Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 /* COM/2013/0480 final - 2013/0224 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-ħtieġa ta’ azzjoni dwar it-tibdil
fil-klima u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti F’Diċembru 2010, il-Partijiet
għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
(UNFCCC) rrikonoxxew li t-tisħin globali ma għandux jaqbeż it-temperaturi
esperjenzati qabel ir-rivoluzzjoni industrijali b’aktar minn 2˚°C[1]. Dan huwa essenzjali jekk iridu
jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tal-interferenza tal-bniedem fis-sistema
tal-klima. Din il-mira fuq terminu twil tesiġi li sal-2050 l-emissjonijiet
globali tal-gassijiet serra jitnaqqsu tal-anqas b'50 % taħt il-livelli
tal-1990[2].
Il-pajjiżi żviluppati bħala grupp għandhom
inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'ammonti minn 80 % sa 95 % sal-2050
meta mqabbla mal-livelli tal-1990[3].
Fuq terminu medju, l-UE ntrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta'
gassijiet serra b'20 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2020, u bi 30 %
jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli. Dan l-impenn jifforma parti minn
waħda mill-ħames miri ewlenin tal-UE fl-Istrateġija Ewropa 2020.[4] Barra minn hekk, kemm
il-Kunsill Ewropew kif ukoll il-Parlament Ewropew qablu li s-setturi kollha
tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet[5]. Bil-għan li tikkontribwixxi
għall-Istrateġija tal-UE 2020, il-White Paper tal-Kummissjoni dwar it-Trasport[6] tal-2011 tiddikjara li sal-2050
l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu għandhom jitnaqqsu
b'40 % (b'50 % jekk ikun fattibbli) mil-livelli tal-2005. Fl-2010 l-emissjonijiet totali ta' CO2
relatati mal-attivitajiet tat-trasport marittimu Ewropew (inklużi r-rotot
intra-EU, vjaġġi deħlin lejn l-UE jew ħerġin mill-UE) kienu stmati li jammontaw
għal 180 Mt ta' CO2. Minkejja l-introduzzjoni ta’ standards
minimi tal-effiċjenza enerġetika għal ċerti kategoriji ta’ bastimenti ġodda
("Energy Efficiency Design Index", EEDI) mill-Organizzazzjoni
Marittima Internazzjonali (OMI) fl-2011[7],
l-emissjonijiet huma mistennija li jkomplu jiżdiedu. Ir-raġuni ewlenija hija li
għadha mistennija żieda fid-domanda għat-trasport marittimu mmexxi mit-tkabbir
tal-kummerċ dinji. Dan it-tkabbir previst huwa mistenni li jseħħ
minkejja d-disponibbiltà ta’ miżuri operazzjonali u ta' teknoloġiji eżistenti
għat-tnaqqis tal-konsum speċifiku tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta' CO2
minn bastimenti sa 75 % (skont iċ-ċifri tal-OMI). Parti sinifikanti minn
dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti minħabba li l-ispejjeż
tal-fjuwil mnaqqsa jiżguraw il-ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew
tal-investiment. Din il-kontradizzjoni tista’ tiġi spjegata mill-esistenza ta’
ostakli tas-suq għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji bħal dawn u ta' miżuri
operazzjonali bħalma huma n-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar
l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ bastimenti jew ta’ teknoloġiji għat-tagħmir
mill-ġdid ta' bastimenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi għal investimenti
fl-effiċjenza tal-bastimenti u l-inċentivi maqsuma peress li s-sidien
tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza
tal-bastiment għaliex il-kontijiet tal-fjuwil jitħallsu mill-operaturi. Mandat għall-azzjoni fil-livell tal-UE Iż-żieda proġettata fl-emissjonijiet ta' CO2
mit-trasport marittimu mhix konformi mal-għanijiet tal-UE, u dan iwassal għal
impatti negattivi fuq it-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, fil-livell tal-UE,
it-trasport marittimu internazzjonali jibqa’ l-uniku mezz ta’ trasport mhux
inkluż fl-impenn tal-UE ta’ tnaqqis tal-emisssjonijiet tal-gassijiet serra li
jeħtieġ sforzi addizzjonali minn kull settur ieħor. Il-Kunsill u l-Parlament fakkru l-impenn li
ttieħed qabel biex tittieħed azzjoni fil-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija
adottat fit-23 ta’ April 2009: Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li
jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu
permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima ma jkun ġie approvat
mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie
approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq
proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn
għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013.
Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività
tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm.[8] Din l-iskadenza skadiet mingħajr azzjoni
internazzjonali suffiċjenti għaliex l-EEDI, minkejja l-utilità tiegħu, mhuwiex
mistenni li jipproduċi, waħdu, tnaqqis assolut fl-emissjonijiet meta mqabbel
mas-snin bażi kemm-il darba jseħħ it-tkabbir imbassar fit-traffiku. Għalhekk,
il-Kummissjoni nediet attivitajiet preparatorji bil-għan li tindirizza
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali. Ħtieġa ta' approċċ fi stadji biex jitnaqqsu
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu Illum, l-ammont preċiż ta' emissjonijiet ta'
CO2 u ta’ gassijiet serra oħra mit-trasport marittimu relatat mal-UE
mhuwiex magħruf minħabba n-nuqqas ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar ta’
emissjonijiet bħal dawn. Il-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni
mal-partijiet interessati (ara t-Taqsima 2) identifikaw li sistema robusta
għall-monitoraġġ, in-notifika u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta’
gassijiet serra mit-trasport marittimu huwa prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew
standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq, kemm jekk jiġi applikat fil-livell
tal-UE kif ukoll globali. Barra minn hekk, sistema MRV b’saħħitha
għandha tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli għas-suq, b’mod partikolari
dawk marbuta man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Fuq
il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt, huwa mistenni li
bl-introduzzjoni tal-MRV, meta mqabbel ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo
sal-2030 jista' jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sa
2 % u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun. Bl-introduzzjoni tal-MRV bħala l-ewwel pass,
jista' jiġi allokat aktar żmien għad-diskussjoni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet
dwar il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, dwar miżuri u standards
tal-effiċjenza bbażati fuq is-suq meħtieġa għall-ksib ta' dan it-tnaqqis bi
prezz minimu. Dan huwa partikolarment rilevanti għal diskussjonijiet fil-livell
globali fi ħdan l-OMI. Minħabba l-preferenza ċara tal-Kummissjoni
għal miżuri meħuda fil-livell globali, l-MRV tal-UE għandhom iservu bħala
eżempju għall-implimentazzjoni ta’ MRV globali bil-għan li jitħaffu
d-diskussjonijiet internazzjonali. F’dan il-kuntest, għandhhom isiru
sottomissjonijiet rilevanti lill-OMI kif ikun xieraq. Ladarba sistema globali
jiġi deċiż, ir-Regolament propost għandha tiġi emendata biex l-MRV tal-UE jiġu
allinjati mas-sistema globali. 2 RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Sabiex jirrevedi l-alternattivi ta’ politika
msemmija fit-tieni studju tal-IMO tal-gassijiet serra tal-2009[9] u l-istudju li sar minn CE
Delft fl-2009[10],
twaqqaf grupp ta’ ħidma (WG6) fil-qafas tal-Programm Ewropew dwar it-Tibdil
fil-Klima II (European Climate Change Program/ECCP). Dan il-grupp ippermetta
wkoll li jsiru konsultazzjonijiet formali mal-partijiet interessati fil-livell
tekniku u ta kontribut għall-appoġġ estern, pereżempju billi naqqas l-għażla
fost l-alternattivi ta’ politika. Fl-2011 ġew organizzati tliet laqgħat ta’
jumejn b’aktar minn 100 parteċipant ġejjin mill-amministrazzjonijiet
nazzjonali, mill-UE u mill-assoċjazzjonijiet tat-trasport marittimu
internazzjonali kif ukoll minn assoċjazzjonijiet oħrajn u NGOs. Il-minuti,
id-dokument ta’ sfond u l-preżentazzjoni ta’ dawn il-laqgħat huma disponibbli
fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni għall-informazzjoni pubblika[11]. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet
Pjattaforma ta' Livell Għoli, li jgħaqqad flimkien esperti ta’ livell għoli
fis-settur tat-trasport marittimu, biex tippermetti diskussjoni strateġika
direttament mal-Viċi President Kallas u l-Kummissarju Hedegaard. Dawn
il-laqgħat saru fit-3 ta’ Frar 2011, fit-28 ta’ Ġunju 2011 u fis-7 ta’ Novembru
2011. Ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika bejn
it-19 ta’ Jannar u l-12 ta’ April 2012, jiġifieri
tul 12-il ġimgħa. Din il-konsultazzjoni pubblika tħabbret permezz ta' stqarrija
għall-istampa. Il-konsultazzjoni pubblika saret bl-użu tal-“Prinċipji ġenerali
u standards minimi għall-konsultazzjoni ta’ partijiet interessati
mill-Kummissjoni”. Il-konsultazzjoni tikkonferma li ftehim
globali fi ħdan l-OMI huwa pperċepit bħala l-aħjar alternattiva fit-tul sabiex
jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur
tat-trasport marittimu. Fil-każ ta’ miżura Ewropea, hemm qbil ġenerali li
għandu jkun hemm sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet indaqs għall-bastimenti kollha
li jużaw il-portijiet Ewropej. Hija wkoll il-fehma tal-maġġoranza li kwalunkwe
kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq jeħtieġ li jkun askkumpanjat
minn monitoraġġ trasparenti u robust tal-emissjonijiet. Dan il-monitoraġġ
għandu jiġi stabbilit bil-ħsieb li jiġu evitati l-piżijiet amministrattivi
żejda u li jiżguraw riżultati ta' rappurtar preċiż. Aktar riżultati jinsabu fuq
is-sit elettroniku tal-Kummissjoni[12]. Fl-aħħar nett, laqgħa oħra tal-partijiet
interessati b'120 parteċipant mill-industrija, NGOs, l-Istati Membri u pajjiżi
terzi saret fil-5 ta’ Diċembru 2012 u ffokat fuq it-tfassil ta’ sistema
MRV fl-UE. Din il-laqgħa kkonfermat il-ħtieġa ta' MRV għaliex sal-lum ma hemm
l-ebda disponibbiltà ta' dejta affidabbli dwar l-emissjonijiet ta' CO2.
