Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parterċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri /* COM/2013/0500 final - 2013/0233 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Għanijiet tal-proposta L-għan ta' din il-proposta huwa
d-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Parlament, abbażi
tal-Artikolu 185 tat-TFUE, biex tipprovdi l-mezzi legali biex l-Unjoni
Ewropea tipparteċipa fil-Programm Konġunt Għixien Attiv u
Megħjun li qed isir minn diversi Stati Membri (il-Programm AAL - Active
and Assisted Living). L-għanijiet prinċipali tal-Programm
AAL huma: ·
Titjib tad-disponibbilità tal-prodotti u s-servizzi
bbażati fuq it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT
- Information and Communication Technology) għal tixjiħ attiv u
f'saħħtu, biex titjib il-kwalità tal-ħajja għall-anzjani u
dawk li jieħdu ħsiebhom u tiġir megħjuna ż-żieda
fis-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura; ·
Tinżamm massa kritika tar-riċerka
trans-Ewropea applikata, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għal prodotti u
servizzi bbażati fl-ICT għal tixjiħ tajjeb, b'mod partikolari
bl-invoviment tal-SMEs u l-utenti; ·
Ingranaġġ tal-investimenti privati u
t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-isfruttament industrijali permezz
tal-forniment ta' qafas koerenti għall-iżvilupp ta'
approċċi u soluzzjonijiet Ewropej li jinkludu standards minimi komuni
li jissodisfaw preferenzi soċjali u aspetti regolatorji nazzjonali u
reġjonali li jvarjaw. 1.2. Raġunijiet
għall-proposta It-tixjiħ demografiku ġie
identifikat fl-istrateġija Ewropa 2020 kemm bħala sfida kif ukoll
bħala opportunità għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklusiv. L-inizjattivi mexxejja "Aġenda Diġitali għall-Ewropa"
u "Unjoni tal-Innovazzjoni" it-tnejn li huma jindirizzaw
it-tixjiħ demografiku bħala prijorità. L-Aġenda Diġitali
tiffoka fuq servizzi, prodotti u proċessi innovattivi megħjuna
mill-ICT, u tinkludi diversi azzjonijiet dwar is-Saħħa Elettronika u
azzjoni speċifika dwar ir-rinfurzar tal-Programm AAL. Il-Programm AAL se
jagħmel kontribuzzjoni importanti għall-istrateġija Ewropa 2020
u l-inizjattivi ewlenin relatiti u se jgħin jindirizza l-bidla demografika
u joħloq opportunitajiet ġodda, b'mod partikolari għall-impriżi
żgħar u medji. Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar
it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu (EIP AHA) tistenna li
s-soluzzjonijiet tal-ICT ikollhom rwol importanti fl-ilħuq tal-miri
taħgha ta' sentejn ħajja b'saħħitha addizzjonali sal-2020
kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini u
t-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kura fl-Ewropa. Il-Programm AAL
huwa komponent maġġuri bħala sostenn għall-EIP AHA bl-innovazzjoni
bbażata fuq l-ICT għaliex jiffoka fuq il-parti tal-"Wied
tal-Mewt" tal-katina tal-innovazzjoni fejn ir-riżultati
tar-riċerka jeħtieġ li jiġu tradotti fi prodotti u servizzi
ġodda lesti biex jidħlu fis-suq. Il-Programm AAL se jibbenefika wkoll
mill-EIP għaliex l-EIP se taċċellera l-ħolqien fis-suq,
l-użu fuq skala kbira u tikkontribwixxi wkoll għal titjib
fil-kundizzjonijiet limitattivi għas-suq: pereżempju
l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà, li ma humiex koperti mill-Programm,
iżda li jissemmew fl-evalwazzjoni u l-konsultazzjonijiet bħala
ostakli għall-varar. Il-Programm AAL huwa kkumplimentat minn inizjattivi
maġġuri nazzjonali, bħal inizjattiva nazzjonali fuq AAL u
t-tixjiħ fil-Ġermanja, Pjattaforma tal-Innovazzjoni
għall-Għixien Megħjun fir-Renju Unit u Pjattaforma
tal-Innovazzjoni fit-Tixjiħ fi Franza. B'dawn il-programmi interrelatati li b'mod
konġunt ikopru parti sinifikanti tal-'katina' tar-riċerka u
l-innovazzjoni, l-Ewropa għandha saħħa unika globali fl-ICT,
għat-tixjiħ tajjeb. Il-Programm AAL jikkumplimenta sew l-ICT proposta
u l-attivitajiet tar-riċerka aktar fit-tul u l-innovazzjoni u
l-validazzjoni fis-suq dwar it-tixjiħ taħt il-Programm Qafas Orizzont
2020. Il-Programm AAL jikkumplimenta wkoll
l-Inizzjattiva Konġunta tal-Ipprogrammar (JPI - Joint Programming
Initiative) "Aktar Snin, Ħajjiet Aħjar" dwar il-bidla demografika
li tiġbor flimkien 13-il pajjiż Ewropew, biex tindirizza
għarfien ġdid ibbażat fix-xjenza għat-tfassil tal-politika
dwar it-tixjiħ fil-futur, ibbażat fuq firxa mifruxa ta' oqsma
tar-riċerka. Il-Programm AAL jista' jipprovdi kuntest ta' applikazzjoni
għar-riċerka milutidixxiplinarja tal-JPI u jikkontribwixxi
għall-aġenda tar-riċerka tal-JPI bl-esperjenza tal-utenti,
filwaqt li jikkondividi l-metodoliġiji tar-riċerka
bħall-approċċ tal-mixja tal-ħajja. Meħuda flimkien, dawn l-inizjattivi
jkopru parti kbira mill-katina mir-riċerka fundamentali sat-teħid
fis-suq, kif huwa rrakkomandat minn għadd ta' valutazzjonijiet
indipendenti dwar il-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, kif
ukoll mid-dokumenti tal-politika tal-UE. Dawn is-sinerġiji se jkomplu
jissaħħu taħt il-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont
2020, il-Programm Qafas tar-Riċerka għall-2014-2020, li għandu
taqsima speċifika għall-isfidi tas-soċjetà, fejn
is-Saħħa, il-Bidla Demografika u l-Benessri huma wħud
mill-prijoritajiet. Il-Programm AAL jissemma bħala wieħed
mill-inizjattivi tal-Artikolu 185 TFUE li huma eliġibbli għal
appoġġ kontinwu, sakemm jissodisfaw sett ta' kriterji. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni dwar il-futur
fuq JP tal-AAL Il-Kummissjoni kkonsultat il-pjanijiet
għall-Programm AAL ma' diversi partijiet interessati interni u esterni.
Il-Konsultazzjoni Pubblika fuq l-internet dwar l-EIP AHA li twettqet fl-2011
attirat 524 tweġiba li esprimew l-opinjonijiet tagħhom dwar
l-inizjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali eżistenti
għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu;
minn. Madwar 38% tat-tweġibiet waslu minn istituzzjonijiet governattivi,
23% mill-industrija inkluż l-SMEs, 7% mis-settur tas-saħħa u
l-kura soċjali, 17% mir-riċerka u l-akkademja u 15%
mill-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-persuni anzjani.
Il-konsultazzjoni wriet li l-involviment tal-utenti aħħarin
fl-istadju tal-iżvilupp mhux suffiċjenti, li huwa l-iżjed ostaklu
sinifikanti għall-innovazzjoni. F'Diċembru 2010
twettqet evalwazzjoni interim tal-JP tal-AAL preżenti minn ħames
esperti ta' livell għoli mmexxija mill-Kummissarju Preċedenti M.
Kuneva[1].
Din kienet tinkludi intervisti ma' iktar minn 40 parti interessata direttament
involuti fil-katina tal-valur tal-JP tal-AAL magħżula minn madwar
l-Ewropa. Madwar 33% tat-tweġibiet waslu minn istituzzjonijiet
governattivi, 27% mill-industrija inkluż l-SMEs, 27% mir-riċerka u
l-akkademja u 11 % mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw
il-persuni anzjani. Il-panil tal-evalwazzjoni enfasizza li
huwa importanti għall-JP tal-AAL u s-segwitu tiegħu biex
jiżguraw prestazzjoni operattiva għolja, ikomplu jżidu l-iffukar
fuq soluzzjonijiet b'mira mifruxa fis-sitwazzjonijiet tal-ħajja reali,
jippromwovu t-teknoloġija għal dawk li jieħdu ħsieb u
l-intermedjarji u jsaħħu r-rabtieti mal-utenti u jiżguraw
l-attivitajiet tal-varar. Barra minn hekk fl-2010 twettqet
komsultazzjoni pubblika fuq l-internet dwar il-JP tal-AAL u fl-2011 ġew
mistħarrġa l-proġetti ffinanzjati taħt il-JP tal-AAL. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll il-parti
differenti tagħha permezz ta' laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija
tal-Valutazzjoni tal-Impatt fl-2012, li kkontribbwew għall-ippjanar u
l-pjan direzzjonali għall-preparazzjoni tar-rapport tal-Valutazzjoni
tal-Impatt, b'mod partikolari li jikkonċerna d-dikjarazzjoni tal-problema
u r-rilevanza tal-JP tal-AAP għad-DĠs l-oħra. Il-Grupp ta'
Koordinazzjoni tal-Artikolu 185 immexxi mid-DĠ RTD kkontribwixxa
għall-istruttura u l-argumentazzjoni ta' dan ir-rapport. 2.2. L-għażliet
tal-politika Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt kien
jinkludi l-għażliet li ġejjin: Għażla 1 - JP2
tal-AAL identiku għal JP1 tal-AAL - Din l-għażla ta' żamma
tal-istatus quo hija xenarju linja bażi li jippreżenta
l-kontinwazzjoni tal-JP tal-AAL għas-snin 2014 - 2020, bħall-JP
tal-AAL preżenti li jkopri s-snin 2008 sa 2013. Għażla 2 -
L-ebda JP2 tal-AAL - Din l-għażla tfisser li ma hemmx programm u
konfinanzjament tal-UE ddedikati biex iġiebu flimkien ir-riċerka
nazzjonali u l-programmi tal-innovazzjoni fil-qasam tal-ICT
għat-tixjiħ tajjeb fil-livell tal-UE wara l-2013. Il-flus riservati
għas-segwitu tal-JP tal-AAL taħt Orizzont 2020 propost jistgħu
jintefu - jekk jiġi adottat - fuq riċerka addizzjonali
għat-tixjiħ, sew fi ħdan il-qafas ta' Orizzont 2020. Għażla 3 - Din
l-għażla ta' segwitu għall-JP1 tal-AAL tkun tinkludi kamp ta'
applikazzjoni adattat u implimentazzjoni mtejba. Il-kamp ta' applikazzjoni
tal-programm JP2 tal-AAL ikun allinjat mal-kamp ta' applikazzjoni komplut tal-EIP
AHA. Apparti mill-pilastru tat-Tixjiħ Attiv u l-Għixien Indipendenti
tal-EIP AHA, ikunu koperti wkoll iż-żewġ pilastri l-oħrajn:
Prevenzjoni, skrinjar u dijanjożi bikrija, u Kura u Fejqan. Minħabba
l-bidla tal-kamp tal-applikazzjoni permezz tal-allinjament mal-EIP AHA, l-isem
tal-programm jinbidel minn JP tal-Għixien Megħjun Kontestwalment
għal JP tal-Għixien Attiv u Megħjun. Il-programm ikun
kofinanzjat mill-Istati Membri kif ukoll mill-parteċipanti
tal-proġett l-istess bħall JP tal-AAL preżenti mill-2008 sa
l-2013. Il-livell tal-finanzjament tal-KE minn Orizzont 2020 ikun qed jibqa
l-istess bħall-FP7. Din l-għażla tkun
tfisser ukoll aktar involviment tal-utenti aħħarin, tinfirex
il-bażi tal-finanzjament għall-atturi kollha, u titjib
tal-prestazzjoni operattiva. 2.3. Konsultazzjoni dwar
il-valutazzjoni tal-impatt Dawn l-għażliet ġew riveduti fi
Frar 2012 mill-Assemblea Ġenerali tal-JP tal-AAL, li kkonkludiet b'vot li
t-tkomplija tal-programm hija ta' importanza strateġika u li 15 mit-23
preżentament pajjiżi parteċipanti ddikjaraw l-Għażla 3
bħala x-xenarju preferut tagħhom. It-tieni għażla
ppreferuta kienet li jitkompla l-programma fil-forma preżenti tiegħu,
irrapreżentata bħala l-Għażla 1. Żewġ
pajjiżi biss ma ridux jappoġġaw li jitkompla l-programm -
l-Għażla 2. F'Novembru 2012, il-Bord
tal-Valutazzjoni tal-Impatt irreveda u approva r-rapport. Fl-Opinjoni
tiegħu talab għal titjib fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt,
liema talba ġiet ikkunsidrata. B'mod partikolari r-rapport issa jispjega aħjar
l-kuntest tal-politika, il-problemi li fadal, in-nuqqasijiet tas-suq u
