52013PC0503

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir-rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024 /* COM/2013/0503 final - 2013/0237 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           L-GĦAN TAL-PROPOSTA

L-Impriża Konġunta (SJU - Sesar Joint Venture) għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR - Single European Sky Air Traffic Management Research), sħubija pubblika-privata mwaqqfa fl-2007[1], hija l-istrument ta' implimentazzjoni għall-pilastru tat-teknoloġija tal-Ajru Uniku Ewropew (SES - Single European Sky) u, f'dan ir-rigward, hija responsabbli għall-fażi ta' żvilupp tal-proġett tas-SESAR, jiġifieri hija l-"gwardjan" u l-eżekutur tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Pjan Regolatorju għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru) [2].

Ir-Regolament (KE) 219/2007 (Ir-Regolament tas-SJU) jistabbilixxi li s-SJU mhux se tibqa' teżisti fil-31 ta’ Diċembru 2016, peress li l-finanzjament tal-UE għall-fażi ta’ żvilupp tal-Impriża Konġunta huwa limitat għall-perjodu kopert mill-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni għall-2007-2013. Ir-Regolament diġà jipprevedi l-possibbiltà li l-Kunsill jirrivedi l-kamp ta' applikazzjoni, il-governanza, il-finanzjament u t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta abbażi tal-progress magħmul fil-fażi ta' żvilupp. Peress li huwa meħtieġ li tibqa' għaddejja r-R&I dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM - air traffic management) lil hinn mill-2016, u b’mod partikolari, l-approċċ ikkoordinat fir-R&I fil-qasam tal-ATM fil-kuntest tas-SES biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni ddefiniti hemmhekk, din il-proposta leġiżlattiva tfittex li testendi t-tul ta’ żmien tal-Impriża Konġunta lil hinn mill-2016. Il-finanzjament pluriennali għall-attivitajiet il-ġodda enfasizzat mill-Pjan Regolatorju tal-ATM mill-2014 sal-2020 taħt il-qafas finanzjarju l-ġdid tal-Unjoni[3] huwa parti mill-inizjattiva Orizzont 2020[4].

2.           ĠUSTIFIKAZZJONI TAL-MIŻURA PROPOSTA

2.1.        Kuntest

Il-qafas leġiżlattiv tas-SES jikkonsisti f’erba’ Regolamenti Bażiċi[5]. L-erba’ Regolamenti adottati fl-2004 (il-pakkett SES I) ġew riveduti u estiżi fl-2009 permezz tar-Regolament (KE) Nru 1070/2009[6] bl-għan li tiżdied il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa (il-Pakkett SES II).

Dan il-qafas jinkludi wkoll aktar minn 20 Regola ta’ Implimentazzjoni u Speċifikazzjonijiet tal-Unjoni (“standards tekniċi”) adottati mill-Kummissjoni Ewropea mill-2005 bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tat-teknoloġiji u s-sistemi.

Is-SES jiffoka fuq il-prestazzjoni permezz ta’ bidliet istituzzjonali u l-qafas regolatorju iżda jinkludi wkoll pilastru teknoloġiku ewlieni, il-proġett SESAR.

Il-Pjan Regolatorju tal-ATM huwa l-pjan direzzjonali miftiehem li jgħaqqad l-attivitajiet ta’ R&I tal-ATM ma’ xenarji tal-użu u li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-prestazzjoni tas-SES permezz tal-immodernizzar ta’ teknoloġiji u proċeduri tal-ATM.

Il-koordinazzjoni u l-interazzjoni bejn l-iżvilupp u l-użu hija essenzjali għas-suċċess tal-proġett SESAR u għall-implimentazzjoni sħiħa tas-SES.

2.2.        L-attivitajiet attwali

Is-SJU hija responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-attivitajiet tar-R&I tal-proġett SESAR skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM. Is-SJU hija responsabbli wkoll mit-twettiq u ż-żamma tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. l-aktar verżjoni riċenti tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, approvat fl-2012, tidentifika l-"Bidliet Operattivi Neċessarji" li jeħtieġ li jkunu implimentati fi tliet stadji ewlenin li jwasslu għall-użu sħiħ tal-kunċett il-ġdid tas-SESAR sal-2030:

– Stadju 1 — operazzjonijiet ibbażati fuq iż-żmien — tikkonċentra fuq ir-realizzazzjoni tal-kapaċità moħbija b’mod partikolari billi ttejjeb l-iskambju ta’ tagħrif sabiex jittejbu l-effetti tan-netwerk.

– Stadju 2 — operazzjonijiet ibbażati fuq il-perkors — tiżviluppa l-Ġestjoni tat-Tagħrif għas-Sistema Kollha (SWIM - System Wide Information Management) u l-kunċetti tal-ġestjoni tal-perkors inizjali biex tiżdied l-effiċjenza.

– Stadju 3 — titjib ibbażat fuq il-prestazzjoni — se jintroduċi l-ġestjoni sħiħa u integrata tal-perkors b'modalitajiet ta' separazzjoni ġodda biex jintlaħaq l-għan politiku fuq terminu twil tas-SES.

Il-programm ta’ ħidma attwali miftiehem tas-SES ikopri Stadju 1 u, meta wieħed iqis il-livell ta’ maturità tat-teknoloġija u l-operazzjonijiet, parti kbira ta’ Stadju 2 tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. F’dan ir-rigward, ir-rapporti ta’ progress tas-SJU jikkonfermaw li Stadju 1 u madwar 70 % sa 80 % ta’ Stadju 2 huma mistennija li jitwettqu sal-aħħar tal-2016. Barra minn dan, għalkemm il-programm ta’ ħidma attwali tas-SJU jkopri b’mod wiesa’ ċ-ċiklu kollu tar-R&I, dan jiffoka l-iktar fuq żviluppi ta' qabel l-industrija.

2.3.        Valutazzjoni tas-SJU

F’Diċembru 2011, il-Kummissjoni stqarret l-intenzjoni tagħha li tagħmel evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet meħtieġa bil-ħsieb li s-SJU jkun estiż lil hinn mill-2016[7].

Il-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet li ġejjin eżaminaw ukoll jekk kienx hemm ħtieġa li r-Regolament tas-SJU jiġi rivedut sostanzjalment iktar, p.eż. biex jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tiegħu u possibbilment jimmodifika l-governanza tiegħu.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tas-SJU[8] żvelat li s-SJU kellha prestazzjoni tajba, kemm f’termini ta’ twaqqif u l-bini tal-organizzazzjoni tagħha kif ukoll fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha, jiġifieri l-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' attivitajiet tar-R&Ż sabiex jinkisbu l-miri tas-SESAR.

Il-ġestjoni finanzjarja tajba tas-SJU ġiet ikkonfermata wkoll minn rapporti dwar il-kontijiet annwali[9].

Għadd ta' konsultazzjonijiet, inkluża konsultazzjoni pubblika mmexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (DĠ MOVE) tal-Kummissjoni, juru li l-appoġġ għall-estensjoni tas-SJU huwa unanimu. Il-proċess ta’ konsultazzjoni u r-rapporti annwali ta’ attività tas-SJU juru wkoll li s-SJU tinsab fit-triq it-tajba bl-attivitajiet u t-twettiq tagħha skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM.

