Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia mill-Italja) /* COM/2013/0470 final - 2013/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni
finanzjarja tajba[1]
jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta’ mekkaniżmu ta’ flessibbiltà,
bil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun lil hinn
mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[2]. Fit-30 ta' Diċembru 2011,
l-Italja ressqet l-applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia għal
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji f'żewġ
intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2
id-Diviżjoni 26 ("Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter,
elettroniċi u ottiċi")[3]
fir-reġjun NUTS II ta' Lombardia (ITC4) fl-Italja. Wara analiżi fil-fond ta’ din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, skont l-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li l-kundizzjonijiet għal
kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament huma ssodisfati. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta ewlenija: || In-numru ta' referenza tal-FEG: || EGF/2011/025 Stat Membru || L-Italja Artikolu 2 || (b) Intrapriżi kkonċernati || 2 Ir-reġjun tan-NUTS II: || Lombardia (ITC4) Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 || 26 ("Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi") Perjodu ta’ referenza || 20.3.2011 – 20.12.2011 Id-data tal-bidu għas-servizzi personalizzati || 1.3.2012 Id-data tal-applikazzjoni || 30.12.2011 Sensji waqt il-perjodu ta' referenza: || 529 Ħaddiema li ngħataw is-sensja identifikati tal-għajnuna || 480 Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 1 687 200 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[4] (EUR) || 105 000 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 5,9 Baġit totali (EUR) || 1 792 200 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 1 164 930 1. L-applikazzjoni tressqet
quddiem il-Kummissjoni fit-30 ta’ Diċembru 2011 u kienet
issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sat-12 ta’ Marzu 2013. 2. L-applikazzjoni tissodisfa
l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tal-FEG kif stabbilit
fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u ġiet
ippreżentata fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat kif
imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali 3. Sabiex tiġi stabbilita
r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, l-Italja
qed issostni li n-nuqqas fid-domanda u l-investiment fl-ICT, kemm
mill-konsumaturi kif ukoll mill-intrapriżi, minħabba l-kriżi,
ikkontribwixxa b’mod sinifikattiv fit-tnaqqis tar-ritmu tas-settur Taljan
tal-ICT u l-komponenti elettroniċi (NACE 26)[5] mill-2009 'l hawn[6]. 4. Skont l-awtoritajiet Taljani,
is-settur tal-ICT fl-Italja mar pjuttost tajjeb fil-perjodu bejn l-2005 u l-2008
billi kiseb livell raġonevoli ta’ attività ekonomika, b’mod partikolari
meta mqabbel ma’ setturi oħra fl-ekonomija Taljana, u dan minkejja
kompetizzjoni kbira minn kumpaniji tal-ICT f’pajjiżi bi spejjeż ta’
produzzjoni baxxi matul l-aħħar għaxar snin (ara l-punt li
jmiss). Madankollu, b'riżultat tal-kriżi, ix-xejra pożittiva
tas-snin qabel l-2008 nqalbet, b'rati tat-tkabbir negattivi fid-diversi
fergħat tal-ICT — pereżempju l-fergħa tal-IT: — 9% fl-2009,
— 2,5 % fl-2010, — 4,1 % fl-2011 (rati tat-tkabbir negattivi
rispettivi meta mqabbla mas-snin preċedenti rispettivi). 5. Skont l-Assinform, is-settur
tal-ICT Taljan ilu jbati minn kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi bi
prezzijiet baxxi matul dawn l-aħħar għaxar snin.