x-xenarju linja bażi. L-għanijiet ġew riveduti biex jipprovdu
bażi solida għall-kejl tal-progress tal-JP2 tal-AAL. Xenarji ta'
finanzjament differenti intwerew f'manjiera iktar komprensiva fl-analiżi
tas-sensittività u l-impatti possibbli soċjali u tas-saħħa
komplew jiġu żviluppati. Finalment ġie inkluż it-tqabbil
tal-għażliet f'termini ta' effettività, effiċjenza u koerenza. 3. ELEMENTI
LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi legali Ilproposta għall-Programm tal-AAL hija
bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprevedi li l-Unjoni tista' tagħmel
provvediment għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-programmi
ta' riċerka u żvilupp imwettqa minn diversi Stati Membri, inkluż
il-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni
ta' dawk il-programmi. 3.2. Prinċipju
tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika
għaliex il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni
Ewropea. Is-sussidjarjetà hija salvagwardjata billi l-proposta tiġi
bbażata fuq l-Artikolu 185 li b'mod espliċitu jipprevedi
l-parteċipazzjoni tal-unjoni fil-programmi tar-riċerka mwettqa minn
diversi Stati Membri. Permezz tal-implimentazzjoni tal-aspetti operattivi
kollha fejn possibbli fil-livell nazzjonali, filwaqt li jiġi żgurat
approċċ koerenti fil-livell Ewropew tal-programm konġunt. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux
jiġu suffiċjentament milħuqa mill-Istati Membri waħedhom
għaliex l-għarfien speċifiku u l-eċċellenza
meħtieġa għar-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti u
servizzi bbażati fl-ICT għat-tixjiħ huma mifruxa fuq
il-fruntieri nazzjonali u għalhekk ma jistgħux jiġu kkumbinati
fil-livell nazzjonali biss. Mingħajr approċċ koerenti fil-livell
Ewropew flimkien ma' massa kritika, hemm riskju għoli ta' duplikazzjoni
ta' sforzi bil-konsegwenza ta' żieda fl-ispejjeż. Barra minn hekk,
mhuwiex probabbli li jkun jista' jiġi stabbilit suq intern ġenwin
għal soluzzjonijiet interoperabbli tal-ICT għal tixjiħ tajjeb
mingħajr programm konġunt b'dimensjoni Ewropea. Il-valur miżjud tal-UE huwa marbut
direttament mal-problemi: frammentazzjoni tas-suq tal-UE u tal-isforzi
tar-riċerka, nuqqas ta' fokus fuq il-varar trans-UE u nuqqas ta'
viżjoni kondiviża fis-swieq tal-ICT u t-tixjiħ sew. 3.3. Prinċipju
tal-proporzjonalità L-Artikolu 185 tat-TFUE jisiteden
lill-Unjoni biex 'tagħmel provvediment, fi qbil mal-Istati Membri
kkonċernati, għall-parteiċpazzjoni fil-programmi ta'
riċerka u żvilupp li jsiru minn diversi Stati Membir, inkluż
parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta'
dawk il-programmi.' L-Istati Membri huma l-ixprunaturi tal-inizjattiva. Il-proposta hija konformi mal-priniċpju
tal-proporzjonalità għaliex l-Istati Membri se jkunu responsabbli
mill-iżvilupp tal-programm konġunt tagħhom u l-aspetti
operattivi kollha. L-istruttura tal-implimentazzjoni ddedikata,
l-Assoċjazzjoni AAL diġà wriet għall-JP tal-AAL preżenti li
tista' timplimenta l-programm b'mod effiċjenti u effettiv. L-Unjoni se
tipprovi inċentivi għal koordinazzjoni imtejba, tiżgura
sinerġiji ma' u kontribuzzjoni għall-politiki tal-UE u
għall-prijoritajiet ta' Orizzont 2020, tagħmel monitoraġġ
tal-implimentazzjoni tal-programm u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi
finanzjarji tal-UE. Notevolment, l-istrutura organizzattiva
proposta tiżgura piż amminsitrattiv minimu, billi x-xogħol
amminsitrattiv prinċipali jsir permezz tal-aġenziji nazzjonali
taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà kumplessiva
tal-Assoċjazzjoni AAL maħluqa għal dan l-iskop. 3.4. Għażla
tal-istrument L-istrumet propost huwa Deċiżjoni
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 185
tat-TFUE. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim u l-analiżi
tal-għażliet fil-valutazzjoni tal-impatt urew li l-Artikolu 185
huwa l-iktar mezz adattat għall-kisba tal-għanijiet tal-programm AAL. 3.5. Derogi minn Orizzont 2020
Regoli għall-Parteċipazzjoni Derogi mid-dispożizzjonijiet li
ġejjin tar-Regolament (UE) Nru ... [Regoli għall-parteċipazzjoni
u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020] huma neċessarji biex jippermettu
l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u l-protezzjoni tad-Drittijiet
tal-Proprjetà Intellettwali biex jiġu implimentati skont ir-regoli
għall-parteċipazzjoni tal-programmi nazzjonali parteċipanti. ·
Verifika tal-kapaċità finanzjarja hija
estiża għall-parteċipanti kollha u mwettqa mill-aġenziji
nazzjonali ta' finanzjament parteċipanti. Art. 14.5 ·
L-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata ma
tidħolx fi ftehim mal-benefiċjarji finali: Art. 16(1) ·
Applikazzjoni tar-regoli nazzjonali
għall-finanzjament, eliġibbiltà tal-ispejjeż, ċertifikati
dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u ċertifikati dwar
il-metodoloġija: Art. 19[(1), (5) sa (7)] u Art. 22-29 ·
Regoli li jamministraw l-IPR u disseminazzjoni
tar-riżultati wara r-regoli nazzjonali: Art. 38-45 Dan huwa ġustifikat għaliex
il-Programm AAL huwa intenzjonat bħala programm viċin tas-suq, fejn
ħafna flussi differenti ta' finanzjamenti nazzjonali huma miġbura
flimkien (bħall-innovazzjoni tar-riċerka, il-programmi ta'
finazjament tas-saħħa u l-industrija). Dawn il-programmi min-natura
tagħhom għandhom regoli ta' parteċipazzjoni differenti u ma
jistgħux jiġu mistennija li jallinjaw kompletament mar-Regoli ta'
Parteċipazzjoni ta' Orizzont 2020. Flimkien mal-Programm AA fl-immirara tal-impriżi
żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet tal-utenti li normalment ma
jipparteċipawx fl-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE.
Sabiex jonqos il-livell limitu amministrattiv u legali
għall-parteċipazzjoni tagħhom, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
tiġi pprovduta skont ir-regoli tal-programi nazzjonali ta' finanzjament
tagħhom li huma iżjed imdorrijin għalihom u implimentati permezz
ta' għotja unika flimkien mal-appoġġ pubbliku nazzjonali
korrispondenti. Il-JP tal-AAL (2008-2013) wriet li dan l-approċċ
ħadem sew u ppermetta li jattira parteċipazzjoni għolja ta'
iktar minn 40% ta' impriżi żgħar u medji. Il-proposta tipprovdi salvagwardji li jixirqu
biex jiggarantixxu rispett tal-prinċipji tat-trattament ekwu u
t-trasparenza mill-istruttura ta' implimentazzjoni ddedikata meta jipprovdu
appoġġ finanzjarju lill-partijiet terzi, kif ukoll
għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Tipprevedi wkoll
l-inklużjoni ta' dispożizzjonijeit dettaljati għal dan il-għan
fi ftehim li għandu jiġi konkluż mill-Unjoni u l-istrutura ta'
implimentazzjoni dedikata. 4. IMPLIKAZZJONI
BAĠITARJA Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja
Leġiżlattiva ppreżentata permezz ta' din id-deċiżjoni
tiffissa l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi.
Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni u tal-ftehim ta' delega li
għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-istruttura dedikata
ta' implimentazzjoni għandhom jiżguraw li jiġu protetti
l-interessi finanzjarji tal-UE. L-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-UE se
jkun EUR 175,000,000 mill-baġit ta' DĠ Connect ta' Orizzont 2020
allokat għall-Isfida tas-Soċjetà 1, saħħa tematika, bidla
demografika u benessri.[2] 5. ELEMENTI
FAKULTATTIVI 5.1. Simplifikazzjoni Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni tal-proċeduri
amministrattivi għall-partijiet privati. Notevolment, ir-riċevituri
tal-fondi ta' riċerka mill-programm konġunt il-ġdid se
jibbenefikaw minn skema unika kontraenti u ta' pagament bl-użu ta' regoli
nazzjonali familjari mingħajr xi ħtieġa ta' rapportar separat
fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. L-UE se tittratta direttament
mal-Assoċjazzjoni AAL, li se tkun responsabbli mill-allokazzjoni,
il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-użu tal-kontribuzzjoni
tal-UE. 5.2. Klawżola ta’
eżami/reviżjoni/sunset Il-proposta tinkludi klawżola ta' eżami għal
reviżjoni f'nofs it-term wara tlett snin. Id-durata globali se tkun
limitata għal seba' snin ta' intervent u tlett snin addizzjonali
għat-tlestija. 5.3. Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u
għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona
Ekonomika Ewropea. 2013/0233 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-parterċipazzjoni tal-Unjoni
fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u
Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati
Membri (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidaraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 u
t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-Kummissjoni,
fil-Komunikazzjoni tagħha "Ewropa 2020 Strateġija għal
tkabbir sostenibbli u inklusiv'[4],
tisħaq il-ħtieġa li tiżviluppa kundizzjonijiet favorevoli
għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni sabiex tikseb tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklusiv fl-Unjoni. Kemm il-Parlament Ewropew
kif ukoll il-Kunsill ħaddnu dik l-istrateġija. (2) Orizzont 2020 - il-Programm
Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-parlament
Ewropew u tal-Kunsill ta' ... 2013[5]
(minn hawn 'il quddiem 'Programm Qafas Orizzont 2020') jimmira li jikseb impatt
ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkontribwixxi
għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi,
inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mwettqa
minn diversi Stati Membri skont l-Artikolu 185 tat-Trattat. (3) Id-Deċiżjoni Nru
742/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar
il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm tar-riċerka u l-iżvilupp
mwettaq minn diversi Stati Membri mmirat lejn it-titjib tal-kwalità
tal-ħajja ta' persuni anzjani permezz tal-użu ta' teknoloġiji
tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ġodda[6]
tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-komunità għall-Programm
Konġunt tar-Riċerka u Żvilupp Għixien Megħjun
Kontestwalment (minn hawn 'il quddiem "JP tal-AAL") li jaqbel ma' dak
tal-Istati Membri iżda li ma jaqbiżx il-EUR 150 000 000
għad-durata tas-Seba' Programm Qafas tal-Kominutà Ewropea
għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitjiet ta'
demostrazzjoni (2007-2013) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni
1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006[7]. (4) F'Diċembru tal-2012,
il-Kummissjoni kkonumikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar
l-evalwazzjoni interim tal-JP tal-AAL[8].
