52013PC0466

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet /* COM/2013/0466 final - 2013/0217 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea fetħet in-negozjati mar-Repubblika Gaboniża bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li hemm bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Gaboniża. Wara dawn in-negozjati, fl-24 ta' April 2013, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid min-negozjaturi. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' 3 snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stipulata mill-Artikolu 14, data li tirrifletti dik tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll il-ġdid.

L-għan prinċipali tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet Gaboniżi skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. Il-Kummissjoni ibbażat, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta' evalwazzjoni ex-post imwettqa minn esperti esterni.

L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, fl-interess taż-żewġ Partijiet.

B’mod partikolari, il-Protokoll jipprovdi opportunitajiet ta' sajd fil-kategoriji li ġejjin:

–          27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer

–          8 bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll il-ġdid.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2005-2011. Ġew ikkonsultati wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn il-konsultazzjonijiet ġie konkluż li jkun ta’ benefiċċju li jinżamm protokoll tas-sajd mar-Repubblika Gaboniża.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din il-proċedura nbdiet b’mod parallel mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll innifsu, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tal-UE.

4.           IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta' EUR 1 350 000 hija bbażata fuq: a) tunnellaġġ ta' referenza ta' 20 000 tunnellata, għal ammont marbut mal-aċċess ta' EUR 900 000 u b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Gabon li tammonta għal EUR 450 000. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika nazzjonali fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tar-Repubblika Gaboniża fil-ġlieda kontra s-sajd illegali.

2013/0217 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)                   Il-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika Gaboniża u l-Komunità Ewropea permezz tar-Regolament (KE) Nru 450/2007[1].

(2)       L-aħħar Protokoll ta' dan il-Ftehim li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża[2], skada fit-2 ta' Diċembru 2011.

(3)       Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja protokoll ġdid li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika Gaboniża teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid fl-24 ta’ April 2013.

(4)       Huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-iffirmar ta' dan il-Protokoll ġdid soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data fil-futur.

(5)       Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ġdid.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet huwa approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll").

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill stabbilixxa l-istrumenti ta' setgħa sħiħa li jawtorizzaw il-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

Artikolu 1

Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1. Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u għal perjodu ta' tliet (3) snin, l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim qed jiġu ffissati biex jippermettu l-qbid ta' speċijiet migratorji ħafna mniżżla fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet protetti jew ipprojbiti mill-ICCAT jew mil-leġiżlazzjoni Gaboniża.

2. Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, l-attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet tas-sajd se jkunu dawk eżerċitati minn:

a) 27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer;

b) 8 bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief.

Dan il-paragrafu għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

3. L-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Gaboniżi għandu jingħata lill-flotot barranin sakemm ikun hemm iż-żejjed, kif definit fl-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u wara li tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-isfruttar tal-flotot nazzjonali Gaboniżi.

4. Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-żoni tas-sajd Gaboniżi biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta' dan il-Protokoll u kif deskritt fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, tammonta għal EUR 1 350 000 kull sena.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

a) ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Gabon ta’ EUR 900 000 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 20 000 tunnellata fis-sena, u

b) ammont speċifiku ta’ EUR 450 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gabon.

3. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

4. Il-ħlas mill-Unjoni Ewropea tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif prevista mill-paragrafu 2(a) għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għar-riżorsi tas-sajd Gaboniżi għandu jsir mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, għall-ewwel sena u f'kull data tal-anniversarju tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta' wara.

5. Iż-żewġ Partijiet aċċettaw li jtejbu l-monitoraġġ regolari tal-qabdiet mill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd Gaboniża. Għal dan il-għan, matul staġun tas-sajd, l-UE se tanalizza b'mod regolari id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforz mill-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd Gaboniża. L-UE se żżomm lill-Gabon infurmat regolarment bir-riżultati ta' dawn l-analiżi. Sabiex timmaniġġja l-possibbiltà li jinqabeż it-tunnellaġġ ta' referenza, l-UE se tinforma lill-Istati Membri tagħha u lill-Gabon hekk kif it-total tal-qabdiet irreġistrati fiż-żona tas-sajd Gaboniża jilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza ffissat għal 20 000 tunnellata.

6. Hekk kif il-kwantità globali tilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza, tiġi organizzata laqgħa tal-Kumitat Konġunt sabiex jiġu stabbiliti l-modalitajiet tal-pagament kumplimentari dovut lill-Gabon jekk jinqabeż it-tunnellaġġ.

7. Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 2 hawnhekk, meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

8. L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja definita fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet tal-Gabon.

9. Il-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas f'kont uniku tal-bank tat-Teżor Pubbliku tar-Repubblika Gaboniża li r-referenzi tiegħu jiġu kkomunikati kull sena mill-awtoritajiet Gaboniżi.

Artikolu 3

Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u attivitajiet ta’ sajd sostenibbli fiż-żona tas-sajd tal-Gabon

1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Gabon fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ sfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.

2. Mad-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-Gabon għandhom jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, dwar programm settorjali pluriennali, skont l-istrateġija nazzjonali tal-Gabon fis-settur tas-sajd u l-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:

a) il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2);

b) l-objettivi, kemm dawk annwali kif ukoll dawk pluriennali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiġi introdott is-sajd responsabbli u s-sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Gabon fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u politiki oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tas-sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt fuq din il-promozzjoni;

c) il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali.

3. L-ammonti allokati huma bbażati fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet bi qbil komuni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-objettivi li għandhom jintlaħqu skont il-Pjan Strateġiku Emerġenti tal-Gabon tas-settur tas-sajd u fuq stima tal-impatt mistenni tal-proġetti li għandhom jitwettqu.

4. Fir-rigward tal-ewwel sena tal-Protokoll, l-ammonti li l-Gabon jiddedika għall-appoġġ finanzjarju tas-settur tas-sajd għandhom jiġu kkomunikati lill-UE u approvati fil-Kumitat Konġunt.

5. Kull sena il-Gabon għandu jippreżenta rapport dwar l-istat tal-progress tal-proġetti implimentati bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali li jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt fil-forma ta' rapport annwali dwar l-istatus tal-proġetti. Qabel ma jiskadi l-Protokoll il-Gabon irid ukoll jippreżenta rapport finali.

6. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika għall-appoġġ settorjali isir f'serje ta' ħlasijiet parzjali abbażi ta' strateġiji skont l-analiżi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u r-rekwiżiti.

7. Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali trid tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

Il-kooperazzjoni xjentifika dwar sajd responsabbli

1. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet Gaboniżi skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni bejn iż-żewġ flotot li joperaw f'dawn l-ilmijiet u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.

2. Matul il-perjodu kopert mill-Protokoll preżenti, l-Unjoni Ewropea u l-Gabon jimpenjaw rwieħhom li jikkooperaw biex jissorveljaw l-istat tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sajd.

3. Iż-żewġ Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkommandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fir-rigward tal-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.

5. Meta jkun meħtieġ, kif previst fl-Artikolu 4.2 tal-Ftehim tista' tissejjaħ laqgħa magħmula minn xjentisti taż-żewġ Partijiet fuq talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet. Il-parteċipazzjoni għal din il-laqgħa tista' tiġi estiża, skont il-ħtieġa, għal esperti xjentifiċi terzi kif ukoll għal osservaturi, rappreżentati tal-partijiet interessati jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd

Artikolu 5

Ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1. Il-Partijiet jistgħu jadottaw, fi ħdan il-Kumitat Konġunt, il-miżuri msemmija fl Artikoli 1 u 2 ta’ dan il-Protokoll li jinvolvu r-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun riveduta proporzjonalment u pro rata temporis.

