Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-Impriża Konġunta tal-Industriji b'bażi bijoloġika /* COM/2013/0496 final - 2013/0241 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Kuntest ġenerali Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta'
Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
li jkopri l-perjodu 2014-2020, huwa li jsaħħaħ l-industrija
Ewropea permezz ta' azzjonijiet li jappoġġjaw ir-rieċerka u
l-innovazzjoni tul firxa ta' setturi industrijali. Orizzont 2020
jipprovdi, b'mod partikolari, għall-ħolqien ta' sħubijiet
pubbliċi-privati li jikkontribwixxu biex jingħelbu ċerti sfidi
ewlenin li l-Ewropa qed taffaċċja. L-industriji b'bażi bijoloġika fl-UE
jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-għanijiet
tal-Istrateġija Ewropa 2020, u l-inizjattivi ewlenin tagħha
"L-Unjoni tal-Innovazzjoni", "Ewropa Effiċjenti fl-Użu
tar-Riżorsi" u "Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni".
Dan ġie rikonoxxut f'diversi inizjattivi ta' politika riċenti tal-UE,
bħall-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni
għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola[1], l-Istrateġija
Intelliġenti għall-Ispeċjalizzazzjoni għall-Istati Membri u
r-Reġjuni[2]
u l-proposta għas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali. Il-Komunikazzjoni
li tiddeskrivi l-Istrateġija Ewropea tal-Bijoekonomija, adottata fit-13 ta' Frar 2012[3], tipproponi l-ħolqien ta'
Sħubija Pubblika-Privata (PPP) għall-industriji b'bażi bijoloġika
(PPP b'bażi bijoloġika) bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni
tagħha. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi industrija Ewropea
aktar b'saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku[4], ittenni l-importanza
tat-twaqqif ta' PPP b'bażi bijoloġika fil-forma ta' Inizjattiva
Teknoloġika Konġunta (ITK) fil-kuntest tal-politika industrijali
tal-UE, li hija konformi wkoll mal-Komunikazzjoni tal-Kummussjoni
"Sħubijiet pubbliċi-privati, f'Orizzont 2020: għodda
b'saħħitha sabiex twettaq l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa."[5] Fi tmiem Novembru
2012, fl-opinjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Ewropea
tal-Bijoekonomija, il-Kumitat tar-Reġjuni saħaq ukoll fuq ir-rwol
importanti ta' prodotti b'bażi bijoloġika u soċjetà b'bażi
bijoloġika fl-Ewropa[6].
Fid-dawl tal-kwistjonijiet ta' sostenibbiltà soċjali u ekonomika usa' u
l-implikazzjonijiet għall-konsumaturi, il-Kummissjoni bħalissa qed
tistudja l-bijofjuwils mill-perspettiva tal-konsumaturi bħala parti minn
studju usa' dwar il-funzjonament tas-suq tal-fjuwils[7]. Raġunijiet u għanijiet
għal ITK fil-qasam tal-industriji b'bażi bijoloġika L-industriji b'bażi bijoloġika huma
industriji li jużaw riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli
għall-produzzjoni ta' prodotti b'bażi bijoloġika u bijofjuwils.
Il-produzzjoni normalment isseħħ f'bijoraffineriji u ħafna drabi
tiddependi fuq proċessi b'bażi bijoloġika. L-industriji
b'bażi bijoloġika jwasslu għall-ħolqien ta' katini ta'
valur ġodda, li jorbtu l-produtturi primarji li qabel ma kinux relatati (u
pereżempju amministraturi tal-iskart ograniku) u l-industriji, u b'hekk
jagħtu lok għal opportunitajiet ġodda għal firxa
wiesgħa ta' atturi stabbiliti. Għadd dejjem jikber ta' industriji
tal-ipproċessar, bħall-kimiċi, il-bijofjuwils, il-polpa u
l-karta, iz-zokkor u l-lamtu, u l-fornituri tat-teknoloġija (b'mod
partikolari rigward il-bijoteknoloġija industrijali u l-inġinerija)
huma interessati parzjalment jew kompletament li jaqilbu għal riżorsi
jew prodotti b'bażi bijoloġika rinnovabbli u sostenibbli. L-enfasi ewlenija ta' din l-ITK se tkun
il-bidla ta' partijiet tal-pjanti (eż. l-injam u r-residwi agrikoli u
forestrali) u l-iskart bijodegradabbli li mhumiex tajbin għall-ikel fi
prodotti b'bażi bijoloġika u bijofjuwils. Il-parti tal-pjanta li mhix
tajba għall-ikel, li tissejjaħ ukoll materjal linjoċellulożiku,
normalment tkun eteroġenja u tinkludi taħlita ta' tipi differenti ta'
bijomolekuli kumplessi (jiġifieri ċ-ċelluloża, l-emiċelluloża
u l-lignin). It-teknoloġija meħtieġa għat-trasformazzjoni
tal-materjal linjoċellulożiku, u li għadha qed tiġi
żviluppata, titqies bħala "aktar avvanżata" meta
kkumparata ma' teknoloġiji attwali li jibdlu l-partijiet tal-pjanti li
huma tajbin għall-ikel. Għalhekk, il-prodotti u l-proċessi li
jirriżulataw jissejħu "avvanzati". L-industriji b'bażi bijoloġika huma
s-sinsla tal-bijoekonomija tal-UE fil-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi.
Għalkemm bħalissa jirrappreżentaw biss 3 % mill-EUR 2 triljun
fi dħul annwali u 1 % mit-22 miljun impjieg iġġenerati
mill-bijoekonomija Ewropea llum[8],
l-industriji b'bażi bijoloġika huma mistennija li jikbru aktar
bil-ħeffa u b'mod sostanzjali minn setturi bijoekonomiċi aktar
tradizzjonali[9] [10]. Stimi minn sorsi differenti
jqsiu li: ·
Id-dħul globali potenzjali tal-katina ta'
valur tal-bijomassa kollha għall-bijoraffineriji, sal-2020 jista'
jaqbeż il-EUR 200 biljun[11];
·
Aktarx li s-sehem tal-proċessi b'bażi
bijoloġika fil-produzzjoni tal-kimiċi kollha waħidha se
jiżdied minn anqas minn 2 % fl-2005 għal 25 % fl-2025[12]; ·
It-tkabbir tal-volum tal-prodotti kimiċi
b'bażi bijoloġika tal-UE sal-2020 (inklużi l-bijoplastika,
il-bijolubrikanti, il-bijosolventi, il-bijoaġenti tensjoattivi u
l-bażi kimika) huwa stmat għal 5,3 % fis-sena, li
jirriżulta f'suq li jiswa EUR 40 biljun u li jipprovdi aktar
minn 90 000 impjieg fi ħdan l-industrija tal-bijokimiċi
waħidha[13];
·
Sal-2020, sa 75 biljun litru ta' bijoetanol
jistgħu jiġu prodotti b'mod sostenibbli bi prezz kompetittiv. Dan
ikun jirrappreżenta madwar EUR 15 biljun fi dħul
addizzjonali għas-settur tal-agrikoltura[14]. Sabiex jitwettaq dan il-potenzjal u biex tkun
żgurata l-kompetittività tal-industriji b'bażi bijoloġika
tal-Ewropa u l-katini tal-valur tagħhom fis-swieq globali,
jeħtieġ li jiġu megħluba għadd ta' ostakli. ·
Il-bażi tal-bijomassa jeħtieġ li
tinkiseb fl-Ewropa b'mod sostenibbli u mingħajr konsegwenzi negattivi li
mhumiex intenzjonati, bħat-telf tal-bijodiversità, it-tibdil indiriett
tal-użu tal-art (ILUC) jew l-effetti negattivi għas-sikurezza
tal-ikel. ·
L-atturi differenti, inklużi l-amministraturi
tal-agrikoltura u tal-forestrija u l-amministraturi tal-iskart u tal-industriji
jeħtieġ li jwaqqfu kooperazzjonijiet tul katini tal-valur
sħaħ, bil-għan li jżidu l-effiċjenza fl-użu
tar-riżorsi billi jnaqqsu l-frammentazzjoni u l-iżolament attwali ta'
dawn is-setturi. ·
Jeħtieġ li jiġu żviluppati
proċessi ġodda għas-separazzjoni, it-trattament minn qabel u
l-konverżjoni tal-bażi fi prodotti b'bażi bijoloġika u
bijofjuwils. Biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-proċessi
u sabiex jiġi ottimizzat il-qligħ, se jkun meħtieġ li
jiġu avvanzati simultanjament fi sforz tar-riċerka b'saħħtu
u b'diversi aspetti, firxa wiesgħa ta' alternattivi teknoloġiċi
radikalment differenti (eż. proċessi abbażi ta' enzima kontra
proċessi termokimiċi). ·
Huwa meħtieġ investiment sinifikanti
għat-tisħiħ tat-teknoloġija u l-infrastruttura biex
jiġu vvalutati l-merti relattivi ta' alternattivi teknoloġiċi
radikalment differenti u biex tiġi identifikata/jiġu identifikati
l-aqwa alternattiva/i. Dan ifisser l-aġġornament ta' industriji
eżistenti b'bażi bijoloġika (eż. l-imtieħen tal-polpa
u tal-karta, il-bijofjuwils, il-lamtu, il-kimiċi, eċċ.) u
l-iżvilupp ta' mudelli ta' bijoraffineriji integrati skalabbli u
ġodda. ·
L-adozzjoni b'suċċess ta' prodotti
b'bażi bijoloġika u bijoenerġija/fjuwils tkun teħtieġ
l-iżvilupp ta' sistemi ta' standards, tikkettar u ċertifikazzjoni u
l-kisba tal-aċċettazzjoni tal-konsumaturi. Il-prezzijiet tal-prodotti
għandhom jirriflettu l-esternalitajiet kif xieraq u l-konsumaturi
għandhom ikunu kapaċi jagħmlu għażliet tal-prodotti
infurmati, eż. abbażi ta' dejta dwar il-benefiċċji ta' dawn
il-prodotti fuq iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott
mill-ġenesi sa t-tmiem tiegħu. Il-katini ta' valur tal-industriji b'bażi
bijoloġika (li jinkludu produzzjoni primarja, bijoraffineriji, utenti
industrijali sa marki tal-konsumatur) huma kumplessi, u l-istess huma l-isfidi
teknoloġiċi u tal-innovazzjoni li jeħtieġ li jiġu
megħluba sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjal ambjentali u
soċjoekonomiku tagħhom. Viżjoni strateġika b'saħħitha,
aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni definita u strutturata sew u
impenn finanzjarju fuq terminu twil biss jistgħu jlaqqgħu flimkien fi
programm wieħed il-kompetenzi differenti minn madwar l-Ewropa sabiex isiru
l-avvanzi meħtieġa u biex tingħata biżżejjed
ċertezza u massa kritika għall-ingranaġġ ta' investimenti
privati sinifikanti. L-għanijiet tal-ITK proposta dwar
l-industriji b'bażi bijoloġika huma li: ·
tikkontribwixxi għal ekonomija sostenibbli u
effiċjenti fl-użu tal-karbonju u aktar effiċjenti fl-użu
tar-riżorsi u biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, b'mod
partikolari f'żoni rurali, permezz tal-iżvilupp ta' industriji
b'bażi bijoloġika sostenibbli u kompetittivi fl-Ewropa, ibbażati
fuq bijoraffineriji li jiksbu l-bijomassa tagħhom b'mod sostenibbli; u b'
mod partikulari li: ·
turi teknoloġiji li jippermettu moduli
kimiċi ġodda, materjali ġodda, u prodotti ġodda
għall-konsumatur minn bijomassa Ewropea u li jissostitwixxu
l-ħtieġa għal inputs ibbażati fuq il-fossili; ·
tiżviluppa mudelli ta' negozju li jintegraw
l-atturi ekonomiċi tul il-katina ta' valur kollha mill-provvista
tal-bijomassa għall-bijoraffineriji għall-konsumaturi ta' materjali,
kimiċi u fjuwils b'bażi bijoloġika, inkluż permezz
tal-ħolqien ta' interkonnessjonijiet transsettorjali ġodda u
l-appoġġ għal raggruppamenti transindustrijali; u wkoll ·
twaqqaf bijoraffineriji ewlenin li jużaw
it-teknoloġiji u l-mudelli ta' negozju għall-materjali,
il-kimiċi u l-fjuwils b'bażi bijoloġika u juru l-kost u t-titjib
fil-prestazzjoni sa livelli li huma kompetittivi mal-alternattivi b'bażi
ta' fossili. Nibnu fuq l-esperjenza tal-passat Matul id-deċennji li għaddew, l-UE
ffinanzjat firxa wiesgħa ta' proġetti li jikkontribwixxu
għall-avvanz tal-industriji b'bażi bijoloġika. Il-Programmi
Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku tal-UE (FPs) ikopru
kważi 6 % tal-investiment totali għar-R&Ż tal-UE u 15 %
tar-R&Ż Ewropew iffinanzjat mill-pubbliku, iffinanzjat b'mod
kollaborattiv u transfruntier. Bl-FP7, il-Programm Speċifiku dwar
il-"Kooperazzjoni", it-Tema 2 "Ikel, Agrikoltura u Sajd,
Bijoteknoloġija" bħalissa qed tiffinanzja 100 proġett
fil-qasam tal-bijoteknoloġija b'kontribuzzjoni tal-UE ta' madwar EUR 400 miljun. Fid-dawl tan-natura multidixxiplinarja
tal-bijoraffineriji, fl-2008, id-DĠ RTD organizza Sejħa Konġunta
għal bijoraffineriji li jinvolvu erba' Temi tal-Programm ta'
"Kooperazzjoni (Tema 2, Tema 5, Tema 4 "Nanoxjenzi,
Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni Ġodda,
u Tema 6 "l-Ambjent"). Tliet proġetti kollaborattivi ewlenin
(BIOCORE, EUROBIOREF u SUPRABIO) intgħażlu għall-finanzjament
fl-2009 flimkien ma' kontribuzzjoni kkombinata tal-UE ta' madwar EUR 50 miljun. L-esperjenza tal-aħħar snin
tikkonferma li l-Ewropa għandha bażi tar-riċerka
b'saħħitha fil-qasam tal-industriji b'bażi bijoloġika
b'diversi proġetti ta' bijoraffineriji li rnexxew, fil-livell tal-UE u
fil-livelli reġjonali u nazzjonali. Il-mekkaniżmi ta' finanzjament applikati
fil-livell tal-UE u dak reġjonali, b'mod partikolari proġetti ta'
bijoraffineriji kbar u integrati u raggruppamenti tal-bijoekonomija
reġjonali, huma pass fid-direzzjoni t-tajba, billi japplikaw
approċċ ta' katina ta' valur li jkopri r-riċerka, l-attivitajiet
ta' turija u ta' mobilizzazzjoni u jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni
transfruntiera. Minkejja dan, għadu ma rnexxilhomx jilħqu l-massa
kritika suffiċjenti biex tingħeleb il-frammentazzjoni u jinħolqu
katini ta' valuri tal-industriji b'bażi bijoloġika integrati
fl-Ewropa. Madanakollu, l-impatt ta' dawn il-proġetti saħansitra
seta' kien aħjar kieku dawn kienu jiffurmaw parti minn strateġija
integrata fit-tul għall-industriji b'bażi bijoloġika u li kieku
ngħata aktar appoġġ għall-attivitajiet tat-turija u
tal-mobilizzazzjoni. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Bi tħejjija għal din l-ITK ġew
ikkonsulati firxa wiesgħa ta' sorsi: ·
Bejn il-21 ta' Settembru u l-14 ta' Diċembru 2012
saret konsultazzjoni pubblika dwar il-PPP b'bażi bijoloġika proposta,
li rċeviet 638 tweġiba valida. 64.6 % tat-tweġibiet waslu mis-settur
privat, 24.6 % mill-akkademja, 8.8 % mis-settur pubbliku u 2 %
waslu mill-NGOs. Waslu tweġibiet minn 19 mis-27 Stat Membru, b'ħafna
minnhom jaslu mill-Polonja, segwita mill-Pajjiżi l-Baxxi,
mill-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Belġju, l-Isvezja, il-Finlandja,
l-Italja, l-Awstrija, ir-Renju Unit, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka,
il-Portugall, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Ungerija, il-Greċja u
l-Islovakkja. Kważi dawk kollha li wieġbu (94.3 %) talbu
għall-intervent tal-UE u 86.9 % qiesu l-PPP bħala l-aktar
mekkaniżmu xieraq għall-implimentazzjoni tal-programm
tar-R&Ż għall-industriji b'bażi bijoloġika taħt
Orizzont 2020, u qiesu li jkollha impatti soċjoekonomiċi
pożittivi. Messaġġi ewlenin oħra kienu rigward
il-ħtieġa li tissaħħaħ l-innovazzjoni tal-UE, li
titjieb il-kompetittività u li jiġu fformulati għanijiet ta'
intervent ċari għall-industriji b'bażi bijoloġika.