Il-kamp ta' applikazzjoni attwali tas-SJU jippermettilha tkopri l-attivitajiet kollha tar-R&Ż fl-Unjoni bl-għan ikun il-modernizzazzjoni tal-ATM fl-Ewropa. Is-SJU wettqet attivitajiet li jindirizzaw iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) tal-ATM, inkluża riċerka fuq terminu twil dwar l-ATM. Il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw li m’hemmx ħtieġa li jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni tas-SJU, għalkemm jista’ jkun meħtieġ li jsir aġġustament żgħir fl-enfasi tal-attivitajiet tagħha f'dak il-kamp ta' applikazzjoni. Barra minn hekk, l-ebda distinzjoni formali ma tista’ ssir bejn kull fażi fiċ-ċiklu tal-innovazzjoni tal-ATM, peress li dawn jinteraġixxu reċiprokament. Għaldaqstant, m’hemmx bżonn li jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni tas-SJU.

Fir-rigward tal-proċess tas-sħubija u l-governanza tas-SJU, ma hemm l-ebda evidenza li huma meħtieġa xi bidliet. Dawn il-proċessi huma miftuħa u trasparenti biżżejjed biex jakkomodaw kwalunkwe aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa f’SJU estiż.

Diġa tqieset l-attenzjoni mogħtija lit-twassil ta' riżultati applikabbli fil-ġestjoni attwali tagħha u se tkun żviluppata iktar fis-sentejn li ġejjin.

2.4.        Il-fażi li jmiss:

L-użu tal-kunċett SESAR għadu jeħtieġ l-iżvilupp koordinat u attivitajiet ta’ validazzjoni biex jitlesta Stadju 2 u sabiex jiġi indirizzat bis-sħiħ Stadju 3 tal-Pjan Regolatorju tal-ATM.

Barra minn hekk, issa li l-proċess tal-użu appikabbli se jiġi mniedi dalwaqt, il-bilanċ tar-riżorsi allokati lill-fażijiet differenti taċ-ċiklu tar-R&Ż jista' jiġi rivedut biex jibqgħu ġejjin ideat innovattivi. B'mod partikolari, iktar sforzi jistgħu jiġu magħmula fil-qasam tar-riċerka esploratorja. Se jiġu stabbiliti attivitajiet ta' wiri fuq skala kbira iffukati fuq il-benefiċċji tal-prestazzjoni, fuq it-twettiq ta' validazzjoni avvanzata integrata u koordinata u fuq attivitajiet ta’ dimostrazzjoni li juru t-tħejjija għall-mobilizzazzjoni u għall-operazzjonijiet u/jew it-tranżizzjoni teknoloġika.

Programm futur li jibda mill-2014 u li jopera għal massimu ta' 10 snin ma jistax jiġi ffissat peress li mill-bidu, se jkun meħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex jippermettu riżultati promettenti minn riċerka esploratorja biex tevolvi fir-riċerka applikata, l-iżvilupp u l-preparazzjoni għall-użu u b’hekk tkun akkomodata l-evoluzzjoni tas-suġġetti li jikkontribwixxu għas-SES.

Is-SJU se tfassal il-programm ta’ ħidma pluriennali tagħha biex jitlesta Stadju 2 u jiġi indirizzat Stadju 3 tal-Pjan Regolatorju tal-ATM wara l-preskrizzjonijiet stipulati fl-Istatuti annessi mar-Regolament (KE) 219/2007 (l-Artikolu 16) u tissottomettih għall-approvazzjoni lill-Bord Amministrattiv tagħha (Artikolu 5).

3.           EVALWAZZJONI EX ANTE

Twettqet evalwazzjoni ex ante; din tinsab mehmuża ma' din il-proposta (dokument SEC(2013)xxx). Din l-evalwazzjoni tikkonferma l-utilità u l-effiċjenza ta’ estensjoni tas-SJU taħt Orizzont 2020 biex jintlaħqu l-għanijiet ta' prestazzjoni tas-SES.

4.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali għall-proposta hija l-Artikolu 187 tat-TFUE, li kien magħruf bħala l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien il-bażi legali għar-Regolament 219/2007.

5.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq il-Kummissjoni tipproponi li terġa' tipprovdi għal pakkett finanzjarju pluriennali biex jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 li jikkoinċidi mal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Skont il-pakkett tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2011 “Baġit għall-Ewropa 2020” u l-prattika attwali l-ammont għandu jittieħed mil-linja baġitarja “Kisba ta’ sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, li tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika”. Għaldaqstant il-Kummissjoni tipproponi l-allokazzjoni ta’ ammont sa EUR 600 miljun[10] (inkluż il-kontribut tal-EFTA) għall-perjodu ta’ referenza. Dan l-ammont huwa indikattiv minħabba li huwa soġġett għan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2014-2020 u għal negozjati ma’ sħab privati. L-attivitajiet tas-SJU ikopru l-Pjan Regolatorju tal-ATM. B’konsiderazzjoni għall-livell ta’ maturità, il-Programm attwali huwa ffukat biex iwettaq Stadju 1 — Operazzjonijiet Ibbażati fuq iż-Żmien, u partikolarment, Stadju 2 — Operazzjonijiet Ibbażati fuq il-Perkors tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. L-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020 ikopru l-ogħla livell ta’ maturità ta' Stadju 2, li għalih it-teknoloġija u l-operazzjonijiet huma mistennija li jkunu disponibbli sal-2016, u l-kamp ta' applikazzjoni sħiħ ta’ Stadju 3 — Operazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. Il-programm ta’ ħidma tas-SJU li hu ffinanzjat taħt il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni għall-2007-2013 qiegħed jipproċedi u huwa ġestit biex ilesti l-attivitajiet tiegħu sal-31.12.16, filwaqt li attivitajiet ġodda se jibdew jiddaħħlu gradwalment mill-2014 ’il quddiem. Dan se jippermetti lill-Membri attwali li jixtiequ jkomplu jieħdu sehem fil-proġett SESAR, li jżommu l-livell meħtieġ ta’ riżorsi għall-programm ta’ ħidma l-ġdid mill-2014 ’il quddiem mingħajr ma jinterrompu l-attivitajiet tagħhom. Iktar dettalji jingħataw fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva u fl-evalwazzjoni ex ante mehmuża. L-ammonti annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura baġitarja.

6.           KONTENUT TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġi estiż it-tul tas-SJU, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) 219/2007, kif ġej:

(1) L-Artikolu 1, paragrafu 2 huwa mmodifikat sabiex jestendi t-tul tas-SJU sal-31 ta’ Diċembru 2024. Peress li l-Pjan Regolatorju tal-ATM ġie approvat mill-Kunsill, m’għadux meħtieġ li ssir referenza għalih.

(2) L-Artikolu 1, paragrafu 3 jiġi mħassar peress li l-Pjan Regolatorju tal-ATM ġie kkomunikat lill-Parlament Ewropew.

(3) L-Artikolu 1, paragrafu 5, il-5 inċiż għandu jiġi mmodifikat biex jintitola b’mod ċar lis-SESAR JU li din tagħti għotjiet lill-Membri tagħha u parteċipanti oħra, fejn jitqiesu r-Regoli ta' Parteċipazzjoni tal-Orizzont 2020.

