52013PC0506

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 /* COM/2013/0506 final - 2013/0245 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Kuntest tal-proposta

1.1.        Il-kuntest ġenerali

Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jkopri l-perjodu 2014-2020, hu li tissaħħaħ l-industrija Ewropea permezz ta’ azzjonijiet li jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fuq firxa ta’ setturi industrijali. B’mod partikolari, hemm previst il-ħolqien ta’ sħubijiet bejn il-gvern u l-privat li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi ewlenin li qed taffaċċja l-Ewropa.

Din il-proposta tipprevedi estensjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu mnedija taħt is-seba’ Programm ta' Qafas, b’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubijiet pubbliċi-privati f'Orizzont 2020: għodda b’saħħitha biex twassal għall-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa"[1], il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Enerġija 2020 - Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u sigura"[2], u "Enerġija Nadifa għat-Trasport: Strateġija Ewropea għall-fjuwils alternattivi"[3].

1.2.        Raġunijiet u għanijiet ta’ Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu hija meħtieġa:

· biex tindirizza żewġ sfidi ewlenin għall-UE - l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u t-tisħiħ / iż-żamma tal-kompetittività;

· biex tappoġġja l-oqsma ta’ politika tal-UE dwar l-enerġija sostenibbli u t-trasport, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u l-kompetittività industrijali kif inkorporati fl-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, u biex tgħin fil-kisba tal-mira kumplessiva tal-UE ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

· biex tindirizza serje ta’ ostakoli għar-riċerka u l-innovazzjoni effettiva f'dan il-qasam: riskji għoljin, spejjeż għoljin ta’ R&D, tixrid ħali tal-għarfien, fallimenti tas-suq. Fid-dawl ta’ dawn l-ostakli, l-industrija waħedha biss ma tistax tinvesti u għalhekk l-appoġġ pubbliku huwa meħtieġ;

· biex tegħleb il-frammentazzjoni tal-programmi tal-Istati Membri u jinkiseb l-isforz meħtieġ koordinat u fuq perjodu twil ta’ żmien, fuq skala kbira, transnazzjonali u transsettorjali;

· biex tgħin lill-industrija tistabbilixxi aġenda għar-riċerka u l-innovazzjoni fit-tul, toħloq il-massa kritika meħtieġa, tqajjem l-investiment privat, tipprovdi finanzjament stabbli, tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien, tnaqqas ir-riskji, tbaxxi l-ispejjeż u tnaqqas iż-żmien sal-kummerċjalizzazzjoni.

L-għan ġenerali tal-Impriża Konġunta FCH 2 għall-perjodu 2014-2024 huwa l-iżvilupp ta’ settur taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu qawwi fl-Unjoni, li jkun sostenibbli u kompetittiv globalment, b’mod partikolari s-setgħa li:

– jnaqqas l-ispiża tas-sistemi tal-produzzjoni taċ-ċelloli tal-fjuwil li jintużaw f’applikazzjonijiet fit-trasport, filwaqt li jżid ħajjithom għal livelli kompetittiv mat-teknoloġiji konvenzjonali,

– iżid l-effiċjenza elettrika u t-tul ta’ żmien (durabbiltà) ta’ ċelloli differenti tal-fjuwil użati għall-produzzjoni tal-enerġija, filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż, għal livelli kompetittivi mat-teknoloġiji konvenzjonali,

– iżid l-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni tal-idroġenu mill-elettrożi għall-ilma filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż kapitali, hekk li l-kombinazzjoni tal-idroġenu u sistema taċ-ċelloli tal-fjuwil tkun kompettittiva mal-alternattivi disponibbli fis-suq, u

– juri fuq skala kbira l-fattibbiltà tal-użu tal-idroġenu biex jappoġġja l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija li tiġġedded fis-sistemi tal-enerġija, inkluż permezz tal-użu tiegħu bħala mezz ta’ ħżin tal-enerġija kompetittiv għal elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

1.3.        Nibnu fuq l-esperjenza tal-passat

L-Impriża Konġunta 2 proposta tibni fuq il-kisbiet ta’ dik ta' qabilha taħt l-FP7. Il-kisbiet ewlenin tal-Impriża Konġunta FCH eżistenti s’issa kienu l-ħolqien ta’ sħubija b’saħħitha, it-tirfid ta’ finanzjament pubbliku u privat, u l-involviment qawwi tal-industrija (b’mod partikolari l-SMEs). Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta tal-FCH eżistenti stabbiliet portafoll sinifikanti ta' proġetti ta’ importanza strateġika. Fil-każ taż-żewġ applikazzjonijiet tal-enerġija u t-trasport sar progress teknoloġiku sostanzjali. L-introduzzjoni fis-suq inkisbet għal xi applikazzjonijiet bikrin bħal forklifts u unitajiet żgħar ta’ riżerva tal-enerġija. Dan inkoraġġixxa wkoll lill-industrija, lill-Istati Membri u lill-komunità tar-riċerka li jikkommettu iktar mir-riżorsi tagħhom stess. Il-parteċipazzjoni tal-industriji l-kbar u l-SMEs hija stabbli u ferm ogħla mill-FP7-Enerġija.

L-ewwel evalwazzjoni interim, finalizzata fl-2011 bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti, ikkonkludiet li l-istrateġija ta' Impriża Konġunta ġeneralment jirnexxielha ttejjeb l-attivitajiet pubbliċi-privati fl-iżvilupp u t-turija tat-teknoloġija, u tipprovdi l-istabbiltà għall-komunità tar-R&D. L-għanijiet tekniċi ġenerali tal-Impriża Konġunta FCH ġew iġġudikati bħala ambizzjużi u kompetittivi.

Għalkemm is-settur FCH diġà laħaq stadju avvanzat ta’ innovazzjoni, xorta għadu wieħed prematur u vulnerabbli. It-trasferiment tat-teknoloġiji FCH minn fuq il-karta għal utilizzazzjoni sħiħa f’ambjent globali kompetittiv jeħtieġ żieda sostanzjali fl-investiment pubbliku u privat għall-R&D fl-Istati Membri kif ukoll fil-Pajjiżi Assoċjati. Il-mezzi pubbliċi disponibbli fl-UE għar-riċerka fl-FCH, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-Programm ta' Qafas, mhux se jkunu biżżejjed biex ikopru ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa stmati biex jiġi implimentat il-Pjan Direzzjonali għat-Teknoloġija tal-FCH għall-perjodu 2014-2020[4]. Iżda politika pubblika ambizzjuża tista’ tipprovdi l-ambjent pożittiv meħtieġ biex jintrifed l-investiment privat meħtieġ biex jikkomplementa l-appoġġ pubbliku u jissodisfa l-bżonnijiet tar-R&D.

Il-proposta għat-tkomplija tal-Impriża Konġunta FCH tinkludi dispożizzjonijiet li jimmiraw lejn is-simplifikazzjoni u l-flessibbiltà tal-operazzjonijiet.

2.           Il-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati u l-Valutazzjoni tal-Impatt

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet

· Il-gruppi ta’ partijiet interessati li jirrappreżentaw l-industrija u l-komunitajiet ta’ riċerka, l-Istati Membri u l-pubbliku ġenerali ġew ikkonsultati dwar il-kontinwazzjoni ta’ Impriża Konġunta FCH taħt Orizzont 2020. Ittellgħu diversi workshops u laqgħat ad-hoc matul is-sena 2012 biex jiddiskutu l-prijoritajiet għar-riċerka dwar iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u jiddefinixxu l-aħjar mekkaniżmu sabiex jiġi implimentat programm tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell Ewropew. Fit-tieni parti tal-2012, intbgħat stħarriġ tal-partijiet interessati lill-benefiċjarji kollha tal-Impriża Konġunta FCH u waslu lura 154 risposta, inklużi 46 mill-Grupp Industrijali. 93% tal-benefiċjarji li wieġbu indikaw li huma favur il-kontinwazzjoni tal-Impriża Konġunta FCH. Barra minn hekk, 70% tal-membri tal-Grupp Industrijali raw il-fatturat tagħhom fuq l-FCH jiżdied mill-2007 'l hawn u 70% żiedu n-nefqa tagħhom fuq l-R&D. Madwar nofs il-membri li rrispondew irrapportaw nfiq miżjud fuq l-R&D b'riżultat dirett tal-istabbiliment tal-Impriża Konġunta.

· Saret konsultazzjoni pubblika bejn Lulju u Ottubru 2012 u waslu lura 127 risposta. Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti jaqblu dwar il-fatt illi t-teknoloġija FCH se jkollha rwol notevoli wkoll fil-futur tas-setturi tal-UE tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u tat-trasport (98% tar-rispondenti), fis-sikurezza tal-provvista tal-enerġija fl-UE (94%) u fil-kompetittività industrijali tal-UE (95%). Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar Sħubija Pubblika-Privata (PPP) fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu taħt l-Orizzont 2020 huma disponibbli onlajn fuq: http://ec.europa.eu/research/consultations/fch_h2020/fch-f2020-consultation-results.pdf

Valutazzjoni tal-Impatt

Ir-Regolament propost kien suġġett għal Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, mehmuża mal-proposta.

3.           Elementi ġuridiċi tal-proposta

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tikkonsisti f'Regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ġiet stabbilita inizjalment bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008, li issa huwa propost li jiġi revokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

· Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020 se japplikaw.

· Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li l-kobor ta’ l-isfida taqbeż il-kapaċità ta’ kwalunkwe Stat Membru li jaġixxi waħdu. Differenzi sinifikanti fost il-programmi nazzjonali eżistenti, il-frammentazzjoni tagħhom u l-irfis ta' wieħed fuq l-ieħor jitolbu intervent aktar effiċjenti fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Il-ġbir flimkien u l-koordinazzjoni ta’ l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell ta’ l-UE għandhom iktar probabbiltà ta’ suċċess, minħabba n-natura transnazzjonali ta’ l-infrastruttura u t-teknoloġiji li jridu jiġu żviluppati, kif ukoll il-ħtieġa li tinkiseb massa suffiċjenti ta’ riżorsi. L-intervent tal-Unjoni Ewropea se jgħin biex jirrazzjonalizza l-programmi tar-riċerka u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi żviluppati mhux biss permezz ta’ riċerka komuni prenormattiva biex tappoġġja t-tħejjija ta’ standards iżda wkoll permezz ta’ standardizzazzjoni de facto li tiġi mill-kooperazzjoni stretta fir-riċerka u l-proġetti transnazzjonali ta’ turija. Din l-istandardizzazzjoni se tiftaħ suq usa’ u tippromwovi l-kompetizzjoni. L-ambitu tal-proposta għandu jħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu inizjattivi komplementari f’livell nazzjonali, fl-ispirtu tat-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – fil-fatt l-intenzjoni nnifisha tal-Impriża Konġunta hi li tgħin lil dawn il-programmi nazzjonali u reġjonali jagħmlu l-aħjar użu tal-isforzi kkombinati.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-kisba tal-għanijiet tiegħu.

· L-għażla ta’ strument

L-istrument li qed jiġi propost: regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja:

Il-ħolqien ta' impriża li fiha tieħu sehem l-Unjoni jeħtieġ Regolament tal-Kunsill.

4.           Implikazzjoni baġitarja

Il-baġit tal-UE, li jammonta sa EUR 700 miljun[5] (inkluż EFTA), se jiġi mill-isfidi soċjetali tal-baġit H2020 “Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti” u “Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat”.

L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ma għandhomx jaqbżu l-EUR 40 miljun, u għandhom ikunu koperta fi flus, fuq bażi annwali, diviżi ugwalment bejn l-Unjoni u l-Membri għajr l-Unjoni. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi 50%, il-Grupp Industrijali 43%, u l-Grupp tar-Riċerka 7 %.

L-attivitajiet ta’ riċerka għandhom jiġu ffinanzjati mill-UE u l-entitajiet kostitwenti tal-Membri għajr l-Unjoni jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti, bil-kontribuzzjoni mħallsa fi flus kontanti u l-kontribuzzjonijiet mingħand l-entitajiet kostitwenti tal-membri l-oħra in natura fi ħdan l-azzjonijiet indiretti.

5.           Elementi fakultattivi

· Perjodu tranżitorju

Wara l-adozzjoni tal-abbozz ta’ Regolament dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, ir-Regolament 521/2008 se jiġi revokat; madankollu, azzjonijiet mibdija taħt ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 u obbligi finanzjarji relatati ma’ dawk l-azzjonijiet għandhom ikomplu jiġu amministrati minn dak ir-Regolament sakemm jitlestew.

· L-analiżi

Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta rapport annwali dwar il-progress miksub mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq reviżjoni f’nofs it-terminu u reviżjoni finali fit-tmiem tal-Impriża Konġunta.

Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun parti mill-kwittanza mogħtija mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 319 tat-Trattat.

· Il-klawżola ta’ valutazzjoni / reviżjoni / sunset

Il-proposta tinkludi klawżola ta' reviżjoni.

Il-proposta tinkludi klawżola sunset.

2013/0245 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew[6],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[7],

Billi:

(1)       Sħubijiet pubbliċi-privati fl-għamla ta' Inizjattivi Konġunti dwar it-Teknoloġija inizjalment kienu previsti fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[8] .

(2)       Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)[9] identifikati sħubijiet pubbliċi-privati speċifiċi li għandhom jiġu appoġġjati, inklużi sħubija pubblika-privata fil-qasam speċifiku tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

(3)       L-Istrateġija Ewropa 2020[10] tisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw din l-istrateġija.

(4)       Ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)[11] jimmira li jkollu impatt ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkombina l-Programm Qafas Orizzont 2020 u fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliki-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal għanijiet usa’ fil-kompetittività u jgħinu biex jintrebħu sfidi fis-soċjetà. L-involviment tal-Unjoni f’dawn is-sħubijiet jista’ jieħu l-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal intrapriżi konġunti stabbiliti fuq l-Artikolu 187 tat-Trattat fuq Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE.

(5)       Skont id-Deċiżjoni (UE) Nru […]/2013 tal-Kunsill ta’ […] 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 (2014-2020)[12], għandu jingħata iktar appoġġ lill-impriżi konġunti kif stabbilit f’Deċiżjoni (UE) Nru 1982/2006/KE taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f’Deċiżjoni (UE) Nru […]/2013.

(6)       L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 521 (2008) tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[13] wriet il-potenzjal tal-idroġenu bħala mezz għat-twassil tal-enerġija, u taċ-ċelloli tal-fjuwil bħala konvertituri tal-enerġija, biex joffru t-triq għal sistemi nodfa li jnaqqsu l-emissjonijiet, itejbu s-sigurtà tal-enerġija, u jistimulaw l-ekonomija. L-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta FCH[14] wriet li l-Impriża Konġunta serviet bħala pjattaforma għall-ħolqien ta’ sħubija b’saħħitha, biex ikun immobilizzat il-finanzjament pubbliku u privat u għal involviment qawwi mill-industrija, b’mod partikolari l-SMEs. Dan irrakkomanda wkoll żieda fl-attivitajiet tal-produzzjoni, il-ħażna u t-tqassim tal-idroġenu li tqiesu fil-ħidma fuq l-għanijiet il-ġodda. Iż-żona ta’ riċerka rispettiva għalhekk għandha tkompli tiġi appoġġjata bil-għan ta' żvilupp, sal-punt tal-introduzzjoni fis-suq, ta' portafoll ta’ soluzzjonijiet nodfa, effiċjenti u affordabbli.

(7)       L-appoġġ kontinwu għall-programm ta' riċerka dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għandu jqis ukoll l-esperjenza miksuba mill-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu inklużi r-riżultati tal-ewwel evalwazzjoni interim tagħha u r-riżultati tar-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet interessati[15], u tkun implimentata bl-użu ta’ struttura u regoli iktar xierqa għall-għanijiet tagħha biex issaħħaħ l-effiċjenza u tiżgura s-simplifikazzjoni. Għal dan l-għan, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[16].

(8)       Il-membri għajr l-Unjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu esprimew bil-miktub il-qbil tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu li għandu jiġi segwit fi ħdan struttura aktar adattata għan-natura ta’ sħubija pubblika-privata. Huwa xieraq li l-Membri għajr l-Unjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 jaċċettaw l-istatuti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni.

(9)       Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet lill-parteċipanti wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti.

(10)     Il-kontribuzzjonijiet minn Membri għajr l-Unjoni u l-entitajiet kostitwenti tagħhom mhux biss għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u għall-konfinanzjament mitlub biex jitwettqu azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni megħjuna mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

(11)     Il-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jirreferu wkoll għal attivitajiet addizzjonali li jridu jidħlu għalihom il-Membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom kif speċifikat fi pjan annwali tal-attivitajiet addizzjonali. Sabiex tinkiseb stampa ġenerali tajba tal-effett ta’ ingranaġġ, dawk l-attivitajiet addizzjonali għandhom jippreżentaw kontribuzzjonijiet usa’ tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

(12)     L-ispeċifiċitajiet tas-settur taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, b’mod partikolari il-fatt li sal-lum dan is-settur għadu kwistjoni prematura, mingħajr qligħ ċert mill-investimenti bil-benefiċċji prinċipali tiegħu ikunu soċjetali, jiġġustifikaw li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ogħla mill-kontribuzzjoni mill-Membri għajr l-Unjoni. Sabiex tinkoraġġixxi rappreżentanza usa’ tal-gruppi li huma membri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u tappoġġja l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet kostitwenti ġodda tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun maqsuma f’żewġ partijiet, bit-tieni waħda minnhom tkun kundizzjonali fuq impenji addizzjonali, b’mod partikolari minn entitajiet kostitwenti ġodda.

(13)     Fil-valutazzjoni tal-impatt globali dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, ser jiġu kkunsidrati l-investimenti mill-entitajiet ġuridiċi kollha għajr l-Unjoni li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Inizjattiva Teknoloġika fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. Dawn l-investimenti kumplessivi tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunata fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu mistennija li jammontaw għal mill-inqas EUR 700 miljun.

(14)     Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru.../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020 u fil-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)[17].

(15)     Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun immexxija skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja għaqlija u bir-regoli relevanti dwar ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament delegat mill-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[18].

(16)     L-awditi ta’ dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandhom isiru b’tali mod li l-piż amministrattiv jitnaqqas, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru .../2013 [il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020].

(17)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(18)     L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

(19)     Skont l-Artikolu 287(1) tat-Trattat, l-istrument kostitwenti ta’ korpi, uffiċċji jew aġenziji stabbiliti mill-Unjoni jista’ jipprekludi l-eżami tal-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha ta' dawk il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji mill-Qorti tal-Awdituri. Skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kontijiet tal-korpi skont l-Artikolu 209 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu eżaminati minn korp ta’ awditu indipendenti li għandu jagħti opinjoni inter alia dwar il-kredibbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fihom. L-evitar ta’ duplikazzjoni tal-eżaminazzjoni tal-kontijiet jiġġustifika li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 m’għandhomx ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri.

(20)     Skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-għanijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fit-tisħiħ riċerka industrijali u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk tista', biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, tinżamm massa kritika filwaqt li jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod u dan jintlaħaq aħjar mill-Unjoni; dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għall-minimu mitlub biex jintlaħqu dawk l-għanijiet u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak il-għan.

(21)     L-Impriża Konġunta FCH twaqqfet għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tipprovdi appoġġ kontinwat tal-programm ta’ riċerka fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu billi jitkabbar l-iskop tal-attivitajiet taħt sett ta’ regoli modifikati. It-tranżizzjoni mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-tranżizzjoni mis-Seba’ Programm ta’ Qafas għall-Programm Qafas Orizzont 2020 biex ikun assigurat l-aqwa użu tal-iffinanzjar disponibbli għar-riċerka. Fl-interess taċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 għandu għalhekk jiġi revokat u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Stabbiliment

1.           Għall-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, impriża konġunta fit-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat (minn issa ’l quddiem issir referenza għaliha bħala ''Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2''), hija stabbilita għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

2.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 tieħu post u tiret l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008.

