifikat)

L-Artikolu 2(1) || L-Artikolu 3(2) (modifikat) u l-Artikolu 2(2)(a):

L-Artikolu 2(2) || L-Artikolu 3(8) (modifikat)

L-Artikolu 2(3) || Artikolu 3(9) (modifikat)

L-Artikolu 2(4) || Artikolu 3(6) (modifikat)

L-Artikolu 2(5) || Artikolu 3(3) (modifikat)

L-Artikolu 3(1) || Imħassar

L-Artikolu 3(2) || Iħassar, madankollu l-partijiet ewlenin inkorporati fl-Artikoli 4 u 5 (modifikat)

L-Artikolu 4(1) || L-Artikolu4 (1) (modifikat), l-Artikolu 6(2) (modifikat) u l-Artikolu 6(4) (modifikat)

Artikolu 4(1)(b)(iv) || Imħassar

L-Artikolu 4(2)(a) || L-Artikolu 6(2) (modifikat)

L-Artikolu 4(2)(b) || L-Artikolu 5(3) (modifikat) u l-Artikolu 6(1) u (3) (modifikat)

Artikolu 4(2)(c) || Imħassar

L-Artikolu 4(3) || L-Artikolu 7 (modifikat)

L-Artikolu 4(4) || L-Artikolu 8 (modifikat)

L-Artikolu 4(5) || L-Artikolu 9(2) (modifikat)

L-Artikolu 4(6) || L-Artikolu 9(3) u (4) (modifikat) u l-Artikolu 10(3) u (4) (modifikat)

L-Artikolu 4(7) || L-Artikolu 11(3), (4) u (7) (modifikat)

L-Artikolu 5(1) || L-Artikolu 11(1) (modifikat)

L-Artikolu 5(2) || L-Artikolu 12(2) (3) u (4) (modifikat) u l-Artikolu 14 (modifikat)

L-Artikolu 5(3) || L-Artikolu 21(3) (modifikat)

L-Artikolu 5(4) || L-Artikolu 6(2)(c) (modifikat) u l-Artikolu 12(3)(b) (modifikat)

L-Artikolu 6 || L-Artikolu 11(2) (modifikat)

L-Artikolu 7 || L-Artikolu 15 (modifikat) u l-Artikolu 16 (modifikat)

L-Artikolu 8 || Imħassar

L-Artikolu 9(1) || L-Artikolu 27(1), (2) u (3) (modifikat)

L-Artikolu 9(2) || L-Artikolu 27 (4) (modifikat)

L-Artikolu 10 || L-Artikolu 29

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1         Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2         Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

1.3         Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4         Objettivi

1.5         Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1,6         Tul u impatt finanzjarju

1.7         Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż (package travel), il-Vaganzi Kollox Kompriż u t-Tours Kollox Kompriż 90/314/KEE

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[34]

Titolu 33 - Ġustizzja

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[35]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettivi

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

jippermetti/u lil individwi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi u lil intraprendituri fis-suq intern li jinfurzaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni, u għalhekk jiżguraw l-użu tal-Ispazju Ġudizzjarju Ewropew

1.4.2      Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ta’ ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru

Tħaffif tal-kummerċ bejn il-fruntieri fis-suq intern u tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i

33.02

1.4.3.     Ir-riżultat(i) mistennija u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandha jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

– Jiġi żgurat suq aktar kompetittiv u indaqs għal negozji li joperaw fis-suq tal-ivvjaġġar;

– Żieda fl-offerti transfruntiera ta’ servizzi ta' vjaġġi kollox kompriż billi jitnaqqsu l-ispejjeż u ostakli għall-kummerċ transfruntiera fis-suq tal-ivvjaġġar kollox kompriż;

– Tnaqqis fid-detriment tal-konsumaturi u żieda fit-trasparenza għal vjaġġaturi li jixtru kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar;