2. Fir-rigward ta’ kategoriji li mhumiex koperti mill-Protokoll fis-seħħ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet jistgħu jinkludu opportunitajiet tas-sajd ġodda fuq il-bażi tal-aħjar pariri xjentifiċi, approvati mill-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti u adottati mill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 6

L-opportunitajiet tas-sajd ġodda

1. Fuq talba tal-Gabon, għall-isfruttar ta' sajd partikolari, il-Gvern tal-Gabon jista' jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tqis il-possibbiltà ta' sajd sperimentali taħt il-kontroll dirett ta' xjentisti miż-żewġ Partijiet u tal-ICCAT jew tal-Organizzazzjoni Reġjonali tas-Sajd kompetenti.

2. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Għal dan il-għan u fuq talba tal-Gabon, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u parametri oħra xierqa. Is-sajd sperimentali mwettaq mill-Partijiet għandu jkun skont il-kundizzjonijiet definiti mill-Kumitat Xjentifiku previst minn dan il-Protokoll.

3. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar. Jekk il-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern jista’ jalloka opportunitajiet tas-sajd tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2.1 tal-Protokoll attwali tiżdied.

4. Id-dgħajjes li jiddedikaw rwieħhom għas-sajd ta' esplorazzjoni fis-sens ta' dan il-Protokoll għandu jkollhom osservatur abbord skont kif definit fl-Anness.

Artikolu 7

Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (2)(b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet, f’każ li tkun issodisfata kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

a) ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża;

b) tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

c) jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Gabon jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikoli 8 u 96 tal-imsemmi Ftehim.

2. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu sospiżi. Ir-reviżjoni jew is-sospensjoni tal-ħlas isiru mingħajr preġudizzju tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta skont it-titlu tal-attivitajiet tas-sajd li jkunu diġa' twettqu qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni tas-sospensjoni.

3. L-Unjoni Ewropea, wara evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 3(4) tirriserva d-dritt li tissospendi, parzjalament jew totalment, il-ħlas tal-appoġġ finanzjarju għas-settur tas-sajd kif previst fl-Artikolu 2(2)(b) ta' dan il-Protokoll fil-każ li ma jiġux rispettati l-għanijiet tal-ipprogrammar tal-appoġġ settorjali, jew fil-każ li ma titwettaqx dik il-kontribuzzjoni finanzjarja.

4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ma jistax jerġa' jsir wara perjodu ta’ 6 xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

Artikolu 8

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet jekk tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

a) ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża;

b) wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

c) jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Gabon jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikoli 8 u 96 tal-imsemmi Ftehim.

d) l-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2)(a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 10.2 ta’ dan il-Protokoll;

e) xi tilwima dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet;

f) in-nuqqas ta' rispett minn waħda miż-żewġ Partijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, Anness jew Appendiċi.

2. L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk ma jkunx possibbli li t-tilwima tiġi riżolta bejn il-Partijiet f'konsultazzjonijiet li jsiru mal-Kumitat Konġunt.

3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u għandha tasal mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.

4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb it-tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

5. Fil-każ ta' sospensjoni effettiva, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkollhom l-obbligu li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Gabon mhux aktar tard minn 24 siegħa wara din is-sospensjoni.

Artikolu 9

Il-liġi nazzjonali

1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd Gaboniża huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Gabon, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu.

2. L-awtoritajiet tal-Gabon għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil fil-politika tas-sajd tal-Gabon jew leġiżlazzjoni ġdida fis-settur tas-sajd qabel din tidħol fis-seħħ.

3. Fl-każ li jkun hemm nuqqas ta' kompatibbiltà bejn id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Gaboniża, kif imsemmi fil-punt 2 u d-dispożizzjonijiet previsti minn dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu, għandu jitlaqqa' l-Kumitat Konġunt fl-inqas żmien possibbli biex jiġu kkjarifikati dawk id-dispożizzjonijiet li jaffettwaw direttament l-attività tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Il-kompjuterizzazzjoni tal-iskambji

1. Ir-Repubblika Gaboniża u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2. Il-verżjoni elettronika ta' dokument se tkun meqjusa fit-totalità tagħha bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tad-dokument wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-Kapitolu I tal-Anness ta' dan il-Protokoll.

3. Il-Gabon u l-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lil xulxin minnufih rigward kwalunkwe ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni stampata tagħhom.

Artikolu 11

Il-kunfidenzjalità

Ir-Repubblika Gaboniża u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej u l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi ttrattata f’kull ħin b’mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li dik id-dejta li tirreferi għall-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Gaboniżi biss tkun disponibbli fid-dominju pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet tal-ICCAT f'din il-materja. Id-dejta li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tal-monitoraġġ.

Artikolu 12

It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom japplikaw għal tliet (3) xhur li jibdew mid-data tal-applikazzjoni provviżorja kif previst fl-Artikolu 14.

Artikolu 13

It-terminazzjoni

1. Fil-każ tat-terminazzjoni tal-Protokoll, il-Parti interessata għandha tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.

2. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet.

Artikolu 14

L-applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom.

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

ANNESS MAL-PROTOKOLL

KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TWETTIQ TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GABON MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA

KAPITOLU I

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għażla tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u minkejja kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Gabon bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

- għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Gabon;

- għall-Gabon: il-Ministeru responsabbli mis-Sajd.

2. Żona tas-sajd tal-Gabon

Il-bastimenti tal-UE jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew mil-linji bażi ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Gabon, soġġett għad-dispożizzjonijiet previsti skont il-punt 3 hawn taħt.

Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-Gabon għandu jikkomunika l-koordinati ġeografiċi tal-linji bażi taż-żona tas-sajd tiegħu u taż-żoni kollha pprojbiti għas-sajd fiż-żona tas-sajd tiegħu.

3. Żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd

Ma tista’ ssir l-ebda navigazzjoni fiż-żoni li jinsabu qrib ta’ fejn jittella’ ż-żejt u ta' fejn isir it-tiftix għaż-żejt. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li fiż-żoni msemmija ma jpoġġu ebda irkaptu biex jinġema' l-ħut (FAD) bit-tikketta, kif ukoll ġewwa medda ta' 12-il mil tal-baħar stabbilita mil-linja bażi.

Iż-żoni pprojbiti għas-sajd ikopru l-Parkijiet nazzjonali, l-erjas tal-baħar protetti kif ukoll iż-żoni fejn isseħħ ir-riproduzzjoni tal-ħut, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Il-Ministeru inkarigat mis-Sajd tar-Repubblika tal-Gabon għandu jikkomunika l-limiti ta’ dawn iż-żoni lis-sidien tal-bastimenti meta tingħatalhom il-liċenzja tas-sajd.

Iż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u s-sajd huma wkoll ikkomunikati għall-finijiet ta' informazzjoni lill-UE, kif ukoll kull emenda, li għandha titħabbar tal-inqas xahrejn qabel ma tiġi applikata.

4. Projbizzjonijiet

Il-bastimenti ta' appoġġ huma pprojbiti fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

5. Għażla ta’ aġent lokali

Kull bastiment tal-UE li jippjana li jħott il-ħut l-art f’port tal-Gabon għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti fil-Gabon.

6. Kontijiet Bankarji

Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE, qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta' dan l-Anness, it-terminu "liċenzja" huwa ekwivalenti għal "awtorizzazzjoni tas-sajd" kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

1. Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli

Il-liċenzji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u li l-obbligi preċedenti marbuta ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment stess, li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fil-Gabon skont il-Ftehim, ikunu ssodisfati. Il-bastimenti kollha li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività tas-sajd fil-qafas ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu wkoll irreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-ICCAT.

