Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-Saħħa tal-Annimali /* COM/2013/0260 final - 2013/0136 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. ĠUSTIFIKAZZJONI
U GĦAN Is-saħħa tal-annimali hi ta'
tħassib għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Dan it-tħassib
jitnissel mis-saħħa pubblika, aspetti tas-sikurezza tal-ikel u
s-sigurtà tal-ikel, li huma relatati mas-saħħa tal-annimali,
iżda wkoll mill-ispejjeż ekonomiċi li t-tifqigħat tal-mard
tal-annimali jistgħu jipprovokaw u l-kunsiderazzjonijiet tal-benessri
tal-annimali, kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-miżuri tal-kontroll
tal-mard fuq il-benessri tal-annimali. Fl-istess ħin, din il-proposta tirrifletti
l-prijoritajiet ta’ Regolamentazzjoni Intelliġenti[1] billi timmira li tissimplifika
l-qafas legali eżistenti filwaqt li tirrifletti l-aspettattivi
tal-partijiet interessati fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi. U fl-aħħar nett, il-proposta tirrifletti
l-prijoritajiet tal-Kummissjoni bħall-għan tat-tkabbir
intelliġenti tal-istrateġija Ewropa 2020[2] billi jiġi assistit dan
is-settur ħalli jkun jista’ jsir aktar reżiljenti permezz ta'
miżuri ta’ prevenzjoni attiva u ġestjoni tar-riskju aktar flessibbli. Analiżi tal-problema Il-qafas leġiżlattiv attwali tal-UE dwar
is-saħħa tal-annimali jinvolvi kważi 50 direttiva u regolament
bażiċi, u xi 400 biċċa ta’ leġiżlazzjoni
sekondarja, xi wħud minnhom adottati lura fl-1964. Il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni esterna fl-2004
biex tirrevedi b'mod dettaljat l-eżiti tal-azzjoni tal-UE dwar
is-saħħa tal-annimali, evalwazzjoni li wasslet għal
Strateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali ġdida fl-2007. Minħabba
kombinazzjoni ta' ċirkustanzi, huwa imperattiv li nevalwaw mill-ġdid
il-politika tagħna: L-elementi ewlenin tal-politika attwali tfasslu
fil-biċċa l-kbira bejn l-1986 u l-1995, meta konna għadna
Komunità ta’ tnax-il Stat Membru; Issa feġġew sfidi ġodda. Mard li ma kienx
magħruf għaxar snin ilu issa ħareġ fid-dieher, filwaqt li
mard ieħor, bħalma huma l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-bluetongue
u l-influwenza tat-tjur tal-irziezet, dan l-aħħar ippreżentaw
sfidi ġodda, u fakkruna li għadhom riskji serji; Il-kondizzjonijiet kummerċjali wkoll inbidlu radikalment,
bil-volum tal-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti tal-annimali
jiżdiedu bi kwantità kbira ħafna, kemm fi ħdan l-UE kemm ma’
pajjiżi terzi; Ix-xjenza, it-teknoloġija u l-qafas istituzzjonali
tagħna evolvew sostanzjalment. Għadd ta’ problemi ġew identifikati
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Xi wħud minnhom
għandhom x’jaqsmu mal-approċċ ta’ politika ġenerali,
jiġifieri: –
Il-kumplessità kbira tal-Politika Komunitarja dwar
is-Saħħa tal-Annimali (CAHP) attwali –
In-nuqqas ta’ strateġija kumplessiva –
Mhux biżżejjed enfasi rigward
il-prevenzjoni tal-mard, partikolarment fuq il-ħtieġa ta' żieda
fil-bijosigurtà. Oħrajn kienu relatati ma’ problemi
speċifiċi fil-funzjonament tal-leġiżlazzjoni
eżistenti, b’mod partikolari: –
Kwistjonijiet relatati mal-kummerċ
intra-Unjoni fl-annimali ħajjin. Kemm il-problemi ġenerali kif ukoll dawk
speċifiċi huma jew rettifikati b’din il-liġi, jew se jiġu
rettifikati fl-atti delegati u implimentattivi tagħha. L-għanijiet tal-proposta Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali
hija l-qafas legali li jsostni l-Istrateġija dwar is-Saħħa
tal-Annimali għall-UE, ippubblikata fl-2007. L-għanijiet
ġenerali kif deskritti fl-Istrateġija huma:
garanzija ta' livell
għoli ta' saħħa pubblika u ta' sikurezza tal-ikel permezz tat-tnaqqis
tal-inċidenza ta' riskji bijoloġiċi u kimiċi
għall-bniedem; il-promozzjoni
tas-saħħa tal-annimali permezz
tal-prevenzjoni / tat-tnaqqis tal-inċidenza tal-mard
tal-annimali, u b'dan il-mod l-appoġġ għall-agrikoltura u
l-ekonomija rurali; it-titjib ta'
tkabbir / koeżjoni / kompetittività ekonomika li
tiżgura ċirkolazzjoni ħielsa ta' oġġetti u movimenti
proporzjonali tal-annimali; il-promozzjoni ta'
prattiċi agrikoli u tal-benessri tal-annimali li jipprevjenu t-theddid
relatat mas-saħħa tal-annimali u jimminimizzaw l-impatti ambjentali
b'appoġġ tal-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-UE. L-għanijiet speċifiċi ta’ din
il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali huma: li tistabbilixxi qafas
regolatorju ċar, trasparenti, simplifikat li b'mod sistematiku
jistabbilixxi l-għanijiet, il-kamp ta' applikazzjoni u l-prinċipji
tal-intervent regolatorju; abbażi ta' governanza tajba u konformi
mal-istandards internazzjonali (eż. OIE); b'fokus fuq il-miżuri
preventivi fit-tul u b'ħidma flimkien mal-partijiet interessati relevanti; li tintroduċi
prinċipji ġenerali li jippermettu qafas legali simplifikat biex
nitħejjew għall-isfidi l-ġodda, jiġifieri li jagħmilha
possibbli li nirreaġixxu minnufih f'każ ta' mard emerġenti;
filwaqt li tiġi żgurata l-istess kwalità ta' reazzjoni kif tipprevedi
l-leġiżlazzjoni attwali; li tiżgura
l-konsistenza fost il-prinċipji orizzontali tal-leġiżlazzjoni
fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, tal-politiki tal-benessri
tal-annimali u tas-sikurezza tal-ikel, kif ukoll tal-politiki usa’ tal-UE dwar
it-tibdil fil-klima, il-politika agrikola komuni u s-sostenibbiltà; li tnaqqas l-impatt
tal-mard tal-annimali fuq is-saħħa pubblika u tal-annimali,
il-benessri tal-annimali, l-ekonomija u s-soċjetà, kemm jista’ jkun billi
tissaħħaħ il-kuxjenza dwar il-mard, it-tħejjija,
is-sorveljanza u s-sistemi ta’ reazzjoni għall-emerġenzi fil-livell
nazzjonali u dak tal-UE; li jiġi
żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-annimali u l-prodotti
tal-annimali, b'livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa
tal-annimali u s-saħħa pubblika, u b’appoġġ
għall-objettivi tal-Ewropa 2020. L-għanijiet operattivi ta’ din il-Liġi
dwar is-Saħħa tal-Annimali huma: li tintegra
metodoloġija orjentata lejn l-inċentivi u mħeġġa
mill-prevenzjoni fil-qalba tal-politika tas-saħħa tal-annimali; li tipprevedi
distribuzzjoni ċara u bilanċjata tar-rwoli u r-responsabbiltajiet
bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet tal-UE, is-settur agrikolu,
is-sidien tal-annimali u oħrajn; li tintroduċi
kategorizzazzjoni tal-mard bħala l-bażi għall-intervent mill-UE; li tipprevedi
mekkaniżmi effettivi għal rispons rapidu għal avvenimenti ta’
mard, inklużi sfidi ġodda, bħal mard emerġenti; li tiżgura
t-tħejjija ta' emerġenza u rispons bikri għall-mard tal-annimali
u ż-żoonożi, inkluż l-użu ta’ vaċċini kif
xieraq; Li tintroduċi
proċeduri simplifikati fejn ikun possibbli għal raġunijiet
tekniċi u oħrajn, b’qies tal-ispeċifiċità tal-bdiewa
ż-żgħar u l-mikrointrapriżi, u li tirrilaxxa piżijiet
amministrattivi u spejjeż mhux ġustifikati, kull meta jkun possibbli; li tiżgura li
l-qafas legali l-ġdid jipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex
naddattaw mingħajr skossi għal żviluppi xjentifiċi u
teknoloġiċi futuri; li tnaqqas ir-riskju
ta’ tfixkil fil-kummerċ billi tfittex livell xieraq ta’ konverġenza
mal-istandards internazzjonali relevanti, filwaqt li tiżgura impenn sod
għal standards għolja ta’ saħħa tal-annimali. 2. IL-KUNTEST
LEGALI Bażi legali L-Artikoli 43, 114 u 168 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdu l-bażi legali
għall-miżuri leġiżlattivi tal-UE dwar is-saħħa
tal-annimali, minħabba li huma parti essenzjali mill-politika agrikola,
tas-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-kummerċ u
s-suq uniku. –
L-Artikolu 43 jipprovdi l-bażi
għall-miżuri leġiżlattivi tal-UE dwar il-Politika Agrikola
Komuni. Dan l-Artikolu sar ukoll il-bażi għal leġiżlazzjoni
veterinarja hekk kif is-CAHP qed jiġi kkunsidrat minn perspettiva legali
bħala parti mill-politika agrikola komuni, sabiex jiġu adottati
l-istess proċeduri leġiżlattivi u amministrattivi. –
L-Artikolu 114 jipprovdi l-bażi legali
għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u l-approssimazzjoni
ta’ dispożizzjonijiet preskritti b’liġi, b’regolamenti jew
b’azzjonijiet amministrattivi f’dan ir-rigward. –
L-Artikolu 168 dwar il-protezzjoni
tas-saħħa jirreferi għall-protezzjoni tas-saħħa
tal-bniedem mill-kawżi kollha li jistgħu jagħmlulha
l-ħsara, inklużi dawk relatati mas-saħħa tal-annimali.
Miżuri veterinarji li għandhom bħala l-għan dirett
tagħhom il-protezzjoni tas-saħħa pubblika ġew adottati
wkoll taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni bħala
riżultat ta’ dan l-Artikolu.”. Konsistenza mal-politiki l-oħrajn
tal-Unjoni Din il-ġabra ta' leġiżlazzjoni dwar
is-saħħa tal-annimali tinteraġixxi mal-qafas legali dwar
it-trattament xieraq tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa
pubblika, in-nutrizzjoni tal-annimali, il-prodotti mediċinali veterinarji,
il-ħarsien tal-ambjent, il-kontrolli uffiċjali, il-Politika Komuni
tas-Sajd (PKS) u l-Politika Agrikola Komuni (PAK). Ir-relazzjoni ma’ proposti oħra
fil-pakkett Il-proposta hija parti minn pakkett ta’ erba’
rieżamijiet relatati mas-saħħa tal-annimali, is-saħħa
tal-pjanti, il-kwalità tal-materjal riproduttiv tal-pjanti u l-kontrolli
uffiċjali ta’ pjanti, annimali, ikel u għalf. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-kontrolli
uffiċjali tippermetti li l-kontrolli uffiċjali jkunu applikati b’mod
aktar konsistenti għall-finijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa
tal-annimali, u jorbtu b’mod aktar koerenti mar-regolament dwar
is-saħħa tal-annimali. 3. Is-Sussidjarjetà u L-proporzjonalità Is-sussidjarjetà Saħħa tal-annimali tajba mhux biss
tiġġenera benefiċċji privati iżda hija ta' ġid
pubbliku b'benefiċċji soċjali usa’. In-natura trażmissibbli
ta’ ħafna mard tal-annimali tfisser li approċċ komuni, minflok
serje ta’ azzjonijiet individwali, se jkollha l-ikbar benefiċċji
ġenerali. Il-valur ta’ approċċ armonizzat tal-UE
huwa ġeneralment aċċettat u għen biex jitnaqqas il-piż
amministrattiv għall-operaturi, il-kummerċjanti, il-veterinarji u
l-industriji marbuta mal-veterinarja. Dan kellu parti importanti
fl-istabbiliment tas-suq uniku, li jiffaċilita l-kummerċ intra-UE
f’annimali u prodotti tal-annimali (laħam, ħalib, eċċ.)
permezz tal-istabbiliment ta' kundizzjonijiet armonizzati dwar
is-saħħa tal-annimali u l-promozzjoni tas-suċċess tal-PAK. Il-benefiċċji ta’ regoli armonizzati
għall-prevenzjoni, in-notifika, il-kontroll u l-qirda ta' mard
tal-annimali fil-livell tal-UE ntwerew matul it-tifqigħ tal-mard
tal-annimali fi żminijiet riċenti. Ir-rispons għal dawn
il-kriżijiet ta xhieda tal-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi
malajr, u b'hekk tillimita l-firxa tal-mard u tnaqqas l-impatti tagħhom
kemm jista' jkun. Dan kien dovut l-aktar għall-approċċ
armonizzat fil-kontroll tal-mard, inkluż billi jingħata kumpens
finanzjarju għat-telf fuq l-irziezet minħabba miżuri ta’
eradikazzjoni tal-mard. Barra minn hekk, meta titqies id-dimensjoni tas-suq
uniku, in-nuqqas li jiġi kkontrollat il-mard fi Stat Membru wieħed,
jista' jaffettwa b’mod sever ħafna l-qagħda tas-saħħa
tal-Unjoni u jipperikola l-potenzjal tagħha għall-esportazzjoni.
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata,
peress li huwa ċar li l-Istati Membri waħidhom ma jistgħux
jiksbu dan b’mod sodisfaċenti, u li l-UE tista’ tikseb approċċ
konsistenti b’mod aktar effettiv u effiċjenti. Il-proporzjonalità Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali
tistabbilixxi qafas ġenerali għall-prevenzjoni, il-kontroll u
l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali. Dan il-qafas huwa mibni fuq regoli
bbażati fuq ir-riżultati, li jevitaw l-utilizzar preskrittiv
żejjed, u li jħallu wisa’ għall-Istati Membri biex jirregolaw
jew jiffissaw leġiżlazzjoni iktar dettaljata meta jkun
meħtieġ, b'mod li jipprovdu flessibbiltà biex jadattaw ir-regoli
għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Min-naħa l-oħra, ir-regoli dwar il-kummerċ għandu jkollhom
neċessarjament ċertu livell ta’ dettall u preċiżjoni biex
jitnaqqas ir-riskju ta’ prattiki ta’ implimentazzjoni differenti mill-operaturi
u l-awtoritajiet kompetenti u sussegwentement distorsjoni tal-kompetizzjoni u
tnaqqis possibbli fil-koerenza tal-istrateġija għall-indirizzar
tal-mard. Għalhekk, il-liġi dwar is-saħħa tal-annimali
tfittex li tikseb il-bilanċ bejn azzjoni proporzjonali iżda
meħtieġa. 4. KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-proċess ta’ konsultazzjoni Din il-liġi dwar is-saħħa
tal-annimali hija r-riżultat ta’ sensiela twila ta’ analiżijiet
meqjusa. Fl-2004, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni
indipendenti biex tevalwa l-prestazzjoni tal-Politika Komunitarja dwar
is-Saħħa tal-Annimali (CAHP)[3]
matul l-aħħar għaxar snin u l-koerenza tagħha ma’
interventi oħra ta’ politika tal-UE. L-għan kien li jiġu
identifikati elementi tas-CAHP li jistgħu jittejbu aktar, u li jiġu
proposti għażliet sabiex jinkiseb dan it-titjib. Fost affarijiet oħra, l-evalwazzjoni tas-CAHP
irrakkomandat li tissawwar strateġija unika dwar is-saħħa
tal-annimali biex jiġi evitat l-iżvilupp ta’ politika biċċa
biċċa u spintata mill-kriżijiet. L-Istrateġija tal-UE
għas-Saħħa tal-Annimali 2007-2013 (AHS) “Il-prevenzjoni hija
aqwa mill-kura” kienet ir-riżultat ta' dan[4]. L-AHS tipprevedi l-adozzjoni ta’ “qafas
regolatorju waħdieni għas-saħħa tal-annimali
b’konċentrazzjoni aqwa fuq l-inċentivi milli fuq il-pieni,
konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE u li jikkonverġi lejn standards
internazzjonali”, u li “jiddefinixxi u jintegra prinċipji u rekwiżiti
komuni ta’ leġiżlazzjoni eżistenti”. Fir-reazzjoni tagħhom
għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija l-ġdida,
il-Parlament Ewropew[5],
il-Kunsill[6]
u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7]
laqgħu tajjeb din l-inizjattiva. Sussegwentement, il-pjan ta’ Azzjoni
għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija kkonferma li “L-għan
ewlieni tal-Istrateġija[8]
huwa t-tiswir ta' Liġi tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali”. Mill-bidu nett tal-proċess, il-partijiet
interessati ewlenin, l-Awtoritajiet Kompetenti (AK) tal-Istati Membri (SM),
organizzazzjonijiet internazzjonali u s-sħab kummerċjali kienu
involuti mill-qrib u kellhom rwol kruċjali fid-diskussjoni. Barra minn
hekk, l-atturi ekonomiċi u soċjali, bħall-assoċjazzjonijiet
Ewropej b’interess fis-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u
l-pubbliku interessat, ġew ikkonsultati f’numru ta’ okkażjonijiet
skont l-istandards tal-Kummissjoni għall-konsultazzjoni. 5. L-Elementi tal-proposta Parti I: Regoli ġenerali Il-liġi dwar is-saħħa tal-annimali
tistipula prinċipji ġenerali għal saħħa tajba
tal-annimali fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Tgħaqqad flimkien
miżuri għal saħħet l-annimali għall-annimali terrestri
u akkwatiċi. Il-Parti I tipprovdi wkoll prijoritizzazzjoni u
elenkar tal-mard li aktarx ikollhom impatt sinifikanti. Għall-ewwel darba,
dan se jippermetti li l-mezzi tal-Unjoni jiġu sistematikament ipprijoritizzati
fuq bażi ta’ evidenza u xjentifika. Ir-responsabbiltajiet tal-atturi differenti kollha
li jaqdu rwol importanti fis-salvagwardja tas-saħħa tal-annimali,
bħall-operaturi, il-veterinarji, u s-sidien tal-annimali domestiċi,
huma espliċitament stabbiliti għall-ewwel darba. B’mod partikolari,
l-operaturi u l-professjonisti tal-annimali issa huma meħtieġa li
jiksbu għarfien bażiku dwar is-Saħħa tal-Annimali u
kwistjonijiet relatati. Parti II: Notifika, Sorveljanza, Programmi
ta’ Qerda, Ħelsien mill-Mard Parti II tiċċara r-responsabbiltajiet
għan-notifika u s-sorveljanza, inklużi żjarat dwar
is-saħħa tal-annimali. Tiċċara r-rwoli tal-operaturi,
tal-awtoritajiet kompetenti u partijiet oħrajn fir-rigward tas-sorveljanza
tal-qagħda tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni. Is-sistema
l-ġdida tippermetti użu aħjar tas-sinerġiji bejn
l-attivitajiet ta' sorveljanza mwettqa minn atturi differenti fil-qasam biex
jiżguraw l-aktar għażla effikaċi u kosteffiċjenti
fl-użu tar-riżorsi ta’ sorveljanza. Bidla oħra ewlenija hawnhekk hija li
kompartimenti, li bħalissa huma permessi biss għall-miżuri
relatati mal-Influwenza tat-Tjur tal-irziezet u fl-akkwakultura, issa
jistgħu jintużaw b’mod aktar wiesa’. Dan jintroduċi aktar
flessibbiltà f’miżuri ta’ kontroll tal-mard, u jdaħħal il-possibbiltà
li jitkomplew il-movimenti u l-kummerċ taħt ċerti
ċirkostanzi, b'qies minn perspettiva bbażata fuq ir-riskji. Parti III: Tħejjija għall-Mard, Għarfien u Kontroll Il-Parti III tkompli tirrikjedi li l-SMi jfasslu pjanijiet ta’
kontinġenza biex jittrattaw ċertu mard, u li jipprattikaw
l-implimentazzjoni tagħhom. Il-qafas regolatorju għat-tilqim issa huwa
previst b’mod espliċitu u koerenti. Ir-regoli għall-użu ta’ antiġeni,
tilqim u banek reaġenti huma stabbiliti. Ir-regoli dwar il-miżuri ta' kontroll li
jridu jittieħdu fil-każ ta’ suspett jew konferma ta’ tifqigħ ta’
ċertu mard huma stabbiliti, bi ftit tibdil għas-sistema
eżistenti, li titqies li taħdem sew. Il-Parti IV: Rekwiżiti li
Jikkonċernaw ir-Reġistrazzjoni, l-Approvazzjoni,
it-Traċċabbiltà u l-Movimenti Il-Parti IV se tinqasam fi tliet titoli, b’regoli
distinti dwar annimali tal-art, tal-ilma, u oħrajn. Huwa meħtieġ
li wieħed iqishom separatament minħabba l-metodi ta’ produzzjoni u
l-epidemjoloġija differenti tagħhom. It-titoli li jittrattaw
l-annimali akkwatiċi u terrestri jistabbilixxu miżuri li jgħinu
biex jiġu identifikati u rintraċċati l-annimali u
l-istabbilimenti. It-traċċabbiltà tal-annimali hija ta’ importanza
kruċjali matul tifqigħa ta’ marda sabiex l-epidemjoloġija
tal-marda tinftiehem u tkun tista’ tiġi kkontrollata aħjar. Dawn
it-titoli jintroduċu wkoll il-possibbiltà li iktar annimali jiġu
rreġistrati u rintraċċati permezz ta’ mezzi elettroniċi,
jippromwovu s-sempliċità u regolamentazzjoni aħjar, u jnaqqsu
l-piż amministrattiv permezz tal-użu tat-teknoloġija. It-tielet
titolu, fuq annimali oħra, huwa introdott biss għal previżjoni
futura possibbli, jekk theddidiet ġodda jitfaċċaw b’rabta ma’
dawn l-annimali. Parti V: Id-Dħul fl-Unjoni u
l-Esportazzjoni Il-Parti V tistabbilixxi l-istandards u
r-rekwiżiti għal pajjiżi terzi li jibagħtu l-annimali,
il-prodotti ġerminali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali u
materjal ieħor li jista' jittrażmetti mard tal-annimali fl-Unjoni,
sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ mard. Tistipula wkoll
rekwiżiti għall-esportazzjoni. L-ebda tibdil prattiku m'hu previst
mil-leġiżlazzjoni eżistenti, li hija meqjusa li tiffunzjona
tajjeb. Parti VI: Miżuri ta’ Emerġenza Il-miżuri ta’ emerġenza huma parti
kruċjali mill-ġestjoni tal-mard. Il-Parti VI tistabbilixxi
l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’
emerġenza, għall-iżgurar ta’ reazzjoni rapida u konsistenti
mill-Unjoni. Huma previsti biss ftit tibdiliet prattiċi
mil-leġiżlazzjoni eżistenti, li hija meqjusa li tiffunzjona
tajjeb ferm. Parti VII: Dispożizzjonijiet Finali u
Tranżitorji Id-dispożizzjonijiet finali u
tranżitorji jistipulaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali,
il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ atti delegati, revoki oħra, u
d-dispożizzjonijiet legali neċessarji. 6. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Din il-proposta ma timplikax spejjeż li mhumiex diġà
inklużi fid-dikjarazzjoni finanzjarja tal-qafas finanzjarju komuni dwar
il-katina alimentari, is-saħħa u t-trattament tajjeb tal-annimali, u
relatati mas-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti. 2013/0136 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar is-Saħħa tal-Annimali IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2),
l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[10],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-impatt ta’ mard
trażmissibbli u l-miżuri meħtieġa biex jikkontrollaw dan
il-mard jistgħu jkunu devastanti għal annimali individwali,
popolazzjonijiet tal-annimali, dawk li jżommu l-annimali, u l-ekonomija. (2) Kif l-esperjenzi reċenti
wrew, il-mard trażmissibbli tal-annimali jista’ jkollu wkoll impatt
sinifikanti fuq is-saħħa pubblika, bħal pereżempju
fil-każ tal-influwenza tat-tjur tal-irziezet u s-salmonella. (3) Barra minn hekk, jafu
jiġu osservati effetti interattivi negattivi fir-rigward
tal-bijodiversità, it-tibdil fil-klima u aspetti ambjentali oħra.
It-tibdil fil-klima jaf jinfluwenza l-emerġenza ta’ mard ġdid,
il-prevalenza ta’ mard eżistenti u d-distribuzzjoni ġeografika ta’
aġenti tal-mard u l-organiżmi li jġorru l-mard, inklużi
dawk li jaffettwaw l-annimali selvaġġi. (4) Sabiex jiġu żgurati
standards għolja tas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni,
għandhom jiġu stabbiliti regoli fil-livell tal-Unjoni
għall-iżvilupp razzjonali tas-setturi tal-agrikoltura u
l-akkwakultura, għal żieda fil-produttività u
għas-saħħa tal-annimali. Dawn ir-regoli huma meħtieġa,
fost l-oħrajn, biex ikun hemm kontribut għat-tlestija tas-suq intern,
u biex ikun evitat it-tixrid ta’ mard infettiv. (5) Il-leġiżlazzjoni
attwali tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni tikkonsisti f’serje ta’
atti bażiċi marbuta u interkonnessi li jistabbilixxu regoli dwar
is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-kummerċ
intra-Komunitarju, għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u prodotti,
għall-eradikazzjoni tal-mard, għall-kontrolli veterinarji,
għann-notifika tal-mard, u għall-appoġġ finanzjarju b’rabta
ma’ speċijiet differenti tal-annimali, iżda jonqos qafas legali
globali li jipprovdi prinċipji armonizzati fis-settur kollu. (6) L-Istrateġija dwar
is-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni (2007-2013) tipproponi li
“Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura”, u ġiet adottata mill-Kummissjoni
fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Settembru 2007
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni[11].
Din l-Istrateġija għandha l-għan li tiffoka aktar fuq
miżuri preventivi, is-sorveljanza tal-mard, il-kontroll tal-mard u
r-riċerka, sabiex titnaqqas l-inċidenza ta’ mard tal-annimali u
timminimizza l-impatt tat-tifqigħat meta dawn iseħħu. Tipproponi
l-adozzjoni ta’ “qafas regolatorju uniku u simplifikat
għas-saħħa tal-annimali”, u b’hekk tfittex konverġenza
għall-istandards internazzjonali filwaqt li tiżgura impenn sod
għal standards għolja ta’ saħħa tal-annimali. (7) L-għan ta’ dan
ir-Regolament huwa li jimplimenta l-impenji u l-viżjonijiet previsti f'dik
l-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali, inkluż il-prinċipju
ta' "Saħħa waħda", u li jikkonsolida l-qafas
ġuridiku komuni tal-politika tal-Unjoni dwar saħħet l-annimali
permezz ta’ qafas regolatorju wieħed, issimplifikat u flessibbli
għas-saħħa tal-annimali. (8) L-annimali jistgħu jbatu
minn firxa wiesgħa ta’ infezzjonijiet jew mard li mhuwiex infettiv.
Ħafna mard jista' jiġi ttrattat, għandu impatt biss fuq
l-annimali individwali kkonċernati, jew ma jinxteridx fost annimali
oħra jew fost il-bnedmin. Min-naħa l-oħra, il-mard li
jittieħed jista’ jkollu impatt usa’ fuq is-saħħa tal-annimali
jew is-saħħa pubblika b’effetti li jinħassu fuq livell ta'
popolazzjoni. Ir-regoli tas-saħħa tal-annimali stipulati f’dan
ir-Regolament għandhom biss ikunu limitati għal dak il-mard
tal-aħħar. (9) Fl-istipular ta’ dawn ir-regoli
dwar is-saħħa tal-annimali, huwa essenzjali li jingħataw
kunsiderazzjonijiet lir-rabta bejn saħħet l-annimali u
s-saħħa pubblika, l-ambjent, is-sikurezza tal-ikel u l-għalf,
it-trattament xieraq tal-annimali, is-sigurtà tal-ikel, u l-aspetti
ekonomiċi, soċjali u kulturali. (10) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 94/800/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar
il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu
affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq
fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994)[12] approvat f’isem dik li kienet
il-Komunità Ewropea, fir-rigward ta’ dik il-parti ta’ dawk il-kwistjonijiet li
taqa’ fil-kompetenza tagħha l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ (WTO), kif ukoll l-Ftehimiet stipulati fl-Annessi 1, 2
u 3 għal dak il-Ftehim li jinkludu Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’
Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (il-Ftehim SPS). Il-Ftehim SFS jirregola
l-użu tal-miżuri meħtieġa biex jipproteġu
s-saħħa tal-bniedem, il-ħajja jew is-saħħa tal-annimali
jew tal-pjanti sabiex dawn ma jerġgħux jiddiskriminaw, b’mod
arbitrarju jew mhux iġġustifikat, bejn il-Membri tad-WTO. Jekk
jeżistu standards internazzjonali, jeħtieġ li jintużaw
bħala bażi. Madankollu, il-Membri għandhom id-dritt li
jistabbilixxu standards rilevanti tagħhom stess, sakemm dawn l-istandards
ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika. (11) Fir-rigward
tas-saħħa tal-annimali l-Ftehim SPS jirreferi għall-istandards
tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE)
fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali
għall-kummerċ internazzjonali. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tfixkil
kummerċjali, il-miżuri tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali
għandhom jimmiraw għal livell xieraq ta' konverġenza
mal-istandards tal-OIE. (12) F’ċirkostanzi speċifiċi
fejn ċertu riskju għas-saħħa tal-annimal jew tal-publiku
jeżisti iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, l-Artikolu
5(7) tal-Ftehim SPS, li ġie interpretat għall-Unjoni fil-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2000 dwar il-prinċipju ta’ prekawzjoni[13], jippermetti lil Membru ta’
dak il-ftehim li jadotta miżuri proviżorji fuq il-bażi
tal-informazzjoni rilevanti disponibbli. F’ċirkostanzi bħal dawn,
il-Membru tad-WTO huwa rikjest li jikseb it-tagħrif addizzjonali meħtieġ
għal stima iktar oġġettiva tar-riskji, u li jeżamina
l-miżura skont il-każ f'perjodu ta’ żmien raġonevoli. (13) Il-valutazzjoni tar-riskju, li
fuqha jissejsu l-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament, għandha
tkun ibbażata fuq l-evidenza xjentifika disponibbli u titwettaq b’mod
indipendenti, oġġettiv u trasparenti. Għandhom jitqiesu wkoll
l-opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel stabbilita
bl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji
ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li
jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel [Sikurezza tal-Ikel] u
jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà [sikurezza] tal-ikel[14]. (14) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li
jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji
tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum
mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament
dwar prodotti sekondarji tal-annimali)[15]
jistabbilixxi regoli tas-saħħa kemm pubblika kif ukoll tal-annimali
għal ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati
minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji
għas-saħħa pubblika u tal-annimali li ġejjin minn dawn
il-prodotti, u b’mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina
tal-ikel u tal-għalf. Sabiex tkun evitata kull dupplikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu
għalhekk japplika biss għal prodotti sekondarji tal-annimali u
prodotti derivati minnhom fejn regoli speċifiċi ma jkunux stabbiliti
fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u fejn huwa involut riskju
għas-saħħa tal-annimali. Pereżempju, ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009
ma jirregolax kif għandhom jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji
tal-annimali u l-prodotti derivati minnhom fil-kuntest ta’ miżuri ta’
kontroll tal-mard, u għalhekk dawn il-kwistjonijiet huma debitament
koperti minn dan ir-Regolament. (15) Barra minn hekk, regoli
speċifiċi dwar mard trażmissibbli, inkluż dak li jiġi
trażmess lill-bnedmin (“żoonożi”), huma stabbiliti diġà
fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli
għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta
enċefalopatija sponġiformi li tinxtered[16], id-Direttiva 2003/99/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward
il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti
żoonotiċi[17],
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva
tal-Kunsill 92/117/KEE[18]
u r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17
ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti
żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru mill-ikel, u
regoli speċifiċi dwar mard li jittieħed fil-bnedmin
fid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network
għas-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll ta’ mard li jinxtered
fil-Komunità[19].
Dawn l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’
dan ir-Regolament. Għalhekk, sabiex tkun evitata kull duplikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika
biss għal żoonożi sal-punt li mhumiex diġà stabbiliti
regoli speċifiċi f’dawk l-atti l-oħra tal-Unjoni. (16) Mard li jseħħ
f’popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi jista’ jkollu effett
detrimentali fuq is-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, fuq is-saħħa
pubblika, l-ambjent u l-bijodiversità. Huwa għalhekk xieraq li l-kamp ta'
applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu, f’dawn il-każijiet,
ikopri l-annimali selvaġġi, kemm bħala vittmi potenzjali ta’ dak
il-mard u kemm bħala l-vetturi tiegħu. (17) Il-mard tal-annimali ma
jitteħidx biss permezz ta’ kuntatt dirett bejn l-annimali jew bejn
l-annimali u l-bnedmin. Jiġi trasferit ukoll aktar lil hinn, permezz ta’
sistemi tal-ilma u tal-arja, vetturi bħal insetti, jew l-isperma, l-ova u
l-embrijuni użati f’inseminazzjoni artifiċjali, l-ovum
f'donazzjonijiet, jew it-trasferiment ta’ embrijuni. L-aġenti tal-mard jistgħu
jinsabu wkoll fl-ikel u prodotti oħra ta’ oriġini mill-annimali,
bħal ġilda, pil, rix, qarn u kwalunkwe materjal ieħor derivat
mill-ġisem ta’ annimal. Barra minn hekk,
diversi oġġetti oħra bħall-vetturi tat-trasport,
it-tagħmir, l-għalf, u l-ħuxlief u t-tiben, jistgħu jkunu
aġenti tad-diffużjoni tal-mard. Għalhekk, regoli effettivi
tas-saħħa tal-annimali hemm bżonn li jkopru kull rotta ta’
infezzjoni u l-materjal involut fiha. (18) Il-mard tal-annimali jista’
jkollu effetti detrimentali fuq id-distribuzzjoni tal-ispeċijiet
tal-annimali selvaġġi, u b’hekk jaffettwa l-bijodiversità.
Mikroorganiżmi li jikkawżaw mard tal-annimali jistgħu
għalhekk jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta’ speċijiet
aljeni invażivi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità
Bijoloġika. Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament iqisu wkoll
il-bijodiversità u għalhekk dan ir-Regolament għandu jkopri
speċijiet tal-annimali u aġenti tal-mard, inklużi dawk definiti
bħala speċijiet ta’ annimali invażivi, li jkollhom rwol fit-trażmissjoni
ta’, jew li huma affettwati minn, mard kopert minn dan ir-Regolament. (19) Fil-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni adottata qabel dan ir-Regolament hemm regoli separati li
jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali stipulati għall-annimali
terrestri u akkwatiċi. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’
Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali
għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar
il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi[20], tippreskrivi regoli
speċifiċi għall-annimali akkwatiċi. Iżda
fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-prinċipji ewlenin ta’
governanza tajba tas-saħħa tal-annimali huma applikabbli
għaż-żewġ gruppi ta’ speċijiet tal-annimali.
Għaldaqstant, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu
jkopri kemm l-annimali terrestri kif ukoll dawk akkwatiċi, u għandu
jallinja dawk ir-regoli tas-saħħa tal-annimali, fejn applikabbli.
Madankollu, għal ċerti aspetti, b’mod partikolari
r-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti u
t-traċċabbiltà u movimenti ta’ annimali fi ħdan l-Unjoni, dan
ir-Regolament josserva l-approċċ adottat fil-passat, jiġifieri
li jistabbilixxi ġabriet differenti ta’ regoli dwar is-saħħa
tal-annimali għall-annimali terrestri u akkwatiċi minħabba
l-ambjenti differenti tagħhom u għalhekk rekwiżiti differenti
għall-ħarsien tas-saħħa. (20) Il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni adottata qabel dan ir-Regolament u b’mod partikolari d-Direttiva
tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi
l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw
il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u
embrijuni, li mhumiex soġġetti għall-kondizzjonijiet dwar
is-saħħa tal-annimali preskritti f’regoli speċifiċi
tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE[21] jistipula wkoll regoli
bażiċi tas-saħħa tal-annimali għal speċijiet ta’
annimali oħra mhux regolati f’atti oħra tal-Unjoni, bħalma huma
r-rettili, l-amfibji, il-mammiferi tal-baħar, u oħrajn li mhumiex
annimali akkwatiċi jew terrestri kif definiti f’dan ir-Regolament.
Normalment, dawn l-ispeċijiet ma jirrappreżentawx riskju sinifikanti
għas-saħħa tal-bnedmin jew ta’ annimali oħra, u
għalhekk ftit regoli biss dwar is-saħħa tal-annimali, jekk hemm,
japplikaw għalihom. Sabiex jiġu evitati piżijiet u spejjeż
amministrattivi mhux meħtieġa, dan ir-Regolament għandu jsegwi
l-approċċ adottat fil-passat, jiġifieri li jipprovdi l-qafas
legali għal regoli dettaljati dwar is-saħħa tal-annimali
għall-movimenti ta’ dawn l-annimali u l-prodotti tagħhom li
għandhom jiġu stabbiliti jekk ir-riskji involuti jeħtieġu
hekk. (21) Iż-żamma ta’
annimali domestiċi, inklużi annimali akkwatiċi ornamentali
fid-djar u akkwarji ornamentali mhux kummerċjali, kemm ġewwa u kemm
barra, ġeneralment tirrappreżenta riskju ta’ saħħa aktar
baxx meta mqabbla ma’ modi oħrajn ta’ żamma jew tal-moviment
tal-annimali fuq skala usa’, bħal dawk komuni fl-agrikoltura.
Għalhekk, mhuwiex xieraq li rekwiżiti ġenerali li
jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni, iż-żamma ta’ dokumenti u
movimenti fl-Unjoni japplikaw għal dawn l-annimali, billi dan ikun
jirrappreżenta piż u spiża amministrattivi mhux
ġustifikati. Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u
ż-żamma ta’ reġistru għalhekk m’għandhomx japplikaw
għal dawk li jżommu l-annimali domestiċi. Barra minn hekk,
għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal
movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fl-Unjoni. (22) Xi gruppi ddefiniti ta’
annimali, li għalihom jeżistu regoli speċjali dwar
is-saħħa tal-annimali f’dan ir-Regolament, jeħtieġ li
jiġu elenkati bħala speċijiet f’Anness, minħabba l-kamp ta’
applikazzjoni wiesa’ tal-grupp. Dan huwa l-każ għall-grupp ta’
mammiferi kklassifikati bħala ungulati. Din il-lista għandha mnejn
ikollha tinbidel fil-ġejjieni minħabba raġunijiet ta’
tassonomija mibdula, l-iżvilupp xjentifiku jew aġġornamenti
tekniċi ġustifikati mix-xjenza. Bl-istess mod, il-lista ta’
speċijiet tal-annimali domestiċi jista’ jkun hemm il-bżonn li
tiġi aġġustata minħabba żviluppi fis-soċjetà, jew
jekk jinbidlu d-drawwiet ta' dawk li jżommu l-annimali domestiċi,
b’mod partikolari fejn dawn l-annimali jittrażmettu l-mard. Għalhekk,
sabiex jitqiesu dawn il-bidliet, is-setgħa li jiġu adottati atti
skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-listi ta’
annimali domestiċi u ungulati stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan
ir-Regolament. (23) Mhux il-mardiet kollha
trażmissibbli tal-annimali jistgħu jew għandhom jiġu
evitati u kkontrollati permezz ta’ miżuri regolatorji, pereżempju
jekk il-marda hija wisq ġenerali, għodod dijanjostiċi ma jkunux
disponibbli, jew jekk is-settur privat jista’ jieħu miżuri biex
jikkontrolla l-marda hu stess. Miżuri regolatorji biex jipprevjenu u
jikkontrollaw mard trażmissibbli tal-annimali jkollhom konsegwenzi
ekonomiċi importanti għas-setturi rilevanti u jfixklu l-kummerċ.
Għalhekk huwa essenzjali li dawn il-miżuri jkunu applikati biss meta
proporzjonati u meħtieġa, bħal meta marda tippreżenta jew
hi suspettata li tippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa
tal-annimali jew dik tal-pubbliku. (24) Barra minn hekk,
il-miżuri preventivi u ta’ kontroll għal kull marda
trażmissibbli tal-annimali għandhom ikunu “mfassla apposta” sabiex
jiġu indirizzati l-profil epidemjoloġiku uniku tagħha u
l-konsegwenzi tiegħu. Il-parti preventiva u r-regoli ta' kontroll li
japplikaw għal kull marda minnhom għandhom għalhekk ikunu
speċifiċi skont il-marda. (25) Għall-mard
trażmissibbli tal-annimali, kundizzjoni ta' marda hija normalment
assoċjata mad-dritt ta’ manifestazzjoni klinika jew patoloġika ta’
din l-infezzjoni. Madankollu, għall-fini ta’ dan ir-Regolament, li
għandu l-għan li jikkontrolla l-firxa u jeqred ċertu mard
trażmissibbli tal-annimali, id-definizzjoni għandha tkun usa’ sabiex
tinkludi trasportaturi oħra tal-aġent tal-marda. (26) Xi mard trażmissibbli
tal-annimali ma jinxteridx faċilment fost annimali oħra jew
il-bnedmin, u għalhekk ma jikkawżawx dannu ekonomiku jew ta’
bijodiversità fuq skala wiesgħa. Għalhekk, ma jirrappreżentawx
theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew
għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u għaldaqstant jista’, jekk
mixtieq, jiġi indirizzat minn regoli nazzjonali. (27) Għal mard
trażmissibbli tal-annimali li mhuwiex soġġett
għall-miżuri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni iżda li huwa ta’
xi importanza ekonomika għas-settur privat fil-livell lokali, dawn
tal-aħħar għandhom, bl-għajnuna tal-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri, jieħdu azzjonijiet biex jipprevjenu jew jikkontrollaw
it-tali mard, pereżempju permezz ta’ miżuri awtoregolatorji jew l-iżvilupp
ta’ kodiċi ta’ prattika. (28) B’kuntrast ma’ mard
trażmissibbli tal-annimali deskritt fil-premessi 26 u 27, mard
trażmissibbli ħafna tal-annimali jista' faċilment jinfirex lil
hinn mill-fruntieri u, jekk ikun ukoll każ ta' żoonożi, jista'
wkoll ikollu impatt fuq is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel.