L-evalwazzjoni twettqet minn panil espert. L-opinjoni kumplessiva ta' dak
il-panil espert kienet li l-JP tal-AAL kien kiseb progress tajjeb lejn
l-għanijiet tiegħu u riżultati ammirevoli u li għandu
jkompli lil hinn mill-perjodu ta' finanzjament preżenti. Il-panil espert
innota madankollu xi nuqqasijiet, notevolment il-ħtieġa għal
involviment iktar b'saħħtu fi proġetti u iktar titjib
tal-prestazzjoni operattiva f'termini taż-żmien għall-kuntratt u
ż-żmien għall-pagamenti. [ (5) Il-Kummissjoni,
fil-komunikazzjoni tagħha intitolata 'Il-ġejjieni demografiku ta’
l-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità'[9],
saħħqet fuq il-fatt li t-tixjiħ demografiku huwa wieħed
mill-isfidi ewlenin li qed jaffaċċaw l-Istati Membri kollha u li
l-użu li qed jiżdied ta' teknoloġiji ġodda jista'
jgħin biex nikkontrollaw l-ispejjeċ, intejbu l-benessri u nippromwovu
parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà tal-persuni azjani, kif ukoll
intejbu l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. (6) Il-Kummissjoni,
fil-komunikazzjoni tagħha intitolata 'Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020
Unjoni tal-Innovazzjoni'[10],
indikat li t-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa wieħed mill-isfidi
tas-soċjetà fejn l-iskoperti fl-innovazzjoni jistgħu jkollhom rwol
importanti u jħeġġu l-kompetittività, jgħinu lill-kumpaniji
Ewropej biex imexxu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, biex
ikabbru u jassumu tmexxija globali fis-swieq il-ġodda ta' tkabbir, itejbu
l-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi u b'hekk
jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' għadd kbir ta' impjiegi
ġodda ta' kwalità. (7) Il-Kummissjoni,
fil-komunikazzjoni tagħha intitolata 'Inizjattiva Ewrlenija Ewropea
Aġenda Diġitali għall-Ewropa'[11],
ipproponiet li tirrinforza l-JP tal-AAL sabiex tgħin tindirizza l-isfidi
tal-popolazzjoni li qed tixjiħ. (8) Il-Kummissjoni,
fil-komunikazzjoni tagħha intitolata 'Il-progress tal-Pjan Strateġiku
tal-Implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar
it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu'[12],
ipproponiet li tqies il-prijoritajiet rilevanti tal-Pjan għall-programmi u
l-istrumenti tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-futur li huma parti
mill-Programm Qafas Orizzont 2020. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li tiqes
l-kontribuzzjonijiet li jistgħu jsiru mill-JP tal-AAL lill-Isħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu. (9) Taħt l-Isħubija
Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu
stabbilita taħt l-Unjoni tal-Innovazzjoni, is-soluzzjonijiet tal-ICT huma
mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ilħuq tal-miri tagħha ta'
sentejn ħajja addizzjonali b'saħħithom sal-2020 kif ukoll
it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini u t-titjib
fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kura fl-Unjoni. Il-Pjan Strateġiku ta'
Implimentazzjoni tagħha jiffissa l-prijoritajiet biex jaċċellera
u jżid l-innovazzjoni fit-tixjiħ attiv u f'saħħtu madwar
l-Unjoni, fi tlett dominji: il-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa,
il-kura u l-fejqan, u l-għixien indipendenti u l-inklużjoni
soċjali. (10) Il-Programm tar-Riċerka u
l-Iżvilupp Għixien Megħjun Kontestwalment (minn hawn 'il quddiem
'il-programm AAL') għandu jibni fuq il-kisbiet tal-programm
preċedenti u jindirizza n-nuqqasijiet tiegħu billi
jħeġġeġ parteċipazzjoni iktar tal-utenti
fil-proġetti u permezz ta' implimentazzjoni tal-programm b'inqas intoppi. (11) Għandu jiġi
stabbilit limitu għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm AAL
għad-durata tal-Programm Qafas Orizzont 2020. Il-parteċipazzjoni
tal-Unjoni fil-Programm AAL ma għandhiex taqbeż il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Istati Parteċipanti għad-durata tal-Programm Qafas
Orizzont 2020 sabiex tikseb effett ta' lieva għoli u tiżgura
l-involviment attiv tal-Istati Parteċipanti fl-ilħuq
tal-għanijiet tal-Programm. (12) F'konformità
mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PQ Orizzont 2020], kwalunkwe
Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont
2020 għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-Programm AAL. (13) Sabiex ikun żgurat li
impenn finanzjarju mill-Unjoni ikun imqabbel mill-Istati Parteċipanti,
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun suġġetta
għal impenji formali mill-Istati Parteċipanti qabel il-varar
tal-Programm AAL u l-ilħuq tagħhom. Il-kontribuzzjoni tal-Istati
Parteċipanti għall-Programm AAL għandha tinkludi l-ispejjeż
amminsitrattivi mġarrba fil-livell nazzjonali għall-operat effettiv
tal-programm. (14) L-implimentazzjoni
konġunta tal-Programm AAL tirrikjedi struttura ta' implimentazzjoni.
L-Istati Parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni
għall-Programm AAL u fl-2007 stabbilixxew l-Assoċjazzjoni
tal-Għixien Megħjun Kontestwalment IASBL, organizzazzjoni
internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ taħt il-liġi
Belġjana (minn hawn 'il quddiem 'AALA'). Għalhekk, fejn skont
ir-rapport tal-Evalwazzjoni Interim, l-istruttura eżistenti tal-governanza
tal-JP tal-AAL tat prova li hija effiċjenti u ta' kwalità tajba, l-AALA
għandha tinuża bħala struttura ta' implimentazzjoni u
għandu jkollha r-rowl bħala l-korpa ta' allokazzjoni u
monitoraġġ tal-Programm AAL. L-AALA għandha ġġestixxi
l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandha tiżgura
limplimentazzjoni effiċjenti tal-Programm AAL. (15) L-AALA, sabiex tikseb
l-għanijiet tal-Programm AAL, għandha tipprovdi appoġġ
finanzjarju primarjament permezz ta' għotjiet lill-parteripanti
f'azzjonijiet magħżula mill-AALA. Dawk l-azzjonijiet għandhom
jintgħażlu wara sejħiet għall-proposti taħt
ir-responsabbiltà tal-AALA< li għandha tkun assistita minn esperti
esterni indipendenti. Il-lista tal-klassifikazzjoni għandha tkun
vinkolanti fir-rigward tal-għażla tal-proposti u l-allokazzjoni ta'
fondi mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u mill-baġits nazzjonali
għall-proġetti tal-Programm AAL. (16) Il-kontribuzzjoni finanzjara
tal-Unjoni għandha tkun ġetstita skont il-prinċipju ta'
ġestjoni soda tal-finanzi u mar-regoli ta' ġestjoni indiretta
stipulati fir-Regolament (UE, Euroatom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[13]
u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru
2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[14]. (17) Il-Kummissjoni, sabiex
tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkollha d-dritt
li tnaqqas, iżżomm jew tittermina l-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni fejn il-Programm AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat,
parzjalment jew tard, jew l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew
jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament tal-Programm AAL.
Dawk id-drittijiet għandhom jiġu pprovduti fil-ftehim ta' delega li
għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-AALA. (18) Il-parteċipazzjoni
f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Programm AAL hija suġġetta
għar-Regolament (UE) Nru ... /2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill ta' ... 2013 li jistabbilixxi r-regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fil-'Programm Qafas
għar-Riċerka ul-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)'[15]. Madankollu, minħabba
ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-Programm AAL hemm
bżonn li jiġu pprovduti derogi mir-Regolament skont
l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament. (19) Hemm bżonn ta' derogi
speċifiċi mir-Regolament (UE) Nru ... / 2013 [Reg.
għall-Part. f'Orizzont 2020] għaliex il-Programm AAL huwa intenzjonat
bħala programm li huwa qrib l-innovazzjoni tas-suq, fejn jiġu
miġbura flimkien ħafna flussi differenti ta' fondi nazzjonali
(bħall-innovazzjoni tar-riċerka, il-programmi ta' finanzjament
tas-saħħa u l-industrija). Dawk il-programmi nazzjonali għandhom
min-natura tagħhom regoli ta' parteċipazzjoni differenti u ma
jistgħux ikunu mistennija li jallinjaw kompletament mar-Regolament (UE)
Nru .../2013 [Reg. għall-Part. f'Orizzont 2020]. Addizzjonalment,
il-Programm AAL qed jimmira b'mod partikolari l-impriżi żgħar u
medji u organizzazzjonijiet tal-utenti li normalment ma jipparteċipawx
fl-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni. Il-kontribuzzjoni
finazjarja tal-Unjoni, sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' dawk
l-impriżi u organizzazzjonijiet, hija pprovduta skont ir-regoli
magħrufa sew tal-programmi ta' finanzjament nazzjonali tagħhom u
implimentati permezz ta' għotja unika li tikkombian l-finanzjament
tal-Unjoni mal-finanzjament nazzjonali korrispondenti. (20) L-interessi finanzjarji
tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati
matul iċ-ċiklu tan-nefqa kollu, inkluż il-prevenzjoni,
id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi
mitlufa, imħallsa b'mod skorrett jew użti b'mod skorrett u, fejn
jixraq, penali amminsitrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom
(Nru 966/2012, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, ir-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[16], ir-Regolament tal-Kunsill
(EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u
l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi
l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[17] u r-Regolament tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999 (KE) tal-25 ta' Mejju 1999 dwar
investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra
l-Frodi (OLAF)[18]. (21) Il-Kummissjoni għandha
twettaq evalwazzjoni interim li tivvaluta b'mod partikolari l-kwalità u
l-effiċjenza tal-Programm AAL u l-progress lejn l-għanijiet ffissati,
kif ukoll evalwazzjoni finali, u tipprepara rapport dwar dawk
l-evalwazzjonijiet. (22) L-evalwazzjoni għandha
tkun ibbażata fuq informazzjoni preċiża u aġġornata.
Fuq talba mill-Kummissjoni, l-AALA u l-Istati Parteċipanti għandhom
għalhekk jissottomettu kwalunkwe informazzjoni li l-Kummissjoni tkun
teħtieġ fir-rapporti dwar l-evalwazzjoni tal-Programm AAL. (23) Il-Programm AAL għandu
jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkonforma
mal-prinċipji etiċi kif rifless fil-Programm Qafas Orizzont 2020. (24) Peress li l-Istati
Parteċipanti ddeċidew li jkomplu l-Programm AAL u l-għanijiet
tieħgu jappoġġaw direttament u jikkumplimentaw l-politiki
tal-Unjoni fil-qasam tat-tixjiħ attiv u f'saħħtu u minħabba
li l-għanijiet tal-Programm AAL ma jistgħux jintlaħqu b'mod
suffiċjenti mill-Istati Membri waħdidhom u jistgħu,
minħabba d-daqs tal-azzjoni, jinksibu aħjar fil-livell tal-Unjoni,
l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-priniċpju ta' susssidjarjetà
kif hemm stipulat fl-Artikolu 5 at-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif hemm stipulat f'dak l-Artikolu, din
id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dawk li huwa neċessarju
sabiex jinlaħqu dawk l-għanijiet, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Parteċipazzjoni
fil-Programm AAL 1. L-Unjoni għandha
tipparteċipa fil-Programm tar-Riċerka u l-Iżvilupp
għall-Għixien Megħjun Kontestwalment (minn hawn 'il quddiem
il-'Programm AAL') li qed isir flimkien minn [l-Awstrija, il-Belġju,
Ċipru, id-Danimarka, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Lussemburgu,
il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Polonja, is-Slovenja,
Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit u l-Isvizzera] (minn hawn 'il quddiem l-'Istati
Parteċipanti'), skont il-kunidzzjonijiet stipulati f'din
id-Deċiżjoni. 2. Kwalunkwe Stat Membru
ieħor u kwlaunkwe pajjiż ieħor assoċjat mal-Programm Qafas
għar-riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) stabbilit
permezz tar-Regolament (UE) Nru .../2013 (minn hawn 'il quddiem
il-'Programm Qafas Orizzont 2020') jistgħu jingħaqdu mal-programm AAL
sakemm jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1)(c) ta' din
id-Deċiżjoni. Dawk l-Istati Membri u pajjiżi assoċjati li
jissodisfaw il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 3(1)(c) għandhom
jitqiesu bħala Stati Parteċipanti għall-fini ta' din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
massima tal-Unjoni għall-Programm AAL li tkopri l-ispejjeż amminsitrattivi
u l-ispejjeż opreattivi għandha tkun EUR 175.000.000.