2. Applikazzjoni għal-liċenzja

L-UE għandha tissottometti l-applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd lill-Gabon għal kull bastiment li jixtieq jistad fil-qafas tal-Ftehim, mill-anqas 15-il jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba, billi tuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Għal kull l-ewwel applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ, jew wara bidla teknika fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

i.          evidenza tal-ħlas tat-tariffa fissa għall-perjodu ta' validità tal-liċenzja mitluba.

ii.          l-isem u l-indirizz tal-aġent lokali tal-bastiment; jekk ikun il-każ;

iii.         ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri;

iv.         il-koordinati tal-VMS u ta' kull dokument ieħor speċifiku mitlub fil-qafas tal-Ftehim.

Għat-tiġdid ta’ liċenzja skont il-Protokoll fis-seħħ, għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa.

3. Tariffa fissa u tariffa nazzjonali

1. L-ammont tat-tariffa fissa jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi.

2. L-ammont għat-tariffi fissi annwali li għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment huma ffissati f'dan l-ammont rispettivament għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruna u bil-qasab u x-xlief:

- Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll: EUR 55 kull tunnellata li tinqabad fl-ilmijiet Gaboniżi

- Għat-tieni u t-tielet sena: EUR 65 kull tunnellata li tinqabad

3. Il-liċenzji jinħarġu wara li titħallas it-tariffa nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ammont fiss li ġej:

- EUR 13 750 kull sena għat-tul kollu tal-Protokoll għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief.

4. Lista provviżorja tal-bastimenti li qed japplikaw għal liċenzja tas-sajd

Malli jaslu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd, il-Gabon għandu jistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta’ bastimenti l-lista provviżorja tal-bastimenti li applikaw. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-kontroll tas-sajd u lill-UE.

L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. F’każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Gabon jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat kopja lill-UE.

5. Applikazzjoni għal-liċenzja

Il-Gabon għandu joħroġ il-liċenzja tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievi l-fajl tal-applikazzjoni komplut.

F’każ ta’ tiġdid ta’ liċenzja tas-sajd matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni l-ġdida għandu jkun fiha referenza ċara għal-liċenzja inizjali tas-sajd.

L-UE għandha tgħaddi l-liċenzja tas-sajd lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. F’każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Gabon jista’ jibgħat il-liċenzja tas-sajd direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat kopja lill-UE.

6. Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

Mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd, il-Gabon għandu jistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta’ bastimenti l-lista definittiva tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Gabon. Din il-lista għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE u għandha tissostitwixxi l-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

7. Tul tal-validità tal-liċenzja

L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

Sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perjodu ta’ validità, il-"perjodu annwali" għandu jfisser:

i) għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

ii) wara, kull sena kalendarja sħiħa;

iii) għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

iv) għall-ewwel u l-aħħar snin tal-Protokoll, it-tariffa nazzjonali għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis.

Il-liċenzja għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli.

Madanakollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, bħat-telf jew in-nuqqas għal żmien twil li bastiment ikun jista' jopera minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor tal-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif inhu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ma jkun dovut pagament ulterjuri. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli ta' ħut maqbud li jiddetermina jekk għandux isir ħlas addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

It-trasferiment isir billi sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu fil-Gabon jibgħat lura l-liċenzja tas-sajd li tkun se tiġi sostitwita, u fl-iqsar żmien possibbli tinħareġ liċenzja ta' sostituzzjoni mill-Gabon. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura.

8. Żamma abbord tal-liċenzja

Il-liċenzja, jew jekk ma tkunx disponibbli kopja valida sa 45 jum wara d-data li fiha tinħareġ il-liċenzja, trid tinżamm abbord il-bastiment b'mod permanenti.

Madankollu, il-bastimenti huma awtorizzati li jistadu malli jkunu mniżżla fuq il-lista provviżorja msemmija fil-punt 4 hawn fuq. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma tinħareġ il-liċenzja tas-sajd tagħhom.

Il-Gabon għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.

KAPITOLU III

Il-miżuri tekniċi

Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, huma speċifikati għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi tekniċi fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT (Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku) jew id-dispożizzjonijiet tar-regolamentazzjoni Gaboniża fir-rigward ta' din il-materja.

Matul is-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża, u bl-eċċezzjoni tal-irkaptu fejn jinġema l-ħut (FAD) b'derivanti naturali, l-użu ta' tagħmir awżiljarji tas-sajd li jimmodifika l-imġiba tal-ispeċijiet migratorji ħafna u li jiffavorixxi b'mod partikolari il-konċentrazzjoni tagħhom qrib jew taħt it-tagħmir tas-sajd, se jkun limitat għal FAD b'derivanti aritifiċjali msejħa ekoloġiċi li l-bidu nett, il-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu b'mod li jevitaw kull qbid inċidentali mit-tagħmir ta' krustaċej, klieb il-baħar u fkieren. Il-materjali li minnhom ikun magħmul dan it-tagħmir awżiljari għandu jkun bijodegredabbli. L-użu ta' dawn il-FAD b'derivanti artifiċjali se jiġi adottat mill-Unjoni Ewropea skont pjan ta' ġestjoni konformi ma' dispożizzjonijiet imwaqqfa mill-ICCAT.

KAPITOLU IV

Id-dikjarazzjoni dwar il-qbid

1. Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad fil-qafas tal-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd bil-Franċiż, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija ta' sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

Il-kaptan għandu jikteb kuljum fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata permezz tal-kodiċi Alfa 3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll f’każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija.

Jekk ikun il-każ, il-kaptan għandu jirreġistra wkoll kuljum fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantitajiet ta’ kull speċi skartata fil-baħar, espressi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2. Dikjarazzjoni dwar il-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda tal-bastiment billi jibgħat lill-Gabon il-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

i) meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Gabon, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Gabon, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument;

ii) f’każ ta’ ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon mingħajr ma jgħaddi minn port tal-Gabon, kull oriġinal tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jintbagħat fi żmien 14-il jum wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, jew f'kull każ fi żmien 30 jum wara l-ħruġ miż-żona tal-Gabon

a) permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Gabon,

b) jew permezz ta’ feks, fuq in-numru kkomunikat mill-Gabon,

c) jew permezz tal-posta elettronika.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jistabbilixxu sistema ta’ rappurtar tal-qabdiet ibbażata fuq skambju elettroniku tal-informazzjoni kollha, bil-ħsieb li jitħaffef il-pass tal-komunikazzjoni.

Minn meta tkun possibbli l-komunikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid, il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta' abbord tas-sajd lill-Gabon fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-Gabon. Il-Gabon għandu jikkonferma minnufih li rċieva l-ġurnali permezz tal-posta elettronika.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta' abbord tas-sajd kollha lid-delegazzjoni tal-UE fil-Gabon. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, il-kaptan għandu f'kull każ jibgħat kopjat tal-ġurnali ta' abbord tas-sajd kollha lill-Istitut tar-Riċerka Agrikola u tal-Forestrija (IRAF - 'Institut de Recherche Agricole et Forestière') tal-Gabon kif ukoll lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

i) IRD (Institut de recherche pour le développement)

ii) IEO (Instituto Español de Oceanografia),

iii) IPMA (Instituto Português do Mar e da Atmosfèra), jew

Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tal-Gabon fil-perjodu tal-validità tal-liċenzja tiegħu jagħti lok għal rapport ġdid tal-qabdiet.

Fejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jitħarsux, il-Gabon jista’ jissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. F’każ ta’ nuqqas ta' rispett b'mod ripetut, il-Gabon jista’ jirrifjuta t-tiġdid tal-liċenzja. Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

3. Tranżizzjoni għal sistema elettronika

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddikjaraw ir-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni għal sistema elettronika għad-dikjarazzjoni dwar il-qbid abbażi tal-ispeċifitajiet tekniċi definiti fl-Appendiċi 6. Il-Partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu r-regoli ta' din il-komunikazzjoni sabiex is-sistema ssir operattiva fl-inqas żmien possibbli. Il-Gabon għandu jinforma lill-UE hekk kif il-kundizzjonijiet ta' din it-trażmissjoni jkunu ssodisfati. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li s-sistema ssir operattiva b'mod sħiħ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni.

4. Stqarrija finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief

Sakemm tiġi implimentata s-sistema elettronika prevista mill-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività tas-sena preċedenti bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid tiegħu kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq.

L-UE għandha tibgħat din l-istqarrija finali lill-Gabon u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja.

Mid-data tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistema elettronika prevista mill-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività tas-sena preċedenti bbażata fuq il-ġurnali ta' abbord arkivjati fiċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

L-UE għandha tibgħat din l-istqarrija finali lill-Gabon u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena li tkun għaddejja.

Fiż-żewġ każijiet u fi żmien 30 jum mid-data ta’ trażmissjoni, il-Gabon jista’ jikkontesta l-istqarrija finali, abbażi ta’ elementi ta’ evidenza. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Gabon ma jagħmilx oġġezzjoni fi żmien 30 jum, l-istqarrija finali tiġi meqjusa bħala adottata.

Fid-data tal-komunikazzjoni tal-istqarrija finali dwar il-qbid lill-Gabon, l-UE għandha titrażmetti sommarju tad-dejta dwar il-qbid u l-isforz tal-bastimenti tal-UE li juri l-attività tas-sajd fuq l-FAD fiż-żona tas-sajd Gaboniża b'konformità mal-miżuri u l-obbligi adottati mill-ICCAT, b'mod partikolari permezz tar-Rakkomandazzjoni 11/01.

KAPITOLU V

L-iżbark

1. Proċedura tal-iżbark

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jixtieq jiżbarka f’port tal-Gabon, qabdiet magħmula fiż-żona tal-Gabon, għandu jinnotifika lill-Gabon, mill-inqas 24 siegħa qabel l-iżbark jew it-trażbord:

a) l-isem tal-bastiment tas-sajd li għandu jħott il-ħut l-art,

b) il-port tal-iżbark,

c) id-data u l-ħin previsti għall-iżbark,

d) il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li se tiġi żbarkata l-art jew li se tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha).

Il-bastimenti għandhom iħottu l-art il-qabdiet inċidentali kollha tagħhom li jkunu qabdu fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, fil-portijiet tal-Gabon.

L-operazzjoni ta’ żbark għandha ssir fl-ilmijiet ta’ port tal-Gabon awtorizzat għal dan. It-trażbord huwa pprojbit.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Gabon.

2. Inċentiv għall-iżbark

a) Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Hekk kif l-istrutturi portwali u tal-ipproċessar tat-tonn isiru operattivi fil-Gabon, is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw rwieħhom li jiżbarkaw minimu ta' 30 % tal-qabdiet li jseħħu fl-ilmijiet Gaboniżi, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet effettivi tal-unità tal-produzzjoni. Matul dawn l-iżbarki il-bastimenti tas-sajd għat-tonn se jiżbarkaw ukoll 100 % tal-qbid sekondarju miżmum abbord sabiex ifornu lis-suq lokali. Dawn l-iżbarki li jitwettqu l-Gabon għandhom jiġu pprezzati skont il-prezz tas-suq. Fil-każ li l-unità tal-produzzjoni tkun fornuta f'ammonti inqas, il-Partijiet għandhom ilaqqgħu l-Kumitat Konġunt sabiex tinstab soluzzjoni.

b) Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Is-sidien tal-bastimenti jimpenjaw rwieħhom li jiżbarkaw 100 % tal-qabdiet li jseħħu fl-ilmijiet Gaboniżi, sabiex ifornu lis-suq lokali.

c) Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 hawn fuq japplikaw suġġett għan-notifika mill-Parti Gaboniża tal-istat operattiv effettiv tal-infrastrutturi kkonċernati u wara li jiġu eżaminati mill-Kumitat Konġunt.

KAPITOLU VI

Il-kontrolli

1. Dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha

Kull dħul jew ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon ta’ bastiment tal-UE li jkollu liċenzja tas-sajd għandu jkun innotifikat lill-Gabon fi żmien 6 sigħat qabel id-dħul jew il-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

i) id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

ii) il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali;

iii). il-preżentazzjoni tal-prodotti.

In-notifika għandha ssir preferibbilment permezz tal-posta elettronika, jew inkella, b’feks jew bir-radju, f’indirizz elettroniku, numru tat-telefon jew fuq frekwenza mogħtija mill-Gabon. Il-Gabon għandu jikkonferma minnufih li rċieva n-notifika permezz tal-posta elettronika. Il-Gabon għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tal-Gabon mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu jitqies bħala bastiment b'mod illegali.

2. Spezzjoni fuq il-baħar

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tal-Gabon li ssir fuq il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Gabon faċilment identifikabbli bħala uffiċjali maħtura għall-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Gabon għandhom javżaw lill-bastiment tal-UE dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel l-ispezzjoni.

L-ispetturi tal-Gabon għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE iż-żmien meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbuta mal-ispezzjoni. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Il-Gabon jista’ jawtorizza lill-UE sabiex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur.

Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu jiffaċilita l-imbark u x-xogħol tal-ispetturi tal-Gabon.

Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Gabon għandhom jagħmlu rapport dwar l-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta ma' ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". L-ispetturi Gaboniżi għandhom jagħtu kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jinżlu mill-bastiment. Il-Gabon għandu jittrażmetti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem wara l-ispezzjoni.

3. Spezzjoni fil-port

L-ispezzjoni fil-port tal-bastimenti tal-UE li jiżbarkaw fl-ilmijiet ta’ port tal-Gabon, qabdiet magħmula fiż-żona tal-Gabon għandha ssir minn spetturi awtorizzati. .

L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Gabon għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE iż-żmien meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbuta mal-ispezzjoni. Huma għandhom jagħmlu spezzjoni b’mod li jillimitaw l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività ta’ żbark jew ta’ trasbord u fuq il-merkanzija tiegħu.

Il-Gabon jista’ jawtorizza lill-UE tipparteċipa, bħala osservatur, fl-ispezzjoni fil-port.

Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu jippermetti lill-ispetturi tal-Gabon iwettqu xogħolhom.

Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispettur tal-Gabon għandu jagħmel rapport dwar l-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma".

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Gabon għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE. Il-Gabon għandu jittrażmetti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem wara l-ispezzjoni.

4. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

Bil-għan li jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra miftuħa u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom jissenjalaw il-preżenza ta kull bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Gabon li mhuwiex fil-lista tal-bastimenti awtorizzati jistadu fil-Gabon.

Jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u jkollu s-suspett li dik tista' tkun attività tas-sajd IUU jista' jniżżel l-akbar ammont possibbli ta' informazzjoni li jista' joħroġ minn din l-osservazzjoni. Ir-rapporti ta' osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bastiment li wettaq l-osservazzjoni li min-naħa tagħha għandha tittrażmettiha lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni maħtura minnha. Il-Kummissjoni Ewropea imbagħad tibgħat din l-informazzjoni lill-Gabon.