Diġà jeżistu bosta inizjattivi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-konsum tal-fjuwil,
tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-effiċjenza enerġetika fis-settur
tat-trasport marittimu. Il-parteċipanti lkoll qablu li biex jitnaqqas il-piż
amministrattiv, l-MRV għandhom ikunu msejsa fuq informazzjoni meħtieġa
mill-Konvenzjonijiet internazzjonali u li huma diġà disponibbli abbord
il-bastimenti. Il-preżentazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħhom ġew
ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni[13]. Valutazzjoni tal-impatt Il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza u tqabbel
bosta alternattivi ta' politika għal miżuri bbażati fuq is-suq u alternattiva
waħda għal MRV biss. Is-sejbiet ewlenin huma dawn li ġejjin: –
L-ostakli tas-suq ewlenin għall-implimentazzjoni
ta’ miżuri ta’ tnaqqis kosteffettivi huma: (i) nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar l-effiċjenza
tal-użu tal-fjuwil tal-bastimenti jew ta’ teknoloġiji disponibbli
għar-retrofitting tal-bastimenti, (ii) nuqqas ta' aċċess għall-finanzi għal
investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti (iii) inċentivi maqsuma għaliex is-sidien
tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza
tal-bastiment billi l-kontijiet tal-fjuwil, minħabba l-istruttura
tal-operazzjonijiet ta’ bastiment, ħafna drabi jitħallsu mill-operaturi. It-tneħħija ta’ dawn l-ostakli tas-suq se tkun
kruċjali għas-suċċess ta’ kwalunkwe miżura partikolari. –
Jeżistu potenzjali sinifikanti għat-tnaqqis
tal-emissjonijiet għat-trasport marittimu permezz ta’ firxa ta’ miżuri tekniċi
u operazzjonali, li prinċipalment jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza enerġetika
tal-bastimenti. L-iffrankar fl-ispejjeż tal-fjuwil assoċjat mal-biċċa l-kbira
ta’ dawn il-miżuri tekniċi jew operazzjonali jegħleb l-ispejjeż mistennija. –
L-alternattivi ta' politika kollha analizzati
joffru benefiċċji nett f'termini ta' impatti ambjentali (tnaqqis ta' CO2
u ta' emissjonijiet oħrajn), ekonomiċi (iffrankar nett fl-ispejjeż għas-settur
tat-trasport marittimu) u soċjali (anqas problemi ta' saħħa minħabba SOX u
emissjonijiet ta' partikoli aktar baxxi, ħolqien ta' impjiegi). –
Żewġ tipi ta’ fondi ta’ kumpens – fond ibbażat fuq
il-kontribuzzjonijiet bil-prezz tal-karbonju stabbilit u fond ibbażat fuq
il-miri b'miri ta’ tnaqqis definiti u bl-iffissar indirett tal-prezzijiet –
flimkien ma' sistema marittima għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS) jistgħu
joffru l-ogħla benefiċċji f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u ta'
ffrankar fl-ispejjeż. Dawn mistennija jindirizzaw bl-aħjar mod l-ostakli
tas-suq u li sal-2030 jirriżultaw fi tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ madwar
10 % meta mqabbla mal-2005. Iffrankar nett fl-ispejjeż għas-settur
tat-trasport marittimu jista' jkun sostanzjali fil-każ li l-ostakli tas-suq
ikunu jistgħu jitneħħew kompletament (u dan possibbilment ilaħħaq sa
EUR 12-il biljun fl-2030 u b’medja sa EUR 5 biljun fis-sena).
B’mod partikolari, hemm potenzjal sostanzjali għall-iffrankar
mill-implimentazzjoni tat-teknoloġiji eżistenti tal-konsum effiċjenti
tal-fjuwil bi spejjeż negattivi f’dan is-settur u dan, flimkien ma’ miżuri
operazzjonali, ikompli jnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2. –
L-alternattiva ta' MRV biss twassal għal tnaqqis
aktar limitat tal-emissjonijiet stmat għal sa 2 % fl-2030 (meta mqabbel
max-xenarju bażi) li jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar
EUR 1,2 biljun fl-2030 (fil-medja madwar EUR 900 miljun
fis-sena). Dan jimmira lejn it-tneħħija tal-ostakli tas-suq marbuta man-nuqqas
ta’ informazzjoni bis-saħħa tal-ġenerazzjoni tal-informazzjoni dwar il-konsum
tal-fjuwil u billi titqajjem sensibilizzazzjoni fil-livell tal-ġestjoni għal
iffrankar potenzjali fl-ispejjeż tal-fjuwil. L-ispejjeż tal-implimentazzjoni
huma stmati għal madwar EUR 26 miljun fis-sena (meta wieħed jeskludi
bastiment ta' anqas minn 5000 TG mill-kamp ta' applikazzjoni).
Kumplessivament, il-proporzjon kostijiet-benefiċċji ta’ din l-alternattiva huwa
għoli ħafna. Ir-riżultati kollha huma ppreżentati
fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta. Sommarju tal-azzjoni proposta L-għan ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa li
jistabbilixxi sistema Ewropea MRV għall-emissjonijiet ta' CO2 minn
bastimenti bħala l-ewwel pass f'approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn
l-emissjonijiet. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi relatati magħhom
filwaqt li jiġu żgurati riżultati robusti, sempliċi u ekonomiċi huma proposti
r-rekwiżiti tal-MRV. L-approċċ huwa għalhekk imfassal sabiex isir l-aktar użu
possibbli mid-dejta diġà eżistenti abbord il-bastimenti. Għaldaqstant il-karatteristiċi operazzjonali
tas-sistema proposta ta' MRV huma kif ġej: –
L-iffokar fuq is-CO2 bħala GHG
predominanti rilaxxat minn bastimenti u fuq informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima bħalma huma l-informazzjoni dwar l-effiċjenza li tindirizza
l-ostakli tas-suq għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis kosteffiċjenti u biex
l-MRVs jiġu allinjati mad-diskussjoni tal-OMI dwar l-istandards tal-effiċjenza
għall-bastimenti eżistenti –
Il-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2
ibbażat fuq il-konsum tal-fjuwil u fuq it-tip ta' fjuwil u l-effiċjenża
enerġetika bl-użu tad-dejta disponibbli minn reġistri li jinżammu abbord, noon
reports u min-noti ta' kunsinna tal-banker –
L-użu ta' strutturi u korpi eżistenti tas-settur
marittimu, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-verifika
tar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għall-ħruġ ta' dokumenti għall-konformità –
L-esklużjoni ta' emittenti żgħar (bastimenti ta'
anqas minn 5000 TG) li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-flotta, iżda
10 % biss tal-emissjonijiet totali Fil-prinċipju,
is-sistema MRV tista' wkoll tkopri emissjonijiet ta' gassijiet serra oħrajn,
aġenti b'impatti klimatiċi u sustanzi li jniġġsu l-arja bħal SOX u
NOX. Tali approċċ integrat jista’ jwassal għal firxa wiesgħa ta’
informazzjoni ambjentali rilevanti filwaqt li juża effetti ta’ sinerġija
għall-benefiċċji tas-settur tat-trasport marittimu u tal-awtoritajiet pubbliċi.
Madankollu, l-approċċ MRV ekonomiku bbażat fuq id-dokumenti u t-tagħmir
eżistenti abbord il-bastimenti ma jistax jintuża għall-kejl ta' emissjonijiet
oħra minbarra tas-CO2. Barra minn hekk, it-tagħmir meħtieġ
għall-kejl tal-emissjonijiet minbarra tas-CO2 ma jistax jitqies li
huwa suffiċjentement affidabbli u kummerċjalment disponibbli għall-użu fuq
il-baħar. Għalhekk, f'dan l-istadju, is-sistema MRV proposta għandha tiġi
implimentata għall-emissjonijiet ta' CO2 biss. Ikun xieraq li dan
il-kamp ta' applikazzjoni jiġi rivedut fi stadju aktar tard. Rigward il-kamp
ta' applikazzjoni ġeografiku għall-monitoraġġ, ir-rotot li ġejjin fil-prinċipju
se jkunu koperti b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha
irrispettivament mill-bandiera tagħhom: –
vjaġġi intra-UE –
vjaġġi mill-aħħar port ta' waqfa mhux tal-UE sal-ewwel
port ta' waqfa tal-UE (vjaġġi deħlin) –
vjaġġi minn port ta' waqfa tal-UE sal-port ta'
waqfa li jmiss mhux tal-UE (vjaġġi ħerġin) Iċ-ċiklu tal-konformità jkun ibbażat fuq
approċċ standard. Qed jiġi propost li jintuża approċċ ekonomiku u li jiġi assenjat
numru limitat ta’ kompiti lill-Kummissjoni li għandha tiġi megħjuna
mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA). Kompiti relatati
mal-kontroll tal-konformità tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, tar-rapporti dwar
l-emissjonijiet, tal-komunikazzjoni mas-sidien tal-bastimenti u mal-operaturi u
tal-ħruġ ta’ dokumenti ta’ konformità jistgħu jiġu żgurati minn verifikaturi
akkreditati ta' parti terza. Dawn il-korpi li jistgħu jinkludu korpi
rikonoxxuti diġà għandhom esperjenza estensiva u għandhom rwol importanti
għas-sikurezza marittima. L-infurzar tal-obbligi tal-MRV mhuwiex se jiġi żgurat
mill-Istati Membri, b’mod aktar konkret mill-awtoritajiet tal-Istat tal-Port li
jagħmlu użu mill-mekkaniżmi tal-kontroll eżistenti tal-Istati tal-bandiera u
tal-Istati tal-port u tad-dejta ppubblikata mill-Kummissjoni. Is-sistema MRV proposta tista' tiġi
kkonvertita f’sistema globali b’aġġustamenti limitati biss peress li tuża
d-dokumenti meħtieġa fil-livell internazzjonali u l-istrutturi eżistenti
bħall-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera u tal-Istat tal-Port u s-soċjetajiet
ta’ klassifikazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni
tas-sistema MRV proposta, huma meħtieġa regoli aktar speċifiċi għall-verifika u
l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta’ erba’
metodi ta’ monitoraġġ u d-determinazzjoni ta’ informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima bħalma huma l-indikaturi tal-effiċjenza pprovduti fl-Anness I u II
tar-Regolament propost għandhom jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika
u tal-iżvilupp ta’ standards internazzjonali. Għal dawn il-finijiet,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ta' delega
rispettivi. Għas-simplifikar tat-tħejjija tal-pjanijiet
ta’ monitoraġġ, tar-rapportar u l-verifika ta’ emissjonijiet u ta'
informazzjoni oħra rilevanti għall-klima, għandhom jintużaw mudelli
elettroniċi. Dawn il-mudelli għandhom jiġu pprovduti u adottati
mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ atti ta’ implimentazzjoni. L-istadji fil-proċess MRV huma deskritti
fil-grafika li ġejja. 3 ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Bażi legali Il-bażi legali għal din il-proposta huwa
l-Artikolu 192(1) tat-TFUE. Il-proposta tfittex li tilħaq għan leġittimu
fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 191(1) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-ġlieda kontra t-tibdil
fil-klima. L-għan tal-proposta leġiżlattiva huwa li jiġi żgurat li
l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti huma mmonitorjati u
rrapportati, u għalhekk li ttejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni
għall-politika u għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-impenji
tal-Unjoni b’rabta mat-tibdil fil-klima u li tipprovdi inċentivi għall-isforzi
tal-mitigazzjoni. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mezzi inqas restrittivi
mill-proposta leġiżlattiva. Prinċipju tas-sussidjarjetà Sabiex l-azzjoni tal-Unjoni tkun
iġġustifikata, irid jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. (a)
In-natura tranżnazzjonali tal-problema (it-test
tan-neċessità) In-natura tranżnazzjonali tat-tibdil fil-klima
u tat-trasport marittimu hija element importanti sabiex jiġi stabbilit jekk
l-azzjoni tal-Unjoni hix meħtieġa. L-azzjoni nazzjonali waħedha ma tkunx
biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-White Paper dwar
it-trasport. Għalhekk jeħtieġ li l-Unjoni toħloq qafas li jiffaċilita
s-sodisfar tar-rekwiżiti internazzjonali u tal-Unjoni, billi tiżgura
monitoraġġ, rappurtar u verifika armonizzati tal-emmissjonijiet ta' gassijiet
serra mit-trasport marittimu. (b)
It-test tal-effikaċja (il-valur miżjud) Minħabba l-effikaċja tagħha, azzjoni meħuda
fil-livell tal-Unjoni għandha tipproduċi benefiċċji ċari meta mqabbla ma'
azzjoni meħuda fil-livell tal-Istati Membri. Minħabba li l-impenji predominanti
b’rabta mat-tibdil fil-klima jsiru fil-livell tal-Unjoni inkluża l-mira ta’
tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu għall-2050 kif
stabbilit fil-White Paper dwar it-Trasport, ikun effikaċi wkoll li jiġu
żviluppati f’dan il-livell ir-regoli tal-MRV meħtieġa. Barra minn hekk, dan
il-qafas legali se jiżgura l-effikaċja billi jitħaddmu MRV armonizzati għal
vjaġġi ta’ bastimenti bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti li huma
responsabbli għal madwar 90 % tal-waqfa fil-port fl-Istati Membri tal-UE.