Il-kontribuzzjoni għnadha titħallas mill-approprjazzjonijiet
fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-partijiet rilevanti
tal-Programm Speċipfiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020
stabbilit permezz tad-Deċiżjoni .../2013/UE skont
l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE,
Euratom) Nru 966/2012. 2. L-impenn finanzjarju annwali
tal-Unjoni għall-Programm AAL ma għandux jaqbeż l-impenn
finanzjaru annwali għall-Programm AAL mill-Istati Parteċipanti. 3. Massimu ta' 6%
tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jintuża biex
jikkontribwixxi għall-ispejjeż amministrattivi tal-Programm AAL. Artikolu 3 Kundizzjonijiet
għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni għandha tkun kondizzjonali fuq li ġej: (a)
prova mill-Istati Parteċipanti li l-Programm
AAL huwa stabbilit skont l-Annessi I u II; (b)
in-nomina mill-Istati Parteċipanti jew
mill-organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Parteċipanti,
tal-Assoċjazzjoni tal-Għixien Megħjun Kontestwalment,
assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ taħt il-liġi
Bleġjana (minn hawn 'il quddiem 'AALA'), bħala l-istruttura
responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm AAL u mill-allokazzjoni u l-monitoraġġ
tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni; (c)
l-impenn ta' kull Stat Parteiċpanti biex
jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Programm AAL; (d)
prova mill-AALA tal-kapaċità tagħha biex
timplimenta l-Programm AAL inkluż l-allokazzjoni u l-monitoraġġ
tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-ġestjoni indiretta
tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikoli 58, 60 u 61 tar-Regolament (UE,
Euratom) Nru 966/2012; (e)
l-istabbilment ta' mudell ta' governanza
għall-Programm AAL skont l-Anness III. 2. Matul l-implimentazzjoni
tal-Programm AAL< il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun
kondizzjonali ukoll fuq li ġej: (a)
l-implimentazzjoni mill-AALA tal-għanijiet
tal-Programm AAL kif stipulati fl-Anness I u l-attivitajiet stipulati fl-Anness
II skont ir-Regolament (UE) Nru ...[Regoli għall-aprteċipazzjoni u
d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], suġġett
għall-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni; (b)
l-istabbiliment ta' mudell amministrattiv xieraq u
effiċjenti skont l-Anness III. (c)
il-konformità mill-AALA mar-rekwiżiti ta'
rapportar stipulati fl-Artikolu 60 (5) tar-Regolament (UE, Euratom)
Nru 966/2012. (d)
l-ilħuq tal-impenji minn kull Stat
Parteċipanti msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-ilħuq
tal-impenji annwali biex jikkontribwxxi għall-finanzjament tal-Programm
AAL. Artikolu 4
Kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti 1. Il-kontribuzzjonijiet
mill-Istati Parteċipanti għandhom jikkonsistu minn dawn li
ġejjin: (a)
il-kontribuzzjonijiet finanzjarji
għall-azzjonijiet indiretti appoġġati taħt il-Programm AAL
skont l-Anness II; (b)
kontribuzzjonijiet in natura li jikkorrispondu
għall-ispejjeż amministrattivi mġarrba mill-amministrazzjonijiet
nazzjonali għall-implimentazzjoni effettiva tal-Programm AAL skont
l-Anness II. Artikolu 5 Regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni 1. Għall-iskopijiet
tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u
d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], l-AALA għandha tiġi kkunsidrata
bħala korp ta' fondi u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju
għall-azzjonijiet indiretti skont l-Anness II ta' din
id-Deċiżjoni. 2. Permezz ta' deroga
mill-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020],
il-kapaċità finanzjara tal-applikanti għandha tiġi vverfikata
mill-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat skont
ir-regoli ta' parteċipazzjoni fil-programmi nazzjonali nominati. 3. Permezz ta' deroga
mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], il-ftehimiet
tal-għotja mal-parteċipanti għandhom jiġu ffirmati
mill-aġenzija ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. 4. Permezz ta' deroga
mill-Artikoli 19[((1), (5) sa (7)] u 22 sa 29 tar-Regolament (UE) Nru
.../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont
2020], ir-regoli ta' finanzjament tal-programmi nazzjonali nominati
għandhom japplikaw għall-għotjiet amministrati
mill-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. 5. Permezz ta' deroga
mill-Artikoli 38 sa 46 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020],
għandhom japplikaw ir-regoli tal-programmi nazzjonali nominati li
jamministraw ir-riżultati, id-drittijiet ta' aċċess
għall-isfond u r-riżultati. Artikolu 6
Implimentazzjoni tal-Programm AAL 1. Il-Programm AAL għandu
jiġi implimentat abbażi ta' pjanijiet ta' ħidma annwali skont
l-Anness II. Artikolu 7 Ftehimiet
bejn l-Unjoni u l-AALA 1. Suġġett għal
valutazzjoni pożittiva ex-ante tal-AALA skont l-Artikolu 61(1)
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni,
għandha tikkonkludi ftehom ta' delega u t-trasferiment annwali
tal-ftehimiet ta' fondi mal-AALA. 2. Il-ftehim ta' delega msemmi
fil-paragrafu 1 għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 58(3) u
l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) nru 966/2012 u l-Artikolu 40
tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012. Għandu jiffissa wkoll dan li
ġej: (a)
ir-rekwiżiti li jikkonċernaw
il-kontribuzzjoni tal-AALA fir-rigward tal-indikaturi rilevanti mill-indikaturi
ta' prestazzjoni stipulati fl-Aness II tad-Deċiżjoni (UE) Nru
.../2013 [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont
2020]; (b)
ir-rekwiżiti li jikkonċernaw
il-kontribuzzjoni tal-AALA għall-monitoraġġ imsemmi
fid-Deċiżjoni (UE) Nru .../2013 [il-Programm Speċifiku li
jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020]; (c)
l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni
neċessarji għall-monitoraġġ tal-funzjonament tal-AALA skont
l-Artikolu 3(2); (d)
l-arranġamenti fir-rigward tal-forniment
tad-dejta u l-informazzjoni neċessarja biex jiżguraw li l-Kummissjoni
tista' tilħaq l-obbligi tagħha ta' disseminazzjoni u rapportar. Artikolu 8 Terminazzjoni,
tnaqqis jew sospensjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. 1. Fejn il-Programm tal-AAL ma
jiġix implimentat skon il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3,
il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi
l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni f'konformità mal-implimentazzjoni
attwali tal-AAL. 2. Fejn l-Istati
Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribixxu parzjalemnt jew tard
għall-finanzjament tal-Programm AAL, il-Kummissjoni tista' tittermina,
proporzjonalment tnaqqas jew tisspospendi l-kontribuzzjoni finanjarja
tal-Unjoni, filwaqt li tikkunsidra l-ammont ta' finanzjament allokat
mill-Istati Parteiċpanti biex jimplimentaw il-Programm AAL. Artikolu 9 Verifiki
ex-post 1. Il-verifiki ex post tan-nefqa
fuq azzjonijeit indiretti għandha titwettaq minn aġenziji ta'
ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat skont l-Artikolu 23 tar-Regolament
(UE) Nru ... [il-Programm Qafas Orizzont 2020]. 2. Il-Kummissjoni tista'
tiddeċiedi li twettaq il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 hija stess. Artikolu 10 Protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 1. il-Kummissjoni għandha
tieħu miżuri li jixirqu li jiżguraw li, meta jiġu
implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni,
l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti permezz tal-applikazzjoni ta'
miżuri preventivi kontra l-frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività
illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġi dettetti
l-irregolaritajiet, permezz ta' rkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skprrett,
u fejn jixraq, permezz ta' penali proporzjonati u disważivi u finanzjarji. 2. L-Uffiċċju Ewropew
Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq l-investigazzjonijiet, inkluż
verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u
l-proċeduri stiplati fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 1073/1999 (KE) tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju
Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[19]
u r-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996
dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni
sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra
l-frodi u irregolarijiet oħra[20]
bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew
kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni f'rabta mal-ftehim tal-għotja jew deċiżjoni
tal-għotja jew kuntratt iffinanzjat skont din id-Deċiżjoni. 3. Kuntratti, ftehimiet
tal-għotja u deċiżjonijiet tal-għtoja, li jirriżultaw
mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom
dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni,
l-AALA, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki u
investifazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. 4. L-AALA għandu jforni
l-persunal tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni,
kif ukoll mill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u
l-postijiet tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluż
informazzjoni f'format elettroniku, meħtieġa sabiex jitwettqu
l-verifiki msemmija fil-paragrafu 3. 5. Meta jimplimentaw il-Programm
AAL, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi,
amministrattvi jew oħrajn neċessarji għall-protezzjoni
tal-interess finanzjarju tal-Unjoni, b'mod partikolari, biex jiżguraw
l-irkupru totali ta' kwalunkwe ammont dovut lill-Unjoni skont ir-Regolament
(UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012. Artikolu 11 Komunikazzjoni
tal-informazzjoni 1. Fuq talba tal-Kummissjoni,
l-AALA għandha tissottometti lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni
neċessarja għall-preparazzjoni tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 12. 2. L-Istati Parteċipanti
għandhom jissottomettu, permezz tal-AALA< kwalunkwe informazzjoni
mitluba mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li tikkonċerna l-ġestjoni
finanzjarja tal-Programm AAL. 3. Il-Kummissjoni għandha
tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-rapporti stipulati
fl-Artikolu 12. Artikolu 12 Evalwazzjoni 1. Sal-31 ta' Diċembru
2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjon interim tal-programm AAL.
Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li
jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet
mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018. 2. Fl-aħħar
tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm AAL iżda sa mhux aktar
tard mill-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq
evalwazzjoni finali tal-Progamm AAL. Il-Kummissjoni għandha tipprepara
rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi r-riżultati tal-evalwazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. Artikolu 13 Dħul
fis-seħħ Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fl-għoxrien jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 14 Destinatarji Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Għanijiet tal-Programm AAL 1. Il-Programm AAL għandu
jissodisfa l-għanijiet li ġejjin: 1.1. jaċċellera
l-emerġenza ta' prodotti u servizzi innovattivi bbażati fl-ICT
għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu fid-dar, fil-komunità, jew fuq
ix-xgoħol, u b'hekk titjib il-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija,
il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, ħiliet u
impjegabbiltà ta' adulti avvanzati fl-età u b'hekk tiżdied
l-effiċjenza tas-saħħa u l-forniment tal-kura soċjali; 1.2. iżomm u jkompli
jiżviluppa massa kritika ta' riċerka applikata, l-iżvilupp u
l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma ta' prodotti u servizzi
bbażati fl-ICT għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu; 1.3. jiżviluppa soluzzjonijiet
kosteffettivi, inkluż l-istabbilment ta' standards interoperabbli
rilevanti u l-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adattament ta'
soluzzjonijiet komuni, li huma kompatibbli ma' preferenzi soċjali varji u
aspetti regolatorji fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jirrispettaw
il-privatezza u d-dinjità tal-adulti avvanzati fl-età u, fejn applikabbli,
jappoġġaw l-aċċess għal servizzi f'żoni rurali u
perfierali jew jibbenefikaw gruppi ta' nies oħra, bħal nies
b'diżabbiltajiet. 2. Il-Programm AAL għandu
jistabbilixxi ambjent favorevoli għall-parteċipazzjoni ta'
impriżi żgħar u medji. 3. Il-Programm AAL għandu
jiffoka fuq riċerka applikata u innovazzjoni viċin tas-suq u
għandu jikkumplimenta riċerka aktar fit-tul relatata u attivitajiet
tal-innovazzjoni fuq skala kbira previsti taħt il-Programm Qafas Orizzont
2020, u inizjattivi Ewropej u nazzjonali oħrajn. Għandi
jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu. ANNESS II ATTIVITAJIET tal-Programm AAL 1. Azzjonijiet indiretti 1. L-implimentazzjoni
tal-Programm AAL għandha primarjament tappoġġa proġetti
tar-riċerka u l-innovazzjoni li huma orjentati lejn is-suq
għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu, li għandhom juru
l-kapaċità ta' sfruttament tar-riżultati tal-proġetti fi
ħdan qafas ta' żmien realistiku; Il-finanzjament ta' dawk
l-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm AAL għandhom ikunu
prinċipalment fil-forma ta' għotjiet. Jista' jkun f'forom oħra
bħall-premji, akkwist prekummerċjali, u akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet
innovattivi. 2. Barra minn hekk, jistgħu
jiġu appoġġati azzjonijiet għall-iskopijiet ta'
intermedjazjoni, promozzjoni tal-programm, azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni
tal-kapaċitajiet preżenti, trawwim tal-varar ta' soluzzjonijiet
innovattivi u l-irbit flimkien tal-organizzazzjonijiet tad-domanda
mal-provvista u investituri. 3. Jistgħu jiġu
appoġġati wkoll azzjonijiet immirati lejn il-kwalità tal-proposti,
l-istudji ta' fattibbiltà u s-sessjonijiet ta' ħidma. Il-kollaborazzjoni
mar-reġjuni tal-Unjoni tista' tiġi mbassra li tkabbar il-grupp
tal-partjiet interessati involuti fil-Programm AAL. II. Implimentazzjoni 1. Il-Programm AAL għandu
jiġi implimentat abbażi ta' pjanijiet ta' ħidma annwali li
jidentifikaw suġġetti għas-sejħiet għall-proposti. 2. Il-pjanijiet ta' ħidma
għandhom jiġu maqbula tal-Kummissjoni bħala bażi
għall-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mill-Unjoni. 3. L-implimentazzjoni
tal-Programm AAL għandha tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet
interessati rilevanti (inkluż dawk li jieħdu
d-deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet pubbliċi,
rappreżentatni tal-utenti, fornituri tas-servizz mis-settur privat u
fornituri tal-assikurazzjoni kif ukoll l-industrija inkluż impriżi
żgħar u medji) fir-rigward tar-riċerka applikata u l-prijoritajiet
tal-innovazzjoni li għandhom jiġu indirizzati. 4. L-implimentazzjoni
tal-programm AAL għandha tqies ix-xejriet demografiċi u
r-riċerka demografika sabiex tipprovdi soluzzjonjiet li jirriflettu
s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika madwar l-Unjoni. 5. Għandha tittieħed
kunsiderazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet possibbli ta' sess, etika u
privatezza f'konformità mal-linji gwida internazzjonali. 6. F'konformità man-natura qrib
tas-suq tal-Programm AAL u f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament
(UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’
Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit
ġenerali tal-Unjoni, l-AALA għandha tistabbilixxi miri ta'
prestazzjoni minimi li jixirqu għal żmien għall-għotja u żmien
għall-pagament skont ir-[Regoli għall-Parteċipazzjoni
u][r-Regolament Finanzjarju] u tiżgura konformità magħhom mill-Istati
Parteċipanti matul l-implimentazzjoni tal-Programm AAL. 7. Kull Stat Parteċipanti
għandu jiffaċilità l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet li
jirrapreżentaw l-atturi min-naħa tad-domanda. 8. Kull Stat Parteċipanti
għandu jagħmel kofinanzjament tal-proġetti magħżula
tal-parteċipanti fil-programmi nazzjonali rilevanti tagħhom permezz
tal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Dawk
l-aġenziji għandhom sussegwentement jiddirezzjonaw il-finanzjament
mill-AALA abbażi ta' deskrizzjoni komuni tal-proġett, li jifforma
parti minn ftehim li għandu jiġi konkluż bejn l-aġenziji
ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat u l-parteċipanti
rispettivi għal kull proġett iffinanzjat. 9. Wara l-għeluq
tas-sjeħa għall-proposti tal-proġetti, l-AALA għandha
twettaq kontroll ċentrali ta' eliġibbiltà f'kooperazzjoni
mal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat.
Il-kontroll għandu jitwettaq abbażi tal-kriterji komuni ta'
eliġibbiltà għall-Programm AAL li għandu jiġi ppubblikat
mas-sejħa għall-proposti tal-proġetti. 10. L-AALA għandha,
bl-assistenza tal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali
nominat, tikkontrolla s-sodisfazzjoni ta' kriterji tal-eliġibbiltà nazzjonali
addizzjonali stipulati fis-sejħiet għall-proposti tal-proġett. 11. Il-kriterji nazzjonali
għall-eliġibilità għandhom jirrelataw biss mal-istatus legali u
finanzjarju tal-applikanti individwali u mhux għall-kontenut tal-proposta
u għandhom jikkonċernaw l-aspetti li ġejjin: 11.1. it-tip ta' applikant,
inkluż l-istatus legali u l-iskop, 11.2. ir-responsabbiltà u
l-vijabbiltà, inkluż is-saħħa finanzjarja, is-sodisfazzjon
tal-obbligi fiskali u soċjali. 12. Il-proposti eliġibbli
għall-proġetti għandhom jiġu evalwati u magħżula
mill-AALA bl-assistenza ta' esperti indipendenti, abbażi ta' kriterji
tal-evalwazzjoni trasparenti u komuni, kif stabbilit fis-sejħa ppubblikat
għall-proposti. Dik l-għażla, ladarba adottata mill-Assemblea
Ġenerali tal-AALA< għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati
Parteċipanti. 13. Jekk parteċipant ta'
proġett jonqos milli jissodisfa kriterju tal-eliġibbiltà nazzjonali
wieħed jew iktar jew jekk il-baġit nazzjonali korrispndeonti
għall-impent għall-finanzjament jiġi eżawriet, il-Bord Eżekuttiv
tal-AALA jista' jdideċiedi li għandha titwettaq evalwazzjoni
ċentrali indipendenti addizzjonali tal-proposta konċernata
bl-assistenza ta' esperti indipendenti, sabiex tevalwa l-proposta jew
mingħajr il-parteċipazzjoni tal-parteċipant inkwestjoni inkella
b'parteċipant ieħor, kif issuġġerixxu l-parteċipanti
tal-proġett. 14. Kwistjonijiet legali u
finanzjarji li jikkonċernaw il-parteċipanti fi proġetti
magħżula għall-finanzjament għandhom jiġu ġestiti
mill-aġenzija ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat.
Għandhom japplikaw regoli u prinċipji nazzjonali amministrattivi. ANNESS III Governanza tal-Programm AAL L-istruttura orgranizzattiva
għall-Programm AAL għandha tkun kif ġej: 1. L-AALA, assoċjazzjoni
internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ stabbilita taħt
il-liġi Belġjana, għandha tikkostitiwixxi l-istruttura ta'
implimentazzjoni dedikata maħluqa mill-Istati Parteċipanti. 2. L-AALA għandha tkun
responsabbli mill-attivitajiet kollha tal-Programm AAL. Il-ħidmiet
tal-AALA għandhom jinkludu l-ġestjoni tal-kuntratt u l-baġit,
l-iżvilupp tal-pjanijiet ta' ħidma annwali, l-organizzazzjoni
tas-sejħiet għall-proposti, il-ġestjoni tal-evalwazzjoni u
l-klassifikazzjoni tal-proposti għall-fondi. 3. Barra minn hekk, l-AALA
għandha tagħmel superviżjoni u tkun responsabbli
mill-monitoraġġ tal-proġett u għandha tittrasferixxi
l-pagamenti assoċjati tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni lill-aġenziji
ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Għandha torganizza
wkoll attivitajiet ta' disseminazzjoni. 4. L-AALA għandha tkun
amministrata minn Assemblea Ġenerali. L-Assemblea Ġenerali
għandha tkun il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet
tal-Programm AAL. Għandha tappunta l-membri tal-Bord Eżekuttiv u
tagħmel superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm AAL,
inkluż l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' ħidma annwali,
l-allokazzjoni ta' finanzjament nazzjonali għall-proġetti u
l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għal sħubija ġdida.
Għandha taħdem abbażi ta' prinċipju pajjiż
wieħed, vot wieħed. Id-deċiżjonijiet għandhom
jittieħdu permezz ta' maġġoranza sempliċi, ħlief
għal deċiżjonijiet ta' suċċessjoni, ammissjoni jew
esklużjoni ta' membri jew ix-xoljiment tal-Assoċjazzjoni, li
għalihom jistħgu jkunu stipulati fl-istatu tal-Assoċjazzjoni
rekwiżiti speċifiċi tal-vot. 5. Il-Kummissjoni għandu
jkollha status ta' osservatur fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali
tal-AALA u għandha tapprova l-pjan ta' ħidma annwali. Il-Kummissjoni
għandha tkun mistiedna għal-laqgħat kollha tal-AALA u tista'
tipparteċipa fid-diskussjonijiet. Id-dokument rilevanti kollha
ċċirkolati f'konnessjoni mal-Assemblea Ġenerali tal-AALA
għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni. 6. Il-Bord Eżekuttiv
tal-AALA - li jikkonsisti minn tal-inqas president, viċi president u
teżorier - għandu jkun elett mill-Assemblea ġenerali biex
iwettaq ir-responsabbiltajiet speċifiċi ta' ġestjoni
bħall-ippjanar tal-baġit, il-persunal u l-kuntratti. Legalment
għandu jirrappreżenta lill-Assoċjazzjoni u jirrapporta
lill-Assemblea Ġenerali. 7. L-Unità Ċentrali ta'
Ġestjoni stabbilita bħala parti mill-AALA għandha tkun
responsabbli mill-ġestjoni ċentrali tal-implimentazzjoni tal-Programm
AAL f'koordinazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-aġenziji ta'
ġestjoni tal-programm nazzjonali, li għandhom ikunu awtorizzati mill-Istati
Parteċipanti biex iwettqu xogħol assoċjat mal-ġestjoni
tal-proġett u l-aspetti amministrattivi u legali
għall-parteċipanti nazzjonali tal-proġett kif ukoll biex
jipprovdu appoġġ għall-evalwazzjoni u n-negozjar tal-proposti
tal-proġett. L-Unità Ċentrali ta' Ġestjoni u l-aġenziji ta'
ġestjoni tal-programm nazzjonali għandhom jaħdmu flimkien
bħala Unità ta' ġestjoni taħt is-superviżjoni tal-AALA. 8. Bord ta' Konsulenza
b'rappreżentanti mill-industrija, l-utenti u partijiet interessati
oħrajn, li jkunu qed ifittux bilanċ bejn il-ġenerazzjonijiet u
s-sessi, għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-prijoritajiet u
s-suġġetti li għandhom jiġu indirizzati fis-sejħiet
għall-proposti u azzjonijiet oħra tal-Programm AAL. DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
ta' politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għanijiet
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata
u impatt finanzjarju 1.7. Mod(i)
ta' ġestjoni previsti 2. MIŻURI TA'
ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta' monitoraġġ u rapportar 2.2. Sistema
ta' ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
ta' prevenzjoni kontra l-frodi u l-irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tan-nefqa tal-baġit
affettwata/i 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju
tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompattibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
ta' parti terza 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Parterċipazzjoni
tal-Unjoni fil-Programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien
Attiv u Megħjun (AAL) (minn hawn 'il quddiem il-Programm AAL) li qed isir
b'mod konġunt minn diversi Stati Membri. 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[21]
Riċerka
u Żvilupp Teknoloġiku: Programm Qafas Orizzont 2020. Azzjoni
78 tal-Aġenda Diġitali; Rinfurzar tal-Programm Konġunt AAL 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
tirrigwarda azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni
preparatorja[22] ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti X
Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni
ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Ewropa
2020 Unjoni
tal-Innovazzjoni Agenda
Diġitali ghall-Ewropa Żona
Ewropea tar-Riċerka 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB
ikkonċernata/i L-għan
operattiv prinċipali ta' din il-proposta leġiżlattiva,
jiġifieri l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm Konġunt
tar-R&Ż u l-Innovazzjoni li jitwettaq bejn diversi Stati Membri
fil-qasam tal-Għixien Attiv u Megħjun, diġà ġie previst
fil-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-RTD u fil-Programm Speċifiku
tiegħu "Sfidi tas-Soċjetà". L-għanijiet
speċifiċi assoċjati ma’ dan l-għan operattiv huma: (2)
Stabbiliment u operat tal-Programm AAL (3)
Varar tal-miżuri ta' appoġġ
tal-Programm (4)
Varar u kofinanzjament ta' riċerka
kollaborattiva u proġetti ta' innovazzjoni b'2-3 snin
għall-perspettiva tas-suq. 1.4.3. Riżultat(i)
u l-impatt mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Il-Programm
AAL se jikkombina r-riżorsi tal-Unjoni, Nazzjonali u privati biex isibu
soluzzjonijiet tal-ICT innovattivi li jippermettu ċ-ċittadini
tal-Ewropa jixjieħu b'mod indipendenti u tajjeb, filwaqt li
jikkontribwixxu għas-sostennibilità globali tal-kura tagħhom u
jipprovdu opportunitajiet ekonomiċi ġodda għall-industrija
Ewropea. Il-valur
miżjud tal-involviment tal-Unjoni huwa sostanzjali għaliex: l-intervent
tal-Unjoni se jagħmilha possibbli li jinħoloq qafas legali ġdid
li permezz tiegħu l-finanzjament tal-Unjoni u dak Nazzjonali jistgħu
jingħaqdu flimkien fi strateġija komuni biex jistimulaw proġetti
kollaborattivi internazzjonali fir-R&Ż u l-innovazzjoni, b'mod
partikolari dawk li jinvolvu l-SMEs. Altrimenti dan ma jkunx possibbli bl-użu
tal-istrutturi eżistenti. Il-Programm
AAL se jippermetti l-indirizzar tal-isfida tat-tixjiħ demografiku billi
jrawwem l-eżitu ta' prodotti u servizzi innovattivi ġodda
bbażati fl-ICT għal għixien indipendenti tal-anzjani, u b'hekk
iżid il-kwalità tal-ħajja u l-awtonomija tagħhom u jnaqqas
l-ispejjeż tal-kura tagħhom. Dan se jsir b'mod koerenti u mhux
frammentat flimkien ma' massa kritika ogħla u se jwassal għal
soluzzjonijiet li huma kost effettivi u interoperabbli. L-industrija
u l-SMEs b'mod partikolari se jiġu appoġġati b'mod aktar
effiċjenti billi tiġi pprovduta massa kritika u approċċ
Ewropew koerenti għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet interoperabbli.