(4) L-Artikolu 2a, il-paragrafu 5 huwa adattat bit-tneħħija tal-limitazzjoni ta’ 8 snin għall-kuntratti tax-xogħol ta’ aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali, li jistgħu jfixklu l-kontinwità tal-impjieg ta’ persunal b’esperjenza għal korp li jkollu tul ta’ żmien limitat. Għall-istess raġuni, il-limitazzjoni ta’ kuntratti ta’ impjieg għal perjodu fiss li jistgħu jiġġeddu darba u għal perjodu fiss biss ġiet abbandunata. L-Artikolu 2a(5) diġà jistabbilixxi limitazzjoni: il-perjodu tal-ingaġġ ma jistax jaqbeż id-durata tal-Impriża Konġunta. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli relatati mal-applikazzjoni għandhom japplikaw;

(5) L-Artikolu 4, paragrafu 2, l-ewwel sentenza, l-ammont il-ġdid tal-kontribuzzjoni tal-UE sa massimu ta' EUR 600 miljun[11] (inkluża l-kontribuzzjoni tal-EFTA) għall-qafas finanzjarju 2014-2020 taħt Orizzont 2020 huwa inkluż.

(6) L-Artikolu 4, paragrafu 3 huwa adattat sabiex jirrifletti l-estensjoni tal-Impriża Konġunta.

(7) L-Artikolu 4a, paragrafu 1 huwa emendat sabiex jirrifletti r-Regolament Finanzjarju Qafas ġdid.

(8) L-Artikolu 4a, paragrafu 2 jitħassar billi d-dispożizzjonijiet li kien joffri huma koperti bir-referenza ġenerali għar-Regolament Finanzjarju Qafas ġdid.

(9) L-Artikolu 7, l-ewwel sentenza hija mofidikata biex tkun konformi mar-regoli ta' evalwazzjoni ta' Orizzont 2020.

Il-proposta fiha wkoll tliet dispożizzjonijiet tranżitorji:

(1) L-Artikolu 2 li jillimita l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv fis-seħħ fl-1.1.2009 sal-31 ta’ Diċembru 2016 biex tkun żgurata l-koerenza mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ emenda Nru 1361/2008.

(2) L-Artikolu 3 itemm sal-31 ta’ Diċembru 2016 is-sħubija tal-membri attwali tal-Impriża Konġunta li ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati minn Orizzont 2020 bħala parti mill-Qafas Finanzjarju 2014-2020. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tevita l-“imsieħba mingħajr ishma” fl-Impriża Konġunta.

(3) L-Artikolu 4 itemm l-attivitajiet tas-SJU ffinanzjati bħala parti mis-7 Programm Qafas għar-riċerka sal-31 ta' Diċembru 2016, ħlief għall-attivitajiet ta' ġestjoni tal-proġett relatati mal-għeluq.

L-Anness tar-Regolament tas-SJU, li fih l-Istatuti tas-SJU, huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 5, paragrafu 1(m) ġie mmodifikat biex jispeċifika b’mod ċar li s-SJU jista’ jagħmel għotjiet għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, filwaqt li jqis ir-Regoli tal-parteċipazzjoni stabbiliti f’Orizzont 2020.

(2) Fil-paragrafu 2(a), l-għadd ta' laqgħat fis-sena tal-Bord Amministrattiv ġie mibdul minn erbgħa għal tlieta. L-esperjenza matul is-snin imgħoddija wriet li tliet laqgħat mandatorji fis-sena huma biżżejjed biex tiġi trattata l-amministrazzjoni ordinarja tas-SJU u jippermettu lill-Bord biex jaqdi l-obbligi tiegħu. Barra minn hekk, il-preparazzjoni għal dawn il-laqgħat, f' intervall relattivament qasir bejniethom, iżżid il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, laqgħat addizzjonali tal-Bord jistgħu jiġu organizzati biss jekk meħtieġ.

(3) L-Artikolu 6, paragrafu 1, huwa mmodifikat biex jikkjarifika l-proċedura tas-SJU għall-għoti ta' għotjiet, filwaqt li jiġu meqjusa r-Regoli għall-parteċipazzjoni stabbiliti f’Orizzont 2020.

(4) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 ġie adattat biex jibdel il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv minn 3 snin għal 5 snin, li jista’ jiġġedded darba. Din il-bidla tevita li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jintemm fi tmiem is-SJU. Tali sitwazzjoni hija diffiċli li tiġi ġestita mil-lat ta’ kontinwità. Barra minn hekk, f’dak iż-żmien, il-biċċa l-kbira tal-programm tas-SJU jkun diġà qrib li jiġi ffinalizzat, u dan jista' jwassal għal nuqqas ta’ attrazzjoni ta’ tali post battal għal kandidati xierqa.

(5) L-Artikolu 10, paragrafi 2 u 3 ġew mmodifikati biex ikun ikkjarifikat li s-SJU tagħti għotjiet, filwaqt li tqis ir-Regoli tal-parteċipazzjoni stabbiliti f’Orizzont 2020.

(6) L-Artikolu 13, paragrafu 2 huwa mmodifikat skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-2013, l-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni huwa biss dovut lill-Unjoni fejn previst fil-ftehim tad-delega.

(7) L-Artikolu 16, paragrafu 1, issa jinkludi referenza għall-qafas finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(2). Din il-modifika għandha l-għan li tagħmel distinzjoni bejn l-attivitajiet tal-programm ta’ ħidma tas-SJU ffinanzjati taħt il-perspettivi finanzjarji għall-2007-2013 minn dawk iffinanzjati taħt il-qafas finanzjarju għall-2014-2020. Din id-differenzazzjoni hija importanti għall-perjodu 2014-2016, li matulu attivitajiet taħt il-programm ta’ ħidma preċedenti u dak ġdid huma mwettqa fl-istess ħin.

(8) L-Artikolu 17 ġie modifikat biex jieħu inkonsiderazzjoni l-provvediment standard dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tar-Regolament Finanzjarju tal-2013, b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu.

Fl-aħħar nett, ir-Regolament ġie adattat għall-Artikolu 291 tat-Trattat ta’ Lisbona dwar l-atti ta’ implimentazzjoni.

2013/0237 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir-rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 187 u 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[12],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Billi:

(1)       Il-proġett għar-Riċerka u l-Iżvilupp dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (il-'proġett SESAR') għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM - air traffic management) fl-Ewropa u jirrappreżenta l-pilastru teknoloġiku tal-Ajru Uniku Ewropew. Il-proġett għandu l-għan li, sal-2030, jipprovdi lill-Unjoni b’infrastruttura għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru ta’ prestazzjoni għolja li se tippermetti l-iżvilupp sigur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tat-trasport bl-ajru.

(2)       Il-proġett SESAR jinkludi tliet proċessi kollaborattivi interrelatati, kontinwi u li qegħdin jevolvu: Id-definizzjoni tal-kontenut u l-prijoritajiet, l-iżvilupp ta’ sistemi teknoloġiċi ġodda, il-komponenti u l-proċeduri operattivi tal-kunċett SESAR u l-pjanijiet ta’ użu tal-ġenerazzjoni li jmiss tas-sistemi tal-ATM jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

(3)       L-ewwel fażi tal-proċess ta' definizzjoni kienet operattiva bejn l-2004 u 2008 u tat l-ewwel edizzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-ATM (il-"Pjan Regolatorju tal-ATM"). Il-Pjan Regolatorju tal-ATM jidentifika tliet stadji fil-proċess tal-iżvilupp tas-SESAR: Operazzjonijiet Ibbażati fuq iż-Żmien (Stadju 1), Operazzjonijiet Ibbażati fuq il-Perkors (Stadju 2) u Operazzjonijiet Ibbażati fuq il-Prestazzjoni (Stadju 3).