Il-ħtieġa li s-settur jiġi riorganizzat biex jadatta ruħu
mal-ħolqien rapidu ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-cloud
computing, id-diversi tipi ta’ servizzi elettroniċi, in-netwerks
soċjali, eċċ., ilha li ġiet rikonoxxuta bħala sfida
għal għadd ta' snin. Id-distakk diġitali bejn l-Italja u
pajjiżi Ewropej ewlenin kif ukoll pajjiżi oħra fid-dinja
żdied minħabba r-reċessjoni ekonomika kkawżata
mill-kriżi. Dawn l-iżviluppi kollha wasslu għat-tnaqqis
tal-istaff tal-ICT f'intrapriżi Taljani fis-snin wara l-2009 lil hawn. 6. Il-waqgħa kbira
tas-settur tal-ICT fl-Italja b'riżultat tal-kriżi laqtet ukoll
iż-żewġ intrapriżi li huma s-suġġett ta’ din
il-proposta: Anovo Italia S.p.A. (fil-provinċja ta' Varese) u Jabil CM
S.r.l. (fil-provinċja ta' Milan). Is-sitwazzjoni diġà diffiċli
tagħhom kompliet teħżien, u l-isforzi li saru f’dawn
l-aħħar snin għall-konverżjoni u l-organizzazzjoni
mill-ġdid fallew, biex dawn l-intrapriżi għalqu u taw is-sensja
lill-ħaddiema tagħhom. 7. Fil-valutazzjoni tagħha
dwar l-applikazzjoni EGF/2011/016 IT Agile (Nace 62)[7] u EGF/2010/012 NL Noord Holland
ICT (Nace 46)[8],
il-Kummissjoni diġà għamlet stqarrija dwar l-impatt tal-kriżi
ekonomika u finanzjarja fuq l-intrapriżi li joperaw fis-settur tal-ICT.
Dawk l-argumenti għadhom validi. [9] Stampa tal-għadd ta' sensji u
l-konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b) 8. L-Italja ressqet din
l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm minn tal-inqas 500 sensja
fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess
Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew
f'żewġ reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru. 9. L-applikazzjoni tindika 529 sensja
f’żewġ (2) intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 26
tan-NACE Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettroniċi
u ottiċi") fir-reġjun NUTS II tal-Lombardia (ITC4) matul
il-perjodu ta' referenza ta' disa’ xhur bejn l-20 ta’ Marzu 2011
u l-20 ta’ Diċembru 2011. It-322 sensja f’Jabil CM
S.r.l. ġew ikkalkolati skont l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu
tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (fit-28 ta’ Settembru 2011
intbagħtu ittri faks mingħand l-impjegatur biex jagħtu s-sensja
lill-ħaddiema). Il-207 sensji f'Anovo Italia S.p.A ġew
ikkalkolati skont it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu
tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Fid-29 ta’ Jannar 2013,
il-Kummissjoni rċeviet il-konferma meħtieġa skont l-Artikolu 2(2)
tar-Regolament tal-FEG li l-207 individwi li kienu ġew irrappurtati
skont it-tielet inċiż kienu fil-fatt ngħataw is-sensja. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta’ dawk is-sensji 10. Skont l-awtoritajiet Taljani,
is-sensji fiż-żewġ intrapriżi kkonċernati minn din
l-applikazzjoni, Anovo Italia S.p.A. u Jabil CM S.r.l., ma kinux previsti:
il-kriżi finanzjarja u ekonomika kellha impatt qawwi fuq
iż-żewġ intrapriżi li wassal għall-falliment
tal-isforzi kollha li saru matul l-aħħar snin tal-konverżjoni u
l-organizzazzjoni mill-ġdid u finalment għas-sensja tal-ħaddiema
kollha: Anovo Italia S.p.A falliet (15.12.2011), u Jabil CM S.r.l. għalqet
għal kollox wara li waqqfet l-attivitajiet kollha tagħha
(l-avviż tal-għeluq u s-sensja lill-ħaddiema kollha: it-28 ta'
Settembru 2011; tmiem tan-negozjati tas-sħab soċjali, mingħajr
qbil: it-13 ta' Diċembru 2011, wara din id-data
l-ħaddiema li ngħataw is-sensja okkupaw il-bini ta' Jabil). Identifikazzjoni tal-intrapriżi li
taw is-sensji u l-ħaddiema identifikati tal-għajnuna 11. L-applikazzjoni hija dwar 529 sensja
(li 480 minnhom huma identifikati għall-għajnuna) f’żewġ
intrapriżi: Jabil CM S.r.l. (Cassina de Pecchi, fil-provinċja ta' Milan) 322 Anovo Italia S.p.A. (Saranno, fil-provinċja ta' Varese) 207 Jabil CM S.r.l.,
ġiet stabbilita fl-2007 minn ex-unità tan-negozju Nokia Siemens, u
speċjalizzat fil-produzzjoni, l-immuntar u t-tiswija ta’ unitajiet ta'
ċirkwiti għall-apparat tat-telekomunikazzjoni (NACE 26.1). Din
l-intrapriża bidlet l-idejn bosta drabi fl-aħħar snin,
bl-aħħar sid ikun il-grupp mill-Istati Uniti "Competence
Mercatech" (mill-2010 'l hawn). Anovo Italia S.p.A
kienet tappartjeni lill-grupp multinazzjonali Franċiż Anovo S.A[10] u kienet ilha topera fis-suq
Taljan mill-1998 sal-falliment tagħha fil-15.12.2011. Anovo Italia S.p.A.