Ir-riżultati mill-konsultazzjoni ġew ippreżentati u diskussi
f'avveniment tal-partijiet interessati fid-9 ta' Jannar 2013 fi
Brussell, u li attendew għalih 162 persuna. Ir-rapport komplut tal-konsultazzjoni
ppubblikat onlajn jifforma parti mill-Valutazzjoni tal-Impatt: huwa ppjanat li
jiġi ppubblikat f'verżjoni stampata f'Ġunju 2013. ·
Diversi avvenimenti organizzati fi ħdan
il-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijoekonomija ippermetta
kuntatti regolari mifruxin mal-partijiet interessati matul it-tħejjija
tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Dan kien jinkludi l-konferenza "Partnering
for the Bioeconomy in European Regions" tat-12 ta' Ottubru 2012,
koorganizzata minn DĠ RTD u l-Kumitat tar-Reġjuni. Matul
il-konferenza, ġiet ipprovduta l-informazzjoni dwar il-PPP potenzjali
b'bażi bijoloġika u eżempji tal-attivitajiet reġjonali
enfasizzaw il-benefiċċji possibbli tal-isħubijiet
tal-bijoekonomija. DĠ REGIO speċifikament informa
lill-parteċipanti tal-konferenza rigward l-Istrateġija dwar
l-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti, minħabba li tifforma parti
mill-politika dwar l-iżvilupp rurali tal-UE. DĠ REGIO ppropona li,
fejn xieraq, l-investimenti jiġu ffukati fuq il-bijoekonomija. ·
Ġew ikkonsultati diversi studji mwettqa
b'konnessjoni mal-bijoekonomija, il-prodotti b'bażi bijoloġika u
l-bijofjuwils. ·
Grupp ta' għaxar analisti esterni
b'għarfien espert rilevanti għall-partijiet differenti tal-katina ta'
valur tal-industriji b'bażi bijoloġika ġew mistiedna biex
jgħinu lil DĠ RTD fil-ġbir u l-analiżi tad-dejta hawn fuq u
t-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Valutazzjoni
tal-Impatt Ir-Regolament propost huwa appoġġjat
minn Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, li qed takkumpanja l-proposta. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tikkonċerna t-twaqqif ta'
Impriża Konġunta tal-Industriji b'bażi bijoloġika (IK BBI)
skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(TFUE) għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta dwar l-Industriji b'bażi bijoloġika (ITK BBI). L-IK BBI għandha tiġi stabbilita
għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2024. Se
jkollha s-sede tagħha fi Brussell, il-Belġju. Se titwaqqaf mill-UE, se tkun
irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u l-Konsorzju
għall-Industriji b'bażi bijoloġika (BIC). L-attivitajiet tal-IK
BBI se jiġu ffinanzjati b'mod konġunt mill-fundaturi tagħha.
Il-Komunità Ewropea u l-BIC se jikkontribwixxu f'ammonti ugwali għall-kostijiet
operattivi tal-IK BBI. L-attivitajiet ta' riċerka u turija se jkunu
ffinanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-kumpaniji membri tal-BIC
b'riżorsi monetarji jew mhux monetarji (persunal, tagħmir,
oġġetti konsumibbli, eċċ) u riżorsi monetarji mill-UE.
Il-livell ta' riżorsi tal-UE se jvarja, f'konformità mar-regoli
tal-Orizzont 2020, jiddependi fuq it-tip ta' attività kkunsidrata. L-IK BBI se tkun miftuħa għal membri
ġodda, sakemm dawn jikkontribwixxu permezz ta' fondi sabiex jintlaħqu
l-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni se tkun irrappreżentata
fil-Bord ta' Tmexxija bi drittijiet u voti bħala l-membri tal-BIC
industrijali. Bażi legali Il-bażi legali tal-proposta huwa
l-Artikolu 187 tat-TFUE. Ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u
d-Disseminazzjoni ta' Orizzont 2020 se japplikaw. Madanakollu,
minħabba l-ħtieġa operattiva ta' din l-inizjattiva, hija
meħtieġa deroga minn dawn ir-Regoli. Minkejja dan, f'dan l-istadju,
id-deroga speċifika mhix inkluża fil-proposta preżenti, sabiex
id-diskussjonijiet interistituzzjonali rigward il-bażi
legali/il-modalitajiet proċedurali xierqa għall-adozzjoni
tagħhom, li għadhom pendenti fil-kuntest tal-ħidmiet
leġiżlattivi rigward il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020 (COM(2011)
0810 – 2011/0399 (COD)) ma jkunux ippreġudikati. Id-deroga speċifika
se tiġi introdotta fi stadju aktar tard fid-dawl tal-eżitu
tad-diskussjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-deroga se tippermetti l-limitu għall-azzjonijiet,
ħlief azzjonijiet ta' innovazzjoni, l-eliġibilità
għall-finanzjament lil entitajiet bħall-SMEs jew l-istabbilimenti
tal-edukazzjoni sekondarja jew tal-edukazzjoni ogħla filwaqt li fl-istess
ħin tikseb il-livell ottimu ta' effett ta' ingranaġġ
fl-investiment privat. Sussidjarjetà u proporzjonalità Il-proposta tikkonċerna qasam li ma jaqax
taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE, u minħabba f'hekk japplika
l-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-għanijiet tal-politika abbażi ta'
din il-proposta jistgħu jintlaħqu biss permezz ta' azzjoni tal-UE u
dan għar-raġunijiet ewlenin li ġejjin: (1)
In-natura transnazzjonali u kumplessa ta' din
l-isfida ta' riċerka u innovazzjoni ġdida identifikata, li
teħtieġ il-ġbir ta' għarfien kumplimentari u riżorsi
finanzjarji tul is-setturi u l-fruntieri. Din il-problema ma tistax tissolva
minn l-ebda Stat Membru, impriża jew parti interessata waħdu jew
waħedha. (2)
L-isforz ta' koordinazzjoni u r-riżorsi
meħtieġa tant huma ta' skala kbira li jistgħu jiġu
implimentati b'mod kredibbli fuq livell Ewropew biss. (3)
Minħabba inizjattivi simili u kompetittivi
għaddejjin jew li qed jitniedu f'ekonomiji oħra ewlenin (l-Istati
Uniti, il-Brażil, iċ-Ċina, il-Kanada) azzjoni fuq skala kbira
biss implimentata fil-livell Ewropew hija attraenti biżżejjed biex
l-industriji jinvestu fl-Ewropa. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità,
id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jmorrux lil hinn minn dak li
huwa neċessarju għall-kisba tal-għanijiet tiegħu. Għażla
tal-istrument Ir-Regolament propost se jagħti spinta
sinifikanti lill-investiment pubbliku u privat fl-attivitajiet tar-riċerka
u l-innovazzjoni li għandhom l-għan li jtejbu l-kompetittività
tal-industriji b'bażi bijoloġika Ewropej u joħolqu l-impjiegi,
b'mod partikolari f'żoni rurali. L-IK BBI tista' ssaħħaħ
ir-riżorsi privati permezz ta' fondi tal-UE f'livell li ma jistax jinkiseb
permezz ta' strumenti tradizzjonali, li jonqoshom l-approċċ
strateġiku fit-tul rigward il-programmar u l-finanzjament. Matul l-operazzjoni
tal-Impriża Konġunta, kull EUR 1 ta' fondi tal-UE se jingrana
EUR 2.8 ta' fondi privati. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-baġit totali tal-IK BBI se jkun ta'
EUR 2 000 miljun (inkluż fi flus u kontribuzzjonijiet
materjali). Barra minn hekk, l-industrija impenjat ruħha li tinvesti
EUR 1 800 miljun fit-twaqqif ta' impjanti ewlenin u ta' turija kbar li
jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' din l-ITK. Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni Ewropea
(inkluż l-EFTA) se tkun ta' EUR 1 000 miljun[15], imħallsa mill-baġit
ta' Orizzont 2020. Il-kostijiet operattivi tal-IK BBI se jkunu
koperti f'partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs mill-UE u l-BIC
mill-bidu nett. Il-kostijiet amministrattivi ma għandhomx jaqbżu
s-EUR 60 miljun għat-tul tal-IK. L-attivitajiet ta' riċerka u turija
implimentati mill-IK BBI u eliġibbli għall-kofinanzjament taħt
Orizzont 2020 se jkunu ffinanzjati b'mod konġunt mill-UE u l-BIC. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Analiżi L-UE se tippreżenta rapport annwali dwar
il-progress li sar mill-IK BBI u sal-31 ta' Diċembru 2017
se tkun wettqet analiżi ta' nofs it-terminu. Ir-rilaxx
tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE għandu jkun parti
mir-rilaxx mogħti mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill
lill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 319
tat-TFUE. 2013/0241 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-Impriża Konġunta
tal-Industriji b'bażi bijoloġika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u
l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[16], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali[17], Billi: (1) Inizjalment sar provvediment
għal sħubijiet pubbliċi-privati fil-forma ta’ Inizjattivi
Teknoloġiċi Konġunti fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006
dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’
riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[18]. (2) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006
dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm
Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka,
żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013)[19] identifikat sħubijiet
pubbliċi-privati li għandhom ikunu appoġġjati. (3) Ir-Regolament (UE)
Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- … 2013 li
jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni (2014-2020)[20]
għandu l-għan li jkollu impatt ikbar fuq ir-riċerka u
l-innovazzjoni billi jikkombina l-Programm Qafas Orizzont 2020 u fondi
tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn
ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu
għall-għanijiet usa’ fil-kompetittività tal-Unjoni u jgħinu biex
jingħelbu sfidi soċjetali. L-involviment tal-UE f’dawn
is-sħubijiet jista’ jieħu l-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji
għal intrapriżi konġunti stabbiliti abbażi
tal-Artikolu 187 tat-Trattat taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE.
(4) Skont id-Deċiżjoni
(UE) Nru …/2013 tal-Kunsill ta’ … 2013 li tistabbilixxi l-Programm
Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 (2014-2020)[21] għandu jingħata
iktar appoġġ lill-impriżi konġunti kif stabbilit
fil-Programm Qafas Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet
speċifikati f'dik id-Deċiżjoni. (5) L-Istrateġija Ewropa 2020[22] tisħaq fuq
il-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli
għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni biex fl-Unjoni
jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Kemm il-Parlament
Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw din l-istrateġija. (6) Il-Konsorzju tal-Industriji
b'bażi bijoloġika (minn issa 'l quddiem il-"BIC")
żviluppa vision paper u Aġenda Strateġika
għall-Innovazzjoni u r-Riċerka abbażi ta' konsultazzjoni
estensiva mal-partijiet interessati pubbliċi u privati. L-Aġenda
Strateġika għall-Innovazzjoni u r-Riċerka tiddeskrivi l-isfidi
teknoloġiċi u tal-innovazzjoni ewlenin li jeħtieġ li
jiġu megħluba sabiex jiġu żviluppati industriji b'bażi
bijoloġika sostenibbli u kompetittivi fl-Ewropa u tidentifika attivitajiet
ta' riċerka, turija u mobilizzazzjoni li għandhom jitwettqu minn
Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar l-"Industriji b'bażi
bijoloġika". (7) Il-BIC hija organizzazzjoni
bla skop ta' qligħ li twaqqfet biex tirrappreżenta l-grupp
indurstrijali li jappoġġja l-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta dwar l-Industriji b'bażi bijoloġika. Il-membri
tagħha jkopru l-katina ta' valur b'bażi bijoloġika kollha u
jikkonsistu minn industriji kbar, intrapriżi żgħar u ta' daqs
medju (SMEs), raggruppamenti reġjonali, assoċċjazzjonijiet
Ewropej tal-kummerċ, u Pjattaformi Ewropej Teknoloġiċi.
L-għan tal-BIC huwa li jiżgura u jippromwovi l-iżvilupp teknoloġiku
u ekonomiku tal-industriji b'bażi bijoloġika fl-Ewropa. Kwalunkwe
parti interessata tul il-katina ta' valur b'bażi bijoloġika tista'
tapplika għas-sħubija. Il-BIC japplika l-prinċipji ġenerali
ta' ftuħ u trasparenza għal sħubija li tiżgura involviment
industrijali wiesa'. (8) Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2012 "Ninnovaw għal
Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa"[23], u b'mod partikolari l-Pjan
ta' Azzjoni tagħha, jitlob sħubija pubblika-privata biex
tappoġġja t-twaqqif ta' industriji u katini ta' valur b'bażi
bijoloġika sostenibbli u kompetittivi fl-Ewropa. Bil-ħsieb li nimxu
lejn soċjetà fejn nifirxu lil hinn mill-użu taż-żejt,
il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tintegra aħjar is-setturi
tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-bijomassa sabiex tirrikonċilja
s-sikurezza tal-ikel u l-iskarsezza tar-riżorsi naturali u
l-għanijiet ambjentali bil-użu ta' bijomassa għal għanijiet
industrijali u tal-enerġija. (9) Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 "Industrija Ewropea
aktar b'saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku"[24] tikkonferma l-importanza
strateġika tal-industriji b'bażi bijoloġika
għall-kompetittività futura tal-Ewropa, kif identifikat fil-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2007 "Inizjattiva
tas-Suq Ewlieni għall-Ewropa"[25]
u tisħaq fuq il-ħtieġa għal Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta dwar l-"Industriji b'bażi bijoloġika". (10) L-industriji b'bażi
bijoloġika u l-katini ta' valur tagħhom qed jaffaċċjaw
sfidi teknoloġiċi u tal-innovazzjoni sostanzjali u kumplessi.
Bħala settur ġdid, l-industriji b'bażi bijoloġika se
jkollhom jegħlbu t-tixrid tal-kompetenzi tekniċi u d-dejta limitata
disponibbli pubblikament dwar id-disponibbiltà tar-riżorsi reali sabiex jibnu
katini ta' valur kompetittivi u sostenibbli. Sabiex dawn l-isfidi jisfaw
megħluba, fil-livell Ewropew trid tinkiseb massa kritika b'mod iffukat u
koerenti, f'termini ta' daqs tal-attività, eċċellenza u potenzjal
għall-innovazzjoni. (11) L-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta dwar l-industriji b'bażi bijoloġika għandha
tnaqqas it-tipi differenti ta' fallimenti tas-suq li jiskoraġġixxu
l-investiment privat f'attivitajiet ta' riċerka, turija u mobilizzazzjoni
prekompetittivi għall-industriji b'bażi bijoloġika fl-Ewropa.