Għalhekk il-mard trażmissibbli ħafna tal-annimali u
ż-żoonosi għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament. (29) L-Azzjoni Nru 5
tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill –
Pjan ta’ azzjoni kontra t-theddida dejjem tikber mir-Resistenza Antimikrobika[22] tenfasizza r-rwol preventiv
ta’ dan ir-Regolament u tistenna tnaqqis konsegwenti tal-użu
tal-antibijotiċi fl-annimali. Ir-reżistenza tal-mikroorganiżmi
għall-antimikrobiċi li għalihom qabel kienu reattivi qed
tiżdied. Din ir-reżistenza tikkomplika t-trattament ta’ mard infettiv
fil-bnedmin u fl-annimali. Bħala riżultat, il-mikroorganiżmi li
żviluppaw reżistenza għall-antimikrobiċi għandhom
ikunu ttrattati bħallikieku kienu mard li jittieħed, u għalhekk
jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. (30) Perikli ġodda
assoċjati ma’ ċertu mard jew ċerti speċijiet jistgħu
jiżviluppaw b’mod partikolari minħabba bidliet fl-ambjent, il-klima,
it-trobbija tal-annimali, it-tradizzjonijiet tal-biedja, iżda wkoll
permezz ta’ bidliet soċjali. Il-progress xjentifiku jista’ jwassal ukoll
għal għarfien ġdid u żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar mard
eżistenti. Barra minn hekk, il-mard u l-ispeċijiet li huma importanti
llum jistgħu jkunu emarġinati fil-ġejjieni. Għalhekk
l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkun wiesa’, u r-regoli stabbiliti
għandhom jiġu ffokati fuq il-mard b’rilevanza għolja
għall-pubbliku. L-OIE, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea,
għandha tiżviluppa sistema ta’ prijoritizzazzjoni u kategorizzazzjoni
tal-mard, billi tipproduċi studju dwar “l-elenkar u l-kategorizzazzjoni
tal-prijorità fost mard tal-annimali, inkluż dak li jiġi
trażmess lill-bnedmin”[23],
u għodda għal tali eżerċizzju. Jeħtieġ li dan
ir-Regolament jintroduċi approċċ bħal dan
fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. (31) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
fir-rigward ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fil-livell tal-Unjoni,
huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista armonizzata ta’ mard
trażmissibbli tal-annimali (“mard elenkat”). Għalhekk is-setgħat
ta’ implimentazzjoni sabiex tiġi stabbilita t-tali lista għandhom
jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. (32) Mard emerġenti
bil-potenzjal li jikkawża riskji serji għas-saħħa pubblika
u tal-annimali u b'impatti fuq is-saħħa, l-ekonomija jew l-ambjent
jista' jfeġġ fil-futur. Wara l-valutazzjoni ta’ tali mard u wara
l-adozzjoni ta' miżuri temporanji ta’ emerġenza, meta rilevanti, reazzjoni
ta’ malajr u l-introduzzjoni ta’ tali mard fil-lista ta’ mard elenkat tista’
tkun meħtieġa. Għaldaqstant, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont il-proċedura tal-urġenza għandha tiġi
ddelegata lill-Kummissjoni f’dawn każijiet iġġustifikati ta’
riskji lis-saħħa pubblika jew tal-annimali. (33) Il-mard elenkat se
jeħtieġ metodi ta’ ġestjoni differenti. Xi mard li
jittieħed faċilment li bħalissa mhuwiex preżenti fl-Unjoni
jeħtieġ miżuri stretti biex jinqered minnufih hekk kif dan
ifeġġ. Għal mard ieħor li jista’ jkun diġà
preżenti f’partijiet tal-Unjoni, eradikazzjoni obbligatorja jew volontarja
tkun meħtieġa. Fiż-żewġ każijiet, huwa xieraq li
jiġu stabbiliti restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ annimali u prodotti,
bħal projbizzjoni ta’ movimenti għal u minn żoni milquta, jew
sempliċiment ittestjar qabel id-dispaċċ. Jista’ jkun xieraq li,
f'każijiet oħra, tiġi implimentata biss sorveljanza
tad-distribuzzjoni tal-marda, mingħajr it-teħid ta’ iktar
miżuri. Dan ikun il-każ, b’mod partikolari, f’każ ta’ marda
emerġenti li għaliha hemm informazzjoni limitata. (34) Għandhom jiġu
stabbiliti kriterji biex jiġi żgurat li l-aspetti relevanti kollha
jiġu meqjusa meta jiġi ddeterminat liema mard trażmissibbli
tal-annimali għandu jiġi elenkat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
u li tiġi determinata l-applikabbiltà ta’ regoli tar-Regolament
għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard fil-każ tal-mard elenkat
differenti, biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza. Sabiex
jiġi żgurat li l-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi ta’
standards internazzjonali relevanti jiġu meqjusa, is-setgħa li
jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi possibbli ta’ dawk il-kriterji. (35) Ir-regoli dwar il-prevenzjoni
u l-kontrolli ta’ dan ir-Regolament għal xi marda speċifika
trażmissibbli tal-annimali għadhom japplikaw għal speċijiet
ta’ annimali li jistgħu jxerrdu l-marda inkwistjoni, billi jkunu
suxxettibbli għaliha jew billi jservu ta' vettur tagħha. Sabiex jiġu
żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista armonizzata
ta’ speċijiet li għalihom il-miżuri għal mard elenkat
speċifiku għandhom japplikaw fil-livell tal-Unjoni (‘speċijiet
elenkati”), u għalhekk is-setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex
tiġi stabbilita t-tali lista għandhom jiġu kkonferiti
lill-Kummissjoni. (36) Abbażi tal-importanza u
l-livell tal-impatt ta’ xi marda elenkata, id-distribuzzjoni, il-prevalenza u
l-inċidenza tagħha fl-Unjoni u d-disponibbiltà ta’ miżuri
għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard fir-rigward ta’ dik il-marda,
għandhom japplikaw b’mod koerenti u b’mod konsistenti għal kull marda
elenkata kategorija differenti ta’ regoli speċifiċi
għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f’dan ir-Regolament. (37) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
fir-rigward ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard
applikabbli għal mard elenkat, huwa meħtieġ li tiġi ddeterminata
l-applikazzjoni tar-regoli previsti f’dan ir-Regolament għal mard elenkat
fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk is-setgħat ta’ implimentazzjoni
sabiex jiġi stabbilit liema mard elenkat għandu jkun
soġġett għal liema regoli għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni.
(38) L-operaturi, il-professjonisti
u dawk li jżommu l-annimali domestiċi li lkoll jaħdmu
mal-annimali huma fl-aħjar pożizzjoni biex josservaw u jiżguraw
is-saħħa tal-annimali u ta’ prodotti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Għandhom għaldaqstant ikunu d-detenturi tar-responsabbiltà primarja
għat-twettiq ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa
ta’ mard fost il-bhejjem u l-prodotti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
(39) Il-bijosigurtà hija waħda
mill-għodod ewlenin ta’ prevenzjoni għad-dispożizzjoni
tal-operaturi, u oħrajn li jaħdmu mal-annimali biex jiġu evitati
l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ mard trażmissibbli
tal-annimali, minn u fi ħdan xi popolazzjoni tal-annimali. Ir-rwol tal-bijosigurtà
huwa rikonoxxut ukoll fil-Valutazzjoni tal-Impatt għall-adozzjoni
tal-Liġi tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali, u l-impatti
possibbli huma speċifikament vvalutati. Sabiex jiġi żgurat li
l-miżuri ta’ bijosigurtà applikati mill-operaturi, il-professjonisti u
dawk li jżommu l-annimali domestiċi jkunu flessibbli
biżżejjed, tant li jkunu aġġustati skont it-tip ta’
produzzjoni u l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali involuti u b'mod
li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi lokali u l-iżviluppi tekniċi,
is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ħtiġijiet ta’ bijosigurtà
supplimentari u aktar dettaljati. (40) Il-prodotti bijoċidali,
bħad-diżinfettanti għall-iġjene veterinarja jew l-oqsma
tal-ikel u tal-għalf, insettiċidi, repellanti jew rodentiċidi,
għandhom rwol importanti fl-istrateġiji ta’ bijosigurtà, kemm
fil-livell tal-farms kif ukoll matul it-trasport ta’ annimali.
Għaldaqstant kellhom jiġu kkunsidrati bħala parti mill-bijosigurtà.
(41) L-għarfien
tas-saħħa tal-annimali, inkluż tas-sintomi tal-mard,
il-konsegwenzi tal-mard u l-mezzi possibbli ta’ prevenzjoni inkluża
l-bijosigurtà, it-trattament u l-kontroll, huwa prerekwiżit għal
ġestjoni effiċjenti tas-saħħa tal-annimali, u huwa
essenzjali għall-iżgurar tas-sejbien bikri ta’ mard tal-annimali.
L-operaturi u l-professjonisti l-oħra tal-annimali għandhom
għalhekk jiksbu dan l-għarfien kif xieraq. Dak it-tagħrif jista’
jiġi akkwistat b’mezzi differenti, pereżempju b'edukazzjoni formali,
iżda wkoll permezz ta’ sistema konsultattiva għall-farms
eżistenti fis-settur agrikolu jew b'taħriġ informali li
għalih l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa nazzjonali u Ewropej u
organizzazzjonijiet oħra jistgħu jkunu kontributuri imprezzabbli.
Dawk il-mezzi alternattivi li jiksbu dan l-għarfien għandhom ikunu
rikonoxxuti wkoll minn dan ir-Regolament. (42) Il-veterinarji u
l-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi għandhom
rwol kruċjali fl-aspetti kollha tal-ġestjoni tas-saħħa
tal-annimali, u r-regoli ġenerali dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet
tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f’dan ir-Regolament. (43) Il-veterinarji għandhom
l-edukazzjoni u l-kwalifiki professjonali biex jiżguraw li jkunu kisbu
l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa, fost
l-oħrajn, biex issir dijanjożi tal-mard u biex jittrattaw l-annimali.
Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, għal raġunijiet storiċi, jew
minħabba n-nuqqas ta’ veterinarji li jittrattaw mard tal-annimali
tal-ilma, teżisti professjoni speċjalizzata imsejħa
“professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi”. Dawn
il-professjonisti tradizzjonalment mhumiex veterinarji iżda jipprattikaw
il-mediċina tal-annimali akkwatiċi. Dan ir-Regolament għandu
għalhekk jirrispetta d-deċiżjoni ta' dawk l-Istati Membri li jirrikonoxxu
dik il-professjoni. F'każijiet hekk, il-professjonisti tas-saħħa
tal-annimali akkwatiċi għandu jkollhom l-istess responsabbiltajiet u
obbligi bħall-veterinarji li jikkonċernaw il-qasam ta’ ħidma speċifiku
tagħhom. Dan l-approċċ huwa skont il-Kodiċi
tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE. (44) Sabiex jiġi żgurat
li l-veterinarji u l-professjonisti tas-saħħa tal-annimali
akkwatiċi li jwettqu attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta'
applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu kwalifikati adegwatament u
jirċievu t-taħriġ adegwat, is-setgħa li jiġu adottati
atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kwalifika u
t-taħriġ tagħhom. (45) L-Istati Membri, u b’mod
partikolari l-awtorità kompetenti tagħhom responsabbli mis-saħħa
tal-annimali, huma fost l-atturi ewlenin għall-prevenzjoni u l-kontroll
tal-mard trażmissibbli tal-annimali. L-awtorità kompetenti
għas-saħħa tal-annimali għandha rwol importanti fir-rigward
tas-sorveljanza, il-qerda, il-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-ippjanar ta’
kontinġenza, il-qawmien ta' kuxjenza dwar il-mard, u l-faċilitar
tal-movimenti tal-annimali u fil-kummerċ internazzjonali permezz
tal-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. Sabiex
ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri
jiddependu mill-aċċess għal finanzi adegwati, infrastrutturali u
riżorsi ta’ persunal fit-territorji tagħhom, inklużi
l-kapaċità laboratorja u l-għarfien rilevanti xjentifiku u ta' natura
oħra. (46) L-awtorità kompetenti ma
tistax twettaq dejjem l-attivitajiet kollha meħtieġa li jridu jsiru
skont dan ir-Regolament minħabba riżorsi limitati. Għal dik
ir-raġuni huwa neċessarju li tiġi stipulata l-bażi legali
għad-delegazzjoni tal-prestazzjoni ta’ tali attivitajiet lill-veterinarji.
Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet neċessarji
għall-applikazzjoni ġenerali ta’ miżuri għall-prevenzjoni u
l-kontroll tal-mard madwar l-Unjoni, is-setgħa li jiġu adottati atti
skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-delegazzjoni
tal-prestazzjoni ta' dawk l-attivitajiet lill-veterinarji u fejn jidħol
it-taħriġ xieraq tagħhom. (47) L-aħjar ġestjoni
tas-saħħa tal-annimali tista’ tintlaħaq biss b’kooperazzjoni ma’
min irabbi l-bhejjem, l-operaturi, il-partijiet interessati l-oħra u
l-imsieħba kummerċjali. Biex jiġi żgurat l-appoġġ
tagħhom huwa neċessarju li jiġu organizzati proċeduri dwar
it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-applikazzjoni tal-miżuri
previsti f’dan ir-Regolament b’mod ċar u trasparenti. Għalhekk
l-awtorità kompetenti għandha tieħu passi xierqa biex
iżżomm lill-pubbliku informat, speċjalment meta jkun hemm
raġunijiet tajba għal suspett li xi annimali jew prodotti
jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-annimali
jew is-saħħa pubblika u meta xi każ ikun ta’ interess pubbliku. (48) Biex jiġi evitat
ir-rilaxx ta’ aġenti tal-mard minn laboratorji, istituti u
faċilitajiet oħra tal-immaniġġjar tal-ġarr
tal-aġenti tal-mard, huwa vitali li dawn jieħdu miżuri xierqa
ta’ bijosigurtà, bijosikurezza u bijokonteniment. Għalhekk, dan
ir-Regolament għandu jipprevedi miżuri ta’ sikurezza biex dawn
jiġu osservati fl-immaniġġjar tal-ġarr jew
it-trasportazzjoni tat-tali aġenti tal-mard, vaċċini u prodotti
bijoloġiċi oħrajn. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll
għal kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tkun involuta
f’tali attività. Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tas-sikurezza
huma rispettati fl-immaniġġjar tal-ġarr ta' aġenti
bijoloġiċi, vaċċini u prodotti bijoloġiċi
oħra kuntaġġużi ħafna, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tal-miżuri ta’ sikurezza f’dawk il-laboratorji, istituti u
faċilitajiet u fejn jidħol il-moviment ta’ aġenti tal-mard. (49) Id-ditezzjoni bikrija u katina
ċara tan-notifika u r-rappurtar tal-mard huma kruċjali
għal-kontroll effettiv tal-mard. Sabiex jinkiseb rispons effiċjenti u
bla dewmien għal kwalunkwe suspett jew konferma ta’ tifqigħa ta’
ċertu mard elenkat, għandhom ikunu notifikati minnufih lill-awtorità
kompetenti. Dawk l-obbligi ta’ notifika għandhom ikunu applikabbli
għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika sabiex jiġi
żgurat li l-ebda tifqigħa ta’ mard ma tibqa’ bla ma ħadd jinduna
biha. (50) Il-veterinarji huma atturi
ewlenin fl-investigazzjoni ta’ mard u rabta importanti bejn l-operaturi u
l-awtorità kompetenti. Għalhekk, dawn għandhom jiġu nnotifikati
mill-operatur f’każijiet ta’ mortalità mhux normali, problemi ta' mard
serju ieħor, jew produzzjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti fir-rati ta’
produzzjoni b’kawża indeterminata. (51) Sabiex jiġi żgurat
li jkun hemm notifika effettiva u effiċjenti, u biex jiġu
ċċarati ċ-ċirkustanzi differenti relatati ma' mortalità
mhux normali u sinjali ta' mard gravi ieħor, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji
biex jiġi ddeterminat meta ċ-ċirkostanzi rilevanti
għan-notifika jseħħu, u fir-rigward ta' regoli għal aktar
investigazzjoni, fejn dan huwa rilevanti. (52) Għal ċertu mard
elenkat, huwa vitali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu
nnotifikati minnufih dwaru. Notifiki tal-Unjoni bħal dawn se jippermettu
lill-Istati Membri ġirien jew oħrajn affettwati li jieħdu
miżuri ta’ prekawzjoni meta jkunu ġġustifikati. Sabiex jiġu
żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ tali
notifika tal-Unjoni, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu
konferiti lill-Kummissjoni. (53) Min-naħa l-oħra,
għal ċertu mard mhumiex meħtieġa notifika u azzjoni
immedjata. F’dawk il-każijiet il-ġbir ta’ informazzjoni u
r-rappurtaġġ fir-rigward tal-okkorrenza ta’ dan il-mard huma
essenzjali biex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni tal-marda u, fejn ikun
meħtieġ, biex jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u
l-kontroll tal-mard. Dan ir-rekwiżit dwar ir-rappurtar jista’ japplika
wkoll għall-mard li huwa soġġett għal notifika tal-Unjoni
iżda fejn informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa
għall-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri għall-prevenzjoni u
l-kontroll tal-mard. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u d-dejta
korretta, li huma meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid jew biex
tiġi kkontrollata kull marda partikolari, jinġabru f'qafas ta'
żmien adegwat, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu
290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun
iddelegata lill-Kummissjoni rigward il-materji li jridu jiġu rrappurtati. (54) Għan ewlieni tan-notifika
u r-rappurtar tal-mard huwa li jiġġenera dejta epidemjoloġika
affidabbli, trasparenti u aċċessibbli. Applikazzjoni ta' sistema ta'
informazzjoni kompjuterizzata għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta
tas-sorveljanza b'mod effettiv għandhom jiġu stabbiliti fil-livell
tal-Unjoni għall-mard elenkat u, fejn rilevanti, għal mard
emerġenti jew antimikrobiċi patoġeni reżistenti
għall-mediċini. Dik is-sistema għandha tippromwovi l-aħjar
disponibbiltà tad-dejta, il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-dejta, u
t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri billi jingħaqdu n-notifika tal-mard u r-rappurtar fi
ħdan l-Unjoni u fil-livell internazzjonali fi proċess wieħed
(jiġifieri il-bażi tad-dejta WAHIS/WAHID tal-OIE). Għandha
tiġi żgurata wkoll konsistenza mal-iskambju ta’ informazzjoni skont
id-Direttiva 2003/99/KE[24].
(55) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar
in-notifika u r-rappurtar tal-mard, għandhom jiġu kkonferiti
setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi lista
ta’ mard li huwa soġġett għan-notifika tal-Unjoni u r-regoli ta’
rappurtar tal-Unjoni stipulati f’dan ir-Regolament u li jistabbilixxu
l-proċeduri, formati, dejta u skambji ta’ informazzjoni neċessarji
rigward in-notifika u r-rappurtar tal-mard. (56) Is-sorveljanza hija element
ewlieni tal-politika ta’ kontroll tal-mard. Għandha tipprevedi
d-ditezzjoni bikrija ta’ mard trażmissibbli u n-notifika effiċjenti,
biex b’hekk is-settur u l-awtorità kompetenti jimplimentaw, fejn fattibbli,
miżuri f'waqthom għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, u l-qerda
ta’ marda. Barra minn hekk, għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-istat
ta’ saħħa tal-annimali ta’ kull Stat Membru u l-Unjoni, u b’hekk
tissostanzja ħelsien mill-mard u tiffaċilita l-kummerċ ma’
pajjiżi terzi. (57) L-operaturi josservaw
l-annimali tagħhom fuq bażi regolari u jkunu fl-aqwa pożizzjoni
biex jidentifikaw mortalità mhux normali jew sintomi serji oħra.
Għaldaqstant, l-operaturi huma l-pedament ta’ kull sorveljanza u huma
essenzjali għas-sorveljanza mwettqa mill-awtorità kompetenti. (58) Biex jiġu żgurati
kollaborazzjoni mill-qrib u skambju ta’ informazzjoni bejn l-operaturi u
l-veterinarji jew professjonisti tas-saħħa tal-annimali
akkwatiċi u biex tiġi ssupplimentata s-sorveljanza mwettqa
mill-operaturi, l-istabbilimenti, kif ikun xieraq għat-tip ta’ produzzjoni
u fatturi oħra rilevanti, għandhom ikunu soġġetti għal
żjarat dwar is-saħħa tal-annimali. Sabiex jiġi żgurat
livell proporzjonat ta’ sorveljanza fir-rigward tar-riskji involuti f’tipi
differenti ta’ stabbilimenti, is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha
tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji u l-kontenut ta’
tali żjarat tas-saħħa tal-annimali f’tipi differenti ta’
stabbilimenti. (59) Huwa essenzjali li l-awtorità
kompetenti jkollha fis-seħħ sistema ta’ sorveljanza ta’ mard elenkat
li huma soġġetti għal sorveljanza. Dan għandu japplika
wkoll għal mard emerġenti, fejn ir-riskji potenzjali
għas-saħħa ta’ marda għandhom jiġu vvalutati u d-dejta
epidemoloġika tinġabar għal dik il-valutazzjoni. Biex jiġi
żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi, l-informazzjoni
għandha tinġabar, tkun kondiviża u użata bl-aktar mod
effettiv u effiċjenti possibbli. (60) Is-sorveljanza,
il-metodoloġija, il-frekwenza u l-intensità għandhom jiġu
adattati għal kull marda speċifika u jqisu l-iskop speċifiku
tas-sorveljanza, il-qagħda ta’ saħħet l-annimali fir-reġjun
ikkonċernat, u kwalunkwe sorveljanza addizzjonali mwettqa mill-operaturi. (61) F’xi każijiet, u dan
jiddependi mill-profil epidemjoloġiku ta’ marda u l-fatturi ta’ riskju
rilevanti, programm ta’ sorveljanza strutturata aktarx jeħtieġ li
jkun stabbilit. F’dak il-każ huwa xieraq li l-Istati Membri
jiżviluppaw programmi ta’ sorveljanza bbażati fuq
l-epidemjoloġija. Is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha
tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ sorveljanza uffiċjali,
il-kriterji għal konferma ta’ tifqigħ u definizzjonijiet
tal-każijiet ta’ dak il-mard u r-rekwiżiti għal programmi ta’
sorveljanza fir-rigward tal-kontenut tagħhom, l-informazzjoni li
għandha tiġi inkluża, u l-perjodu ta’ applikazzjoni. (62) Biex
titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u
jiġi żgurat li dawn il-programmi ta’ sorveljanza huma konsistenti
mal-għanijiet tal-Unjoni, dawn għandhom jiġu sottomessi
lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra għall-informazzjoni.
Barra minn hekk, l-Istat Membru li jimplimenta programm ta’ sorveljanza
għandu jissottometti wkoll rapporti regolari dwar ir-riżultati ta’
dak il-programm ta’ sorveljanza lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni ta’ programmi ta’
sorveljanza, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’
implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi lista ta’ mard
soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza u li jistabbilixxu
proċeduri, formati, skambju ta’ dejta u informazzjoni armonizzati. (63) L-Istati Membri li mhumiex
ħielsa jew li mhux magħruf jekk humiex ħielsa mill-mard elenkat
li huwa suġġett għal miżuri ta' qerda kif jipprevedi dan
ir-Regolament, għandhom jintalbu jistabbilixxu programmi ta' qerda
obbligatorji biex jeqirdu dak il-mard fejn il-qerda hija obbligatorja
fl-Unjoni, jew ikollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu programmi ta' qerda
volontarji, biex jeqirdu dak il-mard fejn il-qerda hija fil-mira tal-Unjoni,
iżda mhix obbligatorja. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm
kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ġenerali fl-Unjoni kollha, huwa
meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati għal
dawn il-programmi ta’ qerda obbligatorja jew volontarja. Sabiex tkun
żgurata eradikazzjoni tal-mard effettiv, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tal-għanijiet ta’ strateġiji ta’ kontroll tal-mard, miżuri ta’
kontroll tal-mard skont il-programmi ta' qerda obbligatorja jew volontarja u
r-rekwiżiti ta’ dawn il-programmi. (64) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni ta’ programmi
għall-qerda tal-mard, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’
implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi proċeduri
għas-sottomissjoni ta’ tali programmi, l-indikaturi tal-prestazzjoni, u
r-rappurtar. (65) Barra minn hekk, l-Istati
Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddikjaraw it-territorji kollha,
żoni jew kumpartimenti tagħhom ħielsa minn waħda jew aktar
mill-mard elenkat, li huma soġġetti għal regoli dwar programmi
ta' qerda obbligatorja jew volontarja, sabiex ikunu protetti mill-introduzzjoni
ta’ tali mard elenkat minn partijiet oħrajn tal-Unjoni jew minn
pajjiżi jew territorji terzi. Proċedura armonizzata ċara,
inklużi l-kriterji neċessarji għal status ta’ ħelsien minn
mard, għandha tiġi ffissata għal dak l-għan. Sabiex
jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni
tal-għarfien ta' status ta’ ħelsien mill-mard fi ħdan l-Unjoni,
huwa meħtieġ li tali status ta’ ħelsien mill-mard ikun
uffiċjalment approvat, u għalhekk is-setgħat ta’
implimentazzjoni li jimplimentaw it-tali status għandhom jiġu
kkonferiti lill-Kummissjoni. (66) L-OIE introduċiet
il-kunċett ta’ kompartimentalizzazzjoni fil-qafas tal-Kodiċi
tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri u Akkwatiċi (il-kodiċijiet
tal-OIE). Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata qabel dan
ir-Regolament, dan il-kunċett huwa rikonoxxut biss għal
speċijiet partikolari ta' annimali u mard, speċifikati
fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, jiġifieri
għall-influwenza tat-tjur tal-irziezet u mard tal-annimali akkwatiċi.
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-possibbiltà li tintuża is-sistema
ta' kompartimentalizzazzjoni għal speċijiet ta’ annimali oħra u
mard ieħor. Sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet dettaljati
għar-rikonoxximent, ir-regoli għall-approvazzjoni u r-rekwiżiti
għall-kompartimenti, is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha
tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. (67) L-Istati Membri għandhom
jagħmlu t-territorju, żoni u kompartimenti tagħhom ħielsa
mill-mard magħrufa pubblikament bil-għan li jiġu informati
l-imsieħba kummerċjali u jiġi ffaċilitat il-kummerċ. (68) Sabiex jiġu stabbiliti
l-kondizzjonijiet dettaljati għar-rikonoxximent ta’ status ħieles
mill-mard, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji biex jinkiseb dan l-istatus,
l-evidenza meħtieġa biex tissustanzja l-ħelsien mill-mard,
il-miżuri speċjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard,
ir-restrizzjonijiet, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta,
id-derogi, u l-kondizzjonijiet għall-manutenzjoni, is-sospensjoni,
l-irtirar jew ir-restituzzjoni ta’ status ta' ħelsien mill-mard. (69) Sabiex jiġu żgurati
kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri biex
jinkiseb status ta’ ħelsien mill-mard, għandhom jiġu kkonferiti
setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi
l-mard elenkat li jista' jkun suġġett għal
kompartimentalizzazzjoni, u biex tippreskrivi regoli dettaljati dwar formati
għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni. (70) Il-preżenza ta’
popolazzjoni sħiħa li mhijiex immuna ta’ annimali, suxxettibbli
għal ċertu mard elenkat, teħtieġ għarfien u
tħejjija għall-mard fuq bażi permanenti. Il-pjanijiet ta’
kontinġenza wrew li huma għodda kruċjali li tirnexxi
fil-kontroll ta’ emerġenzi ta' mard fl-imgħoddi. Sabiex tiġi
żgurata din l-għodda effettiva u effiċjenti għall-kontroll
tal-emerġenzi tal-mard, li tkun flessibbli biex tiġi
aġġustata għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza,
is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti dettaljati u l-kundizzjonijiet
għal pjanijiet ta’ kontinġenza. (71) Il-kriżijiet
tas-saħħa tal-annimali tal-passat urew il-benefiċċji li
jkollok proċeduri ta’ ġestjoni rapidi, speċifiċi u
dettaljati għal emerġenzi ta’ mard. Dawk il-proċeduri ta’
organizzazzjoni għandhom jiżguraw reazzjoni rapida u effikaċi u
titjib fil-koordinazzjoni tal-isforzi tal-partijiet kollha involuti, u b’mod
partikolari tal-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. (72) Biex tiġi żgurata
l-applikabbiltà tal-pjanijiet ta’ kontinġenza f’sitwazzjonijiet ta’
emerġenza reali, huwa essenzjali li jiġu pprattikati u ttestjati
s-sistemi biex jiġi żgurat li jaħdmu. Għal dak l-għan,
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu
eżerċizzji ta’ simulazzjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet
kompetenti tal-Istati Membri ġirien u tal-pajjiżi u territorji terzi,
fejn fattibbli u rilevanti. (73) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’
kontinġenza u tal-eżerċizzji ta’ simulazzjoni, għandhom
jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din
tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni prattika ta’ dawk il-pjanijiet
u eżerċizzji. (74) Prodotti mediċinali
veterinarji bħal vaċċini, seri iperimmuni u antimikrobiċi
għandhom rwol importanti fil-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard
trażmissibbli. Il-valutazzjoni tal-impatt għall-adozzjoni
tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tal-UE tenfasizza b’mod
partikolari l-importanza tat-tilqim bħala għodda fil-prevenzjoni,
il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali. (75) Madankollu, l-istrateġiji
ta’ kontroll għal xi mard trażmissibbli jeħtieġu projbizzjoni
jew restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali
veterinarji, billi l-użu tagħhom jista’ jxekkel l-effettività ta’
dawn l-istrateġiji. Pereżempju, is-seri iperimmuni jew l-aġenti
antimikrobiċi jistgħu jaħbu l-espressjoni ta’ marda, iwasslu
biex id-detezzjoni ta’ aġent ta’ marda ssir impossibbli, jew jirrendu
diffiċli dijanjożi differenzjali u rapida, u b’hekk jipperikolaw
l-osservazzjoni korretta tal-mard. (76) Madankollu, dawk
l-istrateġiji ta’ kontroll jistgħu jvarjaw b’mod sostanzjali bejn
id-diversi mardiet elenkati. Għalhekk dan ir-Regolament għandu
jipprevedi regoli dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji
għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat u dwar il-kriterji
armonizzati għal konsiderazzjoni biex jiġi determinat jekk
għandhomx jintużaw u kif għandhom jintużaw
l-antimikrobiċi, il-vaċċini u s-seri iperimmuni. Sabiex
jiġi żgurat approċċ flessibbli u biex jiġu indirizzati
l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi differenti tal-mard elenkat u
d-disponibbiltà tat-trattamenti effettivi, is-setgħa li jiġu adottati
atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ restrizzjonijiet,
projbizzjonijiet jew obbligi fl-użu ta' ċerti prodotti
mediċinali veterinarji fil-qafas tal-kontroll ta’ ċertu mard elenkat.
F’każ ta’ urġenza u sabiex jiġu indirizzati riskji
emerġenti bil-possibbiltà ta’ konsegwenzi devastanti
għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika, l-ekonomija, is-soċjetà
u l-ambjent, għandu jkun possibbli li dawn il-miżuri jkunu adottati
bil-proċedura ta’ urġenza. (77) Wara l-konklużjonijiet
tal-opinjoni esperta fuq il-banek tal-vaċċini u / jew
dijanjostiċi għall-mard prinċipali tal-annimali[25], għandu wkoll isir
possibbli għall-Unjoni u l-Istati Membri li jistabbilixxu riżervi ta’
antiġeni, vaċċini u reaġenti dijanjostiċi
għall-mard elenkat li jirrappreżenta theddida serja
għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika. L-istabbiliment ta’ bank
tal-Unjoni għall-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti
dijanjostiċi jippromwovi l-għanijiet tal-Unjoni dwar
is-saħħa tal-annimali billi jippermetti reazzjoni rapida u effettiva
meta r-riżorsi tiegħu jkunu meħtieġa u jirrappreżenta
użu effiċjenti ta’ riżorsi limitati. (78) Sabiex jiġi żgurat
it-tali rispons mgħaġġel u effettiv, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward
tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ dawn il-banek, u l-istandards u r-rekwiżiti
tas-sikurezza għall-operat tagħhom. Madankollu, dan ir-Regolament
m’għandux jistipula r-regoli dwar il-finanzjament tal- miżuri
preventivi u ta’ kontroll tal-mard, inkluż it-tilqim. (79) Il-kriterji għal
aċċess prijoritarju għar-riżorsi tal-banek tal-Unjoni
tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi
għandhom jiġu stabbiliti sabiex tiġi żgurata
d-distribuzzjoni effettiva tagħhom f’emerġenzi. (80) Għal raġunijiet ta’
sigurtà fir-rigward tal-bijoterroriżmu u l-agroterroriżmu, ċerta
informazzjoni dettaljata dwar il-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi għandha tiġi
ttrattata bħala informazzjoni klassifikata, u l-pubblikazzjoni tagħha
għandha tiġi pprojbita. (81) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-ġestjoni tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi, għandhom
jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex
din tistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-prodotti
bijoloġiċi li għandhom jiġu inklużi f’dawk il-banek u
għal-liema mard, u regoli dettaljati dwar il-provvista, il-kwantitajiet,
il-ħażna, il-kunsinna, ir-rekwiżiti proċedurali u
tekniċi għall-vaċċini, l-antiġeni u r-reaġenti
diagnostiċi u l-frekwenza u l-kontenut tas-sottomissjonijiet
tal-informazzjoni lill-Kummissjoni. (82) Fil-każ ta’ tifqigħa
ta’ marda elenkata meqjusa li tirrappreżenta riskju għoli
għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika
fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jittieħdu minnufih miżuri ta’ kontroll
tal-mard biex jeqirdu t-tali marda elenkata sabiex jitħarsu
s-saħħa tal-annimali u dik pubblika u s-setturi relevanti. (83) L-operaturi, il-professjonisti
u dawk li jżommu l-annimali domestiċi għandu jkollhom
ir-responsabbiltà primarja għall-kontroll u l-prevenzjoni tat-tixrid ta’
mard trażmissibbli. Għandhom jieħdu azzjoni immedjata f’każ
ta’ suspett jew konferma ta’ mard li jittieħed faċilment. (84) L-awtorità kompetenti
għandha tkun responsabbli sabiex jinbdew l-ewwel investigazzjonijiet biex
tiġi kkonfermata jew eskluża tfaqqigħa ta’ xi marda
kuntaġġuża ħafna elenkata, meqjusa li tirrappreżenta
riskju għoli għas-saħħa tal-annimali jew
għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. (85) L-awtorità kompetenti
għandha tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-mard preliminari
biex tiskansa t-tixrid possibbli tal-marda elenkata u tintrabat li twettaq
inkjesta epidemoloġika. (86) Malli marda elenkata tiġi
kkonfermata, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri
meħtieġa għall-kontroll tal-marda, jekk meħtieġa,
inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ristretti, biex teqred u tiskansa
l-firxa ulterjuri tat-tali marda. (87) L-okkorrenza ta’ marda
elenkata f’annimali selvaġġi taf tippreżenta riskju
għas-saħħa pubblika u saħħet l-annimali miżmuma.
Regoli speċjali għandhom għalhekk jiġu stabbiliti
għall-miżuri ta’ kontroll u qerda tal-mard fl-annimali
selvaġġi, fejn meħtieġ. (88) Għal mard elenkat, li
mhux kuntaġġuż ħafna, u li jkun soġġett għal
qerda obbligatorja, għandhom jiġu implimentati l-miżuri ta’
kontroll tal-mard biex jipprevjenu t-tixrid tal-mard elenkat, b’mod partikolari
dawk f’żoni mhux infettati. Madankollu, dawk il-miżuri jistgħu
jkunu aktar limitati jew differenti meta mqabbla ma’ dawk applikabbli
għall-mard l-aktar perikoluż elenkat. Għalhekk, dan
ir-Regolament għandu jipprevedi regoli speċjali għal dak
il-mard. L-Istati Membri li jkollhom programm ta’ qerda volontarja
fis-seħħ, għandhom ukoll jimplimentaw it-tali miżuri ta’
kontroll tal-marda. Madankollu, il-livell u l-intensità ta’ miżuri ta’
kontroll tal-marda għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw
il-karatteristiċi elenkati tal-marda inkwistjoni, id-distribuzzjoni
tagħha u s-sinifikat tagħha għall-Istati Membri kkonċernati
b’dan u l-Unjoni kollha kemm hi. (89) Sabiex tiġi żgurata
l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti f’dan
ir-Regolament mill-operaturi, dawk li jżommu l-annimali domestiċi u
l-awtoritajiet kompetenti u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni
l-ispeċifiċitajiet tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard b'mod
partikolari l-mard elenkat u l-fatturi ta’ riskju involuti, is-setgħa li
jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni,
fir-rigward tal-miżuri dettaljati tal-kontroll tal-mard fil-każ ta’
suspett jew konferma ta’ xi marda elenkata fi stabbilimenti, postijiet
oħra u żoni ristretti. (90) Sabiex tiġi prevista
l-possibbiltà li miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard jiġu
adottati mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja f’każ li l-miżuri
ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jkunux biżżejjed
jew ma jkunux xierqa biex jiġi indirizzat dak ir-riskju, għandhom
jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li
jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għal perjodu
limitat ta’ żmien. (91) Ir-reġistrazzjoni ta’
ċerti trasportaturi u stabbilimenti ta’ trobbija ta’ annimali terrestri
jew l-immaniġġjar tal-prodotti ġerminali jew it-trasport
tagħhom hija neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti
jwettqu sorveljanza xierqa u biex jipprevjenu, jikkontrollaw u jeqirdu mard
trażmissibbli. (92) Fejn ċertu tip ta’
stabbiliment li jżomm l-annimali terrestri jew jimmaniġġja jew
jaħżen il-prodotti ġerminali joħloq riskju
għas-saħħa tal-annimali partikolari, dan għandu jkun
soġġett għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti. (93) Biex jiġu evitati
piżijiet u spejjeż amministrattivi mhux ġustifikati, b’mod
partikulari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs),
għandha tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri biex dawn jadattaw
is-sistema ta’ reġistrazzjoni u approvazzjoni għall-kundizzjonijiet u
x-xejriet ta’ produzzjoni lokali u reġjonali. (94) Sabiex jitnaqqsu
l-piżijiet amministrattivi, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjonijiet,
fejn possibbli, għandhom ikunu integrati f’sistema ta’ reġistrazzjoni
jew ta’ approvazzjoni li Stat Membru jista’ jkollu diġà stabbilita
għal skopijiet oħra. (95) L-operaturi jkollhom
għarfien dirett tal-annimali li jkunu qed jieħdu ħsieb.
Għalhekk għandhom iżommu reġistri aġġornati
tat-tagħrif rilevanti biex wieħed jevalwa l-qagħda
tas-saħħa tal-annimali, għar-rintraċċabbiltà u
għal inkjesta epidemoloġika fil-każ li tfaqqa’ xi marda
elenkata. Dawk ir-rekords għandhom ikunu faċilment
aċċessibbli mill-awtorità kompetenti. (96) Sabiex tiġi żgurata
d-disponibbiltà pubblika tal-informazzjoni aġġornata dwar l-istabbilimenti
u t-trasportaturi rreġistrati u l-istabbilimenti approvati, l-awtorità
kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta’ dawn
l-istabbilimenti u trasportaturi. Is-setgħa li jiġu adottati atti
skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward
tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-reġistru ta’
stabbilimenti u trasportaturi u r-rekwiżiti taż-żamma ta’
reġistru, rigward l-informazzjoni li għandha tkun irreġistrata,
id-derogi mir-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords u r-rekwiżiti
addizzjonali speċifiċi għal dawn il-prodotti ġerminali. (97) Sabiex jiġu żgurati
kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet
stipulati f’dan ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’
stabbilimenti u dwar iż-żamma tar-rekords u r-reġistri,
is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw
lill-Kummissjoni biex din tistipula regoli dwar l-obbligi ta’ informazzjoni,
eżenzjonijiet u regoli oħra, formati u speċifikazzjonijiet
operattivi tar-reġistri u r-rekords. (98) It-traċċabbiltà
effiċjenti hija element ewlieni tal-politika ta’ kontroll tal-mard.
Ir-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni
speċifiċi għall-ispeċi differenti ta’ annimali terrestri
miżmuma u l-prodotti ġerminali għandhom jiddaħħlu
fis-seħħ sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva
tal-prevenzjoni tal-mard u r-regoli ta’ kontroll stipulati f’dan ir-Regolament.
Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi prevista l-possibbiltà li tkun
stabbilita sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għal
speċijiet li għalihom dawn l-arranġamenti ma jeżistux
fil-preżent, jew meta ċirkostanzi u riskji li jinbidlu
jiġġustifikaw dan. (99) Sabiex ikun assigurat
it-tħaddim tajjeb tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni u
tiġi żgurata t-traċċabbiltà, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi
li jikkonċernaw il-bażijiet tad-dejta, l-għażla
tal-awtorità kompetenti, l-identifikazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti ta’
reġistrazzjoni għal speċijiet differenti tal-annimali u
d-dokumenti. (100) Huwa xieraq li jitnaqqsu
l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi u tiġi prevista
flessibbiltà fis-sistema f’ċirkostanzi fejn ir-rekwiżiti
tat-traċċabbiltà jafu jinkisbu b’mezzi oħra minbarra dawk
stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha għalhekk
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità
mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
rigward id-derogi mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u
reġistrazzjoni. (101) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni tas-sistema ta’
identifikazzjoni u reġistrazzjoni u t-traċċabbiltà,
għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni
lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal bażijiet tad-dejta,
mezzi ta’ identifikazzjoni, dokumenti u formati, l-iskadenzi, u kriterji
għal derogi minn dawn is-sistemi. (102) Għodda importanti biex
jiġu skansati l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ mard trażmissibbli hija
l-użu ta’ restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ annimali u prodotti li
jkunu jistgħu jittrażmettu dik il-marda. Madankollu, li r-restrizzjoni
tal-moviment ta’ annimali u prodotti jista’ jkollha impatt ekonomiku qawwi u
jaf ittellef it-tħaddim tas-suq intern. Dawn ir-restrizzjonijiet
għandhom għalhekk jiġu applikati biss fejn ikun
meħtieġ u b'mod proporzjonat għar-riskji involuti. Dan
l-approċċ huwa konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim SPS
u l-istandards internazzjonali tal-OIE. (103) Ir-rekwiżiti ġenerali
stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall kull tip ta’
moviment ta’ annimali, bħall-projbizzjoni ta’ moviment ta’ annimali minn
stabbiliment fejn hemm mortalità mhux normali jew sintomi ta' xi marda
oħra b'kawża indeterminata jew ħtiġijiet
għall-prevenzjoni tal-mard matul it-trasport. (104) Il-qafas leġiżlattiv,
li attwalment huwa stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-moviment
ta’ annimali terrestri, jistabbilixxi regoli armonizzati primarjament
għall-moviment ta’ annimali terrestri u prodotti bejn l-Istati Membri,
filwaqt li jħalli f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw
ir-rekwiżiti ta’ ġarr meħtieġa fit-territorju tagħhom.
