Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP u tal-UE dwar l-istatus tar-Repubblika Federali tas-Somalja fir-rigward tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra /* COM/2013/0272 final - 2013/0145 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fit-23 ta’ Ġunju 2000, il-membri
tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn issa ’l
quddiem imsejħin "l-Istati tal-AKP"), min-naħa
l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa
l-oħra, iffirmaw f'Cotonou (il-Benin) Ftehim ta’ Sħubija (minn issa
’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Cotonou"). Fil-25 ta’ Ġunju 2005, fil-Lussemburgu,
l-Istati tal-AKP u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmaw
ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou. Il-ftehim emendat ta’ Cotonou
daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008, b’konformità mal-Artikolu
93(3) tiegħu, wara li r-reviżjoni tiegħu ġiet irratifikata
mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha kif ukoll minn
żewġ terzi tal-Istati tal-AKP. Fit-22 ta’ Ġunju 2010,
f'Ouagadougou, l-Istati tal-AKP u l-Unjoni Ewropea ffirmaw Ftehim li jemenda,
għat-tieni darba, il-Ftehim tal-Cotonou, li ilu jiġi applikat b’mod
provviżorju sa mill-31 ta’ Ottubru 2010. F’ittra bid-data
tal-25 ta’ Frar 2013 mibgħuta lill-UE Rappreżentant
Għoli/Viċi President Catherine Ashton, u l-President tal-Kunsill
tal-AKP u l-UE, mingħand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni
Internazzjonali tar-Repubblika Federali tas-Somalja, l-E.T. Fawzia Yusuf Adam,
talab formalment l-istatus ta' osservatur u sussegwentament l-adeżjoni
għall-Ftehim ta’ Cotonou skont id-dispożizzjonijiet
tal-Artikolu 94 tal-Ftehim. L-Unjoni Ewropea mistennija li twieġeb
b’mod favorevoli għal dawn it-talbiet, li għandhom jiġu
approvati permezz ta’ deċiżjoni formali tal-Kunsill Konġunt
tal-Ministri tal-Istati tal-AKP u l-UE matul il-laqgħa li se jkollhom fi
Brussell fis-6 u fis-7 ta' Ġunju 2013. Il-Parlament Ewropew se jiġi infurmat
b’konformità mal-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li
l-Kunsill jadotta l-proposta hawn mehmuża għal pożizzjoni tal-UE
dwar l-istatus tar-Repubblika Federali tas-Somalja fir-rigward tal-Ftehim
emendat ta’ Cotonou. 2013/0145 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP u tal-UE dwar
l-istatus tar-Repubblika Federali tas-Somalja fir-rigward tal-Ftehim ta’
Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u
tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217
meħud flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Ftehim ta’ Sħubija
bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku,
minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou
fit-23 ta’ Ġunju 2000[1],
kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu
fil-25 ta' Ġunju 2005[2]
(minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Cotonou"),
daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008 skont
l-Artikolu 93(3) tiegħu. Il-Ftehim ta’ Cotonou ġie emendat
għat-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010[3]. It-tieni emenda tal-Ftehim ta’
Cotonou ilha tiġi applikata b’mod provviżorju
mill-31 ta’ Ottubru 2010[4]. (2) L-Artikolu 94 tal-Ftehim ta’
Cotonou jistipula li kwalunkwe talba li ssir minn Stat biex jissieħeb
għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u
l-UE, biex dan japprovaha. (3) Fil-25 ta’ Frar 2013,
ir-Repubblika Federali tas-Somalja ppreżentat talba ta’ adeżjoni skont
l-Artikolu 94 tal-Ftehim ta’ Cotonou. (4) L-approvazzjoni
tal-adeżjoni tas-Somalja mill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-UE
għandha tkun appoġġjata mill-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika
Federali tas-Somalja għandha tiddepożita l-Att ta’ Adeżjoni
tagħha fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u
s-Segretarjat tal-Istati AKP, Depożitarji tal-Ftehim. (5) Għalhekk, huwa xieraq li
tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-UE
fil-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-UE, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea
fil-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-UE dwar il-kwistjoni tat-talba
tar-Repubblika Federali tas-Somalja għall-istatus ta' osservatur u
sussegwentament l-adeżjoni mal-Ftehim ta’ Cotonou, kif emendat
fil-Lussemburgu u f'Ouagadougou, hija li taċċetta din it-talba skont
il-patti tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u
l-UE, li huma annessi ma’ din id-deċiżjoni. Jista’ jintlaħaq qbil dwar tibdiliet
formali u minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
tal-Ministri tal-AKP u tal-UE annessa mingħajr il-ħtieġa li
tiġi emendata d-Deċiżjoni preżenti. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz
Deċiżjoni Nru…/…. TAL-KUNSILL
TAL-MINISTRI TAL-ISTATI TAL-AKP U L-UE ta'
......