B'mod partikolari għandha taċċerta d-disponibbiltà ta' bijomassa
affidabbli, filwaqt li tqis domandi soċjali u ambjentali kompetittivi
oħrajn, u tappoġġja l-iżvilupp ta' teknoloġiji
tal-ipproċessar avvanzati, attivitajiet ta' turija u strumenti ta'
politika fuq skala kbira, u b'hekk tnaqqas ir-riskju għall-investiment
privat tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp ta' prodotti
b'bażi bijoloġika u bijofjuwils sostenibbli u kompetittivi. (12) L-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta dwar l-industriji b'bażi bijoloġika għandha tkun
sħubija pubblika-privata li timmira lejn l-investiment dejjem jiżdied
fl-iżvilupp ta' settur sostenibbli tal-industriji b'bażi
bijoloġika fl-Ewropa. Għandha tipprovdi benefiċċji
ambjentali u soċjoekonomiċi għaċ-ċittadini Ewropej,
iżżid il-kompetittività fl-Ewropa u tikkontribwixxi għat-twaqqif
tal-Ewropa bħala attur ewlieni fir-riċerka, it-turija u
l-mobilizzazzjoni ta' prodotti b'bażi bijoloġika u bijofjuwils. (13) L-għan tal-Inizjattiva
Teknoloġika Konġunta dwar l-industriji b'bażi bijoloġika
huwa li timplimenta programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
fl-Ewropa li jivvaluta d-disponibbiltà ta' riżorsi bijoloġiċi
rinnovabbli li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta' materjali
b'bażi bijoloġika u abbażi ta' dak jappoġġjaw
it-twaqqif ta' katini ta' valur b'bażi bijoloġika sostenibbli.. Dawn
l-attivitajiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni bejn il-partijiet
interessati tul il-katini ta' valur b'bażi bijoloġika kollha,
inkluż l-industriji tal-produzzjoni u tal-ipproċessar ewlenin,
il-marki tal-konsumaturi, l-SMEs, iċ-ċentri u l-universitajiet
teknoloġiċi u ta' riċerka. (14) L-ambizzjoni u l-ambitu
tal-għanijet tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar
l-Industriji b'bażi bijoloġika, id-daqs tar-riżorsi finanzjarji
u tekniċi li jeħtieġ li jiġu mmobilizzati, u
l-ħtieġa li tinkiseb koordinazzjoni u sinerġija effettiva
tar-riżorsi u l-finanzjament, jeħtieġ l-involviment tal-Unjoni.
Għalhekk Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni
tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar l-Industriji b'bażi
bijoloġika (minn hawn 'il quddiem "l-IK BBI") għandha
titwaqqaf bħala entità legali. (15) L-għan tal-Impriża
Konġunta BBI għandu jinkiseb permezz ta' appoġġ
għall-attivitajiet ta' riċerka bl-użu ta' riżorsi
mis-setturi pubbliċi u dawk privati. Għal dan il-għan,
l-Impriża Konġunta BBI għandha torganizza sejħiet għal
proposti għall-appoġġ għall-attivitajiet ta' riċerka, turija
u mobilizzazzjoni. (16) Sabiex tikseb l-impatt
massimu, l-Impriża Konġunta tal-Industriji b'bażi
bijoloġika għandha tiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma'
programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ambjent,
il-kompetittività u l-SMEs, u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u
tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu
speċifikament fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u
reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’
strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni. (17) Il-membri fundaturi
tal-Impriża Konġunta BBI għandhom ikunu l-Unjoni u l-BIC. (18) Ir-regoli
għall-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Impriża Konġunta BBI
għandhom jiġu stipulati fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta
BBI bħala parti minn dan ir-Regolament. (19) Il-BIC esprima bil-miktub
l-approvazzjoni tiegħu biex isegwi l-attivitajiet ta' riċerka
fil-qasam tal-Impriża Konġinta BBI fi ħdan l-istruttura adattata
sew għan-natura ta' sħubija pubblika-privata. Huwa xieraq li l-BIC
jaderixxi għall-Istatuti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament billi
jiffirma l-ittra ta' konferma. (20) Biex tilħaq
l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta BBI għandha
tipprovdi appoġġ finanzjarju prinċipalment f’forma ta’
għotjiet lill-parteċipanti wara sejħiet miftuħa u
kompetittivi għall-proposti. (21) Il-kontribuzzjonijiet
mill-Membri privati ma għandhomx ikunu marbuta biss mal-kostijiet
amministrattivi tal-Impriża Konġunta BBI u mal-kofinanzjament
meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta’ riċerka u ta'
innovazzjoni appoġġjati mill-Impriża Konġunta BBI. (22) Il-kontribuzzjonijiet
tagħhom għandhom ikunu relatati wkoll ma' attivitajiet addizzjonali
li għandhom jitwettqu mill-Membri privati, kif speċifikat fi pjan
tal-attivitajiet addizzjonali; u sabiex ikollhom opinjoni xierqa tal-effett ta'
ingranaġġ, dawk l-attivitajiet addizzjonali jridu
jirrappreżentaw il-kontribuzzjonijiet lill-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta usa' dwar l-Industriji b'bażi bijoloġika. (23) Il-parteċipazzjoni
f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI
għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru … /2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill ta’ … 2013 li jistabbilixxi r-regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’"Orizzont 2020 –
il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)"[26]. (24) Il-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta BBI għandha titmexxa
skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u bir-regoli rilevanti
dwar ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
u r-Regolament delegat mill-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012
dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[27]. (25) Il-verifiki
tal-benefiċjarji tal-fondi tal-UE skont dan ir-Regolament għandhom
isiru b’tali mod li l-piż amministrattiv jitnaqqas, f'konformità
mar-Regolament (UE) Nru […]/2013 [il-Programm Qafas Orizzont 2020]. (26) L-interessi finanzjarji
tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta BBI
għandhom ikunu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonati matul
iċ-ċiklu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, l-individwazzjoni u
l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkuprar ta’ fondi mitlufa,
imħallsa ħażin jew użati ħażin, u fejn huwa
meħtieġ, penali amministrattivi u finanzjarji xierqa skont
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. (27) L-awditur intern
tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq
l-Impriża Konġunta BBI bħal dawk eżerċitati
fir-rigward tal-Kummissjoni. (28) Skont l-Artikolu 287(1)
tat-Trattat, l-istrument kostitwenti ta' korpi, uffiċċji jew
aġenziji mwaqqfa mill-Unjoni jista’ jipprekludi l-eżami tal-kontijiet
tad-dħul u l-ispiża kollha ta’ dawk il-korpi, l-uffiċċji
jew l-aġenziji mill-Qorti tal-Awdituri. Skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament
(UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kontijiet tal-korpi taħt
l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
għandhom jiġu eżaminati minn korp ta’ verifika indipendenti li inter
alia għandu jagħti opinjoni dwar il-kredibilità tal-kontijiet u
l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. L-evitar
tad-duplikazzjoni tal-eżami tal-kontijiet jiġġustifika li
l-kontijiet tal-Impriża Konġunta BBI ma għandhomx ikunu
soġġetti għal eżami mill-Qorti tal-Awdituri. (29) Sabiex tiffaċilita
t-twaqqif tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli
mit-twaqqif u t-tħaddim inizjali tal-Impriża Konġunta BBI sakemm
ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha. (30) Skont il-prinċipji
tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għanijiet
tal-Impriża Konġunta BBI fit-tisħiħ tar-riċerka
industrijali u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod
suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk biex tiġi evitata
d-duplikazzjoni, jistgħu jżommu l-massa kritika u jiżguraw li
l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aqwa mod, u jinkiseb aħjar
mill-Unjoni. Dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għall-minimu mitlub
biex jintlaħqu dawk l-għanijiet u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa
meħtieġ għal dak il-għan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Stabbiliment 1. Għall-implimentazzjoni
tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Industriji b'bażi
bijoloġika, impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 187
tat-Trattat (minn issa ’l quddiem ''l-Impriża Konġunta BBI''),
tiġi stabbilita għal perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2024. 2. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tikkostitwixxi korp responsabbli bl-implimentazzjoni ta’
sħubija pubblika-privata li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 209
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[28].
3. L-Impriża Konġunta
BBI għandu jkollha personalità ġuridika. F'kull wieħed
mill-Istati Membri, għandha tgawdi mill-aktar kapaċità legali
estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet
ta' dawk l-Istati Membri. Tista', b' mod partikolari, takkwista jew tiddisponi
minn proprjetà mobbli u immobbli, u tista' tkun parti fi proċeduri legali. 4. Is-sede tal-Impriża
Konġunta BBI għandha tkun fi Brussell, il-Belġju. 5. L-Istatuti tal-Impriża
Konġunta BBI huma stabbiliti fl-Anness. Artikolu 2 Għanijiet L-Impriża Konġunta BBI għandu
jkollha l-għanijiet li ġejjin: (a)
li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni
tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... 2013
li jistabbilixxu l-Programm Qafas Orizzont 2020 u b'mod partikolari parti
... mid-Deċiżjoni Nru ... /2013 tal-UE tal-Kunsill ta' ... 2013
li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku Orizzont 2020. (b)
tikkontribwixxi għall-għanijiet
tal-Inizzjattiva Teknoloġika Konġunta għall-Industriji
b'bażi bijoloġika għal ekonomija aktar sostenibbli u
effiċjenti fl-użu tal-karbonju u żżid it-tkabbir ekonomiku
u l-impjiegi, b'mod partikolari f'żoni rurali, permezz tal-iżvilupp
ta' industriji b'bażi bijoloġika sostenibbli u kompetittivi
fl-Ewropa, ibbażati fuq bijoraffineriji li jiksbu l-bijomassa tagħhom
b'mod sostenibbli; u b'mod partikulari biex: (c)
turi teknoloġiji li jippermettu moduli
kimiċi ġidda, materjali ġodda, u prodotti ġodda
għall-konsumatur minn bijomassa Ewropea u li jissostitwixxu
l-ħtieġa għal inputs b'bażi ta' fossili; (d)
tiżviluppa mudelli ta' negozju li jintegraw
l-atturi ekonomiċi tul il-katina ta' valur kollha mill-provvista
tal-bijomassa għall-bijoraffineriji għall-konsumaturi ta' materjali,
kimiċi u fjuwils b'bażi bijoloġika, inkluż permezz
tal-ħolqien ta' interkonnessjonijiet transsettorjali ġodda u
l-appoġġ għal raggruppamenti transindustrijali; kif ukoll (e)
twaqqaf bijoraffineriji ewlenin li jużaw
it-teknoloġiji u l-mudelli ta' negozju għall-materjali,
il-kimiċi u l-fjuwils b'bażi bijoloġika u juru l-kost u t-titjib
fil-prestazzjoni sa livelli li huma kompetittivi mal-alternattivi b'bażi
ta' fossili. Artikolu 3 Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni 1. Il-kontribuzzjoni massima
tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA għall-Impriża
Konġunta BBI biex tkopri l-kostijiet u l-kostijiet operattivi għandha
tkun EUR 1 000 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas
mill-approprjazzjonijiet rilevanti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni
allokat lill-Programm Speċifiku Orizzont 2020 li jimplimenta l-Programm
Qafas Orizzont 2020 skont l-Artikolu 58(1)(c)(iv) u l-Artikoli 60 u 61
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għall-korpi msemmija
fl-Artikolu 209 ta’ dak ir-Regolament. 2. L-arranġamenti
għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti
fi ftehim ta’ delegazzjoni u ftehimiet ta’ trasferiment annwali ta’ fondi li
għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u
l-Impriża Konġunta BBI. 3. Il-ftehim ta’ delegazzjoni
msemmi fil-paragrafu 2 għandu jindirizza l-elementi stabbiliti
fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom)
Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni
(UE) Nru 1268/2012 kif ukoll, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin: (a) ir-rekwiżiti
għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta BBI rigward indikaturi
tal-prestazzjoni rilevanti li hemm referenza għalihom fl-Anness II
tad-Deċiżjoni (UE) Nru … [il-Programm Speċifiku li
jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020]; (b) ir-rekwiżiti
għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta BBI fid-dawl
tal-monitoraġġ msemmi fl-Anness III tad-Deċiżjoni (UE)
Nru … [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont
2020]; (c) l-indikaturi tal-prestazzjoni
speċifiċi relatati mal-funzjonament tal-Impriża Konġunta
BBI; (d) l-arranġamenti rigward l-għoti
tad-dejta neċessarja biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tkun
kapaċi taqdi l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u
rappurtaġġ; (e) l-użu ta’ riżorsi umani u
l-bidliet fihom, b’mod partikolari r-reklutaġġ bil-grupp, il-grad u
l-kategorija ta' funzjoni, l-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni
mill-ġdid u kwalunkwe bidla għan-numru ta’ membri tal-persunal. Artikolu 4 Kontribuzzjonijiet tal-Membri minbarra l-Unjoni 1. Il-Membri tal-Impriża
Konġunta BBI minbarra l-Unjoni għandhom iġiegħlu jew
jiftiehmu biex l-entitajiet kostitwenti u/jew affiljati tagħhom
jagħmlu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 2 800 miljun fuq
perjodu definit fl-Artikolu 1. 2. Il-kontribuzzjoni msemmija
fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn dan li ġej: (a)
il-kontribuzzjonijiet għall-Impriża
Konġunta BBI kif stabbilit fil-Klawżola 12(2), il-Klawżola 12(3)(b)
u l-Klawżola 12(3)(c) tal-Istatuti inklużi fl-Anness. (b)
kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji ta' mill-anqas
EUR 1 800 miljun matul il-perjodu definit fl-Artikolu 1 mill-Membri
minbarra l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom li jikkonsistu
mill-kostijiet li huma ġarrbu fl-implimentazzjoni ta' attivitajiet
addizzjonali minbarra l-pjan ta' ħidma tal-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta BBI li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Inizjattiva
Teknoloġika Konġunta BBI. Programmi ta' finanzjament tal-Unjoni
oħra jistgħu jappoġġjaw dawk il-kostijiet f'konformità
mar-regoli u l-proċeduri applikabbli. F'tali każijiet,
il-finanzjament tal-Unjoni ma għandux ikun sostitut
għall-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji għall-Membri minbarra
l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom. Dawk il-kostijiet msemmija fil-punt (b) ma
għandhomx ikunu eleġibbli għall-appoġġ finanzjarju
mill-Impriża Konġunta BBI. L-attivitajiet korrispondenti
għandhom ikunu stabbiliti fi pjan ta' attivitajiet addizzjonali annwali li
għandu jindika l-valur stmat ta' dawk il-kontribuzzjonijiet. 3. Il-Membri tal-Impriża Konġunta
BBI minbarra l-Unjoni għandhom jirrappurtaw kull sena sal-31 ta’ Jannar
lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta BBI rigward il-valur
tal-kontribuzzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 li
saru f’kull sena finanzjarja preċedenti. 4. Għall-finijiet
tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-Punt (b)
tal-paragrafu 2 u l-Klawżola 12(3)(c) tal-Istatuti inklużi
fl-Anness, il-kostijiet għandhom ikunu ddeterminati skont il-prattiċi
normali tal-kontabbiltà tal-kostijiet tal-entitajiet ikkonċernati, skont
l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn hija stabbilita
kull entità, u skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà / l-Istandards
Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju. Il-kostijiet
għandhom ikunu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti
maħtur mill-entità kkonċernata. L-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet
għandha tiġi vverifikata mill-Impriża Konġunta BBI.