Tqabbil tas-sitwazzjoni attwali mal-għażla fejn ir-regoli dwar
il-moviment fi ħdan l-Istati Membri għandhom ukoll jiġu
armonizzati fil-livell tal-Unjoni, ġie elaborat estensivament
fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-liġi tal-UE dwar is-saħħa
tal-annimali. Ġie konkluż li l-approċċ attwali għandu
jinżamm, peress li armonizzazzjoni sħiħa tal-movimenti kollha
tkun kumplessa ħafna u l-benefiċċji f’termini ta’
faċilitazzjoni tal-moviment bejn l-Istati Membri m’għandhomx
jissuperaw l-impatt negattiv li dan jista’ jkollu fuq l-abbiltà li jiġi
kkontrollat il-mard. (105) Għal annimali
suġġetti għal moviment bejn l-Istati Membri tapplika ġabra
ta’ rekwiżiti bażiċi dwar is-saħħa tal-annimali. B’mod
partikolari, l-annimali ma jistgħux jiġu suġġetti għal
moviment minn stabbilimenti b’mortalità mhux normali jew b'sinjali ta’ mard ta’
kawża mhux magħrufa. Madankollu, każijiet ta’ mwiet, anke jekk
anormali, li huma marbutin ma’ proċeduri xjentifiċi awtorizzati skont
id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li
jintużaw għal skopijiet xjentifiċi[26] u li mhumiex ta’ oriġini
infettiva marbuta mal-mard elenkat, ma għandhiex tkun raġuni biex
jiġi skansat il-moviment ta’ annimali maħsuba għal għanijiet
xjentifiċi. (106) Madankollu, dan ir-Regolament
għandu jipprevedi flessibbiltà biex jiġi ffaċilitat il-moviment
ta’ speċijiet u kategoriji ta’ annimali terrestri, li jirrappreżentaw
riskju baxx ta' tixrid tal-mard elenkat bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk,
aktar possibbiltajiet għal derogi għandhom ikunu previsti
f’każijiet fejn l-Istati Membri jew l-operaturi alternattivi jimplimentaw
b'suċċess miżuri li jtaffu r-riskju bħal livelli
għoljin ta’ bijosigurtà u sistemi ta’ sorveljanza effettivi. (107) L-ungulati u t-tjur
tal-irziezet huma gruppi ta’ speċijiet ta’ annimali ta’ sinifikat
ekonomiku għoli u huma suġġetti għal rekwiżiti
speċifiċi ta’ moviment skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni
adottati qabel dan ir-Regolament, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill
64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa
tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini
ġewwa l-Komunità[27],
id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar
il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw
il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż[28], id-Direttiva tal-Kunsill
2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa
tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi
terzi ta’ ekwidi[29],
id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar
il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw
il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd
għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi[30]
u parzjalment id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li
tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li
jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali,
semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet
ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi
tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva
90/425/KEE[31].
Ir-regoli ewlenin għall-moviment ta’ dawk l-ispeċijiet għandhom
jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti dettaljati li
fil-biċċa l-kbira jiddependu mill-mard li jista’ jiġi
trażmess minn speċijiet jew kategoriji differenti ta’ annimali
għandhom ikunu regolati b’atti sussegwenti tal-Kummissjoni, filwaqt li
jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-mard, l-ispeċijiet u
l-kategoriji tal-annimali inkwistjoni. (108) Billi l-operazzjonijiet ta’
assemblaġġ għall-ungulati u t-tjur tal-irziezet
jirrappreżentaw sehem partikolarment għoli ta' riskju ta' marda, huwa
xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament
biex tkun protetta s-saħħa annimali involuti u jiġi skansat
it-tixrid ta’ mard trażmissibbli. (109) Skont il-mard elenkat u
l-ispeċijiet elenkati, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti
rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal
ċerti speċijiet tal-annimali għajr l-ungulati u t-tjur tal-irziezet
miżmuma. Regoli għal dawn l-ispeċijiet kienu wkoll stabbiliti
fil-qafas legali applikabbli qabel dan ir-Regolament u b’mod partikolari
fid-Direttiva 92/65/KEE. Dik id-Direttiva tistabbilixxi regoli ta’
moviment speċifiċi għall-ispeċijiet tal-annimali
inklużi n-naħal, il-bagħal tan-naħal, ix-xadini, il-klieb u
l-qtates, eċċ., u dan ir-Regolament għalhekk għandu
jipprovdi bażi legali għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ atti
ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-moviment speċifiku
għal dawk l-ispeċijiet tal-annimali. (110) L-istabbilimenti konfinati, li
normalment jintużaw għaż-żamma ta’ annimali tal-laboratorju
jew annimali taż-żu, normalment jinvolvu livell għoli ta’
bijosigurtà, status tas-saħħa favorevoli u kkontrollat sew u huma
soġġetti għal inqas movimenti jew movimenti biss fi ħdan
iċ-ċirkwiti magħluqa ta’ dawk l-istabbilimenti. L-istatus ta’
stabbilimenti konfinati, li għalihom l-operaturi jistgħu japplikaw
fuq bażi volontarja, iddaħħal l-ewwel darba fid-Direttiva
92/65/KEE, fejn huma stabbiliti r-regoli u r-rekwiżiti ta' approvazzjoni u
r-rekwiżiti ta' moviment għal korpi, istituti u ċentri
approvati. Dik is-sistema tippermetti li dawk l-istabbilimenti jiskambjaw
annimali bejniethom b’inqas rekwiżiti ta’ moviment u fl-istess ħin
tipprovdi garanziji tas-saħħa fiċ-ċirkwit konfinat
tal-istabbilimenti. Għalhekk din kienet aċċettata
mill-operaturi, u tintuża bħala għażla volontarja. Huwa
għalhekk xieraq li jinżamm il-kunċett ta’ stabbilimenti
konfinati, kif ukoll li jiġu stabbiliti regoli għall-moviment bejn
dawk l-istabbilimenti f’dan ir-Regolament. (111) Għal skopijiet
xjentifiċi, bħar-riċerka jew finijiet dijanjostiċi, u b’mod
partikolari dawk awtorizzati skont id-Direttiva 2010/63/UE, jista’ jkun
meħtieġ li annimali jkunu suġġetti għal moviment bla
ma jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa
tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament u jirrappreżentaw riskju
ogħla għas-saħħa tal-annimali. Dawk it-tipi ta’ movimenti
m’għandhomx ikunu pprojbiti jew ristretti bla raġuni
bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għax dan jista’
jimpedixxi attivitajiet ta’ riċerka li kieku kienu jkunu awtorizzati, u
jista’m jdewwem il-progress xjentifiku. Madankollu, huwa essenzjali li
jiġu stabbiliti regoli f’dan ir-Regolament biex ikun żgurat li l-movimenti
ta’ dawk l-annimali jsir b’mod sigur. (112) Ix-xejriet ta’ movimenti
tal-annimali taċ-ċirklu, annimali miżmuma
fiż-żuwijiet, annimali maħsuba għal wirjiet u ċerti
annimali oħra ta’ spiss ivarjaw mix-xejriet ta' moviment ta'
speċijiet li jinżammu oħra. Għandu jitqies b'mod
speċifiku l-adattament tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment ta' dawn
l-annimali, b’kunsiderazzjoni tar-riskji speċifiċi u l-miżuri
ta' taffija tar-riskju alternattivi. (113) Sabiex jiġi żgurat li
l-għanijiet tal-premessi minn 102 sa 112 ta’ dan ir-Regolament huma
milħuqa, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi
ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-miżuri ta’ prevenzjoni kontra
l-mard fit-trasport, ir-regoli speċifiċi għall-moviment ta’
ċerti speċijiet ta’ annimali u ċ-ċirkostanzi speċjali,
bħal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew lottijiet irrifjutati,
kif ukoll rekwiżiti speċjali jew derogi għal tipi oħra ta’
movimenti, bħal moviment għal għanijiet xjentifiċi. (114) Sabiex tkun żgurata
l-possibbiltà ta' regoli speċjali dwar il-movimenti, meta r-regoli dwar
il-moviment ma jkunux suffiċjenti jew xierqa biex irażżnu
t-tixrid ta’ ċertu mard, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’
implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi regoli ta’ moviment
speċjali għal perjodu limitat ta’ żmien. (115) L-annimali terrestri
miżmuma li huma suġġetti għal moviment bejn l-Istati Membri
għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti għal dawn il-movimenti.
Fil-każ ta’ speċijiet ta’ riskju ta’ saħħa u ta’ importanza
ekonomika akbar, il-kunsinni għandhom ikunu akkumpanjati minn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità
kompetenti. (116) Sa punt teknikament,
prattikament u finanzjarjament vijabbli, għandhom jintużaw
l-iżviluppi teknoloġiċi biex jitnaqqsu l-piżijiet
amministrattivi fuq l-operaturi u l-awtorità kompetenti fir-rigward
taċ-ċertifikazzjoni u n-notifika billi tintuża
t-teknoloġija tal-informatika biex tissostitwixxi dokumenti fuq karta u
jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta’ notifika, u din għandha
tintuża kemm jista’ jkun għal skopijiet multipli. (117) F’każijiet fejn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità
kompetenti ma jkunx meħtieġ, operatur li jissuġġetta
annimali għal moviment lejn Stati Membri oħra għandu
joħroġ dokument ta' awtodikjarazzjoni li jikkonferma li l-annimali
jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ moviment stabbiliti f’dan ir-Regolament. (118) Sabiex ikun żgurat li
jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-premessi 115, 116 u 117 ta’ dan
ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi
ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tar-regoli dwar il-kontenut, l-obbligi
ta’ informazzjoni, u d-derogi mir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni
dwar saħħet l-annimali, ir-regoli speċifiċi ta’
ċertifikazzjoni u l-obbligi li veterinarji uffiċjali jwettqu
kontrolli xierqa qabel l-iffirmar taċ-ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali. (119) Notifika ta’ movimenti ta’
annimali u prodotti ġerminali bejn l-Istati Membri u f’xi każijiet
fit-territorju nazzjonali tal-Istati Membri hija essenzjali biex jiġu
żgurati t-traċċabbiltà tal-annimali u dawk il-prodotti
ġerminali, fejn dawn il-movimenti jistgħu jkunu marbuta ma’ riskju
ta’ tixrid ta’ mard trażmissibbli. Għalhekk, dawn il-movimenti
għandhom jiġu nnotifikati u rreġistrati. Is-sistema IMSOC
prevista fl-Artikolu 130(1) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra
uffiċjali mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi dwar
l-ikel u l-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq
tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv
tal-pjanti, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda
r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005,
834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nri 1151/2012,
[….]/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE,
2008/120/KE and 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)[32] [Publication office]
għandha tintuża għal dak l-iskop. (120) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli stabbiliti
f’dan ir-Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa
tal-annimali u n-notifika ta' moviment, għandhom jiġu kkonferiti
setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi
regoli li jikkonċernaw il-mudelli taċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali, id-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni,
il-formati u l-iskadenzi għan-notifika tal-moviment kemm
għall-annimali terrestri kif ukoll dawk akkwatiċi, il-prodotti
ġerminali u fejn rilevanti anki l-prodotti li joriġinaw
mill-annimali. (121) In-natura speċifika ta’
movimenti ta’ annimali domestiċi jirrappreżenta riskju
għas-saħħa tal-annimali li jvarja konsiderevolment mill-każ
ta' annimali miżmuma oħra. Regoli speċifiċi għal dawn
il-movimenti għandhom għalhekk jiġu stabbiliti f’dan
ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li l-annimali domestiċi ma
joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta’ mard trażmissibbli,
is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli dettaljati dwar il-moviment ta’ dawk
l-annimali. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi
għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali
stabbiliti f’dan ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu mal-movimenti ta’
annimali domestiċi, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’
implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi regoli dwar
il-prevenzjoni tal-mard u miżuri ta’ kontroll li għandhom
jittieħdu għal dawn il-movimenti. (122) L-annimali selvaġġi
jistgħu għal raġunijiet varji jirrappreżentaw riskju
għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika, pereżempju, jekk
ikunu soġġetti għal moviment lejn stabbiliment jew minn ambjent
għal ieħor. Miżuri preventivi xierqa għall-moviment ta’
dawk l-annimali jafu jkunu jridu jittieħdu sabiex jiġi evitat
it-tixrid ta’ mard trażmissibbli. Sabiex jiġi żgurat li
l-annimali selvaġġi ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid ta’ mard trażmissibbli, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tar-rekwiżiti addizzjonali dwar il-moviment tal-annimali
selvaġġi terrestri. (123) Il-prodotti ġerminali jafu
jirrappreżentaw riskju simili ta’ tixrid ta’ mard trażmissibbli
għal annimali ħajjin. Barra minn hekk, hemm xi
speċifiċitajiet fil-produzzjoni tagħhom, li huma relatati ma’
domandi għoljin ta’ saħħa għall-annimali tat-trobbija u li
jitolbu rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali aktar stretti jew
rekwiżiti partikolari li jikkonċernaw lill-annimali donaturi. Sabiex
jiġu żgurati l-movimenti siguri ta’ dawn il-prodotti ġerminali,
l-istandards għolja li huma mistennija minnhom u t-teħid ta'
kunsiderazzjoni ta’ xi użi speċifiċi, is-setgħa li
jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni,
fir-rigward tar-rekwiżiti dettaljati għall-moviment ta’ dawn
il-prodotti ġerminali ta’ ċerti speċijiet ta’ annimali,
rekwiżiti speċjali, bħal pereżempju l-moviment tagħhom
għal skopijiet xjentifiċi, u derogi mill-obbligu ta’ ċertifikazzjoni
dwar is-saħħa tal-annimali. (124) Il-prodotti li joriġinaw
mill-annimali jistgħu jirrappreżentaw riskju ta’ tixrid ta’ mard
trażmissibbli. Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza għal prodotti tal-ikel
ta’ oriġini tal-annimali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
jiżguraw prassi ta’ iġjene tajba u jnaqqsu r-riskji
għas-saħħa tal-annimali ta’ prodotti bħal dawn. Madankollu,
għal ċerti każijiet għandhom jiġu stabbiliti f’dan
ir-Regolament miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali,
bħal kontroll tal-mard u l-miżuri ta’ emerġenza sabiex
jiżguraw li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali ma jxerrdux mard
tal-annimali. Sabiex jiġu żgurati movimenti sikuri ta’ prodotti li
joriġinaw mill-annimali f’dawn il-każijiet partikolari,
is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni, fir-rigward tar-regoli dettaljati għal movimenti ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali b’rabta mal-miżuri ta’ kontroll
tal-mard mittieħda, l-obbligi għaċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali u d-derogi minn dawk ir-regoli, fejn ir-riskju
involut fil-movimenti u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju
fis-seħħ jippermettu hekk. (125) Meta l-Istati Membri
jieħdu miżuri nazzjonali fir-rigward tal-movimenti ta’ annimali u
dawn il-prodotti ġerminali, jew jiddeċiedu li jieħdu miżuri
nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ mard trażmissibbli
għajr mard elenkat fit-territorju tagħhom, dawk il-miżuri
nazzjonali ma għandhomx jinterferixxu mar-regoli dwar is-suq intern stipulati
fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi
stabbilit il-qafas għal miżuri nazzjonali bħal dawn, u li
jiġi żgurat li jibqgħu fil-limiti permessi mil-liġi
tal-Unjoni. (126) Ir-reġistrazzjoni u
l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura huma neċessarji biex
jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu sorveljanza xierqa u biex
jipprevenu, jikkontrollaw u jeqirdu mard trażmissibbli. Id-Direttiva
2006/88/KE teħtieġ li l-istabbilimenti kollha li
jissoġġettaw annimali akkwatiċi għal moviment jiġu
awtorizzati. Dik is-sistema ta’ awtorizzazzjoni għandha tinżamm
taħt dan ir-Regolament, minkejja l-fatt li f’xi lingwi uffiċjali
tal-UE, termini differenti huma użati għal din is-sistema ta’
awtorizzazzjoni f’dan ir-Regolament meta mqabbla mad-Direttiva 2006/88/KE. (127) Il-qatla u l-ipproċessar
tal-annimali tal-akkwakultura li huma soġġetti għal miżuri
ta’ kontroll tal-mard jafu jxerrdu mard trażmissibbli, pereżempju
bħala riżultat ta’ effluwenti li jkun fihom patoġeni li jinħarġu
minn stabbilimenti tal-ipproċessar. Huwa għalhekk meħtieġ
li jiġu approvati l-istabbilimenti tal-ipproċessar li jissodisfaw
il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji biex iwettqu tali qatla u
pproċessar. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jipprevedi
l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-ikel akkwatiku b'kontroll tal-mard. (128) Sabiex tiġi żgurata
d-disponibbiltà pubblika ta’ informazzjoni aġġornata dwar
stabbilimenti approvati u rreġistrati, l-awtorità kompetenti għandha
tistabbilixxi u żżomm tali reġistru. Is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward
tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-reġistru
għall-istabbilimenti tal-akkwakultura u fiż-żamma tar-rekords
għall-istabbilimenti tal-akkwakultura u t-trasportaturi. (129) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli stabbiliti
f’dan ir-Regolament għal reġistrazzjoni u approvazzjoni ta’
stabbilimenti tal-akkwakultura u l-kontroll tal-mard fl-istabbilimenti tal-ikel
akkwatiku, iż-żamma tar-rekords u r-reġistri tal-istabbilimenti,
għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni
lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-obbligi
ta’ informazzjoni, derogi u regoli ta’ implimentazzjoni oħra, u l-format u
l-ispeċifikazzjonijiet operattivi tar-reġistri u r-rekords. (130) Peress li mhux fattibbli
fil-biċċa l-kbira tal-każijiet li jiġu identifikati
individwalment l-annimali akkwatiċi, iż-żamma ta’ reġistri
f’stabbilimenti tal-akkwakultura, u l-kontroll tal-mard tagħhom fi
stabbilimenti tal-ikel akkwatiku u mit-trasportaturi huwa għodda
essenzjali biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-annimali
akkwatiċi. Ir-reġistri huma ta’ siwi wkoll għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni
tas-saħħa tal-istabbilimenti. (131) Bl-istess mod
bħall-annimali terrestri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti
regoli armonizzati dwar il-moviment tal-annimali akkwatiċi, inklużi
regoli dwar ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u notifika
dwar il-movimenti. (132) Id-Direttiva 2006/88/KE
tistipula regoli dwar il-movimenti ta’ annimali akkwatiċi, li japplikaw
b’mod indaqs għal movimenti fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Il-fattur
determinanti ewlieni għar-regoli tal-moviment tal-annimali akkwatiċi
huwa l-istatus tas-saħħa fir-rigward tal-mard elenkat tal-Istat
Membru, iż-żoni u l-kompartimenti tad-destinazzjoni. (133) L-istess sistema għandha
wkoll tiġi prevista f’dan ir-Regolament. Madankollu, biex
tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-qagħda
tas-saħħa tal-popolazzjonijiet akkwatiċi tagħhom,
għandhom jiġu introdotti xi aġġustamenti u flessibbiltà
miżjuda. (134) Sabiex jiġi żgurat
il-kontroll tal-moviment għal annimali akkwatiċi, is-setgħa li
jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni,
fir-rigward tal-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-mard applikabbli
għat-trasport, ir-regoli speċifiċi dwar il-moviment ta’
ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi għal skopijiet differenti,
ir-rekwiżiti speċifiċi jew derogi għal ċerti tipi ta’
movimenti, bħal moviment għal għanijiet xjentifiċi u
rekwiżiti addizzjonali għall-moviment ta’ annimali akkwatiċi
selvaġġi. (135) Sabiex tkun żgurata
l-possibbiltà ta’ derogi temporanji u rekwiżiti speċifiċi
għal moviment ta’ annimali akkwatiċi, meta r-regoli dwar il-moviment
stabbiliti f’dan ir-Regolament mhumiex suffiċjenti jew xierqa biex
irażżnu t-tixrid ta’ ċertu mard elenkat, is-setgħat ta’
implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni biex jiġu
stabbiliti regoli ta’ moviment speċjali jew derogi għal perjodu
limitat ta’ żmien. (136) Il-produzzjoni tal-akkwakultura
fl-Unjoni hija varjata ħafna fir-rigward tal-ispeċijiet u s-sistemi
ta’ produzzjoni, u din id-diversifikazzjoni qiegħda tiżdied malajr.
Dan jista’ jiġġustifika li l-miżuri nazzjonali li
jikkonċernaw il-mard għajr dawk li huma meqjusa bħala mard
elenkat skont dan ir-Regolament jittieħdu fil-livell ta’ Stat Membru.
Madankollu, dawn il-miżuri nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati,
meħtieġa u proporzjonati għall-għanijiet li jridu
jintlaħqu. Barra minn hekk, ma għandhomx jaffettwaw il-movimenti bejn
l-Istati Membri sakemm ma jkunux meħtieġa sabiex jipprevjenu
l-introduzzjoni tal-mard jew biex jiġi kkontrallat it-tixrid tiegħu.
Miżuri nazzjonali li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri
għandhom jiġu approvati u riveduti regolarment fil-livell tal-Unjoni. (137) Bħalissa, il-mard elenkat
jikkonċerna sa punt limitat ħafna l-ispeċijiet tal-annimali
għajr dawk definiti bħala terrestri u akkwatiċi minn dan
ir-Regolament, bħalma huma r-rettili, l-amfibji, l-insetti u oħrajn.
Għalhekk mhuwiex xieraq li jkun meħtieġ li
d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal dawk
l-annimali. Madankollu, jekk marda li tikkonċerna speċijiet minbarra
dawk terrestri u akkwatiċi tiġi elenkata, il-ħtiġijiet
relevanti dwar is-saħħa tal-annimali ta’ dan ir-Regolament
għandhom japplikaw għal dawk l-ispeċijiet biex jiġi
żgurat li jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll
tal-mard adegwati u proporzjonati. (138) Sabiex tkun żgurata
l-possibbiltà li jiġu stabbiliti regoli ta’ moviment għal dawk
l-annimali li mhumiex definiti bħala terrestri u annimali akkwatiċi
minn dan ir-Regolament, u dawn il-prodotti ġerminali u l-prodotti li
joriġinaw mill-annimali relatati magħhom, meta riskju jitlob hekk,
is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni, fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’
stabbilimenti, iż-żamma tar-rekords u r-reġistri,
l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni u r-rekwiżiti
tat-traċċabbiltà fil-moviment, iċ-ċertifikazzjoni u
l-awtodikjarazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-obbligi ta’ notifika
dwar il-moviment tal-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw
mill-annimali ta' dawk l-ispeċijiet. (139) Meta jkun meħtieġ li
jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’
rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal dawk il-prodotti
ġerminali u speċijiet oħrajn ta’ annimali u prodotti li
joriġinaw mill-annimali relatati magħhom, għandhom jiġu
kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din
tistabbilixxi regoli dettaljati dwar dawk ir-rekwiżiti. (140) Biex tiġi skansata
l-introduzzjoni ta’ mard elenkat u mard emerġenti fl-Unjoni, huwa
neċessarju li jkun hemm regoli effiċjenti dwar id-dħul fl-Unjoni
ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali li jistgħu jittrażmettu tali mard. (141) Ir-rekwiżiti
għad-dħul ta’ annimali u prodotti fl-Unjoni għandhom jirriflettu
l-ħtiġijiet għall-movimenti tal-annimali u l-prodotti tal-istess
kategorija, għal kull speċi u għal kull użu maħsub, fi
ħdan l-Unjoni. (142) Sabiex jiġi żgurat li
l-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn pajjiżi jew territorji terzi jikkonformaw ma'
rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jipprovdu garanziji
ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni,
huwa essenzjali li dawn ikunu suġġetti għal kontrolli xierqa
mill-awtorità kompetenti mill-pajjiżi jew it-territorji terzi li jesportaw
lejn l-Unjoni. Fejn rilevanti, il-qagħda tas-saħħa ta’
pajjiż jew territorju terz tal-oriġini għandha tiġi
vverifikata qabel ma jiġi aċċettat id-dħul ta’ dawn l-annimali,
prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali.
Konsegwentement, huma biss il-pajjiżi u t-territorji terzi li jistgħu
jagħtu xhieda li jissodisfaw l-istandards tas-saħħa tal-annimali
għad-dħul ta' annimali u prodotti fl-Unjoni li għandhom ikunu
eliġibbli li jesportawhom lejn l-Unjoni u jiġu elenkati għal dak
l-għan. (143) Għal ċerti
speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li
joriġinaw mill-annimali, il-listi tal-Unjoni tal-pajjiżi u
t-territorji terzi li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ma ġewx
stabbiliti f’atti tal-Unjoni adottati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ dan
ir-Regolament. F’dawk il-każijiet u sakemm jiġu adottati r-regoli
skont ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi
jiddeċiedu minn liema pajjiżi u territorji dawk l-annimali, prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu
jitħallew jidħlu fit-territorju tagħhom. Meta jiddeterminaw dan,
l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament
għal-listi tal-Unjoni ta' pajjiżi u territorji terzi. (144) Biex jiġi żgurat li
r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni
previsti f’dan ir-Regolament jiġu mħarsa u jkunu konformi
mal-prinċipji tal-kodiċijiet għas-saħħa tal-annimali tal-OIE,
l-annimali kollha, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw
mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità
kompetenti tal-pajjiż jew territorju terz tal-oriġini li jikkonferma
li r-rekwiżiti kollha tas-saħħa tal-annimali għad-dħul
fl-Unjoni huma mħarsa. Madankollu, devjazzjoni minn din ir-regola
għal prodotti li jippreżentaw riskju baxx għas-saħħa
tal-annimali għandha tkun permessa. (145) Iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali jistgħu jkunu jgħoddu waħedhom,
iżda ta' sikwit il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi
ċertifikazzjoni għal għanijiet oħra, pereżempju biex
jiġi ċċertifikat li s-saħħa pubblika jew
il-ħtiġijiet ta' trattament xieraq tal-annimali jew prodotti jkunu
ġew imħarsa. Dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni. Sabiex
jiġu minimizzati l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi, dawk
iċ-ċertifikati dwar saħħet l-annimali għandhom
jitħallew jnkludu wkoll it-tagħrif meħtieġ minn
leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel u
tal-għalf. (146) Il-mard jista’ jinfirex permezz
ta’ mezzi oħra għajr annimali, prodotti ġerminali, prodotti li
joriġinaw mill-annimali u prodotti sekondarji u prodotti dderivati
mill-annimali. Pereżempju, il-vetturi, il-kontenituri tat-trasport,
il-ħuxlief, it-tiben, prodotti tal-pjanti, u materjali u tagħmir li
setgħu kienu f’kuntatt ma’ annimali infettati jistgħu wkoll ixerrdu
l-mard. Fejn meħtieġ, għandhom jittieħdu miżuri li
jiskansaw dawn ir-rotot ta’ trażmissjoni tal-mard permezz tat-tali mezzi. (147) Sabiex jiġi żgurat
livell xieraq ta’ dettall għar-rekwiżiti dwar id-dħul fl-Unjoni,
is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni, biex din tissupplimenta u temenda l-kriterji
għall-elenkar ta’ pajjiżi u territorji terzi, il-kriterji
għas-sospensjoni jew l-irtirar minn dik il-lista, tissupplimenta r-regoli
għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti f’pajjiżi u territorji terzi u
d-derogi, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul
fl-Unjoni ta’ kunsinni minn pajjiżi u territorji terzi, il-kontenut
taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, u r-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali għal aġenti tal-mard, materjali
oħra, il-mezzi tat-trasport u t-tagħmir li jistgħu
jittrażmettu mard tal-annimali. (148) Sabiex ikunu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’
annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw
mill-annimali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’
implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi regoli dwar, fost
l-oħrajn, il-lista ta’ pajjiżi u territorji terzi li minnhom
id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li
joriġinaw mill-annimali huwa permess u l-mudell taċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali. (149) L-esperjenza tal-imgħoddi
wriet li meta tifqigħa ta’ xi marda serja sseħħ fi Stati Membri
jew f’pajjiżi jew territorji terzi li minnhom jidħlu annimali u
prodotti fl-Unjoni, il-miżuri tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard
għandhom jittieħdu minnufih biex jillimitaw l-introduzzjoni u
t-tixrid tagħha. Tali emerġenza tista' tinvolvi mard elenkat, mard li
qed ifeġġ jew xi perikli oħra għas-saħħa
tal-annimali. F’dak il-kuntest, għandu jkun ċar liema ġabriet
ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti f’dan
ir-Regolament jistgħu jintużaw fil-każ ta’ okkorrenza ta’ mard
elenkati jew emerġenti jew periklu. F’dawn il-każijiet kollha, huwa
essenzjali li l-miżuri jkunu jistgħu jittieħdu fi żmien
qasir ħafna u mingħajr ebda dewmien. Peress li t-tali miżuri
jirrestrinġu l-moviment ġewwa jew lejn l-Unjoni dawn għandhom
ikunu implimentati fil-livell tal-Unjoni kull meta jkun possibbli. (150) Sabiex ikun żgurat li jkun
hemm reazzjoni rapida u effettiva għal riskji emerġenti,
għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni
lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza. (151) Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f’każijiet
debitament ġustifikati relatati, fost l-oħrajn, mal-elenkar ta’ mard
u speċijiet, mard elenkat li għandu jkun soġġett għal
settijiet ta’ regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, l-istokkjar,
il-forniment, il-ħażna, il-kunsinna u proċeduri oħra tal-Unjoni
ta’ antiġeni tat-tilqim, il-banek tar-reaġenti dijanjostiċi,
l-istabbiliment ta' miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard u derogi
għal perjodu limitat ta’ żmien, ir-regoli ta’ moviment speċjali
għall-annimali terrestri u akkwatiċi għal perjodu ta’ żmien
limitat, miżuri ta’ emerġenza, u l-elenkar ta’ pajjiżi u
territorji terzi għad-dħul fl-Unjoni. (152) Dan ir-Regolament jistabbilixxi
regoli ġenerali u speċifiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll
ta’ mard trażmissibbli u jiżgura approċċ armonizzat
għas-saħħa tal-annimali madwar l-Unjoni. F’ċerti oqsma,
bħalma huma r-responsabbiltajiet ġenerali għas-saħħa
tal-annimali, in-notifika, is-sorveljanza, ir-reġistrazzjoni u
l-approvazzjoni jew it-traċċabbiltà, l-Istati Membri għandhom
jitħallew jew jitħeġġew japplikaw miżuri nazzjonali
addizzjonali jew aktar stretti. Madankollu, tali miżuri nazzjonali
għandhom jiġu permessi biss jekk ma jikkompromettux l-għanijiet
tas-saħħa tal-annimali ta’ dan ir-Regolament, u jekk m’humiex
f’kontradizzjoni mar-regoli stabbiliti fih u sakemm dawn ma jtellfux
il-movimenti ta’ annimali u prodotti bejn l-Istati Membri, sakemm dan ma jkunx
meħtieġ sabiex tiġi skansata l-introduzzjoni tal-mard jew biex
jiġi kkontrollat it-tixrid tiegħu. (153) Il-miżuri nazzjonali
msemmija fil-premessa 152 għandhom ikunu soġġetti għal
proċedura ta’ notifika simplifikata sabiex jitnaqqas il-piż
amministrattiv. L-esperjenza wriet li l-proċedura ta’ notifika
ġenerali stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi
proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’
l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi[33],
kienet għodda importanti li tiggwida u ttejjeb il-kwalità tar-regolamenti
tekniċi nazzjonali – f’termini ta’ żieda fit-trasparenza,
leġġibbiltà u effikaċja, f’oqsma mhux armonizzati jew
parzjalment armonizzati. Huwa għalhekk xieraq li tapplika din
il-proċedura ta’ notifika ġenerali stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE. (154) Bħalissa, ir-regoli
tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali huma stabbiliti fl-atti li
ġejjin tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fl-atti sussegwenti
tal-Kummissjoni adottati b’segwitu għalihom: –
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta'
Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw
il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità[34], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’
Mejju 1977 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-qerda
tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat[35], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 78/52/KEE tat-13 ta’
Diċembru 1977 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-pjani
nazzjonali għall-qerda mgħaġġla tal-mard brucellosis,
tuberculosis u enzootic leukosis fl-ifrat[36],
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta'
Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal
importazzjonijiet ta’ deep frozensemen ta’ annimali domestiċi
tal-ispeċi tal-bovini[37].
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1095/KEE tal-11 ta’
Novembru 1980 li tippreskrivi kondizzjonijiet maħsuba biex jagħmlu u
jżommu t-territorju tal-Komunità ħieles mid-deni klassiku
tal-ħnieżer[38],
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’
Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità[39], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta'
Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li
jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn
pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi tal-ispeċi
tal-ifrat[40].
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta'
Ġunju 1990, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa
tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u
għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi
tal-ispeċi tal-majjali[41], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’
Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li
jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u
tal-mogħoż[42],
–
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE
tal-11 ta’ Diċembru 1991 li tistabbilixxi r-riservi tal-Komunità fuq
it-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer[43], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April
1992 li tistabilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun
miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel[44], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju
1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali
li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali,
semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet
ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli
speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A
(1) ta’ Direttiva 90/425/KEE[45],
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju
1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda
Newcastle[46],
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’
Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward
tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw
il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux
soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji
speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn
jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE[47], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’
Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji
għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri
speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari
tal-ħnieżer[48],
–
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/410/KE tat-22
ta’ Ġunju 1995 li tippreskrivi r-regoli ghall-ittestjar
mikrobijoloġiku billi jittieħdu l-kampjuni fl-istabbiliment
tal-oriġini tat-tjur tal-irziezet għall-qatla maħsuba
għall-Finlandja u għall-Isvezja[49], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’
Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi
għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue[50], –
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE
tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun
responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji
għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi
l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija[51], –
Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li jistabbilixxi
sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem
tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti
tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 820/97[52],
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’
Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda
tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer[53], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’
Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni
Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE
għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż[54], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru
2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw
il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman[55], –
Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’
Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda
tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u
d-Deċiżjoni 89/531/KEE and 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva
92/46/KEE[56],
–
Ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-pets u
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 [Publications office][57], –
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17
ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u
r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament
(KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE[58], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’
April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali
għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal
ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u
92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE[59], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’
Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li
jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi[60], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’
Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll
tal-influwenza tat-tjur tal-irziezet u li
tħassar id-Direttiva 92/40/KEE[61],
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’
Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali
għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar
il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi[62], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KEE tal-15 ta’
Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni
tal-ħnieżer (li tikkodifika d-Direttiva 92/102/KEE)[63], –
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’
Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li
jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd
għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi[64].
(155) Ir-regoli stabbiliti fl-atti
leġiżlattivi msemmija fil-premessa 154 għandhom jiġu
sostitwiti b’dan ir-Regolament u bl-atti tal-Kummissjoni li se jiġu
adottati skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dawk l-atti
leġiżlattivi għandhom jiġu revokati. Madankollu, biex
jiżgura ċ-ċarezza legali u jiġi evitat li jkun hemm lakuna
ġuridika, ir-revoka għandha sseħħ biss meta l-atti
ddelegati rilevanti u l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont dan
ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li l-Kummissjoni
tingħata s-setgħa li tiddetermina d-dati meta r-revoka ta’ dawk
l-atti leġiżlattivi għandha tieħu effett. (156) L-atti tal-Kunsill li
ġejjin fil-qasam tas-saħħa tal-annimali huma obsoleti u
għandhom jitħassru espressivament fl-interess taċ-ċarezza
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
78/642/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar miżuri ta' protezzjoni santarja
fir-rigward tar-Repubblika tal-Botswana[65];
id-Direttiva tal-Kunsill 79/110/KEE tal-24 ta' Jannnar 1979 li tawtorizza
lir-Repubblika Taljana li tipposponi n-notifika u l-implimentazzjoni
tal-pjanijiet nazzjonali tagħha għall-qerda aċċellerata
tal-bruċellosi u t-tuberkolosi fil-bovini[66];
id-Direttiva tal-Kunsill 81/6/KEE tal-1 ta' Jannnar 1981 li tawtorizza
lir-Repubblika Ellenika li tikkomunika u timplimenta il- pjanijiet nazzjonali
tagħha għall-qerda aċċellerata tal-bruċellosi u
t-tuberkolosi fil-bovini[67];
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE tal-24 ta' Lulju 1989 li
ddaħħal miżuri Komunitarji biex jiġu stabbiliti
proġetti sperimentali għall-kontroll tar-rabbja bil-ħsieb li din
tinqered jew tiġi prevenuta[68];
id-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li temenda
d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji
għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer[69]; id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 90/678/KEE tat-13 ta' Diċembru 1990 li tirrikonoxxi ċerti
partijiet tat-territorju tal-Komunità bħala jew uffiċjalment
ħieles mid-deni tal-ħnieżer jew ħieles mid-deni
tal-ħnieżer[70].
(157) Ir-rekwiżiti ta’ dan
ir-Regolament ma għandhomx japplikaw sakemm l-atti delegati u ta’
implimentazzjoni kollha li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni
skont dan ir-Regolament, ikunu applikaw. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment
għal mill-anqas 36 xahar li jgħaddu bejn id-data tad-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u d-data tal-applikazzjoni tar-regoli
l-ġodda, sabiex jippermettu lill-operaturi affettwati biżżejjed
żmien biex jadattaw. (158) Sabiex tkun żgurata
ċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar
l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, il-miżuri ta’
kontroll tal-mard għal ċerti żoonożi u l-movimenti mhux
kummerċjali ta’ annimali domestiċi, is-setgħa li jiġu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-data li
fiha r-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000, (UE) Nru XXX/XXX [ex-998/2003] u
(KE) Nru 21/2004 u d-Direttivi 92/66/KEE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE,
2003/85/KE, 2005/94/KE u 2008/71/KE ma jkomplux japplikaw. (159) Is-setgħat ta'
implimentazzjoni previsti f'dan ir-Regolament għandhom jitħaddmu
b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri
tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[71]. (160) Huwa partikolarment importanti
li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’
tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta
tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha
tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti
rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (161) Dan ir-Regolament
m’għandux joħloq piż amministrattiv sproporzjonat jew impatt
ekonomiku għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.