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

– Żieda fil-kummerċ transfruntiera fil-pakkett fis-suq tal-ivvjaġġar;

– Il-livell ta’ spejjeż ta’ konformità għan-negozji li joperaw fis-suq tal-ivvjaġġar b’kollox kompriż;

– Żieda fin-numru ta’ konsumaturi protetti meta jmorru vaganza;

– It-tnaqqis fin-numru ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi għal tipi differenti ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar;

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Ir-rekwiżit(i) li jrid jintlaħaq/li jridu jintlaħqu fuq perjodu qasir jew fit-tul

– Iċċarar u mmodernizzar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni ta' vjaġġaturi meta jixtru kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew btala billi jinġiebu flimkien b'mod partikolari pakketti kollox kompriż onlajn u arranġamenti tal-ivvjaġġar fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva riveduta, filwaqt li tikkjarifika, b’manjiera mmirata, il-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni għal prenotazzjonijiet permezz tal-aġenziji tradizzjonali tal-ivvjaġġar. Dan se jwassal għal aktar trasparenza għal dawk kollha involuti fis-suq.

– Żgurar li l-vjaġġaturi jkunu infurmati aħjar dwar prodotti ta’ vjaġġar li qegħdin jixtru u aċċess għal rimedji aktar ċari jekk xi ħaġa tmur ħażin, b’hekk jitnaqqas sostanzjalment id-dannu li qegħdin ibatu.

– Minimizzar tal-ostakli għall-kummerċ transfruntiera u tnaqqis tal-ispejjeż ta’ konformità għall-kummerċjanti li jixtiequ jbigħu pakketti kollox kompriż bejn il-fruntieri;

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

· Il-proposta se telimina l-frammentazzjoni tas-suq intern li tikkawża l-ostakli lil kummerċjanti transfruntiera u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kif ukoll tiżdied il-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jitqiesu żviluppi ġodda tas-suq.

· Dan l-objettiv ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, minħabba n-nuqqas ta’ qbil bejn il-liġijiet nazzjonali li huma r-raġuni għall-ostakli għas-suq intern u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Jekk Stati Membri indirizzaw żviluppi ġodda tas-suq kif ukoll lakuni regolatorji u inkonsistenzi fil-liġi tal-UE b’mod mhux koordinat, dan joħloq anki aktar frammentazzjoni fis-Suq Intern u jiggrava l-problema.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

· L-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Inkluż fl-1990 tat kontribut sinifikanti għall-iżvilupp tas-Suq Uniku, b’mod li żiedu l-kompetizzjoni u tjiebet il-kwalità ġenerali ta’ offerti. Id-Direttiva modernizzata għandha ġġib riżultati pożittivi simili għal konsumaturi u negozji.

· Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur għandu objettivi simili għal dawk fir-rieżami attwali jiġifieri jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ transfruntiera u li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Madankollu, billi d-Direttiva se tiġi applikata biss fl-Istati Membri kollha sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Ġunju 2014 il-lezzjonijiet miksuba huma limitati.

1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

· Din il-proposta hija konsistenti mal-objettiv li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi fiha regoli obbligatorji ta’ protezzjoni tal-konsumatur li l-partijiet ma jistgħux jidderogaw minnhom għad-detriment tal-konsumatur.

· Il-proposta hi komplimentari għal-liġi eżistenti tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva dwar Termini Inġusti tal-Kuntratti (1993/13/KEE), id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (2005/29/KE), id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/UE), ir-Regolamenti fil-Qasam tad-Drittijiet tal-Passiġġieri (ir-Regolamenti (KE) Nru 2004/261, (KE) Nru 1371/2007, (KE) Nru 1177/2010 u (KE) Nru 181/2011) kif ukoll id-Direttivi 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku u 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern.