3.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tikkostitwixxi f'entità fdata bl-implimentazzjoni tas-sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill[19].

4.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jkollha personalità ġuridika. F’kull Stat Membru, hija għandha tgawdi mill-iktar kapaċità legali estensiva mogħtija lill-persuni legali skont il-liġijiet ta’ dawk l-Istati Membri. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista’ tkun parti waqt proċeduri legali.

5.           Is-sede tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

6.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2 Għanijiet

1.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:

(a) li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru.../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... 2013 li jistabbilixxi l-Programm Qafas Orizzont 2020, u b’mod partikolari l-parti ... tad-Deċiżjoni Nru .../2013/UE tal-Kunsill ta’... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku Orizzont 2020;

(b) li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, permezz tal-iżvilupp ta’ settur taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu b'saħħtu, sostenibbliu u kompetittiv globalment fl-Unjoni.

2.           B’mod partikolari, hi għandha:

– tnaqqas l-ispiża tas-sistemi tal-produzzjoni taċ-ċelloli tal-fjuwil li jintużaw f’applikazzjonijiet fit-trasport, filwaqt li jżid ħajjithom għal livelli kompetittiv mat-teknoloġiji konvenzjonali,

– iżżid l-effiċjenza elettrika u t-tul ta’ żmien (durabbilità) ta’ ċelloli differenti tal-fjuwil użati għall-produzzjoni tal-enerġija, filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż, għal livelli kompetittivi mat-teknoloġiji konvenzjonali,

– iżżid l-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni tal-idroġenu mill-elettrożi għall-ilma filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż kapitali, hekk li l-kombinazzjoni tal-idroġenu u sistema taċ-ċelloli tal-fjuwil ikunu kompettittiv mal-alternattivi disponibbli fis-suq, u

– turi fuq skala kbira l-fattibbiltà tal-użu tal-idroġenu biex jappoġġja l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija li tiġġedded fis-sistemi tal-enerġija, inkluż permezz tal-użu tiegħu bħala mezz ta’ ħżin tal-enerġija kompetittiv għal elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Artikolu 3 Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.           Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż operattivi, għandha tkun ta’ EUR 700 miljun, li għandhom jikkonsistu f’dan li ġej:

(c) sa EUR 600 miljun li jikkorrispondu mal-kontribuzzjoni kommessa skont l-Artikolu 4(1),

(d) sa EUR 100 miljun bi tqabbil ma' kwalunkwe kontribut addizzjonali kommess fuq l-ammont minimu speċifikat fl-Artikolu 4(1).

Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-Programm Speċifiku Orizzont 2020 li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 skont id-dispożizzjonijiet relavanti fl-Artikolu 58(1)(c)(iv) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 209 ta’ dak ir-Regolament.

2.           L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim ta’ delegazzjoni u ftehimiet ta’ trasferiment annwali ta’ fondi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

3.           Il-ftehim ta’ delegazzjoni li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jindirizza l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 kif ukol bħala inter alia dawn li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 dwar l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru .../UE [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm ta' Qafas Orizzont 2020];

(b) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 dwar il-monitoraġġ imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru .../UE [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm ta' Qafas Orizzont 2020];

(c) l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mat-tħaddim tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(d) l-arranġamenti rigward l-għoti tad-dejta neċessarja biex ikun assigurat li l-Kummissjoni tkun kapaċi taqdi l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u rappurtaġġ;

(e) l-użu ta’ u l-bidliet tar-riżorsi umani, b’mod partikolari r-reklutaġġ minn grupp ta’ funzjoni, il-grad u l-kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fin-numru tal-membri tal-persunal.

Artikolu 4 Il-kontribuzzjoni tal-Membri għajr l-Unjoni

1.           Il-membri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għajr l-Unjoni għandha jagħmlu jew jirranġaw għall-entitajiet kostitwenti tagħhom biex jagħmlu kontribut totali ta’ mill-inqas EUR 400 miljun matul il-perjodu definit fl-Artikolu 1.

2.           Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun magħmula mil-livelli li ġejjin:

(a) kontribuzzjonijiet lejn l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 kif stipulat fil-klawżola 13(2) u Klawżola 13(3)(b) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness;

(b) il-kontribuzzjonijiet in natura ta’ mill-inqas EUR 300 miljun matul il-perjodu definit fl-Artikolu 1 mill-Membri għajr l-Unjoni jew entitajiet kostitwenti tagħhom, li jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet addizzjonali barra l-pjan ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. Programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni jkunu jistgħu jappoġġjaw dawk l-ispejjeż b’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli. F’dawn il-każijiet, il-finanzjament mill-Unjoni m’għandux jissostitwixxi kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri għajrl-Unjoni jew entitajiet kostitwenti tagħhom.

Dawk l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. L-attivitajiet korrispondenti għandhom ikun stabbiliti f’attivitajiet addizzjonali annwali fil-pjan li għandu jindika l-valur stmat ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet.

3.           Il-Membri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 minbarra l-Unjoni għandhom jirrappurtaw kull sena sal-31 ta’ Jannar lill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 li saru f’kull sena finanzjarja preċedenti.

4.           Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-klawżola 13(3)(b) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness, l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont il-prattika normali tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli tal-pajjiż fejn kull waħda mill-entitajiet hija stabbilita, u l-istandards tal-kontabilità internazzjonali applikabbli / l-istandards ta’ rappurtaġġ finanzjarju internazzjonali. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha tiġi vverifikata mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. F’każ li jifdal xi inċertezzi, dawn jistgħu jiġu awditjati mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

5.           Il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fil-klawżola 21(2) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness jekk dawk il-Membri jew entitajiet kostitwenti tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxi tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikoli 5 Regoli finanzjarji

L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u Regolament (UE) Nru … [Regolament Delegat dwar il-mudell tar-Regolament Finanzjarju għal sħubiji pubbliċi-privati].

Artikolu 6 Persunal

1.           Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[20] u r-regoli adotatti permezz tal-Ftehim bejn l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jingħata effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impjieg (minn hawn 'il quddiem "is-setgħat tal-awtorità li taħtar");

Il-Bord tat-Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema dawn il-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn tal-aħħar u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta minbarra d-Direttur Eżekuttiv.

3.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni adatti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

4.           Ir-riżorsi tal-persunal għandhom ikunu determinati mill-pjan tal-istabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u għandu jindika n-numru ta’ postijiet temporanji bil-grupp tal-funzjoni u bil-grad u n-numru ta’ persunal bil-kuntratt espress f’ekwivalenti full-time, skont il-baġit annwali tiegħu.

5.           Il-persunal tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jikkonsisti f'aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali.

6.           L-ispiża kollha relatata mal-persunal għandha titħallas mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

Artikolu 7 Esperti nazzjonali ssekondati u apprendisti

1.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 tista' tutilizza esperti nazzjonali ssekondati u apprendisti mhux impjegati mill-Impriża Konġunta. In-numru ta’ esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar il-persunal kif li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament skont il-baġit annwali.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaddotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u dwar l-użu tal-apprendisti.

Artikolu 8 Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni għandu japplika għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u l-persunal tagħha.

Artikolu 9 Ir-responsabbiltà tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

1.           L-obbligi kuntrattwali tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jitmexxew mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali relevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, deċiżjoni jew kuntratt in kwistjoni.

2.           Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.

3.           Kull ħlas mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarraba b’rabta magħhom għandhom jitqies u bħala nefqa tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

4.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità mal-obbligi tagħha.

Artikolu 10 Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.           Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattat kif ukoll fil-każi li ġejjin:

(a) kull tilwima bejn il-Membri li jkollha x’taqsam mas-suġġett ta’ dan ir-Regolament;

(b) skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm fi ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(c) tilwim relatat mal-kumpens għal danni kkawżati mill-persunal ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;

(d) fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u l-ħaddiema tagħha fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti dwar il-Persunal għal Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.           Fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-liġi tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat fejn hija tkun tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

Artikolu 11 Evalwazzjoni

1.           Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, li għandha tivvaluta, b’mod partikolari, il-livell ta’ parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti kemm minn entitajiet kostitwenti tal-Membri għajr l-Unjoni u wkoll minn entitajiet legali oħra, u l-kontribut tagħhom għalihom. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2018.

2.           Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ taġixxi skont l-Artikolu 4(5) jew tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa oħra.

3.           Fi żmien sitt xhur wara l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, iżda mhux iktar tard minn sentejn wara li tinbeda l-proċedura tal-proċess ta’ stralċ li hemm referenza għaliha fi Klawżola 21 tal-Istatuti inklużi fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom ikunu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12 Kwittanza

1.           Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun parti mill-kwittanza mogħtija mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 319 tat-Trattat.

2.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tikkopera b’mod sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura tal-kwittanza u tipprovdi, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. F’dan il-kuntest, tista’ tintalab li tkun rappreżentata f’laqgħat mal-istituzzjonijiet jew il-korpi relevanti u tgħin lill-Kummissjoni tawtorizza uffiċjal b’delegazzjoni.

Artikolu 13 Awditi ex-post

1.           L-awditi ex post tal-ispiża fuq azzjonijiet indiretti għandhom isiru mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru … [Il-Programm Qafas Orizzont 2020] bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

2.           Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq l-awditi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Membri

1.           Mingħajr preġudizzju għall-klawżola 17(4) tal-Istatuti inklużi fl-Anness, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħrajn awtorizzati minnha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluż informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa biex iwettqu l-awditi tagħhom.