(4)       L-Impriża Konġunta SESAR (l-'Impriża Konġunta') kienet imwaqqfa permezz tar-Regolament (KE) Nru 219/2007[14] tas-27 ta’ Frar 2007, bil-għan li jiġu ġestiti l-attivitajiet mill-proċess ta’ żvilupp tal-proġett SESAR skont il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni għall-2007-2013.

(5)       Il-programm ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta, kopert mill-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni għall-2007-2013, jindirizza l-elementi kollha ta' Stadju 1 u madwar 80 % ta’ Stadju 2 tal-Pjan Regolatorju għall-ATM. L-attivitajiet relatati għandhom jitlestew sal-2016. L-attivitajiet li għad baqa' ta' Stadju 2 u dawk relatati ma' Stadju 3 għandhom jibdew fl-2014 taħt il-qafas finanzjarju tal-Unjoni għall-2014-2020.

(6)       Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007, l-Impriża Konġunta għandha tieqaf teżisti fil-31 ta’ Diċembru 2016 jew tmien snin wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (il-'Pjan Regolatorju tal-ATM'), liema minnhom taħbat l-aktar kmieni. Il-Kummissjoni kkomunikat il-Pjan Regolatorju tal-ATM lill-Kunsill fl-14 ta' Novembru 2008[15] u l-Kunsill approvah fit-30 ta' Marzu 2009.

(7)       L-Impriża Konġunta tissodisfa l-kriterji għal sħubijiet pubbliċi-privati stabbiliti skont id-Deċiżjoni (UE) Nru .../2013 tal-Kunsill ta’ ... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 (2014-2020)[16] (il-'Programm Speċifiku Orizzont 2020').

(8)       Biex jibqa' għaddej l-iżvilupp tal-attivitajiet definiti mill-Pjan Regolatorju tal-ATM, huwa meħtieġ li t-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta jiġi estiż sal-2024, li jirrifletti t-tul ta’ żmien tal-qafas finanzjarju tal-Unjoni għall-2014-2020 u jippermetti 4 snin addizzjonali għat-tlestija ta’ proġetti li jkunu nbdew sal-aħħar ta’ dak il-perjodu.

(9)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ impriża konġunta għall-iżvilupp ta’ sistema Ewropea għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) ġdida[17] tindika li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009 għandu jintemm fid-data li fiha l-Impriża Konġunta għandha tintemm u li fil-każ ta’ estensjoni fiż-żmien tal-Impriża Konġunta, għandha tiġi mnedija proċedura ġdida li twassal għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 7(2) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 219/2007.

(10)     Is-sħubija tal-membri tal-Impriża Konġunta li ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet iffinanzjati taħt il-qafas finanzjarju tal-Unjoni għall-2014-2020 għandha tintemm sal-31 ta’ Diċembru 2016.

(11)     L-esperjenza miksuba mill-operazzjoni tal-Impriża Konġunta bħala korp tal-Unjoni skont l-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[18] turi li l-qafas attwali ta’ operazzjoni huwa flessibbli biżżejjed u adattat għall-ħtiġijiet tal-Impriża Konġunta. L-Impriża Konġunta għandha topera skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[19], li ħa post l-Artikolu 185 tar-Regolament Nru 1605/2002, u għandu jadotta regoli finanzjarji li m' għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament Finanzjarju qafas għajr għal fejn il-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu jeħtieġu dan u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

(12)     Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...] 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” [20]u l-ebda deroga skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru[....] ma għandha tkun meħtieġa.

(13)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(14)     Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 219/2007 għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 219/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 219/2007 huwa emendat kif ġej:

1.           L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)     il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2. L-Impriża Konġunta għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2024.";

(b)     il-paragrafu 3 jitħassar;

(c)      fil-paragrafu (5), l-ewwel inċiż huwa mibdul b'dan li ġej:

“- tiżgura s-superviżjoni ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodotti komuni debitament identifikati fil-Pjan Regolatorju tal-ATM, permezz ta’ għotjiet lill-membri u permezz tal-aktar miżuri xierqa, bħalma huma l-akkwist jew l-għoti ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, skont ir-Regolament (UE) Nru[....] li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid fl- “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)’.”;

2.           Fl-Artikolu 2 a, il-paragrafu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

“5. Il-persunal tal-Impriża Konġunta għandu jkun magħmul minn aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali. Il-perjodu totali tal-ingaġġ ma għandux, fl-ebda każ, ikun itwal mit-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta.";

3.           L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)     l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020 għandha tkun ta’ EUR 600 miljun[21], inkluż il-kontribuzzjonijiet tal-EFTA, imħallsa mill-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati għal Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020).”;

(b)     il-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

"3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta għandhom jieqfu mal-iskadenza tal-perspettivi finanzjarji 2014-2020 sakemm ma jiġix deċiż xort'oħra mill-Kunsill abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.";

4.           L-Artikolu 4a huwa emendat kif ġej:

(a)      il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta għandhom jiġu addottati mill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jonqsu milli jsegwu r-Regolament Finanzjarju qafas għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Impriża Konġunta u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

(b)     il-paragrafu 2 jitħassar.

5.           L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord Amministrattiv."

(b) il-paragrafu 3 jitħassar.

(c) il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord Amministrattiv fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw modifiki tal-Pjan Regolatorju tal-ATM għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2)."

6.           L-Artikolu 6 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 549/2004. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011."

7.           L-Artikolu 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Kull tliet snin mill-bidu tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta u sitt (6) xhur wara l-istralċ tal-Impriża Konġunta, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, tar-riżultati miksuba mill-Impriża Konġunta u tal-metodi operattivi tagħha, kif ukoll tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-Impriża Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.";

8.           L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet transizzjonali relatati mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv li kien fil-kariga fl-1 ta’ Jannar 2009 għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Ma' tmiem il-mandat jew il-bidla tad-Direttur Eżekuttiv li kien fil-kariga fl-1 ta' Jannar 2009, għandha tiġi mnedija proċedura ġdida li twassal għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 7(2) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 219/2007.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet transizzjonali relatati mal-persunal tal-Impriża Konġunta

Is-sħubija fl-Impriża Konġunta għandha tintemm sal-31 ta’ Diċembru 2016 fir-rigward tal-membri tal-Impriża Konġunta li, mill-1 ta’ Jannar 2014, ma jikkontribwixxux in natura jew fi flus għall-ispejjeż tal-programm ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta relatati mal-qafas finanzjarju tal-Unjoni għall-2014-2020.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta tal-Unjoni ffinanzjati bħala parti mill-qafas finanzjarju tal-Unjoni għall-2007-2013

L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ffinanzjati bħala parti mis-seba’ (7) Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-Programm Qafas dwar in-netwerks Trans-Ewropej mibdija sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandhom jintemmu sal-31 ta’ Diċembru 2016, bl-esklużjoni ta' attivitajiet marbuta ma' proġetti ta’ ġestjoni relatati mal-għeluq tagħhom.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

L-Anness huwa emendat kif ġej:

1.           L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)     f'paragrafu 1, il-punt (m) huwa mibdul b'li ġej:

"(m) jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti jew l-għotjiet jew kwalunkwe ftehim ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inklużi l-proċeduri speċifiċi biex jiġu evitati konflitti ta' interess;";

(b)     fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

"(a) il-Bord Amministrattiv għandu jiltaqa' mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Għandhom jissejħu laqgħat straordinarji jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tal-Bord Amministrattiv li jirrappreżentaw mill-anqas 30 % tad-drittijiet tal-vot, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tad-Direttur Eżekuttiv;";

2.           Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Impriża Konġunta jew tal-Bord Amministrattiv u l-Impriża Konġunta mhumiex permessi jipparteċipaw fit-tħejjija, l-evalwazzjoni jew il-proċedura tal-għoti tal-appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta, b’mod partikolari wara sejħiet għal offerti jew sejħiet għal proposti jekk jippossjedu, jirrappreżentaw jew ikollhom ftehimiet ma’ korpi li huma kandidati potenzjali jew applikanti.”