Barra min hekk, se jkun possibbli li jiġu adattati soluzzjonijiet AAL
għal preferenzi u regolamenti soċjali nazzjonali/reġjonali. Dan
huwa prerekwiżit importanti għall-isfruttament kummerċjali u
l-iżvilupp tas-suq u jipprovdi potenzjal qawwi għall-involviment
tal-SMEs. Fl-aħħarnett,
l-iskema proposta se toħloq inċentivi għal żieda
fl-investimenti nazzjonali u industrijali fir-R&Ż u
għall-innovazzjoni fil-qasam tal-ICT u t-tixjiħ, biex b'hekk
tikkontribwixxi għall-mira ta' 3% tal-PDG Ewropew għar-R&Ż. Il-valur
miżjud makro-ekonomiku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej li se
jirriżulta mill-isfruttament tar-riżultati tal-Programm Tixjiħ
Tajjeb ma ġiex indirizzat f'din id-dikjarazzjoni finanzjarja. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u l-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi
tal-riżultati u l-impatt stipulati fl-għan speċifiku
tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazjoni - Orizzont 2020 huma
mmonitorjati u rrapportati kull sena minn struttura ta' ġestjoni dedikata
lill-Kummissjoni. Ir-riżultati
li ġejjin huma mistennija li jiġu mkejla permezz ta' indikaturi
relatati: Ingranaġġ tal-investimenti u sforzi nazzjonali; billi jipprovdu inċentivi għall-investimenti b'segwitu
għal strateġiji komuni u ta' implimentazzjoni. Indikaturi:
(i) għadd ta' pajjiżi parteċipanti; (ii) impenji u pagamenti mill-Istati
Parteċipanti; (iii) fondi nazzjonali impenjati u minfuqa fuq proġetti
tal-Programm Konġunt; (iv) riżorsi investiti mill-industrija u
partijiet interessati oħrajn permezz tal-parteċipazzjoni u
l-kofinanzjament tagħhom tal-proġetti. Titjib fil-koerenza tar-R&Ż u l-innovazzjoni fl-ICT għal
Tixjiħ Tajjeb fl-Ewropa; billi titneħħa
l-frammentazzjoni preżenti tal-isforzi permezz tal-iżvilupp ta'
strateġiji komuni u sejħiet konġunti għal proposti b'massa
kritika. Indikaturi:
Dan ir-riżultat se jinkiseb de-facto meta l-Programm Konġunt jibda
jopera bis-sħiħ flimkien ma' parteċipazzjoni sinifikanti ta'
pajjiżi. Effiċjenza tal-Programm; billi jkun hemm
ċertezza dwar id-disponibbiltà tal-baġits nazzjonali, li jkollhom
sottomissjoni ċentrali tal-proposta, skema ta' evalwazzjoni u ta'
għażla u billi tiġi pprovduta skema ta' użu faċli
għall-utent għal riċerka u innovazzjoni Ewropej kollaborattivi
li jkunu orjentati lejn is-suq u bbażati fuq regoli nazzjonali familjari.
Dan għandu jirriżulta f'appoġġ ġdid u aktar
effiċjenti għal parteċipanti rilevanti, b'mod partikolari
l-SMEs, biex b'hekk iwassal għal investimenti industrijali ogħla u
żmien iqsar sal-ħruġ fis-suq u l-isfruttament
tar-riżultati. Indikaturi: (v) perjodu ta' żmien bejn
is-sottomissjoni tal-proposta u t-tnedija tal-proġett; (vi) għadd ta'
SMEs parteiċpanti; (vii) spejjeż ġenerali għall-operat
tal-Programm Konġunt. Benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti u
kontribuzzjoni għall-għanijiet ewlenin ta' politika; dawn se jitkejlu bħala parti mill-evalwazzjoni indipendenti ta'
nofs it-term u l-evalwazzjoni finali previsti flimkien ma indikaturi
oħrajn ippreżentati. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li li
għandu/hom jiġu sodisfatti fit-terminu qasir jew twil Il-Programm
AAL se jikkombina r-riżorsi tal-Unjoni, Nazzjonali u privati biex isibu
soluzzjonijiet tal-ICT innovattivi li jippermettu ċ-ċittadini
tal-Ewropa jixjieħu b'mod indipendenti u tajjeb, filwaqt li
jikkontribwixxu għas-sostennibilità globali tal-kura tagħhom u jipprovdu
opportunitajiet ekonomiċi ġodda għall-industrija Ewropea. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Il-valur
miżjud tal-involviment tal-Unjoni huwa sostanzjali għaliex: ·
L-intervent tal-Unjoni se jippermetti t-tkomplija
tal-Programm AAL eżistenti fejn il-finanzjament tal-Unjoni u dak
Nazzjonali jistgħu jingħaqdu flimkien taħt strateġija
komuni biex jistimulaw proġetti kollaborattivi internazzjonali
fir-R&Ż u l-innovazzjoni, b'mod partikolari dawk li jinvolvu l-SMEs.
Altrimenti dan ma jkunx possibbli bl-użu tal-istrutturi eżistenti. ·
Il-Programm AAL se jippermetti l-indirizzar
tal-isfida tat-tixjiħ demografiku billi jrawwem l-eżitu ta' prodotti
u servizzi innovattivi ġodda bbażati fl-ICT għal għixien
indipendenti tal-anzjani, u b'hekk iżid il-kwalità tal-ħajja u
l-awtonomija tagħhom u jnaqqas l-ispejjeż tal-kura tagħhom. Dan
se jsir b'mod koerenti u mhux frammentat flimkien ma' massa kritika ogħla
u se jwassal għal soluzzjonijiet li huma kost effettivi u interoperabbli. ·
L-industrija u l-SMEs b'mod partikolari se
jiġu appoġġati b'mod aktar effiċjenti billi tiġi
pprovduta massa kritika u approċċ Ewropew koerenti
għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet interoperabbli. Barra min hekk, se
jkun possibbli li jiġu adattati soluzzjonijiet AAL għal preferenzi u
regolamenti soċjali nazzjonali/reġjonali. Dan huwa prerekwiżit
importanti għall-isfruttament kummerċjali u l-iżvilupp tas-suq u
jipprovdi potenzjal qawwi għall-involviment tal-SMEs. ·
Fl-aħħarnett, l-iskema proposta se
toħloq inċentivi għal żieda fl-investimenti nazzjonali u
industrijali fir-R&Ż u għall-innovazzjoni fil-qasam tal-ICT u
t-tixjiħ, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-mira ta' 3% tal-PDG
Ewropew għar-R&Ż. Il-valur
miżjud makro-ekonomiku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej li
jirriżulta mill-isfruttament tar-riżultati tal-Programm Konġunt
AAL ma ġiex indirizzat f'din id-dikjarazzjoni finanzjarja. 1.5.3. Lezzjonijiet miksuba minn
esperjenzi simili fil-passat Abbażi
tal-evalwazzjoni interim tal-JP tal-AAL predeċessur operat taħt l-FP7
inkisbu l-lezzjonijiet li ġejjin: ·
Il-Programm AAL għandu jitkompla għaliex
jipprovdi valur miżjud ċar, b'mod partikolari għall-SMEs, billi
joħloq il-massa kritika neċessarja fir-riċerka u l-innovazzjoni
dwar it-tixjiħ tajjeb fil-livell Ewropew biex jgħin prodotti u
servizzi rilevanti jidħlu fis-suq; ·
Għandu jiffoka fuq kif l-atturi ta'
innovazzjoni reġjonali (l-iktar l-SMEs) jistgħu jifmhu u jindirizzaw
is-suq Ewropew; ·
Għandu Jtejjeb l-effiċjenza operattiva,
b'mod partikolari fir-rigward taż-żmien għall-għotja u
l-pagamenti; ·
Għandu jtejjeb l-involviment mill-istadji
bikrija tad-disinn tal-proġett tal-fornituri tas-servizz u b'mod
partikolari l-utenti aħħarin fl-ispeċifikazzjoni u
l-evalwazzjoni tas-sejħa. Dawn
il-lezzjonijiet ġew ikkunsidrati fis-sawra tal-Programm AAL 2. 1.5.4. Kompattibbiltà u
sinerġija possibbli ma’ strumenti li jixriqu oħrajn L-ewwel
Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u
f'Saħħtu (EIP AHA)[23]
tippretendi li s-soluzzjonijiet tal-ICT ikollhom rwol importanti fl-ilħuq
tal-miri tagħha ta' sentejn (2) ħajja addizzjonali
b'saħħithom sal-2020 kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja
għaċ-ċittadini u t-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi
tal-kura fl-Ewropa. Il-Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni Tagħha
jiffissa l-prijoritajiet biex jaċċellera u jżied l-innovazzjoni
fit-tixjiħ attiv u f'saħħtu madwar l-Ewropa, fit-tlett dominji
prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa, kura u fejqan, u għixien
indipendenti u inklużjoni soċjali. Il-varar mill-Kunsill tal-EIP AHA
isaħħaħ ir-rilevanza futura tal-Programm AAL u s-segwitu
tiegħu. Il-Programm AAL huwa komponent maġġuri
għall-implimentazzjoni tas-SIP, għax jiffokka fuq il-parti
tal-"Wied tal-Mewt" tal-katina tal-innovazzjoni. Il-Programm AAL se
jibbenifika wkoll mill-EIP għaliex l-EIP se taċċellera
l-ħolqien fis-suq, l-użu fuq skala kbira u tikkontribwixxi wkoll
għal titjib fil-kundizzjonijiet limitattivi għas-suq: pereżempju
l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà, li ma humiex koperti mill-Programm,
iżda jissemmew fl-evalwazzjoni u l-konsultazzjonijiet bħala ostakli
għall-varar. Il-Programm
AAL huwa kkumplimentat minn inizjattivi maġġuri nazzjonali, bħal
inizjattiva nazzjonali fuq l-AAL u t-tixjiħ fil-Ġermanja, Pjattaforma
tal-Innovazzjoni għall-Għixien Megħjun fir-Renju Unit u
Pjattaforma tal-Innovazzjoni fit-Tixjiħ fi Franza. B'dawn
il-programmi interrelatati li b'mod konġunt ikopru parti sinifikanti
tal-'katina' tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Ewropa għandha
saħħa unika globali fl-ICT, għat-tixjiħ tajjeb. Il-Progamm
AAL jikkumplimenta sew ir-riċerka fit-terminu itwal dwar l-ICT u
t-tixjiħ fil-Programm Orizzont 2020 u s-soluzzjonijiet bbażati fl-ICT
li jrendi jistgħu jiddaħħlu fl-attivitajiet tal-innovazzjoni u
l-validazzjoni tas-suq taħt il-Programm Orizzont 2020. Il-Programm
tal-AAL huwa kumplimentarju wkoll għall-Inizjattiva ta' Programmar
Konġunt (JPI)[24]
"Iktar Snin, Ħajjiet Aħjar" dwar il-bidla demografika li
tiġbor flimkien 13-il Pajjiż Ewropew, biex jindirizzaw għarfien