· Barra minn hekk, il-proposta hija kumplimentari għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Rome I) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, u għar-Regolament 44/2001 (Brussels I) dwar il-liġi dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali. B’mod partikolari, dan ma jbiddilx referenzi għal pakketti ta' vjaġġi kollox inkluż bħalma hu muri aktar fil-Kawżi Konġunti C-585/08 u C-144/09 (“Pammer” u “Alpenhof”) mill-QĠUE.

1.6.        Tul u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ terminu limitat

– ¨  Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Il-proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn n sa n+3,

– segwita b’operazzjoni sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[36]

X Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet[37]

– ¨  korp/korpi tas-settur pubbliku nazzjonali b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (għandhom jiġu speċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

L-implimentazzjoni mhijiex mistennija li teħtieġ fondi sinifikanti.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

· Il-Kummissjoni għandha, sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.     Riskju/riskji identifikat(i)

· Dewmien fit-traspożizzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

· Kontroll standard tal-Kummissjoni/proċeduri ta’ ksur li jikkonċernaw it-traspożizzjoni u l-infurzar tad-Direttiva.

2.2.3.     Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli u tar-rata li probabbilment mhijiex kompatibbli

· Spejjeż standard relatati ma’ verifiki tat-traspożizzjonijiet u proċeduri possibbli ta’ ksur.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u rregolaritajiet

Speċifika miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

· Mhux applikabbli.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Intestaturi tal-baġit eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Għadd [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([38]) || minn pajjiżi tal-EFTA[39] || minn pajjiżi kandidati[40] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| 33.02.01 – Drittijiet u Ċittadinanza – Jiġu żgurati l-protezzjoni tad-drittijiet u ċ-ċittadini li jingħataw is-saħħa || Diff. || LE || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Għadd [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

Minħabba l-ispejjż limitati ħafna tan-natura amministrattiva l-anness mhux kompletat. Il-kalkolu kien 20 % tal-FTE ta' uffiċjal wieħed AD biex ikun ta' superviżjoni għat-traspożizzjoni u l-kitba tar-rapport fis-sena n+5. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriannwali || Numru 3 || Il-Ġustizzja, is-Sigurtà u ċ-Ċittadin…...………………………………

DG: JUST || || || Sena[41] 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja 33.02.01 || Impenji || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,200 || || 0 || 0,200

Pagamenti || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,200 || || 0 || 0,200

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DG JUST || Impenji || || || || || || 0,200 || || || 0,200

Pagamenti || || || || || || 0,200 || || || 0,200

Skont l-Artikolu 24 tal-proposta għandha ssir reviżjoni fis-sena n+ 5. Huwa probabbli li dan ir-rieżami se jkun akkumpanjat b’assistenza esterna jew studju.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DG: JUST ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,184

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL DG JUST || Approprjazzjonijiet || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,184

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,184

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena N[42] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriannwali || Impenji || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,226 || 0,026 || 0,026 || 0,384 || ||

Pagamenti || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,226 || 0,026 || 0,026 || 0,384 ||

3.2.1.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[43] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU NUMRU 1[44] Rieżami ta’ traspożizzjoni || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || 1 || 0,200 || || || || || 1 || 0,200

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Is-subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Is-subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || 1 || 0,200 || || || || || 1 || 0,200

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.2.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 ||  Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,184

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Is-subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,184

Eskluża l-INTESTATURA 5[45] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Is-subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriannwali || || || || || || || ||

TOTAL || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,184 || || || || || || || 0,013 || 0,0,091

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jintlaħqu mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi taħt il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.2.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-iktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

|| 33 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2

|| XX 01 06 00 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji tar-rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| || || || || || || ||

|| Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"global envelope") || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, SNE, INT- Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || Ħidma superviżorja standard biex tara jekk l-Istati Membri jittrasponux il-leġiżlazzjoni f’waqtha u korretta. Fis-sena n+5 li jistabbilixxi rapport.