Fil-każ tal-inċertezzi li jkun għad fadal, tista' tiġi
vverifikata mill-Impriża Konġunta BBI. 5. Il-Kummissjoni tista’ ttemm,
tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja
lill-Impriża Konġunta BBI jew tiskatta l-proċedura
tal-proċess ta’ stralċ li tissemma fi Klawżola 20(2)
tal-Istatuti inklużi fl-Anness jekk dawk il-Membri jew l-entitajiet
kostitwenti tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment jew
jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 2. Artikolu 5 Regoli finanzjarji L-Impriża Konġunta BBI għandha
tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont
l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u
r-Regolament (UE) Nru … [Regolament Delegat dwar il-mudell tar-Regolament
Finanzjarju għall-PPPs]. Artikolu 6 Persunal 1. Ir-Regolamenti dwar
il-Persunal għal Uffiċjali tal-Unjoni u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea kif stipulati fir-Regolament
tal-Kunsill (KEE, Euratom, KESE) Nru 259/68[29] u r-regoli adottati fi ftehim
bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti
tal-Persunal u dawk il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra
għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Impriża
Konġunta BBI. 2. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża
Konġunta BBI, is-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti
tal-Persunal dwar l-Awtorità li taħtar u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
fuq l-Awtorità li tingħata s-Setgħa li Tikkonkludi Kuntratt ta’
Impjieg (minn issa ’l quddiem "is-setgħat tal-awtorità li taħtar"). Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti
tal-Persunal, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta Deċiżjoni,
abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u
tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra,
li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur
Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema din il-delega
ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa
awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat. F'każ ta’ ċirkostanzi
eċċezzjonali u permezz ta’ Deċiżjoni, il-Bord ta' Tmexxija
jista’ jissospendi temporanjament id-delegazzjoni tas-setgħat tal-awtorità
li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn
tal-aħħar u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil
wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal
tal-Impriża Konġunta minbarra d-Direttur Eżekuttiv. 3. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti
tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra, skont
l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. 4. Ir-riżorsi tal-persunal
għandhom jiġu determinati mill-pjan tal-istabbiliment tal-persunal
tal-Impriża Konġunta BBI u dan għandu jindika l-għadd ta’
postijiet temporanji bil-grupp tal-funzjoni u bil-grad u n-numru ta’ persunal
kuntrattwali espress f’ekwivalenti full-time, skont il-baġit annwali
tiegħu. 5. Il-persunal tal-Impriża
Konġunta BBI għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u persunal
kuntrattwali. 6. L-Impriża Konġunta
BBI għandha ġġarrab il-kostijiet kollha relatati mal-persunal. Artikolu 7 Esperti nazzjonali sekondati u persuni li qed
jitħarrġu 1. L-Impriża Konġunta
BBI tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati u persuni li
qed jitħarrġu li mhumiex impjegati mill-Impriża Konġunta.
In-numru ta’ esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time
għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar il-persunal kif imsemmi
fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament skont il-baġit annwali. 2. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jadotta deċiżjoni li tistipula regoli dwar is-sekondar
ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta BBI u dwar l-użu
ta’ persuni li qed jitħarrġu. Artikolu 8 Privileġġi u Immunitajiet Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u
l-Immunitajiet tal-Unjoni għandu japplika għall-Impriża
Konġunta BBI u l-persunal tagħha. Artikolu 9 L-obbligu tal-Impriża Konġunta BBI 1. L-obbligi kuntrattwali
tal-Impriża Konġunta BBI għandhom jitmexxew
mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli
għall-ftehim, deċiżjoni jew kuntratt inkwistjoni. 2. Fil-każ ta’ obbligu mhux
kuntrattwali, l-Impriża Konġunta BBI, f’konformità mal-prinċipji
ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha
tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal
tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom. 3. Kull pagament
mill-Impriża Konġunta BBI fir-rigward tal-obbligu msemmi
fil-paragrafi 1 u 2 u l-kostijiet u l-infiq imġarraba b’rabta magħhom
għandhom jitqiesu bħala nefqa tal-Impriża Konġunta BBI u
għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta
BBI. 4. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tkun responsabbli biss biex tissodisfa l-obbligi tagħha. Artikolu 10 Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u
l-liġi applikabbli 1. Il-Qorti tal-Ġustizzja
għandu jkollha ġurisdizzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati
fit-Trattat kif ukoll fil-każijiet li ġejjin: (a) fi kwalunkwe tilwima bejn il-Membri li
tkun relatata mal-materja tas-suġġett ta’ dan ir-Regolament; (b) skont kwalunkwe Klawżola ta’
arbitraġġ inkluża fi ftehimiet, deċiżjonijiet jew
kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta BBI; (c) f'tilwim relatat mal-kumpens għal
danni kkawżati mill-persunal tal-Impriża Konġunta BBI waqt
il-qadi ta’ dmirijiethom; (d) fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża
Konġunta BBI u l-ħaddiema tagħha fil-limiti u skont
il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għal
Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra
tal-Unjoni Ewropea. 2. Fir-rigward ta’ kwalunkwe
kwistjoni oħra mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra
tal-liġi tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat fejn tkun
tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta BBI. Artikolu 11 Evalwazzjoni 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2017,
il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim
tal-Impriża Konġunta BBI. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika
l-konklużjonijiet tagħha, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha,
lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2018. 2. Abbażi
tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim li hemm referenza
għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ taġixxi skont
l-Artikolu 4(5) jew tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa oħra. 3. Fi żmien sitt xhur wara
l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta BBI, iżda
mhux iktar tard minn sentejn wara li tinbeda l-proċedura tal-proċess
ta’ stralċ li hemm referenza għaliha fi Klawżola 20
tal-Istatuti inklużi fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tagħmel
evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta BBI. Ir-riżultati ta’
dik l-evalwazzjoni finali għandhom ikunu ppreżentati lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 12 Rilaxx 1. Ir-rilaxx
tal-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni
lill-Impriża Konġunta BBI għandha tkun parti mir-rilaxx
mogħti mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill,
lill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 319
tat-Trattat. 2. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tikkoopera b’mod sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti
fil-proċedura tar-rilaxx u tipprovdi, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni
addizzjonali meħtieġa. F’dan il-kuntest, tista’ tintalab li tkun
rappreżentata f’laqgħat mal-istituzzjonijiet jew il-korpi rilevanti u
tgħin lill-Kummissjoni tawtorizza uffiċjal b'delega. Artikolu 13 Verifiki ex-post 1. Il-Verifiki ex-post
tal-ispiża fuq azzjonijiet indiretti għandhom isiru mill-Impriża
Konġunta BBI skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …
[Il-Programm Qafas Orizzont 2020] bħala parti mill-azzjonijiet indiretti
tal-Programm Qafas Orizzont 2020. 2. Sabiex tiżgura
l-koerenza, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq il-verifiki
msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 14 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Membri 1. Mingħajr
preġudizzju għall-Klawżola 16(4) tal-Istatuti inklużi
fl-Anness, l-Impriża Konġunta BBI għandha tagħti
lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħrajn awtorizzati minnha, kif
ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u l-bini tagħha
u għall-informazzjoni kollha, inkluż informazzjoni f’format
elettroniku, meħtieġa biex iwettqu l-verifiki tagħhom. 2. L-Uffiċċju Ewropew Kontra
l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet, inklużi verifiki
fuq il-post u spezzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri
stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija
mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[30] u r-Regolament tal-Kunsill
(Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar
il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post li jsiru mill-Kummissjoni biex
tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u
irregolaritajiet oħra[31]
bil-għan li jiġi stabbilit kienx hemm frodi, korruzzjoni jew
kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat
skont dan ir-Regolament. 3. Mingħajr
preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-kuntratti, il-ftehimiet u
d-deċiżjonijiet, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan
ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod
espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, l-Impriża
Konġunta BBI, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu tali verifiki u
investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. 4. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħha
jitħarsu b'mod xieraq billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli
interni u esterni xierqa. 5. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tilqa’ l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999
bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar investigazzjonijiet
interni mill-OLAF[32]
L-Impriża Konġunta BBI għandha tadotta l-miżuri
meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet
interni mwettqa mill-OLAF. Artikolu 15 Kunfidenzjalità Mingħajr preġudizzju
għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta BBI għandha
tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, li d-divulgazzjoni
tagħha tista’ tippreġudika l-interessi tal-membri tagħha jew
tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta BBI. Artikolu 16 Trasparenza 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku
għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[33], għandu japplika
għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta BBI. 2. Il-Bord ta' Tmexxija
tal-Impriża Konġunta BBI jista’ jadotta arranġamenti
prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. 3. Mingħajr
preġudizzju għall-Artikolu 10, deċiżjonijiet
meħuda mill-Impriża Konġunta BBI skont l-Artikolu 8
tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurmaw
is-suġġett ta’ ilment għall-Ombudsman taħt
il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 228 tat-Trattat. Artikolu 17 Regoli għall-parteċipazzjoni u
d-disseminazzjoni Ir-Regolament (UE) Nru … [Regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Orizzont 2020]
għandu japplika għall-azzjonijiet ffinanzjati mill-Impriża
Konġunta BBI. Skont dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta BBI
għandha titqies bħala korp tal-iffinanzjar u għandha tipprovdi
appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif stabbilit fi
Klawżola 1 tal-Istatuti inklużi fl-Anness. Artikolu 18 Appoġġ mill-Istat ospitanti Jista' jiġi konkluż ftehim
amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta BBI u l-Istat fejn hija
lokalizzata s-sede tagħha dwar privileġġi u immunitajiet u
appoġġ ieħor li għandu jiġi pprovdut minn dan l-Istat
lill-Impriża Konġunta BBI. Artikolu 19 L-azzjonijiet tal-bidu 1. Il-Kummissjoni hi
responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali tal-Impriża
Konġunta BBI sakemm din ikollha l-kapaċità operattiva biex
timplimenta l-baġit tagħha stess. Il-Kummissjoni, f'konformità
mal-liġi tal-Unjoni, għandha twettaq l-azzjonijiet neċessarji
kollha f'kollaborazzjoni mal-Membri l-oħra bl-involviment tal-korpi
kompetenti tal-Impriż Konġunta BBI. 2. Għal dak il-għan, (a)
sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri
tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija skont il-Klawżola 8
tal-Anness, il-Kummissjoni tista' taħtar aġent tal-Kummissjoni biex
jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u
jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv li jista'
jiġi megħjun minn numru limitat ta' aġenti tal-Kummissjoni: (b)
b'deroga mill-Artikolu 6(2) ta' dan
ir-Regolament, id-Direttur interim għandu jeżerċita
s-setgħat tal-awtorità li taħtar; (c)
il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat ta'
uffiċjali tagħha fuq bażi interim. 3. Id-Direttur
Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti
mill-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit annwali tal-Impriża Konġunta
BBI malli jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija, u jista' jikkonkludi
kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta'
stabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI. 4. Id-Direttur Eżekuttiv interim,
bi ftehim komuni mad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta BBI
u soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija jiddetermina
l-jum li fih l-Impriża Konġunta BBI ikollha l-kapaċità
timplimenta l-baġit tagħha. Minn dak il-jum, il-Kummissjoni
għandha tastjeni milli timpenja ruħha u teżegwixxi
l-ħlasijiet għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta BBI. Artikolu 20 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS STATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA BBI 1 -
Kompiti L-Impriża
Konġunta BBI għandha twettaq dawn il-kompti: (a)
tiżgura l-istabbiliment u l-ġestjoni sostenibbli
tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar Industriji b'bażi
bijoloġika; (b)
timmobilizza r-riżorsi meħtieġa
tas-settur pubbliku u privat; (c)
tistabbilixxi u tiżviluppa kooperazzjoni
mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, l-industrija u l-partijiet interessati
l-oħra; (d)
tiżgura l-effiċjenza tal-Inizjattiva
Teknoloġika Konġunta dwar Industriji b'bażi bijoloġika; (e)
tilħaq il-massa kritika tal-isforz
tar-riċerka sabiex tidħol għal programm fit-tul; (f)
timmonitorja l-progress lejn il-kisba
tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta BBI; (g)
tappoġġja l-azzjonijiet indiretti ta’
riċerka u innovazzjoni finanzjarji prinċipalment permezz ta’
għotjiet; (h)
attivitajiet ta’ informazzjoni, komunikazzjoni,
esplojtazzjoni u disseminazzjoni billi tapplika mutatis mutandis
id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE)
Nru […]/2013 [il-Programm Qafas Orizzont 2020]; (i)
kwalunkwe kompitu ieħor meħtieġ biex
jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan
ir-Regolament. 2 -
Membri 1. Il-Membri tal-Impriża
Konġunta BBI għandhom ikunu dawn li ġejjin: (a)
l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni; (b)
wara l-aċċettazzjoni ta' dawn l-Istatuti,
permezz ta' ittra ta' konferma, il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi
bijoloġika Aisbl (li minn issa 'l quddiem jissejjaħ BIC),
organizzazzjoni li ma tagħmilx qligħ u li twaqqfet taħt
il-liġi Belġjana (numru tar-reġistrazzjoni: 0521-857-822),
bl-uffiċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju. 3 -
Tibdiliet fis-sħubija 1. Sakemm tikkontribwixxi
għall-iffinanzjar imsemmi fi Klawżola 12 biex jintlaħqu
l-għanijiet tal-Impriża Konġunta BBI stabbiliti
fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u taċċetta l-Istatuti
tal-Impriża Konġunta BBI, kwalunkwe enitità legali li direttament jew
indirettament tappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat
Membru jew f’pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 tista’
tapplika biex tkun Membru tal-Impriża Konġunta BBI. 2. Kwalunkwe applikazzjoni
għal sħubija ġdida mal-Impriża Konġunta BBI se
tiġi indirizzata lill-Bord ta' Tmexxija, akkumpanjata minn proposta biex
tadatta l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija stabbilita fi Klawżola 5. 3. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jivvaluta l-applikazzjoni u jqis ir-rilevanza u l-potenzjal
tal-valur miżjud tal-applikant biex jintlaħqu l-għanijiet
tal-Impriża Konġunta BBI. Huwa għandu mbagħad
jiddeċiedi rigward l-applikazzjoni. 4. Kwalunkwe membru jista' jtemm
l-isħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta BBI. It-terminazzjoni