3.           Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn elenku ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti.

Biex ikun konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord Amministrattiv.

Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta.

Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu globali.

Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.";

4.           Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Sabiex twettaq il-kompiti definiti fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta tista' tikkonkludi ftehimiet speċifiċi mal-membri tagħha u tagħmlilhom għotjiet.";

5.           L-Artikolu 10 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Kuntratti u għotjiet

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9, l-Impriża Konġunta tista' tikkonkludi kuntratti ta' servizz u forniment jew ftehimiet dwar għotjiet ma' impriżi jew ma' konsorzju ta' impriżi, b'mod partikolari sabiex twettaq il-kompiti previsti fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament.

2. L-Impriża Konġunta għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehimiet dwar għotjiet u l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 jipprovdu għad-dritt tal-Kummissjoni li twettaq kontrolli sabiex tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3. Il-kuntratti u l-ftehimiet dwar għotjiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet xierqa kollha relatati mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 18. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta' interessi, il-membri involuti fid-definizzjoni ta' ħidma li tkun suġġetta għal proċedura ta' akkwist jew ta' għotja, inkluż il-persunal tagħhom li jkun sekondat skont l-Artikolu 8, ma jistgħux jieħdu sehem fit-twettiq ta' din il-ħidma.

6.           Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

"Kull mgħax miksub permezz tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tal-Impriża Konġunta għandu jitqies bħala dħul tal-Impriża Komuni."

7.           Fl-Artikolu 16, il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 hija mibdula b’dan li ġej:

“L-Impriża Konġunta għandha tfassal il-programm ta’ ħidma tagħha abbażi tal-qafas finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(2) u abbażi ta’ prinċipji ta’ amministrazzjoni u kontabbiltà tajbin, u b'dan ikunu stabbiliti rizultati tanġibbli u stadji li jridu jintlaħqu ċari. Dan għandu jikkonsisti fi:";

8.           L-Artikolu 17 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa li jiżguraw li, meta xi azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa ħażin u, fejn japplika, permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u ta' deterrent.

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jawditjaw, abbażi ta' dokumenti u benefiċjarji ta' għotjiet ġenerali fuq il-post, kuntratturi u subkuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni.

3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ('OLAF') għandu jkun awtorizzat li jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi direttament jew indirettament ikkonċernati minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra bil-għan li tistabilixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' xi ftehim dwar għotjiet jew xi deċiżjoni jew xi kuntratt illi jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

4. Mingħajr preġudizzju għas-subparagrafi 1, 2 u 3, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet għal għotjiet, deċiżjonijiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex jagħmlu tali awditi, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet.".

9.           Jitħassar l-Artikolu 24.

II.6.4 – Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva – 'Aġenziji'

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

[għandha tintuża għal kwalunkwe proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġiżlattiva dwar il-korpi msemmija fl-Artikolu 208 jew 209 tar-Regolament Finanzjarju

(L-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 19 tar-Regoli ta' Applikazzjoni)]

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva:

              1.2.    Il-qasam(l-oqsma) politiku(politiċi) kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għanijiet

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju:

              1.7.    Il-modalita(jiet) ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli ta’ monitoraġġ u tar-rappurtar

              2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata:

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa:

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul:

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (UE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR).

1.2.        Il-qasam(l-oqsma) politiku(politiċi) kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[22]

Qasam politiku: Titolu 6 - Trasport

Attività: Il-Kapitolu 06 03 "Orizzont 2020: ir-riċerka u l-innovazzjoni marbuta mat-trasport”

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[23]

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku(strateġiċi) pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għan ġenerali huwa li tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (SES - Single European Sky) permezz tal-iżvilupp f’waqtu u tal-użu tal-kunċett SESAR skont il-Pjan Regolatorju Ewropew tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM - Air Traffic Management) speċifikat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM (2008) 750).

l-Unjoni Ewropea stabbiliet għanijiet ta’ livell għoli għall-politika tas-SES li għandhom jintlaħqu sal-2020:

• li tkun tista' ssir żieda ta' tliet (3) darbiet fil-kapaċità, li tnaqqas ukoll id-dewmien kemm fuq l-art kif ukoll fl-ajru,

• li titjieb is-sikurezza b’fattur ta’ 10,

• li jonqos l-impatt ambjentali ta’ kull titjira b’10 %,

• li l-ispejjeż tal-ATM jonqsu b'50 %.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku(speċifiċi) u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata(ikkonċernati)

Għan speċifiku Nru

L-għan speċifiku huwa li tkun żgurata l-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea tal-ATM billi jiġu kkonċentrati u kkoordinati l-attivitajiet kollha tar-R&I tal-ATM fl-UE u b'rispett tal-Pjan Regolatorju tal-ATM.

• It-tkomplija tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta,

• L-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett, skont il-Pjan Regolatorju;

• L-organizzazzjoni tal-ħidma ta' riċerka, żvilupp, validazzjoni u studju imwettqa taħt l-awtorità tagħha;

• l-organizzazzjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-iżvilupp ta’ prodotti konġunti.

Attività(attivitajiet) ABM/ABB konċernata(konċernati)

06.03.03.01, Il-kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li tirrispetta l-ambjent, sikura u assjematika.

1.4.3.     Riżultat(riżultati) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Tipprovdi kontinwità ta’ ġestjoni tal-proġett SESAR u tipprovdi sigurtà finanzjarja f’perspettiva multiannwali tal-MTA fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-kompitu ewlieni tas-SJU hija l-ġestjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni (attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u validazzjoni) tal-programm SESAR billi tikkombina l-finanzjament mis-settur pubbliku u privat Membri tagħha. Il-programm SESAR, permezz tal-proċessi ta' definizzjoni, żvilupp u użu tiegħu, se jipprovdi kunċett interoperabbli ġdid u globali tal-ATM għall-benefiċċju tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-ajruporti, il-passiġġieri u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tas-sorveljanza tal-proposta/inizjattiva.