Skont dan ir-Regolament, abbażi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet
interessati, ġiet ikkunsidrata s-sitwazzjoni speċjali
tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Deroga ta' potenzjal
universali mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dawn
l-intrapriżi ma ġietx mistħarrġa, minħabba
l-għanijiet tal-politika pubblika li tiġi mħarsa
s-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika. Madankollu,
għadd ta’ derogi għal dawn l-intrapriżi għandhom jiġu
previsti f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti differenti ta’ dan
ir-Regolament, meta jitqiesu r-riskji involuti. (162) L-għanijiet
ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti r-regoli
tas-saħħa tal-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti ta’
oriġini mill-annimali, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti
derivati sa fejn dawn ma jkunux koperti minn regoli speċifiċi
f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u materjal ieħor li jista’
jkun involut fit-tixrid ta’ mard trażmissibbli, ma jistgħux jinkisbu
b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu jintlaħqu
aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ qafas legali komuni u koordinat
għas-saħħa tal-annimali. Dan ir-Regolament, għalhekk, huwa
skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5(3)
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità,
kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li
huwa neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: PARTI I
REGOLI ĠENERALI Kapitolu I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet Artikolu 1
Suġġett 1. Dan
ir-Regolament jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard
tal-annimali, li huma trażmessi lill-annimali jew lill-bniedem. Dawk ir-regoli jipprevedu: (a) il-prijoritizzazzjoni u
l-kategorizzazzjoni tal-mard ta’ tħassib għall-Unjoni u sabiex
jiġu stabbiliti r-responsabbiltajiet għas-Saħħa
tal-Annimali fil-Parti I; (b) id-detezzjoni bikrija, in-notifika u
r-rappurtar ta’ mard, is-sorveljanza, il-programmi ta’ qerda u l-istatus ta’
ħelsien mill-mard fil-Parti II; (c) għarfien dwar il-mard, tħejjija
u kontroll fil-Parti III; (d) ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni
ta’ stabbilimenti u trasportaturi, il-movimenti u t-traċċabbiltà
tal-kunsinni ta’ annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li
joriġinaw mill-annimali fl-Unjoni fil-Parti IV; (e) id-dħul ta’ kunsinni ta’ annimali,
prodotti ġerminali, u prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn
l-Unjoni u l-esportazzjoni ta’ tali kunsinni mill-Unjoni fil-Parti V; (f) il-miżuri ta’ emerġenza li
għandhom jittieħdu fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza
ta' mard fil-Parti VI. 2. Ir-regoli
msemmijin fil-paragrafu 1: (a) jiżguraw (i) produzzjoni agrikola u akkwakultura
sostenibbli fl-Unjoni; (ii) il-funzjonament effettiv tas-suq
intern; (iii) tnaqqis fl-effetti ħżiena fuq
l-ambjent ta’: –
ċertu mard; –
il-miżuri meħuda biex jipprevjenu u
jikkontrollaw il-mard; (b) iqisu (i) ir-relazzjoni bejn is-saħħa
tal-annimali u: –
is-saħħa pubblika; –
l-ambjent kif ukoll l-impatti tat-tibdil fil-klima; –
is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf; –
it-trattament xieraq tal-annimali; –
is-sigurtà tal-ikel; (ii) il-konsegwenzi ekonomiċi,
soċjali, kulturali u ambjentali li jinqalgħu mill-applikazzjoni ta’
miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-mard. Artikolu 2
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament 1. Dan
ir-Regolament għandu japplika għal: (a)
annimali miżmuma u selvaġġi; (b)
prodotti ġerminali; (c)
prodotti li joriġinaw mill-annimali; (d)
prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti
derivati mill-annimali, mingħajr ħsara għar-regoli stabbiliti
fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009; (e)
il-faċilitajiet, mezzi ta’ trasport,
tagħmir u l-mogħdijiet l-oħra kollha ta’ infezzjoni u l-materjal
involut jew potenzjalment involut fit-tixrid ta’ mard trażmissibbli. 2. Dan
ir-Regolament għandu japplika għall-mard li jittieħed, fosthom
iż-żoonożi, mingħajr ħsara għar-regoli stabbiliti
fi: (a) Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE; (b) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001; (c) id-Direttiva 2003/99/KE; (d) Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Artikolu 3
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti IV dwar ir-reġistrazzjoni,
l-approvazzjoni, it-traċċabbiltà u l-movimenti 1. It-Titolu
I tal-Parti IV għandu japplika għal: (a) annimali terrestri, u annimali li mhumiex
annimali terrestri imma li jistgħu jgħaddu l-mard li jaffettwa
lill-annimali terrestri; (b) prodotti ġerminali minn annimali
terrestri; (c) prodotti li joriġinaw mill-annimali
minn annimali terrestri. 2. It-Titolu
II tal-Parti IV għandu japplika għal: (a) annimali akkwatiċi, u annimali li
mhumiex annimali akkwatiċi imma li jistgħu jgħaddu l-mard li
jaffettwa lill-annimali akkwatiċi; (b) prodotti li joriġinaw mill-annimali
minn annimali akkwatiċi. 3. It-Titolu
III tal-Parti IV għandu japplika għal: (a) annimali għajr dawk definiti
bħala annimali terrestri u annimali akkwatiċi fl-Artikolu 4(1)(4); (b) prodotti ġerminali u prodotti li
joriġinaw mill-annimali minn annimali oħra msemmija fil-punt (a). 4. Il-Kapitoli
1 u 3 tat-Titolu I u l-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu II tal-Parti IV ma
għandhomx japplikaw għall-annimali domestiċi. Artikolu 4
Definizzjonijiet 1. Għall-fini
ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li
ġejjin: (2)
“annimali” tfisser annimali vertebrati jew
invertebrati; (3)
“annimali terrestri” tfisser għasafar,
mammiferi terrestri, naħal u bagħal tan-naħal; (4)
“annimali akkwatiċi” tfisser annimali
tal-ispeċi li ġejjin, fi stadji tal-ħajja kollha, inklużi
l-bajd, il-gameti, l-isperma: (i) ħut li jappartjeni
għas-superklassi Agnatha u l-klassijiet Chondrichthyes, Actinopterygii u
Sarcopterygii; (ii) molluski akkwatiċi li jappartjenu
għall-filu Mollusca; (iii) krustaċji akkwatiċi li
jappartjenu għas-subfilu Crustacea; (5)
“annimali oħra” tfisser annimali ta’ speċijiet
minbarra dawk definiti bħala annimali terrestri u akkwatiċi; (6)
"annimali miżmuma" tfisser annimali
li jinżammu mill-bnedmin, fil-każ ta' annimali akkwatiċi,
annimali tal-akkwakultura; (7)
"akkwakultura" tfisser it-tkabbir ta’
annimali akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki mfassla biex tiżdied
il-produzzjoni ta’ dawk l-annimali lil hinn mill-kapaċità naturali
tal-ambjent u fejn l-annimali jibqgħu l-proprjetà ta’ persuna fiżika
jew ġuridika waħda jew aktar matul l-istadji tat-trobbija jew
tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad, minbarra l-ħsad jew
l-qbid għall-iskopijiet ta’ konsum uman ta’ annimali akkwatiċi
selvaġġi li huma sussegwentement temporanjament miżmuma
fl-istennija għall-qatla mingħajr ma jkunu mitmugħa; (8)
“annimali tal-akkwakultura” tfisser annimali akkwatiċi
soġġetti għall-akkwakultura; (9)
"annimali selvaġġi” tfisser annimali
mhux miżmuma; (10)
“tjur tal-irziezet” tfisser għasafar li huma
mkabbra jew miżmuma f’kaptività għal: (a) il-produzzjoni ta’: (i) laħam; (ii) bajd għall-konsum; (iii) prodotti oħra; (b) provvisti għat-tgħammir
mill-ġdid tat-tjur tal-irziezet tal-kaċċa; (c) għall-għanijiet ta’
tgħammir ta’ għasafar użati għat-tipi ta’ produzzjoni
msemmija fil-punt (a); (11)
"għasafar miżmuma fil-magħluq”
tfisser kwalunkwe għasfur minbarra tjur tal-irziezet li jinżamm
fil-magħluq għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra dawk
imsemmija fil-punt (9) inklużi dawk li huma miżmuma għal
wirjiet, tlielaq, esebizzjonijiet, kompetizzjonijiet trobbija jew bejgħ; (12)
"annimal domestiku” tfisser annimal
tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I, li: (a) jinżamm f’dar, jew fil-każ ta’
annimali akkwatiċi ornamentali miżmuma f’akkwarji mhux
kummerċjali; (b) meta jkun suġġett għal
moviment, jakkumpanja għal skopijiet ta’ moviment mhux kummerċjali,
lil dak li jżomm l-annimal domestiku, jew persuna fiżika li tkun qed
taġixxi f’isem u bi ftehim ma' dak li jżomm l-annimal domestiku, u li
matul dan il-moviment mhux kummerċjali, jibqa’ taħt ir-responsabbiltà
ta' dak li jżomm l-annimal domestiku jew tat-tali persuna; (13)
“dak li jżomm annimal domestiku" tfisser
persuna fiżika li żżomm annimal domestiku għall-gost (pet); (14)
"moviment mhux kummerċjali” tfisser kull
moviment ta’ annimali domestiċi li ma jinvolvix u lanqas jimmira,
direttament jew indirettament, lejn gwadann finanzjarju jew it-trasferiment
tas-sjieda; (15)
“mard” tfisser l-okkorrenza ta' infezzjonijiet u
imfestazzjonijiet fl-annimali, bi jew mingħajr manifestazzjonijiet klinika
jew patoloġika, ikkawżata minn aġenti tal-mard wieħed jew
aktar trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin; (16)
"mard elenkat” tfisser il-mard elenkat skont
l-Artikolu 5(2); (17)
“marda emerġenti” tfisser marda għajr
il-mard elenkat li għandha l-potenzjal li tissodisfa l-kriterji
għall-mard elenkat previst fl-Artikolu 6(1)(a) minħabba: (a) marda ġdida li ġejja
mill-evoluzzjoni jew bidla ta’ aġent ta' marda eżistenti; (b) tixrid ta’ mard magħruf f'żona
ġeografika ġdida jew popolazzjoni ġdida; jew (c) aġent ta’ mard mhux rikonoxxut qabel
jew marda dijanjostikata għall-ewwel darba; (18)
"profil ta' mard” tfisser il-kriterji ta’
marda li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6(1)(a); (19)
“speċijiet elenkati” tfisser l-ispeċijiet
tal-annimal jew il-grupp tal-ispeċijiet tal-annimal elenkati b'konformità
mal-Artikolu 7(2), jew, fil-każ ta’ mard emerġenti,
tal-ispeċijiet tal-annimali jew gruppi ta’ speċijiet tal-annimali, li
jissodisfaw il-kriterji għall-ispeċijiet elenkati stabbiliti
fl-Artikolu 7(2); (20)
“periklu” tfisser aġent ta’ marda jew
kundizzjoni f'annimal jew prodott bil-potenzjal li jkollha effett negattiv fuq
saħħet il-bnedmin jew l-annimali; (21)
“riskju” tfisser il-probabbiltà tal-okkorrenza u
l-kobor probabbli tal-konsegwenzi bijoloġiċi u ekonomiċi ta’
effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa
pubblika; (22)
"bijosigurtà” tfisser is-somma ta’
ġestjoni u miżuri fiżiċi maħsuba biex jitnaqqas ir-riskju
tal-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ mard lejn l-UE, minnha u fi
ħdanha: (a) f'popolazzjoni tal-annimali, jew (b) fi stabbiliment, żona, kompartiment,
mezzi ta’ trasport jew kwalunkwe faċilitajiet oħra, bini jew post; (23)
“operatur” tfisser persuna fiżika jew
ġuridika, li jkollha annimali u prodotti taħt ir-responsabbiltà
tagħha, inkluż dawk li jrabbu l-annimali u t-trasportaturi, iżda
esklużi l-veterinarji u dawk li jżommu l-annimali domestiċi (pets); (24)
“professjonist tal-annimali” tfisser persuna
fiżika jew ġuridika, relatata f'sens ta' okkupazzjoni ma’ annimali
jew prodotti, minbarra l-operaturi jew il-veterinarji; (25)
“stabbiliment” tfisser kull post, struttura, jew
kwalunkwe ambjent, li fih l-annimali jew il-prodotti ġerminali huma
miżmuma, għajr għal: (a) unitajiet domestiċi fejn
jinżammu annimali domestiċi (pets); (b) akkwarji mhux kummerċjali li
jżommu annimali akkwatiċi; (c) prattiki jew kliniċi veterinarji; (26)
"prodotti ġerminali” tfisser: (a) sperma, semen, ooċiti u embrijuni
intenzjonati għal riproduzzjoni artifiċjali; (b) bajd għat-tfaqqis; (27)
“prodotti li joriġinaw mill-annimali” tfisser:
(a) ikel ta’ oriġini mill-annimali,
inkluż l-għasel u d-demm; (b) molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi
ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin maħsuba
għall-konsum mill-bniedem; (c) annimali apparti dawk imsemmija f’(b) li
huma destinati biex jiġu ppreparati biex jiġu mgħoddija
ħajjin lill-konsumatur finali; (28)
“prodotti sekondarji mill-annimali” tfisser
iġsma jew partijiet ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali
jew prodotti oħra miksuba minn annimali li mhumiex maħsuba
għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-prodotti ġerminali; (29)
"prodotti derivati" tfisser prodotti
miksuba minn trattament, trasformazzjoni jew grad ta’ ipproċessar
wieħed jew aktar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali; (30)
"prodotti" tfisser: (a) prodotti ġerminali; (b) prodotti li joriġinaw mill-annimali;
(c) prodotti sekondarji tal-annimali u
prodotti derivati; (31)
"kontroll uffiċċjali" tfisser
kontroll uffiċjali kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament
(UE) XXX/XXX [Publication office – Number to be added: on official controls and other official
activities.]; (32)
"status tas-saħħa” tfisser l-istatus
tal-mard fir-rigward tal-mard elenkat kollu għall-ispeċijiet elenkati
partikolari fir-rigward ta’: (a) annimal; (b) l-annimali fi ħdan: (i) stabbiliment; (ii) kompartiment; (iii) żona; (iv) Stat Membru; (v) pajjiż jew territorju terz; (33)
“żona” tfisser: (a) għall-annimali terrestri parti
definita b’mod ċar ta’ Stat Membru, pajjiż jew territorju terz li
fiha subpopolazzjoni ta’ annimali bi status tas-saħħa distint
fir-rigward ta’ xi marda speċifika jew mard speċifiku
soġġett għal sorveljanza xierqa, il-kontroll tal-mard u
miżuri ta’ bijosigurtà; (b) għal annimali
akkwatiċi ta’ sistema idroloġika kontigwi bi status
tas-saħħa distint fir-rigward ta’ xi marda speċifika jew mard
speċifiku li jifforma żona li hija msemmija f’wieħed minn dawn
li ġejjin: (i) maqbid ta’ ilma fl-intier tiegħu
mill-għajn tal-passaġġ tal-ilma sal-estwarju jew lag; (ii) aktar minn maqbad ta’ ilma wieħed;
(iii) parti maqbad tal-ilma mill-għajn
tal-passaġġ tal-ilma sa ostaklu li jimpedixxi l-introduzzjoni ta’ xi
marda jew mard speċifiku; (iv) parti minn żona kostali
b’delimitazzjoni ġeografika preċiża; (v) estwarju
b’delimitazzjoni ġeografika preċiża; (34)
“maqbad tal-ilma” tfisser żona fejn
jinġabar l-ilma jew baċir ta’ art imdawra b’karatteristiċi
naturali bħal għoljiet u muntanji, li fihom jgħaddi kull fluss
ta' tifwir tal-ilma; (35)
“kompartiment” tfisser subpopolazzjoni ta’ annimali
li jinsabu f’ċentru wieħed jew aktar u fil-każ ta’ annimali
akkwatiċi f’stabbiliment wieħed jew aktar tal-akkwakultura, taħt
sistema ta’ tmexxija tal-bijosigurtà komuni bi status tas-saħħa distint
fir-rigward ta’ xi marda speċifika jew mard speċifiku
soġġett għal sorveljanza xierqa, kontroll tal-mard u miżuri
ta’ bijosigurtà; (36)
“kwarantina” tfisser iż-żamma ta’
annimali f’iżolament taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti bl-ebda
kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali oħra, għall-finijiet li jkun
żgurat li m’hemmx tixrid ta’ mard waqt li l-annimali huma osservati
għal tul ta’ żmien speċifikat u, jekk xieraq, ittestjar u
trattament; (37)
“unità epidemjoloġika” tfisser grupp
ta’ annimali bl-istess probabbiltà tal-esponiment għal aġent ta’ marda; (38)
“tifqigħa” tfisser każ
wieħed jew aktar fi stabbiliment, unità domestika jew post ieħor fejn
jinżammu jew jinsabu l-annimali; (39)
"każ” tfisser il-konferma uffiċjali
tal-preżenza ta’ marda elenkata jew marda emerġenti f'annimal
ħaj jew mejjet; (40)
“żona ristretta” tfisser żona li
fiha restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ ċerti annimali jew prodotti u
l-applikazzjoni ta' miżuri oħra għall-kontroll tal-mard,
bil-għan li jiġi evitat it-tifrix ta’ xi marda partikolari f’oqsma fejn
ebda restrizzjonijiet ma huma applikati; (41)
“żona ta’ protezzjoni” tfisser żona
b’każ jew aktar ta' mard li hija stabbilita wara konferma uffiċjali
ta’ tifqigħa, u fejn xi miżuri ta’ kontroll tal-marda huma applikati
sabiex tiġi evitata l-firxa tal-marda minn dik iż-żona; (42)
“żona ta’ sorveljanza” tfisser żona,
stabbiliti wara konferma uffiċjali ta’ tifqigħa u li tkun tinsab
madwar żona ta’ protezzjoni, u fejn xi miżuri ta’ kontroll tal-mard
huma applikati sabiex tiġi evitata l-firxa tal-marda minn dik iż-żona
u ż-żona ta’ protezzjoni; (43)
“bajd tat-tifqis” tfisser bajd, li jkunu biedu
t-tjur tal-irziezet, maħsuba għall-inkubazzjoni; (44)
“annimali ungulati” tfisser l-annimali elenkati
fl-Anness II; (45)
“stabbiliment ta' prodott ġerminali” tfisser: (a) stabbiliment għall-ġbir,
il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna tal-prodotti
ġerminali; (b) mafqas; (46)
“mafqas” tfisser stabbiliment li jiġbor,
jaħżen, jinkuba u jfaqqas il-bajd għall-provvista ta’: (a) bajd għall-inkubazzjoni; (b) flieles
ta’ ġurnata jew il-flieles li jkunu għadhom kemm faqqsu ta’
speċijiet oħra; (47) “trasportatur” tfisser operatur li jittrasporta annimali f'ismu stess,
jew għal parti terza; (48)
"stabbiliment konfinat” tfisser xi
stabbiliment permanenti ġeografikament konfinat, maħluq fuq bażi
volontarja, u approvat għall-iskop ta' movimenti, fejn l-annimali huma: (a)
miżmuma jew imrobbija għall-finijiet ta’
wirjiet, edukazzjoni, ħarsien tal-ispeċi jew riċerka; (b)
limitati u sseparati mill-ambjent ċirkondanti; (c)
soġġetti għal sorveljanza
tas-saħħa tal-annimali u miżuri fil-qasam tal-bijosigurtà
stretti; (49)
“operazzjoni tal-immuntar” tfisser
assemblaġġ ta’ annimali terrestri miżmuma minn diversi
stabbilimenti għal perjodu iqsar mill-perjodu ta’ residenza
meħtieġa għal dik l-ispeċi tal-annimali; (50)
“perjodu ta’ residenza” tfisser il-perjodu minimu
li annimal huwa meħtieġ li jgħix fi stabbiliment qabel jiġi
suġġett għal moviment minn dak l-istabbiliment; (51) "IMSOC" tfisser is-sistema ta' ġestjoni
tal-informazzjoni kompjuterizzata prevista permezz tal-Artikolu 130(1)
tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Publication office: Number to be added
-on official controls and other official activities]; (52)
“stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel
akkwatiku” tfisser negozju tal-ikel approvat skont id-dispożizzjonijiet li
ġejjin: (a) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru
853/2004, fil-każ tal-ipproċessar tal-annimali tal-akkwakultura
għal finijiet ta' ikel; (b) L-Artikolu 177 ta’ dan ir-Regolament
fil-każ tal-qatla ta’ annimali akkwatiċi għal skopijiet ta’
kontroll ta’ mard, skont it-Titolu II tal-Parti III. 2. Il-Kummissjoni
għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 fir-rigward ta' emendi għal-lista ta': (a) l-annimali domestiċi stabbiliti
fl-Anness I; (b) l-ungulati stabbiliti fl-Anness II. Kapitolu 2
Mard elenkat u mard emerġenti u speċijiet elenkati Artikolu 5
Elenkar tal-mard 1. Ir-regoli
speċifiċi għall-mard intiżi għall-prevenzjoni u
l-kontroll tal-mard previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw
għal: (a) mard elenkat; (b) mard emerġenti. 2. Il-Kummissjoni,
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi lista ta’
mard elenkat, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a). Dik il-lista għandha tinkludi mard li
jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti li ġejjin (a) u (b) ta’
dan il-paragrafu, fejn jitqiesu l-kriterji għall-elenkar tal-mard
stabbiliti fl-Artikolu 6: (a) mard li x’aktarx ikollu impatt
sinifikanti fuq mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin: (i) is-saħħa pubblika; (ii) l-agrikola jew il-produzzjoni
tal-akkwakultura jew f’setturi relatati tal-ekonomija; (iii) is-soċjetà fl-Istati Membri u fejn
xieraq f’pajjiżi jew territorji terzi; (iv) l-ambjent; (b) mard li għalih huma disponibbli
miżuri li jtaffu r-riskju, jew li għalih dawn jistgħu jiġu
żviluppati u huma proporzjonati mar-riskju impost minn tali mard. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi debitament
ġustifikati ta’ urġenza relatati ma’ marda li tirrappreżenta
riskju emerġenti ta’ impatt sinifikanti l-Kummissjoni għandha tadotta
minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’konformità mal-proċedura
msemmija fl-Artikolu 255(3). Artikolu 6
Kriterji għall-elenkar tal-mard 1. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kriterji li ġejjin meta jkun qed jiġi
ddeterminat jekk marda tissodisfax il-kundizzjonijiet li għandhom
jiġu elenkati skont l-Artikolu 5(2): (a) il-profil tal-marda, li għandu
jinkludi dan li ġej: (i) l-ispeċijiet tal-annimali milquta
minn din il-marda; (ii) il-morbidità u r-rati tal-mortalità
tal-marda f’popolazzjonijiet tal-annimali; (iii) il-karattru żoonetiku tal-marda; (iv) il-kapaċità li tiżviluppa
reżistenza għal trattamenti; (v) il-persistenza tal-marda f’popolazzjoni
tal-annimali jew fl-ambjent; (vi) ir-rotot u l-veloċità ta’
trażmissjoni tal-marda bejn l-annimali u meta rilevanti bejn l-annimali u
l-bnedmin; (vii) l-assenza jew il-preżenza u
d-distribuzzjoni tal-marda fl-Unjoni, u, fejn il-marda ma tkunx preżenti
fl-Unjoni, ir-riskju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni; (viii) l-eżistenza ta’ għodod
dijanjostiċi u ta’ kontroll tal-mard; (b) l-impatt tal-marda fuq: (i) il-produzzjoni agrikola u
tal-akkwakultura u partijiet oħra tal-ekonomija: –
il-livell tal-preżenza tal-marda fl-Unjoni; –
it-telf ta’ produzzjoni minħabba marda; –
telf ieħor; (ii) is-saħħa tal-bniedem: –
it-trażmissibbiltà bejn l-annimali u
l-bnedmin; –
it-trażmissibbiltà bejn il-bnedmin; –
is-severità ta’ forom fil-bniedem tal-marda; –
id-disponibbiltà ta’ prevenzjoni effettiva jew
trattament mediku fil-bnedmin; (iii) it-trattament xieraq tal-annimali; (iv) il-bijodiversità u t-tniġġis
ambjentali; (c) il-potenzjal tagħha li
tiġġenera sitwazzjoni ta’ kriżi u l-użu potenzjali
tagħha għall- bijoterroriżmu; (d) il-fattibbiltà, id-disponibbiltà u
l-effettività ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li
ġejjin: (i) għodod u kapaċitajiet
dijanjostiċi; (ii) tilqim; (iii) trattamenti mediċi; (iv) miżuri ta’ bijosigurtà; (v) restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’
annimali u prodotti; (vi) qtil u rimi ta’ annimali; (e) l-impatt ta’ miżuri
għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard fir-rigward: (i) l-ispejjeż diretti u indiretti
tas-setturi kkonċernati u l-ekonomija inġenerali; (ii) l-aċċetazzjoni tagħhom
mis-soċjetà; (iii) it-trattament xieraq
tas-subpopolazzjonijiet milquta ta’ annimali miżmuma u selvaġġi;
(iv) l-ambjent u l-bijodiversità. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar emendi tal-kriterji previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu biex jitqiesu l-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi ta’
standards internazzjonali relevanti. Artickolu 7
Elenkar tal-ispeċijiet 1. Ir-regoli
speċifiċi dwar il-mard fil-każ tal-mard elenkat previst f’dan
ir-Regolament u r-regoli adottati skont dan ir-Regolament għandhom
japplikaw għall-ispeċijiet elenkati. 2. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’
speċijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dik il-lista għandha tinkludi dawk
l-ispeċijiet tal-annimali jew gruppi ta’ speċijiet tal-annimali, li
jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ mard elenkat
speċifiku, wara li jitqiesu l-kriterji li ġejjin: (a) is-suxxettibbiltà ta’ popolazzjoni
tal-annimali f’riskju; (b) it-tul ta’ żmien tal-perjodu ta’
inkubazzjoni u dak infettiv tal-annimali; (c) il-kapaċità ta’ dawk l-annimali li jġorru
dak il-mard speċifiku. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi debitament
ġustifikati ta’ urġenza relatati ma’ marda li tirrappreżenta
riskju emerġenti ta’ impatt sinifikanti l-Kummissjoni għandha tadotta
minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’konformità mal-proċedura
msemmija fl-Artikolu 255(3). Artikolu 8
Regoli tal-applikazzjoni tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għall-mard
elenkat 1. Il-Kummissjoni,
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tiddetermina
l-applikazzjoni ta’ regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmi
fil-punti li ġejjin għal mard elenkat: (a) mard elenkat soġġett għal
regoli dwar: (i) għarfien u tħejjija
għall-mard previst fit-Titolu I tal-Parti III u miżuri ta’ kontroll
tal-marda previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti III; (ii) kompartimentalizzazzjoni prevista
fl-Artikolu 37(1); (b) mard elenkat suġġett għal
regoli ta' prevenzjoni kontroll tal-mard rigward: (i) programmi obbligatorji ta’ qerda
previsti fl-Artikolu 30(1); (ii) Stati Membri u żoni ħielsa
minn mard previsti fl-Artikolu 36; (iii) kompartimentalizzazzjoni prevista
fl-Artikolu 37(2); (iv) miżuri ta’ kontroll tal-mard
previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti III; (c) mard elenkat suġġett għal
regoli ta' prevenzjoni kontroll tal-mard rigward: (i) qerda volontarja prevista fl-Artikolu
30(2); (ii) Stati Membri u żoni ħielsa
minn mard previsti fl-Artikolu 36; (iii) kompartimentalizzazzjoni prevista
fl-Artikolu 37(2); (iv) miżuri ta’ kontroll tal-mard
previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti III; (d) mard elenkat suġġett għal
regoli ta' prevenzjoni kontroll tal-mard rigward: (i) moviment fl-Unjoni previst fil-Kapitoli
minn 3 sa 7 tat-Titolu I u l-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu II tal-Parti IV; (ii) dħul fl-Unjoni u l-esportazzjoni
mill-Unjoni previsti fil-Parti V; (e) mard elenkat suġġett għal
regoli ta' prevenzjoni kontroll tal-mard rigward: (i) notifika u rappurtar kif previst
fil-Kapitolu 1 tal-Parti II; (ii) is-sorveljanza prevista fil-Kapitolu 2
tal-Parti II. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi debitament
ġustifikati ta’ urġenza relatati ma’ marda li tirrappreżenta
riskju emerġenti ta’ impatt sinifikanti l-Kummissjoni għandha tadotta
minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’konformità mal-proċedura
msemmija fl-Artikolu 255(3). 2. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kriterji li ġejjin meta tadotta l-atti ta’
implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 1: (a) il-livell tal-impatt tal-marda fuq
is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika, it-trattament
xieraq tal-annimali u l-ekonomija; (b) il-prevalenza, l-inċidenza u
d-distribuzzjoni tal-marda fl-Unjoni; (c) id-disponibbiltà,
il-fattibbiltà u l-effettività ta' ġabriet differenti ta' miżuri ta'
prevenzjoni u ta’ kontroll tal-mard previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward
tal-marda. Kapitolu 3
Responsabbiltajiet għal saħħet l-annimali Taqsima 1
Operaturi, professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu l-annimali
domestiċi Artikolu 9
Responsabbiltajiet għas-saħħa tal-annimali u miżuri ta’
bijosigurtà 1. L-operaturi,
il-professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu l-annimali domestiċi
għandhom: (a) ikunu responsabbli minn saħħet
l-annimali miżmuma u l-prodotti taħt ir-responsabbiltà tagħhom; (b) jieħdu miżuri xierqa ta’
bijosigurtà, b’qies tar-riskji involuti, biex jiżguraw is-saħħa
ta’ dawk l-annimali u l-prodotti miżmuma u biex jipprevjenu
l-introduzzjoni, l-iżvilupp u l-multiplikazzjoni fi ħdan u mifruxa
bejn u minn tali annimali prodotti miżmuma taħt ir-responsabbiltà
tagħhom ta’ mard, ħlief meta dan ikun awtorizzat speċifikament
għal skopijiet xjentifiċi, kif xieraq għal: (i) kategoriji u speċijiet ta' annimali
u prodotti miżmuma; (ii) it-tip ta’ produzzjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar miżuri ta’ bijosigurtà li jissupplimentaw ir-regoli
stabbiliti fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 10
Għarfien bażiku dwar saħħet l-annimali 1. L-operaturi u l-professjonisti tal-annimali għandhom
jiksbu għarfien dwar: (a) il-mard
tal-annimali, inkluż dak li huma li jiġi trażmess lill-bnedmin; (b) il-prinċipji
ta’ bijosigurtà; (c) l-interazzjoni bejn is-saħħa
tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa
tal-bniedem. 2. Il-kontenut
u l-livell ta’ għarfien meħtieġa skont il-paragrafu 1
għandhom jiddependu fuq: (a) il-kategoriji u l-ispeċijiet
tal-annimali jew il-prodotti miżmuma taħt ir-responsabbiltà
tagħhom; (b) it-tip ta’ produzzjoni; (c) il-kompiti mwettqa. 3. L-għarfien
previst fil-paragrafu 1 għandu jinkiseb f’wieħed minn dawn il-modi li
ġejjin: (a) esperjenza professjonali jew
taħriġ; (b) programmi eżistenti f’setturi
agrikoli jew tal-akkwakultura li huma rilevanti għas-saħħa
tal-annimali; (c) edukazzjoni formali. Taqsima 2
Veterinarji u professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi Artikolu 11
Responsabbiltajiet ta’ veterinarji u professjonisti tas-saħħa
tal-annimali akkwatiċi 1. Il-veterinarji
għandhom fil-qadi tal-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp
ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament: (a) jieħdu l-miżuri xierqa kollha
biex jipprevjenu l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ mard; (b) jiżguraw detezzjoni bikrija tal-mard
billi jwettqu dijanjosi sewwa u dijanjosi differenzjali sabiex titwarrab jew
tiġi kkonfermata marda qabel jinbeda trattament sintomatiku; (c) ikollhom rwol attiv fi: (i) it-tkabbir tal-għarfien dwar
is-saħħa tal-annimali; (ii) il-prevenzjoni tal-mard; (iii) id-detezzjoni bikrija u reazzjoni
rapida għal mard. (d) il-kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti,
l-operaturi, professjonisti u dawk li jżommu l-annimali domestiċi
fl-applikazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard
previsti f’dan ir-Regolament. 2. Il-professjonisti
tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jistgħu jniedu
attivitajiet li jiġu attribwiti lill-veterinarji skont dan ir-Regolament
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ annimali akkwatiċi sakemm dawn ikunu
awtorizzati li jagħmlu dan skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
F’dak il-każ, il-paragrafu 1 għandu japplika għal dawk
professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki tal-veterinarji u
l-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi li jidħlu
għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament. Taqsima 3
L-Istati Membri Artikolu 12
Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri 1. Sabiex
jiżguraw li l-awtorità kompetenti għas-saħħa tal-annimali
għandu l-kapaċità li tieħu l-miżuri meħtieġa u
xierqa, u twettaq l-attivitajiet, kif meħtieġ minn dan ir-Regolament,
l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: (a) jkollhom persunal kwalifikat,
faċilitajiet, tagħmir, riżorsi finanzjarji u ta’ organizzazzjoni
effettivi li tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru; (b) aċċess għal laboratorji li
jkollhom persunal kwalifikat, faċilitajiet, tagħmir u riżorsi
finanzjarji biex tkun żgurata d-dijanjosi preċiża u rapida u
d-dijanjosi differenzjali tal-mard elenkat u l-mard emerġenti; (c) Veterinarji mħarrġa
biżżejjed involuti fit-twettiq tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu
11 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. L-Istati
Membri għandhom isostnu l-operaturi u l-professjonisti tal-annimali
fl-akkwist, iż-żamma u l-iżvilupp ta' għarfien bażiku
dwar is-saħħa tal-annimali kif jipprevedi l-Artikolu 10 permezz ta’
programmi relevanti f’setturi agrikoli jew tal-akkwakultura jew bl-edukazzjoni
formali. Artikolu 13
Id-delegazzjoni ta’ attivitajiet uffiċjali oħra tal-awtorità
kompetenti 1. L-awtorità kompetenti tista’ tiddelega waħda jew
aktar mill-attivitajiet li ġejjin lill-veterinarji: (a) attivitajiet
li jikkonċernaw in-notifika u r-rapportar kif previst fil-Kapitolu 1
tal-Parti II u s-sorveljanza kif previst fil-Kapitolu 2 ta’ din il-Parti; (b) l-attivitajiet marbuta ma’: (i) kuxjenza dwar il-mard, tħejjija u
kontroll kif previst fil-Parti III; (ii) ir-reġistrazzjoni,
l-approvazzjoni, it-traċċabbiltà u l-movimenti kif previst fil-Parti
IV; (iii) miżuri ta’ emerġenza kif
previst fil-Parti VI. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253, dwar: (a) iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet
biex tiddelega attivitajiet previsti fil-paragrafu 1; (b) liema attivitajiet oħra jistgħu
jiġu ddelegati lill-veterinarji minbarra dawk previsti fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu, u taħt liema ċirkustanzi u taħt liema
kundizzjonijiet; (c) rekwiżiti minimi
għat-taħriġ tal-veterinarji previsti fl-Artikolu 12(1)(c). Il-Kummissjoni għandha tqis in-natura ta’
dawk il-kompiti u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri, meta
tadotta dawk l-atti delegati. Artikolu 14
Informazzjoni pubblika Fejn ikun hemm motivi raġonevoli ta’
suspett li l-annimali jew il-prodotti jistgħu jippreżentaw riskju,
l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi meħtieġa biex
tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar in-natura tar-riskju u l-miżuri
li jkunu se jittieħdu jew li dalwaqt se jittieħdu biex jiġi
skansat jew ikkontrollat dak ir-riskju, b'kunsiderazzjoni tan-natura,
is-serjetà u l-firxa ta’ dak ir-riskju u l-interess pubbliku li dan jiġi
infurmat. Taqsima 4
Laboratorji, faċilitajiet u persuni fiżiċi u ġuridiċi
oħrajn li jkollhom x'jaqsmu ma'aġenti tal-mard, tilqim u prodotti
bijoloġiċi oħra Artikolu
15
L-obbligi ta’ laboratorji, faċilitajiet u oħrajn li jkollhom
x'jaqsmu ma' aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi
oħra 1. Il-laboratorji,
faċilitajiet u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn
li jkollhom x'jaqsmu ma' aġenti tal-mard għall-iskop ta’
riċerka, edukazzjoni, dijanjosi jew produzzjoni ta’ tilqim u prodotti
bijoloġiċi oħrajn għandhom, filwaqt li jiġu
kkunsidrati l-istandards internazzjonali fejn dawn jeżistu: (a) jieħdu miżuri xierqa ta’
bijosigurtà, bijosigurtà u bijokonteniment biex jiskansaw il-ħrib
tal-aġenti tal-mard u l-kuntatt sussegwenti tagħhom ma’ annimali
barra l-laboratorju jew faċilità oħra li jkollha x'taqsam ma' aġenti
tal-mard għall-iskop ta’ riċerka; (b) jiżguraw li l-moviment ta’
aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn bejn
il-laboratorji jew faċilitajiet oħra ma jagħtix lok għal
riskju tat-tixrid ta’ mardiet elenkati u emerġenti. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar miżuri ta’ sikurezza, laboratorji, faċilitajiet u
persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jkollhom x'jaqsmu
mal-aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn
f’dak li għandu x’jaqsam ma’: (a) il-miżuri ta' bijosigurtà,
bijosigurtà u bijokonteniment; (b) ir-rekwiżiti ta’ ġarr għal
aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn. Parti II
In-notifika u r-rappurtar tal-mard, programmi ta’ sorveljanza u qerda, status
ta’ ħelsien minn mard Kapitolu 1
Notifika u rappurtar tal-mard Artikolu 16
Notifika fi ħdan l-Istati Membri 1. Persuni
fiżiċi u ġuridiċi għandhom immedjatament jinnotifikaw: (a) l-awtorità kompetenti f’każ ta’
tifqigħa jew suspett ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(e); (b) veterinarju f'każ ta' mortalità mhux
normali u sinjali ta' mard gravi ieħor jew tnaqqis sinifikanti fir-rati
ta’ produzzjoni b’kawża indeterminata fost l-annimali ħalli titwettaq
iktar investigazzjoni, inkluż it-teħid ta’ kampjuni għal
eżami fil-laboratorju meta s-sitwazzjoni titlob dan. 2. L-Istati
Membri jistgħu jiddeċiedu li n-notifiki previsti fil-paragrafu 1(b)
għandhom jingħaddu lill-awtorità kompetenti. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253
dwar: (a) kriterji sabiex jiġi determinat jekk
hemmx iċ-ċirkostanzi li jeħtieġu n-notifika deskritta
fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu; (b) regoli dettaljati għal aktar
investigazzjoni kif previst fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 17
Notifika lill-Unjoni 1. L-Istati
Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri
l-oħra dwar kwalunkwe tfaqqigħ ta’ mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(e) li għalihom notifika immedjata hija meħtieġa biex
tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-miżuri
meħtieġa għall-ġestjoni tar-riskju, filwaqt li jqisu
l-profil tal-marda. 2. In-notifika
prevista fil-paragrafu 1 għandha tinkludu l-informazzjoni li ġejja
dwar it-tifqigħa: (a) l-aġent tal-marda u, fejn relevanti,
is-sottotip; (b) id-dati ta’ suspett u konferma
tat-tifqigħa; (c) il-post tat-tifqigħa; (d) kwalunkwe tifqigħat relatati; (e) l-annimali milquta mit-tifqigħa; (f) kwalunkwe miżuri ta’ kontroll
tal-marda meħuda f’relazzjoni ma’ dik it-tifqiegħa tal-marda; (g) l-oriġini magħrufa jew
possibbli tal-marda elenkata; (h) il-metodi ta’ dijanjosi użati. 3. Il-Kummissjoni
għandha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tistabbilixxi liema mard
elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(e) għandu jkunu soġġett
għal notifika immedjata mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 18
Rappurtar lill-Unjoni 1. L-Istati
Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri
l-oħra informazzjoni dwar mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(e) li
għalih: (a) ma tinħtieġx notifika immedjata
ta’ tifqigħat skont l-Artikolu 17(1); (b) notifika immedjata ta’ tifqigħa tkun
meħtieġa b'konformità mal-Artikolu 17(1), iżda
tinħtieġ informazzjoni addizzjonali biex tiġi rrappurtata
lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar: (i) sorveljanza b'konformità mar-regoli
stipulati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 29; (ii) programm ta’ qerda skont ir-regoli
stabbiliti f’att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 35. 2. Ir-rapporti
previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludi l-informazzjoni dwar: (a) l-iskoperta ta’ mard elenkat msemmi
fil-paragrafu 1; (b) ir-riżultati ta’ sorveljanza meta
jkun meħtieġ skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 29(b)(ii); (c) ir-riżultati tal-programmi ta’
sorveljanza meta meħtieġ skont l-Artikolu 27(3) u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 29(b)(ii); (d) programmi ta’ qerda meta
meħtieġ skont l-Artikolu 33 u r-regoli stabbiliti f’att ta’
implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 35. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward l-emendar u s-supplimentar tar-rekwiżiti
tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u r-rappurtar dwar kwistjonijiet oħra
fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni
effiċjenti tar-regoli ta' dan ir-Regolament għall-prevenzjoni u
l-kontroll tal-mard. Artikolu 19
Regoli komuni għal notifika u rappurtar lill-Unjoni 1. In-notifika
u r-rappurtar lill-Unjoni previsti fl-Artikoli 17(1) u 18(1) għandhom
isiru f'waqtiet u frekwenzi li jiżguraw it-trasparenza u l-applikazzjoni
f’waqtha tal-miżuri neċessarji tal-immaniġġjar tar-riskji,
b'qies ta’: (a) il-profil tal-marda; (b) it-tip ta’ tifqigħa. 2. L-Istati
Membri għandhom jistabbilixxu reġjuni ta' notifika u rappurtar
għall-fini tan-notifika u r-rappurtar lill-Unjoni previsti fl-Artikoli
17(1) u 18(1). Artikolu 20
Sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata notifika u rappurtar ta’ mard
lill-Unjoni Il-Kummissjoni ser tistabbilixxi u tmexxi
sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għat-tħaddim
tal-mekkaniżmi u l-għodod għar-rekwiżiti tan-notifika u
r-rappurtar lill-Unjoni stipulati fl-Artikoli 17, 18 u 19. Artikolu 21
Setgħat ta’ implimentazzjoni dwar notifika u rappurtar lill-Unjoni u
s-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni tistabbilixxi r-regoli rigward ir-rekwiżiti
tan-notifika u r-rapportar lill-Unjoni u s-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata
li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli minn17 sa 20 fir-rigward ta’: (a) l-informazzjoni li għandha tiġi
pprovduta mill-Istati Membri fin-notifika u r-rapportar lill-Unjoni previsti
fl-Artikoli 17(1) u 18(1); (b) proċeduri għall-istabbiliment u
l-użu ta’ sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata li hemm provvediment
dwarha fl-Artikolu 20 u l-miżuri ta’ tranżizzjoni
għall-migrazzjoni tad-dejta u l-informazzjoni minn sistemi eżistenti
għas-sistema l-ġdida u l-operabbiltà sħiħa tagħha; (c) il-format u l-istruttura tad-dejta li
tiddaħħal fis-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata li hemm
provvediment dwarha fl-Artikolu 20; (d) l-iskadenzi u l-frekwenzi tan-notifika u
r-rapportar lill-Unjoni previsti fl-Artikoli 17(1) u 18(1); (e) ir-reġjuni li jinnotifikaw u jirrappurtaw
lill-Unjoni previsti fl-Artikolu 19(2). Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 2
Sorveljanza Artikolu 22
L-obbligu li l-operaturi jkunu sorveljanti Għall-iskop li tiġi identifikata
l-preżenza ta’ mard elenkat u mard emerġenti, l-operaturi
għandhom: (a) josservaw
is-saħħa u l-imġiba tal-annimali taħt ir-responsabbiltà
tagħhom; (b) josservaw
kwalunkwe bidliet fil-parametri tal-produzzjoni normali fl-istabbilimenti,
l-annimali jew il-prodotti ġerminali taħt ir-responsabbiltà
tagħhom, li jafu jagħtu lok għal suspett li ġew
ikkawżati minn xi marda elenkata jew emerġenti; (c) ifittxu
sinjali ta' mortalità mhux normali u sinjali oħrajn ta’ mard serju
fl-annimali taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Artikolu 23
Viżti tas-saħħa tal-annimali 1. L-operaturi
għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti taħt ir-responsabbiltà
tagħhom jirċievu s-viżti tas-saħħa tal-annimali minn
veterinarju meta hu xieraq minħabba r-riskji maħluqa
mill-istabbiliment, filwaqt li jitqiesu: (a) it-tip ta’ stabbiliment; (b) il-kategoriji u l-ispeċijiet ta’
annimali miżmuma fl-istabbiliment; (c) kull sorveljanza oħra rilevanti,
skemi ta’ garanzija ta’ kwalità jew kontrolli uffiċjali li l-annimali
miżmuma u t-tip ta’ stabbiliment huma suġġetti għalihom. Dawk il-viżti tas-saħħa
tal-annimali għandhom ikunu fi frekwenzi li huma proporzjonati mar-riskju
impost mill-istabbiliment. Dawn jistgħu jiġu kkombinati ma’
viżti għal skopijiet oħra. 2. Il-viżti
tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu
għall-finijiet ta’: (a) detezzjoni ta’ kwalunkwe sinjali
indikattivi tal-okkorrenza ta’ mard elenkat jew emerġenti; (b) l-għoti ta’ pariri lill-operatur fuq
kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali fil-qasam tal-bijosigurtà u
oħrajn, skont kif ikun rilevanti għat-tip ta’ stabbiliment u
l-kategoriji u l-ispeċijiet ta’ annimali miżmuma fl-istabbiliment. Artikolu 24
Id-delega ta’ poteri li jikkonċernaw il-viżti
tas-saħħa tal-annimali Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253: (a) li
jissupplimenta: (i) il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1)
li għandhom jitqiesu meta jiġu biex jiġu ddeterminati: –
liema tip ta’ stabbilimenti għandhom jiġu
soġġetti għal viżti tas-saħħa tal-annimali; –
il-frekwenza ta’ tali viżti
tas-saħħa tal-annimali; (ii) ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu
23(2) rigward il-kontenut u l-frekwenza tal-viżti tas-saħħa
tal-annimali għal tipi differenti ta’ stabbilimenti, sabiex jiġi
żgurat illi l-għanijiet tal-viżti tas-saħħa
tal-annimali jintlaħqu; (b) jiġu
stabbiliti t-tipi ta’ stabbilimenti li jkunu soġġetti għal
viżti tas-saħħa tal-annimali. Artikolu 25
L-obbligu tal-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza 1. L-awtorità
kompetenti għandha twettaq sorveljanza għall-preżenza ta’ mard
elenkat msemmija fl-Artikolu 8(1)(e) u mard emerġenti. 2. Is-sorveljanza
għandha tkun imfassla sabiex tiżgura d-detezzjoni f'waqtha
tal-preżenza ta’ mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(e) u mard emerġenti
permezz tal-ġbir, it-tqabbil u l-analiżi ta’ informazzjoni rilevanti
dwar is-sitwazzjoni tal-marda. 3. L-awtorità
kompetenti għandha tiżgura li l-informazzjoni ta' sorveljanza
prevista fil-paragrafu 1 tkun miġbura u użata b’mod effettiv u
effiċjenti. Artikolu 26
Il-metodoloġija, il-frekwenza u l-intensità tas-sorveljanza It-tfassil, il-mezzi, il-metodi
dijanjostiċi, il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali
fil-mira, u t-teħid ta’ kampjuni għas-sorveljanza prevista
fl-Artikolu 25(1) għandhom ikunu xierqa u proporzjonati mal-objettivi
tas-sorveljanza, b’konsiderazzjoni ta’: (a) il-profil
tal-marda; (b) il-fatturi
ta’ riskju involuti; (c) l-istatus
tas-saħħa fi: (i) l-Istat Membru, żona jew
kompartiment tagħha soġġett għas-sorveljanza; (ii) l-Istati Membri u l-pajjiżi jew
it-territorji terzi, li jew għandhom fruntiera ma' dak l-Istat Membru,
żona jew kompartiment tiegħu, jew li minnu l-annimali u l-prodotti
jidħlu hemmhekk; (d) is-sorveljanza
mwettqa mill-operaturi skont l-Artikolu 22, jew minn awtoritajiet pubbliċi
oħra. Artikolu 27
Programmi ta' sorveljanza 1. L-awtorità
kompetenti għandha twettaq is-sorveljanza prevista fl-Artikolu 25(1)
fil-qafas tal-programm ta’ sorveljanza, meta tkun meħtieġa
sorveljanza strutturata minħabba: (a) il-profil tal-marda; (b) il-fatturi ta’ riskju involuti. 2. Stat
Membru li jistabbilixxi programm ta’ sorveljanza bi qbil mal-paragrafu 1
għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan. 3. Stat
Membru li jimpenja ruħu bi programm ta’ sorveljanza skont il-paragrafu 1
għandu jissottometti rapporti regolari dwar ir-riżultati ta’ dak
il-programm ta’ sorveljanza lill-Kummissjoni. Artikolu 28
Delegazzjoni ta' setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar: (a) it-tfassil,
il-mezzi, il-metodi dijanjostiċi, il-frekwenza, l-intensità,
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u t-teħid ta’ kampjuni
għas-sorveljanza prevista fl-Artikolu 26; (b) il-kriterji
għall-konferma uffiċjali u definizzjonijiet tal-każi ta’ mard
elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(e) u, fejn rilevanti, mard emerġenti; (c) rekwiżiti
għal programmi ta’ sorveljanza previsti fl-Artikolu 27(1) rigward: (i) il-kontenut ta’ programmi ta’
sorveljanza; (ii) l-informazzjoni li għandha tkun
inkluża f’sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza skont l-Artikolu
27(2) u r-rapporti regolari skont l-Artikolu 27(3); (iii) il-perjodu ta’ applikazzjoni
tal-programmi ta’ sorveljanza. Artikolu 29
Setgħat ta' implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tistipula rekwiżiti li jikkonċernaw
is-sorveljanza u l-programmi ta’ sorveljanza previsti fl-Artikoli 26 u 27 u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 28 dwar: (a) l-istabbiliment
ta' liema mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(e) għandu jkun
soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza; (b) il-format
u l-proċedura għal: (i) preżentazzjoni ta’ programmi ta’
sorveljanza għal informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri
l-oħra; (ii) rappurtar lill-Kummissjoni dwar
ir-riżultati tas-sorveljanza. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 3
Programmi ta’ qerda Artikolu 30
Programmi ta' qerda obbligatorji u volontarji 1. L-Istati
Membri li mhumiex ħielsa jew mhux magħrufa bħala ħielsa
minn waħda jew aktar mill-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(b)
fit-territorju kollu tagħhom jew f’żoni jew kompartimenti
tagħhom, għandhom: (a) jistabbilixxu programm għall-qerda
tal-marda jew dimostrazzjoni ta’ ħelsien minn dik il-marda elenkata, li
għandhom jitwettqu fil-popolazzjonijiet tal-annimali kkonċernati minn
din il-marda u li jkopru l-partijiet rilevanti tat-territorju tagħhom jew
żoni jew kompartimenti rilevanti tagħhom (“programm obbligatorji ta’
qerda”); (b) jippreżentaw l-abbozz tal-programm
ta’ qerda obbligatorja lill-Kummissjoni, għall-approvazzjoni. 2. L-Istati
Membri li mhumiex ħielsa jew mhux magħrufa bħala ħielsa
minn waħda jew aktar mill-mard elenkat msemmija fl-Artikolu 8(1)(c) u li
jiddeċiedi li jistabbilixxi programm għall-qerda ta’ dak il-mard
elenkata li jitwettqu fil-popolazzjonijiet tal-annimali milquta minnu u li
jkopru l-partijiet rilevanti tat-territorju tagħhom jew żoni jew
kompartimenti tagħhom (“il-programm ta’ qerda volontarja”) għandhom
jissottomettuh lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni 3. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tapprova: (a) abbozz ta’ programmi obbligatorji ta’
qerda sottomessi għall-approvazzjoni tagħha skont il-paragrafu 1; (b) abbozz ta’ programmi volontarji ta’ qerda
sottomessi għall-approvazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2; Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi debitament
ġustifikati ta’ urġenza relatati ma’ mard elenkat li
jirrappreżenta riskju ta’ impatt sinifikanti l-Kummissjoni għandha
tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’mod immedjat previsti fil-punt
(a) ta’ dan il-paragrafu skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 255(3). Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni, temenda jew ittemm fejn jeħtieġ programmi ta' qerda
approvati skont il-punti (a) u (b). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami
msemmija fl-Artikolu 255(2). 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) l-għanijiet, l-istrateġiji ta’
kontroll tal-mard u l-miri intermedji ta’ programmi ta’ qerda obbligatorji u
volontarji; (b) derogi mir-rekwiżit
għas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ qerda volontarja u programmi ta’
qerda obbligatorja għal approvazzjoni, kif previst fil-paragrafu 1(b) u
l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali approvazzjoni ma tkunx
neċessarja minħabba l-adozzjoni ta’ regoli dwar dawk il-programmi
skont l-Artikoli 31(2) u 34(2) u l-Artikolu 35; (c) l-informazzjoni li għandha tiġi
pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra
dwar derogi mir-rekwiżit għal approvazzjoni ta’ programmi ta’ qerda
volontarja u programmi ta’ qerda obbligatorja stipulati f’(b). Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 biex temenda jew
ittemm regoli adottati skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu. Artikolu 31
Miżura skont il-programmi ta’ qerda obbligatorja u volontarja 1. Il-programmi
ta’ qerda obbligatorji u l-programmi ta’ qerda volontarja għandhom
jikkonsistu taanqas fil-miżuri li ġejjin: (a) miżuri ta’ kontroll tal-mard biex
jinqered l-aġent tal-marda minn stabbilimenti, kompartimenti u żoni
fejn tokkorri l-marda u sabiex ma jerġax ikun hemm infezzjoni; (b) sorveljanza mwettqa bi qbil mar-regoli
stabbiliti fl-Artikoli minn 26 sa 29 li turi: (i) L-effettività tal-miżuri
għall-kontroll tal-marda previsti fil-punt (a); (ii) il-ħelsien mill-mard elenkata; (c) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu fil-każ ta’ riżultati ta’ sorveljanza
pożittivi. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) miżuri ta’ kontroll tal-mard kif
previst fil-paragrafu 1(a); (b) miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jiġu meħuda biex tiġi evitata infezzjoni
mill-ġdid tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira bil-marda inkwistjoni fi
stabbilimenti, żoni u kompartimenti; (c) it-tfassil, il-mezzi, il-metodi
dijanjostiċi, il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali
fil-mira, u t-teħid ta’ kampjuni għas-sorveljanza prevista
fl-Artikolu 26; (d) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu fil-każ li tfaqqa’ l-marda elenkata b'riżultati
pożittivi, kif previst fil-paragrafu 1(c); (e) It-tilqim. Artikolu 32
Il-kontenut tas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ qerda obbligatorji u
volontarji L-Istati Membri għandhom jinkludu
l-informazzjoni li ġejja f’applikazzjonijiet għal programmi ta' qerda
obbligatorja u volontarja sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni
skont l-Artikolu 30(1) u (2): (a) deskrizzjoni
tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda elenkata koperta mill-programm
ta’ qerda obbligatorja jew volontarja; (b) deskrizzjoni
u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva koperti
mill-programm ta’ qerda obbligatorja jew volontarja; (c) deskrizzjoni
tal-miżuri għall-kontroll tal-mard tal-programm ta’ qerda
obbligatorja jew volontarja kif previst fl-Artikolu 31(1) u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 31(2); (d) it-tul
ta’ żmien stmat tal-programm ta’ qerda obbligatorja jew volontarja; (e) il-miri
intermedji u l-istrateġiji ta’ kontroll tal-mard għat-twettiq
tal-programm ta’ qerda obbligatorja jew volontarja; (f) analiżi
tal-ispejjeż stmati u l-benefiċċji tal-programm ta’ qerda
obbligatorja jew volontarja. Artiklu 33
Rapportar L-Istat Membru li jkun impenja ruħu
bil-programm ta’ qerda obbligatorja jew volontarja għandhu jissottometti
lill-Kummissjoni: (a) rapporti
intermedji regolari biex jissorvelja l-miri intermedji msemmija fl-Artikolu
32(e) tal-progammi obbligatorji jew volontarji li jkunu jinsabu
għaddejjin; (b) rapport
finali wara t-tlestija. Artikolu 34
Il-perjodu tal-applikazzjoni tal-programmi ta' qerda 1. Il-programmi
ta’ qerda obbligatorja u volontarja għandhom japplikaw sa meta: (a) il-kondizzjonijiet li japplikaw għal
status ta’ ħelsien minn mard fit-territorju tal-Istat Membru jew żona
kif previst fl-Artikoli 36(1), jew il-kompartiment, kif previst fl-Artikolu
37(1) huma ssodisfati; (b) fil-każ ta’ programmi ta’ qerda
volontarja, il-kondizzjonijiet li japplikaw għal status ta’ ħelsien
minn mard ma jistax jintlaħaq u dak il-programm ma jibqax jissodisfa
l-għan tiegħu; f’dak il-każ dan għandu jiġi rtirat
mill-awtorità kompetenti jew mill-Kummissjoni skont il-proċedura li
taħtha jkun ġie stabbilit. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar li tissupplimenta u temenda r-rekwiżiti previsti
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni
ta’ programmi ta’ qerda obbligatorja u volontarja. Artikolu 35
Setgħat ta' implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-informazzjoni, il-format u r-rekwiżiti
proċedurali dwar ir-regoli previsti fl-Artikoli minn 30 sa 33 dwar: (a) is-sottomissjoni
ta’ abbozzi ta’ programmi ta’ qerda volontarja u abbozzi ta' programmi ta'
qerda obbligatorja għall-approvazzjoni; (b) l-indikaturi
ta’ rendiment; (c) ir-rappurtar
lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati
tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ qerda obbligatorja jew volontarja. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 4
Status ta' ħelsien mill-mard Artikolu 36
Stati Membri u żoni ħielsa minn mard 1. Stat Membru jista’ japplika
għand il-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta’ status ta’ ħelsien
mill-mard għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati msemmija fl-Artikolu
8(1)(b) u (c) għat-territorju kollu tiegħu, jew għal waħda
jew aktar miż-żoni tiegħu sakemm waħda jew iżjed minn
dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati: (a) l-ebda speċi elenkata
għall-marda koperta mill-applikazzjoni għal status ta’ ħelsien
minn mard ma hija preżenti fit-territorju kollu tal-Istat Membru, jew
fiż-żona jew żoni relevanti koperti minn din l-applikazzjoni; (b) l-aġent tal-marda huwa magħruf
li ma jistax jgħix fit-territorju kollu tal-Istat Membru, jew
fiż-żona jew żoni relevanti koperti minn din l-applikazzjoni; (c) f’każ ta’ mard elenkat trażmess
biss minn organiżmi li jġorru l-mikrobu (vetturi), l-ebda wieħed
mill-vetturi ma jkun preżenti, jew ma huwa magħruf li jista'
jgħix fit-territorju kollu tal-Istat Membru, jew fiż-żona jew
żoni relevanti koperti minn din l-applikazzjoni; (d) ħelsien minn mard elenkat ikun
intwera permezz ta’: (i) programm ta’ qerda konformi mar-regoli
stipulati fl-Artikolu 31(1) u r-regoli adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dak
l-Artikolu; (ii) dejta storika u ta' sorveljanza. 2. L-applikazzjonijiet
mill-Istati Membri għal status ta’ ħelsien minn mard għandha
tinkludi evidenza li tissostanzja li l-kundizzjonijiet għal status ta’
ħelsien minn mard stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex qegħdin
jintlaħqu. 3. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tapprova,
suġġetti għal emendi fejn meħtieġ, l-applikazzjonijiet
mill-Istati Membri għal status ta’ ħelsien minn mard, meta
l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u 2 ikunu ġew issodisfati. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 37
Kompartimenti 1. Stat
Membru jista’ japplika għand il-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’
status ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti għall-mard elenkat
msemmi fl-Artikolu 8(1)(a), u għall-protezzjoni ta’ tali status ta’
ħelsien mill-mard ta’ dak il-kompartiment fil-każ ta’ tifqigħat
ta’ waħda jew aktar minn dawk il-mardiet elenkat fit-territorju
tiegħu sakemm: (a) l-introduzzjoni tal-marda jew mard
elenkat koperti minn din l-applikazzjoni tista’ tiġi evitata fil-livell
ta' kompartiment, billi jitqies il-profil tal-mard; (b) il-kompartiment kopert mill-applikazzjoni
jkun suġġett għal sistema ta' ġestjoni komuni
tal-bijosigurtà unika biex li tiżgura l-istatus ta’ ħelsien mill-mard
tal-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti minnu; (c) il-kompartiment kopert mill-applikazzjoni
jkun ġie approvata mill-awtorità kompetenti għall-finijiet ta’
movimenti ta’ annimali u l-prodotti tagħhom b'konformità ma’: (i) l-Artikoli 94 u 95 fil-każ ta'
kompartimenti li jżommu annimali terrestri u prodotti tagħhom; (ii) l-Artikoli 181 u 182 fil-każ ta'
kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom; 2. Stat
Membru jista’ japplika għand il-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’
status ta’ ħelsien minn mard ta’ kompartimenti għal waħda jew
aktar mill-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (c), bil-kundizzjoni li: (a) l-introduzzjoni tal-marda jew mard
elenkat koperti minn din l-applikazzjoni tista’ tiġi evitata fil-livell
ta' kompartiment, billi jitqies il-profil tal-mard; (b) aaħda jew aktar mill-kundizzjonijiet
li ġejjin ikunu mħarsa: (i) il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu
36(1)(a) sa (d); (ii) l-istabbilimenti tal-kompartiment
jibdew jew ikomplu l-attivitajiet tagħhom u jkunu stabbilixxew sistema ta’
ġestjoni tal-bijosigurtà komuni li tiżgura l-ħelsien mill-mard
tal-kompartiment; (c) l-operaturi fil-kontroll
tal-istabbilimenti tal-kompartiment ikollhom sistema komuni ta’ ġestjoni
tal-bijosigurtà fis-seħħ sabiex tiżgura li l-istatus ta’
ħelsien mill-mard fil-kompartiment huwa garantit; (d) il-kompartiment kopert
mill-applikazzjoni jkun ġie approvata mill-awtorità kompetenti
għall-finijiet ta’ movimenti ta’ annimali u l-prodotti tagħhom
b'konformità ma’: (i) l-Artikoli 94 u 95 fil-każ ta'
kompartimenti li jżommu annimali terrestri u prodotti tagħhom; (ii) l-Artikoli 181 u 182 fil-każ ta'
kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom; 3. L-applikazzjonijiet
mill-Istati Membri għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien minn
mard ta’ kompartimenti bi qbil mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu
evidenza li tissostanzja li l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-paragrafi
huma ssodisfati. 4. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tirrikonoxxi,
suġġetti għal emendi fejn meħtieġ, l-istatus ta’
ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti, meta l-kundizzjonijiet previsti
fil-paragrafi 1 jew 2 u 3 huma ssodisfati. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 5. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent
ta’ status ħieles mill-mard tal-kompartimenti kif previst fil-paragrafi 1
u 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-profil ta’ mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1) (a), (b) u (c), li jirrigwarda mill-inqas: (i) is-sorveljanza u l-evidenza oħra
meħtieġa biex jissustanzjaw il-ħelsien mill-mard; (ii) miżuri ta’ bijosigurtà; (b) ir-regoli dettaljati
għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ status ta’ ħelsien
mill-mard ta’ kompartimenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu; (c) kompartimenti, li jinsabu fit-territorju
ta’ aktar minn Stat Membru wieħed. Artikolu 38
Listi ta’ żoni jew kompartimenti ħielsa mill-mard Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u
jżomm lista aġġornata ta’: (a) territorji
jew żoni ħielsa mill-mard kif previst fl-Artikolu 36(1); (b) l-istatus
ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti kif previst fl-Artikolu 37(1) u
(2). L-Istati Membri għandhom jagħmlu
dawn il-listi disponibbli pubblikament. l-Artikolu 39
Id-delega ta’ poteri li tikkonċerna l-istatus ta’ ħelsien mill-mard
tal-Istati Membri u ż-żoni Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar: (a) regoli
dettaljati għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri u
ż-żoni tiegħu qies tal-profili differenti ta’ mard li
jikkonċernaw: (i) il-kriterji li jintużaw biex jissostanzjaw
talbiet mill-Istati Membri li l-ebda speċijiet elenkati ma jkunu
preżenti jew kapaċi li jsalvaw u l-evidenza meħtieġa sabiex
tissostanzja it-tali pretensjonijiet, kif previst fl-Artikolu 36(1)(a); (ii) il-kriterji li jintużaw biex
jissostanzjaw li aġent jew vettur ta’ marda mhux kapaċi li jsalvaw u
l-evidenza meħtieġa sabiex tissostanzja t-tali pretensjonijiet kif
previst fl-Artikolu 36(1) (b) u (c); (iii) il-kriterji li
jintużaw biex jiddeterminaw li huma ħielsa minn mard, kif imsemmi
fl-Artikolu 36(1) (d); (iv) is-sorveljanza u l-evidenza oħra
meħtieġa biex jissustanzjaw il-ħelsien mill-mard; (v) miżuri ta’ bijosigurtà; (vi) restrizzjonijiet u kundizzjonijiet
għat-tilqim fl-Istati Membri u ż-żoni tagħhom ħielsa
mill-mard; (vii) l-istabbiliment taż-żoni li
jifirdu żoni ħielsa minn mard jew żoni taħt programm ta’
qerda minn żoni ristretti (“żoni ta’ lqugħ”); (viii) żoni li jestendu fuq it-territorju
ta’ aktar minn Stat Membru wieħed; (b) derogi
mir-rekwiżit għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ status ta’
ħelsien minn mard għal waħda jew aktar mill-mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1) (b) u (c) kif previst fl-Artikolu 36(1), fejn din
l-approvazzjoni ma tkunx neċessarja minħabba regoli dettaljati
għall-ħelsien mill-mard stabbiliti f’regoli adottati skont il-punt
(a) ta’ dan l-Artikolu; (c) l-informazzjoni
li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u
lill-Istati Membri l-oħra biex tissostanzja dikjarazzjonijiet ta’ status
ta’ ħelsien minn mard, mingħajr l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni
b'konformità mal-Artikolu 36(3), kif previst fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 40
Setgħat ta' implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tistipula r-rekwiżiti għall-istatus ta’
ħelsien mill-mard ta’ territorji, żoni u kompartimenti fir-rigward
tar-regoli previsti fl-Artikoli 36, 37 u 38, u r-regoli stabbiliti fl-atti
delegati adottati skont l-Artikolu 39 li jikkonċerna: (a) l-istabbiliment
ta' liema każi ta' mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1) (a), (b) u (c),
il-kompartimenti ħielsa minn mard jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil
mal-Artikolu 37; (b) ir-rekwiżiti
dwar l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa, u l-format u
l-proċeduri għal: (i) 0l-applikazzjonijiet għall-istatus
ta’ ħelsien mill-mard fit-territorju kollu tal-Istat Membru, jew
f'żoni u kompartimenti tagħhom; (ii) l-iskambju ta’ informazzjoni bejn
l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq Stati Membri ħielsa minn mard, jew
żoni u kompartimenti tagħhom. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 41
Iż-żamma ta' status ħieles mill-mard 1. L-Istati
Membri għandhom iżommu l-istatus ta’ ħelsien mill-mard
għat-territorji tagħhom, jew żoni jew kompartimenti tagħhom
sakemm biss: (a) il-kundizzjonijiet għal status ta’
ħelsien minn mard stabbiliti fl-Artikolu 36(1) u 37 (1) u (2), u r-regoli
stabbiliti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 39 ikunu
għadhom qed jintlaħqu; (b) filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti
previsti fl-Artikolu 26, titwettaq sorveljanza biex tivverifika li territorju,
żona jew kumpartiment jibqa’ ħieles minn mard elenkata li
għalihom ikun ġie approvat jew rikonoxxut bi status ta’ ħelsien
minn mard; (c) huma applikati restrizzjonijiet fuq
il-movimenti tal-annimali, u, fejn rilevanti, il-prodotti tagħhom, ta’
speċijiet elenkati għall-marda elenkata li għalihom l-istatus
ta’ ħelsien mill-mard ikun ġie approvat jew rikonoxxut, f’territorju,
żona jew kompartiment, b'konformità mar-regoli stabbiliti fil-partijiet IV
u V; (d) jiġu applikati miżuri
oħrajn ta’ bijosigurtà għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ mard
elenkat li għalih ikun ġie approvat jew rikonoxxut status ta’
ħelsien minn mard. 2. Stat
Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih jekk il-kundizzjonijiet
imsemmija fil-paragrafu 1 biex jinżamm l-istatus ta’ ħelsien
mill-mard għadhomx japplikaw. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar il-kundizzjonijiet li ġejjin biex jinżamm
l-istatus ta’ ħelsien mill-mard: (a) sorveljanza kif previst fil-paragrafu
1(b); (b) miżuri ta’ bijosigurtà kif previst
fil-paragrafu 1(c). l-Artikolu 42
Sospensjoni, irtirar u r-restawr ta’ status ta’ ħelsien minn mard 1. Fejn
Stat Membru jkollu raġuni biex jissuspetta li xi waħda
mill-kundizzjonijiet biex jinżamm l-istatus tiegħu bħala Stat
Membru ħieles mill-mard, jew ta' żona jew kompartiment tiegħu
ġew miksura, dan għandu minnufih: (a) jissospendi l-movimenti
tal-ispeċijiet elenkati, għall-mard li għalih ġie approvat
jew rikonoxxut l-istatus ta’ ħelsien minn mard, lejn Stati Membri
oħra, żoni jew kompartimenti b'status ogħla tas-saħħa
fir-rigward ta’ dak il-mard elenkat (b) fejn rilevanti għall-prevenzjoni
tat-tixrid tal-mard elenkat li għalih l-istatus ta’ ħelsien mill-mard
ikun ġie approvat jew rikonoxxut, japplikaw il-miżuri ta’ kontroll
tal-mard previsti fit-Titolu II tal-Parti III. 2. Il-miżuri
previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitneħħew fejn investigazzjoni
ulterjuri tikkonferma li: (a) ma sarx il-ksur suspettat; jew (b) il-ksur issuspettat ma kellux impatt
sinifikanti u l-Istat Membru jista' jipprovdi assigurazzjonijiet li
l-kundizzjonijiet biex iżomm l-istatus tiegħu ta’ ħelsien
mill-mard jerġgħu jitwettqu. 3. Fejn
investigazzjoni ulterjuri mill-Istat Membru tikkonferma probabbiltà sinifikanti
ta' feġġ tal-marda elenkata li kisbet l-istatus ta’ ħelsien
mill-mard jew ikun seħħ ksur sinifikanti tal-kundizzjonijiet
għaż-żamma ta’ status ta’ ħelsien mill-mard, l-Istat Membru
għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni. 4. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirtira l-approvazzjoni
ta’ status ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew żona mogħti
skont l-Artikolu 36(3) jew ir-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien
mill-mard ta’ kompartiment mogħti skont l-Artikolu 37(4) wara li tikseb
l-informazzjoni mingħand l-Istat Membru imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan
l-Artikolu li l-kundizzjonijiet biex jinżamm l-istatus ta’ ħelsien
mill-mard ma għadhomx issodisfati. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi debitament
ġustifikati ta’ urġenza estrema, meta l-marda elenkata msemmija
fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu tinfirex b'mod malajr ħafna b’r-riskju
ta’ impatt sinifikanti fuq is-saħħa tal-annimali jew
is-saħħa pubblika, l-ekonomija jew is-soċjetà, il-Kummissjoni
għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli
b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 255(3). 5. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-regoli għas-sospensjoni, l-irtirar u
r-restituzzjoni ta’ status ta’ ħelsien mill-mard previsti fil-paragrafi 1
u 2 ta’ dan l-Artikolu. Parti III
kuxjenza, tħejjija u kontroll
tal-mard TITOLU I
Kuxjenza u tħejjija għall-mard Kapitolu 1
Pjanijiet ta' kontinġenza u eżerċizzji ta' simulazzjoni Artikolu 43
Pjanijiet ta' kontinġenza 1. L-Istati
Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornati pjanijiet ta'
kontinġenza dettaljati u fejn meħtieġ manwali ta’ struzzjonijiet
li jippreskrivu l-miżuri li jridu jittieħdu fl-Istat Membru
fil-każ tal-okkorrenza ta’ każ jew tifqigħa ta’ marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) jew ta’ mard emerġenti sabiex jiġi żgurat
livell għoli ta’ kuxjenza tal-mard, u tħejjija u rispons rapidu
għalih. 2. Il-pjanijiet
ta’ kontinġenza u fejn applikabbli il-manwal ta’ struzzjonijiet dettaljati
għandhom ikopru talanqas l-affarijiet li ġejjin: (a)
l-istabbiliment ta’ katina ta’ kmand fi ħdan
l-awtorità kompetenti u ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra biex jiġi
żgurat li tittieħed deċiżjoni rapida u effiċenti
fil-livell ta' Stat Membru, ta' reġjun jew lokalità; (b)
Il-qafas għall-kooperazzjoni bejn l-awtorità
kompetenti u l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra involuti biex
jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu b’mod koerenti u koordinat; (c)
aċċess għal: (i) faċilitajiet; (ii) laboratorji; (iii) tagħmir; (iv) persunal; (v) fondi ta’ emerġenza; (vi) ir-riżorsi u l-materjali
l-oħra xierqa kollha meħtieġa għall-qerda rapida u
effiċjenti ta’ mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(a) jew mard
emerġenti; (d)
id-disponibbiltà taċ-ċentri li
ġejjin u l-gruppi bil-ħiliet meħtieġa biex jgħinu
lill-awtorità kompetenti: (i) ċentru funzjonali
għall-kontroll tal-mard b'mod ċentrali; (ii) ċentri reġjonali u lokali ta’
kontroll tal-mard, kif xieraq għas-sitwazzjoni amministrattiva u
ġeografika tal-Istati Membri; (iii) gruppi ta’ esperti operattivi; (e)
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll
tal-mard previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II għall-mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(a) u għal mard emerġenti; (f)
dispożizzjonijiet dwar tilqim ta’
emerġenza fejn xieraq; (g)
prinċipji għad-demarkazzjoni
ġeografika taż-żoni ristretti stabbiliti mill-awtorità
kompetenti b’konformità mal-Artikolu 64(1); (h)
koordinazzjoni ma’ Stati Membri ġirien u
pajjiżi u territorji terzi ġirien, fejn xieraq. Artikolu 44
Id-delega ta’ poteri u setgħat implimentattivi għal pjanijiet ta’
kontinġenza 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti dettaljati u l-kundizzjonijiet
għall-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fl-Artikolu 43(1) u biex
tissupplimenta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 43(2), b'konsiderazzjoni
ta’: (a) l-għanijiet tal-pjanijiet ta’
kontinġenza biex jiġi żgurat livell għoli ta’ kuxjenza
tal-mard, tħejjija u tweġiba rapida għalih; (b) il-profil tal- mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(a); (c) għarfien ġdid tal-għodod
ta’ kontroll tal-mard u żviluppi fihom. 2. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula rekwiżiti
li jikkonċernaw l-implimentazzjoni prattika fl-Istati Membri tal-pjanijiet
ta’ kontinġenza previsti fl-Artikolu 43(1) fir-rigward ta’: (a) il-kwistjonijiet previsti fl-Artikolu
43(2) (a) u (c) sa (h); (b) l-aspetti operattivi l-oħra tal-pjanijiet
ta’ kontinġenza fl-Istati Membri; (c) rekwiżiti u kundizzjonijiet
dettaljati għall-implimentazzjoni prattika tal-atti delegati adottati
skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 45
Eżerċizzji ta’ simulazzjoni 1. L-awtorità
kompetenti għandha tiżgura li l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni
dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fl-Artikolu 43(1) jitwettqu
regolarment: (a) biex jiġi żgurat livell
għoli ta’ kuxjenza tal-mard, tħejjija u rispons rapidi għalih
fl-Istat Membru; (b) biex tiġi verifikata l-funzjonalità
ta’ dawk il-pjanijiet ta’ kontinġenza. 2. Fejn
ikun vijabbli u xieraq, eżerċizzji ta’ simulazzjoni għandu
jitwettaq b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati
Membri ġirien u pajjiżi u territorji terzi ġirien. 3. L-Istati
Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Istati
Membri l-oħra, jekk mitluba, rapport dwar ir-riżultati ewlenin tal-eżerċizzji
ta’ simulazzjoni. 4. Meta
jkun xieraq u meħtieġ il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward l-implimentazzjoni ta' prattika
ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni fl-Istati Membri dwar: (a) il-frekwenzi, il-kontenut u l-format
tal-eżerċizzji ta’ simulazzjoni; (b) eżerċizzji ta’ simulazzjoni li
jkopru aktar minn marda elenkata waħda msemmija fl-Artikolu 8(1)(a); (c) kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri
ġirien u ma’ pajjiżi u territorji terzi ġirien. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 2
L-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji
għall-iskansar u l-kontroll tal-mard Artikolu 46
L-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-iskansar u
l-kontroll tal-mard 1. L-Istati
Membri jistgħu jieħdu miżuri li jikkonċernaw l-użu ta’
prodotti mediċinali veterinarji għal mard elenkat, biex tiġi
żgurata effiċjenza akbar fil-prevenzjoni tal-mard jew il-kontroll ta'
dak il-mard, sakemm dawn il-miżuri jkunu konformi mar-regoli dwar
l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji stabbiliti fl-atti delegati
adottati skont l-Artikolu 47. Dawk il-miżuri jistgħu jkopru dawn li
ġejjin: (a) projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq
l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji; (b) l-użu obbligatorju ta’ prodotti
mediċinali veterinarji. 2. L-Istati
Membri għandhom jieħdu l-kriterji li ġejjin inkonsiderazzjoni
biex jiġi determinat jekk għandhomx jintużaw jew le l-prodotti
mediċinali veterinarji u kif bħala miżuri għall-iskansar u
l-kontroll ta' mard elenkat speċifiku: (a) il-profil tal-marda; (b) Id-distribuzzjoni tal-marda elenkati fi: (i) l-Istat Membru; (ii) l-Unjoni; (iii) fejn relevanti, f’pajjiżi u
territorji terzi ġirien; (iv) il-pajjiżi u territorji terzi minn
fejn l-annimali u l-prodotti huma miġjuba fl-Unjoni; (c) id-disponibbiltà, l-effiċjenza u
r-riskji tal-prodotti mediċinali veterinarji; (d) id-disponibbiltà ta’ testijiet
dijanjostiċi għad-detezzjoni ta' infezzjonijiet fl-annimali ttrattati
bil-prodotti mediċinali veterinarji; (e) l-impatt ekonomiku, soċjali,
tal-benessri tal-annimali u ambjentali tal-użu tal-prodotti
mediċinali veterinarji meta mqabbla ma’ strateġiji oħra
disponibbli għall-iskansar u l-kontroll tal-mard. 3. L-Istati
Membri għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa dwar l-użu
ta’ prodotti mediċinali veterinarji għal studji xjentifiċi jew
għall-għanijiet ta’ żvilupp u ttestjar tagħhom
f’kondizzjonijiet kontrollati biex titħares is-saħħa
tal-annimali u dik pubblika. Artikolu 47
Delega tas-setgħat għall-użu ta’ prodotti mediċinali
veterinarji 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq
l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji; (b) kundizzjonijiet speċifiċi
għall-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji għal mard
elenkat speċifiku; (c) l-użu obbligatorju ta’ prodotti
mediċinali veterinarji; (d) miżuri għall-mitigazzjoni
tar-riskju biex jiġi skansat it-tixrid ta’ mard elenkat permezz ta'
annimali trattati bi prodotti mediċinali veterinarji jew prodotti minn
dawn l-annimali; (e) sorveljanza wara l-użu ta’
vaċċini u prodotti mediċinali veterinarji oħra għal
mard elenkat speċifiku. 2. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kriterji stipulati fl-Artikolu 46(2) meta jiġu
stabbiliti r-regoli previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Meta
fil-każ ta’ riskji emerġenti, raġunijiet imperattivi ta’
urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 254
għandha tapplika għar-regoli adottati skont il-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu. Kapitolu 3
Banek tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti
dijanjostiċi Artikolu 48
L-istabbiliment ta’ banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi 1. Għall-mard
elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) li għalih it-tilqim mhuwiex ipprojbit
minn att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 47(1), il-Kummissjoni
tista’ tistabbilixxi u tkun responsabbli għall-ġestjoni ta' banek
tal-Unjoni tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti
dijanjostiċi għall-ħażna u s-sostituzzjoni ta’ stokkijiet
ta’ wieħed jew aktar minn fost il-prodotti bijoloġiċi li
ġejjin: (a) antiġeni; (b) vaċċini; (c) seed-stocks prinċipali
tal-vaċċini; (d) reaġenti dijanjostiċi. 2. Il-Kummissjoni
għandha tiżgura li l-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi previsti fil-paragrafu
1: (a) jaħżnu biżżejjed
stokkijiet tat-tip xieraq ta' antiġeni, vaċċini, seed-stocks
prinċipali tal-vaċċini u reaġenti diagnostiċi
għall-mard elenkat speċifiku, fid-dawl tal-bżonnijiet tal-Istati
Membri stmati fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti
fl-Artikolu 43(1); (b) tirċievi provvisti regolari u
sostituzzjonijiet f’waqthhom ta’ antiġeni, vaċċini, seed-stocks
prinċipali tal-vaċċini u reaġenti dijanjostiċi; (c) dawn jinżammu u jiġu
soġġetti għal movimenti skont standards xierqa ta’ bijosigurtà,
bijosigurtà u bijokonteniment kif previst fl-Artikolu 15(1) u fl-atti ddelegati
adottati skont l-Artikolu 15(2); 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253
dwar: (a) l-immaniġġjar,
il-ħażna u s-sostituzzjoni ta’ ħażniet tal-banek tal-Unjoni
ta' antiġeni, vaċċini u reaġenti dijanjostiċi kif
previst fil-paragrafi 1 u 2; (b) ir-rekwiżiti ta' bijosigurtà,
bijosigurtà u bijokonteniment għat-tħaddim tagħhom filwaqt li
jitqiesu r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15(1) u l-atti delegati adottati
skont l-Artikolu 15(2). Artikolu 49
L-aċċess għall-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi 1. Il-Kummissjoni
għandha tipprevedi l-kunsinna tal-prodotti bijoloġiċi msemmija
fl-Artikolu 48(1), mill-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi, jekk tintalab,
bil-kondizzjoni li l-ħażniet ikunu disponibbli, għal: (a) l-Istati Membri; (b) pajjiżi jew territorji terzi, sakemm
huma primarjament maħsuba biex jiskansaw t-tixrid ta’ mard fl-Unjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tagħti prijorità għall-aċċess preskritt
fil-paragrafu 1 fil-każ ta' disponibbiltà limitata ta’ stokkijiet
b’konsiderazzjoni ta': (a) iċ-ċirkostanzi tal-mard li
taħthom tkun saret it-talba; (b) l-eżistenza ta’ bank nazzjonali
tal-anitġeni, il-vaċċini u r-reaġent dijanjostiċi
fl-Istat Membru jew il-pajjiż jew territorju terz rikjedenti; (c) l-eżistenza ta’ miżuri
tal-Unjoni għal tilqim obbligatorju stabbiliti fl-atti delegati adottati
skont l-Artikolu 47(1). Artikolu 50
Is-setgħat implimentattivi rigward il-banek tal-Unjoni
tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli għall-banek tal-Unjoni
tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi li
jispeċifikaw għall-prodotti bijoloġiċi msemmija fl-Artikolu
48(1): (a) Liema minn dawk prodotti bijoloġiċi
għandhom jiġu inklużi fil-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi u għal-liema mard
elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(a); (b) It-tipi ta’ dawk l-prodotti
bijoloġiċi li għandhom ikunu inklużi fil-bank tal-Unjoni
tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi u
f’liema kwantitajiet għal kull marda elenkata speċifika msemmija
fl-Artikolu 8(1)(a), li għaliha jeżisti l-bank; (c) Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw
il-provvista, il-ħażna u s-sostituzzjoni ta’ dawk l-prodotti
bijoloġiċi; (d) it-twassil ta’ dawk il-prodotti
bijoloġiċi mill-banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi lill-Istati Membri u
lil pajjiżi u territorji terzi; (e) proċedurali u rekwiżiti tekniċi
għall-inklużjoni ta’ dawk l-prodotti bijoloġiċi fil-banek
tal-Unjoni tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti
dijanjostiċi u biex jintalab l-aċċess għalihom. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi
debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati ma’ xi marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) li tirrappreżentaw riskju ta’ impatt
sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’
implimentazzjoni applikabbli b’konformità mal-proċedura prevista
fl-Artikolu 255(3). Artikolu 51
Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni rigward il-banek tal-Unjoni
tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi L-informazzjoni dwar il-kwantitajiet u
s-sottotipi ta’ prodotti bijoloġiċi msemmija fl-Artikolu 48(1)
maħżun fil-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, il-vaċċini u
r-reaġenti dijanjostiċi għandha tiġi ttrattata bħala
informazzjoni klassifikata u ma għandhiex tiġi ppubblikata. Artikolu 52
Banek nazzjonali tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti
dijanjostiċi 1. Stati
Membri li stabbilixxew Banek nazzjonali tal-antiġeni, il-vaċċini
u r-reaġenti dijanjostiċi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu
8(1)(a) li għalihom jeżistu banek tal-Unjoni tal-antiġeni,
il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi għandhom
jiżguraw li l-banek nazzjonali tal-antiġeni, il-vaċċini u
r-reaġenti dijanjostiċi tagħhom iħarsu l-bijosigurtà,
il-bijosigurtà u l-bijokonteniment fl-Artikolu 15(1)(a) u l-atti delegati
adottati skont l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 48(3)(b). 2. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri
l-oħra b’informazzjoni aġġornata dwar: (a) l-eżistenza jew l-istabbiliment ta’
banek nazzjonali tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti
dijanjostiċi msemmija fil-paragrafu 1; (b) it-tipi ta’ antiġeni,
vaċċini, seed stocks prinċipali tal-vaċċini u
reaġenti diagnostiċi u l-kwantitajiet tagħhom f’dawn il-banek; (c) kwalunkwe tibdil fl-operat tagħhom. 3. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li
jispeċifikaw il-kontenut, il-frekwenza, u l-format tas-sottomissjoni
tal-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). TITOLU II
Miżuri ta’ kontroll tal-mard Kapitolu 1
Il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) Taqsima 1
Miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett ta’ marda elenkata
f'annimali miżmuma L-Artikolu 53
L-obbligi tal-operaturi, il-professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu
l-annimali domestiċi 1. Fil-każ
ta’ suspett ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) f'annimali
miżmuma, il- professjonisti tal-annimali, l-operaturi u dawk li
jżommu l-annimali domestiċi għandhom, minbarra li jinnotifika
sinjali jew suspett lill-awtorità kompetenti u l-veterinarji skont l-Artikolu
16(1) u sakemm ikun hemm kwalunkwe miżuri ta’ kontroll tal-mard li qed
jittieħdu mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 54(1) u 55(1),
jieħdu l-miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard imsemmija fl-Artikolu
55(1)(c), (d) u (e) biex jiskansaw it-tixrid ta’ din tal-marda elenkata mill-annimali
affettwati, l-istabbilimenti u l-postijiet taħt ir-responsabbiltà
tagħhom lil annimali oħra jew lil bnedmin. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti
delegati skont l-Artikolu 253 rigward regoli dettaljati biex jissupplimentaw
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu meħuda
mill-operaturi, professjonisti u s-sidien tal-annimali domestiċi kif
previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 54
L-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’
marda elenkata 1. L-awtorità
kompetenti għandha f’każ ta’ suspett ta’ marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(a) f'annimali miżmuma, twettaq mingħajr dewmien
investigazzjoni biex tikkonferma jew tiċħad il-preżenza tat tali
marda elenkata. 2. Għall-iskop
tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti
għandha, meta xieraq, tiżgura li l-veterinarji uffiċjali: (a) jwettqu eżami kliniku ta’ kampjun
rappreżentattiv tal-annimali miżmuma tal-ispeċi elenkata
għal dik il-marda elenkata partikolari; (b) jieħdu kampjuni xierqa minn dawk
l-annimali miżmuma tal-ispeċi elenkata u kampjuni oħrajn
għal eżami fil-laboratorju f’laboratorji magħżula għal
dak l-għan mill-awtorità kompetenti; (c) iwettqu eżami tal-laboratorju biex
jikkonferma jew jiċħad il-preżenza tal-marda elenkata
partikolari. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli
għall-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 55
Miżuri preliminari ta’ kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha f’każ ta’ suspett ta’ marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(a) f'annimali miżmuma twettaq dawn il-miżuri ta’
kontroll tal-mard preliminari sakemm joħorġu r-riżultati
tal-investigazzjoni prevista fl-Artikolu 54(1) u jitwettqu l-miżuri ta’
kontroll tal-mard skont l-Artikolu 61(1): (a) tissoġġetta l-istabbiliment,
unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment tal-prodotti
sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor fejn iseħħ
is-suspett ta' marda għal sorveljanza uffiċjali; (b) tiġbor inventarju: (i) tal-annimali miżmuma
fl-istabbiliment, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew
stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post
ieħor; (ii) tal-prodotti fl-istabbiliment, unità
domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment tal-prodotti
sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor, fejn rilevanti
għat-tixrid ta’ dik il-marda elenkata; (c) tapplika miżuri ta’ bijosigurtà
xierqa biex jiġi evitat it-tixrid ta’ dak l-aġent ta’ mard elenkat
fost annimali oħra jew fost il-bnedmin; (d) meta jixraq, tiskansa l-firxa ulterjuri
tal-aġent tal-marda, iżżomm l-annimali miżmuma
tal-ispeċi elenkata fil-każ ta' dik il-marda elenakta iżolati, u
tevita l- kuntatt mal-annimali selvaġġi; (e) tirrestrinġu l-movimenti
tal-annimali miżmuma, prodotti u, jekk xieraq, persuni, vetturi u
kwalunkwe materjal jew mezzi oħra li permezz tagħhom seta’ xxerred
l-aġent tal-marda lejn jew minn stabbiliment, unità domestika, negozju
tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali,
jew kwalunkwe post ieħor fejn dik il-marda elenkata tkun suspettata, sa
fejn hu meħtieġ biex tiġi evitata l-firxa tat-tali marda elenkata; (f) tieħu kwalunkwe miżuri
oħra meħtieġa għall-kontroll tal-mard, filwaqt li tqis
il-miżuri ta’ kontroll tal-marda previsti fit-Taqsima 4, dwar: (i) l-applikazzjoni tal-investigazzjoni
mill-awtorità kompetenti prevista fl-Artikolu 54(1) u l-miżuri ta’
kontroll tal-marda previsti fil-punti minn (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu
għal stabbilimenti oħra, unitajiet epidemijoloġiċi
hemmhekk, unitajiet domestiċi, negozji tal-ikel u l-għalf jew
stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali; (ii) l-istabbiliment ta’ żoni ristretti
temporanji, li huma xierqa meta wieħed iqis il-profil tal-marda; (g) tibda l-inkjesta epidemoloġika
prevista fl-Artikolu 57(1); 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk stabbiliti
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-miżuri
speċifiċi u dettaljati ta’ kontroll tal-mard li għandhom
jittieħdu li jiddependu mill-marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a),
meta jitqiesu r-riskji involuti għal: (a) l-ispeċi jew il-kategorija
tal-annimali; (b) it-tip ta’ produzzjoni. Artikolu 56
Reviżjoni u estensjoni ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard
preliminari Il-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti
fl-Artikolu 55(1) għandhom ikunu: (a) riveduti
mill-awtorità kompetenti, kif xieraq, wara r-riżultati ta’: (i) id-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu
54(1); (ii) l-inkjesta epidemoloġika prevista
fl-Artikolu 57(1); (b) estiża