speċjalizzat fit-tfassil u t-twassil ta’ attivitajiet integrati u relatati
mal-IT, b’mod partikolari il-manifattura ta’ komponenti elettroniċi
(NACE 26.1). 12. It-tqassim tal-ħaddiema
identifikati huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Persentaġġ Irġiel || 290 || 60.4 Nisa || 190 || 39.6 Ċittadini tal-UE || 473 || 98.5 Ċittadini mhux tal-UE || 7 || 1.5 Bejn il-15 u l-24 sena || 0 || 0.0 Bejn il-25 u l-54 sena || 450 || 93.8 Bejn il-55 u l-64 sena || 22 || 4.6 > 64 sena || 8 || 1.6 13. L-ebda ħaddiem ma
għandu problema ta' saħħa fit-tul jew diżabbiltà. 14. Fir-rigward ta’ kategoriji ta’
xogħol, it-tqassim huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Persentaġġ Tekniċi u professjonisti assoċjati (ISCO 3) || 37 || 7,7 Ħaddiema ta' appoġġ/skrivani (ISCO 4) || 57 || 11,9 Ħaddiema fl-artiġjanat u snajja’ relatati (ISCO 7) || 153 || 31,9 Operaturi tal-magni / impjanti u muntaturi (ISCO 8) || 233 || 48,5 15. Skont l-Artikolu 7
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-Italja kkonfermat li ġiet
applikata politika ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta’
nondiskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika matul l-istadji varji
tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-aċċess
għalih. Deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu: 16. It-territorju kkonċernat
huwa l-Lombardia[11],
li bi kważi 10 miljun abitant huwa l-aktar wieħed popolat mill-20 reġjun
tal-Italja, u b’mod aktar speċifiku il-provinċji ta' Varese u Milan. 17. L-awtoritajiet responsabbli
huma l-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali fil-livell
nazzjonali, u r-Reġjun tal-Lombardia fil-livell reġjonali (Direzione
Generale Istruzione, Formazione e Lavoro), Milan. Il-partijiet interessati fuq
in-naħa tal-impjegatur huma l-assoċjazzjonijiet li ġejjin: CLAAI
(Federazione Regionale Lombarda delle Associazioni Artigiane), CNA Lombardia
(Confederazione Nazionale dell’Artigianato e delle piccole e medie imprese),
Confapindustria Lombardia, Confartigianato Lombardia, Confcommercio
Lombardia-Imprese per l’Italia, Confcooperative Lombardia. Il-partijiet
interessati li jirrappreżentaw il-ħaddiema: CGIL (Confederazione
generale italiana del lavoro), CISL (Confederazione italiana sindacati lavoratori),
UIL (Unione italiana del lavoro), CISAL (Confederazione Italiana Sindacati
Autonomi Lavoratori). L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 18. Il-Lombardia hija reġjun
l-aktar prosperuż, b’diversità ekonomika kbira[12] li hija sostnuta minn
għadd kbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, iżda
wkoll xi gruppi industrijali kbar. Madwar wieħed minn kull ħamsa
tal-PDG Taljan huwa prodott f’dan ir-reġjun. Madankollu, peress li s-setturi
tal-manifattura qegħdin jonqsu, ir-reġjun jeħtieġ
jegħleb l-isfidi strutturali ewlenin, u, bħal f’lokalitajiet
oħra, il-kriżi globali finanzjarja u ekonomika aggravat
is-sitwazzjoni ekonomika u tas-suq tax-xogħol tiegħu. L-awtoritajiet