Is-SJU żviluppat indikaturi tal-prestazzjoni li huma ppubblikati kull sena u mmonitorjati mill-Bord Amministrattiv, bħal:

•Il-kisba ta' rilaxx(i)

•Kejl tal-isforz ta' konsum attwali mill-imsieħba

•L-istatus tat-tlestija meta mqabbel mal-Pjan Regolatorju tal-ATM

•L-istatus ġenerali tal-interdipendenzi bejn il-proġetti

•L-istatus ta’ kwistjonijiet u r-rilevanza tal-pjanijiet ta’ azzjoni

•L-għadd ta' prototipi ta' riċerka jew proċeduri operattivi tas-SESAR li laħqu l-fażi ta' maturità

•Il-valutazzjoni kwalitattiva tal-Proġetti u tal-Programm inġenerali permazz ta' Punti ta' Kontroll

Barra minn hekk, l-indikaturi tar-riżultati u l-impatt stabbilit fl-għan speċifiku “Innovazzjoni fl-SMEs” tal-Programm Qafas - Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni huma ssorveljati u rrappurtati kull sena mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżiti(i) li għandhom jintlaħqu tuq terminu qasir jew twil

Ikun hemm kontinwità tal-proċess ta’ żvilupp li fih is-SJU jkollha l-mandat li tikkonkludi kuntratti pluriennali u tagħmel l-ippjanar baġitarju meħtieġ skont il-prinċipji stabbiliti fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju għal l-korpi tal-UE.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata b’mod ċar fil-kuntest tal-politika u r-regolamenti tas-SES, u l-għan ġenerali huwa li jinqerdu l-ostakli għas-suq intern fl-ajru. Qabel il-politika tas-SES, il-progress lejn l-effiċjenza, il-kost-effettività, l-impatt ambjentali pożittiv, eċċ. fl-avjazzjoni kien qiegħed jimxi bil-mod, u dan kienet parzjalment attribwit għall-approċċ mhux sistematiku. Minħabba f'hekk, peress li l-politika tas-SES hija valida llum bl-istess mod kif kienet valida meta twaqqfet l-ewwel darba, ir-rwol ta' tmexxija tal-UE fi ħdan il-politika tas-SES hija essenzjali llum daqs kemm kienet dak iż-żmien.

Bl-istess mod, l-Istati Membri jew il-partijiet interessati privati weħidhom ma jkunux jistgħu jingranaw u jiġbru flimkien ir-riżorsi tagħhom, jikkoordinaw u jiggwidaw fil-livell tal-UE attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp lejn l-użu tal-kunċett SESAR, u jinvolvu b’mod attiv il-partijiet interessati. Barra minn hekk, l-involviment tal-UE se jiggarantixxi li l-Kummissjoni tirrappreżenta l-interess pubbliku u jkollha r-responsabbiltà istituzzjonali biex tmexxi dan il-proċess ta’ implimentazzjoni tas-SES filwaqt li teżerċita l-funzjonijiet regolatorji u ta' sorveljanza tas-SES. Ir-rwol ta' mexxej li l-Kummissjoni għandha biex tgħin lill-partijiet interessati fl-avjazzjoni jikkooperaw u jirrazzjonalizzaw ir-riżorsi tagħhom biex jimmodernizzaw l-ATM, filwaqt li tippreżerva r-rwol attivtagħhom, se jippermetti użu aħjar ta’ riżorsi tal-UE u privat. Dan se jiggarantixxi wkoll il-koerenza tal-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea tal-ATM u l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-ATM. L-intervent tal-UE fl-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-proċeduri tas-SESAR għandu jiżgura li l-infrastruttura tal-ATM tal-UE tkun aktar xprunata minn għanijiet Ewropej u benefiċċji tan-netwerk.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-progress, il-kisbiet u t-tagħlimiet meħuda jidhru mill-Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu tas-SJU (2010). Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament 219/2007, il-Kummissjoni evalwat l-implimentazzjoni tar-regolament wara tliet snin u kkonkludiet li s-SJU kellha prestazzjoni tajba kemm f’termini ta’ twaqqif u bini tal-organizzazzjoni tagħha kif ukoll fit-twettiq tal-kompiti assenjati. Aktar speċifikament, l-evalwazzjoni vvalutat l-effettività tas-SJU bħala għolja peress li s-SJU tat il-produzzjoni u r-riżultati meħtieġa, p.eż. permezz tal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet f’konformità mal-Pjan Regolatorju tal-ATM u l-ġestjoni tal-finanzjament, il-mobilizzazzjoni tal-fondi, l-involviment tal-partijiet interessati, l-involviment tal-SMEs u l-organizzazzjoni ta’ xogħol tekniku biex tiġi evitata l-frammentazzjoni. Barra minn dan, il-ġestjoni finanzjarja tajba tas-SJU ġiet ikkonfermata wkoll mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapporti dwar il-kontijiet annwali tas-SJU.

1.5.4.     Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Il-proposta hija koerenti mal-politika u l-leġiżlazzjoni tas-SES, b’mod partikolari mar-regolament fundatur 219/2007 li fuqu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill waslu għal ftehim. Il-proposta għandha l-għan li testendi s-SJU lil hinn mill-31.12.2016 biex b’hekk tkun żgurata l-kisba tal-għanijiet tal-Orizzont 2020 marbutin mas-SES u mal-ATM.

1.6.        Tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01.01.2014 sal-31.12.2024

– X  L-impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji u mill-2014 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlasijiet.

¨ Il-proposta/inizjattiva ta' terminu mhux limitat

– L-implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija minn SSSS sa SSSS,

– segwita b’operazzjoni sħiħa.

1.7.        Il-modalita(jiet) ta’ ġestjoni previst(i)[24]

Għall-baġit għall-2013

MHUX APPLIKABBLI

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi mwaqqfa mill-Unjoni Ewropea[25]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (għandhom jiġu speċifikati)

Jekk tkun indikata aktar minn modalità waħda ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Mill-baġit għall-2014

¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta':

– ¨  aġenziji eżekuttivi

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri:

X Ġestjoni indiretta billi kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ baġit ikunu fdati lil:

– ¨  organizzazzjonijet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (jekk jogħġbok speċifika);

– ¨  il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– X  korpi li jissemmew fl-Artikolu 208 FR;

– ¨  korpi tal-liġi pubblika;

– ¨  korpi regolati permezz tal-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨  korpi regolati mil-liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u li jagħtu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku relevanti.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli ta’ monitoraġġ u tar-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-korpi kollha tal-UE li jaħdmu taħt sistema stretta ta’ monitoraġġ li tinvolvi kapaċità interna għall-awditjar, il-Bord Amministrattiv, is-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni, valutazzjonijiet ex-post ta' nofs it-terminu (kull tliet snin, il-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni tar-regolament u r-riżultati miksuba, evalwazzjoni finali hija wkoll ippjanata wkoll), ir-rapport annwali mill-Qorti tal-Awdituri u l-Awtorità Baġitarja, ir-rilaxx annwali tas-SJU, programmi ta’ ħidma annwali u rapporti annwali. Barra minn dan, is-sistema kif stabbilita fir-regolament fundatur tas-SJU se tibqa' tapplika.

Skont Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Bord Amministrattiv jimmonitorja u jirrapporta kull sena lill-Kummissjoni, fejn applikabbli, dwar l-implimentazzjoni tas-SJU.

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju(riskji) identifikat(i)

Il-valutazzjoni tar-riskji twettqet taħt ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex ante. Tabella 1 fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tagħti ħarsa ġenerali tar-riskji differenti u l-valutazzjoni tagħhom (P 24-27).