2.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet, inklużi kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi OLAF)[21] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra [22] bil-għan li jiġi stabbilit kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, kuntratti, ftehimiet u deċiżjonijiet, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF li jwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

4.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħha jitħarsu b’mod xieraq billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni xierqa.

5.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF[23]. L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni min-naħa tal-OLAF.

Artikolu 15 Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, li l-espożizzjoni tagħha tista’ tippreġudika l-interessi tal-Membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH 2.

Artikolu 16 Trasparenza

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[24], għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 jista’ jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurmaw is-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 17 Regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid

Ir-Regolament (UE) Nru … [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Orizzont 2020] għandu japplika għall-azzjonijiet ffinanzjati mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. Skont dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha titqies bħala korp tal-iffinanzjar u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif stabbilit fi Klawżola 1 tal-Istatuti inklużi fl-Anness.

Artikolu 18 Appoġġ mill-Istat ospitanti

Jista' jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u l-Istat tas-sede tagħha dwar privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Istat lill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

Artikolu 19 Revoka u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jwaqqaf l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 u l-obbligi finanzjarji relatati ma’ dawn l-azzjonijiet għandhom jibqgħu mmexxija minn dak ir-Regolament sat-tmiem tagħhom.

L-evalwazzjoni interim li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11(1) għandha tinkludi evalwazzjoni finali tal-operazzjonijiet tal-IImpriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008.

3.           Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ingaġġat skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008.

Il-kuntratti tal-impjieg tal-persunal li hemm referenza għalih fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jiġu aġġornati taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolamenti dwar il-Persunal.

B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont ir-Regolament Nru 521/2008 għandu, għall-perijodu li jifdal tal-mandat, jiġi assenjat il-funzjonijiet ta’ Direttur Eżekuttiv kif previst f’dan ir-Regolament b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt ma għandhomx jinbidlu.

4.           Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008, id-drittijiet u l-obbligi kollha, inklużi assi, dejn jew responsabbiltajiet tal-Membri skont dak ir-Regolament, huma trasferiti lill-Membri skont dan ir-Regolament.

5.           Kwalunkwe approprjazzjonijiet mhux użati taħt ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għandhom ikunu trasferiti lejn l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

Artikolu 20 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS :  STATUTI GĦALL-IMPRIŻA KONĠUNTA FIL-QASAM TAĊ-ĊELLOLI TAL-FJUWIL U L-IDROĠENU 2

1 - Kompiti

L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) tappoġġa finanzjarjament azzjonijiet indiretti tar-riċerka u l-innovazzjoni prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet;

(b) li tintlaħaq il-massa kritika tal-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul;

(c) li jiġu integrati l-iżviluppi fir-riċerka u t-teknoloġija, u jiffukaw fuq il-ksib ta’ sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi;

(d) li tistimola l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ katini ġodda ta’ valur;

(e) li tiffaċilita l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka;

(f) li tippromwovi l-involviment ta’ SMEs fl-attivitajiet tagħha, f’konformità mal-objettivi tal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020;

(g) li twettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomiku fil-wiesgħa biex tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq;

(h) li tinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ regolamenti u standards ġodda u tirrivedi dawk li diġà jeżistu sabiex jiġu eliminati l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u biex tappoġġja l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ transkonfinali, u s-swieq tal-esportazzjoni;

(i) li tiżgura t-tmexxija effiċjenti ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

(j) li tikkommetti finanzjament mill-Unjoni u timmobilizza s-settur privat u riżorsi oħra tas-settur pubbliku meħtieġa biex timplimenta attivitajiet ta' innovazzjoni u riċerka fis-settur taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

(k) li trawwem u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-industrija f’attivitajiet addizzjonali implimentati għajr azzjonijiet indiretti;

(l) informazzjoni, komunikazzjoni, sfruttament u attivitajiet ta’ tixrid permezz tal-applikazzjoni mutatis mutandis tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020];

(m) kull kompitu ieħor meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

2 – Membri

Il-Membri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni,

(b) mal-aċċettazzjoni ta' dawn l-Istatuti u permezz ta' ittra ta' aċċettazzjoni, il-grupp New Energy World Industry Grouping AISBL, li huwa organizzazzjoni mhix intiża għall-profitt stabbilita skont il-Liġi Belġjana (numru tar-reġistrazzjoni: 890025478, bl-uffiċċju permanenti tiegħu fi Brussell, il-Belġju) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Grupp Industrijali"), u

(c) mal-aċċettazzjoni ta' dawn l-Istatuti u permezz ta' ittra ta' aċċettazzjoni, il-grupp New European Research Grouping on Fuel Cells and Hydrogen AISBL, li huwa organizzazzjoni mhix intiża għall-profitt stabbilita skont il-Liġi Belġjana (numru tar-reġistrazzjoni: 0897.679.372 bl-uffiċċju permanenti tiegħu fi Brussell, il-Belġju) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Grupp tar-Riċerka").

3 - Bidliet għas-sħubija

1.           Il-Membri kollha jistgħu jtemmu s-sħubija tagħhom fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. It-terminazzjoni ssir effettiva u rrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri l-oħra. Sa minn dak iż-żmien, il-Membru preċedenti għandu jiġi rrilaxxat mill-obbligi kollha għajr dawk approvati jew li jsiru mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 qabel ma jtemm is-sħubija.

2.           Is-Sħubija fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ma tistax tiġi ttrasferita lil terza parti ħlief bl-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija.

3.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha immedjatament malli sseħħ kwalunkwe bidla għal sħubija skont din il-klawżola, lista aġġornata tal-Membri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 flimkien mad-data meta tali bidla tidħol fis-seħħ.

4 - L-organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

1.           Il-korpi ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom ikunu:

(a) il-Bord tat-Tmexxija;

(b) id-Direttur Eżekuttiv;

(c) il-Kumitat Xjentifiku;

(d) Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati;

(e) Il-Forum tal-Partijiet Interessati.

2.           Il-Kumitat Xjentifiku, il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u l-Forum ta’ Dawk b’Interess għandhom ikunu korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

5 - Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentanti nnominati mill-paritjiet segwenti:

(a) tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni;

(b) sitt rappreżentanti tal-Grupp Industrijali, li ta’ mill-anqas wieħed minnhom għandu jirrappreżenta lill-SMEs;

(c) rappreżentant wieħed tal-Grupp tar-Riċerka.

6 – Funzjonament tal-Bord tat-Tmexxija

1.           Il-Kummissjoni għanda żżomm 50% tad-drittijiet tal-vot. Il-vot tal-Kummissjoni għandu jkun indiviżibbli. Il-Grupp Industrijali għandu jkollu 43% tad-drittijiet tal-vot u l-Grupp tar-Riċerka 7% tad-drittijiet tal-vot. Il-Membri għandhom jagħmlu l-aqwa sforz biex jiksbu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75% tal-voti kollha, inklużi l-voti ta’ dawk li ma jkunux preżenti.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-president tiegħu għal perjodu ta’ sentejn.

3.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel il-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Huwa jista’ jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Grupp Industrijali u l-Grupp tar-Riċerka jew fuq talba tal-president. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu miċ-chairperson tiegħu u għandhom normalment isiru fis-sede tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma jkollux dritt tal-vot.

Il-President tal-Grupp ta’ Rappreżentanti tal-Istati għandu jkollu d-dritt jattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur.

Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden, fuq bażi ta’ każ b’każ, persuni oħrajn biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari awtoritajiet reġjonali tal-Unjoni.

Ir-rappreżentanti tal-membri mhumiex responsabbli personalment għal azzjonijiet meħuda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

7 – Kompiti tal-Bord tat-Tmexxija

1.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-operazzjoniiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu b’mod partikolari jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ta’ kwalunkwe Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu;

(b) jadotta r-regoli finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) jadotta l-baġit annwali tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal li jindika n-numru ta’ postijiet temporanji bil-grupp ta’ funzjoni u bil-grad kif ukoll in-numru ta’ persunal bil-kuntratt u esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time;

(d) jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

(e) jaħtar, ikeċċi, jestendi t-terminu tal-uffiċċju, jipprovdi gwida lil u jagħmel monitoraġġ tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(f) japprova l-istruttura organizzazzjonali tal-Uffiċċju tal-Programm li hemm referenza għaliha fi Klawsola 9(5) fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(g) jadotta pjan ta’ ħidma annwali u l-istimi tal-infiq korrispondenti, kif propost mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati;

(h) japprova l-pjan annwali ta' attivitajiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4(2)(b) ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ proposta mressqa mill-Membri għajr l-Unjoni u wara li jikkonsulta, fejn xieraq, il-grupp konsultattiv ad hoc;

(i) japprova l-kontijiet annwali;

(j) japprova r-rapport annwali tal-attività, inkluża l-ispiża korrispondenti;

(k) jipprovdi, kif jixraq, għat-twaqqif ta’ kapaċità ta’ awditu intern ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(l) japprova s-sejħiet kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli relatati għas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-proċeduri ta’ reviżjoni;

(m) japprova l-lista ta’ azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar;

(n) jistabbilixxi politika dwar il-komunikazzjoni għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(o) fejn xieraq, jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-Regolament;

(p) fejn xieraq, jistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u dwar l-użu ta’ dawk li qed jitħarrġu f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament;

(q) fejn huwa xieraq, jistabbilixxi gruppi konsultattivi minbarra l-korpi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(r) fejn xieraq, jippreżenta lill-Kummissjoni kwalunkwe talba biex jiġi emendat dan ir-Regolament proposta minn kwalunkwe membru tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

(s) ikun responsabbli għal kwalunkwe ħidma li mhijiex allokata speċifikament lil waħda mill-entitajiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 li tista’ tiġi assenjata lil wieħed minn dawk il-korpi.

8 - Ħatra, tkeċċija jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tassoċja r-rappreżentazzjoni mis-settur mill-Membri l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fil-proċedura tal-għażla kif xieraq.