Taljani indikaw li l-produzzjoni industrijali fil-Lombardia fl-2009 naqset b’9,4 %,
u li l-effetti fuq is-suq tax-xogħol inħassu bħala konsegwenza
diretta: fl-2009 l-impjiegi totali naqsu b’1,2 % u b’ 0,7 % fl-2010
(meta ġie nnutat irkupru fraġli). Skont l-ISTAT, ir-rata
tal-qgħad fil-Lombardia ilha tiżdied mill-2008: 3,7 % fl-2008, 5,4 %
fl-2009, 5,6 % fl-2010, 5,8 % fl-2011 u 7,5 % fl-2012.[13] 19. Sabiex l-impatt tal-kriżi
ekonomika u finanzjarja fuq nies li jaħdmu fis-settur tal-ICT
fil-Lombardia jkun limitat, sar użu estensiv tax-xbieki ta’ sikurezza
soċjali, bħalma huma l-fond għall-kumpens tal-pagi (CIG),
strument li ilu stabbilit skont il-liġi Taljana li jista' jipprovdi
benefiċċji finanzjarji lill-ħaddiema bħala kumpens ta’
pagamenti ta’ salarji, meta ċirkostanzi negattivi jkunu jeħtieġu
dan. L-Italja pprovdiet it-tabella ta' hawn taħt biex turi
ż-żieda fl-użu ta’ din l-iskema ta' assorbiment mill-bidu
tal-kriżi: Fl-2009, in-numru ta' sigħat awtorizzati mill-awtoritajiet
kien kważi tmien darbiet ogħla mill-għadd awtorizzat fl-2008,
ħaġa li tirrifletti d-diffikultajiet tas-settur. Total
ta' sigħat ta' CIG awtorizzati fil-Lombardia fis-settur tal-ICT
(NACE 26)
Sors: INPS (Istituto Nazionale della Previdenza Sociale)
Total ta' sigħat: || 2005 || 2006 || 2007 || 2008 || 2009 || 2010 3.025.840 || 2.261.676 || 2.541.117 || 2.049.268 || 16.003.158 || 15.145.734 20. Skont l-awtoritajiet Taljani,
b’mod partikolari d-distrett industrijali Distretto Technologico di Milano
(Vimercatese), fejn seħħew it-322 sensja ta’ Jabil CM S.r.l.,
qiegħed fi kriżi gravi. Fil-livelli nazzjonali, reġjonali u
lokali, l-Italja qed tagħmel ħilitha biex tiżviluppa
mill-ġdid u ssostni dan id-distrett f’termini ta’ volum ekonomiku u
tax-xogħol. Miżuri kofinanzjati mill-FEG se jappoġġaw
l-awtoritajiet Taljani f’dawn l-isforzi ta' żvilupp u trasformazzjoni. 21. Fil-livell tan-NUTS II,
il-Lombardia kienet affettwata wkoll minn mewġa kbira oħra ta’ sensji
li fil-każ tagħhom tressqet applikazzjonijiet tal-FEG
lill-Kummissjoni. 1 816 sensja f’190 intrapriża fis-settur
tat-tessuti fl-2006/2007[14]. Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi
personalizzati li għandu jiġi finanzjat u analiżi
tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-kumplementarjetà
tiegħu ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali: 22. Qed jiġu proposti t-tipi
ta’ miżuri li ġejjin, li flimkien jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta’
servizzi personalizzati mmirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ 480 ħaddiem
identifikat lura f’impjieg. L-awtoritajiet Taljani speċifikaw li kwalunkwe
taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema
għal ħiliet ġodda li jistgħu jkunu meħtieġa biex
dawn iħejju għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq
tax-xogħol b’suċċess, se tkun iffinanzjata permezz ta’ sorsi
reġjonali (għalhekk, l-ispejjeż għat-taħriġ u
t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema għal ħiliet
ġodda ma għandhomx jiġu kofinanzjati mill-FEG). –