2.2.2.     Il-metodu(metodi) ta’ kontroll previst(i)

Il-kisbiet tas-SJU lejn il-Pjan Regolatorju tal-ATM.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifka l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-Artikoli 15 (Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit), 17 (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni) u 20 (Miżuri kontra l-frodi) stabbiliti taħt ir-regolament fundatur tas-SJU jibqgħu japplikaw.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura(intestaturi) tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja(linji) tal-baġit tan-nefqa affettwata(affettwati):

· L-intestaturi baġitjarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitjarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Il-linja baġitjarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([26]) || minn pajjiżi tal-EFTA[27] || minn pajjiżi kandidati[28] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1 || 06.03.07.01 l-isfidi soċjetali — SESAR JU2 || Diff. || IVA || IVA || IVA || LE

· Ebda intestatura tal-baġit ġdida mitluba.

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa:

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali: || 1A || Nefqa operattiva

DĠ MOVE || 06.06.03.0.1 || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || TOTAL

Titolu 1 || Impenji || (1) || 0 || 0 || 0 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 10.500 ||     0 || 0 || 0 || 0 || 16.800

Pagamenti || (2) || 0 || 0 || 0 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 2.100 || 16.800

Titolu 2 || Impenji || (1a) || 0 || 0 || 0 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 6.170 || 0 || 0 || 0 || 0 || 9.870

Pagamenti || (2a) || 0 || 0 || 0 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 1.230 || 9.870

Titolu 3 || Impenji || (3a) || 20.000 || 50.00 || 60.00 || 76.670 || 116.670 || 116.670 || 133.330 || 0 || 0 || 0 || 0 || 573.330

|| Pagamenti || (3b) || 10.000 || 40.000 || 60.000 || 56.670 || 76.670 || 86,670 || 86.670 || 76.670 || 26.670 || 26.670 || 26.670 || 576.33

Approprjazzjonijiet TOTALI għall-[korp] || Impenji || =1+1a +3a || 20 || 50 || 60 || 80 || 120 || 120 || 150 || 0 || 0 || 0 || 0 || 600

Pagamenti || =2+2a +3b || 10 || 40 || 60 || 60 || 80 || 90 || 90 || 80 || 30 || 30 || 30 || 600

DĠ MOVE || 06.03.07.01 || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || Total

Total Operattiv approprjazzjonijiet || Impenji* || (1) || 20 || 50 || 60 || 80 || 120 || 120 || 150 || 0 || 0 || 0 || 0 || 600

Pagamenti * || (2) || 10 || 40 || 60 || 60 || 80 || 90 || 90 || 80 || 30 || 30 || 30 || 600

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

(*) Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet jistgħu jsiru wara l-2020 filwaqt li Approprjazzjonijiet għall-Impenji għandhom isiru sa mhux aktar tard minn tmiem l-2020.

Il-previżjoni hija primarjament ibbażata fuq l-esperjenza miksuba s’issa fil-programm SESAR u fuq estrapolazzjonijiet relatati mal-attivitajiet li għandhom jitwettqu matul l-estensjoni.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ‘In-nefqa amministrattiva’

DĠ MOVE || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Ÿ Riżorsi umani (3) || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 3.297

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor (4) ||   || || 0.100 ||   || || 0.100 ||   || 0.200

|| Approprazzjonijiet || 0.471 || 0.471 || 0.571 || 0.471 || 0.471 || 0.571 || 0.471 || 3.497

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) (3) +(4) || 0.471 || 0.471 || 0.571 || 0.471 || 0.471 || 0.571 || 0.471 || 3.497

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1A u 5 tal-qafas finanzjajru pluriennali || Impenji || 20.471 || 50.471 || 60.571 || 80.471 || 120.471 || 120.571 || 150.471 || 0 || 0 || 0 || 0 || 603.497

Pagamenti || 10.471 || 40.471 || 60.571 || 60.471 || 80.471 || 90.571 || 90.471 || 80 || 30 || 30 || 30 || 603.497

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

3.2.2.     Impatt stmat tal-approprjazzjonijiet fuq l-approprjazzjonijiet tas-SESAR JU

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi.

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali)

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || TOTAL

Għan speċifiku: Koordinazzjoni tal-attivitajiet rilevanti kollha tar-R&I tal-ATM fl-UE u f’konformità mal-Pjan Regolatorju tal-ATM, kif speċifikat fil-Programm SESAR. || Impenji || 20.471 || 50.471 || 60.571 || 80.471 || 120.471 || 120.571 || 150.471 || 0 || 0 || 0 || 0 || 603.497

3.2.3.     Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tas-SESAR JU

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt:

Fl-għadd ta’ persunal fis-SESAR JU (għadd ta' persuni / ekwivalenti għall-full time)[29]

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || TOTAL

Aġenti temporanji || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39

li minnhom AD || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33

li minnhom AST || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

Aġenti kuntrattwali || -- || -- || -- || -- || -- || -- || - || -- || -- || -- || -- || --

Esperti Nazzjonali Sekondati || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

TOTAL || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD) || || || || || || || || || || || ||

Uffiċjali (Gradi AST) || || || || || || || || || || || ||

Aġenti temporanji || || || || || || || || || || || ||

li minnhom AD || || || || || || || || || || || ||

li minnhom AST || || || || || || || || || || || ||

Aġenti kuntrattwali || || || || || || || || || || || ||

Esperti Nazzjonali Sekondati || || || || || || || || || || || ||

TOTAL || 6.300 || 6.400 || 6.500 || 6.600 || 6.700 || 6.800 || 6.900 || 7.000 || 7.100 || 7.200 || 7.300 || 74.85

Jekk jogħġbok indika d-data ppjanata tar-reklutaġġ u adatta l-ammont kif xieraq (jekk ir-reklutaġġ isir f’Lulju, titqies biss 50% tal-ispiża medja) u agħti aktar spjegazzjonijiet fl-Anness, taqsima 3.

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani għad-DĠ li minnu hija mnissla

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

· Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || || || || || || ||

06 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni - 2AD + 1AST) || 0.393 || 0.393 || 0.393 || 0.393 || 0.393 || 0.393 || 0.393

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| || || || || || ||

· Persunal estern (f'Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) || || || || || || ||

06 01 02 01 - ENS 1 mill-'kwadru finanzjaru gobali') || 0.078 || 0.078 || 0.078 || 0.078 || 0.078 || 0.078 || 0.078

XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 04 ss[30] || - fil-Kwartieri Ġenerali[31] || || || || || || ||

- f’delegazzjonijiet   || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, SNE, INT- Riċerka diretta) || || || || || || ||

Intestaturi baġitjarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471 || 0.471

XX hija l-qasam ta’ politika jew titolu baġitjarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || - Appoġġ għall-Bord Amministrattiv; - Kuntatt mal-Kumitat tal-Ajru Uniku; - Kuntatt ma' oqsma ta' politika oħra; - Superviżjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-azzjoni lejn l-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM.

Il-persunal estern || - Riċerka dwar il-koordinazzjoni tal-ATM imwettqa fil-qafas tas-SESR ma’ attivitajiet oħra ta’ riċerka tal-avjazzjoni.

Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-ekwivalenti FTE fl-Anness, taqsima 3.

3.2.3.3.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għas-SESAR JU[32]

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

a.         Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani li għandhom ikunu ffinanzjati minn approprjazzjonijiet skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020.