għandha ssir effettiva u revokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri
l-oħra. Minn hemmhekk, l-ex-Membru għandu jinħeles minn
kwalunkwe obbligu minbarra dawk approvati jew imġarrba mill-Impriża
Konġunta BBI qabel it-terminazzjoni tas-sħubija. 5. Is-sħubija
tal-Impriża Konġunta BBI ma tistax tkun trasferita għal parti
terza mingħajr ftehim minn qabel mal-Bord ta' Tmexxija. 6. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tippubblika lista aġġornata tal-Membri
tal-Impriża Konġunta BBI flimkien mad-data meta sseħħ din
il-bidla fuq is-sit elettroniku tagħha skont din il-Klawżola. 4 -
Organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta BBI 1. Il-korpi tal-Impriża
Konġunta BBI għandhom ikunu: (a)
il-Bord ta' Tmexxija; (b)
id-Direttur Eżekuttiv; (c)
il-Kumitat Xjentifiku; (d)
il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati. 2. Il-Kumitat Xjentifiku u
l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandhom ikunu korpi
konsultattivi għall-Impriża Konġunta BBI. 5 -
Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija 1. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jkun magħmul minn dawn li ġejjin: –
ħames rappreżentanti tal-Kummissjoni; –
ħames rappreżentanti tal-Membri privati,
li mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun rappreżentant
tal-Intrapriżi Żgħar u Medji. 6 -
Funzjonament tal-Bord ta' Tmexxija 1. Il-Kummissjoni għanda
żżomm 50 % tad-drittijiet tal-vot. Il-vot tal-Kummissjoni
għandu jkun indiviżibbli. Il-Membri privati għandu jkollhom numru
ugwali ta' voti. Il-Membri għandhom jagħmlu l-aqwa sforz biex jiksbu
kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord ta' Tmexxija għandu
jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’
mill-inqas 75 % tal-voti kollha eliġibbli, inklużi l-voti ta’
dawk li ma jkunux preżenti. 2. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jaħtar il-president tiegħu għal perjodu ta' sentejn. 3. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jsejjaħ il-laqgħat ordinarji tiegħu darbtejn
fis-sena. Huwa jista’ jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba
tal-Kummissjoni jew tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Grupp
Industrijali jew fuq talba tal-President. Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija
għandhom jissejħu mill-president tiegħu u għandhom
normalment isiru fis-sede tal-Impriża Konġunta BBI. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu
sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma għandux ikollu drittijiet
tal-vot. Il-President tal-Grupp tar-Rappreżentanti
tal-Istati għandu jkollu d-dritt jattendi l-laqgħat tal-Bord ta'
Tmexxija bħala osservatur. Il-Bord ta' Tmexxija jista’ jistieden, fuq bażi
ta’ każ b’każ, persuni oħrajn biex jattendu l-laqgħat
tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti minn
awtoritajiet reġjonali tal-Unjoni u rappreżentanti tas-soċjetà
ċivili. Ir-rappreżentanti tal-Membri ma
għandhomx ikunu responsabbli personalment għal azzjonijiet li jkunu
ħadu fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fuq
il-Bord ta' Tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli
tal-proċedura tiegħu stess. 7 –
Kompiti tal-Bord ta' Tmexxija 1. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jkollu r-responsabbiltà globali għad-direzzjoni
strateġika u l-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta BBI u
għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. 2. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jwettaq, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin: (a)
jivvaluta, jaċċetta jew jiċħad
applikazzjonijiet għal sħubija jew parteċipazzjoni ġdida
skont il-Klawżola 3; (b)
jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni
tas-sħubija fl-Impriza Konġunta BBI ta’ kwalunkwe Membru li ma
jissodisfax l-obbligi tiegħu; (c)
jadotta r-regoli finanzjarji tal-Impriża
Konġunta BBI skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament; (d)
jadotta l-baġit annwali tal-Impriża
Konġunta BBI, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal li
jindika n-numru ta’ postijiet temporanji bil-grupp ta’ funzjoni u bil-grad kif
ukoll in-numru ta’ persunal bil-kuntratt u esperti nazzjonali sekondati
espressi f’ekwivalenti full-time; (e)
jeżerċita s-setgħat tal-awtorità li
taħtar fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 6(2) ta' dan
ir-Regolament; (f)
jaħtar, ikeċċi, jestendi t-terminu
tal-uffiċċju, jaġixxi ta' gwida għad-Direttur
Eżekuttiv lil u jimmonitorja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv; (g)
japprova l-istruttura organizzazzjonali
tal-Uffiċċju tal-Programm li hemm referenza għaliha fi Klawżola 9(5)
fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv; (h)
jadotta l-pjan ta' ħidma annwali u l-istimi
ta' nefqa korrispondenti, kif propost mid-Direttur Eżekuttiva wara li jkun
ikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati; (i)
japprova l-pjan ta' attivitajiet addizzjonali
annwali msemmi fl-Artikolu 4(2)(b) ta' dan ir-Regolament abbażi ta'
proposta mill-Membri privati u wara li jkun ikkonsulta, fejn xieraq, grupp ta'
konsulenza ad hoc; (j)
japprova l-kontijiet annwali; (k)
japprova r-rapport tal-attività annwali,
inkluż in-nefqa korrispondenti; (l)
jagħmel l-arranġamenti kif xieraq għall-istabbiliment
ta’ kapaċità ta’ verifika interna tal-Impriża Konġunta BBI; (m)
japprova s-sejħiet kif ukoll, fejn xieraq,
ir-regoli relatati għas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla,
il-premjazzjoni u l-proċeduri ta' reviżjoni; (n)
japprova l-lista ta’ azzjonijiet magħżula
għall-iffinanzjar; (o)
jistabbilixxi l-politika tal-komunikazzjoni
tal-Impriża Konġunta BBI dwar rakkomandazzjoni mid-Direttur
Eżekuttiv; (p)
fejn huwa xieraq jistabbilixxi regoli ta’
implimentazzjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament; (q)
fejn huwa xieraq, jistabbilixxi regoli dwar
is-sekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta BBI u dwar
l-użu ta’ persuni li qed jitħarrġu skont l-Artikolu 7 ta'
dan ir-Regolament; (r)
fejn huwa xieraq, jistabbilixxi gruppi konsultattivi
minbarra l-korpi tal-Impriża Konġunta BBI; (s)
fejn huwa xieraq, japprova u jissottometti
lill-Kummissjoni kwalunkwe talba biex ikun emendat dan ir-Regolament proposta
minn kwalunkwe Membru tal-Impriża Konġunta BBI; (t)
jkun responsabbli minn kwalunkwe kompitu li mhuwiex
speċifikament allokat lil wieħed mill-korpi tal-Impriża
Konġunta BBI li huwa jista’ jagħti lil wieħed minn dawn il-korpi. 8 –
Ħatra, tkeċċija jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur
Eżekuttiv 1. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta’ kandidati
proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' għażla
miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tassoċja
r-rappreżentazzjoni mill-Istati Membri l-oħra tal-Impriża
Konġunta BBI fil-proċedura ta' għażla kif xieraq. B'mod partikolari, għandha tiġi
żgurata rappreżentazzjoni xierqa mill-Istati Membri l-oħra
tal-Impriża Konġunta BBI fl-istadju ta' qabel is-selezzjoni
tal-proċedura tal-għażla. Għal dak il-għan, il-Membri
privati, bi qbil komuni, għandhom jaħtru rappreżentant kif ukoll
osservatur f'isem il-Bord ta' Tmexxija. 2. Id-Direttur Eżekuttiv
huwa membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala
aġent temporanju tal-Impriża Konġunta BBI taħt
punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’
Aġenti Oħra tal-Unjoni. Għall-għan li jiġi konkluż
il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta BBI
għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta' Tmexxija. 3. Il-mandat tad-Direttur
Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sa tmiem dak il-perjodu,
il-Kummissjoni li tassoċċja l-Membri privati bħala xierqa
għandha tagħmel valuazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur
Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi tal-Impriża Konġunta BBI. 4. Il-Bord ta' Tmexxija, li
jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija
fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv
darba, għal mhux aktar minn erba' snin. 5. Direttur Eżekuttiv li
l-mandat tiegħu ġie estiż, jista' ma jipparteċipax fi
proċedura tal-għażla oħra għall-istess post fi tmiem
il-perjodu kollu. 6. Id-Direttur Eżekuttiv
jista' jitkeċċa biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija li
jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tassoċċja l-Membri
privati bħala xierqa. 9 -
Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv 1. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli mit-tmexxija ta’ kuljum
tal-Impriża Konġunta BBI skont id-deċiżjonijiet tal-Bord
ta' Tmexxija. 2. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta
BBI. Hu/Hi għandu/għandha j/tirrispondi għall-Bord ta' Tmexxija. 3. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta BBI. 4. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu b’mod partikolari jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin b’mod
indipendenti: (a)
jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni
lill-Bord ta' Tmexxija l-abbozz tal-baġit annwali, inkluż il-pjan
tal-istabbiliment tal-persunal relatat li jindika n-numru ta’ postijiet
temporanji f’kull grad u grupp ta’ funzjoni u n-numru ta’ persunal bil-kuntratt
u esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time; (b)
jipprepara u jissottometti l-pjan ta' ħidma
annwali u l-estimi tal-ispiża relatata għall-valutazzjoni lill-Bord
ta' Tmexxija; (c)
jipprepara u jissottometti l-kontijiet annwali
għall-approvazzjoni lill-Bord ta' Tmexxija; (d)
jipprepara u jissottometti għall-valutazzjoni
r-rapport ta’ attività annwali, inkluż l-ispiża relatata lill-Bord
ta' Tmexxija; (e)
jissottometti għall-approvazzjoni lill-Bord
ta' Tmexxija l-lista ta’ azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar; (f)
jiffirma ftehimiet jew deċiżjonijiet
individwali; (g)
jiffirma kuntratti ta’ xiri; (h)
jimplimenta l-politika tal-komunikazzjoni
tal-Impriża Konġunta BBI; (i)
jorganizza, jidderieġi u jissorvelja
l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Impriża Konġunta BBI fil-limiti
tad-delegazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija kif mitlub fl-Artikolu 6(2) ta’
dan ir-Regolament; (j)
jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta'
sistema ta' kontroll interna effettiva u effiċjenti u jirraporta kwalunkwe
bidla sinifikanti li ssirlu lill-Bord ta' Tmexxija. (k)
jiżgura li jitwettqu l-valutazzjoni tar-riskju
u l-ġestjoni tar-riskju; (l)
jieħu kwalunkwe miżura oħra
meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża
Konġunta BBI biex tilħaq l-għanijiet tagħha; (m)
iwettaq kompiti oħra mogħtija jew
delegati lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord ta' Tmexxija. 5. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jistabbilixxi Uffiċċju tal-Programm
għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabilità
tiegħu/tagħha, ta’ kull kompitu ta’ appoġġ li
joħorġu minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm
għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta BBI
u għandu b’mod partikolari jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin: (a)
jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment
u l-ġestjoni ta’ sistema ta' kontabilità xierqa skont ir-Regoli
Finanzjarji tal-Impriża Konġunta BBI; (b)
jimmaniġġja s-sejħiet kif mitlub
fil-pjan ta’ ħidma annwali u l-amminstrazzjoni tal-ftehimiet jew
id-deċiżjonijiet, inkluż il-kordinazzjoni tagħhom; (c)
jipprovdi lill-Membri u lill-korpi l-oħra
tal-Impriża Konġunta BBI l-informazzjoni rilevanti kollha u
l-appoġġ meħtieġ minnhom biex iwettqu l-obbligi
tagħhom kif ukoll biex iwieġbu għat-talbiet speċifiċi
tagħhom; (d)
jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi
tal-Impriża Konġunta BBI u jipprovdi appoġġ lil kwalunkwe
korp konsultattiv stabbilit mill-Bord ta' Tmexxija. 10 - Kumitat Xjentifiku 1. Il-Kumitat Xjentifiku
għandu jkun magħmul minn mhux iktar minn għaxar membri. Huwa
għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu. 2. Il-membri għandhom
jirriflettu rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' esperti rikonoxxuti
mad-dinja kollha mill-akkademja, l-industrija, intrapriżi żgħar
u medji, organizzazzjonijiet non-governattivi u korpi regolatorji.
Kollettivament, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom
il-kompetenzi xjentifiċi u l-esperjenza meħtieġa li jkopru
d-dominju tekniku meħtieġ biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet strateġiċi
bbażati fuq ix-xjenza lill-Impriża Konġunta BBI. 3. Il-Bord ta' Tmexxija
għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess
tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u
għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-Bord ta' Tmexxija għandu
jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-Grupp tar-Rappreżentanti
tal-Istati tal-BBI. 4. Il-Kumitat Xjentifiku
għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: (a)
joffri konsulenza dwar il-prijoritajiet
xjentifiċi li għandhom ikunu indirizzati fil-pjani ta’ ħidma
annwali; (b)
Joffri konsulenza dwar il-kisbiet xjentifiċi
spjegati fir-rapport dwar l-attività annwali. 5. Il-Kumitat Xjentifiku
għandu jiltaqa’ mill-inqas darba f’sena. Il-laqgħat għandhom
jissejħu mill-president tal-Kumitat. 6. Il-Kumitat Xjentifiku, jekk
jaqbel il-president, jista' jistieden persuni oħra biex jattendu
l-laqgħat tiegħu. 7. Il-Kumitat Xjentifiku
għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. 11- Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati 1. Il-Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati tal-BBI għandu jikkonsisti minn
rappreżentant minn kull Stat Membru u ta' kull pajjiż assoċjat
mal-Programm Qafas Orizzont 2020. Huwa għandu jaħtar president
minn fost il-membri tiegħu. 2. Il-Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiltaqa’ mill-inqas darba
fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-president
tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv u l-president tal-Bord ta' Tmexxija
u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jattendu
l-laqgħat. Il-president tal-Grupp tar-Rappreżentanti
tal-Istati jista’ jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat
tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti ta’
awtoritajiet reġjonali tal-Unjoni, u rappreżentanti tas-soċjetà
ċivili jew rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-SMEs. 3. Il-Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu b’mod partikolari jirrevedi
l-informazzjoni u jipprovdi pariri dwar il-kwistjonijiet li ġejjin: (a)
progress tal-programm fl-Impriża Konġunta
BBI u l-ksib tal-għanijiet tiegħu; (b)
aġġornament tal-orjentazzjoni
strateġika; (c)
rabtiet mal-Programm Qafas Orizzont 2020; (d)
pjanijiet ta’ ħidma annwali; (e)
involviment tal-SMEs. 4. Il-Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu wkoll jipprovdi informazzjoni
lill–Impriża Konġunta BBI u jaġixxi bħala
intefaċċa magħha fuq il-kwistjonijiet li ġejjin: (a)
l-istatus ta’ programmi ta’ riċerka u
innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali u l-identifikazzjoni ta’ oqsma
potenzjali ta’ kooperazzjoni, inkluż l-użu effettiv tagħhom; (b)
miżuri speċifiċi meħuda fuq
livell nazzjonali jew reġjonali fir-rigward ta’ avvenimenti ta’
disseminazzjoni, gruppi ta’ ħidma tekniċi dedikati u attivitajiet ta’
komunikazzjoni. (c)
miżuri speċifiċi meħuda
fil-livell nazzjonali jew reġjonali fir-rigward tal-attivitajiet ta'
mobilizzazzjoni fir-rigward tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar
l-Industriji b'bażi bijoloġika. 5. Il-Grupp tar-Rappreżentanti
tal-Istati jista’ joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess,
rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta BBI rigward kwistjonijiet
tekniċi, maniġerjali u finanzjarji, b’mod partikolari meta dawk
il-kwistjonijiet jaffettwaw interessi nazzjonali jew reġjonali. L-Impriża Konġunta BBI għandha
tinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati bis-segwitu li tat lil
tali rakkomandazzjonijiet. 6. Il-Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jadotta r-regoli ta’
proċedura tiegħu stess. 12 -
Sorsi ta’ ffinanzjar 1. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tiġi ffinanzjata b’mod konġunt mill-Unjoni u
l-Membri minbarra l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom permezz
ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa f’installazzjonijiet u kontribuzzjonijiet
li jikkonsistu mill-kostijiet imġarrba minnhom u li mhumiex rimborsati
mill-Impriża Konġunta BBI. 2. Il-kostijiet amministrattivi
tal-Impriża Konġunta BBI ma għandhomx jaqbżu s-EUR 60 miljun
u għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji maqsuma
ugwalment fuq bażi annwali bejn l-Unjoni u l-Membri minbarra l-Unjoni.