Il-Gabon għandu jikkomunika malajr kemm jista' jkun lill-UE kull rapport ta' osservazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet suspettati li jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd Gaboniża.

KAPITOLU VII

Is-sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS)

1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

Meta jkunu fiż-żona tal-Gabon, il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd (Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

a) l-identifikazzjoni tal-bastiment,

b) l-aktar pożizzjoni ġeografika reċenti tal-bastiment (lonġitudni, latitudni) b’marġini ta’ żball ta’ inqas minn 500 metru u b'livell ta' fiduċja ta’ 99 %,

c) id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni,

d) il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

Kull messaġġ irid ikun ikkonfigurat skont il-format tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Gabon għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Gabon, li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, f’dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati u maħżuna b’mod sigur għal perjodu ta’ tliet snin.

2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

F’każ ta’ ħsara, is-sistema VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien 10 ijiem. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ma jkunx aktar awtorizzat jistad fiż-żona tal-Gabon.

Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tal-Gabon b’sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi ta’ pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika, bir-radju jew bil-feks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Gabon

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Gabon. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Gabon għandhom jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt u jinfurmaw minnufih lil xulxin bi kwalunkwe tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi ta’ pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Kap Verde għandha ssir b’mod elettroniku skont sistema ta’ komunikazzjoni sikura.

Iċ-ĊMS tal-Gabon għandu jinforma minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni konsekuttivi ta’ bastiment li jkollu liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Gabon għandu jiżgura l-kompatibbiltà tat-tagħmir elettroniku tiegħu ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u jinforma minnufih lill-UE dwar kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni teknika fl-inqas żmien possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun mgħarraf rigward kwalunkwe tilwima li tista’ tinqala’.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni Gaboniża li tkun fis-seħħ.

5. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, il-Gabon jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Dawn l-elementi ta’ evidenza għandhom ikunu trażmessi mill-Gabon liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lill-Gabon il-messaġġi ta’ pożizzjoni skont il-frekwenza l-ġdida.

Hekk kif il-perjodu ta' investigazzjoni stabbilit jintemm, il-Gabon għandu jinforma b'dan minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-UE; hu għandu jinfurmahom bl-azzjoni ta' segwitu eventwali li tingħata skont din l-investigazzjoni.

KAPITOLU VIII

Il-ksur tar-regoli

1. Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-UE li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport ta’ spezzjoni. Dan ir-rapport huwa trażmess lill-UE u lill-Istat tal-bandiera mill-iktar fis possibbli.

L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera matul it-twettiq tal-proċedura ta' spezzjoni.

2. Waqfien tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Gabon li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Gabon, f’każ li jkun qed ibaħħar.

Il-Gabon għandu jinnotifika lill-UE, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b'kull waqfien ta’ bastiment tal-UE li jkollu liċenzja. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-elementi ta’ evidenza tal-ksur iddenunzjat.

Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura fil-konfront tal-bastiment, tal-kaptan, tal-ekwipaġġ jew tat-tagħbija, minbarra l-miżuri maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi, il-Gabon għandu jorganizza fuq talba tal-UE, fi żmien ġurnata tax-xogħol wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jispjega l-fatti li jkunu wasslu għall-waqfien tal-bastiment u jispjega kwalunkwe konsegwenza. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3. Sanzjonijiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

Is-sanzjoni għall-ksur denunzjat għandha tkun stabbilita mill-Gabon skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fis-seħħ.

Meta s-soluzzjoni tar-reat tinvolvi proċedura ġudizzjarja, qabel jingħata bidu għaliha, u sakemm ir-reat ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinfetaħ proċedura ta' kompromess bejn il-Gabon u l-UE sabiex ikunu ddeterminati t-termini u l-livell tas-sanzjoni. Ir-rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jistgħu jattendu għal din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn 3 ijiem wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment.

4. Proċedura ġudizzjarja - Garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta' kompromess ma tirnexxix u l-ksur jittella’ quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment involut fir-reat għandu jiddepożita garanzija bankarja fil-bank magħżul mill-Gabon u li l-ammont tagħha, stabbilit mill-Gabon, ikopri l-ispejjeż marbuta mal-waqfien tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti legali

Il-garanzija bankarja tiġi rilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tingħata s-sentenza:

a). kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena,

b) sal-bilanċ li jifdal, f'każ li s-sanzjoni twassal għal multa inferjuri għall-garanzija bankarja.

Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-multa stabbilita fil-proċedura ta' kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija bankarja.

KAPITOLU IX

It-tlugħ abbord ta’ baħrin

1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief jimpenjaw rwieħhom li jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

- għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin imtella' abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP,

- għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief, mill-inqas 20 % tal-baħrin imtella' abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP,

2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ifittxu li jtellgħu abbord baħrin Gaboniżi

3. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE. B'mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta' assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.

4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-pajjiżi AKP, li tingħata kopja tagħhom lill-firmatarji, huma stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tal-operaturi u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f'każ ta' inċident.

5. L-operaturi huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin mill-AKP. Dan għandu jiġi stabbilit qabel ma jingħataw il-liċenzji bi qbil mal-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Gabon u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għan-normi tal-ILO.

6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-UE għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri.

KAPITOLU X

L-osservaturi

1. L-Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Il-bastimenti awtorizzati li jistadu għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom skont il-Ftehim.

Din is-sistema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti mir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku).

2. Il-bastimenti u l-osservaturi magħżulin

Il-Gabon għandu jagħżel il-bastimenti tal-UE li jtellgħu abbord osservatur kif ukoll l-osservatur assenjat lilu sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur. Fuq talba tal-awtoritajiet Gaboniżi, il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 25 % tal-bastimenti liċenzjati.

Meta tinħareġ il-liċenzja, il-Gabon għandu jinforma lill-UE u lil sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant awtorizzat minnu, dwar il-bastimenti u l-osservaturi magħżula, kif ukoll iż-żmien tal-preżenza tal-osservatur abbord kull bastiment. Il-Gabon għandu jinforma minnufih lill-UE u lil sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, dwar kwalunkwe tibdil fil-bastimenti u l-osservaturi magħżula.

Il-Gabon għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li jkunu jinsabu diġà taħt l-obbligu formali li jtellgħu abbord osservatur waqt kampanja tas-sajd ikkonċernata, fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk tal-Gabon.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja fissa

Mal-ħlas tat-tariffa fissa, sid il-bastiment għandu jħallas lill-Gabon ammont fiss ta’ EUR 200 fis-sena għal kull bastiment.

3. Il-paga tal-osservatur

Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-Gabon.

4. Il-kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-Gabon.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni tal-osservatur abbord għandha tqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel abbord il-bastiment għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, għad-dokumenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal tas-sajd u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbuta direttament mal-kompiti tiegħu.

5. L-obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:

a) jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

b) jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

c) jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

6. L-imbark u l-iżbark tal-osservatur

L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Gabon, b’perjodu ta’ notifika ta’ 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jitla’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

F’każ li l-osservatur ma jippreżentax ruħu għall-imbark sa 12-il siegħa wara d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur. Huwa jkun liberu li jħalli l-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port tal-Gabon, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur lura lejn il-Gabon fl-iqsar żmien possibbli.

7. Il-kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

a) josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment,

b) jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd,

c) jieħu kampjun bijoloġiku bħala parti mill-programm xjentifiku,

d) jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat,

e) jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tal-Gabon u jkunu rrappurtati fil-ġurnal ta' abbord,

f) jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati;

g) jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, feks jew posta elettronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa meta l-bastiment jopera fiż-żona tal-Gabon, inkluż il-volum abbord tal-qabdiet ewlenin u inċidentali.

8. Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jagħti r-rapport tiegħu lill-Gabon, li jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 8 ijiem wara l-iżbark tal-osservatur.

------------------------------------------------------------------

Appendiċijiet għal dan l-Anness

1. Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

2. Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika

3. Appendiċi 3 – Ġurnal tas-sajd

4. Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS

5. Appendiċi 5 – Limiti taż-żona tas-sajd Gaboniża

6. Appendiċi 6 - Rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd

Appendiċi 1

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-GABON U L-UNJONI EWROPEA

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

I- L-APPLIKANT

1.    Isem is-sid: .....................................................................................................................................................................

2.    L-indirizz tas-sid: ....................................................................................................................................................................

2.    Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant tas-sid: ...............................................................................................................

3.    Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant tas-sid: ..........................................................................................................

4.    Numru tat-telefown:...........................................    Numru tal-faks: ................................... Posta elettronika: …………………………………………………………..

5.    Isem il-kaptan: .................................................. Nazzjonalità: ....................... Posta elettronika: ………………………………..………………..

II- IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU

1.    Isem il-bastiment: .....................................................................................................................................................................

2.    Pajjiż tal-bandiera: ...................................................................................................................................................................

3.    Numru tar-reġistrazzjoni esterna: ...............................................................................................................................................

4.    Port tar-reġistrazzjoni: ………………………..…………. MMSI : ……………..……….….……. Numru tal-IMO :………………………………………..

5.    Data li fiha nkisbet il-bandiera attwali: ........../........./.............. Bandiera ta' qabel (jekk kien hemm): ………………..………………………

6.    Sena u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi …………………………………........... Sinjal tar-Radju: .....................................

7.    Frekwenza tas-sinjal tar-radju: ………………………………….............. Numru tat-telefown bis-satellita: ……………..………………………………………

8.    Materjal tal-buq:    Ħadid ¨          Injam ¨           Poliester ¨       Ieħor ¨ …………………………………………………………………………………..

III- KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR

1.    Tul totali : ..................................................           Wisa’: .......................................

2.    Tunnellaġġ Gross (espress f'TG): ..................................     Tunnellaġġ Nett; …………………

3.    Qawwa tal-magna prinċipali f’H.P.: ......................... Ditta: .............................................   Tip: ...........................................

4.    Tip ta’ bastiment: ¨ Għat-Tonn bit-Tartarun ¨ Bil-qasab u x-xlief

5.    Rkaptu tas-sajd: ..................................................

6.    Żoni tas-sajd: ………………………………………        Speċijiet fil-mira:

7.    Port magħżul għall-operazzjoni tal-iżbark: ……………………………………………

8.    Għadd totali tal-ekwipaġġ abbord: ...............................................................

9.    Metodu ta’ konservazzjoni abbord:            Frisk ¨ Imkessaħ ¨    Imħallat ¨ Iffriżat ¨

10.  Kapaċità tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati): .................    Kapaċità tal-istivi: ...............     Numru: .....

11.  VMS:

            Produttur: …………………… Mudell: …………………. Numru tas-Serje: …………………

            Verżjoni tas-softwer: ........................................................... Operatur tas-satellita: ………………..

Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi t-tagħrif ipprovdut f'din l-applikazzjoni huwa veru u ġenwin.

                                       

Magħmul fi ..............................................., fil-...................................... ta' ........................ ta' ………….….

Firma tal-applikant ...................................................................

Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika

Żona tas-sajd:

Lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew mil-linja bażi, bl-esklużjoni taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd kif previst fl-Appendiċi 5.

Kategoriji awtorizzati:

Sajd b'bastimenti għat-tonn bit-tartarun Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Qabdiet inċidentali:

Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u l-FAO.

Tariffi u tunnellaġġ:

Tariffa għal kull tunnellata maqbuda || Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief: - l-ewwel sena: EUR 55 - it-tieni u t-tielet sena: EUR 65/tunnellata

Tariffa nazzjonali annwali: || Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief: EUR 13 750 kull sena, għall-perjodu kollu tal-Protokoll

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd || 27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun 8 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief

oħrajn

 Osservaturi fuq 25 % tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd - kontribuzzjoni finanzjarja fissa: EUR 200 kull bastiment u kull sena. Baħrin 20 % tal-baħrin imtella' abbord li jkunu ġejjin minn Pajjiżi AKP

Appendiċi 3 – Ġurnal ta' abbord tas-sajd

ĠURNAL TA’ ABBORD TAL-ICCAT GĦAS-SAJD TAT-TONN ||

|| || Konz Lixka ħajja Tartarun idur Tkarkir Oħrajn ||

||

|| || || || || || || || || || ||

Isem il-bastiment: ……………………………………………………………………. || Tunnellaġġ gross:          …………………………………………………............................. || TLUQ tal-bastiment: RITORN tal-bastiment: || Xahar || Jum || Sena || Port || || ||

Pajjiż tal-bandiera:        ……………………………………………………………………........................... || Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ || || || || || || ||

||

Numru tar-reġistrazzjoni:           ………………………………………………………………................................... || Kaptan: ……………………………………………………….... || || || ||

Sid il-bastiment: ………………………………………………………….......................... || Numru ta’ membri tal-ekwipaġġ:           ….…………………………………………………........................ || || || || || || || ||

Indirizz: ………………………………………………………………………….... || Data tar-rappurtar: ………………………………………………...... || || ||

|| (Awtur tar-rapport):      ………………………………………................................. || Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: || || Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rimjiet: || || Nru. tas-sajda: || ||

||

||

|| ||

Data || Settur || || || Capturas (Qabdiet) || Isco usada na pesca (Lixka użata)

Xahar || Jum || Latitudni T/N || Lonġitudni L/P || Temperatura ta’ wiċċ il-baħar (ºC) || Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati || Tonn Thunnus thynnus jew maccoyi || Tonna tal-pinen sofor Thunnus albacares || (Tonn għajnu kbira) Thunnus obesus || (Alonga) Thunnus alalunga || (Pixxispad) Xiphias gladius || (Marlin) (Marlin abjad) Tetraptunus audax jew albidus || (Marlin iswed) Makaira indica || (Sailfish) Istiophorus albicane jew platypterus || Palamit Katsuwonus pelamis || (Ħut varju) || Total ta' kuljum (piż f’kg biss) || Saury || Klamari || Lixka ħajja || (Oħrajn)

|| || || || || || Numru || Piż kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

KWANTITAJIET LI ĠEW ŻBARKATI (F’KG) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Kummenti || || || ||

1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. || || 3 – "Jum" tfisser il-jum li fih saret ir-rimja tal-konz. || 5 – L-aħħar ringiela (Kwantitajiet li ġew żbarkati) m’għandhiex timtela qabel tmiem is-sajda. Irid jiġi indikat il-piż reali fil-mument tal-iżbark. ||

2 – Fi tmiem kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondenti tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja || || 4 – Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Dawwar il-minuti sal-eqreb minuta u nnota l-grad tal-latitudni u l-lonġitudni. Ara li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent). || || 6 - L-informazzjoni kollha mniżżla hawn tibqa’ strettament kunfidenzjali.. ||

Appendiċi 4

IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-GABON

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut

Il-bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju || AD || O || Dettall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Mingħand || FR || O || Dettall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li qed jibgħat (ISO-3166)

Stat tal-Bandiera || FS || O || Detall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ - Tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI)

Kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS) || RC || O || Dettall tal-bastiment - Kodiċi internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

In-numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti || IR || F || Dettall tal-bastiment - Numru uniku tal-Kodiċi Alfa-3 tal-Parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru.