Barra minn hekk, l-azzjoni fil-livell tal-UE tista’ tevita t-tfixkil
tal-kompetizzjoni fis-suq intern billi tiżgura restrizzjonijiet ambjentali
ugwali fuq bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE. Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa
meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan li tinġabar dejta affidabbli tal-emissjonijiet
tal-gassijiet serra. Barra minn hekk, il-metodoloġija tal-MRV tar-Regolament
propost hija bbażata fuq informazzjoni diġà disponibbli llum abbord
il-bastimenti. Mhu se ebda tagħmir addizzjonali se jkun meħtieġ. Il-proporzjonalità tal-miżura proposta hija
żgurata wkoll billi tiffoka fuq l-emissjonijiet ta' CO2 li
jirrappreżentaw madwar 98 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
tas-settur marittimuu u fuq bastimenti kbar b’aktar minn 5000 Tunnellata Grossa
(TG). Dan jeskludi kważi nofs id-19000 l-bastiment b’aktar minn 300 TG li
daħlu fil-portijiet tal-UE fl-2010[14]
filwaqt li xorta jkopri madwar 90 % tat-total tal-emissjonijiet
mill-bastimenti. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Kif speċifikat
fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja dan ir-Regolament, ir-Regolament
se jiġi implimentat permezz ta’ baġit eżistenti u mhux se jkollu impatt fuq
il-qafas finanzjarju pluriennali. Huma mistennija spejjeż limitati ta’ madwar
EUR 0,5 miljun għall-iżvilupp tal-IT għall-aġġustamenti meħtieġa f'għodda
eżistenti ospitata u mħaddma mill-EMSA. L-involviment tal-EMSA jiddependi fuq
il-kompitu anċillari rispettiv tal-Aġenzija li għandu jiġi attivat u approvat mill-Bord
tal-EMSA. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Klawżola ta’ eżami/analiżi mill-ġdid Il-proposta
tinkludi dispożizzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni teżamina dan
ir-Regolament fil-kuntest ta’ żviluppi internazzjonali fil-ġejjieni, b’mod
partikolari fil-każ tal-introduzzjoni ta’ sistema globali tal-MRV permezz
tal-OMI. F’każ bħal dan ir-Regolament propost għandu jiġi eżaminat u jekk
xieraq emendat sabiex jallinja d-dispożizzjonijiet tal-MRV mas-sistema
internazzjonali. 2013/0224 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL Dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika
tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda
r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[15].
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[16].
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja. Billi: (1) Il-Pakkett dwar il-Klima u
l-Enerġija[17] li appella għall-kontribuzzjoni tas-setturi
kollha tal-ekonomija biex jinkiseb dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, fosthom
dawk tat-trasport marittimu internazzjonali, jipprovdi mandat ċar:
"...fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet
marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz
tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ma jkun ġie approvat mill-Istati
Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat
mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta
li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis
Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta
għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità
waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm." (2) F’Lulju 2011,
l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) adottat miżuri tekniċi u
operazzjonali, b’mod partikolari l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy
Efficiency Design Index/EEDI) għall-bastimenti ġodda u l-Pjan dwar il-Ġestjoni
tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (Ship Energy Efficiency Management
Plan/SEEMP), li se jġibu titjib f’termini tat-tnaqqis fiż-żieda mistennija
fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, iżda li waħedhom ma jistgħux iwasslu
għat-tnaqqis assolut meħtieġ fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport
marittimu internazzjonali biex jinżammu l-isforzi skont l-għan globali li
ż-żidiet fit-temperaturi globali jiġu limitati għal 2 °C. (3) Skont id-dejta pprovduta
mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2
ta’ bastimenti li jistgħu jitnaqqsu b’sa 75 % billi jiġu applikati miżuri
operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti
minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti minħabba li l-ispejjeż
mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew
tal-investiment. (4) Sabiex jitnaqqsu
l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell
tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ t-twaqqif ta’ sistema
għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2
ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti bħala l-ewwel pass ta' approċċ
fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn
tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra. (5) L-adozzjoni ta’ miżuri
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tal-konsum tal-fjuwil hija
mxekkla minħabba l-eżistenza ta' ostakli tas-suq bħan-nuqqas ta’ informazzjoni
affidabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ bastimenti jew ta’
teknoloġiji għar-retrofitting ta' bastimenti, in-nuqqas ta’ aċċess
għall-finanzi għal investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti u l-inċentivi maqsuma,
u dan peress li s-sidien tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti
tagħhom fl-effiċjenza tal-bastiment għaliex il-kontijiet tal-fjuwil jitħallsu
mill-operaturi. (6) Ir-riżultati
tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab
internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni
tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis
tal-gassijiet serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV
robusta għall-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu bħala
l-ewwel pass u l-ipprezzar ta’ dawn l-emissjonijiet fi stadju aktar tard. Dan
l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali
fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet
serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi. (7) L-introduzzjoni ta’ sistema
MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li
jammontaw għal sa 2 % meta mqabbla ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo u
tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi
tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari
dawk relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti.
Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ
internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal
kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq, jekk tiġi
applikata fil-livell tal-Unjoni jew globalment. Hija tipprovdi wkoll dejta
affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u
għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn
il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. (8) Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni
kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel
port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn
il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti
għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet ta' CO2 fil-portijiet
tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port,
għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li miżuri speċifiċi
għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn jeżistu. Dawn ir-regoli għandhom jiġu
applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament
mill-bandiera li jtajru. (9) Is-sistema MRV proposta
għandha tieħu l-forma ta’ Regolament minħabba n-natura kumplessa u teknika
ħafna tad-dispożizzjonijiet introdotti, il-ħtieġa għal regoli uniformi
applikabbli fl-Unjoni kollha biex jirriflettu n-natura internazzjonali
tat-trasport marittimu b’bosta bastimenti li jkunu mistennija li jidħlu
f’portijiet fi Stati Membri differenti, u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni
fl-Unjoni kollha.. (10) Sistema MRV tal-Unjoni
speċifika għall-bastimenti għandha tkun ibbażata fuq il-kalkolu ta’
emissjonijiet mill-fjuwil ikkunsmat fuq vjaġġi minn portijiet tal-Unjoni u
lejhom għaliex id-dejta dwar il-bejgħ tal-fjuwil ma tistax tipprovdi stimi
preċiżi b’mod xieraq dwar il-konsum tal-fjuwil f'dan il-kamp ta' applikazzjoni
speċifiku minħabba l-kapaċitajiet kbar tat-tankijiet tal-bastimenti. (11) Is-sistema MRV tal-Unjoni
għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-klima li tippermetti
d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri
tal-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni
jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali
għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti
eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi
għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni. (12) Sabiex jitnaqqas il-piż
amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u għall-operaturi, b’mod partikolari
l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex isir l-aħjar użu mill-proporzjon
kostijiet-benefiċċji tas-sistema MRV mingħajr ma jiġi mhedded l-għan li jkun
kopert sehem predominanti ħafna tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
mit-trasport marittimu, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw biss għal
produtturi kbar. Intagħżel limitu ta’ 5000 tunnellaġġ gross (TG) wara
analiżi dettaljata oġġettiva tal-qisien u l-emissjonijiet tal-bastimenti li
jmorru lejn portijiet tal-Unjoni u dawk li jiġu minnhom. Il-bastimenti b’aktar
minn 5000 TG jammontaw għal madwar 55 % tal-għadd tal-bastimenti li
jidħlu f’portijiet tal-Unjoni u jirrappreżentaw madwar 90 %
tal-emissjonijiet relatati. Dan il-limitu mhux diskriminatorju għandu jiżgura
li l-biċċa l-kbira tal-emittenti rilevanti jiġu koperti. Limitu aktar baxx
għandu jirriżulta f’iktar piż amministrattiv filwaqt li limitu ogħla jillimita
l-kopertura tal-emissjonijiet u għalhekk l-effettività ambjentali tas-sistema. (13) Biex ikompli jitnaqqas il-piż
amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-regoli
tal-monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq is-CO2 bħala l-aktar gass serra
rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu u li jikkontribwixxi sa 98 %
tat-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dan is-settur. (14) Ir-regoli għandhom iqisu
r-rekwiżiti eżistenti u d-dejta diġà disponibbli abbord il-bastimenti;
għalhekk, is-sidien tal-bastimenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu
wieħed minn dawn l-erba’ metodi ta’ monitoraġġ: l-użu tan-Noti ta' Kunsinna
tal-Fjuwil tal-Banker, monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-Banker, miters
tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli jew għall-kejl dirett ta'
emissjoni. Pjan ta’ monitoraġġ speċifiku tal-bastimenti għandu jiddokumenta
l-għażla magħmula u għandu jipprovdi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni
tal-metodu magħżul. (15) Kwalunkwe kumpanija
bir-responsabbiltà għal perjodu kollu ta’ rappurtar għal bastiment li jwettaq
attivitajiet tat-trasport marittimu għandha titqies li hija responsabbli
għar-rekwiżiti kollha ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li joħorġu b’relazzjoni
għal dan il-perjodu ta’ rappurtar, inkluż is-sottomissjoni ta’ rapport dwar
l-emissjonijiet ivverifikati b’mod sodisfaċenti. Fil-każ ta' bidla fis-sjieda,
is-sid il-ġdid se jkun responsabbli biss
għall-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar relatati mal-perjodu ta' rappurtar
li fih seħħet il-bidla fis-sjieda. Sabiex jiffaċilita t-twettiq ta’ dawn
l-obbligi s-sid il-ġdid għandu jirċievi kopja tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ, u
dokument ta’ konformità jekk applikabbli. Bidla fis-sjieda għandha twassal
għall-modifika tal-pjan ta’ monitoraġġ sabiex tippermetti lis-sidien ġodda
tal-bastimenti jagħmlu l-għażliet tagħhom stess fir-rigward tal-metodoloġija
tal-monitoraġġ. (16) Gassijiet serra oħra, aġenti
b'impatti klimatiċi (climate forcers) jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma
għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f’dan l-istadju sabiex jiġu
evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li mhuwiex
affidabbli biżżejjed u kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel
l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni. (17) Sabiex jitnaqqas kemm jista'
jkun il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi,
ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rappurtata għandhom jiġu
organizzati kull sena. Bir-restrizzjoni fuq il-pubblikazzjoni
tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-fjuwil u tal-informazzjoni relatata
mal-effiċjenza għal medji annwali u ċifri aggregati, il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità
għandhom ikunu ġew indirizzati. Id-dejta rrappurtata lill-Kummissjoni għandha
tiġi integrata fl-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti
għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/eu tas-17 ta’ Settembru 2012
fuq l-Eurostat[18]. (18) Verifiki minn verifikaturi
akkreditati għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti
tal-emissjonijiet huma korretti u konformi mar-rekwiżiti definiti b'dan
ir-Regolament. Bħala element importanti għas-simplifikar tal-verifiki,
il-verifikaturi għandhom jiċċekkjaw il-kredibbiltà tad-dejta billi jqabblu
d-dejta rrappurtata stmata bid-dejta bbażata fuq id-dejta u l-karatteristiċi
tat-traċċar tal-bastiment. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu kkoordinati
mill-Kummissjoni. Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti u kompetenti u
persuni jew entitajiet legali għandhom jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali
tal-akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li
jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq
relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93[19]. (19) Dokument ta’ konformità maħruġ
minn verifikatur għandu jinżamm abbord il-bastimenti sabiex tintwera
l-konformità mal-obbligi għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika.