Jekk parti mill-kostijiet amministrattivi ma tintużax, tista’ tkun
disponibbli biex tkopri l-kostijiet operattivi tal-Impriża Konġunta
BBI. 3. Il-kostijiet operattivi
tal-Impriża Konġunta BBI għandhom jiġu koperti permezz ta': (a)
kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni; (b)
kontribuzzjoni finanzjarja mill-Membri minbarra
l-Unjoni; (c)
kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mill-Membri
minbarra l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom li jikkonsistu
mill-kostijiet mġarrba minnhom fl-implimentazzjonijiet ta’ azzjonijiet
indiretti li minnhom titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta
BBI u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk
il-kostijiet. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
mill-Membri minbarra l-Unjoni għall-kostijiet operattivi msemmija
fil-paragrafu 3(b) għandha tkun mill-anqas EUR 182.50 miljun
matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. 5. Ir-riżorsi
tal-Impriża Konġunta BBI imdaħħla fil-baġit
tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li
ġejjin: (a)
il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri
għall-kostijiet amministrattivi; (b)
il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri
għall-kostijiet operattivi; (c)
kwalunkwe dħul iġġenerat
mill-Impriża Konġunta BBI; (d)
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja, riżorsi
u dħul; kwalunkwe interess miġbur
mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta BBI
mill-Membri tagħha għandu jitqies bħala d-dħul tagħha. 6. Ir-riżorsi kollha
tal-Impriża Konġunta BBI u l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu
dovuti għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan
ir-Regolament. 7. L-Impriża Konġunta
BBI għandu jkollha l-assi kollha ġġenerati minnha jew trasferiti
lilha sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha previsti
fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. 8. Minbarra meta l-Impriża
Konġunta BBI tgħaddi minn proċess ta' stralċ skont
l-Artikolu 20, kwalunkwe dħul żejjed fuq l-infiq ma għandux
jitħallas lill-Membri tal-Impriża Konġunta BBI. 13 -
Impenji finanzjarji L-impenji finanzjarji tal-Impriża
Konġunta BBI ma għandhomx jaqbżu l-ammont ta’ riżorsi
finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit mill-Membri
tagħha. 14 - Sena
finanzjarja Is-sena finanzjarja għandha tibda mill-1 ta’ Jannar
u tibqa' sejra sal-31 ta’ Diċembru. 15 -
Ippjanar operattiv u finanzjarju 1. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jressaq abozz ta' pjan ta' ħidma annwali lill-Bord ta'
Tmexxija, li għandu jinkludi pjan dettaljat tal-attivitajiet ta’
riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrattivi u l-istimi
tal-ispejjeż relatati għas-sena li jmiss. L-abbozz ta’ pjan ta’
ħidma għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet li
għandhom isiru skont il-Klawżola 12(3)(c). 2. Il-programm ta’ ħidma
annwali għal sena partikolari għandu jiġi adottat sa tmiem
is-sena preċedenti. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun
disponibbli pubblikament. 3. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jipprepara l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena segwenti
u jissottomettih lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni. 4. Il-baġit annwali
għal sena partikolari għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija
sa tmiem is-sena preċedenti. 5. Il-baġit annwali
għandu jkun adottat biex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif
stabbilit fil-baġit tal-Unjoni. 16 - Rappurtar operattiv u
finanzjarju 1. Id-Direttur Eżekuttiv
għandu jirrapporta annwalment lill-Bord ta' Tmexxija dwar it-twettiq
tad-dmirijiet tiegħu skont ir-regoli Finanzjarji tal-Impriża
Konġunta BBI. Sal-15 ta’ Frar kull sena d-Direttur
Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord ta' Tmexxija
għall-approvazzjoni rapport ta' ħidma annwali dwar il-progress li sar
mill-Impriża Konġunta BBI fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod
partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena.
Ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar
il-kwistjonijiet li ġejjin: (a)
riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra
mwettqa u l-ispiża relatata; (b)
l-azzjonijiet sottomessi, inkluż analiżi
statistika skont it-tip ta’ parteċipant, inklużi l-SMEs, u skont
il-pajjiż; (c)
l-azzjonijiet magħżula
għall-iffinanzjar inkluż analiżi statistika skont it-tip ta’
parteċipant, inkluż SMEs, u bil-pajjiż u li tindika
l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta BBI lill-parteċipanti u
l-azzjonijiet individwali. 2. Meta jkun approvat mill-Bord
ta' Tmexxija, ir-rapport ta’ attività annwali għandu jkun disponibbli
pubblikament. 3. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tirrapporta annwalment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(5)
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. 4. Il-kontijiet tal-Impriża
Konġunta BBI għandhom jiġu eżaminati minn korp indipendenti
ta’ verifika kif stipulat fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom)
Nru 966/2012. Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta BBI ma
għandhomx ikunu soġġetti għal eżami mill-Qorti
tal-Awdituri. 17 - Verifika
interna L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu
jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta BBI
bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. 18 -
Obbligu tal-Membri u assigurazzjoni 1. L-obbligu finanzjarju
tal-Membri għad-djun tal-Impriża Konġunta BBI għandu jkun
limitat għall-kontribuzzjoni tagħhom li huma jkunu diġà
għamlu għall-kostijiet amministrattivi. 2. L-Impriża Konġunta
BBI għandha tieħu u żżomm assigurazzjoni xierqa. 19 - Kunflitt ta’ interess 1. L-Impriża Konġunta
BBI, il-korpi tagħha u l-persunal għandhom jevitaw kunflitt ta’
interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. 2. Il-Bord ta' Tmexxija
tal-Impriża Konġunta BBI jista’ jadotta regoli għall-prevenzjoni
u l-kontroll ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-Membri, il-korpi u
l-persunal. F’dawk ir-regoli, għandu jsir provvediment biex jiġi
evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess għar-rappreżentanti tal-Membri
li jservu fil-Bord ta' Tmexxija. 20 - Proċess ta’ stralċ 1. Il-proċess ta’
stralċ tal-Impriża Konġunta BBI għandu jibda fi tmiem
il-perjodu definit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-proċedura
tal-proċess ta’ stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk
il-Kummissjoni jew il-Membri l-oħra kollha privati jirtiraw
mill-Impriża Konġunta BBI. 3. Bil-għan li jitmexxew
il-proċeduri biex jinbeda l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża
Konġunta BBI, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar likwidatur
wieħed jew iktar, li għandhom ikunu konformi
mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija. 4. Meta l-Impriża
Konġunta BBI tkun għaddejja mill-proċess ta’ stralċ, l-assi
tagħha għandhom jintużaw biex ikopru l-obbligi tagħha u
n-nefqa relatata mal-proċess ta’ stralċ. Kwalunkwe eċċess
għandu jitqassam fost il-Membri fiż-żmien tal-proċess ta’
stralċ b'mod proporzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom
lill-Impriża Konġunta BBI. Kwalunkwe eċċess bħal dan
imqassam lill-Unjoni għandu jiġi ritornat lill-baġit tal-Unjoni. 5. Għandha tiġi
stabbilita proċedura ad hoc li tiżgura l-ġestjoni xierqa
ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata
mill-Impriża Konġunta BBI kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist
b’tul ta’ żmien itwal mit-tul ta’ żmien tagħha. DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠISLATTIVA 1. IL-QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta / inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar
l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi bijoloġika 1.2. Qasam/oqsma ta' politika kkonċernat/i
fl-istruttura ABM/ABB[34]
Qasam Politiku: Orizzont 2020 - il-Programm Qafas
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Attività: Sfidi soċjetali "Is-sikurezza
tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u dik
marittima u l-bijoekonomija" u t-Tmexxija Industrijali
"Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (BIOKET)" 1.3. In-natura tal-proposta / inizjattiva
X Il-proposta / inizjattiva hija
relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda azzjoni
ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[35] ¨ Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta'
azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta
mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Għan(ijiet) 1.4.1. L-għan(ijieti)
strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / inizjattiva
Li titwaqqaf Impriża Konġunta BBI
bħala skema ġdida ta' Sħubija Pubblika Privata bejn
il-Kummissjoni u l-industrija għal finanzjament ta' riċerka u innovazzjoni.
Li jiġu organizzati sejħiet kompetittivi
għal proposti, l-evalwazzjoni u s-selezzjoni ta' proġetti fejn
l-industrija se tikkofinanzja l-proġetti ta' riċerka kollaborattivi
li jsiru fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat ma' Orizzont 2020,
flimkien ma' sħab akkademiċi, SMEs u sħab oħra
appoġġjati mill-fondi li ġejjin mill-Impriża Konġunta
BBI; 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB
ikkonċernata/i (a)
jintwerew teknoloġiji li jippermettu moduli
kimiċi ġodda, materjali ġodda, u prodotti ġodda
għall-konsumatur minn bijomassa Ewropea u li jissostitwixxu
l-ħtieġa għal inputs b'bażi ta' fossili; (b)
jiġu żviluppati mudelli ta' negozju li
jintegraw l-atturi ekonomiċi tul il-katina ta' valur kollha mill-provvista
tal-bijomassa sal-bijoraffineriji għall-konsumaturi ta' materjali,
kimiċi u fjuwils b'bażi bijoloġika, inkluż permezz
tal-ħolqien ta' interkonnessjonijiet transsettorjali ġodda u
l-appoġġ għal raggruppamenti transindustrijali; kif ukoll (c)
jitwaqqfu bijoraffineriji li jimmobilizzaw it-teknoloġiji
u l-mudelli ta' negozju għall-materjali, il-kimiċi u l-fjuwils
b'bażi bijoloġika u juru l-kost u t-titjib fil-prestazzjoni sa
livelli li huma kompetittivi ma' alternattivi b'bażi ta' fossili. Attività/attivitajiet
ABM/ABB kkonċernata/i (a)
jiġu mmonitorjati u segwiti l-aspetti
finanzjarji u xjentifiċi tal-proġetti li jkunu kkonkludew ftehim ta’
għotja mal-Impriża Konġunta BBI; (b)
jiġu organizzati s-sejħiet għal
offerti meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-Impriza Konġunta
BBI; (c)
jiġu stabbiliti u implimentati
l-proċeduri kollha tal-Impriża Konġunta BBI; (d)
jiġu organizzati l-attivitajiet ta'
disseminazzjoni tal-Impriża Konġunta BBI; (e)
tiġi organizzata kwalunkwe attività oħra
marbuta mal-Impriża Konġunta BBI. 1.4.3. Ir-riżultat(i) mistennija
u l-impatt Speċifika l-effetti
li l-proposta / inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji / gruppi fil-mira. Żieda sinifikanti fl-investiment
fir-riċerka privata permezz ta': –
Ħames moduli ġodda għall-industrija
tal-kimiċi sal-2020 –
Ħamsin materjal b'bażi bijoloġika
sal-2020 –
Ħames bijoraffineriji ewlenin sal-2020 Inqas ħin biex isir negozju ma': –
Tletin prodott tal-konsumatur ġdid sal-2020 –
Għaxar katini ta' valur ġodda b'bażi
bijoloġika sal-2020 –
Parteċipazzjoni wiesgħa tal-SMEs 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-moniteraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta / inizjattiva. Se jiġi stabbilit sett ta' indikaturi
kwantitattivi u kwalitattivi tar-rendiment (KPI, indikaturi elwenin
tar-rendiment) bħala segwitu għall-implimentazzjoni tal-Impriża
Konġunta BBI. Dawn l-indikaturi ewlenin se jkejlu l-impatt
tal-Impriża Konġunta dwar il-kompetittività tal-UE u l-ambjent ta'
riċerka għall-industriji rinnovabbli u b'bażi bijoloġika.
L-indikaturi kwantitattivi se jitkejlu fuq skala kbira b’mod komparattiv u
sistematiku, filwaqt li l-approċċ kwalitattiv se jinkludi studji ta’
każijiet u verifiki tekniċi. L-indikaturi ewlenin tar-rendiment
għandhom jiġu vvalutati fid-dawl tal-linja bażi tal-istat
attwali fis-snin qabel il-bidu tal-Impriża Konġunta biex jgħinu
fil-valutazzjoni ta' effetti addizjonali matul il-ħajja tagħha. Il-progress tal-Impriża Konġunta se jkun
immonitorjat kontinwament billi jitqabbel ma’ sett ta’ indikaturi verifikabbli
oġġettivament li jinkludu: –
il-monitoraġġ tal-finanzjament pubbliku
(mill-KE u ieħor) u privat; –
is-segwitu tal-addizzjonalità; –
l-għażla ta’ proġetti u
l-allokazzjoni tal-fondi; –
il-monitoraġġ tekniku skont stadji
speċifiċi tal-programm definiti sew; –
l-aderenza mal-iskeda taż-żmien; –
il-monitoraġġ kwantitattiv
tal-penetrazzjoni tas-suq f’setturi fil-mira; –
il-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ SMEs u ta’
parteċipazzjoni minn Stati Membri aktar ġodda; –
l-indikaturi ta’ sostenibbiltà. F'nofs it-terminu, l-Impriża Konġunta se
tiġi evalwata minn esperti indipendenti f'isem il-Kummissjoni. Din
l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza
tal-Impriża Konġunta u l-progress tagħha lejn l-għanijiet
tagħha u tagħmel rakkomandazzjonijiet għal kwalunkwe
aġġustament meħtieġ fil-programm u jekk huwa applikabbli,
tieħu inkonsiderazzjoni strateġija ta’ ħruġ. 1.5. Bażi għall-proposta / inizjattiva
1.5.1. Rekwiżiti(i) li
għandhom jintlaħqu tul terminu qasir jew twil Li ttitwaqqaf l-Impriża Konġunta
bħala struttura ġdida ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u
l-Industrija għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni. Li jiġu organizzati sejħiet kompetittivi
għall-proposti, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġetti fejn
l-industrija se tikkoofinanzja l-proġetti ta' riċerka kollaborattivi
magħżula. Li jiġu mmonitorjati u segwiti l-aspetti
finanzjarji u xjentifiċi tal-proġetti wara li jkun ġie
konkluż ftehim ta’ għotja mal-Impriża Konġunta BBI. Li jiġu stabbiliti u implimentati
l-proċeduri kollha tal-Impriża Konġunta BBI, inklużi
l-verifiki finanzjarji; li jiġu organizzati l-attivitajiet ta'
disseminazzjoni tal-Impriża Konġunta BBI. Li tiġi organizzata kwalunkwe attività
oħra marbuta mal-Impriża Konġunta BBI. 1.5.2. Il-valur miżjud
tal-involviment tal-UE Approċċ koordinat fil-livell tal-UE huwa
wkoll importanti għall-iżvilupp tal-industriji b'bażi bijoloġika,
għaliex it-twaqqif tal-katini ta' valur tagħhom jitlob ir-rabta
tal-partijiet interessati f'żoni b'setturi agrikoli u forestrali
b'saħħithom ma' partijiet interessati b'bażi industrijali u
teknoloġika b'saħħitha. Dawn jistgħu ma jkunux lokalizzati
fl-istess Reġjun jew Stat Membru, u dan jista' jżid aktar
kumplikazzjonijiet f'xenarju li huwa diġà kumpless. 1.5.3. Tagħlimiet minn
esperjenzi simili fil-passat Għadd ta' inizjattivi żgħar minn
Stati Membri jew Reġjuni rrikonoxxew li l-iżvilupp
b'suċċess tal-bijoekonomija jiddependi ħafna fuq kooperazzjoni
transnazzjonali effettiva. Dan huwa rifless f'għadd dejjem jikber ta'
kollaborazzjonijiet bejn raggruppamenti bijoekonomiċi nazzjonali u
reġjonali, pereżempju bejn IAR u Wagralim, jew CLIB2021 u BE-BASIC.