B’mod partikolari, rappreżentanza xierqa mill-Membri l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tiġi żgurata fil-fażi ta’ qabel l-għażla tal-proċedura tal-għażla. Għal dak l-għan, il-membri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jaħtru bi qbil komuni rappreżentant kif ukoll osservatur f’isem il-Bord tat-Tmexxija.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv huwa membru tal-persunal u għandu jkun ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 skont punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni.

Għall-għan li jkun konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun irrappreżentata miċ-chairperson tal-Bord tat-Tmexxija.

3.           Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni, li tassoċja l-Membri l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 kif xieraq, għandha tagħmel valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-ħidmiet u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

4.           Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn erba' snin.

5.           Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.

6.           Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitkeċċa biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tassoċja l-Membri l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 kif jixraq.

9 - Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 skont id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. Għandu jirraporta u jirrispondi għal għemilu lill-Bord ta' Tmexxija.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

4.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu b’mod partikolari jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin b’mod indipendenti:

(a) jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-abbozz tal-baġit annwali, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal relatat li jindika n-numru ta’ postijiet temporanji f’kull grad u grupp ta’ funzjoni u n-numru ta’ persunal bil-kuntratt u esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time;

(b) iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-pjan annwali ta’ xogħol u l-istimi tal-ispejjeż korrispondenti;

(c) jissottometti għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-kontijiet annwali;

(d) jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport annwali ta’ l-attività, inkluż l-infiq korrispondenti;

(e) jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport dwar il-kontribuzzjonijiet in natura f’azzjonijiet indiretti kif previst fil-Klawżola 13(3)(b) tal-Istatuti li jinsabu fl-Anness;

(f) jissottometti għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-lista ta’ proposti li għandhom jintgħażlu għall-iffinanzjar;

(g) jiffirma ftehimiet jew deċiżjonijiet tal-għotja individwali;

(h) jiffirma il-kuntratti ta’ xiri;

(i) jimplimenta l-politika ta' komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(j) jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal- Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-delega mill-Bord tat-Tmexxija kif previst fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

(k) jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jirrapporta kwalunkwe bidla sinifikanti fiha lill-Bord tat-Tmexxija;

(l) jassigura li jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju u ġestjoni tar-riskju;

(m) jieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 biex tilħaq l-għanijiet tagħha;

(n) iwettaq kwalunkwe kompiti oħra mogħtija jew delegati lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord tat-Tmexxija.

5.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha, ta’ kull kompiti ta’ appoġġ li jqumu minn dan ir-Regolament. l-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun kompost mill-persunal tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, u għandu, b’mod partikolari, iwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment l-ġestjoni ta’ sistema xierqa ta’ kontijiet skont ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(b) jimmaniġġja s-sejħiet kif mitlub fil-pjan ta’ ħidma annwali u l-amminstrazzjoni tal-ftehimiet jew deċiżjonijiet, inkluż il-kordinazzjoni tagħhom;

(c) jipprovdi lill-Membri u lill-korpi l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 bl-informazzjoni relevanti kollha u bl-appoġġ meħtieġ minnhom biex iwettqu l-obbligi tagħhom kif ukoll biex iwieġeb għat-talbiet speċifiċi tagħhom;

(d) jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u jipprovdi appoġġ lil kwalunkwe korp konsultattiv stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija.

10 - Il-Kumitat Xjentifiku

1.           Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn mhux iktar minn disa’ membri. Huwa għandu jeleġġi chairperson minn fost il-membri tiegħu.

2.           Il-membri għandhom jirreflettu rappreżentazzjoni bilanċjata ta’ esperti ta’ l-aqwa livell dinji mill-kamp ta’ l-akkademja, mill-industrija u mill-korpi regolatorji. B’mod kollettiv, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi xjentifiċi u l-għarfien espert neċessarji li jkopru l-qasam tekniku kollu meħtieġ biex isiru rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza dwar l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

3.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterja speċifika u l-proċess tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

4.           Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) jagħti parir dwar il-prijoritajiet xjentifiċi li għandhom ikunu indirizzati fil-pjani ta’ ħidma annwali;

(b) jagħti parir dwar il-kisbiet xjentifiċi spjegati fir-rapport dwar l-attività annwali.

5.           Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu miċ-chairperson tiegħu.

6.           Il-Kumitat Xjentifiku jista’, bil-qbil taċ-chairperson, jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

7.           Il-Kumitat Xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

11 - Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati

1.           Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jikkonsisti minn rappreżentat wieħed ta' kull Stat Membru u ta' kull pajjiż assoċjat mal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020. Għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.

2.           Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-president tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv u l-president tal-Bord tat-Tmexxija jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jattendu l-laqgħat.

Iċ-chairperson tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti ta’ awtoritajiet reġjonali tal-Unjoni.

3.           B'mod partikolari għandu jivvaluta informazzjoni u jipprovdi opinjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(a) progress tal-programmi fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u li jintlaħqu l-għanijiet tagħha;

(b) aġġornament tal-orjentazzjoni strateġika;

(c) rabtiet mal-Programm Qafas Orizzont 2020;

(d) pjani ta’ ħidma annwali;

(e) involviment tal-SMEs.

4.           Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu wkoll jipprovdi informazzjoni lil u jaġixxi bħala interlokutur mal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) l-istatus ta’ riċerka rilevanti u programmi ta’ innovazzjoni u identifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta’ oqsma potenzjali għall-kooperazzjoni, inkluż l-użu tat-teknoloġiji taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

(b) il-miżuri speċifiċi meħuda fil-livell nazzjonali fir-rigward ta’ avvenimenti ta’ disseminazzjoni, workshops tekniċi dedikati u attivitajiet ta’ komunikazzjoni.

5.           Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess, rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fuq kwistjonijiet tekniċi, maniġerjali u finanzjarji, b’mod partikolari meta dawk il-kwistjonijiet jaffettwaw interessi nazzjonali jew reġjonali.

L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati tas-segwitu li tat lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

6.           Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

12 - Forum ta’ Dawk b’Interess

1.           Il-Forum ta’ Dawk b’Interess għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha, gruppi ta’ interess internazzjonali mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi oħra.

2.           Il-Forum ta’ Dawk b’Interess għandu jkun infurmat bl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u għandu jkun mistieden biex jagħti l-kummenti.

3.           Il-laqgħat tal-Forum ta’ Dawk b’Interess għandhom jissejjħu mid-Direttur Eżekuttiv.

13 - Sorsi ta’ ffinanzjar

1.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għanda tkun iffinanzjata b’mod konġunt mill-Unjoni u l-Membri l-oħra għajr l-Unjoni u l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin f’pagamenti parzjali u kontribuzzjonijiet magħmulin biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti li ma humiex rimborżati mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

2.           L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ma għandhomx jaqbżu l-EUR 40 miljun u għandhom ikunu koperti permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji maqsuma fuq bażi annwali bejn l-Unjoni u l-Membri għajr l-Unjoni. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi 50%, il-Grupp Industrijali 43% u l-Grupp tar-Riċerka 7%. Jekk parti mill-kontribut għall-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, din tista’ ssir disponibbli biex tkopri l-ispejjeż operattivi ta’ l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

3.           L-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom ikunu koperti permezz ta':

(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni;

(b) kontribuzzjonijiet in natura mill-entitajiet kostitwenti tal-Membri għajr l-Unjoni li jipparteċipaw fl-azzjonijiet indiretti, jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti imnaqqsa minnhom il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

4.           Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri għall-ispejjeż amministrattivi;

(b) kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż operattivi;

(c) kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

(d) kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja, riżorsa u dħul.

Kwalunkwe interess miġbur mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 mill-Membri tagħha għandu jitqies bħala d-dħul tagħha.

5.           Ir-riżorsi kollha tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu dovuti għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

6.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jkollha l-assi kollha ġġenerati minnha jew ttrasferiti lilha sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha previsti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

7.           Ħlief fil-każ ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 skont l-Klawżola 21, kull dħul żejjed fuq in-nefqa m’għandux jitħallas lill-Membri ta’ l-IImpriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

14 - Impenji finanzjarji

L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 m’għandhomx jaqbżu l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit mill-Membri tagħha.

15 - Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tkun bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru.

16 - Ippjanar operattiv u finanzjarju

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija abbozz ta’ pjan ta’ ħidma annwali li għandu jinkludi pjan dettaljat tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrativi u l-istimi tal-infiq korrispondenti għas-sena li jkun imiss. L-abbozz tal-pjan ta’ ħidma għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet li għandha ssir skont il-klawżola 13(3)(b).

2.           Il-programm ta’ ħidma annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat sa tmiem is-sena preċedenti. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun disponibbli pubblikament.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena ta’ wara u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni.

4.           Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat mill-Bord tat-Tmexxija sa tmiem is-sena preċedenti.

5.           Il-baġit annwali għandu jkun adottat biex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni.

17 - Ir-rappurtar operattiv u finanzjarju

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord tat-Tmexxija fuq it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni rapport ta’ attività annwali dwar il-progress li sar mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u l-ispiża relatata;

(b) l-azzjonijiet sottomessi, inkluża analiżi statistika skont it-tip ta’ parteċipant, inkluż SMEs, u skont il-pajjiż;

(c) l-azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar inkluż analiżi statistika skont it-tip ta’ parteċipant, inkluż SMEs, u bil-pajjiż u li tindika l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali.

2.           Meta jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija, ir-rapport ta’ attività annwali għandu jkun disponibbli pubblikament.

3.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tirrapporta annwalment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4.           Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom ikunu eżaminati minn korp indipendenti ta’ awditu kif stipulat fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżami mill-Qorti tal-Awdituri.

18 - Awditu intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

19 - Responsabbiltà tal-membri u assigurazzjoni

1.           Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri għad-djun tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni tagħhom li jkunu diġà għamlu għall-ispejjeż ta’ ġestjoni.

2.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tieħu u żżomm assigurazzjoni xierqa.