Ammissjoni u aċċess għall-pakkett
ta’ assistenza (accoglienza e accesso al servizio di assistenza): Informazzjoni u servizzi amministrattivi għall-ħaddiema li
ngħataw is-sensja, inkluż l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ servizz. –
It-tekniki tal-intervisti (colloquio
specialistico): Dawn jinkludu intervisti profondi
mal-ħaddiema biex jiġu identifikati l-profili attwali tagħhom,
issir identifikazzjoni ta’ perkors tal-possibbiltà tad-dħul mill-ġdid
fix-xogħol u assistenza f’tekniki ta' mili tal-applikazzjonijiet
għall-impjieg (aġġornament tas-CV). –
It-tfassil ta’ profili ta’ ħiliet (bilancio
di competenze): Dan huwa sett ta’ għodod
immirat biex janalizza l-esperjenzi professjonali u soċjali ta' kull
ħaddiem u biex jiskopri kull kompetenza u għarfien utli, fid-dawl
tal-ambizzjonijiet u x-xewqat tal-ħaddiema wkoll. –
Definizzjoni tal-perkors (definizione del
percorso): Stabbiliment ta’ pjan ta' perkors
professjonali personalizzat ta’ perkors li jistabbilixxi t-taħriġ
individwali u l-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta' kull ħaddiem.
Il-pjan jiġi ffirmat mill-ħaddiem u l-fornitur tal-assistenza, bi
ftehim tal-impenji rispettivi. –
Il-Monitoraġġ, il-koordinazzjoni u
l-ġestjoni tal-pjan ta’ intervenzjoni personali (monitoraggio,
coordinamento e gestione del piano di intervento personalizzato): Dan jinvolvi s-segwitu u l-monitoraġġ tal-appoġġ
personalizzat skont il-pjan tal-perkors miftiehm. Il-miżuri miftehma
jistgħu jiġu aġġustati jekk tinħass
il-ħtieġa. –
Tutoring u gwida dwar ix-xogħol (tutoring
e counselling orientativo): Dan jinkludi pariri
dwar il-mekkaniżmi tas-suq tax-xogħol, jgħin fit-tħejjija
tal-applikazzjonijiet għax-xogħol u l-akkumpanjament għal
intervisti tax-xogħol. –
L-esplorazzjoni ta’ opportunitajiet ta’
xogħol ma’ impjegaturi ġodda (scouting aziendale): Dan jinkludi r-riċerka dwar opportunitajiet lokali u
reġjonali ta’ impjieg, kuntatti ma’ impjegaturi potenzjali, għajnuna
fil-valutazzjoni ta’ offerti ta’ xogħol, appoġġ permezz
tal-proċess tal-għażla. –
It-tqabbil ta’ ħiliet mal-impjiegi (preselezione
e incontro domanda offerta): Dan għandu
l-għan li jqabbel id-domanda tas-suq tax-xogħol mal-ħiliet
tal-ħaddiema bl-għajnuna ta’ dejtabejż speċjalizzat.
Il-ħaddiema jirċievu gwida personalizzata dwar il-postijiet
tax-xogħol vakanti u jingħataw għajnuna fil-proċess
tal-applikazzjoni għal post tax-xogħol ġdid. Il-konsulenti
jkomplu jiffaċilitaw il-kuntatti tal-ħaddiema ma' impjegaturi
potenzjali u jipprovdu appoġġ sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt
tax-xogħol. –
Servizz ta’ mentoring matul l-ewwel fażi
ta’ impjieg ġdid (accompagnamento al lavoro): L-għan ta’ din il-miżura huwa l-appoġġ
għas-sostenibbiltà ta’ impjieg ġdid: il-ħaddiem u l-impjegatur
il-ġdid jirċievu appoġġ fil-forma ta’ servizz ta’ mentoring
matul l-ewwel fażi tal-kollokazzjoni fl-impjieg. Isir rapport dwar din
il-kollokazzjoni li jiġi ffirmat mill-ħaddiem biex jgħin
fl-iżgurar ta’ integrazzjoni mill-ġdid b’suċċess.