Il-verifikaturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ ta’ dokumenti
bħal dawn. (20) Fuq il-bażi tal-esperjenza
minn kompiti simili relatati mas-sikurezza marittima, l-Aġenzija Ewropea
għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għandha tappoġġa lill-Kummissjoni billi twettaq
ċerti kompiti. (21) In-nuqqas ta’ konformità
mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jirriżulta fl-applikazzjoni
ta’ sanzjonijiet. L-infurzar tal-obbligi relatati mas-sistema MRV għandu jkun
ibbażat fuq strumenti eżistenti, jiġifieri dawk istitwiti bl-applikazzjoni
tad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità
mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera[20]
u d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port[21], u fuq l-informazzjoni dwar
il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandh żżid id-dokument li
jikkonferma l-konformità tal-bastiment mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta’
rappurtar fil-lista taċ-ċertifikati u tad-dokumenti msemmija
fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/16/KE. (22) Id-Direttiva 2009/16/KE
tipprovdi għad-detenzjoni tal-vapuri/bastimenti fil-każ ta’ nuqqas ta’
ċertifikati li għandhom jinġarru abbord. Madankollu, fil-każ ta’ bastimenti li
naqsu milli jħarsu l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar għal aktar minn
perjodu ta’ rappurtar wieħed, huwa xieraq li tkun stipulata l-possibbiltà ta’
espulsjoni. Din għandha tiġi applikata b’tali mod li jippermetti li
s-sitwazzjoni tiġi rettifikata f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. (23) Ir-Regolament (UE)
Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'
Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’
emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rappurtar ta’ informazzjoni oħra
rilevanti għat-tibdil fil-klima fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni[22] għandu jiġi emendat biex jiġu
stabbiliti rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2
mit-trasport marittimu mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament. (24) Is-sistema MRV tal-Unjoni
għandha sservi bħala mudell għall-implimentazzjoni ta’ sistema MRV globali.
Sistema MRV globali hija aħjar peress li tista’ titqies bħala iżjed effikaċi
minħabba l-kamp ta' applikazzjoni usa’. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni
għandha fuq bażi regolari taqsam l-informazzjoni rilevanti dwar
l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-OMI u ma' korpi
internazzjonali rilevanti oħra u għandhom isiru sottomissjonijiet rilevanti
lill-OMI. Fejn jintlaħaq ftehim dwar sistema MRV globali, il-Kummissjoni
għandha tirrevedi s-sistema MRV tal-Unjoni bil-għan tallinjaha mas-sistema
globali. (25) Sabiex isir użu tal-aħjar
prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi iddelegata
lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u
tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn bastimenti u li jiġu
speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u
l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni
twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż
fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni
għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti
rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. (26) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet
uniformi għall-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' mudelli elettroniċi standard
għar-rappurtar koerenti tal-emissjonijiet u ta' informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima lill-Kummissjoni u Stati involuti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat
ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni
għandhom jiġu eżerċitati skont
ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni
tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.[23]. (27) L-għan tal-azzjoni proposta,
jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2
mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn
l-emissjonijiet ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li
jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport
marittimu u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni,
jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont
il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat.
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan
ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(28) Ir-regoli li jistabbilixxu
s-sistema MRV għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet
tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta'
Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar
ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data[24] u mar-Regolament (KE)
Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta'
Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward
tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità
u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data[25]. (29) Dan ir-Regolament għandu
jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015 biex jiġi żgurat li l-Istati
Membri u l-partijiet interessati jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri
meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament qabel ma jibda
l-ewwel perjodu ta’ rappurtar fl-1 ta’ Jannar 2018. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET
ĠENERALI Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli
għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet
tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt
il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet
ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti. Artikolu 2 Kamp
ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament japplika
għall-bastimenti b’aktar minn 5000 tunnellata gross f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port
ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun
taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif
ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. 2. Dan ir-Regolament ma
japplikax għal bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, bastimenti tal-qbid
jew tal-ipproċessar tal-ħut, vapuri b’binja primittiva, vapuri li ma jitħaddmux
b’mezzi mekkaniċi u użati għal skopijiet mhux kummerċjali. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw
id-definizzjonijiet li ġejjin: (a)
"emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx tas-CO2
fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2; (b)
"port ta' waqfa" tfisser port fejn
bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott il-merkanzija jew biex jimbarka jew
jiżbarka passiġġieri, bl-esklużjoni ta’ waqfiet għall-iskop uniku ta’ teħid
tal-fjuwil mill-ġdid biex jikseb provvisti friski u/jew biex iserraħ
l-ekwipaġġ; (c)
"kumpanija" tfisser is-sid ta’ bastiment
kif previst fl-Artikolu 2 jew kwalunkwe persuna oħra, bħall-maniġer jew
in-nolleġġatur tal-bastiment vojt, li jkun assuma r-responsabbiltà minn sid
il-bastiment għall-operazzjonijiet tiegħu; (d)
"tunnellaġġ gross" tfisser it-tunnellaġġ
gross ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl tat-tunnellaġġ li jinsabu
fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ
tal-Bastimenti, 1969, (e)
"verifikatur" tfisser entità ġuridika li
twettaq attivitajiet ta’ verifika li hija akkreditata minn korp ta’
akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26] u dan ir-Regolament; (f)
"verifika" tfisser l-attivitajiet
imwettqa minn verifikatur sabiex jevalwa l-konformità tad-dokumenti mibgħuta
mill-kumpanija mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament; (g)
"informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima" tfisser informazzjoni relatata mal-konsum tal-fjuwil, xogħol
tat-trasport u l-effiċjenza enerġetika ta’ bastimenti li jippermettu l-analiżi
tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-bastimenti; (h)
“fattur ta’ emissjoni” tfisser ir-rata medja ta’
emissjoni ta’ gass serra relatata mad-dejta dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn
sors bis-suppożizzjoni ta’ ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u
l-konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħra kollha; (i)
"inċertezza" tfisser parametru, assoċjat
mar-riżultat tad-determinazzjoni ta’ kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni
tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli lill-kwantità
partikolari, inklużi l-effetti ta’ fatturi sistematiċi kif ukoll ta’ fatturi
aleatorji, espress f’perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta’ kunfidenza madwar
il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti
b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri; (j)
"konservattiv" tfisser li jiġi ddefinit
sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda valutazzjoni
insuffiċjenti ta’ emissjonijiet annwali jew valutazzjoni żejda ta’ distanzi jew
ta' ammonti ta’ merkanzija li nġarru; (k)
"tunnellati ta' CO2" tfisser
tunnellati metriċi ta' CO2; (l)
"perjodu ta’ rapportar" tfisser sena
kalendarja waħda li matulha jiġu mmonitorjati u rrapportati emissjonijiet. KAPITOLU II MONITORAĠĠ U RAPPURTAR Taqsima 1 Prinċipji u metodi għall-monitoraġġ u
r-rappurtar Artikolu 4 Prinċipji
komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar 1. Il-kumpaniji għandu
jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont u t-tip ta’ fjuwil ikkunsmat għal kull
bastiment matul sena kalendarja f’kull port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’
Stat Membru u għal kull vjaġġ li jaslu u li jitilqu minn port li jkun taħt
il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafi 2 sa 6. 2. Il-monitoraġġ u r-rapportar
għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha
mill-kombustjoni tal-fjuwils. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa
sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar. 3. Il-monitoraġġ u r-rapportar
għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Il-kumpaniji għandhom
jużaw ċerti metodoloġiji ta’ monitoraġġ u settijiet ta’ dejta soġġetti għal
tibdil u derogi approvati mill-verifikatur. 4. Il-kumpaniji għandhom jiksbu,
jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw dejta ta’ monitoraġġ,
inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, dejta dwar l-attivitajiet, fatturi ta’
emissjoni, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni
ta’ emissjonijiet mill-verifikatur. 5. Il-kumpaniji għandhom
jiżguraw li d-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ma tkunx impreċiża la b’mod
sistematiku u lanqas b’mod konxju. Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu
kwalunkwe sors ta’ impreċiżjoni. 6. Il-kumpaniji għandhom
jippermettu garanzija raġonevoli tal-integrità tad-dejta dwar l-emissjonijiet
li jiġu mmonitorjati u rrappurtati. Artikolu 5 Metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar
tal-emissjonijiet fit-trasport marittimu Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u
(3), il-kumpanniji għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet tagħhom u
informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull wieħed mill-bastimenti
tagħhom b’aktar minn 5000 TG skont kwalunkwe mill-metodi stabbiliti
fl-Anness I. TAQSIMA 2 PJAN TA’ MONITORAĠĠ Artikolu 6 Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta’
monitoraġġ 1. Sal-31 ta’
Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan
ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw
l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed
mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG. 2. B’deroga mill-paragrafu 1,
għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2018, il-kumpanija għandha
tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut
u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt
il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. 3. Il-pjan ta’ monitoraġġ
imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u
trasparenti tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ bastiment speċifiku u għandu
jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin: (a)
l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż
l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni
Marittima Internazzjonali (OMI) , il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port
domiċili u l-isem ta' sid il-bastiment; (b)
l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, u d-dettalji
tat-telefown, il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt; (c)
deskrizzjoni tas-sorsi ta’ emissjoni abbord
il-bastiment bħal magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi
tal-gass inert u t-tipi ta’ fjuwils użati; (d)
deskrizzjoni ta’ proċeduri, sistemi u
responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi
ta’ emissjoni matul is-sena tal-monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata
l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tal-bastiment; (e)
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ
tal-kompletezza tal-lista tal-vjaġġi; (f)
deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ
għall-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inkluż: (i) il-metodu magħżul kif stabbilit
fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjwuil ta’ kull sors ta’ emissjoni
inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat, kif applikabbli; (ii) proċeduri għall-kejl tal-ammonti
tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti
tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa
u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli; (iii) il-metodu magħżul għad-determinazzjoni
tad-densità, fejn applikabbli; (iv) proċedura sabiex jiġi żgurat li
l-inċertezza totali tal-kejl tal-fjuwil tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan
ir-regolament, fejn possibbli b’referenza għal-liġijiet nazzjonali,
għal-klawżoli fil-kuntratti tal-klijenti jew għall-istandards ta’ preċiżjoni
tal-fornituri tal-fjuwil; (g)
fatturi ta’ emissjoni użati għal kull tip ta’
fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji
għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija
għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta’ analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji
użati (u tal-akkreditazzjoni ISO 17025 ikkonfermata tagħhom fejn rilevanti); (h)
deskrizzjoni tal-proċeduri użati
għad-determinazzjoni tad-dejta tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż: (i) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u
s-sorsi tad-dejta għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza għal
kull vjaġġ magħmul; (ii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet,
il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija
li nġarret u l-għadd ta’ passiġġieri kif applikabbli; (iii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet,
il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin
iddedikat fuq il-baħar bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla; (i)
deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża
għad-determinazzjoni tad-dejta ta’ sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati
nuqqasijiet fid-dejta; (j)
id-data tal-aħħar modifika fil-pjan ta’ monitoraġġ. 4. Il-kumpaniji
għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli
stabbiliti. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-pjani ta' monitoraġġ
imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati
mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 7 Modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ Il-kumpaniji għandhom jikkontrollaw
regolarment jekk il-pjan ta’ monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament
tal-bastiment u jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ tistax tittejjeb. Kumpanija għandha timmodifika l-pjan ta’
monitoraġġ fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a)
fejn isseħħ bidla fis-sjieda tal-bastimenti; (b)
fejn iseħħu emissjonijiet ġodda minħabba sorsi ta’
emissjoni jew ġodda jew minħabba l-użu ta’ fjuwils ġodda li jkunu għadhom mhux
inklużi fil-pjan ta’ monitoragg; (c)
fejn isseħħ bidla fid-disponibbiltà tad-dejta, minħabba
l-użu ta’ tipi ġodda ta’ strumenti tal-kejl, ta' metodi għat-teħid ta’ kampjuni
jew ta' metodi ta’ analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li twassal għal
preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet; (d)
fejn ikun instab li d-dejta li tirriżulta minn
metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata qabel mhijiex korretta; (e)
fejn il-pjan ta’ monitoraġġ mhuwiex konformi
mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-verifikaturi jitolbu lill-kumpanija
biex timmodifikah. Il-kumpaniji għandhom mingħajr dewmien mhux
dovut jinnotifikaw lill-verifikaturi bi kwalunkwe proposta għal bidla fil-pjan
ta’ monitoraġġ. Kwalunkwe modifika sinifikanti fil-pjan ta’
monitoraġġ għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur. Taqsima 3 MONITORAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET U
INFORMAZZJONI OĦRA RILEVANTI Artikolu 8 Monitoraġġ tal-attivitajiet
fil-perjodu ta’ rappurtar Mill-1 ta’ Jannar 2018, fuq il-bażi
tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji
għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment, u għal
kull vjaġġ billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B
tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A
tal-Anness I Artikolu 9 Monitoraġġ għal kull vjaġġ Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat
skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull vjaġġ li jasal u li
jitlaq minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, il-kumpaniji
għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A
tal-Anness I u l-Anness II: (a)
il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data
u l-ħin tat-tluq u tal-wasla; (b)
l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’
fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra
ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet; (c)
is-CO2 rilaxxatt; (d)
id-distanza vjaġġata: (e)
il-ħin iddedikat fuq il-baħar; (f)
il-merkanzija li nġarret; (g)
ix-xogħol ta' trasport. Artikolu 10 Monitoraġġ fuq bażi annwali Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat
skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja,
il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A
tal-Anness I u l-Anness II: (a)
l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’
fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra
ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet; (b)
total ta' CO2 rilaxxat; (c)
l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati
mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru (d)
l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi
kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru; (e)
aggregat tal-emissjonijiet ta' CO2
mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru; (f)
emissjonijiet ta' CO2 li seħħew
fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru; (g)
total tad-distanza vjaġġata: (h)
total tal-ħin iddedikat fuq il-baħar; (i)
totali tax-xogħol ta' trasport ; (j)
medju tal-effiċjenza enerġetika. Taqsima 4 RAPPURTAR
Artikolu 11 Kontenut tar-rapport dwar
l-emissjonijiet 1. Mill-2019, sat-30 ta’ April
ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u
lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar
l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima matul il-perijodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt
ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn
verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14. 2. Fejn isseħħ
bidla fis-sjieda ta’ bastimenti, il-kumpanija l-ġdida għandha tiżgura li
kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’
dan ir-Regolament fir-rigward tal-perijodu kollu tar-rappurtar fejn tieħu
responsabbiltà għall-bastiment ikkonċernat. 3. Il-kumpaniji
għandhom jinkludu fir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1
l-informazzjoni li ġejja: (a)
id-dejta li tidentifika l-bastiment u l-kumpanija,
inkluża: (i) l-isem tal-bastiment, (ii) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI: (iii) il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port
ta' domiċilju (iv) l-effiċjenza teknika tal-bastiment
(Energy Efficiency Design Index/EEDI jew Estimated Index Value/EIV) skont
ir-Riżoluzzjoni MEPC.215 (63)t al-OMI, fejn applikabbli) (v) l-isem ta' sid il-bastiment, (vi) l-indirizz ta’ sid il-bastiment u l-post
prinċipali tan-negozju tiegħu, (vii) l-isem tal-kumpanija (jekk mhuwiex
is-sid tal-bastiment), (viii) l-indirizz tal-kumpanija (jekk mhux
is-sid tal-bastiment) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha, (ix) l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown,
il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt; (b)
informazzjoni dwar il-metodu ta’ monitoraġġ użat u
l-livell ta’ inċertezza relatat; (c)
ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri
skont l-Artikolu 10. Artikolu 12 Format tar-rapport dwar
l-emissjonijiet 1. Ir-rapport dwar
l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 għandhom jiġi sottomess bl-użu ta’
sistemi awtomatizzati u ta' formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi
mudelli elettroniċi. 2. Regoli tekniċi li
jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati
mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan
ir-Regolament. KAPITOLU III VERIFIKA U AKKREDITAZZJONI Artikolu 13 Kamp
ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika u tar-rapport ta’ verifika 3. Il-verifikatur għandu
jivvaluta l-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6
mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Fejn il-valutazzjoni fiha
r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex jiġu inkorporati fi pjan ta’ monitoraġġ,
il-kumpanija rispettiva għandha tirrevedi l-pjan ta’ monitoraġġ tiegħu qabel ma
jibda l-perjodu tar-rappurtar. 4. Il-verifikatur għandu
jivvaluta l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti
fl-Artikoli 8 sa 11 u l-Annessi I u II. 5. B’mod partikolari
l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet u l-informazzjoni oħra
rilevanti għall-klima inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew
determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ
imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li
l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima ddikjarati
fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità
mal-Annessi I u II. 6. Fejn il-valutazzjoni
tikkonkludi li, sa fejn ikun jaf il-verifikatur, ir-rapport dwar
l-emissjonijiet huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti u żbalji
sinifikanti, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika. Ir-rapport ta’
verifika għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma
mwettqa mill-verifikatur. 7. Fejn il-valutazzjonijiet
tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet jinkludi dikjarazzjonijiet
skorretti, żbalji jew inkonsistenzi sinifikanti jew ma jissodisfax ir-rekwiżiti
tal-Artikoli 11 u 14 u tal-Anness I, il-verifikatur għandu javża
lill-kumpanija tiegħu fil-ħin u jitlobha sabiex terġa tissottometti rapport
rivedut. Il-kumpanija għandu tikkoreġi kwalunkwe nuqqas ta' konformità jew
inkonsistenza kkomunikata sabiex tippermetti l-proċess ta' verifika jitlesta
fil-ħin. Il-verifikatur għandu fir-rapport ta’ verifika tiegħu jirrapporta jekk
dawn in-nuqqasijiet ta' konformità kinux ġew solvuti mill-kumpanija matul
il-verifika. Artikolu 14 Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi 1. Il-verifikatur għandu jkun
indipendenti minn kumpanija jew operatur tal-bastiment ikkonċernat u għandu
jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku.