20 - Kunflitt ta’ interess

1.           L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, il-korpi tagħha u l-persunal għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 jista’ jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-Membri, il-korpi u l-persunal tagħha. F’dawk ir-regoli, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess għar-rappreżentanti tal-Membri li jservu fil-Bord tat-Tmexxija.

21 - Proċess ta’ stralċ

1.           Il-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandu jibda fi tmiem il-perjodu mfisser fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

2.           Il-proċedura tal-proċess ta’ stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk il-Kummissjoni jew il-Membri l-oħra kollha għajr l-Unjoni jirtiraw mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

3.           Bil-għan li jmexxi l-proċeduri biex jinbeda l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew iktar, li għandhom ikunu konformi mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

4.           Meta l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 tkun għaddejja mill-proċess ta’ stralċ, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru l-obbligi tagħha u l-ispiża relatata mal-proċess ta’ stralċ. Kwalunkwe fdal għandu jitqassam fost il-Membri fiż-żmien tal-proċess ta’ stralċ proporzjonalment mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. Kwalunkwe fdal bħal dan imqassam lill-Unjoni għandu jiġi ritornat lill-baġit tal-Unjoni.

5.           Għandha tkun stabbilita proċedura ad hoc li tassigura l-ġestjoni xierqa ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ xiri b’tul ta’ żmien itwal mit-tul ta’ żmien tagħha.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva:

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-Għanijiet

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

              1.6.    Durata u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI AMMINISTRATTIVI

              2.1.    Ir-regoli ta’ sorveljanza u tar-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq approprjazzjonijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

1.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[25]

Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont 2020.

L-Isfidi Soċjetali indirizzati huma “Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti” u “Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat”.

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta / inizjattiva hija reletata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[26]

x Il-proposta / inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta / inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni orjentata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għan ġenerali tat-tkomplija proposta tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu f’Orizzont 2020 huwa li din tikkontribwixxi biex jiġi implimentat l-aħjar programm ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell tal-UE u biex jiġi żviluppat settur taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Unjoni b’saħħtu, sostenibbli u kompetittivi globalment, b’mod partikolari fis-setgħa li: - jnaqqas l-ispiża tas-sistemi tal-produzzjoni taċ-ċelloli tal-fjuwil li jintużaw f’applikazzjonijiet fit-trasport, filwaqt li jżid ħajjithom għal livelli kompetittiv mat-teknoloġiji konvenzjonali. - iżid l-effiċjenza elettrika u t-tul ta’ żmien (durabbiltà) ta’ ċelloli differenti tal-fjuwil użati għall-produzzjoni tal-enerġija, filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż, għal livelli kompetittivi mat-teknoloġiji konvenzjonali. - iżid l-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni tal-idroġenu mill-elettrożi għall-ilma filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż kapitali, hekk li l-kombinazzjoni tal-idroġenu u sistema taċ-ċelloli tal-fjuwil ikunu kompettittiv mal-alternattivi disponibbli fis-suq. - juri fuq skala kbira l-fattibbiltà tal-użu tal-idroġenu bħala mezz ta’ ħżin tal-enerġija kompetittiv għal elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

1.4.2.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Il-potenzjal tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 li jikkontribwixxi għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività fl-Unjoni Ewropea huwa deskritt fil-punt 2.2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

1.4.3.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Biex tiġi ssorveljata l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 matul il-perjodu mill-2014 sal-2020 b'konformità mal-għanijiet tal-programm, huwa propost sett ta’ Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment (KPIs). Qasam || Deskrizzjoni tal-KPI || Mira || Meta?

Għan operattiv 1 || Infiq pubbliku u privat fir-Riċerka u l-Iżvilupp, l-innovazzjoni u l-attivitajiet ta' skjerament bikri fl-Ewropa (li huma kawżati minn Impriża Konġunta) || > €1,4 biljun matul 2014-2020 || Sal-2020

Għan operattiv 2 || Parteċipazzjoni mill-SMEs fil-programm tal-Impriża Konġunta || ≥25% || Kull CfP

Għan operattiv 3 || Proġetti ta' turija tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ospitati fl-Istati Membri u r-Reġjuni li jibbenefikaw minn Fondi Strutturali tal-UE || 7 proġetti || Sal-2020

Għan operattiv 4 || Iż-żmien biex tingħata l-għotja (mill-għeluq tas-sejħa għeluq sal-firma tal-għotja) Iż-żmien biex isir il-ħlas || < 180 jum < 90 jum || Kull CfP

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

1.5.1.     Rekwiżiti(i) li għandhom jintlaħqu tuq terminu qasir jew twil

              F’Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 se tikkontribwixxi biex tinkiseb il-mira kumplessiva tal-UE ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi:               - issaħħaħ sehem it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu użati f’sistemi tal-enerġija u t-trasport sostenibbli u b’livell baxx ta’ karbonju;               - tiżgura industrija Ewropea taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-industrija tal-idroġenu minn ta' quddiem nett fid-dinja;               - tiżgura t-tkabbir inklużiv għall-industrija Ewropea taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, b'żieda u salvagwardja tal-impjiegi.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

              L-intervent fil-livell tal-UE se jtaffi d-differenzi bejn il-programmi nazzjonali, il-frammentazzjoni tagħhom u l-potenzjal ta' punti fejn dawn huma mrikkba fuq xulxin. Il-ġbir flimkien u l-koordinazzjoni ta’ l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell ta’ l-UE għandhom iktar probabbiltà ta’ suċċess, minħabba n-natura transnazzjonali ta’ l-infrastruttura u t-teknoloġiji li jridu jiġu żviluppati, kif ukoll il-ħtieġa li tinkiseb massa suffiċjenti ta’ riżorsi.               L-intervent tal-Unjoni Ewropea se jikkontribwixxi wkoll biex jirrazzjonalizza l-programmi tar-riċerka u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi żviluppati.

1.5.3.     Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat

              L-ewwel evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, imwaqqfa fl-2008, ġiet iffinalizzata fl-2011 u kkonkludiet li l-approċċ ta' Impriża Konġunta ġeneralment irnexxielu jtejjeb l-attivitajiet pubbliċi-privati relatati mal-iżvilupp u t-turija tat-teknoloġija, u jipprovdi stabbiltà lill-Komunità tar-R&D.

1.5.4.     Kompatibilità u possibilità ta’ sinerġija ma’ strumenti oħra xierqa

Din il-kwistjoni hija indirizzata fil-punti 2.6, 3.2 u 5.9 tal'Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża ma’ din il-proposta.

1.6.        Durata u impatt finanzjarju

x     Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

x     Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2024

x     Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji u mill-2014 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlasijiet.

¨      Il-proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

– segwita b’operazzjoni sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[27]

¨      Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta':

¨      aġenziji eżekuttivi

¨      Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri:

x     Ġestjoni indiretta billi kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ baġit ikunu fdati lil:

¨      organizzazzjonijet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (jekk jogħġbok speċifika);

¨      l-EBI u l-Bank Ewropew tal-Investimenti;

x     korpi li hemm referenza għalihom f'209 FR;

¨      korpi tal-liġi pubblika;

¨      korpi mmexxija minn liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨      korpi mmexxija minn liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨      persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku relevanti.

2.           MIŻURI AMMINISTRATTIVI

2.1.        Ir-regoli ta’ sorveljanza u tar-rappurtar

L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 se tkun immonitorjata permezz ta’ kuntatti intermedjarji kif previst fil-Klawżola 17 tal-Istatuti mar-Regolament tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u permezz ta' valutazzjonijiet interim u finali kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament. Il-Bord tat-Tmexxija se jissorvelja wkoll l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju/riskji identifikat(i)

Il-Kummissjoni se tassigura, permess tal-Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega, li r-regoli applikabbli għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 huma konformi bi sħiħ mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament Finanzjarju. Arranġamenti ta’ monitoraġġ, inklużi s-sħubija tal-Bord tat-Tmexxija, tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u arranġamenti ta’ rappurtaġġ, se jassiguraw li s-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jilħqu r-rekwiżiti tal-kontabilità kemm għall-Kulleġġ kif ukoll għall-Awtorità tal-Baġit.

Il-qafas ta’ kontroll intern għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 huwa mibni fuq:

- l-implimentazzjoni tal-Istandards għall-Kontroll Intern li joffru għallinqas garanziji ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni;

- proċeduri għall-għażla tal-aqwa proġetti permezz ta’ evalwazzjoni indipendenti, u biex ikunu tradotti fi strumenti legali;

- il-ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratt tul il-proġetti kollha;

il-kontrolli ex ante fuq 100 % tat-talbiet, li jinkludu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ awditu u ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-ispejjeż;

- l-awditi ex post fuq kampjun ta’ talbiet bħala parti mill-awditi ex post tal-Orizzont 2020;

- u evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġett.

Ġew stabbiliti miżuri varji biex itaffu r-riskju inerenti ta’ kunflitt ta’ interess fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, speċjalment voti ugwali għall-Kummissjoni u għall-imsieħba industrijali fil-Bord tat-Tmexxija, l-għażla tad-Direttur Eżekuttiv mill-Bord tat-Tmexxija bbażata fuq proposta mill-Kummissjoni, l-indipendenza tal-persuna, evalwazzjonijiet minn esperti indipendenti bbażati fuq kriterji tal-għażla ppubblikati flimkien ma’ mekkaniżmi tal-appell u dikjarazzjonijiet sħaħ ta’ kwalunkwe interess. L-istabbiliment ta’ valuri etiċi u organizzattivi se jkun wieħed mir-rwoli prinċipali tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, u se jkun immonitorjat mill-Kummissjoni.

2.2.2.     Il-metodu/metodi ta’ kontroll previst(i)

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jirranġa, skont kif xieraq, għat-twaqqif ta’ struttura ta’ awditu intern tal-Impriża Konġunta. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, bħala Uffiċjal Awtorizzanti, se jintalbu jintroduċu sistema kosteffettiva ta’ ġestjoni u kontroll intern. Huwa se jkun mitlub li jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-qafas ta’ kontroll adottat.