ulterjorment f'lokalitajiet oħra kif imsemmi fl-Artikolu 55(1)(e), fejn
meħtieġ. Taqsima 2
Inkjesta Epidemjoloġika Artikolu 57
Inkjesta epidemjoloġika 1. L-awtorità
kompetenti għandha twettaq inkjesta epidemoloġika f’każ ta’
suspett jew konferma ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a)
fl-annimali. 2. L-inkjesta
epedimjoloġika prevista fil-paragrafu 1 se timmiraw li: (a) Tidentifika l-oriġini probabbli
tal-mard elenkata u l-mezzi tal-firxa tagħha; (b) tikkalkula t-tul ta’ żmien li
l-marda elenkata ilha preżenti; (c) Tidentifika l-istabbilimenti ta’ kuntatt
u l-unitajiet epidemjoloġiċi fih, l-unitajiet domestiċi,
in-negozji tal-ikel u l-għalf jew l-istabbilimenti tal-prodotti sekondarji
tal-annimali jew kwalunkwe postijiet oħra fejn annimali ta’ speċijiet
elenkati issuspettati bil-mard elenkat setgħu ġew infettati,
infestati jew ikkontaminati; (d) tikseb informazzjoni dwar il-movimenti
ta’ annimali miżmuma, persuni, prodotti, vetturi, kwalunkwe materjal jew
mezzi oħra li permezz tagħhom seta’ inxtered l-aġent tal-marda
matul il-perjodu rilevanti ta’ qabel in-notifika ta’ suspett jew il-konferma
ta’ marda elenkata; (e) tikseb informazzjoni dwar kif x’aktarx
tkun inxterdet il-marda elenkatafl-ambjent tal-madwar, inkluż
il-preżenza u d-distribuzzjoni tal-vetturi tal-marda. Taqsima 3
Il-konferma tal-mard fl-annimali miżmuma Artikolu 58
Konferma uffiċjali mill-awtorità kompetenti ta’ marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(a) 1. L-awtorità
kompetenti għandha tibbaża konferma uffiċjali ta’ marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) fuq l-informazzjoni li ġejja: (a) ir-riżultati ta’ eżamijiet
kliniċi u tal-laboratorju previsti fl-Artikolu 54(2); (b) l-inkjesta epidemoloġika prevista
fl-Artikolu 57(1); (c) dejta epidemjoloġika disponibbli
oħra. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu
253 dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati
għall-konferma uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 59
It-tneħħija ta’ miżuri preliminari ta’ kontroll tal-mard fejn
il-preżenza ta’ mard elenkat tkun ġiet eliminata L-awtorità kompetenti għandha tkompli
tapplika l-miżuri preliminari ta’ kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu
55(1) u l-Artikolu 56 sakemm il-preżenza ta' mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(a) tkun ġiet eskluża fuq il-bażi tal-informazzjoni
msemmija fl-Artikolu 58(1) jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu 58(2). Taqsima 4
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fl-eventwalità ta’ konferma tal-marda
f'annimali miżmuma Artikolu 60
Miżuri immedjati ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu
meħuda mill-awtorità kompetenti F’każ ta’ konferma uffiċjali skont
l-Artikolu 58(1) ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(a) f’annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti għandha minnufih: (a) tiddikjara
l-istabbiliment, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment
tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor affettwat
bħala uffiċjalment infettati b’dik il-marda elenkata; (b) tistabbilixxi
żona ristretta, kif xieraq għal dik elenkata marda; (c) timplimenta
l-pjan ta’ kontinġenza previst fl-Artikolu 43(1) biex tiġi
żgurata koordinazzjoni sħiħa tal-miżuri ta’ kontroll
tal-marda. Artikolu 61
L-istabbilimenti affettwati u postijiet oħra 1. Fil-każ
ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) f’annimali
miżmuma fi stabbiliment, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf
jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post
ieħor, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tieħu waħda
jew aktar minn dawn il-miżuri ta’ kontroll tal-marda sabiex tiskansa
l-firxa ulterjuri ta' dik il-marda elenkata: (a) restrizzjonijiet ta’ moviment ta’
persuni, annimali, prodotti, vetturi jew kwalunkwe materjal jew sustanza
oħra li setgħu ġew ikkontaminati u li jikkontribwixxu
għat-tifrix tal-marda elenkata; (b) il-qtil u r-rimi jew tbiċċir
ta’ annimali li setgħu ġew ikkontaminati u lijikkontribwixxu
għat-tifrix tal-marda elenkata; (c) il-qerda, l-ipproċessar,
it-trasformazzjoni jew it-trattament ta’ prodotti, għalf, jew kwalunkwe
sustanzi oħra, jew it-trattament ta’ tagħmir, mezzi ta’ trasport,
pjanti jew prodotti tal-pjanti, jew ilma li setgħu ġew ikkontaminati,
kif xieraq biex jiġi żgurat li kwalunkwe aġent tal-marda jew
vettur tal-aġent tal-marda jinqered; (d) it-tilqim jew it-trattament bi prodotti
mediċinali veterinarji oħra ta’ annimali miżmuma b’konformità
mal-Artikolu 46(1) u kwalunkwe atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 47(1); (e) l-iżolament, il-kwarantina jew
it-trattament ta’ annimali u prodotti li x’aktarx huma kkontaminati u li
jikkontribwixxu għat-tifrix tal-marda elenkata; (f) it-tindif, id-diżinfettar,
id-diżinfestazzjoni jew miżuri ta’ bijosigurtà meħtieġa
oħrajn li għandhom jiġu applikati għall-istabbiliment
affettwat, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment
tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor biex
jiġi mminimizzat ir-riskju li tinxtered il-marda elenkata; (g) it-teħid ta’ għadd
suffiċjenti ta’ kampjuni xierqa meħtieġa biex titwettaq
l-inkjesta epedimjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1); (h) l-eżami tal-laboratorju
tal-kampjuni. 2. Meta
jiġi deċiż liema miżuri ta’ kontroll tal-marda previsti
fil-paragrafu 1 huma xierqa li jittieħdu, l-awtorità kompetenti
għandha tqis dan li ġej: (a) il-profil tal-marda; (b) it-tip ta’ produzzjoni, u l-unitajiet
epidemijoloġiċi fi ħdan stabbiliment unità domestika, negozju
tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali,
jew kwalunkwe post ieħor affettwat. 3. l-awtorità
kompetenti għandha tawtorizza biss ir-ripopolazzjoni tal-istabbiliment,
unità domestika jew kwalunkwe post ieħor meta: (a) il-miżuri xierqa kollha ta’ kontroll
tal-mard u l-eżamijiet tal-laboratorju previsti fil-paragrafu 1 ikunu
ġew mitmuma b’suċċess; (b) perijodu suffiċjenti ta’ żmien
ikun għadda biex tiġi skansata l-kontaminazzjoni mill-ġdid
tal-istabbiliment, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew
stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post
ieħor bil- mard elenkata li kkawżat t-tifqigħa msemmija
fil-paragrafu 1. Artikolu 62
Stabbilimenti u postijiet konnessi epidemjoloġikament 1. L-awtorità
kompetenti għandha testendi l-miżuri ta’ kontroll tal-marda previsti
fl-Artikolu 61(1) għal stabbilimenti oħra, l-unitajiet
epidemijoloġiċi fihom, unitajiet domestiċi, negozji tal-ikel u
l-għalf jew stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew
kwalunkwe post ieħor, jew mezzi ta’ trasport fejn l-inkjesta
epidemoloġika previst fl-Artikolu 57(1), jew ir-riżultati ta’
investigazzjonijiet kliniċi jew tal-laboratorju jew dejta epidemjoloġika
oħra tagħti lok għal suspett ta’ tixrid lejn, minn jew permezz
tagħhom tal-marda elenkata fl-Artikolu 8(1)(a) li għaliha
ttieħdu dawn il-miżuri. 2. Jekk
l-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1) turi li
l-oriġini probabbli tal-marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) hija
Stat Membru ieħor jew huwa probabbli li dik elenkata l-marda nxterdet lejn
Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lil dak
l-Istat Membru. 3. Fl-avvenimenti
msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti
għandhom jikkooperaw f’aktar inkjesti epidemoloġiċi u
fl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-marda. Artikolu 63
Delegazzjoni tas-setgħa għal miżuri ta’ kontroll tal-mard fi
stabbilimenti u postijiet affettwati konnessi epidemjoloġikament Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 rigward ir-regoli
dettaljati dwar il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu
meħuda mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikoli 61 u 62 fi
stabbilimenti, negozji tal-ikel u l-għalf affettwati u marbuta
epidemjoloġikament stabbilimenti, ikel jew għalf negozji jew
stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali u postijiet affetwati u
konnessi epidemjoloġikament fil-każ ta' kwalunkwe marda msemmija
fl-Artikolu 8(1)(a). Dawk ir-regoli dettaljati għandhom ikopru
l-kwistjonijiet li ġejjin: (a) il-kundizzjonijiet
u r-rekwiżiti għal miżuri ta’ kontroll tal-mard, previsti
fl-Artikolu 61(1)(a) sa (e); (b) il-proċeduri
għat-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni previsti
fl-Artikolu 61(1)(f), bl-ispeċifika, fejn hu xieraq tal-użu
tal-prodotti bijoċidali għal dawk l-iskopijiet; (c) il-kundizzjonijiet
u r-rekwiżiti għat-teħid ta’ kampjuni u eżami
tal-laboratorju previsti fl-Artikolu 61(1)(g) sa (h); (d) il-kundizzjonijiet
dettaljati u r-rekwiżiti ta’ ripopolazzjoni previsti fl-Artikolu 61(3); (e) il-miżuri
meħtieġa ta’ kontroll tal-marda previsti fl-Artikolu 62 li
għandhom jitwettqu fl-istabbilimenti, postijiet u mezzi ta’ trasport
epidemjoloġikament konnessi. Artikolu 64
L-istabbiliment ta’ żoni ristretti mill-awtorità kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha tistabbilixxi żona ristretta madwar
l-istabbiliment, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew
stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post
ieħor affettwat fejn seħħet it-tifqigħa tal-marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) f’annimali miżmuma, fejn xieraq,
b’kunsiderazzjoni ta’: (a) il-profil tal-marda; (b) is-sitwazzjoni ġeografika
taż-żoni ristretti; (c) il-fatturi ekoloġiċi u
idroloġiċi taż-żoni ristretti; (d) il-kundizzjonijiet
metereoloġiċi; (e) il-preżenza, id-distribuzzjoni u
t-tip ta’ vetturi fiż-żoni ristretti; (f) ir-riżultati tal-inkjesta
epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1) u studji oħrajn li saru u
d-dejta epidemjoloġika; (g) ir-riżultati tat-testijiet
tal-laboratorju; (h) il-miżuri applikati
għall-kontroll tal-marda. Iż-żona ristretta għandha tinkludi,
meta dan ikun jixraq, żona ta’ protezzjoni u sorveljanza ta’ daqs u
konfigurazzjoni definiti. 2. L-awtorità
kompetenti għandha tevalwa u tirrevedi kontinwament u meta jixraq
is-sitwazzjoni, sabiex jiġi skansat it-tixrid tal-mard elenkat imsemmi
fl-Artikolu 8(1)(a): (a) tadatta l-konfini taż-żona
ristretta; (b) tistabbilixxi żoni ristretti
addizzjonali. 3. Fejn
żoni ristretti jkunu jinsabu fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru
wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri għandhom
jikkooperaw biex jistabbilixxu żoni ristretti previsti fil-paragrafu 1. 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward ir-regoli dettaljati għall-istabbiliment u l-emenda
ta’ żoni ristretti, inklużi żoni ta’ protezzjoni jew
sorveljanza. l-Artikolu 65
Miżuri ta’ kontroll tal-mard f’żona ristretta 1. L-awtorità
kompetenti għandha tieħu waħda jew aktar minn dawn
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fiż-żona ristretta sabiex
tiskansa l-firxa ulterjuri tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(a): (a) l-identifikazzjoni ta' kull
stabbilimenti, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew
stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post
ieħor fejn jinżammu l-annimali fil-każ tat-tali marda elenkata; (b) żjarat f'kull kull stabbilimenti,
unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment tal-prodotti
sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor fejn jinżammu
l-annimali fil-każ tat-tali marda elenkata, u fejn ikun hemm bżonn
eżaminar, teħid ta’ kampjuni u eżami tal-laboratorju
tal-kampjuni; (c) kundizzjonijiet għall-moviment ta’
persuni, annimali, prodotti, għalf, vetturi u kwalunkwe materjal jew
sustanza oħra li jistgħu jkunu kkontaminati jew jikkontribwixxu
għat-tifrix ta’ dik il-marda elenkata ġo u minn żoni ristretti u
t-trasport minn ġo żoni ristretti; (d) il-ħtiġijiet ta’ bijosigurtà
għal: (i) il-produzzjoni, l-ipproċessar u
d-distribuzzjoni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali; (ii) il-ġbir u r-rimi ta’ prodotti
sekondarji tal-annimali; (iii) l-inseminazzjoni artifiċjali. (e) it-tilqim u t-trattament bi prodotti
mediċinali veterinarji oħra ta’ annimali miżmuma b’konformità
mal-Artikolu 46(1) u kwalunkwe atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 47(1); (f) it-tindif, id-diżinfezzjoni u
d-diżinfestazzjoni; (g) il-ħatra jew fejn rilevanti,
l-approvazzjoni ta’ stabbiliment ta' negozju tal-ikel għall-iskopijiet ta’
tbiċċir ta’ annimali jew it-trattament ta’ prodotti li joriġinaw
mill-annimali li joriġinaw minn żoni ristretti; (h) l-identifikazzjoni u
t-traċċabbiltà ta' ħtiġijiet għall-moviment ta’
annimali, il-prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw
mill-annimali; (i) miżuri oħra meħtieġa
ta' bijosigurtà u miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju sabiex
jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ tixrid ta’ dik il-marda elenkata. 2. L-awtorità
kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex
tinforma bis-sħiħ il-persuni fiż-żoni ristretti dwar
ir-restrizzjonijiet fis-seħħ u n-natura tal-miżuri ta’ kontroll
tal-marda. 3. Meta
jiġi deċiż liema miżuri ta’ kontroll tal-marda previsti
fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu, l-awtorità kompetenti
għandha tqis dan li ġej: (a) il-profil tal-marda; (b) it-tipi ta’ produzzjoni; (c) il-fattibbiltà, id-disponibbiltà u
l-effettività ta’ dawk il-miżuri għall-kontroll tal-mard. Artikolu 66
L-obbligi tal-operaturi fiż-żoni ristretti 1. L-operaturi
li jżommu annimali u prodotti fiż-żona ristretta stipulata
fl-Artikolu 64(1) għandhom jinnotifikaw kull intenzjoni ta’ moviment
tal-annimali miżmuma u prodotti, ġewwa jew barra ż-żona
ristretta, lill-awtorità kompetenti. 2. Huma
għandhom jissuġġettaw għall-moviment lill-annimali
miżmuma u l-prodotti skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti biss.
Artikolu 67
Delega ta’ segħat li jikkonċernaw il-miżuri ta’ kontroll
tal-mard f’żoni ristretti Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253, rigward ir-regoli
dettaljati dwar il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jittieħed
f’żona ristretta previsti fl-Artikolu 65(1) għal kull marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(a). Dawk ir-regoli dettaljati għandhom ikopru
l-kwistjonijiet li ġejjin: (a) il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti
għal miżuri ta’ kontroll tal-mard, previsti fl-Artikolu 65(1)(a),
(c), (d), (e), (g), (h) u (i); (b) il-proċeduri għat-tindif,
id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni previsti fl-Artikolu 65(1)(f),
bl-ispeċifika, fejn hu xieraq tal-użu tal-prodotti bijoċidali
għal dawk l-iskopijiet; (c) is-sorveljanza meħtieġa li
għandha ssir wara l-applikazzjoni tal-miżuri għall-kontroll
tal-marda u l-eżamijiet tal-laboratorju previsti fl-Artikolu 65(1)(b); (d) miżuri ta’ kontroll speċifiċi
oħra sabiex jillimitaw il-firxa ta’ mard elenkat speċifiċi
msemmija fl-Artikolu 8(1)(a). l-Artikolu 68
Miżuri għaż-żamma ta’ kontroll tal-mard f’żoni
ristretti u atti delegati 1. L-awtorità
kompetenti għandha tkompli tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard
previsti f’din it-Taqsima sakemm: (a) ikunu twettqu l-miżuri ta’ kontroll
tal-mard xierqa għall-marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) li
għaliha kienu ġew applikati r-restrizzjonijiet; (b) l-aħħar tindifa,
diżinfettar jew diżinfestazzjoni twettqet kif suppost fil-każ
ta': (i) il-marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(a) li għaliha l-miżuri ta’ kontroll tal-mard ikunu ġew
applikati; (ii) l-ispeċi ta’ annimali miżmuma
affettwata; (iii) it-tip ta’ produzzjoni; (c) twettqet sorveljanza adegwata, kif xieraq
għall-marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) li għaliha
l-miżuri ta’ kontroll tal-mard ikunu ġew applikati, u għat-tip
ta’ stabbiliment jew post fiż-żona ristretta b'sostanzazzjoni
tal-qerda ta’ dik il-marda elenkata. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-miżuri ta’ kontroll
tal-mard li għandhom jiġu meħuda mill-awtorità kompetenti kif
previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’: (a) il-proċeduri tal-aħħar
tindifa, diżinfettar jew diżinfestazzjoni, u fejn xieraq l-użu
tal-prodotti bijoċidali għal dawk l-iskopijiet; (b) Id-disinn, il-mezzi, il-metodi,
il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-mudelli
tat-teħid ta’ kampjuni għas-sorveljanza biex jerġa’ jikseb
status ta’ ħelsien mill-mard wara t-tifqigħa tal-marda; (c) ir-ripopolazzjoni taż-żoni
ristretti wara li jintemmu l-miżuri ta’ kontroll tal-marda previsti
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, waqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet
għar-ripopolazzjoni previsti fl-Artikolu 61(3); (d) miżuri ta’ kontroll tal-mard
meħtieġa oħra sabiex jerġa’ jinkiseb l-istatus ta’
ħelsien mill-mard. Artikolu 69
Tilqim ta' emerġenza 1. Fejn
rilevanti għall-kontroll effettiv tal-marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(a) li għaliha japplikaw il-miżuri ta’ kontroll tal-mard
minħabba t-tifqigħa, l-awtorità kompetenti tista’: (a) tiżviluppa pjan ta’ tilqim; (b) Tistabbilixxi ż-żoni
tat-tilqim. 2. L-awtorità
kompetenti għandha, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-pjan tat-tilqim
u l-istabbiliment taż-żoni ta’ tilqim prevista fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu, tqis l-affarijiet li ġejjin: (a) ir-rekwiżiti għal tilqim ta’
emerġenza previsti fil-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fl-Artikolu
43(1); (b) ir-rekwiżiti għall-użu ta’
vaċċini previsti fl-Artikolu 46(1) u kwalunkwe atti ddelegati
adottati skont l-Artikolu 47(1). 3. Iż-żoni
tat-tilqim previsti fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu għandhom
jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar miżuri għall-mitigazzjoni
tar-riskju biex jiġi skansat t-tixrid ta’ mard elenkat u ssir
is-sorveljanza kif stabbilit fi kwalunkwe atti delegati adottati skont
l-Artikolu 47(1)(d) u (e). Taqsima 5
Annimali selvaġġi Artikolu 70
Annimali selvaġġi 1. F’każ
ta’ suspett jew konferma uffiċjali ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(a) f’annimali selvaġġi, l-Istat Membru affettwat għandu: (a) iwettaq, fejn rilevanti għal dik
il-marda partikolari elenkata, sorveljanza tal-mard fil-popolazzjoni
tal-annimali selvaġġi; (b) jieħu miżuri
għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard biex ma tkomplix tinfirex
iżjed dik il-marda elenkata. 2. Il-miżuri
ta’ kontroll u prevenzjoni tal-mard previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom
iqisu l-kwistjonijiet li ġejjin: (a) il-profil tal-marda; (b) l-annimali selvaġġi affettwati;
(c) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu fil-każ ta’ suspett jew konferma ta’ marda
elenkata uffiċjali msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) f’żoni ristretti
f’annimali miżmuma skont ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet minn 1 sa 4. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) sorveljanza skont il-paragrafu 1(a); (b) miżuri għall-prevenzjoni u
l-kontroll tal-mard skont il-paragrafu 1(b). Meta tadotta dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni
għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-profil tal-mard u speċijiet
elenkati għall-mard elenkat imsemmi fil-paragrafu 1. Taqsima 6
Miżuri addizzjonali ta’ kontroll tal-mard mill-Istati Membri,
koordinazzjoni mill-Kummissjoni u regoli ta’ kontroll tal-mard temporanji u
speċjali Artikolu 71
Miżuri addizzjonali ta’ kontroll tal-mard mill-Istati Membri,
koordinazzjoni ta’ miżuri mill-Kummissjoni u regoli ta' kontroll tal-mard
speċjali u temporanji li jikkonċernaw it-Taqsimiet minn 1 sa 5 1. L-Istati
Membri jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali ta’ kontroll tal-mard
apparti dawk previsti fl-Artikolu 61(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 65(1) u (2)
u l-Artikolu 68(1) u f’atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 67 u l-Artikolu
68(2), sakemm it-tali miżuri jkunu konformi mar-regoli stabbiliti f’dan
ir-Regolament u huma neċessarji u proporzjonati biex jiġi kkontrollat
it-tifrix elenkat tal-mard msemmi fl-Artikolu 8(1)(a), b'kunsiderazzjoni ta’: (a) iċ-ċirkostanzi
epidemjoloġiċi partikolari; (b) it-tip ta’ stabbilimenti, postijiet
oħra u l-produzzjoni; (c) il-kategoriji u l-ispeċi ta’
annimali involuti; (d) il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew
soċjali. 2. L-Istati
Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar: (a) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard
meħuda mill-awtorità kompetenti kif previst fl-Artikoli 58, 59, 61, 62, 64
u 65, l-Artikolu 68(1), Artikolu 69 u l-Artikolu 70(1) u (2) u atti ddelegati
adottati skont l-Artikoli 63 u 67 u l-Artikolu 68(2) u 70(3); (b) kwalunkwe miżuri oħra ta’
kontroll tal-marda meħuda minnhom kif previst fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni
għandha tirrevedi s-sitwazzjoni tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll
tal-mard meħuda mill-awtorità kompetenti u kwalunkwe miżuri oħra
ta’ kontroll tal-mard meħuda mill-Istat Membru, bi qbil ma’ dan
il-Kapitolu u tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi
miżuri għall-kontroll tal-mard speċjali għal perjodu ta’
żmien limitat, taħt il-kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni
epidemjoloġika, fejn: (a) dawk il-miżuri għall-kontroll
tal-mard jinstabu li m’humiex adattati għas-sitwazzjoni
epidemjoloġika; (b) ll-marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(a) tkun tidher li qed tinfirex minkejja l-miżuri ta’ kontroll
tal-mard meħuda skont dan il-Kapitolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 4. Għal
raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza
relatati ma’ mard li jirrappreżenta riskju emerġenti ta’ impatt
sinifikanti l-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’
implimentazzjoni applikabbli b’konformità mal-proċedura msemmija
fl-Artikolu 255(3). Kapitolu 2
Mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1) (b) u (c) Taqsima 1
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fl-eventwalità ta’ suspett ta' mard
f'annimali miżmuma Artikolu 53
Obbligi tal-operaturi, professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu
l-annimali domestiċi 1. Fil-każ
ta’ suspett ta’ mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1) (b) u (c) f’annimali
miżmuma, l-operaturi, professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu
l-annimali domestiċi għandhom, minbarra li jinnotifikaw sinjali u
suspetti lill-awtorità kompetenti u l-veterinarji skont l-Artikolu 16(1) u
sakemm ikun hemm fis-seħħ xi miżuri ta’ kontroll tal-mard
meħuda mill-awtorità kompetenti b'konformità mal-Artikolu 74 (1),
jieħdu miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard imsemmi fl-Artikolu
74(1)(a) u kwalunkwe atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 74(3) biex
jiskansaw it-tixrid ta’ dak il-mard elenkat mill-annimali, stabbilimenti u
l-postijiet affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom lil annimali
oħra jew lill-bnedmin. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward regoli dettaljati biex jissupplimentaw il-miżuri
ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu meħuda mill-operaturi,
professjonisti u s-sidien tal-annimali domestiċi kif previst fil-paragrafu
1 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 73
L-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’
marda elenkata 1. L-awtorità
kompetenti għandha f’każ ta’ suspett ta’ marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(b) u (c) f'annimali miżmuma, twettaq mingħajr
dewmien investigazzjoni biex tikkonferma jew tiċħad il-preżenza
tat tali marda elenkata. 2. Għall-iskop
tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti
għandha, meta xieraq, tiżgura li l-veterinarji uffiċjali: (a) jwettqu eżami kliniku ta’ kampjun
rappreżentattiv tal-annimali miżmuma tal-ispeċi elenkata
għal dik il-marda elenkata partikolari; (b) jieħdu kampjuni xierqa minn dawk
l-annimali miżmuma tal-ispeċi elenkata u kampjuni oħrajn
għal eżami fil-laboratorju f’laboratorji magħżula għal
dak l-għan mill-awtorità kompetenti; (c) iwettqu eżami tal-laboratorju biex
jikkonferma jew jiċħad il-preżenza tal-marda elenkata partikolari. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw regoli
għall-investigazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 74
Miżuri preliminari ta’ kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha f’każ ta’ suspett ta’ marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(b) jew (c) f'annimali miżmuma twettaq dawn il-miżuri
ta’ kontroll tal-mard preliminari sakemm joħorġu r-riżultati
tal-investigazzjoni prevista fl-Artikolu 73(1) u jitwettqu l-miżuri ta’
kontroll tal-mard skont l-Artikolu 78(1) u (2): (a) tapplika l-miżuri ta’ kontroll
tal-mard li jillimitaw il-firxa ta’ dik il-marda elenkata mit-territorju,
stabbiliment, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment
tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor; (b) tibda, fejn meħtieġ,
investigazzjoni epidemoloġika, b’qies tar-regoli għat-tali
investigazzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) u kwalunkwe regola adottata skont
l-Artikolu 57(2). 2. Il-miżuri
preliminari tal-kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu
xierqa u proporzjonati mar-riskju li jirriżulta minn mard elenkat imsemmi
fl-Artikolu 8(1)(b) jew (c) filwaqt li jitqies dan li ġej: (a) il-profil tal-marda; (b) l-annimali miżmuma affettwati; (c) l-istatus tas-saħħa tal-Istat
Membru, żona, kompartament jew stabbiliment li fih ikun hemm suspett ta’
dik il-marda elenkata; (d) il-miżuri preliminari tal-kontroll
tal-mard previsti fl-Artikolu 55(1), u l-Artikolu 56 u kwalunkwe att delegat
adottat skont l-Artikolu 55(2). 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar regoli li jissupplimentaw dawk stabbiliti fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2
ta’ dan l-Artikolu, dwar: (a) il-miżuri preliminari ta' kontroll
tal-mard li għandhom jittieħdu biex jiskansaw it-tixrid ta’ mard
elenkati, kif previst fil-paragrafu 1(a); (b) l-applikazzjoni tal-miżuri preliminari
tal-kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1(a) għal stabbilimenti
oħra, unità domestika, negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment
tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor; (c) l-istabbiliment ta’ żoni ristretti
temporanji, li huma xierqa minħabba l-profil tal-marda. Artikolu 75
Reviżjoni u estensjoni ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard
preliminari Il-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti
fl-Artikolu 74(1) għandhom ikunu: (a) riveduti
mill-awtorità kompetenti kif xieraq wara s-sejbiet tal-investigazzjoni msemmija
fl-Artikolu 73(1) u, fejn relevanti, l-inkjesta epedimjoloġika prevista
fl-Artikolu 74(1) (b); (b) estiżi
ulterjorment f'lokalitajiet oħra kif imsemmi fl-Artikolu 74(3)(b), fejn
meħtieġ. Taqsima 2
Il-konferma tal-mard fl-annimali miżmuma Artikolu 76
Konferma uffiċjali tal-marda mill-awtorità kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha tibbaża konferma uffiċjali ta’ marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) jew (c) fuq l-informazzjoni li ġejja: (a) ir-riżultati ta’ eżamijiet
kliniċi u tal-laboratorju previsti fl-Artikolu 73(2); (b) l-inkjesta epedimjoloġika prevista
fl-Artikolu 74(1)(b), fejn rilevanti; (c) dejta epidemjoloġika disponibbli
oħra. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati
għall-konferma uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 77
Tneħħija preliminari tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard meta
l-okkorrenza ta' marda hija eskluża L-awtorità kompetenti għandha tkompli
tapplika l-miżuri preliminari ta’ kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu
74(1) u l-Artikolu 75 sakemm il-preżenza ta’ marda elenkat msemmija
fl-Artikolu 8(1) (b) jew (c) tkun ġiet eskluża skont l-Artikolu 76(1)
jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu 76(2). Taqsima 3
Miżuri ta’ Kontroll tal-mard fl-eventwalità ta’ konferma tal-marda
f'annimali miżmuma Artikolu 78
Miżuri ta’ kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti 1. F’każ
ta’ konferma uffiċjali skont l-Artikolu 76(1) ta’ tifqigħa ta’ marda
elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) f’annimali miżmuma, l-awtorità
kompetenti għandha: (a) fi Stat Membru, żona jew
kompartiment soġġett għall-programm ta' proċedura
obbligatorja ta’ qerda previst fl-Artikolu 30(1) għal dik il-marda elenkata,
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dak il-programm ta’
qerda obbligatorja; (b) fi Stat Membru, erja, żona jew
kumpartiment li għadu mhux soġġett għall-programm
obbligatorju ta’ qerda previst fl-Artikolu 30(1) għal dik il-marda elenkata,
tniedi programm ta’ qerda obbligatorja u tapplika l-miżuri ta’ kontroll
tal-mard stabbiliti fih. 2. F’każ
ta’ konferma uffiċjali skont l-Artikolu 76(1) ta’ tifqigħa ta’ marda
elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(c) f’annimali miżmuma, l-awtorità
kompetenti għandha: (a) fi Stat Membru, żona jew
kompartiment soġġett għall-programm ta' proċedura
volontarja ta’ qerda previst fl-Artikolu 30(2) għal dik il-marda elenkata,
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dak il-programm ta’
qerda volontarja; (b) fi Stat Membru, erja, żona jew
kumpartiment li mhuwiex suġġett għall-programm ta’ qerda
volontarja prevista fl-Artikolu 30(2) għall-marda elenkata, japplikaw,
meta xieraq, miżuri ta’ kontroll u ta' trażżin tal-firxa
tagħha. 3. Il-miżuri
previsti fil-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu
proporzjonali għar-riskju li ġġib magħha l-marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(c) inkwistjoni b'qies ta': (a) il-profil tal-marda; (b) l-annimali miżmuma affettwati; (c) l-istatus tas-saħħa tal-Istat
Membru, erja, żona jew kompartiment jew stabbiliment li fih il-marda
elenkata tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment; (d) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu fl-istabbilimenti, postijiet oħra u żoni
ristretti previsti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu. Artikolu 79
Delega ta’ setgħat għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 li jistipula regoli
dettaljati li jikkonċernaw l-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1) (b) jew (c) f'annimali miżmuma kif previst
fl-Artikolu 78(2)(b) b’kunsiderazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 78(3). Taqsima 4
Annimali selvaġġi Artikolu 80
Annimali selvaġġi 1. F’każ
ta’ suspett jew konferma uffiċjali ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(b) f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
affettwat għandha: (a) fit-territorju kollu tal-Istat Membru,
erja jew żona suġġetta għall-programm ta' qerda
obbligatorja previst fl-Artikolu 30(1) għal dik il-marda elenkata,
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dak il-programm ta’
qerda obbligatorja; (b) fit-territorju kollu tal-Istat Membru,
erja jew żona li mhijiex soġġetta għall-programma ta’ qerda
obbligatorja previst fl-Artikolu 30(1) għal dik il-marda elenkata, tniedi
programm ta’ qerda obbligarorja u tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard
stipulati hemmhekk skont kif jixraq, biex ikun ikkontrollat u mrażżan
il-firxa tagħha. 2. Fil-każ
ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(c) f’annimali
selvaġġi l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru milqut għandha: (a) fit-territorju kollu tal-Istat Membru,
erja, żona jew kompartiment soġġett għall-programm ta'
proċedura volontarja ta’ qerda previst fl-Artikolu 30(2) għal dik
il-marda elenkata, tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti
f’dak il-programm ta’ qerda volontarja; (b) fit-territorju kollu tal-Istat Membru,
erja, żona jew kumpartiment li mhuwiex suġġett
għall-programm ta’ qerda volontarja prevista fl-Artikolu 30(2)
għall-marda elenkata, japplikaw, meta xieraq, miżuri ta’ kontroll u
ta' trażżin tal-firxa tagħha. 3. Il-miżuri
ta’ kontroll tal-mard imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandhom iqisu
l-kwistjonijiet li ġejjin: (a) il-profil tal-marda; (b) l-annimali selvaġġi affettwati;
(c) Il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li
għandhom jittieħdu fil-każ ta’ suspett jew konferma
uffiċjali ta’ marda elenkata f’żoni ristretti f’annimali miżmuma
skont ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet minn 1 sa 4 tal-Kapitolu 1 ta’ dan
it-Titolu. 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw il-miżuri ta’
kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu fil-każ ta’
tfaqqigħ ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) jew (c)
f’annimali selvaġġi kif previst fil-paragrafu 2(b) ta’ dan
l-Artikolu. Taqsima 5
Koordinazzjoni mill-Kummissjoni u regoli temporanji u speċjali regoli
tal-kontroll tal-mard Artikolu 81
Koordinazzjoni ta’ miżuri mill-Kummissjoni u regoli temporanju u
speċjali dwar it-Taqsimiet minn 1 sa 4 1. l-Istati
Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-miżuri ta’ kontroll
tal-mard meħuda mill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) jew (c), skont l-Artikolu 76(1), l-Artikoli 77 u
78 u l-Artikolu 80(1) u (2) u atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 76(2),
l-Artikolu 79 u l-Artikolu 80(4). 2. Il-Kummissjoni
għandha tirrevedi s-sitwazzjoni tal-marda u l-miżuri ta’ kontroll
tal-marda meħuda mill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu u tista’,
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli speċjali
għal miżuri ta’ kontroll tal-mard għal perjodu limitat ta’
żmien fir-rigward ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1) (b) u (c),
taħt il-kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika,
fejn: (a) dawk il-miżuri għall-kontroll
tal-mard meħuda mill-awtorità kompetenti jinstabu li m’humiex adattati
għas-sitwazzjoni epidemjoloġika; (b) dik il-marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1) (b) jew (c) tidher li qed tinfirex minkejja l-miżuri ta’
kontroll tal-marda meħuda skont dan il-Kapitolu, fejn rilevanti. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 3. Għal
raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza
relatati ma’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1) (b) u (c) li
jirrappreżentaw riskju emerġenti ta’ impatt sinifikanti l-Kummissjoni
għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli
b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 255(3). Parti IV
Ir-reġistrazzjoni, L-approvazzjoni, it-traċċabbiltà u
L-movimenti TITOLU I
Annimali terrestri, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn annimali terrestri Kapitolu 1
Ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni, iż-żamma tar-rekords u
r-reġistri Taqsima 1
Reġistrazzjoni tal-istabbilimenti u t-trasportaturi Artikolu 82
Obbligu tal-operaturi li jirreġistraw l-istabbilimenti 1. L-operaturi ta’ stabbilimenti li
jżommu l-annimali terrestri jew li jiġbru, jipproduċi,
jipproċessaw jew jaħżnu l-prodotti ġerminali għandhom,
sabiex jiġu rreġistrati b’konformità mal-Artikolu 88, qabel ma jibdew
dawn l-attivitajiet: (a) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi
kwalunkwe tali stabbiliment taħt ir-responsabbiltà tagħhom; (b) jipprovdu lill-awtorità kompetenti
b’tagħrif dwar: (i) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur; (ii) il-post u deskrizzjoni tal-faċilitajiet; (iii) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numri ta’ annimali terrestri jew prodotti ġerminali miżmuma
fl-istabbiliment u l-kapaċità tal-istabbiliment; (iv) it-tip ta’ stabbiliment; (v) aspetti oħra tal-istabbiliment, li
huma rilevanti biex jiġi ddeterminat ir-riskju preżentati minnu. 2. L-operaturi
tal-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw
lill-awtorità kompetenti b’kull: (a) bidliet sinifikanti fl-istabbiliment
rigward l-affarijiet msemmija fil-paragrafu 1(b); (b) il-waqfien tal-attività fl-istabbiliment. 3. Stabbilimenti
li huma soġġetti għall-approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu
89(1) m’għandhomx ikunu meħtieġa li jipprovdu l-informazzjoni
msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 83
Derogi mill-obbligu tal-operaturi biex jirreġistraw stabbilimenti Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 82(1),
l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta’
stabbilimenti mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni, wara li
jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin: (a) il-kategoriji,
l-ispeċijiet u n-numri ta’ annimali terrestri u prodotti ġerminali
miżmuma fl-istabbiliment u l-kapaċità tal-istabbiliment; (b) it-tip
ta’ stabbiliment; (c) il-movimenti
ta’ annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali li jidħlu
jew joħorġu mill-istabbiliment. Artikolu 84
Setgħat ta’ implimentazzjoni dwar l-obbligu tal-operaturi li
jirreġistraw stabbilimenti Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) l-informazzjoni
li għandha tingħata mill-operaturi għall-iskop tar-reġistrazzjoni
tal-istabbilimenti kif previst fl-Artikolu 82(1); (b) it-tipi
ta’ stabbilimenti li jistgħu jkunu eżentati mill-Istati Membri
mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 83 sakemm dawk
l-istabbilimenti joħolqu riskju insinifikanti u b’kunsiderazzjoni
tal-kriterji stipulati f’dak l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 85
L-obbligi ta' reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ ungulati miżmuma u
atti delegati 1. It-trasportaturi
ta’ ungulati miżmuma, li jittrasportaw dawk l-annimali bejn l-Istati
Membri, sabiex jiġu rreġistrati b’konformità mal-Artikolu 88, qabel
dawn jibdew dawn l-attivitajiet, għandhom: (a) jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar
l-attività tagħhom; (b) jipprovdu lill-awtorità kompetenti
b’tagħrif dwar: (i) l-isem u l-indirizz tat-trasportatur; (ii) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numri ta’ annimali terrestri miżmuma trasportati; (iii) it-tip ta’ trasport; (iv) il-mezz tat-trasport. 2. It-trasportaturi
għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’kull: (a) bidliet sinifikanti dwar l-affarijiet
msemmija fil-paragrafu 1(b); (b) il-waqfien tal-attività tat-trasport. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar supplimentar u l-emendar tar-regoli li jipprevedi
l-paragrafu 1 li jikkonċernaw l-obbligu ta’ tipi oħra ta’
trasportaturi li jipprovdi l-informazzjoni għall-finijiet ta’
reġistrazzjoni tal-attività tagħhom, filwaqt li jqisu r-riskji
involuti mat-tali trasport. Artikolu 86
Derogi mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni tat-trasportaturi tal-ungulati
miżmuma Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 85(1),
l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta’
trasportaturi mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni, wara li
jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin: (a) id-distanza
li fuqha jittrasportaw lill-annimali terrestri miżmuma; (b) il-kategoriji,
l-ispeċijiet u n-numru ta’ annimali terrestri miżmuma, li huma
t-trasportati. Artikolu 87
Atti ta’ implimentazzjoni dwar l-obbligu li jirreġistraw it-trasportaturi Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta’: (a) l-informazzjoni
li tkun mogħtija mit-trasportatur għall-finijiet ta’
reġistrazzjoni tal-attività tiegħu, kif previst fl-Artikolu 85(1); (b) it-tipi
ta’ trasportaturi li jistgħu jkunu eżentati mill-Istati Membri
mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 86 sakemm dak
it-tip ta' trasport joħloq riskju insinifikanti u b’kunsiderazzjoni
tal-kriterji stipulati f’dak l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 88
L-obbligu tal-awtorità kompetenti dwar ir-reġistrazzjoni
tal-istabbilimenti u t-trasportaturi L-awtorità kompetenti għandha
tirreġistra: (a) l-istabbilimenti
fir-reġistru tal-istabbilimenti u t-trasportaturi previsti fl-Artikolu
96(1), meta l-operatur ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa bi qbil
mal-Artikolu 82(1); (b) it-trasportaturi
fir-reġistru tal-istabbilimenti u t-trasportaturi previsti fl-Artikolu
96(1), meta t-trasportatur ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa bi
qbil mal-Artikolu 85(1). Taqsima 2
L-approvazzjoni ta' ċerti tipi ta' stabbilimenti Artikolu 89
L-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u atti delegati 1. L-operaturi
tat-tipi segwenti ta’ stabbilimenti għandhom japplikaw għand
l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni bi qbil mal-Artikolu 91(1) u dawn
ma għandhomx jibdew l-attivitajiet tagħhom sakemm l-istabbiliment
tagħhom jkun ġie approvat skont l-Artikolu 92(1): (a) stabbilimenti għal attivitajiet
tal-assemblaġġ tal-ungulati u t-tjur tal-irziezet, minn fejn dawk
l-annimali jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor; (b) stabbilimenti tal-prodotti ġerminali
għal bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li minnhom il-prodotti
ġerminali ta’ dawk l-annimali jiġu trasferiti lejn Stat Membru
ieħor; (c) imfaqas, li minnhom il-bajd
għat-tfaqqis jew it-tajr jiġi suġġett għal moviment
lejn Stat Membru ieħor; (d) stabbilimenti li jżommu t-tjur
tal-irziezet, li minnhom it-tjur tal-irziezet ikunu maħsuba għal
skopijiet oħra għajr qtil jew bajd għat-tfaqqis
suġġetti għal moviment lejn Stat Membru ieħor; (e) kwalunkwe tip ieħor ta’ stabbiliment
għal annimali terrestri miżmuma li huma ta’ theddida sinifikanti u li
huma meħtieġa li jiġu approvati skont ir-regoli stabbiliti f’att
delegat adottat skont il-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu. 2. L-operaturi
għandhom itemmu attività fi stabbiliment msemmi fil-paragrafu 1 f'każ
li: (a) l-awtorità kompetenti tirtira jew
tissospendi l-approvazzjoni tagħha skont l-Artikolu 95(2); (b) f’każ ta’ approvazzjoni
kondizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 94(3), l-istabbiliment jonqos
milli jikkonforma mar-rekwiżiti pendenti msemmija fl-Artikolu 94(3) u ma
tinkisibx l-approvazzjoni finali skont l-Artikolu 92(1). 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar is-supplimentar u l-emendar tar-regoli
għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu li jikkonċernaw: (a) derogi mir-rekwiżit
għall-operaturi tat-tipi ta’ stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 (a) sa
(d) li japplika għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni
mill-awtorità kompetenti, fejn dawk l-istabbilimenti joħolqu riskju insinifikanti; (b) it-tipi ta’ stabbilimenti li jridu
jiġu approvati skont il-paragrafu 1(e); (c) regoli speċjali għall-waqfien
ta’ attivitajiet għall-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali msemmija
fil-paragrafu 1(b). 4. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kriterji li ġejjin, meta tadotta l-atti delegati
msemmija fil-paragrafu 3: (a) il-kategoriji u l-ispeċijiet
tal-annimali terrestri miżmuma jew il-prodotti ġerminali fi
stabbiliment; (b) in-numru ta’ speċijiet u n-numru ta’
annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali miżmuma fi
stabbiliment; (c) it-tip ta’ stabbiliment u tip ta’
produzzjoni; (d) il-movimenti tal-annimali terrestri u
l-prodotti ġerminali miżmuma li jidħlu jew joħorġu
minn dawk it-tipi ta’ stabbilimenti. Artikolu 90