Għal dik il-fini, il-verifikatur u kwalunkwe parti tal-istess entità legali ma
għandhiex tkun kumpanija jew operatur tal-vapur, is-sid ta’ kumpanija jew
il-proprjetà tagħhom u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet
kummerċjali mal-kumpanija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità
tiegħu. 2. Meta jikkunsidra l-verifika
tar-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u tal-proċeduri
ta’ monitoraġġ applikati mill-kumpanija, il-verifikatur għandu jivvaluta
l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi ta’ monitoraġġ u
tad-dejta u l-informazzjoni rrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod
partikolari: (d)
l-entrati assenjati għall-konsum tal-fjuwil għal
vjaġġi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; (e)
id-dejta dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtati u
l-kejlijiet u l-kalkoli relatati; (f)
l-għażla u l-utilizzazzjoni tal-fatturi
tal-emissjonijiet; (g)
il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti
l-emissjonijiet globali; (h)
il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita
l-effiċjenza enerġetika; 3. Il-verifikatur għandu
jikkunsidra biss ir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 11 jekk id-dejta
u l-informazzjoni kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti
b’livell għoli ta’ ċertezza u bil-kundizzjoni li jkun żgurat kif ġej: (a)
id-dejta rappurtata hija koerenti fid-dawl tad-dejta
stmata bbażata fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi
bħall-qawwa tal-magna installata; (b)
id-dejta rrappurtata hija ħielsa minn
inkonsistenzi, b'mod partikolari fit-tqabbil tal-volum totali tal-fjuwil mixtri annwalment
minn kull bastiment u l-aggregat tal-fjuwil ikkunsmat matul vjaġġi li jaqgħu
fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; (c)
Il-ġbir tad-dejta twettaq f'konformità mar-regoli
applikabbli; (d)
ir-registri rilevanti tal-bastiment huma kompleti u
konsistenti. Artikolu 15 Proċeduri ta' verifika 1. Il-verifikatur għandu
jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta’ monitoraġġ u ta’
rappurtar billi jqabbel l-emissjonijiet irrappurtati b’dejta stmata ibbażata
fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna
installata. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu
jwettaq analiżijiet supplementari. 2. Il-verifikatur għandu
jidentifika r-riskji potenzjali relatati mad-diversi stadji għall-kalkolu billi
jirrevedi s-sorsi tad-dejta u l-metodoloġiji kollha użati. 3. Il-verifikatur għandu jqis
kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-kumpanija biex
jitnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza meta wieħed jikkunsidra l-eżattezza
tal-metodi ta’ monitoraġġ użati. 4. Il-kumpanija għandha
tipprovdi lill-verifikatur b’kull informazzjoni addizzjonali li jippermettilu
jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-verifikatur jista’ jwettaq kontrolli fuq
il-post matul il-proċess ta’ verifika sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà
tad-dejta u l-informazzjoni rrappurtati. 5. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex
tispeċifika aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta' verifika msemmija f'dan
ir-Regolament u l-metodi għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Dawn l-atti
ta' delega għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti
fl-Artikolu 14 u fuq standards rilevanti aċċettati internazzjonalment. Artikolu 16 Akkreditazzjoni tal-verifikaturi 1. Verifikatur li jevalwa
l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti dwar l-emissjonijiet u li joħroġ
id-dokumenti ta' verifika u tal-konformità msemmija fl-Artikoli 13 u 17 għandu
jkun akkreditat għal attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan
ir-Regolament minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE)
Nru 765/2008. 2. Fejn ma hemm stipulat l-ebda
dispożizzjoni speċifika li tikkonċerna l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi f’dan
ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament
Nru KE 765/2008. 3. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex
tispeċifika aktar il-metodi ta' akkreditazzjoni tal-verifikaturi. KAPITOLU IV KONFORMITÀ U PUBBLIKAZZJONI TA’
INFORMAZZJONI Artikolu 17 Ħruġ ta’ dokument ta’ konformità 1. Fejn ir-rapport dwar
l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 jissodisfa r-rekwiżiti
tal-Artikoli 11 sa 15 u dawk stabbiliti fl-Annessi I u II, fuq
il-bażi ta’ rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu joħroġ dokument ta’
konformità għall-bastiment ikkonċernat. 2. Id-dokument ta' konformità
msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a)
l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru
tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’
domiċilju); (b)
l-isem u l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju
ta’ sid il-bastiment; (c)
l-identità tal-verifikatur; (d)
Id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ konformità
(il-perjodu ta’ rappurtar li għalih jirreferi u l-perjodu ta’ validità tiegħu). 3. Dokumenti ta’ konformità
għandhom jitqiesu bħala dokumenti validi għal perjodu ta’ 18-il xahar wara
t-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar. 4. Mingħajr dewmien,
il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat
tal-bandiera dwar il-ħruġ ta’ kwalunkwe dokument ta’ konformità u għandu
jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi
awtomatizzati u formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli
elettroniċi, stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan
ir-Regolament. 5. Regoli tekniċi li
jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija
fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati
mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan
ir-Regolament. Artikolu 18 Obbligu tal-ġarr abbord ta' dokument
ta’ konformità validu Mit-30 ta’ Ġunju 2019 il-bastimenti li
jaslu fi, fi jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru
għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità
tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’
rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17. Artikolu 19 Konformità mal-obbligi ta’ monitoraġġ
u ta' rappurtar u spezzjonijiet 1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni
ppubblikata skont l-Artikolu 21(1), kull Stat Membru għandu jiżgura
l-konformità mar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti
fl-Artikoli 8 sa 12 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. 2. Kull Stat Membru għandu jiżgura
li kwalunkwe spezzjoni ta’ bastiment f’port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni
tiegħu tinkludi verifika li d-dokument ta’ konformità msemmi
fl-Artikolu 18 jinġarr abbord. 3. Mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fuq il-bażi tal-informazzjoni
ppubblikata skont l-Artikolu 21, għal kull bastiment li jonqos milli jkun
konformi mal-Artikolu 21(2)(j) u (k) li daħal f’port li jkun taħt
il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jivverifika li
d-dokument ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 18 jinġarr abbord. Artikolu 20 Penali, skambju ta’ informazzjoni u
ordni ta' espulsjoni 1. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u
ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri
kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali
previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont
il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu
effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw
dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’
Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien
b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet. 2. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni effettiva bejn
l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom bir-responsabbiltà li jiżguraw il-konformità
mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jew, fejn applikabbli, bejn
l-awtoritajtiet tagħhom inkarigati bil-proċeduri tas-sanzjonar. Proċeduri
nazzjonali tas-sanzjonar mnedija minn kwalunkwe Stat Membru għandhom jiġu nnotifikati
lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA),
lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. 3. Għall-bastimenti li naqsu
milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar għal aktar minn
perjodu wieħed ta’ rappurtar, l-awtorità nazzjonali tal-port tal-Istat tista’ toħroġ ordni ta’ espulsjoni li għandha tiġu
nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-EMSA, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat
tal-bandiera kkonċernat Bħala riżultat tal-ħruġ ta’ tali ordni ta’ espulsjoni,
kull Stat Membru għandu jirrifjuta d-dħul ta’ dan il-bastiment fi kwalunkwe
wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti tiegħu
ta' monitoraġġ u ta' rappurtar skont l-Artikoli 8 sa 12, li jiġi kkonfermat
bin-notifika ta’ dokument ta’ konformità validu lill-awtorità nazzjonali
tal-Istat tal-port li tkun ħarġet l-ordni ta’ espulsjoni. Artikolu 21 Pubblikazzjoni ta' informazzjoni 1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull
sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku
l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11 u l-informazzjoni dwar
il-konformità tal-kumpanija mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17. 2. Il-pubbikazzjoni msemmija
fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a)
l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru
tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’
domiċilju); (b)
l-identità ta’ sid il-bastiment (l-isem u
l-indirizz tas-sid u l-post ewlieni tan-negozju tiegħu); (c)
l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV
fejn applikabbli); (d)
l-emissjonijiet annwali ta' CO2; (e)
it-totali tal-konsum tal-fjuwil annwali għal vjaġġi
li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; (f)
il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet
ta’ gassijiet serra għal kull distanza vjaġġata għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp
ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; (g)
il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull distanza vjaġġata u merkanzija
għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; (h)
it-totali tal-ħin annwali ddedikat fuq il-baħar
għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; (i)
il-metodoloġija għall-monitoraġġ applikat; (j)
id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza
tad-dokument ta’ konformità; (k)
l-identità tal-verifikatur li jkun approva
r-rapport dwar l-emissjonijiet. 3. Il-Kummissjoni għandha
tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti
għall-klima mit-trasport marittimu. 4. L-EMSA għandha tassisti
lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma mal-Artikoli 11, 12,
17 u 21 ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27]. KAPITOLU V KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI Artikolu 22 Kooperazzjoni internazzjonali 1. Il-Kummissjoni għandha
tgħarraf lill-OMi u lill-korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari
dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jiġi ffaċilitat
l-iżvilupp ta' regoli internazzjonali fi ħdan l-OMI għall-monitoraġġ,
ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport
marittimu. 2. Il-Kummissjoni għandha żżomm
skambju tekniku ma’ pajjiżi terzi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, b’mod partikolari l-iżvilupp ulterjuri ta’ metodi ta’
monitoraġġ, l-organizzazzjoni ta’ rappurtar u l-verifika tar-rapporti dwar
l-emissjonijiet. 3. Fejn jintlaħaq ftehim
internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet
tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi
dan ir-Regolament u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan
ir-Regolament. KAPITOLU VI SETGĦAT TA' DELEGA U TA’
IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 23 Delega tas-setgħat Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega
sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II jiġu ssupplimentati u
emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli,
flimikien mal-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli abbord il-bastimenti
u r-regoli internazzjonali rilevanti u l-istandards aċċettati
internazzjonalment, għall-identifikzzjoni tal-aktar metodi preċiżi u effiċjenti
għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza
tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’
emissjonijiet, hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet
stipulati fl-Artikolu 24 safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali
ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 24 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta'
atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi
kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta'
Lulju 2015. 2. Id-delega tas-setgħa msemmija
fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament
Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa
speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak
tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’
kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ. 3. Hekk kif tadotta att ta'
delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill. 4. Att ta' delega adottat skont
l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda
oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara
n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk,
qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif
ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan
il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew
jew tal-Kunsill. Artikolu 25 Atti ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tkun
megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8
tad-Deċiżjoni 93/389/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont
it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Artikolu 26 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013 Ir-Regolament (UE)
Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1
tar-Regolament (KE) Nru 525/2013[28],
jiżdied il-punt (i) li ġej: "(h) il-monitoraġġ u r-rappurtar
tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn bastimenti tal-baħar skont
l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX." 2. Jiddaħħal l-'Artikolu 21a'
li ġej: Artikolu 21a Rapportar dwar l-emissjonijiet mit-trasport
marittimu (1)
"Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena
X') l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għas-sena X-2,
l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10
tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX. (2)
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta
atti ta' delega skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament sabiex
tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’
CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru
XXXX/XXXX u b’kont meħud, fejn applikabbli, tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati
mill-korpi tal-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto jew ftehimiet li jirriżultaw
minnhom jew li jiġu warajhom jew deċiżjonijiet adottati fil-kuntest
tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. (3)
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’
implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u l-proċess
għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport
marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX.
Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’
eżami msemmija fl-[Artikolu 26(2)]." 3. Fl-Artikolu 25 (2), (3) u
(5), tiddaħħal ir-referenza li ġejja: "21a" Artikolu 27 Dħul fis-seħħ Dan
ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2015. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar
tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti
għall-klima A. KALKOLU
TAL-KONSUM TAL-FJUWIL (l-Artikolu 9) Għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum
tal-fjuwil il-kumpaniji għandhom josservaw il-formula li ġejja: Il-konsum tal-fjuwil x (mmultiplikat)
bil-Fattur ta' emissjoni Il-konsum tal-fjuwil għandu jinkludi fjuwil
ikkunsmat minn magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass
inert. Il-konsum tal-fjuwil fi ħdan il-portijiet
tal-irmiġġ għandu jiġu kkalkulat b’mod separat. Fil-prinċipju, għandhom jintużaw valuri
predefiniti għall-fatturi ta’ emissjoni tal-fjuwils ħlief jekk il-kumpanija
tiddeċiedi tuża d-dejta dwar il-kwalità tal-fjuwil stabbiliti f’karburant
tal-Banker noti ta’ twassil u użati biex tintwera l-konformità mar-regolamenti
applikabbli tal-emissjonijiet tal-kubrit. Il-fatturi tal-emissjonijiet predefiniti
għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar valuri IPCC disponibbli. Dawn joriġinaw
fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 dwar
il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[29]. Fatturi ta’ emissjoni xierqa għandhom jiġu
applikati għall-bijofjuwils u għall-fjuwils mhux fossili alternattivi. B. METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI
TAL-EMISSJONIJIET Il-kumpanija għandu tiddefinixxi fil-pjan ta’
monitoraġġ liema metodoloġija ta’ monitoraġġ tintuża għal kalkolu tal-konsum
tal-fjuwil għal kull tip ta’ bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha
tiżgura li ladarba tkun ingħażlet, din tiġi applikata konsistentament. Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ,
it-titjib li jirriżulta minn preċiżjoni msaħħa għandu jiġi ibbilanċjat kontra
l-kostijiet addizzjonali. Il-konsum tal-fjuwil reali għal kull vjaġġ
għandu jintuża u jiġi kkalkulat bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin: (a)
Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker (Bunker
Fuel Delivery Note/BDN) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil; (b)
Monitoraġġ tat-tank tal-fjwuil tal-banker abbord; (c)
Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni
applikabbli; (d)
Kejl dirett tal-emissjonijiet. 1. Metodu A: Noti ta'
Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker (BDN ) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet
tal-fjuwil Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip
ta’ fjuwil kif definit fil-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet
tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu,
biż-żieda tal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perijodu u
l-fjuwil żvojtat bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien
jikkostitwixxu l-fjwuil ikkunsmat matul il-perjodu. Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ
portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul
perjodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit. Dan l-approċċ ma għandux jintuża meta l-BDN
mhumiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi
bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG) . In-Nota ta' Kunsinna tal-Banker għandha l-mandat
skont ir-Rregolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL u rekords
rilevanti huma miżmuma abbord għal 3 snin wara l-ikkunsinnar tal-fjuwil
tal-Banker u jkunu disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet
tal-fjwuil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli
tat-tankijiet li jikkorrispondu għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi
ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza
assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi
fl-Artikolu 6. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jitwettaq b’metodi
xierqa bħal sistemi awtomatizzati, sondi u l-kejl tas-saborra. Il-metodu
għas-sondi tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati
fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6. Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew
l-ammont ta’ fjwuil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’
volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn
volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha
tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin: (a)
sistemi ta’ kejl abbord; (a)
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt
l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq
in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil. Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala
kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku;
F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi
applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni
mill-verifikatur. 2. Metodu B: Monitoraġġ
tat-tank tal-fjwuil tal-Banker abbord Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tank
tal-fjuwil għal tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tank għandu
jseħħ kuljum meta l-bastiment ikun fuq il-baħar u kull darba li l-bastiment qed
jibbankerja jew jiġi żvojtat. Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank
tal-fjuwil bejn żewġ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu. Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ
portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul
perjodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jitwettaq
b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, sondi u l-kejl tas-saborra. Il-metodu
għas-sondi tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati
fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6. Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew
l-ammont ta’ fjwuil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum,
espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal
massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina
d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin: (a)
sistemi ta’ kejl abbord; (b)
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt
l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq
in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil. Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala
kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku;
F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi
applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara
l-approvazzjoni mill-verifikatur. 3. Metodu Ċ Miters tal-fluss
għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli; Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil
imkejla abbord. Id-dejta mill-miters tal-fluss kollha marbutin ma’ sorsi ta’
emissjonijiet rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat
il-konsum tal-fjwuil għal perjodu speċifiku. Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ
portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul
perjodu, jeħtieġ li jiġu mmonitorjati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit. Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza
assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’
monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6. Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank
ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha
tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità
reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn
dawn li ġejjin: (a)
sistemi ta’ kejl abbord; (b)
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt
l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq
in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil. Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala
kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku;
F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi
applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara
l-approvazzjoni mill-verifikatur. 4. Metodu D: Kejl dirett
tal-emissjonijiet Il-kejl dirett tal-emissjonijiet jista' jintuża
għal vjaġġi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal
emissjonijiet li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’
Stat Membru. L-emissjonijiet ta' CO2 għandhom jinkludu
l-emissjonijiet ta' CO2 li joħorġu mill-magni prinċipali, magni
awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert. Għal bastimenti li fuqhom
r-rappurtar huwa bbażat fuq dan il-metodu, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi
kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla ta’ CO2 u tal-fattur
applikabbli ta’ emissjoni tal-fjuwils ikkonċernati. Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni
tal-flussi tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost
(funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-CO2 tal-gass
tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost. Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza
assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’
monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6. ANNESS II Monitoraġġ ta’ informazzjoni oħra
rilevanti għall-klima A.- Monitoraġġ għal kull vjaġġ
(l-Artikolu 9) Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta'
informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull vjaġġ (l-Artikolu 9),
il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin: Id-data u s-siegħa tat-tluq u tal-wasla
għandhom jiġu ddefiniti bl-użu tal-ħin universali ta’ Greenwich (GMT). Il-ħin
iddedikat fuq fil-baħar għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni
tat-tluq mill-port u tal-wasla fil-port u għandu jeskludi l-ankraġġ. Id-distanza vjaġġata tista’ tkun id-distanza
l-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla jew id-distanza
reali. Fil-każ tal-użu tad-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port
tat-tluq u tal-port tal-wasla, għandu jintuża l-fattur ta’ korrezzjoni
konservattiv sabiex jiġi żgurat li d-distanza vjaġġata mhix ġietx sottovalutata
b'mod sinifikanti. Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 għandu
jispeċifika liema kalkolu ntuża għad-distanza u, jekk meħtieġ, il-fattur ta’
korrezzjoni użat. Id-distanza vjaġġata għandha tkun espressa f’mili nawtiċi. Għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta’
passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr.
Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ bastimenti, l-ammont ta’ merkanzija li
tinġarr għandu jkun espress bħala tunnellati metriċi u metri kubi ta’
merkanzija. Ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat
billi d-distanza vjaġġata tiġi mmultiplikata mal-ammont ta’ merkanzija li
tinġarr. B. Monitoraġġ fuq bażi annwali
(l-Artikolu 10) Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta'
informazzjoni oħra rilevanti għall-klima fuq bażi annwali , il-kumpaniji
għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin: Il-valuri li għandhom jiġu
mmonitorjati skont l-Artikolu 10 għandhom ikunu stabbiliti
bl-aggregazzjoni tad-dejta rispettiva għal kull vjaġġ. L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi
mmonitorjata bl-użu ta' mill-anqas erba' indikaturi, il-konsum tal-fjwuil għal
kull distanza, il-konsum tal-fjwuil għal kull xogħol ta' trasport,
l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza u l-emissjonijiet ta' CO2
għal kull xogħol ta' trasport, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total
tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta'
trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta' xogħol ta' trasport Emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza = total
tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total tad-distanza vjaġġata Emissjonijiet ta' CO2 għal kull
xogħol ta' trasport = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 /
total ta' xogħol ta' trasport IKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1 Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2 Qasam/oqsma
tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għanijiet
1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
taż-żmien u impatt finanzjarju: 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst/i 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta' monitoraġġ u rappurtar 2.2 Sistema
ta’ ġestjoni u ta' kontroll 2.3 Miżuri
għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet: 3 IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1 Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i: 3.2 Impatt
stmat fuq in-nefqa: 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Ir-Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u
l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu. 1.2. Qasam/oqsma ta' politika
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[30] Il-qasam ta’
politika 34 = “Azzjoni dwar il-klima” 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨
Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett
pilota/azzjoni preparatorja[31] ¨
Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti ¨
Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn
azzjoni ġdida 1.4. Għan/ijiet 1.4.1. L-għan/ijiet strateġiku/strateġiku/ċi
pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva: L-emissjonijiet
ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'tal-anqas 20% meta mqabbla mal-livelli tal-1990
jew bi 30%, jekk ikun hemm il-kundizzjonijiet xierqa li jippermettu dan; il-perċentwal
ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija finali tagħna
jiżdied għal 20%; u żieda ta' 20% fl-użu aktar effiċjenti tal-enerġija; 1.4.2. L-għan/ijiet
strateġiku/strateġiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Għan speċifiku
Nru 1 Il-kontribut,
permezz ta' azzjonijiet dwar il-klima fil-livell tal-UE għall-għan fuq perjodu
ta' żmien twil li jiġu stabilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra
fl-atmosfera għal livell li ma jippermettix interferenzi antropoġeniċi perikolużi
fis-sistema tal-klima. Attività/ajiet
ABM/ABB ikkonċernata/i Kodiċi ABB
34 02: Azzjoni dwar il-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali Għan
speċifiku Nru 2 L-insegwiment
ta' politiki ambizzjużi ta' azzjonijiet dwar il-klima fil-livell internazzjonali
għall-għan fuq perjodu ta' żmien twil li jiġu stabilizzati
l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera għal livell li ma
jippermettix interferenzi antropoġeniċi perikolużi fis-sistema tal-klima. Attività/ajiet
ABM/ABB ikkonċernata/i Kodiċi ABB
34 02: Azzjoni dwar il-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali 1.4.3. Riżultat/i mistenni/ja u
impatt mistenni/ja Speċifika l-effetti li
l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. L-implimentazzjoni
ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’
gassijiet serra minn bastimenti tkun tipprovdi dejta dwar dawn l-emissjonijiet
li attwalment huma biss stmati fin-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar xierqa.
Wieħed jista’ jistenna li l-monitoraġġ u r-rappurtar ta' tali emissjonijiet u
indikaturi dwar il-konsum tal-fjuwil u l-effiċjenza tal-bastimenti jqajjem
sensibilizzazzjoni fi ħdan is-settur tat-trasport marittimu dwar l-ispejjeż
tal-fjuwil relatati u t-titjib potenzjali. Skont
il-valutazzjoni tal-impatt, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-iffrankar fuq
il-fjuwil huma mistennija li jilħqu sa 2 % meta mqabbla max-xenarju ta'
żamma tal-istatus quo. Dan ifisser iffrankar nett fl-spejjeż sa
EUR 1,2 biljun ta' ffrankar nett annwali għas-settur fl-2030 minħabba
t-tnaqqis fil-kontijiet tal-fjuwil. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u
l-impatt Speċifika l-indikaturi
għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Numru u
perċentwali ta’ bastimenti li qed jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet
tagħhom f'konformità mar-Regolament imqabbla man-numru ta’ bastimenti li jidħlu
f’portijiet tal-UE Emissjonijiet
annwali ta' CO2 mit-trasport marittimu fil-kamp ta' applikazzjoni
tal-UE, imkejla abbord u bbażati fuq il-konsum tal-fjwuil 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit/i li jrid/u jiġu
ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien Illum, l-ammont
preċiż ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta’ gassijiet serra oħra mit-trasport
marittimu relatat mal-UE mhuwiex magħruf minħabba n-nuqqas ta’ monitoraġġ u ta'
rappurtar ta’ emissjonijiet bħal dawn. Il-valutazzjoni tal-impatt u
l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati identifikaw li sistema robusta
għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet
serra mit-trasport marittimu huwa prerekwiżit għal kwalunkwe kejl ibbażat fuq
is-suq, kemm jekk jiġi applikat fil-livell tal-UE kif ukoll globalment. Bl-introduzzjoni
tal-MRV bħala l-ewwel pass, jista' jiġi allokat aktar żmien għad-diskussjoni u
għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u dwar
miżuri bbażati fuq is-suq għall-ksib ta' dan it-tnaqqis bi prezz minimu. Dan
huwa partikolarment rilevanti għal diskussjonijiet fil-livell globali fi ħdan
l-OMI. Barra minn hekk, sistema MRV b’saħħitha għandha tikkontribwixxi
għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk marbuta man-nuqqas
ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Għal aktar
spejgazzjonijiet jekk jogħġbok ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-proposta 1.5.2. Valur miżjud tal-involviment
tal-UE Minħabba li
l-impenji predominanti b’rabta mat-tibdil fil-klima jsiru fil-livell tal-Unjoni
inkluża l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu
għall-2050 kif stabbilit fil-White Paper dwar it-Trasport, ikun effikaċi wkoll
li jiġu żviluppati f’dan il-livell ir-regoli tal-MRV meħtieġa. Barra minn hekk,
dan il-qafas legali se jiżgura l-effikaċja billi jitħaddmu MRV armonizzati għal
vjaġġi ta’ bastimenti bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti li huma
responsabbli għal madwar 90 % tal-waqfa fil-port fl-Istati Membri tal-UE.