Reġistrazzjoni esterna || XR || O || Dettall tal-bastiment - numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

latitudni || LT || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - posiżżjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84)

Lonġitudni || LG || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - posiżżjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84)

Rotta || CO || O || Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad

Veloċità || SP || O || Veloċità tal-bastimenti f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data || DA || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin || TI || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

(1) Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-ISO 8859.1

(2) linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ.

(3) Kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//).

(4) Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam u d-dejta.

(5) Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ.

(6) L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.

Appendiċi 5

LIMITI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD GABONIŻA

KOORDINATI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD

L-awtoritajiet kompetenti Gaboniżi għandhom jikkomunikaw il-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi Gaboniża, taż-żona tas-sajd Gaboniża u taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd lis-servizzi kompetenti tal-UE. L-awtoritajiet Gaboniżi jieħdu l-impenn li jikkomunikaw kull modifika li tirrelata għal dawn il-limiti mhux anqas minn xahar qabel tidħol fis-seħħ tali modifika.

Appendiċi 6

(a) Linji gwida għall-qafas u l-implimentazzjoni ta' sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd (Sistema ERS)

Referenza: Anness tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Gabon

Dispożizzjoni ġenerali

(1) Kull bastiment tas-sajd tal-UE għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "sistema ERS", li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta ERS", waqt li l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Gabon.

(2) Bastiment tas-sajd li ma jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet tal-Gabon biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.        

(3) Id-dejta ERS hija trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ CMS) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament disponibbli għaċ-ĊMS tal-Gabon.

(4) L-Istat tal-bandiera u l-Gabon għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS fil-format XMS [http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm] disponibbli fi u li għandha proċedura ta' salvagwardja kapaċi li tirreġistra u taħżen id-dejta ERS f'forma li tinqara minn kompjuter għal perjodu ta' mhux anqas minn 3 snin.     

(5) Kull modifika jew aġġornament ta' dan il-format għandu jkun identifikat u datat, u għandu jsir operattiv sitt xhur wara li jiġi applikat.

(6) It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tuża l-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE, identifikati bħala DEH ('Data Exchange Highway').

(7) L-Istat tal-bandiera u l-Gabon għandhom jagħżlu korrispondent ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt.

(a) Il-korrispondenti ERS għandhom jintgħażlu għal perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur;

(b) Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gabon għandhom jikkomunikaw b'mod reċiproku l-koordinati (ismijiet, indirizzi, numri tat-telefown, tal-feks u tal-posta elettronika) tal-korrispondenti ERS tagħhom qabel ma' tidħol fis-seħħ il-produzzjoni tal-ERS mill-fornitur.

(c) Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent ERS għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien.

Stabbiliment u komunikazzjoni tad-dejta ERS

(8) Il-bastiment tas-sajd tal-UE għandu:

(a) jikkomunika d-dejta ERS kuljum għal kull jum li jgħaddi fl-ilmijiet tal-Gabon;

(b) jirreġistra għal kull operazzjoni tas-sajd il-kwantitajiet ta' kull speċi li tinqabad u tinżamm abbord, kemm jekk tkun l-ispeċi fil-mira kif ukoll jekk tkun parti mill-qbid inċidentali, jew skartata;

(c) għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mill-Gabon, għandhom jiġu ddikjarati wkoll il-qabdiet b'valur ta' żero;

(d) kull speċi għandha tkun identifikata mill-kodiċi alfa-3 tal-FAO;

(e) il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f'għadd ta' ħut individwali;

(f) jirreġistra id-dejta ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrasbordati u/jew żbarkati;

(g) fid-dejta ERS jirreġistra, waqt kull dħul (messaġġ COE) u ħruġ (messaġġ COX) mill-ilmijiet tal-Gabon, messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd mogħtija mill-Gabon, il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta' kull dħul/ħruġ;

(h) jittrażmetti kuljum id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, skont il-format previst fil-paragrafu 3 hawn fuq, mhux aktar tard minn 23:59 UTC.

(9) Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa.

(10) Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u b'mod immedjat id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Gabon.

(11) Iċ-ĊMS tal-Gabon għandu jikkonferma li tkun waslet id-dejta ERS b'messaġġ ta' ritorn u jittratta kull dejta ERS b'mod kunfidenzjali.

Nuqqas fis-sistema ERS abbord bastiment, u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera

(12) L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas tekniku tas-sistema ERS installata abbord bastiment jew b'nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

(13) L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lill-Gabon bin-nuqqas skopert u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

(14) F'każ ta' ħsara tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f'dan il-perjodu ta' 10 ijiem, il-bastiment ma jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet tal-Gabon sakemm is-sistema ERS ma tkunx fi stat perfett ta' funzjonament, ħlief jekk tingħata awtorizzazzjoni mill-Gabon.

(15) Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkun instab nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma:

(a) is-sistema ERS tiegħu tkun funzjonali mill-ġdid għas-sodisfazzjoni tal-Istat tal-bandiera u tal-Gabon, jew

(b) jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-Istat tal-bandiera. F'dan il-każ tal-aħħar, l-Istat tal-bandiera għandu jinforma lill-Gabon bid-deċiżjoni tiegħu qabel it-tluq tal-bastiment.

(16) Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet tal-Gabon b'sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum u mhux aktar tard minn 23:59 UTC id-dejta ERS kollha liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli u aċċessibbli miċ-ĊMS tal-Gabon.

(17) Id-dejta ERS li ma tkunx tista' tkun disponibbli għall-Gabon permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas kif imsemmi fil-paragrafu 10 tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Gabon b'mezz ieħor elettroniku li jkun tajjeb b'mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jittieħed qies tal-fatt li l-iskadenzi normalment applikabbli għat-trażmissjoni jistgħu ma jiġux rispettati.

(18) Jekk iċ-ĊMS tal-Gabon ma jirċevix id-dejta ERS mingħand bastiment matul 3 ijiem konsekuttivi, il-Gabon jista' joħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul mill-Gabon għall-investigazzjoni.

Nuqqas taċ-ĊMS - nuqqas ta' wasla tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Gabon

(19) Jekk ĊMS ma jirċevix id-dejta ERS, il-korrispondent ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema.

(20) Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gabon għandhom jaqblu b'mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi li għandhom jiġu utilizzati għat-trażmissjoni tad-dejta ERS f'każ ta' nuqqas taċ-ĊMS, u għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b'kull modifika.

(21) Hekk kif iċ-ĊMS tal-Gabon jinnotifika li d-dejta ERS ma tkunx waslet, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u jieħu l-miżuri xierqa sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Gabon u tal-UE bir-riżultati u l-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa wara li jkun ġie skopert in-nuqqas.

(22) Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex tinstab soluzzjoni għall-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti id-dejta ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Gabon bl-użu ta' wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi previsti fil-punt 17.

(23) Il-Gabon għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Gabon minħabba nuqqas ta' wieħed miċ-ĊMS.

Manutenzjoni ta' ĊMS

(24) L-operazzjonijiet ta' manutenzjoni ppjanifikati ta' ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni mhux ippjanifikati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-iktar fis possibbli liċ-ĊMS l-ieħor.

(25) Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema terġa' tiġi operattiva. Imbagħad, id-dejta ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta' manutenzjoni.

(26) Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta ERS għandha tiġi trażmessa liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi kif previst fil-punt 17.