ġdid bbażat fix-xjenza għat-tfassil tal-politika fil-futur dwar
it-tixjiħ, ibbażat ufq firxa wiesgħa ta' dixxipplini
tar-riċerka. Il-Programm AAL jista' jipprovdi kuntest ta' applikazzjoni
għar-riċerka milutidixxiplinarja tal-JPI u jikkontribwixxi
għall-aġenda tar-riċerka tal-JPI bl-esperjenza tal-utenti, filwaqt
li jikkondividi l-metodoliġiji tar-riċerka
bħall-approċċ tal-mixja tal-ħajja. Fil-proposta
tal-Kummissjoni għall-Deċiżjoni dwar Aġenda Strateġika
tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT
- European Institute of Innovation and Technology) għall-2014-2020,
"Innovazzjoni għal għixien u tixjiħ attiv" hija
waħda mit-temi ta’ prijorità għall-mewġa tal-Komunitajiet
tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs - Knowledge and Innovation
Communities) tal-EIT fl-2014-2015. Meħuda
flimkien, dawn l-inizjattivi jkopru parti kbira mill-katina mir-riċerka
fundamentali sat-teħid fis-suq, kif huwa rrakkomandat minn għadd ta'
valutazzjonijiet indipendenti dwar il-programmi tar-riċerka u
l-innovazzjoni tal-UE, kif ukoll mid-dokumenti tal-politika tal-UE. 1.6. Durata
u impatt finanzjarju X Proposta/inizjattiva ta' durata limitata –
Proposta/inizjattiva fis-seħħ
mill-01/01/2014 sal-31/12/2023 –
Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 dwar
l-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2014 sal-2023 dwar
l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti. ¨ (Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux
limitata –
Implimentazzjoni b'perjodu tal-bidu minn SSSS sa
SSSS. –
segwita minn operazzjoni sħiħa. 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni
previst(i)[25] ¨ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni X Ġestjoni indiretta ċentralizzata
bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi mwaqqfa mill-Unjoni Ewropea[26]
–
X korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi
b’missjoni tas-servizz pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijet internazzjonali (għandhom ikunu
speċifikati) Jekk jiġi indikat
aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok
agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti". Kummenti Struttura
ta' implimentazzjoni dedikata intitolata l-Assoċjazzjoni tal-Għixien
Megħjun Kontestwalment ġiet stabbilita u hija amministrata
mill-pajjiżi parteċipanti għall-ġestjoni tal-inizjattiva.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-inizjattiva se tiġi
pprovduta permezz ta' din l-organizzazzjoni. Korpi nazzjonali tal-finanzjament
jew l-aġenziji delegati tagħhom se jġestixxu l-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-UE u se jidħlu fi ftehimiet tal-għotja
mal-organizzazzjonijiet biex jirċievu appoġġ finanzjarju
għar-riċerka kollaborattiva u l-attivitajiet tal-innovazzjoni. Kummenti
relevanti: Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni Ewropea se titħallas mill-entita ta' ġestjoni
dedikata stabbilita mill-Istati Parteċipanti li se ġġestixxi
l-Programm. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni se tiġi pprovduta
suġġett għall-approvazzjoni ta' pjan ta' ħidma u impenji
baġitarji nazzjonali assoċjati. L-istruttura
organizzattiva għall-Programm AAL hija magħmula mill-entitajiet li
ġejjin: L-Assoċjazzjoni
AAL li nħolqot bħala struttura ta' ġestjoni dedikata mill-Istati
Parteċipanti se tiffirma ftehim ta' delega u ftehimiet ta' trasferiment
annwali ta' fondi mal-Kummissjoni Ewropea biex tirċievi l-finanzjament
annwali mill-Programm Qafas. Se tkun responsabbli mill-attivitajiet kollha
tal-Programm AAL u se tkun immexxija minn direttur, li se jkun ir-rappreżentant
legali tal-Assoċjazzjoni. L-Assoċjazzjoni
AAL hija responsabbli għall-attivitajiet kollha tal-Programm AAL.
Il-kompiti tal-Assoċjazzjoni AAL jinkludu l-ġestjoni kuntrattwali u
tal-baġit, l-iżvilupp ta' programmi ta' ħidma annwali,
l-organizzazzjoni ta' sejħiet għall-proposti, il-ġestjoni
tal-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-proġetti. Barra minn hekk,
tagħmel superviżjoni tal-monitoraġġ tal-proġett u
tittrasferixxi l-pagamenti assoċjati tal-kontibuzzjonijiet tal-Unjoni
Ewropea lill-aġenziji nazzjonali nnominati tal-programm. Torganizza wkoll
attivitajiet ta' disseminazzjoni. L-Assoċjazzjoni
AAL hija mmexxija mill-Assemblea Ġenerali. L-Assemblea Ġenerali hija
l-korp responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet u
taħtar il-membri tal-Bord tad-Diretturi u tagħmel superviżjoni
tal-implimentazzjoni tal-Programm AAL, inkluż l-approvazzjoni
tal-pjanijiet ta' ħidma annwali, l-allokazzjoni tal-finanzjament
nazzjonali għall-proġetti u l-applikazzjonijiet għal membri ġoddi.
Se taħdem abbażi tal-prinċipju pajjiż wieħed, vot
wieħed u se tuża l-maġġoranza sempliċi
għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni se jkollha
status ta' osservatur fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali. Il-Bord
tad-Diretturi tal-AALA – li jikkonsisti minn Direttur u żewġ
Viċi-Diretturi (jew inkella viċi-direttur u teżorier) – se
jiġi elett biex jiżvolġi r-responsabbiltajiet
speċifiċi ta' ġestjoni bħall-ippjanar tal-baġit,
il-persunal u l-kuntratti. Legalment jirrappreżenta l-Assoċjazzjoni u
jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali. L-Aġenziji
ta' Ġestjoni tal-Programm Nazzjonali huma mħaddna mill-Istati
Parteċipanti biex iwettqu xogħol assoċjat mal-ġestjoni
tal-proġett u aspetti amministrattivi u legali għall-imsieħba
nazzjonali tal-proġett kif ukoll biex jipprovdu appoġġ
għall-evalwazzjoni u n-egozjar tal-proposti. Jaħdmu taħt
is-superviżjoni tal-Assoċjazzjoni AAL. Bord
Konsultattiv b'rappreżentanti mill-industrija u partijiet interessati
oħrajn se jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-prijoritajiet u
s-suġġetti li għandhom jiġu indirizzati fis-sejħiet
għall-proposti tal-Programm AAL. 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Skont
Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni,
l-implimentazzjoni tal-Programm AAL hija mmonitorjata u rrapportata kull sena
lill-Kummissjoni minn struttura ta' ġestjoni ddedikata, fejn applikabbli.
Il-Programm se jiġi mmonitorjat permezz ta' rapporti annwali li se
jiġu fornuti permezz tal-istruttura ta' ġestjoni ddedikata Dawn se
jagħtu ħarsa ġenerali dettaljata dwar l-implimentazzjoni
tal-Programm skont l-indikaturi ppreżentati fit-Taqsima 1.4.4. Se
titwettaq evalwazzjoni ta' nofs it-term wara 3 snin ta' operat u bl-assistenza
tal-esperti indipendenti u se tivvaluta: (1) l-implimentazzjoni tal-Programm
lejn integrazzjoni iktar xjentifka, ġestjonarja u finanzjarja; (2)
il-valur miżjud u l-effettività tal-programm konġunt fl-ilħuq
tal-għanijiet tiegħu. Sa tmiem il-programm għandha titwettaq
evalwazzjoni finali minn esperti esterni. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
ta’ kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) 1)
Ir-riskji ewlenin jikkonċernaw il-kapaċità tal-istruttura ta'
implimentazzjoni ddedikata biex tamministra l-kontribuzzjoni tal-baġit
tal-Unjoni u l-monitoraġġ effettiv tal-aġenziji nazzjonali
involuti fl-operat ta' kuljum tal-programm. 2)
Riskju ieħor huwa l-protezzjoni effettiva kontra l-frodi u t-telf
finanzjarju possibbli minħabba l-invoviment għoli tal-SMEs u
l-approċċ indirett ta' ġestjoni ċentralizzata. 3)
It-tielet riskju jikkonċerna l-kapaċità tal-pajjiżi involuti
biex jiffinanzjaw b'mod effettiv il-kontribuzzjonijiet tagħhom
għall-programm. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst(i) Fir-rigward
tar-riskji 1 u 2, ara l-kapitolu 2.3. Fir-rigward
tar-riskju 3, f'dak il-każ is-salvagwardi li jiżguraw li l-fondi
tal-UE biss jistgħu jiġu rilaxxati malli jkun hemm evidenza ta'
impenji finanzjarji nazzjonali kemm fil-livell tal-ftehim tat-trasferiment
annwali tal-fondi kif ukoll fil-livell tal-pagamenti għall-parteċipanti
anzzjonali fil-proġetti tal-programm konġunt. Salvagwardja oħra
hija li l-finanzjament tal-UE ma jistgħax jaqbeż l-50%
tal-finanzjament pubbliku totali pprovdut fil-programm u li l-appoġġ
tal-UE għall-infiq amminsitrattiv ma jistgħax jaqbeż is-6%
tal-kontribuzzjoni globali tal-UE. 2.2.3. Spejjeż u
benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta' nuqqas ta' konformità Skont
l-Artikolu 7 tad-deċiżjoni dwar il-Programm, is-sistema ta' kontroll
stabbilita għall-implimentazzjoni tal-Programm se tkun imfassla sabiex
tipprovdi assikurazzjoni raġonevoli għall-kisba ta' ġestjoni
adegwata tar-riskji relatati mal-effettività u l-effiċjenza
tal-operazzjonijiet kif ukoll bħala l-legalità u r-regolarità
tat-tranżżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li titqies in-nautra
speċjali tal-Programm tal-AAL bħala sħubija pubblika-pubblika.