Barra minn hekk, l-azzjoni fil-livell tal-UE tista’ tevita t-tfixkil
tal-kompetizzjoni fis-suq intern billi tiżgura restrizzjonijiet ambjentali
ugwali fuq bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE. 1.5.3. Lezzjonijiet li ttieħdu minn
esperjenzi simili fil-passat Miżuri biex
jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’xi setturi oħra, speċjalment
l-UE-ETS bħala l-akbar sistema ta’ limiti u negożjar, juru l-ħtieġa ta’ regoli
sodi għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet. L-għan hu
li jiġi żgurat fehim komuni dwar id-definizzjoni ta' tunnellata ta' CO2
rilaxxat mill-installazzjoni jew minn opertur. 1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli
ma’ strumenti rilevanti oħrajn Għalkemm
il-proposta għal regoli MRV għas-settur tat-trasport marittimu tqis bis-sħiħ
l-aspetti speċifiċi ta’ dan il-mezz ta’ trasport, l-approċċ bażiku ta’
monitoraġġ u ta' rappurtar huwa komparabbli mal-MRV użati fil-kamp ta' applikazzjoni
tal-UE-ETS. Dan għandu
jippermetti l-paragun tal-isforzi għal tnaqqis tal-emissjonijiet minn setturi u
mezzi tat-trasport differenti. 1.6. Tul taż-żmien u impatt
finanzjarju: ¨ Proposta/inizjattiva
ta’ tul ta' żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS –
¨ Impatt finanzjarju minn
SSSS sa SSSS X Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2016 sal-2017, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa sal-2018. 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni
ppjanat/i[32] X Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni
indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti
mill-Komunitajiet[33]
–
¨ korpi nazzjonali
tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku –
¨ persuni fdati
bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont
it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni
kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni
deċentralizzata ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni
konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu
speċifikati) Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk
jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti". Kummenti Il-miżuri meħtieġa
għall-implimentazzjoni tas-sistema MRV proposta b’implikazzjonijiet baġitarji
huma esklussivament relatati mal-iżvilupp ta’ għodod tal-IT, aktar preċiżament
l-estensjoni ta’ għodod eżistenti mħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà
Marittima, inklużi l-ispejjeż amministrattivi. Il-baġit għal dan il-proġett ta’
darba għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni, taħt il-linja baġitarja tad-DĠ
CLIMA 34 02 01. L-involviment possibbli
tal-EMSA jiddependi fuq il-kompitiu anċillari rispettiv tal-Aġenzija li għandu
jiġi attivat u approvat mill-Bord tal-EMSA. Minħabba l-karattru
awtomatizzat ħafna, huwa mistenni li t-tħaddimi tal-għodda jista’ aktar tard
jiġi assorbit mill-persunal eżistenti tal-EMSA. 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta' monitoraġġ u
rappurtar Il-Kummissjoni
se tiltaqa’ regolarment mal-konsulenti li jiżviluppaw l-għodda tal-IT meħtieġa
(l-estensjoni tas-sistema THETIS eżistenti mħaddma mill-EMSA) biex issegwi
l-progress tal-ħidma. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i Ma hemm l-ebda
riskju baġitarju konness mal-proposta li jkun jirrikjedi miżuri lil hinn
mill-qafas ta’ kontroll baġitarju tal-UE. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst/i Ma hu meħtieġ
l-ebda metodu ta’ kontroll speċifiku, il-mekkaniżmi standard japplikaw fejn dan
ikun xieraq. 2.2.3. Spejjeż u benefiċċji
tal-kontrolli u r-rata probabbli ta' nuqqas ta' konformità Il-mekkaniżmi
standard previsti mhumiex mistennija li jwasslu għal spejjeż addizzjonali.
Bit-tali kontrolli standard, l-ebda nuqqas ta’ konformità huwa mistenni. 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta'
frodi u irregolaritajiet: Speċifika l-miżuri ta’
prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti. Ma hi meħtieġa
l-ebda miżura speċifika. Il-qafas normali għall-kuntratti u għall-akkwist
japplika. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i: ·
Linji baġitarji eżistenti Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u tal-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff/Mhux-Diff ([34]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[35] || mill-pajjiżi kandidati[36] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 34 02 01 [Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE] || Diff || LE || LE || LE || LE ·
Linji baġitarji ġodda mitluba Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u
tal-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura………………………………..] || Diff/mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.SS.SS.SS] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa: [Din il-parti għandha timtela
bl-użu tal-ispreadsheet dwar id-dejta ta' baġit ta' natura amministrattiva
(it-tieni dokument fl-anness ma' din id-dikjarazzjoni finanzjarja) li għandha
tittella' fis-CISNET għal raġunijiet ta' konsultazzjoni bejn is-servizzi. 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 2 || Konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali DĠ: CLIMA || || || 2016 || 2017 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || 34 02 01 || Impenji || (1) || 0.500 || || || || || || || 0.500 Pagamenti || (2) || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500 Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1 a) || || || || || || || || Pagamenti || (2 a) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[37] || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA || Impenji || =1+1a +3 || 0.500 || || || || || || || 0.500 Pagamenti || =2+2a +3 || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0.500 || || || || || || || 0.500 Pagamenti || (5) || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.500 || || || || || || || 0.500 Pagamenti || =5+ 6 || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500 Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata
mill-proposta / inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-aproprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva" miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL DĠ: <…….> || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || TOTAL DĠ <….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || || || || || || || || miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) || || || 2016 || 2017 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.500 || || || || || || || Pagamenti || 0.200 || 0.300 || || || || || || 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: L-approprazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara
l-punt deċimali) Indika għanijiet u riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL RIŻULTATI Tip[38] || Kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totali || Kost totali L-GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[39] || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || || 3.2.3. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
X Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-ebda użu ta'
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat
hawn taħt: minljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) || Sena N[40] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Barra mill-INTESTATURA 5[41] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Other expenditure of an administrative nature || || || || || || || || Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || || L-approprjazzjonijiet
amministrattivi meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li
huma diġà assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid
fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’
tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u
fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. 3.2.3.2. Estimated requirements of
human resources –
X Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
riżorsi umani: –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa f'unitajiet ekwivalenti
full time || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[42] || XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"qafas finanzjarju globali") || || || || || || || || XX 01 02 02 CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 04 ss[43] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titlu baġitarju
kkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa se
jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni
tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ,
ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni
skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet
baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti li
jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali ta' bħalissa –
X Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas
finanzjarju pluriennali ta' bħalissa. –
¨ Il-proposta/inizjattiva
se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas
finanzjarju pluriennali. Spjega
l-ipprogrammar mill-ġdid meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti ekwivalenti. […] –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni
tal-qafas finanzjarju pluriennali.[44] Spjega
l-ħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti ekwivalenti. […] 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament
minn partijiet terzi. –
Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara
l-punt deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp tal-kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul –
X Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt
finanzjarju fuq id-dħul –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
għandha l-impatt finanzjarju li ġej: ¨ fuq
ir-riżorsi proprji ¨ fuq
id-dħul mixxellanju miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja ta' bħalissa || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva[45] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …. || || || || || || || || Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i
baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i. […] Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. […] [1] Id-Deċiżjoni 1/CP.16
tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (il-"Ftehimiet ta'
Cancún"). [2] Abbażi
tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar
it-Tibdil fil-Klima (IPCC). [3] Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew tad-29 u t-30 ta' Ottubru 2009 u r-Riżoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2009 (2008/215(INI)). [4] COM
(2010) 2020 finali: [5] Id-Direttiva 2003/87/KE
u d-Deċiżjoni 406/2009/KE. [6] COM
(2011) 144 finali: [7] Reviżjoni
tal-Anness VI tal-MARPOL [8] Premessa
2 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u Premessa 3 tad-Direttiva
Nru 2009/29/KE [9] The
Second IMO Greenhouse gases study, 2009. [10] CE
Delft, 2009 (http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/shipping/docs/ghg_ships_report_en.pdf). [11] http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/shipping/index_en.htmhttp://ec.europa.eu/clima/policies/eccp/second/stakeholder/documentation_en.htm [12] http://ec.europa.eu/clima/consultations/0014/index_en.htm
[13] http://ec.europa.eu/clima/events/0064/index_en.htm
[14] IHS
Fairplay, 2011 [15] ĠU
C , , p. . [16] ĠU
C , , p. . [17] Id-Deċiżjoni
Nru 406/2009/KE u d-Direttiva 2009/29/KE. [18] ĠU
L 251, 18.9.2012, p. 49. [19] ĠU
L 218, 13.8.2008, p. 30. [20] ĠU
L131, 28.5.2009 p. 132. [21] ĠU
L131, 28.05.2009 p. 57. [22] ĠU
L165,18.06.2013, p. 13-40. [23] ĠU
L 251, 18.9.2012, p. 49. [24] ĠU
L 281, 23.11.1995, p. 31. [25] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [26] ĠU
L 218, 13.8.2008, p. 30. [27] ĠU
L 208, 5.8.2002, p. 1. [28] ĠU
L 165,18.06.2013 p.13-40 [29] ĠU
L 181, 12.7.2012, p. 30-104. [30] ABM:
Maniġġjar Bbażat fuq l-Attività – ABB: Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività. [31] Kif
imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju [32] Id-dettalji
tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu
fis-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [33] Kif
imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [34] Diff
= Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux Diff = Approprjazzjonijiet Mhux
Differenzjati. [35] EFTA:
Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [36] Pajjiżi
kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani
tal-Punent. [37] Għajnuna
u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta'
programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta u
riċerka diretta. [38] Ir-riżultati
huma prodotti jew servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju: numru ta’ skambji
ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq li nbnew, eċċ.). [39] Kif
deskritt fil-punt 1.4.2. "Għan/ijiet speċifiku/ċi…" [40] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [41] L-assistenza
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji
“BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta. [42] CA=
Persunal Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Ssekondat;
INT = persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert
en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); [43] ABM:
Maniġġjar Bbażat fuq l-Attività – ABB: Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività. [44] Ara
l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [45] Fir-rigward
tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor),
l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara
tnaqqis ta’ 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.