(27) Il-Gabon għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS kawża ta' operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Propożizzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

1.2.        Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[3]

11. – Affarijiet Marittimi u s-Sajd

11.03 – Sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija reletata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[4]

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni orjentata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     Għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

In-negozjati u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea f'żoni tas-sajd li jinsabu fiż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) ta' pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jittieħdu f'politiki oħra Ewropej (l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd fuq il-livell politiku u finanzjarju).

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 1

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata(i)

L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (il-linja tal-baġit 11.0301)

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-konklużjoni tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona tas-sajd Gaboniża.

Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz tal-appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fuq il-livell nazzjonali mill-pajjiżi msieħba u b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Ir-rata tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll);

Il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;

Il-kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (fuq livell aggregat ma’ FPAs oħra);

Għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitati konġunti.

1.5.        Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu sodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

Il-Protokoll għall-perjodu 2005-2011 skada fit-2 ta’ Diċembru 2011. Huwa previst li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu. Sabiex ikun żgurat l-irkupru tal-operazzjonijiet tas-sajd, qed jingħata bidu għal proċedura rigward l-adozzjoni mill-Kunsill ta' deċiżjoni fir-rigward tal-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll b'mod parallel ma' din il-proċedura.

Il-Protokoll il-ġdid se jippermetti li jiġi pprovdut qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea fiż-żona tas-sajd Gaboniża, u se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti Ewropej biex jitolbu liċenzji tas-sajd li jawtorizzawhom jistadu fl-ilmijiet Gaboniżi. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża sabiex jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. Huwa jipprovdi, b’mod partikolari, il-kontroll tal-bastimenti bil-VMS u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-qabdiet b’mod elettroniku. L-appoġġ settorjali ġie msaħħaħ bil-għan li jgħin lir-Repubblika Gaboniża fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-sajd u jinkludi l-ġlieda kontra s-sajd IUU.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fir-rigward ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE iwassal għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li b'dan il-Protokoll, ir-Repubblika Gaboniża tkompli tikkoopera b'mod effikaċi mal-UE b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-analiżi tal-qbid tal-Protokoll preċedenti wasslet sabiex il-Partijiet iżidu it-tunnellaġġ ta' referenza. L-appoġġ settorjali ġie msaħħaħ filwaqt li tqiesu l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-sajd kif ukoll tal-ħtiġijiet f'termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tas-sajd Gaboniża,

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra rilevanti

Il-fondi mħallsa skont l-FPAs jikkonsistu fi dħul funġibbli fil-baġits tal-pajjiżi terzi msieħba. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ parti minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta' finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali biex iwettqu proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll u għal tul ta' tliet snin.

– X  Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2015.

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwita minn operazzjoni sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[5]

X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[6]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat fil-Gabon u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Libreville) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, speċjalment f’termini tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid.

Barra minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmar u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Jeżistu għadd ta' riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod partikolari rigward l-ammonti maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd (sottoprogrammar). Dawn id-diffikultajiet ma rriżultawx wara t-twettiq tal-Protokoll tal-2005-2011 mar-Repubblika Gaboniża.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Huwa previst djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 3 tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, taħt ċerti kundizzjonijiet u f’ċirkostanzi determinati.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni regolari mar-Repubblika Gaboniża sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim dwar is-Sajd huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan il-Protokoll, l-Artikolu 2(9) jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont bankarju uniku tat-Teżor pubbliku tal-Gabon.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……………] || AD/AMD ([7]) || minn pajjiżi tal-EFTA[8] || mill-pajjiżi kandidati[9] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) bis tar-Regolament Finanzjarju

2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd || AD || LE || LE || LE || LE

· Linji ġodda tal-baġit mitluba

(mhux applikabbli)

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………………………] || AD/AMD || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) bis tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 2 || Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

DĠ: MARE || || || Sena N[10] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 11.0301 || Impenji || (1) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050

Ħlasijiet || (2) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[11] || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 11.010404 || || (3) || 0.037 || 0.037 || 0.037 || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+1a +3 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050

Ħlasijiet || (5) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0.037 || 0.037 || 0.037 || || || 0.111

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161

Ħlasijiet || =5+ 6 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affetwata mill-proposta/inizjattiva: (mhux applikabbli)

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N[12] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

DĠ: MARE ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.059 || || || 0.177 ||

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || || || 0.030 ||

TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.069 || 0.069 || 0.069 || || || 0.207 ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0.069 || 0.069 || 0.069 || || || 0.207

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N[13] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1.456 || 1.456 || 1.456 || || || 4.368

Ħlasijiet || 1.456 || 1.456 || 1.456 || || || 4.368

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjoni għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

RIŻULTATI (tipi ta’ riżultati)

Tip:[14] || Spiża medja tar-riżultat || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[15]... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn || tunnellaġġ || 45euro/t || 20.000 || 0.9 || 20.000 || 0.9 || 20.000 || 0.9 || || || || || || || || || ||

- Appoġġ settorjali || || 0.450 || 1 || 0.450 || 1 || 0.450 || 1 || 0.450 || || || || || || || || || ||

Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || 1.350 || || 1.350 || || 1.350 || || || || || || || || || || 4.050

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotali tal-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || 1.350 || || 1.350 || || 1.350 || || || || || || || || || || 4.050

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N [16] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.059 || || || 0.177

Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || || || 0.030

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.069 || 0.069 || 0.069 || || || 0.207

Barra l-INTESTATURA 5[17] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.031 || 0.031 || 0.031 || || || 0.093

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0.006 || 0.006 || 0.006 || || || 0.018

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.037 || 0.037 || 0.037 || || || 0.111

TOTAL || 0.106 || 0.106 || 0.106 || || || 0.318

L-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva meħtieġa jagħmel tajjeb għalihom il-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+3 2017

Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

11 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.35 || 0.35 || 0.35 || || || ||

11 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

11 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[18]

11 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0.1 || 0.1 || 0.1 || || || ||

11 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

11 01 04 04 [19] || - fil-Kwartieri Ġenerali[20] || || || || || || ||

- fid-Delegazzjoni || 0.25 || 0.25 || 0.25 || || || ||

11 01 05 02 (AK, INT, ENS - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 0.7 || 0.7 || 0.7 || || || ||

11 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu ta’ baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ingħata l-kariga band’oħra fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess ta’ negozjar jew negozjar mill-ġdid tal-FPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-FPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji. Uffiċjal wieħed minn DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità + segretarjat: stima ġenerali ta' 0.45 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.45 persuni fis-sena x EUR 131 000 fis-sena = EUR 58 950 => EUR 0.059 miljun

Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (Libreville): stima ġenerali ta' 0.25 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.25 persuni fis-sena x EUR 125 000 fis-sena = EUR 31 250 => EUR 0.031 miljun

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[21].

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

– X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– ¨ Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Stima tal-impatt fuq id-dħul

– X  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

F'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Ammonti disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta / inizjattiva[22]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               ĠU L 109, 26.4.2007, p.3

[2]               ĠU L 319, 18.11.2006, p. 17.

[3]               ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività ('Activity-Based Management') – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività ('Activity-Based Budgeting').

[4]               Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[5]               Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[6]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[7]               AD = Approprjazzjonijiet Differenzjati/ AMD – Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[8]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[9]               Pajjiżi kandidati u, skont il-każ, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[10]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[11]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[12]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[13]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[14]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[15]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi”.

[16]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[17]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[18]             AK = Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE = espert nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (intérimaire); JED= ’Jeune Expert en Délégation’ (Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjoni ).

[19]             Sublimitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu linji "BA").

[20]             Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[21]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[22]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.