L-awtoritajiet Taljani bbaġitjaw din il-miżura
għall-ħaddiema kollha identifikati, ħaġa li tirrifletti
l-importanza mogħtija lill-promozzjoni tas-sostenibbiltà ta’ kuntratti
ġodda tax-xogħol. –
Pariri u appoġġ għal impjieg
indipendenti (consulenza e supporto all'autoimprenditorialità): Dan jikkonsisti f’sett ta’ azzjonijiet immirati biex janalizzaw
l-adegwatezza/l-attitudni tal-ħaddiema lejn ix-xogħol indipendenti u
l-ħolqien ta’ negozju, l-istabbiliment ta’ pjan ta’ negozju, konsulenza
relatata ma' kwistjonijiet prattiċi tal-bidu, l-identifikazzjoni ta’
opportunitajiet ta’ finanzjament. –
Tutoring u appoġġ matul it-traineeship
(tutoring e accompagnamento al tirocinio):
Appoġġ għall-ħaddiema u l-impjegaturi potenzjali matul
it-traineeship . 23. In-nefqa
għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni,
skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri
attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni u kontroll kif ukoll ta'
informazzjoni u pubbliċità. 24. Is-servizzi personalizzati
ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani huma miżuri attivi tas-suq
tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli ddefiniti
fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet
Taljani jikkalkulaw li l-ispejjeż totali ta’ dawn is-servizzi huma ta’
EUR 1 687 200 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG
hija ta' EUR 105 000 (5,9 % tal-ammont totali).
Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 1 164 930
(65 % tal-ispejjeż totali). Azzjonijiet || Stima tal-għadd ta' ħaddiema identifikati || Stima tal-ispiża għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Spejjeż totali (FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR) Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Ammissjoni u aċċess għall-pakkett ta’ assistenza (Accoglienza e accesso al servizio di assistenza) || 480 || 33 || 15 840 Tekniki tal-intervisti (Colloquio specialistico) || 480 || 66 || 31 680 It-tfassil ta’ profili ta’ ħiliet (bilancio di competenze) || 480 || 330 || 158 400 Definizzjoni tal-perkors (definizione del percorso) || 480 || 78 || 37 440 Monitoraġġ, koordinazzjoni u ġestjoni pjan ta’ intervent personali (monitoraggio, coordinamento e gestione del piano di intervento personalizzato) || 480 || 216 || 103 680 Tutoring u gwida dwar ix-xogħol (tutoring E pariri orientativo) || 480 || 155 || 74 400 Esplorazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ma’ impjegaturi ġodda (scouting aziendale) || 480 || 648 || 311 040 Tqabbil ta’ ħiliet mal-impjiegi (Preselezione e incontro domanda offerta) || 480 || 693 || 332 640 Servizz ta’ mentoring matul l-ewwel fażi ta’ impjieg ġdid (accompagnamento al lavoro) || 480 || 528 || 253 440 Pariri u appoġġ għal impjieg indipendenti (Consulenza e supporto all'autoimprenditorialità) || 273 || 768 || 209 664 Tutoring u appoġġ matul it-traineeship (Tutoring e accompagnamento al tirocinio) || 207 || 768 || 158 976 Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 1 687 200 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Attivitajiet preparatorji || || 15 000 Ġestjoni || || 40 000 Informazzjoni u pubbliċità || || 15 000 Attivitajiet ta’ kontroll || || 35 000 Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 105 000 Total tal-istima tal-ispejjeż || || 1 792 200 Kontribut tal-EGF (65 % tal-ispejjeż totali) || || 1 164 930 25. L-Italja tikkonferma li
l-miżuri deskritti hawn fuq jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati
mill-Fondi Strutturali u li mhux se jitħalla jsir iffinanzjar doppju. Xi
miżuri kkofinanzjati mill-FEG, eż. fil-qasam tal-promozzjoni tal-intraprenditorija,
ma setgħux jiġu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Id-data/i li fiha/fihom inbdew jew huwa
maħsub li jinbdew is-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati 26. L-Italja bdiet is-servizzi
personalizzati għall-ħaddiema affettwati li huma inklużi
fil-pakkett ikkoordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament fl-1 ta’ Marzu 2012.