Persunal estern || Mhux applikabbli

3.2.3.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, waqt li tispeċifika l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.[46]

Spjega x'inhu meħtieġ, speċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.4.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/l-inizjattiva tistipula l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[47]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxelanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]               Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Ewropa — l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja — Qafas politiku ġdid għat-turiżmu fl-Ewropew” COM(2010) 352 finali, it-30 ta’ Ġunju 2010.

[2]               Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

[3]               Il-Kawża Club-Tour C-400/00 tat-30 ta’ April 2002.

[4]               SEC(1999) 1800 finali

[5]               Pereż. il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-laqgħa 2255 tal-Kunsill dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur tat-13 ta’ April 2000, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2002 (2001/2136 (INI)), l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11.05.2011 (Il-Ġurnal Uffiċjali C 132) u l-Opinjonijiet tal-ECCG tal-21 ta’ April 2010 kif ukoll tat-8 ta’ Frar 2013.

[6]               COM(2010) 603 final u COM(2013) 269 final.

[7]               COM(2012) 225 final.

[8]               COM(2012) 573 final – Anness II.

[9]               Eurostat, Data in focus, 66/2011.

[10]             http://ec.europa.eu/consumers/strategy/docs/study_consumer_detriment.pdf

[11]             It-telf tal-konsumaturi huwa ddefinit bħala effett negattiv għal konsumaturi individwali relattivi għal punt ta' riferiment stabbilit bħal aspettattivi raġonevoli. Dan jiffoka fuq riżultati ex post għal dawk il-konsumaturi li jkollhom esperjenza negattiva, li jinkludi d-detriment finanzjarju u mhux finanzjarji, inklużi telf ta’ żmien.

[12]             Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, COM(2010) 573 tad-19.10.2010.

[13]             ĠU C , , p. .

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             ĠU L 158, 23,06.1990, p. 59.

[16]             Ara s-sentenza fil-Kawża C-400/00 Club Tour, Viagens e Turismo SA v. Alberto Carlos Lobo Gonçalves Garrido and Club Med Viagens Ld, Ġabra 2002, I-04051.

[17]             Ara, id-Direttivi 2000/31/KE u 2006/123/KE, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006, (KE) Nru 1008/2008, (KE) Nru 1371/2007, (KE) Nru 181/2011, (KE) Nru 1177/2010 u (KE) Nru 2111/2005.

[18]             2001/539/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal) (ĠU L 194, 18.07.2001, p. 38).

[19]             2013/103/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

[20]             2012/22/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 1).

[21]             Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom – COM(2013) 130 finali.

[22]             ĠU L 46, 17,2.2004, p. 1.

[23]             COM(2013) 129 tat-18.3.2013.

[24]             ĠU L 293, 31,10.2008, p. 3.

[25]             ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

[26]             ĠU L 304, 22,11.2011, p. 64.

[27]             ĠU L 177, 4,7.2008, p. 6.

[28]             ĠU L 204, 26,7.2006, p. 1.

[29]             ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.

[30]             ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14

[31]             ĠU L 334, 17.2.2010, p. 1

[32]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1.

[33]             Din lista hija għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Meta artikolu fil-lista relatat ma’ din id-Direttiva huwa indikat bħala korrispondenti għal artikolu fid-Direttiva 90/314/KEE, dan ifisser li mill-inqas ċerti elementi ta’ dispożizzjoni fid-Direttiva 90/314/KEE jistgħu jinsabu wkoll f’din id-Direttiva, iżda ma jfissirx li l-kliem tad-dispożizzjonijiet rilevanti hu l-istess.

[34]             ABM: Immaniġġar Ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[35]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[36]             Wieħed jista' jsib id-dettalji tal-metodi tal-immaniġġar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[37]             Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[38]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[39]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[40]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[41]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[42]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[43]             Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu jiġu fornuti (pereż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[44]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/ċi...”

[45]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u spejjeż bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[46]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[47]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (imposti tad-dwana, dazji taz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għal spejjeż tal-ġbir.