Il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità permezz ta’ sistema ta’ rappurtaġġ li tiżviluppa hi stess, kif ukoll billi ssegwi r-riżultati tal-awditi ex post dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-UE mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, bħala parti mill-awditi ex post li jkopru l-Orizzont 2020 kollu kemm hu.

Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 ikkonkluda li "huwa kruċjali li l-istrumenti tal-UE li għandhom l-għan li jrawmu r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jkunu ssimplifikati [...], b’mod partikolari billi jintlaħaq qbil bejn l-istituzzjonijiet rilevanti dwar ekwilibriju ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskji u l-evitar tar-riskji". Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 (P7_TA(2010)0401) dwar l-issimplifikar tal-implimentazzjoni tal-Programm Qafas ta’ Riċerka espliċitament jappoġġja riskju ogħla ta’ żbalji għall-iffinanzjar tar-riċerka u jesprimi t-tħassib tiegħu li s-sistema attwali u l-prattika tal-ġestjoni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas huma orjentati żżejjed lejn il-kontroll.

Għalhekk hemm aċċettazzjoni fost l-imsieħba u l-Istituzzjonijiet li l-firxa kollha tal-għanijiet u l-interessi, b’mod speċjali s-suċċess tal-politika dwar ir-Riċerka, il-kompetittività internazzjonali u l-eċċellenza xjentifika, għandhom ikunu kkunsidrati, flimkien mar-rata tal-iżbalji. Fl-istess ħin, hemm ħtieġa ċara biex jiġi ġestit il-baġit f’manjiera effiċjenti u effettiva, u li jkun hemm prevenzjoni mill-frodi u l-ħela.

Kif mistqarr hawn fuq, il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità permezz ta’ sistema ta’ rappurtaġġ li tistabbilixxi hi stess, kif ukoll billi ssegwi r-riżultati tal-awditi ex post dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-UE mill-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, bħala parti mill-awditi ex post li jkopru l-Orizzont 2020 kollu kemm hu.

2.2.3.     Livell mistenni ta’ riskju ta’ nuqqas ta’ konformità

Kif irrappurtat il-Kummissjoni fl-Istqarrija Finanzjarja Leġislattiva għal Orizzont 2020, l-għan aħħari jibqa’ li tintlaħaq rata residwali ta’ żball ta’ inqas minn 2% tal-ispiża totali matul kemm idum il-programm, u għal dak il-għan, hija introduċiet numru ta’ miżuri simplifikattivi. Madanakolu, l-għanijiet l-oħra stabbiliti hawn fuq kif ukoll l-ispejjeż tal-kontrolli għandhom ikunu kkunsidrati.

Peress li r-regoli ta’ parteċipazzjoni fl-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu huma bażikament l-istess bħal dawk li se tuża l-Kummissjoni, u b’popolazzjoni ta’ benefiċjarji bi profil ta’ riskju simili għal dawk tal-Kummissjoni, jista’ jkun mistenni li l-livell ta’ żball se jkun simili għal dak stabbilit mill-Kummissjoni għal Orizzont 2020.

Ara l-Istqarrija Finanzjarja Leġislattiva għal Orizzont 2020 għal dettalji sħaħ tar-rata tal-iżball mistennija fir-rigward tal-parteċipanti.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Il-Kummissjoni se tiżgura li jiġu applikati l-miżuri xierqa fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra fl-istadji kollha tal-proċess ta’ ġestjoni jkunu applikati mill-Impriża Konġunta għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. Il-proposta għal Orizzont 2020 ġiet suġġetta għal protezzjoni kontra l-frodi u għal valutazzjoni tal-impatt tagħha. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti għandu jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment l-enfasi ikbar fuq l-awditu bbażat fuq ir-riskju u l-evalwazzjoni u kontroll xjentifiċi rinforzati.

L-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu attwali diġà tikkopera mas-servizzi tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet relatati mal-frodi u l-irregolaritajiet, il-Kummissjoni se tassigura li dan jitkompla u jissaħħaħ.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha jkollha s-setgħa li twettaq awditi, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-ħsieb li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta' għotja jew ma’ deċiżjoni ta' għotja jew ma' kuntratt li jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tat-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nfiq || Kontribuzzjoni

Numru 1A [Intestatura Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[1A] || 08.020733 Sfidi Soċjatali – Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 || Differenzjata || IVA || IVA || IVA || IVA

* L-għan huwa li tintuża linja baġitarja waħda. Il-kontribuzzjoni għal din il-linja baġitarja hija mistennija li tiġi minn:

|| Approprjazzjonijiet għall-Impenji (EUR miljuni)

Linja baġitarja || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Totali

06.030301 Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla intoppi || 10,050 || 11,741 || 11,742 || 10,634 || 10,479 || 9,980 || 10,374 || 75,000

08.020303 It-tiswir ta' tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva || 36,177 || 42,267 || 42,271 || 38,283 || 37,726 || 35,929 || 37,347 || 270,000

08.020304 Il-kisba ta’ sistema Ewropea tat-trasport li hija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla intoppi || 23,448 || 27,395 || 27,398 || 24,813 || 24,452 || 23,287 || 24,207 || 175,000

32.040301 It-tiswir ta' tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva || 24,118 || 28,178 || 28,181 || 25,522 || 25,151 || 23,952 || 24,898 || 180,000

|| 93,793 || 109,581 || 109,592 || 99,252 || 97,808 || 93,148 || 96,826 || 700,000

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1A || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

 Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2024 || TOTALI

Titolu 1 || Impenji || (1) || 0,324 || 0,330 || 0,337 || 0,344 || 1,454 || 1,483 || 7,285 || || 11,557

Ħlasijiet || (2) || 0,324 || 0,330 || 0,337 || 0,344 || 1,454 || 1,483 || 1,512 || 5,772 || 11,557

Titolu 2 || Impenji || (1a) || 0,115 || 0,257 || 0,261 || 0,454 || 1,640 || 1,711 || 4,005 || || 8,443

Ħlasijiet || (2a) || 0,115 || 0,257 || 0,261 || 0,454 || 1,640 || 1,711 || 1,746 || 2,260 || 8,443

Titolu 3 || Impenji || (3 a) || 93,354 || 108,994 || 108,994 || 98,454 || 94,714 || 89,954 || 85,536 || 0 || 680,000

|| Ħlasijiet || (3b) || || 56,012 || 65,396 || 84,067 || 80,871 || 97,298 || 95,462 || 200,893 || 680,000

Approprjazzjonijiet TOTALI għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu || Impenji || =1+1a +3a || 93,793 || 109,581 || 109,592 || 99,252 || 97,808 || 93,148 || 96,826 || 0 || 700,000

Ħlasijiet || =2+2a +3b || 0,439 || 56,599 || 65,994 || 84,865 || 83,965 || 100,492 || 98,720 || 208,925 || 700,000

lLispejjeż amministrattivi għandhom jinqasmu bejn l-Unjoni u l-membri l-oħra tal-IImpriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2. l-Unjoni se tipprovdi 50% tal-finanzjament. Il-Grupp Industrijali u l-Grupp tar-Riċerka għandhom jipprovdu l-Parti l-oħra ta' 50%, b'dan il-mod: 43% u 7% rispettivament. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ma għandhiex taqbeż EUR 20 miljun. Jekk parti tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma tintużax, din tista’ tkun magħmula disponibbli għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

L-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jiġu koperti permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u permezz tal-kontribuzzjonijiet in natura mill-entitajiet kostitwenti tal-Membri għajr l-Unjoni, li jipparteċipaw f’rabta mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

L-ispejjeż amministrattivi ġew stmati skont in-nefqa attwali. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ġew stmati b'qies tal-prefinanzjamenti li għandhom jitħallas u l-ħlasijiet interim relatati mal-approprjazzjonijiet impenjati.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1A || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| Year 2014 || Year 2015 || Year 2016 || Year 2017 || Year 2018 || Year 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2024* || Totali

DĠ: RTD ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,393 || 0,401 || 0,409 || 0,417 || 0,425 || 0,434 || 0,443 || p.m. || 2,922

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTALI || || 0,393 || 0,401 || 0,409 || 0,417 || 0,425 || 0,434 || 0,443 || p.m. || 2,922

approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju multiannwali || || 0,393 || 0,401 || 0,409 || 0,417 || 0,425 || 0,434 || 0,443 || p.m. || 2,922

|| ||

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Year 2018 || Year 2019 || Year 2020 || Sena 2020-2024* || Totali

approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 94,186 || 109,982 || 110,001 || 99,669 || 98,233 || 93,582 || 97,269 || 0 || 702,922

Ħlasijiet || 0,832 || 57,000 || 66,403 || 85,282 || 84,391 || 100,926 || 99,163 || 210,783 || 702,922

* L-għadd ta' persunal wara l-2020 jrid jiġi deċiż fi stadju aktar 'il quddiem

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq approprjazzjonijiet tal-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

¨      Il-proposta / inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

x     Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif deskritti hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u l-produttività ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTALI

|| PRODUTTIVITÀ

|| Tip[28] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1 Tnaqqis tal-ispiża tal-produzzjoni tas-sistemi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jintużaw f’applikazzjonijiet fit-trasport billi jittieħed vantaġġ tal-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-effetti tal-iskala li takkumpanja serje ta’ produzzjoni, filwaqt li tiżdied ħajjithom sabiex l-ispiża totali tas-sjieda u l-ħajja tinġieb għal livelli kompetittiv mat-teknoloġiji konvenzjonali

- Produttività || - Numru ta’ għotjiet iffirmati || 3,589 || 10 || 36,500 || 12 || 40,300 || 12 || 40,300 || 10 || 38,000 || 10 || 36,900 || 10 || 35,500 || 9 || 34,500 || 73 || 262,000