L-approvazzjoni ta' status ta' stabbilimenti konfinati L-operaturi ta’ stabbilimenti, li jixtiequ
jiksbu l-istatus ta’ stabbiliment konfinat għandhom: (a) japplikaw
għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu
91(1); (b) ma
għandhomx jissoġġettaw għal moviment l-annimali
miżmuma lejn stabbiliment konfinati b’konformità mar-rekwiżiti
previsti fl-Artikolu 134(1) u kwalunkwe atti delegati adottati skont l-Artikolu
134(2) sakemm l-istabbiliment tagħhom jikseb approvazzjoni ta’ dak
l-istatus mill-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 92 u 94. Artikolu 91
L-obbligu ta' informazzjoni tal-operaturi bil-ħsieb li jiksbu
l-approvazzjoni u l-atti ta’ implimentazzjoni 1. L-operaturi
għandhom għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tagħhom
għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom prevista fl-Artikolu
89(1) u l-Artikolu 90(a), jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’tagħrif
dwar: (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur; (b) il-post tal-istabbiliment u deskrizzjoni
tal-faċilitajiet; (c) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numri ta’ annimali terrestri jew il-prodotti ġerminali miżmuma
fl-istabbiliment; (d) it-tip ta’ stabbiliment; (e) aspetti oħra tal-istabbiliment,
relatati mal-ispeċifiċità tiegħu, li huma rilevanti biex
jiġi ddeterminat ir-riskju preżentat minnu. 2. L-operaturi
tal-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw
lill-awtorità kompetenti b’kull: (a) bidliet
sinifikanti fl-istabbilimenti dwar l-affarijiet msemmija fil-paragrafu 1(a),
(b) u (c); (b) il-waqfien tal-attività fl-istabbiliment. 3. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward
l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi fl-applikazzjoni
tagħhom għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom skont
il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 92
L-għotja ta' approvazzjoni ta’ stabbilimenti u l-kundizzjonijiet
tagħha u l-atti delegati 1. L-awtorità
kompetenti għandha tagħti biss approvazzjoni ta’ stabbilimenti kif
previst fl-Artikolu 89(1) u l-Artikolu 90(a) fejn it-tali stabbilimenti: (a) jikkonformaw mal-ħtiġijiet li
ġejjin, fejn xieraq, dwar: (i) kwarantina, iżolament u miżuri
ta’ bijosigurtà oħrajn filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stipulati
fl-Artikolu 9(1)(b) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 9(2); (ii) il-kundizzjonijiet ta’ sorveljanza
previsti fl-Artikolu 22, u fejn rilevanti għat-tip ta’ stabbiliment u
r-riskju involut fl-Artikolu 23 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 24; (iii) iż-żamma ta’ rekords
stipulati fl-Artikoli 97 u 98 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 100 u 101; (b) ikollhom faċilitajiet u tagħmir
li huma: (i) adegwati biex jitnaqqas ir-riskju
tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ mard sa livell aċċettabbli, filwaqt
li jitqies it-tip ta’ stabbiliment; (ii) ta’ kapaċità adegwata
għan-numru ta’ annimali terrestri miżmuma jew volum ta’ prodotti
ġerminali; (c) ma joħolqux riskju
inaċċettabbli fir-rigward tat-tifrix tal-mard, filwaqt li jitqiesu
l-miżuri għat-taffija tar-riskju fuq il-post; (d) jkollhom numru suffiċjenti ta’
persunal imħarreġ b’mod adegwat għall-attività
tal-istabbiliment; (e) jkollhom sistema fis-seħħ li
tippermetti lill-operatur juri l-konformità mal-punti minn (a) sa (d)
lill-awtorità kompetenti. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’: (a) kwarantina, iżolament u miżuri
ta’ bijosigurtà oħra msemmija fil-paragrafu 1(a)(i); (b) is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu
1(a)(ii); (c) il-faċilitajiet u t-tagħmir
imsemmijin fil-paragrafu 1(b); (d) ir-responsabbiltajiet, il-kompetenza u
t-taħriġ tal-persunal u l-veterinarji stipulat fil-paragrafu 1(d); (e) is-sorveljanza u l-kontroll
neċessarji mill-awtorità kompetenti. 3. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin meta jiġu stabbiliti
regoli biex jiġu stipulati fl-atti delegati li għandhom ikunu
adottati skont il-paragrafu 2: (a) ir-riskji preżentati minn kull tip
ta’ stabbiliment; (b) il-kategoriji u l-ispeċijiet
tal-annimali terrestri miżmuma; (c) it-tip ta’ produzzjoni; (d) ix-xejriet tal-moviment tipiku u t-tip
ta’ stabbiliment u speċijiet u kategoriji ta’ annimali miżmuma f’dawk
l-istabbilimenti. Artikolu 93
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti L-awtorità kompetenti għandha
espressament tispeċifika fl-approvazzjoni ta’ stabbiliment mogħtija
skont l-Artikolu 92(1) wara applikazjoni li tkun saret skont l-Artikolu 89(1) u
l-Artikolu 90(a): (a) għal
liema tipi ta’ stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 89(1), l-Artikolu 90 u
r-regoli adottati skont 89(3)(b), tapplika t-tali approvazzjoni; (b) għal-liema
kategoriji u speċijiet ta' annimali terrestri jew prodotti ġerminali
miżmuma ta’ dawk l-ispeċijiet tapplika l-approvazzjoni. Artikolu 94
Il-proċeduri biex tingħata l-approvazzjoni mill-awtorità
kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-operaturi biex
isegwu fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom
skont l-Artikoli 89(1), l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91(1). 2. Malli
tiġi riċevuta applikazzjoni għall-approvazzjoni min-naħa
tal-operatur, l-awtorità kompetenti għandha, b’konformità mal-Artikolu
89(1)(a) u l-Artikolu 90(a) tagħmel żjara fuq il-post. 3. L-awtorità
kompetenti tista’ tagħti approvazzjoni b’kundizzjoni ta’ stabbiliment fejn
jidher, abbażi tal-applikazzjoni tal-operatur u żjara sussegwenti fuq
il-post tal-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif jipprevedi l-paragrafu 2
ta’ dan l-Artikolu, li dan jilħaq ir-rekwiżiti ewlenin kollha li
jipprovdu biżżejjed garanziji li stabbiliment bħal dan ma
jirrappreżentax riskju sinifikanti, bil-għan li tiġi
żgurata l-konformità mar-rekwiżiti kollha għal approvazzjoni
prevista fl-Artikolu 92(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 92(2). 4. Fejn
tkun ingħatat approvazzjoni kundizzjonali mill-awtorità kompetenti skont
il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tagħti approvazzjoni
sħiħa biss jekk jidher minn żjara oħra fuq il-post
tal-istabbiliment, imwettqa fi żmien tliet xhur wara l-għoti ta’
approvazzjoni b’kundizzjoni, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti
kollha għal approvazzjoni previsti fl-Artikolu 92(1) u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 92(2). Fejn dik iż-żjara fuq il-post turi li
ikun sar progress biċ-ċar iżda l-istabbiliment għadu ma
jissodisfax dawn ir-rekwiżiti kollha, li l-awtorità kompetenti tista’
ttawwal l-approvazzjoni b’kundizzjoni. Madankollu, l-approvazzjoni
b’kondizzjoni m’għandhiex taqbeż perjodu ta' sitt xhur. Artikolu 95
Ir-reviżjoni, sospensjoni u rtirar ta’ approvazzjonijiet mill-awtorità
kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha żżomm l-approvazzjonijiet ta’ stabbilimenti
mogħtija skont l-Artikoli 92 u 94 taħt reviżjoni. 2. Fejn
l-awtorità kompetenti tidentifika nuqqasijiet serji fl-istabbiliment
fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 92(2) u l-operatur mhuwiex kapaċi
jipprovdi garanziji adegwati li dawk in-nuqqasijiet se jiġu solvuti,
l-awtorità kompetenti għandha tibda proċeduri sabiex tirtira
l-approvazzjoni tal-istabbiliment. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’
tissospendi approvazzjoni ta' istabbiliment fejn l-operatur jista’
jiggarantixxi li se jsolvi dawn in-nuqqasijiet f’perjodu ta’ żmien
raġonevoli. 3. L-approvazzjoni
għandha tingħata lura biss wara l-irtirar jew is-sospensjoni skont
il-paragrafu 2 meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-istabbiliment
jikkonforma kompletament mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament b'mod
adattat għal dak it-tip ta’ stabbiliment. Taqsima 3
ir-reġistru tal-awtorità kompetenti ta’ stabbilimenti u trasportaturi Artikolu 96
Ir-reġistru tal-istabbilimenti u t-trasportaturi 1. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u
żżomm aġġornat reġistru ta’: (a) l-istabbilimenti
u t-trasportaturi kollha rreġistrati skont l-Artikolu 88; (b) l-istabbilimenti kollha approvati skont
l-Artikoli 92 u 94. Hija għandha tagħmel dan
ir-reġistru disponibbli għal Stati Membri oħrajn u
għall-pubbliku. 2. Fejn
dan ikun xieraq u relevanti, l-awtorità kompetenti tista’ tikkombina
r-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u l-approvazzjoni msemmija
fil-paragrafu 1(b) ma' reġistrazzjoni għal skopijiet oħra. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) l-informazzjoni li trid tiġi
inkluża fir-reġistru stipulat fil-paragrafu 1; (b) rekwiżiti addizzjonali għal
reġistri ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali, wara li jwaqqfu
l-attivitajiet; (c) disponibbiltà għall-pubbliku
tar-reġistru prevista fil-paragrafu 1. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar
l-għamla u l-proċeduri għall-irreġistar ta’ stabbilimenti u
trasportaturi u stabbilimenti approvati previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Taqsima 4
Żamma tar-rekords Artikolu 97
L-obbligu taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ stabbilimenti
għajr stabbilimenti tal-prodotti ġerminali 1. L-operaturi
ta’ stabbilimenti soġġetti għal reġistrazzjoni skont
l-Artikolu 88, jew l-approvazzjoni skont l-Artikolu 92(1) għandhom
iżomm u jmantnu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li
ġejja: (a) l-ispeċijiet, il-kategoriji,
in-numru u l-identifikazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma meta ġew
stabbiliti; (b) il-movimenti tal-annimali terrestri
miżmuma 'il ġewwa u’l barra mill-istabbiliment tagħhom, li
jiddikjaraw kif xieraq: (i) il-post tal-oriġini jew
id-destinazzjoni tagħhom; (ii) id-data ta’ dawn il-movimenti; (c) id-dokumenti f’għamla ta’ karta jew
dik elettronika meħtieġa biex jakkumpanjaw l-annimali terrestri
miżmuma li jaslu jew jitilqu mill-istabbiliment tagħhom b’konformità
mal-Artikoli 106(b), 107(b), 109(c), 110(b), 113(b), l-Artikolu 140(1) u (2),
Artikolu 162(2) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117 u l-Artikolu
141(1) (b) u (c); (d) kull problema tas-saħħa
tal-annimali li konnessa mal-annimali miżmuma fl-istabbiliment
tagħhom; (e) miżuri ta’ bijosigurtà, sorveljanza,
trattamenti, riżultati tat-testijiet u informazzjoni relevanti oħra
kif xieraq għal: (i) il-kategorija u l-ispeċijiet ta'
annimali terrestri miżmuma fl-istabbiliment; (ii) it-tip ta’ produzzjoni; (iii) it-tip u d-daqs tal-istabbiliment; (f) ir-riżultati ta’ kull żjara
tas-aħħa tal-annimali meħtieġa skont l-Artikolu 23(1) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 24. 2. Stabbilimenti
li huma eżentati mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni skont
l-Artikolu 83 jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru
mir-rekwiżit li jżommu r-reġistri tal-informazzjoni elenkati
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-operaturi
tal-istabbilimenti għandhom iżommu r-rekords previsti fil-paragrafu 1
fl-istabbiliment u: (a) jagħmluhom disponibbli
għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom; (b) iżommuhom għal perjodu minimu
li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistax
ikun ta' anqas minn perjodu ta’ tliet snin. Artikolu 98
Iż-żamma tar-rekords għall-istabilimenti tal-prodotti ġerminali 1. L-operaturi
ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali għandhom iżommu u
jmantnu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) ir-razza, l-età u l-identifikazzjoni
tal-annimali donaturi użati għall-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti
ġerminali; (b) iż-żmien u l-post
tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ dawn il-prodotti
ġerminali miġbura, prodotti jew ipproċessati; (c) l-identifikazzjoni tal-prodotti
ġerminali flimkien mad-dettalji tal-post tad-destinazzjoni tagħhom,
jekk magħrufa; (d) id-dokumenti f’għamla ta’ karta jew
elettronika meħtieġa li jakkumpanjaw il-prodotti ġerminali li
jidħlu jew joħorġu mill-istabbiliment b’konformità mal-Artikolu
159 u l-Artikolu 162(2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 160(3) u (4); (e) it-tekniki tal-laboratorju użati. 2. Stabbilimenti
li huma eżentati mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni skont
l-Artikolu 84 jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru
mir-rekwiżit li jżommu r-reġistri tal-informazzjoni elenkati
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-operaturi
ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali għandhom iżommu
r-rekords previsti fil-paragrafu 1 fl-istabbiliment u: (a) jagħmluhom disponibbli
għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom; (b) iżommuhom għal perjodu minimu
li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistax
ikun ta' anqas minn perjodu ta’ tliet snin. Artikolu 99
Iż-żamma tar-rekords għat-trasportaturi 1. It-trasportaturi
ta’ prodotti ġerminali għandhom iżommu u jmantnu reġistri
li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) l-istabbilimenti li saritilhom żjara
minnhom; (b) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numru ta' prodotti ġerminali trasportati minnhom; (c) it-tindif, id-diżinfettar u
d-diżinfestazzjoni tal-mezzi ta’ trasport. 2. It-trasportaturi
li huma eżentati mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni skont
l-Artikolu 86 jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru
mir-rekwiżit li jżommu r-reġistri tal-informazzjoni elenkati
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. It-trasportaturi
għandhom iżommu r-rekords previsti fil-paragrafu 1: (a) b’mod li dawn jistgħu jsiru minnufih
disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba. (b) għal perjodu minimu li għandu
jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistax ikun ta' anqas
minn perjodu ta’ tliet snin. Artikolu 100
Delega tas-setgħat rigward iż-żamma tar-rekords 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-regoli li jissupplimentaw ir-rekwiżiti
taż-żamma tar-rekords previsti fl-Artikoli 97, 98 u l-Artikolu 99,
fir-rigward ta’: (a) derogi mir-rekwiżiti
taż-żamma tar-rekords għal: (i) l-operaturi ta’ ċerti tipi ta’
stabbilimenti u ċerti tipi ta’ trasportaturi; (ii) l-istabbilimenti ta’ trobbija, jew
it-trasportaturi tal-immaniġġjar ta' għadd żgħir ta’
annimali terrestri miżmuma jew volum żgħir ta’ prodotti
ġerminali; (iii) ċerti kategoriji jew
speċijiet ta' annimali terrestri jew prodotti ġerminali miżmuma; (b) l-informazzjoni li għandha tiġi
rreġistrata flimkien ma’ dik prevista fl-Artikoli 97(1), 98(1) u 99(1); (c) ir-rekwiżiti addizzjonali
għaż-żamma tar-rekords għall-prodotti ġerminali
miġbura, prodotti jew ipproċessati fi stabbiliment ta' prodotti
ġerminali, wara li jkunu ntemmu l-attivitajiet tagħhom. 2. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin meta tistabbilixxi r-regoli
li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati previsti fil-paragrafu
1: (a) ir-riskji preżentati minn kull tip
ta’ stabbiliment jew trasportatur; (b) il-kategoriji u l-ispeċijiet
tal-annimali terrestri jew il-prodotti ġerminali miżmuma
fl-istabbiliment jew ittrasportati; (c) it-tip ta’ produzzjoni fl-istabbiliment
jew it-tip ta’ trasport; (d) ix-xejriet tal-moviment tipiku tat-tip
ta’ stabbiliment u l-kategorija ta’ annimali kkonċernati; (e) l-għadd ta’ annimali terrestri
miżmuma jew il-volum ta’ prodotti ġerminali miżmuma
fl-istabbiliment jew trasportati mit-trasportatur. Artikolu 101
Is-setgħat implimentattivi rigward iż-żamma tar-rekords Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) l-għamla ta’ rekords previsti fl-Artikoli
97(1), 98(1) u 99(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 100; (b) iż-żamma ta' rekords
elettroniċi previsti fl-Artikoli 97(1), 98(1) u 99(1) u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 100; (c) il-proċeduri għaż-żamma
tar-rekords previsti fl-Artikoli 97(1), 98(1) u 99(1) u r-regoli adottati skont
l-Artikolu 100; Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 255(2).
Kapitolu 2
Ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà tal-annimali terrestri u
l-prodotti ġerminali miżmuma Taqsima 1
annimali terrestri miżmuma Artikolu 102
Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistema
għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri
miżmuma 1. L-Istati
Membri għandhom ikollhom fis-seħħ sistema
għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri
miżmuma u, meta xieraq, għar-reġistrazzjoni tal-movimenti
tagħhom, b'konsiderazzjoni ta’: (a) l-ispeċi jew il-kategorija
tal-annimali terrestri miżmuma; (b) ir-riskju maħluq minn dik
l-ispeċi jew kategorija. 2. Is-sistema
prevista fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: (a) il-mezzi
li jidentifikaw l-annimali terrestri miżmuma individwalment jew fi gruppi; (b) dokumenti ta’ identifikazzjoni, dokumenti
ta’ moviment u dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u
t-traċċar tal-annimali terrestri miżmuma li jissemmew
fl-Artikolu 104; (c) rekords aġġornati
fl-istabbilimenti kif previst fl-Artikolu 97(1)(a) u (b); (d) Dejtabejż kompjuterizzata
tal-annimali terrestri miżmuma kif previst fl-Artikolu 103(1). 3. Is-sistema
prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun imfassla b’tali mod li: (a) tiżgura l-applikazzjoni
effiċjenti tal-prevenzjoni tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll previsti
f’dan ir-Regolament; (b) tiffaċilita t-traċċabbiltà
tal-annimali terrestri miżmuma u l-movimenti tagħhom fi ħdan u
bejn l-Istati Membri u d-dħul tagħhom fl-Unjoni; (c) tiżgura l-interoperabbiltà
effiċjenti, l-integrazzjoni u l-kompatibbiltà tal-elementi ta’ dik
is-sistema; (d) tiżgura li s-sistema, sa limitu
xieraq, hija adattata għal: (i) is-sistema ta’ informazzjoni
kompjuterizzata tal-Unjoni għan-notifika u r-rappurtar prevista
fl-Artikolu 20; (ii) IMSOC; (e) tiżgura approċċ koerenti
għall-ispeċijiet differenti tal-annimali koperti mis-sistema. 4. L-Istati
Membri jistgħu meta xieraq: (a) Jużaw bi sħiħ jew in parti
s-sistema prevista fil-paragrafu 1 għal finijiet minbarra dawk imsemmijin
fil-paragrafu 3(a) u (b); (b) jintegraw id-dokumenti ta’
identifikazzjoni, id-dokumenti ta’ moviment u dokumenti oħra msemmija
fl-Artikolu 104 maċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew
id-dokument ta' awtodikjarazzjoni provdut fl-Artikolu 140(1) u (2) u l-Artikolu
148(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 141(b) u (c) u l-Artikolu 148(3) u
(4); (c) jaħtru awtorità oħra jew
jawtorizzaw korp ieħor jew persuna fiżika għall-applikazzjoni
prattika tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista
fil-paragrafu 1. Artikolu 103
L-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu dejtabejż
kompjuterizzata tal-annimali terrestri miżmuma 1. L-Istati
Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu dejtabejż
kompjuterizzata, għar-reġistrazzjoni ta': (a) l-informazzjoni li ġejja relatata
ma’ annimali tal-ispeċijiet bovini, ovini u kaprini miżmuma: (i) l-identifikazzjoni individwali
tagħhom kif previst fl-Artikoli 106(a) u 107(a); (ii) l-istabbilimenti li jżommuhom; (iii) il-movimenti tagħhom lejn u
mill-istabbilimenti; (b) informazzjoni relatata mal-annimali
miżmuma tal-ispeċi porċina u l-istabbilimenti li jżommuhom; (c) l-informazzjoni li ġejja relatata
ma’ annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina: (i) in-numru uniku tal-ħajja
tagħhom kif previst fl-Artikolu 109(1)(a); (ii) il-mezz ta’ identifikazzjoni li jgħaqqad
dak l-annimal mad-dokument tal-identifikazzjoni imsemmi fi (iii), fejn
rilevanti; (iii) id-dokument ta’ identifikazzjoni
previst fl-Artikolu 109(1)(c); (iv) l-istabbilimenti fejn dawk l-annimali
huma abitwalment miżmuna; (d) l-informazzjoni relatata mal-annimali
terrestri miżmuma ta’ speċijiet oħra barra dawk msemmija f’(a),
(b) u (c), meta dan ikun previst fir-regoli adottati skont il-paragrafu 2. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 għal dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrar ta’
informazzjoni relatata ma’ speċijiet ta’ annimali għajr dawk
imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, fid-dejtabejż
kompjuterizzata stipulata f’dak il-paragrafu fejn meħtieġ, filwaqt li
jitqiesu r-riskji minn dawn l-ispeċijiet, li: (a) jiżguraw l-applikazzjoni
effiċjenti tal-prevenzjoni tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll previsti
f’dan ir-Regolament; (b) jiffaċilitaw
it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma u l-movimenti
tagħhom fi ħdan u bejn l-Istati Membri u d-dħul tagħhom
fl-Unjoni; Artikolu 104
L-obbligu tal-awtorità kompetenti għal dokumenti ta’
identifikazzjoni, dokumenti ta’ moviment u dokumenti oħra
għall-identifikazzjoni u t-traċċar tal-annimali terrestri
miżmuma L-awtorità
kompetenti għandha toħroġ: (a) dokumenti
ta’ identifikazzjoni għal annimali terrestri miżmuma meta
meħtieġ mill-Artikoli 106(b) u 109(c), l-Artikolu 112(1)(b) u (2)(b),
u l-Artikolu 113(b) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117; (b) id-dokumenti
ta’ moviment u dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u
t-traċċar ta' annimali terrestri miżmuma, meta meħtieġ
mill-Artikoli 107(b), 110(b), 113(b) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u
117. Artikolu 105
Disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni dwar mezzi ta’ identifikazzjoni L-awtorità kompetenti għandha tinforma
lill-Kummissjoni u tagħmel pubblikament disponibbli informazzjoni dwar: (a) il-punti ta’ kuntatt tad-dejtabejżis
kompjuterizzati stabbiliti mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 103(1); (b) l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli
għall-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni, dokumenti ta’
moviment u dokumenti oħra skont l-Artikolu 104, meta jiġi kkunsidrat
l-Artikolu 102(4)(c); (c) il-mezzi ta’ identifikazzjoni li għandhom
jintużaw għal kull kategorija u speċi ta' annimali terrestri
miżmuma b’konformità mal-Artikoli 106(a) u 107(a), Artikolu 109(1),
l-Artikolu 110(a), l-Artikolu 112(1)(a) u (2) (a) u l-Artikolu 113(a) u
r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117; (d) l-għamla preskritta għall-ħruġ
tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu
104. Artikolu 106
L-obbligi tal-operaturi għall-identifikazzjoni ta’ annimali
miżmuma
tal-ispeċi bovina L-operaturi li
jżommu l-annimali tal-ispeċi bovina għandhom: (a) jiżguraw
li dawk l-annimali miżmuma huma identifikati individwalment permezz ta’
mezzi fiżiċi ta’ identifikazzjoni; (b) jiżguraw
li dawk l-annimali miżmuma jinħarġilhom dokument ta’
identifikazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti jew awtorità nominata jew
korp awtorizzat, li huwa dokument għal ħajja waħda u li dak
id-dokument: (i) jinżamm, jimtela b’mod korrett, kif
ukoll jiġi aġġornat mill-operatur; (ii) jakkumpanja dawk l-annimali terrestri
miżmuma fiż-żmien tal-moviment; (c) jittrażmettu
informazzjoni dwar il-movimenti ta’ dawk l-annimali miżmuma minn u lejn
l-istabbiliment fid-dejtabejż kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 103(1)
u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117. Artikolu 107
L-obbligi tal-operaturi għall-identifikazzjoni ta’ annimali
miżmuma
tal-ispeċi ovina u kaprina L-operaturi jżommu annimali
tal-ispeċi ovina u kaprina għandhom: (a) jiżguraw
li dawk l-annimali miżmuma huma identifikati individwalment permezz ta’
mezzi fiżiċi ta’ identifikazzjoni; (b) jiżguraw
li dawk l-annimali miżmuma jkunu akkumpanjati minn dokument dwar
il-moviment mimli b'mod korrett maħruġ mill-awtorità kompetenti bi
qbil mal-Artikolu 104 meta jiġu suġġetti għal moviment
mill-istabbiliment li jżomm dawk l-annimali; (c) jittrażmettu
informazzjoni dwar il-movimenti ta’ dawk l-annimali miżmuma minn u lejn
l-istabbiliment fid-dejtabejż kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 103(1)
u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117. Artikolu 108
Derogi li jikkonċernaw id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-dokumenti
tal-moviment tal-annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina u kaprina B’deroga mill-Artikolu 104 u mill-Artikoli
106(b) u 107(b), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-operaturi
mir-rekwiżit li jiżguraw li l-annimali miżmuma tal-ispeċi
bovina, ovina u kaprina huma akkumpanjati minn dokumenti ta’ identifikazzjoni
jew dokumenti ta’ moviment waqt li jkunu suġġetti għal moviment
fi ħdan l-Istat Membru, sakemm: (a) l-informazzjoni
li tinsab fid-dokument ta’ moviment jew id-dokument ta’ identifikazzjoni hija
inkluża fid-dejtabejż kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 103(1); (b) is-sistema
għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali miżmuma
tal-ispeċi bovina, ovina u kaprina tipprovdi livell ekwivalenti ta’
traċċabbiltà bħal dak ipprovdut mid- dokumenti ta’
identifikazzjoni u d-dokumenti dwar il-movimenti. Artikolu 109
L-obbligi tal-operaturi għall-identifikazzjoni u
r-reġistrazzjoni ta’ annimali miżmuma
tal-ispeċi ekwina 1. L-operaturi
li jżommu annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina għandhom
jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati individwalment bi: (a) numru tal-ħajja uniku, li huwa
rreġistrat fid-dejtabejż kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 103(1); (b) metodu li b’mod inekwivoku jgħaqqad
l-annimali miżmum mad-dokument tal-identifikazzjoni prevista fil-punt (c)
ta’ dan il-paragrafu u maħruġa mill-awtorità kompetenti skont
l-Artikolu 104; (c) dokument ta’ identifikazzjoni ta'
ħajja waħda mimli b’mod korrett. 2. L-operaturi
ta’ annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina għandhom
jittrażmettu l-informazzjoni dwar dawk l-annimali fid-dejtabejż
kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 103(1) u bir-regoli adottati skont
l-Artikoli 114 u 117. Artikolu 110
L-obbligi tal-operaturi għall-identifikazzjoni u
r-reġistrazzjoni ta’ annimali miżmuma
tal-ispeċi porċina L-operaturi li jżommu annimali
miżmuma tal-ispeċi porċina għandhom: (a) jiżguraw
li dawk l-annimali miżmuma huma identifikati minn mezz ta’
identifikazzjoni fiżika; (b) jiżguraw
li dawk l-annimali miżmuma jkunu akkumpanjati minn dokument dwar
il-moviment mimli b'mod korrett maħruġ mill-awtorità kompetenti bi
qbil mal-Artikolu 104(b) meta jiġu suġġetti għal moviment
mill-istabbiliment li jżomm dawk l-annimali; (c) jittrażmettu
l-informazzjoni marbuta mal-istabbiliment li jżomm dawk l-annimali
fid-dejtabejż kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 103(1) u fir-regoli
adottati skont l-Artikoli 114 u 117. Artikolu 111
Derogi fir-rigward tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċi
porċina Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 110(b),
l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi mill-obbligu li
jiżguraw li l-annimali miżmuma tal-ispeċi porċina huma
akkumpanjati b'dokumenti dwar il-moviment mimlija kif jixraq maħruġa
mill-awtorità kompetenti għal movimenti fi ħdan l-Istat Membru,
sakemm: (a) l-informazzjoni
fuq tali dokumenti dwar il-moviment tkun inkluż fid-dejtabejż
kompjuterizzata stabbilita mill-Istat Membru b’konformità mal-Artikolu 103(1); (b) is-sistema
għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri
miżmuma tal-ispeċi porċina tipprovdi livell ekwivalenti ta’
traċċabbiltà bħal dak ipprovdut minn dawn id-dokumenti dwar
il-moviment. Artikolu 112
L-obbligi ta' dawk li jżommu l-annimali domestiċi
għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali domestiċi
terrestri 1. Dawk
li jżommu l-annimali domestiċi għandhom jiżguraw li
l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I
li jiġu suġġetti għal moviment minn Stat Membru għal
Stat Membru ieħor: (a) huma identifikati individwalment permezz
ta’ mezzi fiżiċi ta’ identifikazzjoni; (b) huma akkumpanjati minn dokument ta'
identifikazzjoni mimli u aġġornat kif jixraq maħruġ
mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 104. 2. Dawk
li jżommu l-annimali domestiċi għandhom jiżguraw li
l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I
meta suġġetti għal moviment minn Stat Membru wieħed lejn
Stat Membru ieħor, u meta meħtieġ mir-regoli adottati skont
l-Artikoli 114 u 117, huma: (a) identifikati, jew individwalment jonkella
fi gruppi; (b) akkumpanjati minn dokumenti ta’
identifikazzjoni mimlija u aġġornati kif jixraq, dokumenti ta’
moviment jew dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u
t-traċċar tal-annimali, kif xieraq għall-ispeċi tal-annimal
konċernat. Artikolu 113
L-obbligu tal-operaturi għall-identifikazzjoni ta’ annimali
terrestri miżmuma għajr annimali tal-ispeċijiet bovini, ovini,
kaprini, porċini u ekwini u l-annimali domestiċi L-operaturi għandhom jiżguraw li
l-annimali terrestri miżmuma ta’ speċijiet oħra għajr dawk
ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u speċi ekwini u
annimali domestiċi, jikkonformaw mal-ħtiġijiet li ġejjin,
meta meħtieġ mir-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117: (a) huma
identifikati, jew individwalment jonkella fi gruppi; (b) huma
akkumpanjati minn dokumenti ta’ identifikazzjoni mimlija u aġġornati
kif jixraq, dokumenti ta’ moviment jew dokumenti oħra
għall-identifikazzjoni u t-traċċar tal-annimali, kif xieraq
għall-ispeċi tal-annimal konċernat. Artikolu 114
Id-delega ta’ setgħat dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar: (a) il-ħatra
ta’ awtoritajiet oħra, l-awtorizzazzjoni ta’ korpi jew persuni
fiżiċi, kif stipulat fl-Artikolu 102(4)(c); (b) rekwiżiti
dettaljati għal: (i) il-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali
terrestri miżmuma previsti fl-Artikoli 106(a) u 107(a), Artikolu 109(1),
l-Artikolu 110(a), l-Artikolu 112(1)(a) u (2)(a), u l-Artikolu 113(a); (ii) l-applikazzjoni u l-użu ta’ dak
il-mezz ta’ identifikazzjoni; (c) l-informazzjoni
li għandha tiġi inkluża fir-reġistri: (i) id-dejtabejżis kompjuterizzati
previsti fl-Artikolu 103(1); (ii) id-dokument ta’ identifikazzjoni
għal annimali miżmuma tal-ispeċi bovina previst fl-Artikolu
105(b); (iii) id-dokument dwar il-moviment
għall-annimali miżmuma tal-ispeċijiet ovini u kaprini previst
fl-Artikolu 107(b); (iv) id-dokument ta’ identifikazzjoni
għall-annimali tal-ispeċi ekwina previst f’109(1)(c); (v) id-dokument dwar il-moviment għal
annimali miżmuma tal-ispeċi porċina previst fl-Artikolu 110(b); (vi) dokumenti ta’ identifikazzjoni
tal-annimali domestiċi terrestri previsti fl-Artikolu 112(1)(b) jew
dokumenti ta’ identifikazzjoni, dokumenti dwar il-moviment jew dokumenti
oħrajn għal annimali domestiċi terrestri miżmuma previsti
fl-Artikolu 112(2)(b); (vii) dokumenti ta’ identifikazzjoni jew
dokumenti dwar il-moviment għal annimali terrestri miżmuma għajr
annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, speċijiet ekwini u annimali
domestiċi previsti fl-Artikolu 113(b); (d) rekwiżiti
dettaljati għal speċijiet u kategoriji differenti ta’ annimali
terrestri miżmuma biex jiġi żgurat l-operat effiċjenti
tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu
102(1); (e) rekwiżiti
dettaljati għal annimali terrestri miżmuma li jidħlu fl-Unjoni
minn pajjiżi u territorji terzi; (f) identifikazzjoni
u rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għal annimali domestiċi
terrestri miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I u
annimali terrestri miżmuma ta’ speċi għajr bovini, ovini,
kaprini, porċini u speċijiet ekwini fejn meħtieġ, b’qies
tar-riskji preżentati minn dik l-ispeċi, li: (i) jiżguraw l-applikazzjoni
effiċjenti tal-prevenzjoni tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll previsti
f’dan ir-Regolament; (ii) jiffaċilitaw
it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma u l-movimenti
tagħhom fi ħdan u bejn l-Istati Membri u d-dħul tagħhom
fl-Unjoni. Artikolu 115
Delega ta’ setgħat li jikkonċernaw derogi mir-rekwiżiti
tat-traċċabbiltà Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar derogi
għal operaturi minn identifikazzjoni u reġistrazzjoni
r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 106, 107 u 109 u 110: (a) f’każijiet
fejn waħda jew aktar minn dawn l-elementi mhumiex meħtieġa biex
jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 102(3)(a) u (b); (b) fejn
miżuri ta’ traċċabbiltà oħra fis-seħħ fl-Istati
Membri jiggarantixxu li l-livell ta’ traċċabbiltà tal-annimali
inkwistjoni ma jkunx preġudikat. Artikolu 116
Il-materji li jridu jiġu kkunsidrati meta jiġu adottati l-atti
delegati previsti fl-Artikoli 114 u 115 Il-Kummissjoni għandha tieħu qies
ta' dawn il-kwistjonijiet, meta jiġu stabbiliti r-regoli biex jiġu
stipulati fl-atti delegati previsti fl-Artikoli 114 u 115: (a) il-kategoriji
u l-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma; (b) ir-riskji
involuti għal dawk l-annimali terrestri miżmuma; (c) in-numru
tal-annimali fl-istabbiliment; (d) it-tip
ta’ produzzjoni fl-istabbilimenti fejn jinżammu dawk l-annimali terrestri;
(e) il-mudelli
ta’ moviment għall-ispeċi u l-kategoriji ta' annimali terrestri
miżmuma; (f) kunsiderazzjonijiet
dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali
terrestri miżmuma; (g) il-prestazzjoni
ta' elementi ta' traċċabbiltà oħra tas-sistema
għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma
msemmija fl-Artikolu 102(2). Artikolu 117
Setgħat ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw
ir-rintraċċabbiltà ta’ annimali terrestri miżmuma Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti
previsti fl-Artikoli 106, 107, 109, 110, 112 u 113 u dawk stabbiliti fl-atti
delegati adottati skont l-Artikolu 103(2) u l-Artikoli 114 u 115 li
tikkonċerna: (a) speċifikazzjonijiet
tekniċi, formati u regoli operattivi ta’: (i) il-mezzi, il-metodi u l-użu ta’
identifikazzjoni; (ii) id-dokument ta’ identifikazzjoni jew
id-dokument dwar il-moviment għal annimali miżmuma
tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini; (iii) dokument ta’ identifikazzjoni għal
annimali tal-ispeċijiet ekwini; (iv) id-dokumenti ta’ identifikazzjoni,
moviment u dokumenti oħra għal annimali miżmuma
tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini u ekwini (v) dejtabejżis kompjuterizzati. (b) l-iskadenzi
għal: (i) it-trażmissjoni ta’ informazzjoni
minn operaturi fid-dejtabejż kompjuterizzata; (ii) ir-reġistrazzjoni ta’ annimali
terrestri miżmuma; (iii) l-identifikazzjoni ta’ annimali
terrestri miżmuma u l-bdil tal-marki ta’ identifikazzjoni; (c) l-applikazzjoni
prattika ta’ eżenzjonijiet mill-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni
previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 115. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Taqsima 2
Prodotti ġerminali Artikolu 118
Ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali ta’
annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, ekwini u
porċini u tjur tal-irziezet 1. L-operaturi
li jipproduċu, jipproċessaw jew jaħżnu dawn il-prodotti
ġerminali għandhom jimmarkaw il-prodotti ġerminali ta’ annimali
miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, ekwini u porċini
b’tali mod li jistgħu jiġu ttraċċati b’mod ċar: (a) l-annimali donaturi; (b) id-data tal-ġbir, (c) stabbilimenti tal-prodotti ġerminali
fejn inġabru, ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna. 2. L-immarkar
li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1 għandu jkun iddisinjat b’tali
mod biex jiġu żgurati: (a) l-applikazzjoni effiċjenti
tal-prevenzjoni tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan
ir-Regolament; (b) it-traċċabbiltà ta’ dawn
il-prodotti ġerminali u l-movimenti tagħhom fi ħdan u bejn
l-Istati Membri u d-dħul tagħhom fl-Unjoni. Artikolu 119
Delega tas-setgħat dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà
għall-prodotti ġerminali 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-rekwiżiti ta’
traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri
miżmuma bovini, porċini, ovini, kaprini u speċijiet ekwini li
jemenda u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 118; (b) ir-rekwiżiti ta’
traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri
miżmuma ta’ speċijiet għajr bovini, ovini, kaprini, ekwini u
porċini, fejn meħtieġ għal: (i) l-applikazzjoni effiċjenti
tal-prevenzjoni tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan
ir-Regolament; (ii) it-traċċabbiltà ta’ dawk
il-prodotti ġerminali u l-movimenti tagħhom fi ħdan u bejn
l-Istati Membri u d-dħul tagħhom fl-Unjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-materji li ġejjin, meta tadotta l-atti delegati
msemmija fil-paragrafu 1: (a) l-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma
li minnhom joriġinaw il-prodotti ġerminali; (b) l-istatus tas-saħħa
tal-annimali donaturi; (c) ir-riskju involut ma’ dawn il-prodotti
ġerminali; (d) it-tip ta’ dawn il-prodotti
ġerminali; (e) it-tip ta’ ġbir, ipproċessar
jew ħażna; (f) il-mudelli ta’ moviment
għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali terrestri miżmuma u
l-prodotti ġerminali tagħhom; (g) kunsiderazzjonijiet dwar il-protezzjoni u
l-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma; (h) elementi oħra li jistgħu
jikkontribwixxu għat-traċċabbiltà ta' dawn il-prodotti
ġerminali. Artikolu 120
Setgħat implimentattivi dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà
għall-prodotti ġerminali Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) rekwiżiti u speċifikazzjonijiet
tekniċi għall-immarkar previst fl-Artikolu 118(1); (b) rekwiżiti operattivi
għar-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stipulati f’atti ddelegati
adottati skont l-Artikolu 119(1). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 3
Movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma għajr annimali
domestiċi terrestri Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali rigward il-moviment Artikolu 121
Rekwiżiti ġenerali rigward movimenti ta’ annimali terrestri
miżmuma 1. L-operaturi
għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa sabiex jiġi
żgurat li l-moviment ta’ annimali terrestri miżmuma ma jipperikolax
l-istatus tas-saħħa fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta’: (a) il-mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(d); (b) mard emerġenti. 2. L-operaturi
għandhom jissuġġettaw għal moviment l-annimali terrestri
miżmuma minn stabbilimenti biss u jirċievu annimali bħal dawn,
jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li
kienu: (i) imdaħħla fir-reġistru
tal-istabbilimenti mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikolu 88(a) u
l-ebda deroga ma tkun ingħatat mill-Istat Membru tal-oriġini skont
l-Artikolu 83; (ii) approvat mill-awtorità kompetenti skont
l-Artikolu 92(1), meta dan ikun mitlub mill-Artikolu 89(1) jew l-Artikolu 90; (b) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta'
identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-Artikoli 106, 107, 109, 110 u 113 u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 114(a) sa (d) u l-Artikolu 117. Artikolu 122
Miżuri preventivi b'rabta mat-trasport 1. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri preventivi neċessarji u xierqa
biex jiżguraw li: (a) l-istat ta’ saħħa tal-annimali
terrestri miżmuma ma jiġix ipperikolat matul il-ġarr; (b) l-operazzjonijiet ta’ trasport ta’
annimali terrestri miżmuma ma jikkawżawx il-potenzjal ta' tixrid
tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) fost il-bnedmin u l-annimali
f’postijiet ta’ assemblaġġ, mistrieħ u destinazzjoni; (c) it-tindif, id-diżinfettar,
id-diżinfestazzjoni ta’ tagħmir u mezzi ta’ trasport u miżuri
ta’ bijosigurtà oħra mittieħda jkunu adegwati, kif jixraq
għar-riskji involuti mat-trasport. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) it-tindif, id-diżinfettar u
d-diżinfestazzjoni ta’ tagħmir u mezzi ta’ trasport u l-użu
tal-prodotti bijoċidali għal dawk l-iskopijiet; (b) miżuri ta’ bijosigurtà adegwati
oħra kif previst fil-paragrafu 1(c). Taqsima 2
Movimenti bejn l-Istati Membri Artikolu 123
Rekwiżiti ġenerali għal movimenti ta’ annimali terrestri
miżmuma bejn l-Istati Membri 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment l-annimali terrestri
miżmuma lejn Stat Membru ieħor biss jekk jikkonformaw ma’ dawn
il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu ġejjin minn stabbiliment: (i) fejn ma hemm l-ebda mortalità mhux
normali jew sintomi ta' xi marda oħra sintomi b’kawża indeterminata; (ii) li mhux soġġett għal
restrizzjonijiet ta’ moviment li jaffettwa l-ispeċi li tkun se tiġi
soġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 55(1)(d), 61(1)(a),
l-Artikolu 62, l-Artikolu 65(1)(c), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 78(1) u (2) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikolu 71(3),
l-Artikolu 74(3), l-Artikolu 79 u l-Artikolu 81(2) jew il-miżuri ta’
emerġenza li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 246 u 247 u r-regoli
adottati skont l-Artikolu 248, sakemm ma jkunux ingħataw derogi għal
restrizzjonijiet ta’ moviment skont dawk ir-regoli; (iii) li ma jinsabx f’żona ristretta bi
qbil mar-regoli preskritti fl-Artikolu 55(1)(f)(ii), l-Artikoli 64 u 65,
l-Artikolu 74(1), l-Artikolu 78 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 67,
l-Artikolu 71(3), l-Artikolu 74(3), l-Artikolu 79 u l-Artikolu 81(2) jew
il-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-Artikoli 246 u 247 u r-regoli
adottati skont l-Artikolu 248, sakemm ma jkunux ingħataw derogi skont dawk
ir-regoli; (b) ma jkunx ġie f’kuntatt ma’ annimali
terrestri miżmuma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’
moviment imsemmija fil-punt (a)(ii) u (iii) jew annimali terrestri miżmuma
ta’ speċijiet elenkati f’qagħda agħar ta’ saħħa,
għal perjodu adegwat ta’ żmien, qabel id-data tal-moviment
maħsub lejn Stat Membru ieħor, biex b’hekk titnaqqas kemm jista’ jkun
il-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet li
ġejjin: (i) il-perjodu ta’ inkubazzjoni u r-rotot
ta’ trażmissjoni ta’ mard elenkat u mard emerġenti; (ii) it-tip ta’ stabbiliment; (iii) l-ispeċi u l-kategorija
tal-annimali terrestri miżmuma soġġetti għal moviment; (iv) fatturi epidemjoloġiċi
oħra; (c) huma konformi mal-ħtiġijiet
rilevanti previsti fit-Taqsimiet minn 3 sa 8. 2. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex
jiżguraw li l-annimali terrestri miżmuma soġġetti għal
moviment lejn Stat Membru ieħor huma kkunsinnati direttament lejn il-post
tad-destinazzjoni tagħhom fi Stat Membru ieħor sakemm ma jkollhomx
għalfejn jieqfu f’post tal-mistrieħ għal raġunijiet ta'
trattament xieraq tal-annimali. Artikolu 124
L-obbligi tal-operaturi fil-post tad-destinazzjoni 1. L-operaturi
ta’ stabbilimenti u biċċeriji li jirċievu annimali terrestri
miżmuma minn Stat Membru ieħor għandhom: (a) jivverifikaw li: (i) il-mezzi ta’ identifikazzjoni stipulati
fl-Artikoli 106(a) u 107(a), l-Artikolu 109(1) u l-Artikoli 110(a) u 113(a) u
r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117 huma preżenti; (ii) id-dokumenti ta’ identifikazzjoni
previsti fl-Artikoli 106(b) u 107(b), l-Artikolu 109(1)(c), l-Artikolu 113(b) u
r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117 huma preżenti u mimlija b’mod
korrett; (b) jivverfikaw jekk iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimal previsti fl-Artikolu 140 u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 141(b) u (c) jew fid-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni li