Għalkemm dawk il-kollaborazzjonijiet bejn ir-Reġjuni u
r-raggruppamenti jidhru promettenti mal-ewwel daqqa t'għajn, ħafna
drabi huma affettwati mid-differenzi fil-livelli ta' finanzjament u regoli ta'
finanzjament. 1.5.4. Kompatibilità u possibilità
ta’ sinerġija ma’ strumenti oħra xierqa Jista' jkun hemm kompatibilità
fl-orjentazzjonijiet f'Orizzont 2020 u fil-Fondi Strutturali,
għall-appoġġ ta' attivitajiet RTD speċjalment dwar
l-innovazzjoni. L-oqfsa legali ġodda differenti, il-mekkaniżmi ta'
programmar u l-approċċi f'termini ta' parteċipazzjoni iridu
jittieħdu inkonsiderazzjoni. Sinerġiji bejn l-azzjonijiet ta'
finanzjament f'Orizzont 2020 u l-fondi tal-Istati Membri u r-reġjuni
jistgħu jkunu possibbli. Minħabba li l-PPP hija strument ewlieni biex
jitnaqqas id-distakk bejn l-attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp
mar-raggruppamenti reġjonali organizzati taħt l-Istrateġija ta'
Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, tista' tkun strumentali biex
tiffaċilita r-rabta bejn dawn is-sorsi ta' effiċjenza ta'
finanzjament u żieda tal-azzjoni. Is-sinerġiji wkoll jistgħu
jitqiesu għall-aċċess ta' strumenti finanzjarji ġodda
bħall-RSFF (Faċilità ta' Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju) tal-BEI,
għall-mobilizzazzjoni. 1.6. Dewmien u impatt finanzjarju X Proposta / inizjattiva ta' tul
limitat X Proposta / inizjattiva
fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2024
X Impatt finanzjarju mill-1 ta' Jannar
2014 sal-31 ta' Diċembru 2020
għall-approprjazzjonijiet għall-impenji X Impatt finanzjarju mill-1 ta' Jannar 2014
sal-31 ta' Diċembru 2024 għall-approprjazzjonijiet
għall-impenji ¨ Il-proposta / inizjattiva ta' terminu illimitat Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, Segwita minn operazzjoni sħiħa. 1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni
previsti[36]
¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta': ¨ Aġenziji eżekuttivi ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri: X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti
ta’ implimentazzjoni tal-baġit ikunu fdati lil: ¨ Organizzazzjonijet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(jekk jogħġbok speċifika); ¨ Il-Bank Ewropew tal-investiment; X korpi msemmija fl-Artikolu 209 FR; ¨ Korpi regolatorji pubbliċi; ¨ Il-korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz
pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; ¨ Korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma
fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu
garanziji finanzjarji adegwati; ¨ Persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati
fl-att bażiku rilevanti. 2. MIŻURI AMMINISTRATTIVI 2.1. Regoli dwar
moniteraġġ u rappurtaġġ Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. L-Impriża Konġunta BBI se tiġi
mmonitorjata permezz ta' kuntatti intermedjarji u kif previst fi Klawsoli 6 u 16
tal-Istatuti. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Qafas ta’ kontroll intern Il-Kummissjoni,
permezz tal-Uffiċjal għall-Awtorizzazzjoni b'delega se tiżgura
li r-regoli applikabbli għall-Impriża Konġunta
għall-Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta BBI
huma konformi bi sħiħ mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament
Finanzjarju. Arranġamenti ta’ monitoraġġ, inkluż
is-sħubija tal-Bord ta' Tmexxija, tal-IK ITK BBI u arranġamenti ta’
rappurtaġġ se jiżguraw li s-servizzi tal-Kummissjoni jkunu
jistgħu jilħqu r-rekwiżiti tal-kontabilità kemm
għall-Kulleġġ kif ukoll għall-Awtorità Baġitarja. Il-qafas
ta’ kontroll intern għall-IK ITK BBI huwa mibni fuq: -l-implimentazzjoni
tal-Istandards għall-Kontroll Intern li joffru għallinqas garanziji
ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni; -proċeduri
għall-għażla tal-aqwa proġetti permezz ta’ evalwazzjoni
indipendenti, u biex dawn jinbidlu fi strumenti legali; -il-ġestjoni
tal-proġetti u tal-kuntratti matul il-ħajja ta' kull proġett; -il-kontrolli
ex-ante fuq 100 % tat-talbiet, li jinkludu l-preżentazzjoni
ta’ ċertifikati ta’ verifika u ċertifikazzjoni ex-ante
tal-metodoloġiji tal-kostijiet; -
verifiki ex-post fuq kampjun ta’ talbiet bħala parti mill-verifiki ex-post
tal-Orizzont 2020; -
u evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġett. Ġew
stabbiliti miżuri varji biex itaffu r-riskju inerenti ta’ kunflitt ta’
interess fi ħdan l-Impriża Konġunta għall-Implimentazzjoni
tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta BBI, speċjalment voti
ugwali għall-Kummissjoni u għas-sħab industrijali fil-Bord ta'
Tmexxija, l-għażla tad-Direttur mill-Bord ta' Tmexxija abbażi
ta' proposta mill-Kummissjoni, l-indipendenza tal-persunal, evalwazzjonijiet
minn esperti indipendenti bbażati fuq kriterji tal-għażla
ppubblikati flimkien ma’ mekkaniżmi tal-appell u dikjarazzjonijiet
sħaħ ta’ kwalunkwe interess. L-istabbiliment ta’ valuri etiċi u
organizzattivi se jkun wieħed mir-rwoli prinċipali tal-Impriża
Konġunta għall-Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta,
u se jkun immonitorjat mill-Kummissjoni. 2.2.2. Kostijiet u
benefiċċji tal-kontrolli L-awditur
intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat
fuq l-Impriża Konġunta BBI bħal dawk eżerċitati
fir-rigward tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' Tmexxija jista'
jirranġa, kif inhu xieraq, għall-istabbiliment ta' kapaċità
interna tal-Impriża Konġunta. Id-Direttur Eżekuttiv
tal-Impriża Konġunta għall-Implimentazzjoni tal-Inizjattiva
Teknoloġika Konġunta BBI, bħala Uffiċjal Awtoritattiv, se
jkun mitlub li jintroduċi sistema interna ta’ kontroll u ġestjoni
kosteffettiva. Huwa se jkun mitlub li jirrapporta lill-Kummissjoni dwar
il-qafas ta’ kontroll adottat. Il-Kummissjoni
se tagħmel monitoraġġ tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità
permezz tas-sistema ta’ rappurtaġġ li tiżviluppa hi stess, kif
ukoll billi ssegwi r-riżultati tal-verifiki ex-post dwar
il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE mill-Inizjattiva Teknoloġika
Konġunta BBI, bħala parti mill-verifiki ex-post li jkopru
l-Orizzont 2020 kollu. Is-sistema
ta’ kontroll stabbilita teħtieġ li tqis il-fehma qawwija, fost
il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE kif ukoll fost l-awtorità
leġiżlattiva, li l-piż ta’ kontroll meħtieġ biex
jinkiseb limitu ta’ żball ta’ 2% sar kbir wisq. Dan jista' jwassal biex
il-programm ta' Riċerka tal-Unjoni ma jibqax daqsehkk attraenti, u
għalhekk jaffettwa b’mod negattiv ir-riċerka u l-innovazzjoni
fl-Unjoni. Il-Kunsill
Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 ikkonkluda li “huwa kruċjali li
l-istrumenti tal-UE li għandhom l-għan li jrawmu r-riċerka,
l-iżvilupp u l-innovazzjoni jiġu ssimplifikati sabiex jiġi
ffaċilitat l-użu tagħhom mill-aħjar xjentisti u l-aktar
kumpaniji innovattivi, b’mod partikolari billi jintlaħaq qbil bejn
l-istituzzjonijiet rilevanti dwar ekwilibriju ġdid bejn il-fiduċja u
l-kontroll u bejn it-teħid ta’ riskji u l-evitar ta’ riskji” (ara EUCO 2/1/11
REV1, Brussell 8 ta’ Marzu 2011). Il-Parlament
Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novemberu 2010
(P7_TA(2010)0401) dwar l-issimplifikar tal-implimentazzjoni tal-Programm Qafas
ta’ Riċerka jappoġġja b'mod espliċitu riskju ogħla ta’
żbalji għall-iffinanzjar tar-riċerka u "jesprimi
t-tħassib tiegħu li s-sistema attwali u l-prattika tal-ġestjoni
tas-Seba’ Programm Kwadru huma orjentati żżejjed lejn il-kontroll, li
jwassal għal ħela ta’ riżorsi, parteċipazzjoni iktar baxxa,
u xenarji ta’ riċerka inqas attraenti; jinnota bi tħassib li
s-sistema attwali ta’ ġestjoni ta’ "tolleranza tar-riskju
żero" tidher li tevita aktar milli tikkontrolla r-riskji". Għalhekk
il-partijiet interessati u l-Istituzzjonijiet aċċettaw li l-firxa kollha
tal-għanijiet u l-interessi, b’mod speċjali s-suċċess
tal-politika dwar ir-Riċerka, il-kompetittività internazzjonali u
l-eċċellenza xjentifika, għandhom ikunu ikkunsidrati, flimkien
mar-rata tal-iżbalji. Fl-istess ħin, hemm ħtieġa ċara
ta’ ġestjoni tal-baġit b'mod effiċjenti u effettiv, u li jkun
hemm prevenzjoni tal-frodi u l-ħela. Kif
jingħad hawn fuq, il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ
tar-riskju tan-nuqqas ta’ konformità permezz ta’ sistema ta’
rappurtaġġ li se tistabbilixxi, kif ukoll billi ssegwi
r-riżultati tal-verifiki ex-post fuq il-benefiċjarji tal-fondi
tal-UE mill-Impriża Konġunta għall-Implimentazzjoni
tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar BBI, bħala parti
mill-verifiki ex-post li jkopru l-Orizzont 2020 kollu. 2.2.3. Livell mistenni ta’ riskju ta’
nuqqas ta’ konformità Kif
il-Kummissjoni rrappurtat fl-Istqarrija Finanzjarja Leġislattiva għal
Orizzont 2020, l-għan aħħari jibqa’ li tintlaħaq rata
residwali ta’ żball ta’ inqas minn 2 % tan-nefqa totali matul
il-ħajja tal-programm, u għal dak il-għan, hija introduċiet
għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni. Madanakollu, l-għanijiet
l-oħra stabbiliti hawn fuq kif ukoll l-kostijiet tal-kontrolli
għandhom jiġu kkunsidrati. Minħabba
li r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Impriża Konġunta
għall-Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta BBI
huma bażikament bħal dawk li se tuża l-Kummissjoni, u
b’popolazzjoni ta’ benefiċjarji bi profil ta’ riskju simili għal dawk
tal-Kummissjoni, huwa mistenni li l-livell tal-iżball ikun simili
għal dak stabbilit mill-Kummissjoni għal Orizzont 2020,
jiġifieri. biex tingħata assigurazzjoni raġjonevoli li r-riskju
tal-iżball matul il-perjodu tal-ispiża multiannwali jkun, fuq
bażi annwali, fil-medda ta’ 2-5 %, bl-għan aħħari li
jintlaħaq livell residwu ta’ żball viċin kemm jista’ jkun
possibli lejn it-2 % fi tmiem il-programmi multiannwali, ladarba l-impatt
finanzjarju tal-verifiki, u tal-miżuri ta' korrezzjoni u rkupru kollha
jkunu ttieħdu inkonsiderazzjoni. Ara
l-Istqarrija Finanzjarja Leġislattiva għal Orizzont 2020
għad-dettalji kollha tar-rata tal-iżball mistennija fir-rigward
tal-parteċipanti. 2.3. Il-miżuri biex jiġu
evitati l-frodi u l-irregolaritajiet Il-Kummissjoni
se tiżgura li l-proċeduri fil-ġlieda kontra l-frodi fl-istadji
kollha tal-proċess ta’ ġestjoni jkunu applikati mill-IK ITK BBI.