dwar l-istatus ta' osservatur u l-adeżjoni sussegwenti tar-Repubblika
Federeali tas-Somalja għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri
tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa
waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa
l-oħra IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ BEJN L-ISTATI
TAL-AKP U L-UE, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija
bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku,
min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou
fit-23 ta’ Ġunju 2000[5],
kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu
fil-25 ta' Ġunju 2005[6]
u għat-tieni darba f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010[7] (minn issa ’l quddiem
imsejjaħ "il-Ftehim ta' Cotonou"), u b'mod partikolari
l-Artikolu 94 tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
Nru 1/2005 tat-8 ta' Marzu 2005 tal-Kunsill tal-Ministri
tal-Istati tal-AKP u l-UE dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura
tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-UE [8]
u, b'mod partikolari, l-Artikolu 8(2) tagħha, Billi (1) Il-Ftehim ta’ Cotonou
daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008 skont
l-Artikolu 93(3) tiegħu. Ġie emendat għall-ewwel darba
fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u għat-tieni darba
f’Ouagadougou fil-22 ta’ Ġunju 2010. It-tieni reviżjoni ilha
tiġi applikata b’mod provviżorju sa
mill-31 ta’ Ottubru 2010[9]. (2) L-Artikolu 94 tal-Ftehim
ta’ Cotonou jistipula li kwalunkwe talba li ssir minn Stat biex jissieħeb
għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u
l-UE, biex dan japprovaha. (3) Fil-25 ta’ Frar 2013,
ir-Repubblika Federali tas-Somalja ppreżentat talba għall-istatus ta'
osservatur u l-adeżjoni sussegwenti skont l-Artikolu 94 tal-Ftehim
ta’ Cotonou. (4) Ir-Repubblika Federali
tas-Somalja għandha tiddepożita l-Att ta' Adeżjoni għand
id-Depożitarji tal-Ftehim ta' Cotonou, jiġifieri s-Segretarjat
Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati
tal-AKP. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1
Approvazzjoni tat-talbiet għas-sħubija u għall-istatus ta’
osservatur It-talba tar-Repubblika Federali tas-Somalja
biex tissieħeb fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta'
Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u
l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,
iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat
għall-ewwel darba fil-Lussemburgu
fil-25 ta' Ġunju 2005 u kif emendat għat-tieni darba
f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010, hija b'dan approvata. Ir-Repubblika Federali tas-Somalja
tiddepożita l-Att ta' Adeżjoni għand id-Depożitarji
tal-Ftehim, jiġifieri s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati tal-AKP. Sad-data tal-adeżjoni tagħha,
ir-Repubblika Federali tas-Somalja tista' tattendi s-sessjonijiet tal-Kunsill
bħala osservatur. Artikolu
2
Id-dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ ġurnata wara li tiġi adottata. Magħmul fi, Għall-Kunsill
tal-Ministri AKP-UE
Il-President [1] ĠU
L 317, 15.12.2000, p. 3. [2] Ftehim
li jemenda l-ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani,
tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat
f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27). [3] Ftehim
li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp
ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda,
u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,
iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel
darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p.
3). [4] Id-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill
tal-Ministri AKP-UE tal-21 ta' Ġunju 2010, ĠU L 287,
4.11.2010, p.68. [5] ĠU
KE L 317, 15.12.2000, p. 3. [6] Ftehim
li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati
Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u
l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,
iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p.
27). [7] Ftehim
li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri
tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa
waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa
l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat
għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU UE L
287, 4.11.2010, p. 3). [8] ĠU
UE L 95, 14.4.2005, p. 44 [9] Id-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill
tal-Ministri AKP-UE tal-21 ta' Ġunju 2010, ĠU L 287,
4.11.2010, p.68.