Għaldaqstant, din id-data tirrappreżenta l-bidu tal-perjodi ta'
eliġibbiltà għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-FEG. Proċeduri għall-konsultazzjoni
mas-sħab soċjali 27. Skont l-awtoritajiet Taljani,
saru diskussjonijiet mas-sħab soċjali f’diversi okkażjonijiet
fil-livell reġjonali, inklużi l-avvenimenti li ġejjin. it-3 ta'
Frar 2012: L-Agenzia Regionale Istruzione, Formazione e Lavoro (ARIFEL) iltaqgħet
ma' rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-ħaddiema sabiex jiddiskutu
l-possibbiltà li jinħoloq grupp ta’ ħidma ta' "intrapriża
soċjali" għall-ħaddiema ta’ Anovo Italia S.p.A (li ma
rriżultaw fl-ebda l-ftehim); il-15 ta' Frar 2012; laqgħa
tal-"grupp ewlieni dwar il-kriżi" tar-reġjun (Note Verbale[15]); is-17 ta' Frar 2012;
laqgħa tar-round table tal-ICT reġjonali b'rappreżentanti
tal-impjegaturi u l-ħaddiema u r-Regione Lombardia (Note Verbale[16]). 28. L-awtoritajiet Taljani
kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f’dik tal-UE dwar is-sensji
kollettivi. Informazzjoni dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi 29. Fir-rigward tal-kriterji li
jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006,
l-awtoritajiet Taljani fl-applikazzjoni tagħhom: · ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tiħux post
il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi
nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi; · urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għal
ħaddiema individwali u ma għandhomx jintużaw
għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi; · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma
jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra. Ġestjoni u sistemi ta’ kontroll 30. L-Italja nnotifikat
lill-Kummissjoni li l-kontribut finanzjarju se jkun ġestit fil-livell
nazzjonali mill-Ministerio del Lavoro e delle Politiche Sociali/Direzione
Generale per le Politiche Attive e Passive del Lavoro (MLPS – DG PAPL). MLPS –
DG PAPL Ufficio A qed jaġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni; MLPS
– DG PAPL Ufficio B bħala l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u MLPS – DG
PAPL Ufficio C bħala l-awtorità tal-awditjar). Ir-reġjun tal-Lombardia
se jkun l-entità intermedjarja għall-awtorità ta’ ġestjoni fil-livell
reġjonali. Fl-applikazzjoni tagħha tal-FEG l-Italja ddeskriviet
(fil-Parti I) pjan dettaljat ta’ sistema ta’ ġestjoni u kontroll li
jispeċifika r-responsabbiltajiet rispettivi tal-atturi involuti
fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Finanzjament 31. Fuq il-bażi
tal-applikazzjoni mill-Italja, il-kontribut propost mill-FEG għall-pakkett
ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati (inkluża n-nefqa biex jiġi
implimentat il-FEG) huwa ta’ EUR 1 164 930, li
jirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta
mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li
ngħatat mill-Italja. 32. Filwaqt li tqis l-ammont
massimu possibbli ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont
l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll il-kamp
ta’ applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet,
il-Kummissjoni tipproponi li l-FEG jiġi mobilizzat għall-ammont
totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont
l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 33. L-ammont propost ta' kontribut
finanzjarju se jħalli aktar minn 25 % tal-ammont massimu annwali
ddestinat għall-FEG disponibbli għall-allokazzjonijiet matul
l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif mitlub fl-Artikolu 12(6)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. 34. Permezz
tal-preżentazzjoni ta’ din il-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG,
il-Kummissjoni qed tibda l-proċedura ssimplifikata ta’ trijalogu, kif
mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006,
bl-għan li tiżgura l-qbil taż-żewġ fergħat
tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u
l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda
miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq
ftehim dwar l-abbozz tal-proposta tal-mobilizzazzjoni, fil-livell politiku
xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni dwar
l-intenzjonijiet tagħha. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil minn xi waħda
miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha
tissejjaħ laqgħa formali ta’ trijalogu. 35. B’mod separat, il-Kummissjoni
tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2013
iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji,
kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet ta’
pagamenti 36. Se jintużaw approprjazzjonijiet
mil-linja baġitarja tal-FEG tal-baġit tal-2013 biex ikopru l-ammont
ta’ EUR 1 164 930 meħtieġ għal din
l-applikazzjoni. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia
mill-Italja) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[17],
u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[18],
u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand
il-Kummissjoni Ewropea[19], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba
bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid
tagħhom fis-suq tax-xogħol; (2) Il-kamp ta’ applikazzjoni
tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009
sat-30 ta’ Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ
għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja b’riżultat dirett
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fil-limitu massimu
annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) L-Italja ressqet
applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji f'żewġ
(2) intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 26 tan-NACE
Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter,
elettroniċi u ottiċi") fir-reġjun NUTS II
tal-Lombardia (ITC4), fit-30 ta' Diċembru 2011 u
ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat-12 ta' Marzu 2013.
Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni
tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet
proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 164 930. (5) Il-FEG għandu,
għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Italja, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 164 930
f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagamenti. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU
L 406, 30.12.2006, p. 1. [3] Ir-Regolament
(KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [4] Skont
it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. [5] Is-settur
NACE 26 jinkludi varjetà ta' attivitajiet, inklużi l-manifattura ta’
prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi u tagħmir
elettriku, strumenti tal-kejl, arloġġi tal-idejn u arloġġi
kif ukoll ta’ attivitajiet ta’ servizzi relatati mal-produzzjoni ta’ softwer,
konsulenza u attivitajiet relatati. [6] Is-sorsi
kkwotati mill-Italja: Assinform – L-Assoċjazzjoni Taljana
tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (www.assinform.it);
Ir-rapport tal-2009 tal-Osservatorio ICT & PMI della School of Management
del Politecnico di Milano (www.osservatori.net); ISTAT (http://www.istat.it/). [7] COM(2013) 120
finali. [8] COM(2010) 685
finali. [9] Aktar
informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet tal-FEG skont is-setturi tinstab
fl-Istampa Statistika tal-FEG 2007-2011 u fl-aġġornamenti ta' wara,
disponibbli fuq http://ec.europa.eu/egf. [10] Anovo
S.A., li twaqqfet fl-1987, kienet tħaddem madwar 20 uffiċċju
fl-Ewropa kollha, kif ukoll fl-Amerika t’Isfel u l-Amerika Ċentrali.
L-intrapriża Franċiża bdiet il-likwidazzjoni fl-2011. [11] Ir-reġjun
NUTS II fit-tramuntana tal-Italja (il-kapitali tar-reġjun: Milan) [12] Jinkludu
setturi tal-manifattura, bħal dawk mekkaniċi, tal-elettriku,
tal-metall, kimiċi, tal-ikel, kif ukoll setturi tas-servizzi, bħal
dawk bankarji, tat-trasport, tal-komunikazzjoni. [13] http://www.bancaditalia.it/pubblicazioni/econo/ecore/2010/analisi_s_r/1046_lombardia/Lombardia_2009.pdf;
http://www.istat.it/it/lombardia [14] EGF/2007/007
IT/Lombardia, ĠU L 330, 9.12.2008. [15] https://arifl.box.com/s/d9994b938ecb153700d7 [16] https://arifl.box.com/s/ea34733bb72d514b5404 [17] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [18] ĠU
L 406, 30.12.2006, p. 1. [19] ĠU
C […], […], p. […].