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024

· Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || || || || || || ||

|| || || || || || ||

XX XX XX XX (Korp ta' sħubija pubblika-privata) || || || || || || ||

Uffiċjali (Gradi AD) || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Uffiċjali (Gradi AST) || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

|| || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[33]

XX XX XX XX (Korp ta' sħubija pubblika-privata) || || || || || || ||

TA || || || || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39 || 39

li minnhom AD || || || || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33 || 33

li minnhom AST || || || || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

KA || || || || __ || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

ENS || || || || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

INT || || || || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

TOTAL || || || || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42 || 42

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || L-iżgurar tal-ġestjoni finanzjarja u tal-programm sodda tas-SJU u l-programm SESAR permezz tal-ksib tal-għanijiet definiti fir-Regolament tal-Kunsill 219/2007 u l-Pjan Regolatorju Ewropew għall-ATM. Il-persunal jorjenta u jiżgura s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Programm SESAR, filwaqt li jikkonċentra fuq l-attivitajiet ewlenin u s-sottokuntrattar lil fornituri esterni — inkluża l-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ servizzi ta’ appoġġ (ITC, salarju u kalkoli tal-missjonijiet, eċċ).

Il-persunal estern || Fejn meħtieġ persunal b’għarfien espert speċifiku, partikolarment minn Stati Membri, jinġieb ġewwa s-SJU biex jikkomplimenta l-għarfien espert tekniku tal-persunal temporanju. Dan jiżgura fehim aħjar tal-ħtiġiet mistennija u l-organizzazzjoni tal-Istati Membri tal-UE u tal-Eurocontrol li fil-futur se jkunu qegħdin jimplimentaw ir-riżultati tal-Programm SESAR.

Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-ekwivalenti FTE fl-Anness, taqsima 3.

b.         Riżorsi umani ffinanzjati minn approprjazzjonijiet skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2007-2013[34]

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017

· Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || || || ||

|| || || ||

XX XX XX XX (Korp ta' sħubija pubblika-privata) || || || ||

Uffiċjali (Gradi AD) Uffiċjali (Gradi AST) || -- || -- || -- || --

Ÿ Persunal estern (f'Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[35]

Is-SESAR JU  (korp ta' sħubija pubblika-privata) || || || ||

TA || 39 || 39 || 39 || --

li minnhom AD || 33 || 33 || 33 || --

li minnhom AST || 6 || 6 || 6 || --

KA || -- || -- || -- || --

ENS || 3 || 3 || 3 || --

INT || -- || -- || -- || --

TOTAL || 42 || 42 || 42 || --

c.         Kontribut għall-ispejjeż kurrenti għal finalizzazzjoni ta’ attivitajiet iffinanzjati taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2007-2013

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| Sena || Sena || Sena ||

2014 || 2015 || 2016 || [36]

Kontribuzzjoni fi flus kontanti mill-UE || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000

Impenji (*)

Kontribuzzjonijiet fi flus kontanti minn partijiet terzi (Membri + Eurocontrol) || 5,819 || 8,204 || 8,204 ||

Impenji (ukoll = ħlasijiet) || 22,228

TOTAL || 5,819 || 8,204 || 8,204 ||

22,228

[37] It-total għall-kontribuzzjoni fi flus kontanti tal-UE għandu jkun daqs l-ammont fornit minn qabel fil-baġit għall-2013 għat-tlestija tal-attivitajiet għall-2007-2013 tal-korp.

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzonijiet f’EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || 2024 || Total

Kontribuzzjoni tal-Eurocontrol fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi || 1 || 2 || 0.250 || 3 || 5 || 5 || 1.300 || 1.300 || 1.300 || 1.300 || 1.300 || 22.75

Kontribuzzjoni ta' membri oħra fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 5 || 5 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 25

Il-kontribuzzjoni tal-Eurocontrol in natura għall-ispejjeż operattivi || 19 || 38 || 49.750 || 57 || 95 || 95 || 24.700 || 24.700 || 24.700 || 24.700 || 24.700 || 477.25

Il-kontribuzzjonijiet ta' membri oħra in natura għall-ispejjeż operattivi || 47.500 || 47.500 || 47.500 || 47.500 || 95 || 95 || 19 || 19 || 19 || 19 || 19 || 475

It-TOTAL ta' aproprjazzjonijiet kofinanzjati || 70 || 90 || 100 || 110 || 200 || 200 || 46 || 46 || 46 || 46 || 46 || 1000

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

– ¨            fuq riżorsi proprji

– ¨            fuq dħul ieħor

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 219/2007 skont l-Artikolu 171 (issa TFUE 187) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

[2]               SESAR, The Roadmap for Sustainable Air Traffic Management – European ATM Master Plan (it-2 edizzjoni), Ottubru 2012.

[3]               Baġit għall-Ewropa 2020, COM(2011)500 u COM(2011)398, it-tnejn bid-data 29.6.2011.

[4]               Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) – COM(2011) 811 finali.

[5]               Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 549/2004, Nru 550/2004, Nru 551/2004 u Nru 552/2004 tal-10.03.2004, ĠU L96, 31.03.2004, p. 1)

[6]               ĠU L300,14.11.2009 p. 34

[7]               Il-mekkaniżmi ta' governanza u inċentivi għall-użu tas-SESAR, il-pilastru teknoloġiku tal-Ajru Uniku Ewropew(2011) 923 finali.

[8]               Mid-Term Evaluation of the SESAR Joint Undertaking (TREN/A2/143-2007), Rapport Finali, 2010.

[9]               Report on the annual accounts of the SESAR Joint Undertaking for the financial year 2010 (2011/C 368/05) (ir-rapporti preċedenti huma kollha pożittivi). Rapport tal-Qorti tal-Awdituri, ĠU C 368/32.

[10]             Ammont indikattiv fi prezzijiet attwali. L-ammont se jiddependi mill-ammont finali miftiehem għal DĠ MOVE għat-tema “trasport għaqli, ekoloġiku u integrat” li se jiġi approvat mill-Awtorità Baġitarja fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni leġiżlattiva u finanzjarja.

[11]             Ammont indikattiv fi prezzijiet attwali.

[12]               ĠU C , , p. .

[13]               ĠU C , , p. .

[14]               ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1-11.

[15]               ĠU C 76, 25.3.2010, p. 28-31.

[16]               ĠU … [H2020 SP]

[17]               ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12-17.

[18]               ĠU L 248, 19.6.2002, p. 1.

[19]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1-96.

[20]               ĠU … [H2020 RfP]

[21]             Ammont indikattiv fi prezzijiet attwali. l-ammont finali se jiddependi fuq l-ammont miftiehem għal DĠ MOVE għat-tema “trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat” li se jiġi approvat mill-awtorità baġitarja fil-verżjoni finali u d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

[22]               ABM: Ġestjoni Ibbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[23]               Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzarju.

[24]               Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[25]               Kif imsemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju.

[26]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[27]               EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[28]               Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[29]               Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ tagħrif.

[30]               Sotto-limitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (l-eks linji "BA").

[31]               L-iktar għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[32]               Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ informazzjoni.

[33]               AK= Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”);

[34]               Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-tabella hija inkluża għal għanijiet ta’ tagħrif.

[35]               AK= Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”);

[36]              

[37]