Il-proposti għal Orizzont 2020 kienu soġġetti għal provi
ta’ frodi u valutazzjoni tal-impatt tagħhom. B’mod ġenerali,
il-miżuri proposti għandu jkollhom impatt pożittiv fuq
il-ġlieda kontra l-frodi, b’mod speċjali l-enfasi ikbar fuq verifiki
bbażati fuq ir-riskju u evalwazzjoni u kontroll xjentifiku rinfurzat. Il-Kummissjoni
se tiżgura li miżuri xierqa jkunu fis-seħħ biex
jiżguraw li, meta azzjonijiet ffinanzjati taħt dan ir-Regolament
jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti
bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u
kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, b’kontrolli effettivi, u jekk
jinstabu xi irregolaritajiet bl-irkupru tal-ammonti mħallsa
ħażin u, fejn huwa xieraq, b’penali effettivi, proporzjonati u
deterrenti. Il-Kummissjoni
se tiżgura li l-kooperazzjoni mas-servizzi tagħha mill-Impriża
Konġunta għall-Implimentazzjoni tal-IK ITK BBI fi kwistjonijiet
relatati ma' frodi u irregolaritajiet se tkun b'saħħitha. Il-Qorti
tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa li twettaq verifiki abbażi
ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet,
il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni
taħt il-Programm. L-Uffiċċju
Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki fuq il-post u
spezzjonijiet fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew
indirettament minn tali finanzjament skont il-proċedura stabbilita
fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bl-għan li jiġi
stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali
oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta mal-ftehim
tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja jew kuntratt li
jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni. 3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas
finanzjarju pluriennali u intestatura(i) baġitarja(i) tan-nefqa ·
Intestaturi baġitarji ġodda mitluba Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u l-intestaturi baġitarji. L-intestatura tal-qafas finanzjaju pluriennali || Intestatura baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni L-intestatura 1A – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || Diff./Mhux-diff. || minn pajjiżi tal- EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1A || 08 02 07 32 – Sfidi soċjetali –l-ITK BBI || Diff. || IVA || IVA || IVA || IVA Il-baġit annwali tal-impenn
tal-Impriża Konġunta u l-approprjazzjonijiet ta' ħlas ta'
Industriji b'bażi bijoloġika huwa ffinanzjat permezz ta': - 08.020201 Tmexxija
fin-nanoteknoloġiji, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija u
l-manifattura u l-ipproċessar avvanzat: 15% - 08.020302 Titjib fis-sikurezza tal-ikel,
l-iżvilupp ta' agrikoltura, riċerka tal-baħar u dik marittima
sostenibbli u l-bijoekonomija: 85% Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali
għal kull intestatura baġitarja hija indikata fit-tabella hawn
taħt. EUR miljuni (sa tliet
postijiet deċimali) Intestatura baġitarja || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Għadd totali 08.020201 Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija u l-manifattura u l-ipproċessar avvanzat: || 7,793 || 30,314 || 24,411 || 20,768 || 21, 318 || 21,529 || 23,867 || 150,000 08.020302 Titjib fis-sikurezza tal-ikel, l-iżvilupp ta' agrikoltura, riċerka tal-baħar u dik marittima sostenibbli u l-bijoekonomija || 44,162 || 171,782 || 138,332 || 117,685 || 120,803 || 121,998 || 135,238 || 850,000 Total || 51,955 || 202,096 || 162,743 || 138,453 || 142,121 || 143,527 || 159,105 || 1.000,000 3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali Qafas: || 1A || L-intestatura 1A – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi L-intestatura baġitarja: 08 02 07 32 – Sfidi soċjetali – ITK BBI EUR miljuni (sa tliet
postijiet deċimali) Impriża Konġunta BBI || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 to 2024 || TOTAL Titolu 1 Nefqa tal-Persunal || Impenji || (1) || 0,498 || 0,651 || 0,664 || 0,678 || 0,691 || 0,705 || 3,745 || 0 || 7,632 Pagamenti || (2) || 0,498 || 0,651 || 0,664 || 0,678 || 0,691 || 0,705 || 0,719 || 3,026 || 7,632 Titolu 2 Nefqa infrastrutturali u operattiva || Impenji || (1a) || 1,457 || 1,445 || 1,579 || 1,775 || 1,930 || 1,822 || 2,36 || 0 || 12,368 Pagamenti || (2a) || 1,457 || 1,445 || 1,579 || 1,775 || 1,930 || 1,822 || 1,292 || 1,068 || 12,368 Titolu 3 Nefqa operattiva || Impenji || (3a) || 50,000 || 200,000 || 160,500 || 136,000 || 139,500 || 141,000 || 153,.000 || 0 || 980,000 Pagamenti || (3b) || 0 || 130,000 || 94,660 || 95,680 || 106,996 || 119,776 || 216,444 || 216,444 || 980,000 TOTAL ta' approprjazzjonijiet għall-Impriża Konġunta BBI || Impenji || =1+1a +3a || 51,955 || 202,096 || 162,743 || 138,453 || 142,121 || 143,527 || 159,105 || 0 || 1.000,000 Pagamenti || =2+2a +3b || 1,955 || 132,096 || 96,903 || 98,133 || 109,617 || 122,303 || 218,455 || 220,538 || 1.000,000 L-Impriża Konġunta tal-Industriji
b'bażi bijoloġika hija bbażata fuq bażi ta' kostijiet
komuni mal-industrija. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1A || "Nefqa amministrattiva" || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2024 || TOTAL DĠ: RTD || || Riżorsi umani || 0,393 || 0,400 || 0,408 || 0,417 || 0,425 || 0,433 || 0,441 || p.m. || 2,917 Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL ta' approprjazzjonijiet || ta' DĠ RTD || 0,393 || 0,400 || 0,408 || 0,417 || 0,425 || 0,433 || 0,441 || p.m. || 2,917 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju plurieannali || (Total ta' impenji = Total ta' pagamenti) || 0,393 || 0,400 || 0,408 || 0,417 || 0,425 || 0,433 || 0,441 || p.m. || 2,917 || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2024 || TOTAL TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || Impenji || 52,348 || 202,496 || 163,151 || 138,870 || 142,546 || 143,960 || 159,546 || || 1.002,917 Pagamenti || 2,348 || 132,496 || 97,311 || 98,550 || 110,042 || 122,736 || 218,896 || 220,538 || 1.002,917 3.2.2. Stima tal-impatt
tal-approprjazzjonijiet tal-Impriża Konġunta BBI ¨ Il-proposta/inzjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi X Il-proposta / inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif deskritt
hawn taħt: Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020-2024 || total || || || || Tip[37] || Spiża medja || Numr u || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || kostijiet || GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[38] Għall-iskalar 'il fuq u l-validazzjoni mal-iskala ta' dimostrazzjoni, moduli ġodda għall-industrija tal-kimiċi || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat Ħames moduli ġodda għall-industrija tal-kimiċi || Moduli || 30,000 || || 22,000 || || 75,000 || || 57,500 || || 52,000 || || 50,000 || || 50,000 || || 83,000 || 389,500 Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 22,000 || || 75,000 || || 57,500 || || 52,000 || || 50,000 || || 50,000 || || 83,000 || 389,500 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 Għall-iżvilupp ta' materjali ġodda b'bażi bijoloġika || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat Ħamesin materjal ġdid b'bażi bijoloġika || Materjali || 2,500 || || 9,000 || || 35,000 || || 36,500 || || 24,000 || || 27,000 || || 29,500 || || 36,000 || 197,000 Subtotal għall-għan speċifiku Nr 2 || || 9,000 || || 35,000 || || 36,500 || || 24,000 || || 27,000 || || 29,500 || || 36,000 || 197,000 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3 Biex jiġu ppreżentati prodotti tal-konsumatur ġodda qrib tas-suq || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat Tletin prodott tal-konsumatur ġdid || Prodotti || 2,500 || || 10,000 || || 21,500 || || 21,500 || || 15,500 || || 17,500 || || 19,000 || || 31,500 || 136,500 Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 10,000 || || 21,500 || || 21,500 || || 15,500 || || 17,500 || || 19,000 || || 31,500 || 136,500 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4 Biex jitwaqqfu bijoraffineriji ewlenin || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat Ħames raffineriji ewlenin || raffineriji || 25,000 || || 19,000 || || 70,000 || || 47,000 || || 51,000 || || 53,000 || || 51,000 || || 65,000 || 356,000 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || || 19,000 || || 70,000 || || 47,000 || || 51,000 || || 53,000 || || 51,000 || || 65,000 || 356,000 || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 5 Biex jiġu stabbiliti katini ta' valur ġodda b'bażi bijoloġika || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat Għaxar katini ta' valur ġodda b'bażi bijoloġika || Katini ta' valur b'bażi bijoloġika || 4,000 || || 7,500 || || 16,000 || || 15,500 || || 11,000 || || 9,500 || || 9,000 || || 15,000 || 83,500 || Subtotal għall-għan speċifiku N°5 || || 7,500 || || 16,000 || || 15,500 || || 11,000 || || 9,500 || || 9,000 || || 15,000 || 83,500 || || || || || || || || || || || || || || || || KOST TOTALI || 67,500 || 217,500 || 178,000 || 153,500 || 157,000 || 158,500 || 230,500 || 1.162,500 || Il-kontribut tal-UE għall-kostijiet operattivi
jammonta għal EUR 980 miljun. 3.2.3. L-impatt stmat fuq
ir-riżorsi umani 3.2.3.1. Sommarju tal-Impriża
Konġunta BBI ¨ Il-proposta / inizjattiva ma teħtieġx
l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva X Il-proposta / inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva, kif deskritt hawn taħt: Għadd ta'
persunal (f'FTE)[39] || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024* Uffiċjali (Gradi AD) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 Uffiċjali (Gradi AST) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 Aġenti kuntrattwali || 12 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 Aġenti Temporanji || || || || || || || || || || || Esperti Nazzjonali Sekondati || || || || || || || || || || || TOTAL || 16 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 *F'każ tal-ebda tiġdid tal-Implimentazzjoni
Teknoloġika Kongunta, l-għadd ta' persuni se jonqos skont il-perjodu
ta' tneħħija gradwali (wara l-2020), waqt li jitqiesu l-impenji
finanzjarji. Din it-tabell tirrappreżenta x-xenarju massimu. EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 Uffiċjali (Gradi AD) || 0.216 || 0.220 || 0.224 || 0.229 || 0.233 || 0.238 || 0.243 || 0.247 || 0.252 || 0.257 || 0.263 Uffiċjali (Gradi AST) || 0.216 || 0.220 || 0.224 || 0.229 || 0.233 || 0.238 || 0.243 || 0.247 || 0.252 || 0.257 || 0.263 Aġenti kuntrattwali || 0.564 || 0.863 || 0.880 || 0.898 || 0.916 || 0.934 || 0.953 || 0.972 || 0.991 || 1.011 || 1.031 Aġenti Temporanji || || || || || || || || || || || Esperti Nazzjonali Sekondati || || || || || || || || || || || TOTAL || 0.996 || 1.303 || 1.328 || 1.356 || 1.382 || 1.410 || 1.439 || 1.466 || 1.495 || 1.525 || 1.557 3.2.3.2. Ir-rekwiżiti stmati
tar-riżorsi umani għad-DĠ prinċipali (DĠ RTD) - Il-proposta / inizjattiva
ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani. X Il-proposta / inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn
taħt: L-istima għandha tiġi espressa
f'numri || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020* Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) XX 01 01 01 (Uffiċċju Prinċipali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || XX 01 01 02 (Id-delegazzjonijiet) || || || || || || || 08 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f'Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[40] XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"pakkett globali") || || || || || || || XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 ss[41] || - fil-Kwartieri Ġenerali[42] || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || || || || || || || Intestaturi baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 *In-numru
tal-persunal għall-perjodu wara l-2020 jkun deċiż fi stadju
iktar tard. Ir-riżorsi umani meħtieġa se
jagħmel tajjeb għalihom il-persunal mid-DĠ, li huwa diġà
assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ntbagħat
jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma' kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni
skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. Id-deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Kif deskritt fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, il-Klawsoli 4 u 6 Il-persunal estern || Mhux applikabbli Għandha tiġi inkluża
deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-ekwivalent tal-FTE fl-Anness,
it-Taqsima 3. Ir-rekwiżiti
stmati tar-riżorsi umani għall-Impriża Konġunta BBI[43] ¨ Il-proposta / inizjattiva ma teħtieġx
l-użu ta’ riżorsi umani. X Il-proposta / inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn
taħt: a. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi
umani li għandhom ikunu ffinanzjati minn approprijazzjonijiet skont
il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2020 L-istima għandha tiġi espressa
f'numri || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020* Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (persunal temporanju) || || || || || || || 08 02 07 32 – Sfidi soċjetali –l-ITK BBI || || || || || || || Uffiċjali (Gradi AD) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 Uffiċjali (Gradi AST) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 Persunal estern (f'Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[44] 08 02 07 32 – Sfidi soċjetali –l-ITK BBI || || || || || || || TA || || || || || || || CA || 12 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 SNE || || || || || || || INT || || || || || || || TOTAL || 16 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 * għall-2021-2024,
jekk jogħġbok irreferi għat-tabella 3.2.3.1 Id-deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Kif deskritt fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, il-Klawsoli 4 u 6 Il-persunal estern || Kif deskritt fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, il-Klawsoli 4 u 6 Għandha tiġi inkluża
deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-ekwivalent tal-FTE fl-Anness, it-Taqsima 3.
3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali X Il-proposta / inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali (MFF 2014-2020). ¨ Il-proposta / inizjattiva titlob riprogrammar
tat-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali. Spjega x’riprogrammazzjoni hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. ¨ Il-proposta/l-inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibbiltà jew i—reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[45] Spjega x’inhuwa meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji kkonċernati
u l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi ¨ Il-proposta / inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn
partijiet terzi. X Il-proposta / inizjattiva
tipprovdi għall-kofinanzjament kif stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet punti
deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 -2024 || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament – kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-kostijiet amministrattivi || 1,955 || 2,096 || 2,243 || 2,453 || 2,621 || 2,527 || 6,105 || 20,000 Speċifika l-korp ta' kofinanzjament – kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-kostijiet amministrattivi || 17,500 || 17,500 || 17,500 || 17,500 || 17,500 || 17,500 || 77,500 || 182,500 IT-TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || 19,455 || 19,596 || 19,743 || 19,953 || 20,121 || 20,027 || 83,605 || 202,500 Il-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti se
jinkludu minimu ta' EUR 182.5 miljuni mill-Industrija għall-kostijiet
operattivi. Il-kontribuzzjoni
totali mill-membri minbarra l-Unjoni huma stipulati fl-Artikolu 4
tar-Regolament tal-Kunsill tal-Impriża Konġunta BBI. 3.3. Stima tal-impatt fuq
id-dħul X Il-proposta / inizjattiva ma
għandha l-ebda impatt fuq id-dħul. [1] COM(2012) 79 [2] DĠ REGIO (2012) Norbtu t-tkabbir intelliġenti
ma’ dak sostenibbli permezz tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.
Gwida prattiku għall-awtoritajiet maniġerjali tal-ERDF. [3] COM(2012)
60 [4] COM(2012)
582 [5] COM(2013) […] [6] CDR1112-2012 [7] L-istudju (li għandu jkun ippubblikat sa tmiem l-2013)
jistħarreġ jekk il-konsumaturi humiex kapaċi jagħmlu
għażliet informati, billi janalizza l-fehim tal-konsumaturi u
t-trasparenza tal-informazzjoni. Mistenni li jiġġenera
rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib u l-armonizzazzjoni tat-tikkettar
tal-fjuwils fil-pompi fl-Istati Membri tal-UE. L-istudju jindirizza wkoll
il-kwistjoni tad-disponibbiltà ta’ fjuwils u bejjiegħa bl-imnut
differenti, u l-prezzijiet bl-imnut. [8] COM(2012) 60
u SEC(2012) 11. [9] OCED
(2009) Il-bijoekonomija għall-2030: It-tfassil ta' Aġenda ta'
Politika. [10] Festel,
G. (2011) Presentation at the 4th Annual European Forum for Industrial
Biotechnology & The Biobased Economy, Amsterdam, l-20 ta' Ottubru 2011. [11] WEF (2020) Il-futur tal-Bijoraffineriji Industrijali. [12] OCED (2009) Il-bijoekonomija għall-2030: It-tfassil
ta' Aġenda ta' Politika. [13] COM(2012)
582. [14] Bloomberg New Energy Finance (2010)
Next-generation ethanol and biochemicals: What's in it for Europe [15] Bi prezzijiet attwali [16] ĠU … [Opinjoni tal-PE] [17] ĠU … [Opinjoni tal-ESC] [18] ĠU L 412, 30.12.2006,
p. 1. [19] ĠU L 400, 30.12.2006,
p. 86. [20] ĠU … [H2020 FP] [21] ĠU … [H2020 SP] [22] COM(2010) 2020 finali. [23] COM(2012) 60. [24] COM(2012) 582 finali. [25] COM(2007) 860 finali. [26] ĠU … [H2020 RfP] [27] ĠU L 362, 31.12.2012,
p. 1. [28] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [29] ĠU 56, 4.3.1968, p. 1. [30] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1. [31] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5. [32] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15. [33] ĠU L 145, 31.5.2011, p. 43. [34] ABM: Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività –
ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività. [35] Kif jissemma fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [36] Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [37] Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li
għandhom jiġu fornuti (eż. għadd ta’ skambji ta’ studenti
ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [38] Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “L-għan/ijiet
speċifiku/iċi...” [39] Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata
skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal
skopijiet ta’ informazzjoni. [40] CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; ENS=
Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji ('Intérimaire'). [41] Sublimitu għall-persunal estern kopert
mill-approprjazzjonijiet operattivi (l-eks linji "BA"). [42] Prinċipalment għal Fondi Strutturali, il-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Fond Ewropew
għas-Sajd (EFF). [43] Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata
skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal
għanijiet ta’ informazzjoni. [44] CA = Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent
Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-aġenziji
('Intérimaire'). [45] Ara punti 19 sa 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.