Is-sistema ta' kontroll għandha tiżgura bilanċ li jixraq bejn
il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li tikkunsidra spejjeż
amminsitrattivi u spejjeż oħra ta' kontrolli fil-livell kollha,
speċjalment għall-parteċipanti sabiex tkun tista'
tikkontribwixxi l-aħjar għall-kisba tal-għanijiet tal-Programm
Qafas Orizzont 2020. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta' frodi u rregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. L-Artikolu 3
tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm tal-AAL jiddikjara li
l-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija kondizzjonali fuq il-konformità
tal-Assoċjazzjoni tal-AAL mar-rekwiżiti ta' rapportar stipulati
fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Skont
l-Artikolu 8 il-Kummissjoni tista' tittetermina, tnaqqas jew tisspospendi
l-kontribuzzjoni tagħha. Il-ftehim
ta' delega li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-AALA
f'konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 se
jipprovdi għall-Kummissjoni biex tagħmel superviżjoni
tal-attivitajiet tal-AALA, b'mod partikolari billi twettaq il-verifiki. Aktar
miżuri kontra l-frodi se jiġu implimentati bħala parti
mill-ftehim iddettaljat bejn il-Kummissjoni u l-istruttura ddedikata ta'
ġestjoni. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·
Intestaturi tal-baġit eżistenti Fl-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru 09 04 03 01 Titjib tas-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja kollha għal kulħadd || Diff./mhux-diff. ([27]) || minn pajjiżi tal-EFTA[28] || minn pajjiżi kandidati[29] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1A || || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 1A || Intestatura DĠ: CNECT || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || TOTAL Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || || || Numru 09 04 03 01 || Impenji || (1) || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || || || || 175 Pagamenti || (2) || 2,7 || 10 || 17,3 || 24,7 || 24,7 || 24,7 || 24,7 || 23,2 || 15,8 || 7,2 || 175 Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || || || || || Pagamenti || (2a) || || || || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi[30] || || || || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || || || || || TOTAL tal-approprazzjonijiet għall-DĠ CNECT || Impenji || =1+1a +3 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || || || || 175 Pagamenti || =2+2a +3 || 2,7 || 10 || 17,3 || 24,7 || 24,7 || 24,7 || 24,7 || 23,2 || 15,8 || 7,2 || 175 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || || || || 175 Pagamenti || (5) || 2,7 || 10 || 17,3 || 24,7 || 24,7 || 24,7 || 24,7 || 23,2 || 15,8 || 7,2 || 175 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0,008 || 0,008 || 0,038 || 0,008 || 0,008 || 0,008 || 0,038 || || || || 0,116 TOTAL tal-appropjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 25,008 || 25,008 || 25,038 || 25008 || 25,008 || 25,008 || 25,038 || || || || 175,116 Pagamenti || =5+ 6 || 2,708 || 10,008 || 17,338 || 24,708 || 24,708 || 24,708 || 24,738 || 23,2 || 15,8 || 7,2 || 175,116 Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta / inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont tar-referenza) || Impenji || =4+ 6 || 25,008 || 25,008 || 25,038 || 25,008 || 25,008 || 25,008 || 25,038 || || || || 175,116 Pagamenti || =5+ 6 || 2,708 || 10,008 || 17,338 || 24,708 || 24,708 || 24,708 || 24,738 || 23,2 || 15,8 || 7,2 || 175,116 Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva" miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri deċimali) || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || TOTAL DĠ: CNECT || || || || Riżorsi umani || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || || || || 1,834 Nefqa amministrattiva oħra || 0.024 || 0.024 || 0.024 || 0.024 || 0.024 || 0.024 || 0.024 || || || || 0.168 TOTAL DĠ CNECT || Approprjazzjonijiet || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || || || || 2.002 TOTAL tal-approprajzzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || 0,286 || || || || 2.002 EUR miljun (sa tliet punti deċimali) || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 25,294 || 25,294 || 25,324 || 25,294 || 25,294 || 25,294 || 25,324 || || || || 177,118 Pagamenti || 2,994 || 10,294 || 17,624 || 24,994 || 24,994 || 24,994 || 25,024 || 23,2 || 15,8 || 7,2 || 177,118 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
approprjazzjonijiet operattivi –
X Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu
ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3
ċifri deċimali) Indika l-għanijiet u l-outputs ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL OUTPUTS Tip[31] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża Totali GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[32]… || || || || || || || || || || || || || || || || Output 1 || Stabbilment u operat ta' Programm Konġunt (*) || 1,5/ sena || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 7 || 10,5 Subtotal għal għan speċifiku n 1 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 1 || 1,5 || 7 || 10,5 GĦAN SPEĊIFIKU n 2... || || || || || || || || || || || || || || || || Output 2 || Azzjoni ta' appoġġ || 0,200 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 35 || 7 Subtotal għal għan speċifiku n 2 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 35 || 7 GĦAN SPEĊIFIKU n 3... || || || || || || || || || || || || || || || || Output 3 || Proġetti (*) || 2 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 175 || 164,5 Subtotal għal għan speċifiku n 3 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 25 || 23,5 || 175 || 164,5 SPIŻA TOTALI || || 25 || || 25 || || 25 || || 25 || || 25 || || 25 || || 25 || || 175 (*) L-ispiża ta' ġestjoni
ċentrali tal-Programm Konġunt tal-AAL se tkun appoġġata sa
6% tal-kontribuzzjoni tal-UE u se tinkludi l-ispejjeż tal-evalwazzjoni
proposta. (**) Jekk
wieħed jassumi totali medja għal kull proġett ta' EUR 4
miljuni, li 50% minnhom se jiġu koperti minn fondi pubbliċi, li
għandha tkun kondiviża bejn il-UE u l-Istati parteiċpanti skont
il-proporzjon bejn l-impenji annwali rispettivi (stmati ~40-50%). 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu
ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: miljuni ta’ EUR (sa
tliet ċifri deċimali) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || || || || Riżorsi umani || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || 0,262 || || || || 1,834 Nefqa amministrattiva oħra || 0.180 || 0.180 || 0.180 || 0.180 || 0.180 || 0.180 || 0.180 || || || || 1.260 Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,442 || 0,442 || 0,442 || 0,442 || 0,442 || 0,442 || 0,442 || || || || 3,094 Barra l-INTESTATURA 5[33] tal-qafas finanzjaraju pluriennali || || || || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || || || || Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0,008 || 0,008 || 0,038 || 0,008 || 0,008 || 0,008 || 0,038 || || || || 0,116 Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjaraju pluriennali || 0,008 || 0,008 || 0,038 || 0,008 || 0,008 || 0,008 || 0,038 || || || || 0,116 TOTAL || 0,450 || 0,450 || 0,480 || 0,450 || 0,450 || 0,450 || 0,480 || || || || 3,210 L-approprjazzjonijiet
amministrattivi meħtieġa se jintlaħqu mill-approprjazzjonijiet
tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni
u/jew li ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun
meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata
lid-DĠ amministrattiv taħt il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni
u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' riżorsi
umani. –
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu
ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa
f'unitajiet ekwivalenti għal full time || 2014 || 2015 || 2016 || 2017-2020 || Total Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 2 || 2 || 2 || 8 || 14 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[34] || XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || XX 01 02 02 CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || XX 01 04 ss[35] || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || TOTAL || 2 || 2 || 2 || 8 || 14 XX huwa l-qasam
ta' politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal tad-DĠ li
diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati
mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk ikun
meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata
lid-DĠ amministrattiv taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali
u fid-dawl tal-limiti baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Il-kompiti prinċipali li jirriżultaw mill-azzjoni se jkunu: - Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali tal-Assoċjazzjoni AAL bħala l-osservatur tal-Kummissjoni, 4 laqgħat ta' jumejn/fis-sena (livell ta' Direttur / Kap ta' Unità) - Parteċipazzjoni f'laqgħat ta' ħidma u avvenimenti ta' disseminazzjoni tliet darbiet fis-sena (livell ta' Kap ta' Unità) - Negozjar, Preparazzjoni u pagament tal-kuntratti tal-għotja mal-istruttura ddedikata ta' implimentazzjoni (livell ta' Uffiċjal tal-Proġett + livell ta' Assistent B/C) - Monitoraġġ tal-implimentazzjoni + assistenza għall-evalwazzjonijiet ta' nofs it-term u ex-post (livell ta' Uffiċjal tal-Proġett) - Verifika finanzjarja u legali tal-implimentazzjoni tal-Programm (livell ta’ Uffiċjal Finanzjarju) Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali preżenti –
X Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument
ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.[36] Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva tipprovdi
għall-kofinanzjament minimu stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet
ċifri deċimali) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023 || Total Stati Parteċipanti || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || || || || 175 TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || || || || 175
Dettalji ta’ kofinanzjament Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni Ewropea sa EUR
25 miljun kull sena għanda tiġi pprovduta suġġett għal
investiment ta' mill-inqas EUR 25 miljun kull sena mill-Istati
Parteċipanti, li se jikkontribwixxu mill-inwas EUR 175 miljun bejn
2014-2020 mill-baġits nazzjonali għall-Programm AAL. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ispejjeż
operattivi tal-Programm AAL se tkun sa massimu ta' 6% tal-kontribuzzjoni
globali tal-KE għall-Programm AAL. Il-kontribuzzjoni tal-UE għandha
tirrappreżenta perċentwal fiss tal-finanzjament pubbliku globali li
ġejjin mill-programmi nazzjonali parteċipanti, iżda li fi
kwalunkwe każ ma tistax taqbeż il-50 % tal-finanzjament pubbliku
tal-Programm AAL. Dan il-perċentwal fiss għandu jiġi definit
fil-kuntratt bejn l-istruttura ddeidakta ta' ġestjoni u l-Kummissjoni u
għandu jiġi bbażat fuq l-impenn pluriennali tal-Istati
Imsieħba Parteċipanti u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet li
jipparteċipaw fil-proġetti R&Ż magħżula permezz
tas-Sejħiet għal Proposti mnedija mill-Programm se jikkofinanzjaw
dawn il-proġetti. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma mistennija jammontaw
għal minimu ta' madwar EUR 300 miljun għad-durata tal-Programm. 3.3. Impatt
stmat fuq l-introjtu –
X Il-proposta/inizjattiva ma għandiex impatt
finanzjarju fuq l-introjtu. [1] Ara http://ec.europa.eu/information_society/activities/einclusion/docs/aal/interim_evaluation_report.pdf
[2] l-ammont huwa indikattiv u se jiddependi fuq l-LFS
finali maqbul minn Orizzont 2020 u ammont għal DĠ Connect previst
taħt l-isfidi tas-soċjetà, saħħa tematika, bidla
demografika u benessri. [3] ĠU C …, …, p. …. [4] COM(2010) 2020 final tat-3 ta' Marzu 2010. [5] ĠU … [PQ Orizzont 2020] [6] ĠU L 201, 30.7.2008, p. 49. [7] ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1. [8] COM(2010) 763 finali tas-16 ta’ Diċembru 2010. [9] COM(2006) 571 final tat-12 ta’ Ottubru 2006. [10] COM(2010) 546 final tas-6 ta' Ottubru 2012. [11] COM(2010) 245 final tad-19 ta' Mejju 2010. [12] COM(2012) 83 final tad-29 ta’ Frar 2012. [13] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [14] ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1. [15] ĠU L…, …, p. … [Reg. għall-Part. f'Orizzont
2020]. [16] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. [17] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [18] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [19] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [20] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [21] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB:
Baġit Ibbażat fuq l-Attività. [22] Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [23] COM(2012) 83 final, id-29 ta’ Frar 2012. [24] COM(2008) 468, Lejn Ipprogrammar Konġunt
fir-Riċerka. [25] Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-internet tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [26] Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [27] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [28] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [29] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [30] Appoġġ tekniku u/jew amministrattiv u nefqa
f'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE u/jew
azzjonijiet (linji 'BA' preċedenti), riċerka indiretta, riċerka
diretta. [31] Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom
jiġu fornuti (eż.: għadd ta' skambji tal-istudenti finanzjati,
għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.). [32] Kif deskritt fil-punt 1.4.2. 'Għan(ijiet)
speċifiku/ċi...' [33] Appoġġ tekniku u/jew amministrattiv u nefqa
f'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE u/jew
azzjonijiet (linji 'BA' preċedenti), riċerka indiretta, riċerka
diretta. [34] AK= Aġent Kuntrattwali; AL= Aġent Lokali; SNE =
Esperti Nazzjonali Ssekondati; INT = persunal mill-aġenziji
("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); [35] Taħt il-limitu għall-persunal estern kopert
mill-approprjazzjonijiet operattiva (formalment linji "BA"). [36] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.