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1 || 10 || 36,500 || 12 || 40,300 || 12 || 40,300 || 10 || 38,000 || 10 || 36,900 || 10 || 35,500 || 9 || 34,500 || 73 || 262,000

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 Żieda fl-effiċjenza elettrika u t-tul ta’ żmien (durabilità) ta’ ċelloli differenti tal-fjuwil użati għall-produzzjoni tal-enerġija, filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż għal livelli kompetittivi mat-teknoloġiji konvenzjonali

- Produttività || Numru ta’ għotjiet || 3,755 || 5 || 18,254 || 6 || 22,600 || 6 || 22,600 || 5 || 20,500 || 5 || 18,214 || 5 || 17,000 || 4 || 16,000 || 36 || 135,168

Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || 5 || 18,254 || 6 || 22,600 || 6 || 22,600 || 5 || 20,500 || 5 || 18,214 || 5 || 17,000 || 4 || 16,000 || 36 || 135,168

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3 Żieda fl-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni distribwita tal-idroġenu mill-elettrożi għall-ilma filwaqt li titnaqqas in-nefqa tas-sistema kapitali, hekk li l-kombinazzjoni tal-ispiża tad-distributur tal-idroġenu u dik tal-fjuwil innifsu li tintuża għalih ikunu kompettittivi mal-alternattivi disponibbli fis-suq)

- Produttività || Numru ta’ għotjiet || 3,988 || 5 || 19,000 || 5 || 22,000 || 5 || 22,000 || 5 || 19,900 || 5 || 20,000 || 5 || 18,854 || 5 || 17,836 || 35 || 139,590

Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || 5 || 19,000 || 5 || 22,0000 || 5 || 22,000 || 5 || 19,900 || 5 || 20,000 || 5 || 18,854 || 5 || 17,836 || 35 || 139,590

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4 Turija fuq skala kbira tal-fattibbiltà tal-użu tal-idroġenu bħala mezz ta’ ħżin tal-enerġija kompetittiv għal integrazzjoni tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

- Produttività || Numru ta’ għotjiet || 3,871 || 5 || 19,600 || 6 || 24,094 || 6 || 24,094 || 6 || 20,054 || 5 || 19,600 || 5 || 18,600 || 4 || 17,200 || 37 || 143,242

Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || 5 || 19,600 || 6 || 24,094 || 6 || 24,094 || 6 || 20,054 || 5 || 19,600 || 5 || 18,600 || 4 || 17,200 || 37 || 143,242

SPIŻA TOTALI || 20 || 93,354 || 29 || 108,994 || 29 || 108,994 || 29 || 98,454 || 25 || 94,714 || 25 || 89,954 || 22 || 85,536 || 181 || 680,000

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani

3.2.3.1.  Sommarju

x     Il-proposta / inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

¨      Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt:

Fl-għadd ta’ persunal (FTE)[29]

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || TOTALI

Uffiċjali (Gradi AD) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Uffiċjali (Gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Aġenti kuntrattwali || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 22

Aġenti temporanji AD || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 14 || 13 || 12 || 159

Aġenti temporanji AST || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 8 || 7 || 96

AMMONT TOTALI || 26 || 26 || 26 || 26 || 26 || 26 || 26 || 26 || 25 || 23 || 21 || 277

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || AMMONT TOTALI

Uffiċjali (Gradi AD) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Uffiċjali (Gradi AST) || || || || || || || || || || || || 0

Aġenti kuntrattwali || 0,094 || 0,096 || 0,098 || 0,100 || 0,102 || 0,104 || 0,106 || 0,108 || 0,110 || 0,112 || 0,115 || 1,144

Aġenti temporanji (Gradi AD) || 1,620 || 1,652 || 1,685 || 1,719 || 1,754 || 1,789 || 1,824 || 1,861 || 1,772 || 1,678 || 1,580 || 18,934

Aġenti temporanji AST || 0,972 || 0,991 || 1,011 || 1,031 || 1,052 || 1,073 || 1,095 || 1,117 || 1,139 || 1,033 || 0,922 || 11,436

AMMONT TOTALI || 2,686 || 2,740 || 2,795 || 2,850 || 2,907 || 2,966 || 3,025 || 3,085 || 3,021 || 2,823 || 2,616 || 31,513

3.2.3.2.  Stima tar-rekwiżiti ta’ riżorsi għad-DĠ li taqa’ taħtu

¨      Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani:

x     Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’numru (FTE)

|| Year 2014 || Year 2015 || Year 2016 || Year 2017 || Year 2018 || Year 2019 || Sena 2020*

|| || || || || || ||

Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

08. 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-‘pakkett globali’) || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 04 ss[30] || - fil-Kwartieri Ġenerali[31] || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, SNE, INT- Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

TOTALI || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

* din it-tabella ma tinkludix in-numru tal-persunal fil-Kummissjoni wara l-2020. Din se tiġi deċiża fi stadju aktar tard

08 huwa l-qasam politiku jew titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-Direttorat Ġenerali li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie spustat fid-Direttorat Ġenerali. Jekk meħtieġ, tista' tingħata allokazzjoni addizzjonali lid-DĠ li jkun qed imexxi taħt il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni, skont ir-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanji: || Interfaċċi mal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

Il-persunal estern ||

Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-ekwivalenti FTE fl-Anness, Taqsima 3.

3.2.3.3.  a. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa għall-Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 [32]

¨      Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani:

x     Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

b.           Stima tar-rekwiżiti ta’ riżorsi umani li għandhom ikunu ffinanzjati minn approprijazzjonijiet skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020.

L-istima għandha tkun espressa f’numru (FTE)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024

Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 || || || || || || || || || || ||

Temporanji (Gradi AD) || 4 || 4 || 4 || 4 || 15 || 15 || 15 || 15 || 14 || 13 || 12

Temporanji (Gradi AST) || 2 || 2 || 2 || 2 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 8 || 7

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[33]

(korp tal-PPP) || || || || || || || || || || ||

AT || || || || || || || || || || ||

AK || 0 || 0 || 0 || 0 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2

SNE || || || || || || || || || || ||

INT || || || || || || || || || || ||

TOTALI || 6 || 6 || 6 || 6 || 26 || 26 || 26 || 26 || 25 || 23 || 21

* Ekwivalenti għall-medja ta’ persunal fis-sena

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanji: || Kontribuzzjoni għall-kompiti u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

Il-persunal estern || Kontribuzzjoni għall-kompiti u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

c.            Riżorsi umani ffinanzjati minn approprjazzjonijiet skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013[34]

L-istima għandha tkun espressa f’numru (FTE)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || Totali

ŸPostijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu || || || || ||

Temporanji (Gradi AD)* || 11 || 11 || 11 || 11 || 44

Temporanji (Gradi AST)* || 7 || 7 || 7 || 7 || 28

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[35]

Impriża Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu || || || || ||

AT || || || || ||

AK || 2 || 2 || 2 || 2 || 8

SNE || || || || ||

INT || || || || ||

TOTALI || 20 || 20 || 20 || 20 || 80

d.           Kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi għall-eliminazzjoni gradwali tal-korp ta’ sħubija pubblika-privata skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Totali[36]

Kontribuzzjoni fi flus kontanti mill-UE || 1,345 || 1,372 || 1,399 || 1,427 || 5,543

Kontribuzzjoni fi flus kontanti minn partijiet terzi || 1,883 || 1,920 || 1,959 || 1,999 || 7,761

TOTALI || 3,228 || 3,292 || 3,358 || 3,426 || 13,304

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali

x     Il-proposta / inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

¨      Il-proposta / inizjattiva titlob riprogrammar tat-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti.

Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

¨      Il-proposta / inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[37].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta / inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta / inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020-2024 || Totali

Il-Grupp Industrijali u l-Grupp tar-Riċerka - kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi || 0,439 || 0,587 || 0,598 || 0,798 || 3,094 || 3,194 || 11,290 || 20

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0,439 || 0,587 || 0,598 || 0,798 || 3,094 || 3,194 || 11,290 || 20

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

x     Il-proposta / inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

¨      Il-proposta / inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨      fuq ir-riżorsi proprji

¨      fuq dħul varju

[1]               COM(2013) […]

[2]               COM(2010) 639 finali, 10.11.2010.

[3]               COM(2013) 17 finali, 24.1.2013.

[4]               http://ec.europa.eu/research/consultations/fch_h2020/fch-f2020-consultation-results.pdf

[5]               Fil-prezzijiet.

[6]               ĠU … [l-opinjoni tal-PE]

[7]               ĠU … [l-opinjoni tal-ESC

[8]               ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

[9]               ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

[10]             COM(2010) 2020 finali.

[11]             ĠU … [H2020 FP]

[12]             ĠU … [H2020 SP].

[13]             ĠU l153/1, 12.6.2008, p. 1-20, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill 1183/2011 tal-14.11.2011, ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3-4.

[14]             il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni "Is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni", COM(2011) 572 finali, 21. 9.2011

[15]             "Ix-xejriet fl-investimenti, l-impjiegi u l-fatturat fis-settur taċ-ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu” - ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati: http://www.fch-ju.eu/page/publications

[16]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 84.

[17]             ĠU … [H2020 RfP]

[18]             ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

[19]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[20]             ĠU 56, 4.3.1968, p. 1.

[21]             ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.

[22]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5.

[23]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

[24]             ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[25]             ABM: Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[26]             Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[27]             Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[28]             Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu jiġu fornuti (eż. numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[29]             Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ informazzjoni.

[30]             Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi ("BA" lines preċedenti).

[31]             Prinċipalment għal Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[32]             Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ informazzjoni.

[33]             AK= Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija (“Intérimaire”);

[34]             Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ informazzjoni.

[35]             AK= Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija (“Intérimaire”);

[36]             It-total tal-kontribuzzjoni tal-UE fi flus kontanti għandu jkun ugwali għall-ammont miġjub mis-snin preċedenti fil-baġit tal-2013 għat-tmiem tal-attivitajiet tal-entità tul l-2007-2013.

[37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.