jipprevedi l-Artikolu 148 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 148(2) huma
preżenti; (c) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi
kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’: (i) l-annimali terrestri miżmuma
riċevuti; (ii) il-preżenza tal-mezz ta’
identifikazzjoni msemmi fil-punt (a)(i); (iii) id-dokumenti msemmija f’punt (a)(ii) u
(b). 2. F’każ
ta’ kwalunkwe irregolarità kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), l-operatur
għandu jiżola l-annimali konċernati b’dik l-irregolarità sakemm
l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni li
tikkonċernahom. Artikolu 125
Projbizzjoni tal-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma bejn l-Istati
Membri L-operaturi ma għandhomx
jissoġġettaw għal moviment annimali terrestri miżmuma lejn
Stat Membru ieħor, sakemm l-Istat Membru ta’ destinazzjoni ma jkunx
għadu ta l-awtorizzazzjoni minn qabel għall-moviment f’każ ta’
annimali li huma intiżi biex jiġu maqtula għal skopijiet ta'
qerda tal-mard bħala parti mill-programm ta’ qerda stipulat fl-Artikolu
30(1), (2) u (3). Artikolu 126
Rekwiżiti ġenerali għall-operaturi f'każijiet ta'
movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma li jgħaddu minn Stati Membri
iżda huma maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn
pajjiżi jew territorji terzi L-operaturi għandhom jiżguraw li
annimali terrestri miżmuma maħsuba għall-esportazzjoni lejn
pajjiż jew territorju terz u li jgħaddu mit-territorju ta’ Stat
Membru ieħor jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 121, 122,
123 u 125. Taqsima
3
Rekwiżiti speċifiċi għal movimenti ta’ ungulati u tjur
tal-irziezet lejn Stati Membri oħra Artikolu 127
Moviment ta’ ungulati u t-tjur tal-irziezet miżmuma lejn Stati Membri
oħra L-operaturi għandhom
jissoġġettaw ungulati u tat-tjur tal-irziezet miżmuma minn
stabbiliment fi Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor biss jekk
jikkonformaw ma’ dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-mard elenkat
msemmi fl-Artikolu 8(1)(d): (a) ma juru l-ebda sintomi kliniċi jew
sinjali tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1) (d) fiż-żmien
tal-moviment; (b) kienu soġġetti għal perjodu ta'
residenza xieraq għall-dak il-mard elenkat b’qies tal-ispeċi u
l-kategorija tal-ungulati u t-tjur tal-irziezet miżmuma li ser jiġu
soġġetti għall-moviment; (c) għal perjodu ta’ żmien xieraq
għal dak il-mard elenkat u l-ispeċi u l-kategorija ta’ annimali
ungulati jew tjur tal-irziezet li għandhom jiġu soġġetti
għal moviment, l-ebda ungulati jew tjur tal-irziezet miżmuma ma jkunu
ġew introdotti fl-istabbiliment tal-oriġini; (d) dawn ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat fil-post tad-destinazzjoni. Artikolu 128
Id-delega ta’ setgħat għall-moviment ta’ ungulati u t-tjur
tal-irziezet miżmuma lejn Stati Membri oħra 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) il-perjodi ta’ residenza previst
fl-Artikolu 127(b); (b) il-perjodu ta’ żmien
meħtieġ biex tiġi limitata l-introduzzjoni ta’ ungulati jew tjur
tal-irziezet miżmuma fi stabbilimenti qabel il-moviment previst
fl-Artikolu 127(c); (c) rekwiżiti supplimentari biex
jiżguraw li l-ungulati u t-tjur tal-irziezet miżmuma ma joħolqux
riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(d), kif previst fl-Artikolu 127(d); (d) miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
oħra li jemendaw u jissupplimentaw ir-rekwiżiti stabbiliti
fl-Artikolu 127. 2. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kwistjonijiet, meta tistabbilixxi r-regoli li
għandhom jiġu stipulati fl-atti delegati previsti fil-paragrafu 1: (a) il-mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(d) li huwa rilevanti għall-ispeċi jew il-kategorija elenkata ta’
ungulati jew tjur tal-irziezet miżmuma li jkunu se jiġu
soġġetti għal moviment; (b) l-istatus tas-saħħa fir-rigward
tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) fl-istabbilimenti,
il-kompartimenti, iż-żoni u l-Istati Membri ta’ oriġini u ta’
destinazzjoni; (c) it-tip ta’ stabbiliment u t-tip ta’
produzzjoni fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni; (d) it-tip ta’ moviment; (e) il-kategoriji u l-ispeċijiet ta'
ungulati jew tjur tal-irziezet miżmuma li jkunu se jiġu
soġġetti għal moviment; (f) l-età tal-ungulati jew it-tjur
tal-irziezet miżmuma li jkunu se jiġu soġġetti għal
moviment; (g) fatturi epidemjoloġiċi
oħra. Artikolu 129
Ungulati u tjur tal-irziezet miżmuma meħudin f’xi Stat Membru
ieħor u maħsuba għall-qatla 1. L-operaturi
ta’ biċċeriji li jirċievu ungulati u tjur tal-irziezet
miżmuma minn Stat Membru ieħor għandhom ibiċċru dawk
l-annimali mill-aktar fis possibbli wara l-wasla tagħhom u mhux aktar tard
minn perjodu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit fl-atti delegati
adottati skont il-paragrafu 2. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar iż-żmien tal-qatla previst fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu. Taqsima 4
Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ għal ungulati u tjur tal-irziezet
miżmuma Artikolu 130
Deroga għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 123(2), l-operaturi
jistgħu jissoġġettaw l-ungulati u t-tjur tal-irziezet
miżmuma għal massimu ta’: (a) operazzjoni ta' assemblaġġ
waħda fl-Istat Membru ta’ oriġini; (b) operazzjoni ta' assemblaġġ
waħda fl-Istat Membru li jgħaddu minnu; (c) operazzjoni ta' assemblaġġ
waħda fl-Istat Membru tad-destinazzjoni; 2. L-operazzjonijiet
ta’ assemblaġġ previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu
għandhom isir biss fi stabbiliment approvat għal dak l-għan
skont l-Artikolu 92(1) u l-Artikolu 94(3) u (4). Madankollu, l-Istat Membru tal-oriġini jista’
jippermetti li jseħħu operazzjonijiet ta' assemblaġġ
fit-territorju tiegħu fuq mezzi ta’ trasport, permezz tal-ġbir ta'
ungulati u tjur tal-irziezet miżmuma direttament mill-istabbilimenti
tagħhom tal-oriġini, sakemm dawn ma jinħattux mill-ġdid
wara dawk l-operazzjonijiet qabel: (a) jaslu fl-istabbiliment tagħhom jew
sal-post tad-destinazzjoni finali; (b) operazzjoni ta’ assembleġġ
prevista fil-paragrafu 1(b) u (c). Artikolu 131
Miżuri ta' rekwiżit ta' prevenzjoni għall-operazzjonijiet ta'
assemblaġġ Operaturi li jwettqu l-operazzjonijiet ta’
assemblaġġ għandhom jiżguraw li: (a) l-ungulati
u t-tjur tal-irziezet miżmuma assemblati jkunu tal-istess stat ta’
saħħa jew fejn dawn ma humiex tal-istess status ta’ saħħa,
l-istat ta' saħħa inferjuri għandu japplika għall–annimali
kollha assemblati; (b) l-ungulati
u t-tjur tal-irziezet miżmuma jiġu assemblati u soġġetti
għal moviment lejn il-post tad-destinazzjoni finali tagħhom fi Stat
Membru ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jitilqu mill-istabbiliment
tal-oriġini tagħhom, u mhux aktar tard minn perjodu ta’ żmien li
għandu jiġi stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu
132(c); (c) għandhom
jittieħdu l-miżuri ta' bijosigurtà meħtieġa biex jiġi
żgurat li l-ungulati u t-tjur tal-irziezet assemblati: (i) ma jiġux f’kuntatt ma’ ungulati jew
tjur tal-irziezet miżmuma ta’ status ta’ saħħa inferjuri; (ii) ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) lil ungulati jew
tjur tal-irziezet miżmuma fil-post tal-operazzjoni ta’
assemblaġġ; (d) l-ungulati
jew it-tjur tal-irziezet miżmuma jkunu identifikati u, fejn
meħtieġ, akkumpanjati b’dawn id-dokumenti li ġejjin: (i) id-dokumenti tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni
previsti fl-Artikoli 106(b), 107(b), 109(c), 110(b) u l-Artikolu 113(b) u
r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117, sakemm ma jkunx hemm
provvedimenti għal derogi skont l-Artikolu 115; (ii) iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali fejn previsti fl-Artikolu 140 u l-Artikolu
141(c), sakemm ma jkunx hemm provvedimenti għal derogi fir-regoli adottati
skont l-Artikolu 141(a); (iii) id-dokument ta' awtodikjarazzjoni fejn
previst fl-Artikolu 148. Artikolu 132
Id-delega tas-setgħat rigward l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar: (a) regoli speċifiċi għal
operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, fejn hemm fis-seħħ
għadd ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskji, minbarra dawk previsti fl-Artikolu
131(b) u (c); (b) il-kriterji li taħthom l-Istati Membri
ta’ oriġini jistgħu jippermettu operazzjonijiet ta’
assemblaġġ fuq mezzi ta’ trasport, kif previst fit-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 130(2); (c) il-perjodu ta’ żmien bejn
iż-żmien tat-tluq tal-ungulati jew it-tjur tal-irziezet miżmuma
fl-istabbiliment tal-oriġini tagħhom u t-tluq tagħhom minn
operazzjoni ta’ assemblaġġ għad-destinazzjoni finali
tagħhom fi Stat Membru ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 131(b); (d) il-miżuri ta’ bijosigurtà stipulati
fl-Artikolu 131(c). Taqsima 5
Movimenti lejn Stati Membri oħra ta’ annimali terrestri miżmuma
minbarra ungulati u tjur tal-irziezet miżmuma Artikolu 133
Moviment ta’ annimali terrestri miżmuma minbarra ungulati u t-tjur
tal-irziezet miżmuma lejn Stati Membri oħra u atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għall-moviment annimali terrestri
miżmuma minbarra ungulati jew tjur tal-irziezet miżmuma minn
stabbiliment fi Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor biss jekk
dawn ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat
msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) fil-post ta’ destinazzjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward ir-regoli dettaljati biex jiżguraw li l-annimali
terrestri miżmuma minbarra ungulati jew tjur tal-irziezet miżmuma ma
joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(d) previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kwistjonijiet, meta tistabbilixxi r-regoli dettaljati li
għandhom jiġu stipulati fl-atti delegati previsti fil-paragrafu 2: (a) il-mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(d) li huwa rilevanti għall-ispeċi jew il-kategorija elenkata ta’
annimali terrestri miżmuma li jkunu se jiġu soġġetti
għal moviment; (b) l-istatus tas-saħħa fir-rigward
tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) fl-istabbilimenti,
il-kompartimenti, iż-żoni u l-Istati Membri ta’ oriġini u l-post
tad-destinazzjoni; (c) it-tipi ta’ stabbiliment u t-tipi ta’
produzzjoni fuq il-post tal-oriġini u l-post tad- destinazzjoni; (d) it-tipi ta’ moviment fir-rigward
tal-użu aħħari tal-annimali fid-destinazzjoni; (e) il-kategoriji u l-ispeċijiet
tal-annimali terrestri miżmuma li ser jiġu soġġetti
għal moviment; (f) l-età tal-annimali terrestri
miżmuma li ser jiġu soġġetti għal moviment; (g) fatturi epidemjoloġiċi
oħra. Taqsima 6
Deroga minn u supplimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju Artikolu 134
Annimali maħsuba għal stabbilimenti konfinati u atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment l-annimali terrestri
miżmuma lejn stabbiliment konfinat jekk biss dawn huma konformi
mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) dawn joriġinaw minn stabbiliment
konfinat ieħor; (b) ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) lil speċijiet
jew kategoriji elenkati ta’ annimali fl-istabbiliment konfinat
tad-destinazzjoni, ħlief fejn dan il-moviment huwa awtorizzat għal
għanijiet xjentifiċi. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) regoli dettaljati għal movimenti ta’
annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati minbarra dawk
previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; (b) regoli speċifiċi għal
movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati fejn
il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju fis-seħħ jiggarantixxu li
dawn il-movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa
tal-annimali terrestri miżmuma fl-istabbiliment konfinat u stabbilimenti
tal-madwar. Artikolu 135
Derogi għal moviment ta’ annimali terrestri miżmuma għal
għanijiet xjentifiċi u atti delegati 1. L-awtorità
kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista’, b'suġġett
għall-qbil tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini, tawtorizza
l-movimenti lejn it-territorju tal-Istat Membru tal-annimali terrestri
miżmuma għal skopijiet xjentifiċi, li ma jikkonformawx
mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet minn 1 sa 5, bl-eċċezzjoni
tal-Artikoli 121 u 122, l-Artikolu 123(1)(a)(ii) u Artikolu 124. 2. L-awtoritajiet
kompetenti għandhom jagħtu biss id-derogi previsti fil-paragrafu 1
bil-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’
destinazzjoni u oriġini: (i) ikunu qablu dwar il-kundizzjonijiet
għal dawn il-movimenti; (ii) ikunu ħadu l-miżuri li jtaffu
r-riskju meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-movimenti ma
jipperikolawx l-istatus tas-saħħa matul it-triq u l-postijiet
tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d); (iii) ikunu nnotifikaw, fejn ikun rilevanti,
lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ta’ passaġġ bid-deroga
mogħtija u l-kundizzjonijiet li taħthom tiġi mogħtija; (b) dawk il-movimenti ta’ dawk l-annimali
jsiru taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet
tal-oriġini u d-destinazzjoni, u fejn ikun rilevanti, l-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru ta’ passaġġ. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar l-emendar u s-supplimentar tar-regoli għad-derogi
mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 136
Derogi li jikkonċernaw l-użu rikreattiv, avvenimenti sportivi u
kulturali, ir-ragħa u l-ħidma qrib il-fruntieri 1. L-awtorità
kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista' tagħti derogi
mir-rekwiżiti tat-Taqsimiet minn 2 sa 5, bl-eċċezzjoni
tal-Artikolu 123(a) u (b) u l-Artikoli 124 u 125, għal movimenti fl-Unjoni
stess ta’ annimali terrestri miżmuma bejn l-Istati Membri fejn dawn
il-movimenti huma għal: (a) użu rikreattiv qrib il-fruntieri; (b) wirjiet, u avvenimenti sportivi,
kulturali u simili organizzati qrib il-fruntieri; (c) ragħa ta’ annimali terrestri
miżmuma f’mergħat maqsuma bejn l-Istati Membri; (d) xogħol bl-annimali terrestri
miżmuma qrib il-fruntieri tal-Istati Membri. 2. Id-derogi
mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni għal movimenti ta’
annimali terrestri miżmuma għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1
għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri tal-oriġini u
tad-destinazzjoni u l-miżuri xierqa mittieħda biex jitnaqqas ir-riskju
biex jiġi żgurat li t-tali movimenti ma jagħtux lok għal
riskju sinifikanti. 3. L-Istati
Membri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar
l-għoti tad-derogi previsti fil-paragrafu 1. 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar l-emendar u s-supplimentar tar-regoli rigward derogi
mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni previsti fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 137
Id-delegazzjoni tas-setgħa dwar derogi għal ċirkli, wirjiet,
avvenimenti sportivi u użu rikreattiv, żuwijiet, ħwienet
tal-annimali domestiċi, u bejjiegħa bl-ingrossa Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) rekwiżiti
speċifiċi li jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet minn
2 sa 5 għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma
għall-iskopijiet li ġejjin: (i) ċirki, żuwijiet, ħwienet
tal-annimali domestiċi, santwarji tal-annimali u bejjiegħa
bl-ingrossa; (ii) wirjiet u użi sportivi, kulturali u
għal avvenimenti simili; (b) id-derogi
mit-Taqsimiet minn 2 sa 5 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 123(a) u (b) u
l-Artikoli 124 u 125 għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma
li jissemmew fil-punt (a). Artikolu 138
Setgħa implimentattiva għal derogi temporanji għal movimenti
ta’ speċijiet jew kategoriji speċifiċi ta' annimali terrestri
miżmuma Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar derogi
temporanji mir-regoli stipulati f’dan il-Kapitolu għal movimenti ta’
speċijiet jew kategroiji speċifiċi ta' annimali terrestri
miżmuma meta: (a) ir-rekwiżiti
dwar il-moviment previsti fl-Artikolu 127, l-Artikolu 129(1), l-Artikoli 130 u
131, l-Artikoli 133(1), 134(1) u 135(1) u (2) u l-Artikolu 136 u r-regoli
adottati skont l-Artikoli 128(1) u 129(2), l-Artikolu 132, l-Artikoli 133(2),
134(2), 135(3) u 136(4) u l-Artikolu 137 ma jkunux jimmitigaw b’mod effettiv
ir-riskji li jirriżultaw mill-moviment ta’ dawn l-annimali; jew (b) il-marda
elenkati msemmija fl-Artikolu 8(1)(d) tidher li qed tinfirex minkejja
r-rekwiżiti dwar il-moviment stabbiliti b’konformità mat-Taqsimiet minn 1
sa 6. Dawn l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità
mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 255(2). Għal
raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati li
għandhom x’jaqsmu ma’ mard li jirrappreżenta riskju ta’ impatt
sinifikanti u filwaqt li tqis il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 139,
il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni
applikabbli b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 255(3). Artikolu 139
Materji li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu adottati l-atti
delegati u implimentattivi previsti f’din it-Taqsima Il-Kummissjoni għandha tqis dawn
il-materji, meta jiġu stabbiliti r-regoli li għandhom jiġu
stipulati fl-atti delegati u implimentattivi previsti fl-Artikoli 134(2),
135(3), 136(4), 137 u 138: (a) ir-riskji
li jinvolvi l-moviment li hemm referenza għalih f’dawk
id-dispożizzjonijiet; (b) l-istatus
tas-saħħa fir-rigward tal-mard elenkat msemmij fl-Artikolu 8(1)(d)
fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni; (c) l-ispeċijiet
tal-annimali elenkati fil-każ tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d); (d) il-miżuri
ta’ bijosigurtà fis-seħħ fil-postijiet tal-oriġini,
id-destinazzjoni u dawk ta' mat-triq; (e) kwalunkwe
kundizzjoni speċifika fi stabbilimenti li fihom jinżammu annimali
terrestri miżmuma; (f) ix-xejriet
ta’ movimenti speċifiċi tat-tip ta’ stabbiliment u speċi u
kategorija tal-annimali terrestri miżmuma konċernati; (g) fatturi
epidemjoloġiċi oħra. Taqsima 7
Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali Artikolu 140
L-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali jkunu akkumpanjati
minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment l-ispeċijiet u
l-kategoriji ta’ annimali terrestri miżmuma lejn Stat Membru ieħor
biss li huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali
maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini
skont l-Artikolu 146(1): (a) ungulati; (b) tjur tal-irziezet; (c) annimali terrestri miżmuma
għajr l- ungulati u t-tjur tal-irziezet, maħsuba għal
stabbiliment konfinat; (d) l-annimali terrestri miżmuma
minbarra dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, meta
meħtieġa skont l-atti delegati adottati bi qbil mal-Artikolu
141(1)(c). 2. L-operaturi
ma għandhomx jissoġġettaw għal moviment annimali terrestri
miżmuma fi ħdan Stat Membru jew minn Stat Membru għal Stat
Membru ieħor sakemm dawn ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 146(1), fejn
il-kundizzjonijiet imsemmija f’dawn il-punti (a) u (b) huma ssodisfati: (a) l-annimali terrestri miżmuma
jitħallew jitilqu minn żona ristretta prevista fl-Artikolu
55(1)(f)(ii), l-Artikolu 56 u l-Artikolu 64(1) u huma suġġetti
għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fl-Artikoli 55(1), 65(1),
74(1) jew l-Artikolu 78(1) u (2) jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2),
l-Artikolu 67(3), l-Artikoli 71 u 74(3), l-Artikolu 79, l-Artikolu 81(3) jew
l-Artikolu 248; (b) l-annimali terrestri miżmuma jkunu
ta’ speċijiet suġġetti għal dawk il-miżuri
għall-kontroll tal-mard. 3. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex
jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali
msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jakkumpanja lill- annimali
terrestri miżmuma mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post
tad-destinazzjoni finali tagħhom, sakemm ma jkunux previsti miżuri
speċifiċi fir-regoli adottati skont l-Artikolu 144. Artikolu 141
Id-delega ta’ poteri dwar l-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li
l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) derogi mir-rekwiżiti
taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali msemmija
fl-Artikolu 140(1), għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma,
li ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta’ xi marda minħabba: (i) l-ispeċijiet jew il-kategoriji
tal-annimali terrestri miżmuma li jkunu qed jinġarru u l-mard elenkat
imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) li huma speċijiet elenkati għalih; (ii) il-metodi taż-żamm u t-tip
tal-produzzjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali
terrestri miżmuma; (iii) l-użu maħsub tal-annimali
terrestri miżmuma; (iv) il-post tad-destinazzjoni tal-annimali
terrestri miżmuma; jew (b) regoli speċjali
għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa
tal-annimali msemmija fl-Artikolu 140(1) fejn jittieħdu miżuri
speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju li jikkonċernaw
is-sorveljanza jew il-bijosigurtà mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqiesu
l-kwistjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jiżguraw: (i) it-traċċabbbiltà tal-annimali
terrestri miżmuma soġġetti għal moviment; (ii) li l-annimali terrestri miżmuma
jiġi soġġetti għal moviment b'mod konformi
mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali meħtieġa
għall-movimenti previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 6; (c) ir-rekwiżit għaċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta’ speċijiet u
kategoriji ta’ annimali terrestri miżmuma għajr dawk imsemmija
fl-Artikolu 140(1) (a) (b) u (c) f’każijiet fejn
iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija imperattiva
sabiex jiġi żgurat li l-moviment inkwistjoni jikkonforma
mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali f'każijiet
tal-movimenti previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 6. 2. Meta
jiġu stabbiliti r-regoli speċjali previsti fil-paragrafu 1(b),
il-Kummissjoni għandha tqis dawn il-kwistjonijiet: (a) il-fiduċja tal-awtorità kompetenti
dwar il-bijosigurtà stabbilita mill-operaturi kif previst fl-Artikolu 9(1)(b) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 9(2); (b) il-kapaċità tal-awtorità kompetenti
biex tieħu l-miżuri meħtieġa u xierqa u l-attivitajiet
meħtieġa minn dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 12(1); (c) il-livell ta’ għarfien bażiku
miksub dwar is-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 10 u
l-appoġġ previst fl-Artikolu 12(2); (d) il-prestazzjoni ta’ żjarat
tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 23 u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 24, fejn skemi ta' sorveljanza rilevanti oħra, skemi ta’
garanzija ta’ kwalità jew kontrolli uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu
23(1)(c) ma jkunux fis-seħħ; (e) ir-rendiment tan-notifika u r-rappurtar
lill-Unjoni kif previst fl-Artikoli minn 17 sa 20 u r-regoli adottati skont
l-Artikoli 17(3) u 18(3) u l-Artikolu 21 applikati mill-awtorità kompetenti; (f) l-applikazzjoni ta’ sorveljanza kif
previst fl-Artikolu 25 u programmi ta’ sorveljanza kif previst fl-Artikolu 27 u
r-regoli adottati skont l-Artikoli 28 u 29. 3. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iv),
meta tistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu (1)(c) ta’ dan
l-Artikolu. Artikolu 142
Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali 1. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għandu jkun fih l-informazzjoni li
ġejja: (a) l-istabbiliment jew il-post
tal-oriġini, l-istabbiliment jew il-post ta’ destinazzjoni u, fejn
rilevanti, stabbilimenti għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew
ta’ mistrieħ tal-annimali terrestri miżmuma; (b) deskrizzjoni tal-annimali terrestri
miżmuma; (c) l-għadd ta’ annimali terrestri
miżmuma; (d) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni
ta’ annimali terrestri miżmuma, fejn meħtieġ mill-Artikoli 106,
107, 109, 110 u 113 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117, sakemm
ikunu previsti derogi b’konformità mal-Artikolu 115; (e) it-tagħrif meħtieġ biex
juri li l-annimali terrestri miżmuma jikkonformaw mar-rekwiżiti
rilevanti tas-saħħa tal-l-annimali għall-movimenti previsti
fit-Taqsimiet minn 1 sa 6. 2. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali jista’ jinkludi informazzjoni oħra
meħtieġa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Artikolu 143
Id-delega ta’ setgħat u atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontenut
taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut ta’
ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 142(1)
għal kategoriji speċijiet differenti ta' annimali terrestri
miżmuma u għal tipi speċifiċi ta’ movimenti previsti
fir-regoli adottati skont l-Artikolu 144; (b) informazzjoni addizzjonali li
għandha tiġu inkluża fiċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 142(1). 2. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward
il-formoli mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali.
Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità
mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 255(2). Artikolu 144
Id-delega ta’ setgħat dwar tipi speċifiċi ta’ movimenti ta’
annimali terrestri miżmuma Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar miżuri
speċifiċi li jissupplimentaw l-obbligu tal-operaturi li jiżguraw
li l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali previst mill-Artikolu 140 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 141
għal dawn it-tipi ta’ movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma: (a) movimenti
ta’ tjur tal-irziezet u ungulati miżmuma li jgħaddi
mill-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ previsti fl-Artikolu 130 qabel ma
jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom; (b) movimenti
ta’ annimali terrestri miżmuma, li ma jistgħux ikomplu r-rotot
tagħhom lejn il-post tad-destinazzjoni finali tagħhom u huma
meħtieġa li jirritornaw lura għall-post ta’ oriġini
tagħhom jew jiġi soġġetti għal moviment lejn
destinazzjoni differenti, għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li
ġejjin: (i) ir-rotta maħsuba tagħhom
ġiet interrotta għal għarrieda għal raġunijiet ta’
trattament xieraq tal-annimali; (ii) aċċidenti jew avvenimenti mhux
imbassra mat-triq; (iii) l-annimali terrestri miżmuma
ġew irrifjutati fil-post tad-destinazzjoni fi Stat Membru jew fuq
il-fruntiera esterna tal-Unjoni; (iv) l-annimali terrestri miżmuma
ġew irrifjutati f’post ta’ assemblaġġ jew tal-mistrieħ; (v) l-annimali terrestri miżmuma
ġew irrifjutati f’pajjiż terz; (c) movimenti
ta’ annimali terrestri miżmuma maħsuba għal wirjiet u
avvenimenti sportivi, kulturali u oħrajn simili, u r-ritorn sussegwenti
tagħhom għall-post ta’ oriġini tagħhom. Artikolu 145
L-obbligi imposti fuq l-operaturi biex jikkooperaw mal-awtorità kompetenti
għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali L-operaturi għandhom: (a) jipprovdu
lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex
jiġi kkompletat ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali
previst fl-Artikolu 140(1) u (2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 143(1)
jew l-Artikolu 144; (b) fejn
meħtieġ, jissoġġettaw l-annimali terrestri miżmuma
għal kontrolli dokumentati, fiżiċi u ta’ identità kif previst
fl-Artikolu 146(3). Artikolu 146
L-Awtorità kompetenti responsabbli miċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali 1. L-awtorità
kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur toħroġ
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment ta’
annimali terrestri miżmuma lejn Stat Membru ieħor, fejn hu
meħtieġ mill-Artikolu 140 jew minn atti delegati adottati skont
l-Artikoli 141(1) u 143(2) sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti
tal-moviment li ġejjin: (a) dawk previsti fl-Artikolu 121, l-Artikolu
122(1), l-Artikoli 123, 125, 126, 127, 129, 130 u 131, l-Artikoli 133(1) u
134(1), l-Artikolu 135 u l-Artikolu 136; (b) dawk previsti f’atti ddelegati adottati
skont l-Artikoli 122(2) u 128(1), l-Artikolu 132, u l-Artikoli 133(2), 134(2),
135(4) u 136(4) u l-Artikolu 137; (c) dawk previsti f’atti ta’ implimentazzjoni
adottati skont l-Artikolu 138. 2. Iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali għandhom: (a) jiġu vverifikati u ffirmati
mill-veterinarju uffiċjali; (b) jibqgħu validi għall-perjodu
ta’ żmien, previst fir-regoli adottati skont il-paragrafu 4(c), li matulu
l-annimali terrestri miżmuma koperti minnhom, ikomplu jikkonformaw mal-garanziji
tas-saħħa tal-annimali espressa fih. 3. Il-veterinarju
uffiċjali għandu, qabel ma jiffirma ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali, jivverifika li l-annimali terrestri
miżmuma koperti minnu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu
permezz ta’ kontrolli fiżiċi, tal-identità u tad-dokumentazzjoni kif
previst permezz tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4. 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità
mal-Artikolu 253 li jistabbilixxi regoli għal: (a) it-tipi ta’ kontrolli dokumentati,
fiżiċi u ta’ identità għal speċijiet u kategoriji
differenti ta’ annimali terrestri miżmuma li għandhom jitwettqu minn
veterinarju uffiċjali b’mod konformi mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu
sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ dan
il-Kapitolu; (b) il-perjodi ta’ żmien
għat-twettiq tat-tali kontrolli dokumentati, fiżiċi u ta’
identità u l-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa
tal-annimali mill-veterinarju uffiċjali qabel il-moviment ta’ kunsinni ta’
annimali terrestri miżmuma; (c) it-tul tal-validità
taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. Artikolu 147
Ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali Ċertifikati elettroniċi
tas-saħħa tal-annimali, prodotti, immaniġġjat u
trażmessi permezz ta’ IMSOC, jistgħu jissostitwixxi
ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali akkumpanjanti previsti
fl-Artikolu 146(1) fejn: (a) it-tali
ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali jkun fihom
it-tagħrif kollu li l-formola mudell taċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali hija meħtieġa li jkun fiha skont
l-Artikolu 142 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 143; (b) it-traċċabbbiltà
tal-annimali terrestri miżmuma u r-rabta bejn dawk l-annimali u
ċertifikat elettroniċi tas-saħħa tal-annimali hija
żgurata. Artikolu 148
Awtodikjarazzjoni mill-operaturi għal movimenti lejn Stati Membri
oħra 1. L-operaturi
fil-post tal-oriġini, għandhom joħorġu dokument ta'
awtodikjarazzjoni għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma
mill-post tal-oriġini tagħhom fi Stat Membru wieħed lejn il-post
tad-destinazzjoni tagħhom fi Stat Membru ieħor u jiżguraw li dan
jakkumpanja dawn l-annimali, fejn mhumiex meħtieġa li jkunu
akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst
fl-Artikolu 140(1) u (2). 2. Fid-dokument
ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1 għandu jkun hemm
it-tagħrif li ġej dwar l-annimali terrestri miżmuma: (a) il-post tal-oriġini tagħhom,
il-post tad-destinazzjoni tagħhom u meta rilevanti kull post ta’
assemblaġġ jew mistrieħ; (b) deskrizzjoni tal-annimali terrestri
miżmuma, l-ispeċijiet, il-kategorija u l-kwantità tagħhom; (c) identifikazzjoni u reġistrazzjoni
fejn meħtieġ skont l-Artikoli 106, 107, 109 u 110, u l-Artikolu
113(a) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 114 u 117; (d) tagħrif biex juri li l-annimali
terrestri miżmuma jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa
tal-l-annimali għall-movimenti previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 6. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut
tad-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu
għal kategoriji u speċijiet differenti ta’ annimali; (b) tagħrif li għandu jkun hemm
fid-dokument ta' awtodikjarazzjoni flimkien ma’ dak previst fil-paragrafu 2 ta’
dan l-Artikolu. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar
il-formoli mudell tad-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni previsti fil-paragrafu 2
ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Taqsima 8
Notifika ta’ movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma lejn Stati Membri
oħra Artikolu 149
L-obbligu tal-operaturi dwar in-notifika ta’ movimenti ta’ annimali
terrestri miżmuma lejn Stati Membri oħra L-operaturi għandhom jinnotifikaw
lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel
l-movimenti intenzjonati ta' annimali terrestri miżmuma minn dak l-Istat
Membru lejn Stat Membru ieħor fejn: (a) l-annimali
għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini skont l-Artikoli 146 u 147 u r-regoli adottati skont
l-Artikolu 146(4); (b) l-annimali
għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali għal annimali terrestri miżmuma meta jkunu qed jiġu
soġġetti għal moviment minn żona ristretta u huma
soġġetti għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard kif imsemmi
fl-Artikolu 140(2); (c) hija
meħtieġa notifika skont l-atti delegati adottati bi qbil mal-Artikolu
151(1). Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu ta’
dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom l-informazzjoni kollha
neċessarja biex din tkun tista’ tinnotifika l-movimenti tal-annimali
terrestri miżmuma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 150(1). Artikolu 150
L-awtorità kompetenti responsabbli min-notifika ta’ movimenti lejn Stati
Membri oħra 1. L-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta’
annimali terrestri miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 149. 2. In-notifika
msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq, kull meta possibbli, permezz
tal-IMSOC. 3. L-Istati
Membri għandhom jinnominaw reġjuni għall-ġestjoni ta’
notifiki dwar il-movimenti kif previst fil-paragrafu 1. 4. B’deroga
mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini
tista' tawtorizza lill-operatur biex jinnotifika parzjalment jew kompletament
il-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma permezz tal-IMSOC
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Artikolu 151
Id-delega tas-setgħa u l-atti ta’ implimentazzjoni għan-notifika ta’
movimenti mill-operaturi u l-awtorità kompetenti 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) Ir-rekwiżit għal notifika
bil-quddiem mill-operaturi dwar il-moviment ta' annimali terrestri miżmuma
bejn l-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 149 ta' kategoriji jew
speċijiet ta’ annimali minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dak
l-Artikolu, fejn it-traċċabbiltà ta’ dawn il-movimenti ta’ dawk
l-ispeċijiet jew kategoriji hija meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità
mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti
stabbiliti fit-Taqsimiet minn 1 sa 6; (b) l-informazzjoni meħtieġa biex
jiġu nnotifikati l-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma kif
previst fl-Artikoli 149 u 150; (c) il-proċeduri tal-emerġenza
għan-notifika ta’ movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma
fil-każ ta’ qtugħ ta’ elettriku u disturbi oħra tal-IMSOC; (d) ir-rekwiżiti għall-ħatra
ta’ reġjuni mill-Istati Membri għall-ġestjoni tan-notifika ta’
movimenti prevista fl-Artikolu 150(3). 2. Permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) l-għamla tan-notifiki dwar
il-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma minn: (i) l-operaturi lill-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom skont l-Artikolu 149; (ii) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini lill-Istat Membru tad- destinazzjoni skont l-Artikolu 150; (b) l-iskadenzi taż-żmien
għal: (i) it-tagħrif meħtieġ
imsemmi fl-Artikolu 149 li għandu jiġi pprovdut mill-operatur
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini; (ii) in-notifika ta’ movimenti ta’ annimali
terrestri miżmuma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 150(1). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 4
Moviment fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali domestiċi terrestri Artikolu 152
Movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi terrestri u atti
delegati u ta’ implimentazzjoni 1. Dawk
li jżommu l-annimali domestiċi għandhom iwettqu biss movimenti
mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati
fl-Anness I minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor fejn: (a) dawk l-annimali domestiċi terrestri
jkunu identifikati u akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni meta
meħtieġ skont l-Artikolu 112 jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu
114(e) u l-Artikolu 117; (b) ikunu ttieħdu miżuri xierqa ta'
prevenzjoni u kontroll tal-mard matul dak il-moviment, biex jiġi
żgurat li l-annimali domestiċi terrestri ma joħolqux riskju
sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u mard
emerġenti fost l-annimali terrestri miżmuma fil-post
tad-destinazzjoni u waqt it-trasport. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar il-prevenzjoni u miżuri ta’ kontroll tal-mard imsemmi
fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu biex tiżgura li l-annimali
domestiċi terrestri ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid
ta’ mard imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u mard emerġenti fost l-annimali
matul it-trasport u fil-post tad-destinazzjoni u meta rilevanti b'qies
tal-istatus tas-saħħa tal-post tad-destinazzjoni. 3. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli dwar
il-prevenzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu u r-regoli adottati skont il-paragrafu 2 tiegħu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 254(2). Kapitolu 5
Moviment ta' annimali terrestri selvaġġi Artikolu 153
Annimali terrestri selvaġġi 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għall-moviment annimali
selvaġġi minn abitat fi Stat Membru wieħed għal abitat jew
lejn stabbiliment fi Stat Membru ieħor biss fejn: (a) il-movimenti ta’ annimali
selvaġġi mill-abitat tagħhom jitwettaq b’tali mod li dawn ma
joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(d) jew mard emerġenti mat-triq jew fil-post
tad-destinazzjoni; (b) l-annimali selvaġġi ma
jiġux minn abitat f’żona ristretta soġġetti għal
restrizzjonijiet ta’ moviment minħabba l-okkorrenza ta’ xi marda elenkata
msemmija fl-Artikolu 8(1)(d) jew marda emerġenti fost speċijiet
fil-lista prevista fl-Artikolu 70(2)(c), l-Artikolu 80(1) u (2) u r-regoli
adottati skont l-Artikoli 70(3)(b) u l-Artikoli 71(3), 80(4) u l-Artikolu 81(3)
jew il-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-Artikoli 245 u 246 u r-regoli
adottati skont l-Artikolu 248 sakemm ikunu ngħataw derogi skont dawk
ir-regoli; (c) l-annimali salvaġġi jkunu
akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew
dokumenti oħra fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa
tal-annimali hija meħtieġa biex tiżgura l-konformità
mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti
previsti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu u r-regoli adottati skont
l-Artikolu 154(1) c) u (d) jiġu mħarsa; (d) il-moviment jiġi nnotifikat
mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini lill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, meta ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali huwa meħtieġ mir-regoli adottati
skont l-Artikolu 154(1)(c). 2. Meta
ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija
meħtieġa mir-regoli adottati skont l-Artikolu 154(1)(c),
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 142 u 145, l-Artikolu 146(1), (2) u (3),
l-Artikolu 147 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 143 u 144 u l-Artikolu
146(4), għandhom japplikaw għall-movimenti ta’ annimali
selvaġġi terrestri. 3. Meta
notifika ta’ movimenti hija meħtieġa, skont il-paragrafu 1(d) ta’ dan
l-Artikolu, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 149, 150 u r-regoli
adottati skont l-atti delegati stipulati fl-Artikolu 151 għandhom
japplikaw għall-movimenti ta’ annimali selvaġġi terrestri. Artikolu 154
L-għoti tas-setgħat li jikkonċernaw il-moviment ta’ annimali
selvaġġi terrestri 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali għal movimenti ta’ annimali selvaġġi terrestri
previsti fl-Artikolu 153(1)(a) u (b); (b) ir-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali għall-introduzzjoni ta’ annimali selvaġġi terrestri
meta soġġetti għal moviment mill-ambjent naturali: (i) lejn stabbilimenti; (ii) biex jinżammu bħala annimali
domestiċi; (c) it-tipi ta’ movimenti ta’ annimali
selvaġġi terrestri li għalihom, jew għas-sitwazzjonijiet li
jkunu fihom, ikun meħtieġ ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali jew dokument ieħor li jakkumpanja dawn il-movimenti u
r-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ tali ċertifikati jew dokumenti
oħra; (d) in-notifika mill-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tad-destinazzjoni fil-każ ta’ movimenti ta’ annimali selvaġġi
terrestri bejn l-Istati Membri u l-informazzjoni li għandha tiġi
inkluża f’din in-notifika. 2. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li
jispeċifikaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 153 u regoli delegati
adottati skont il-paragrafu 1 li jikkonċernaw: (a) il-formoli mudell
taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u dokumenti
oħra li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-movimenti ta’ annimali
selvaġġi tal-art, meta dawn ikunu previsti fl-atti delegati adottati
skont il-paragrafu 1(c); (b) l-għamla tan-notifika mill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u l-iskadenzi għal dawn
in-notifiki, meta jkunu previsti fir-regoli adottati skont il-paragrafu 1(d). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 6
Movimenti ġewwa l-Unjoni ta’ prodotti ġerminali Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali Artikolu 155
Rekwiżiti ġenerali għall-moviment ta' prodotti ġerminali 1. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri preventivi xierqa sabiex jiġi
żgurat li l-moviment ta’ dawn il-prodotti ġerminali ma jipperikolax
l-istatus tas-saħħa tal-annimali terrestri miżmuma fil-post
tad-destinazzjoni fir-rigward ta’: (a) il-mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(d); (b) mard emerġenti. 2. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għall-moviment il-prodotti
ġerminali minn l-istabbilimenti tagħhom, u jirċievu dawn il-prodotti
ġerminali biss jekk huma konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li
kienu: (i) imniżżla fir-reġistru
tal-istabbilimenti mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikolu 88(a) u
l-ebda deroga ma tkun ingħatat mill-Istat Membru tal-oriġini skont
l-Artikolu 83; (ii) approvati mill-awtorità kompetenti
skont l-Artikolu 92(1), meta dan ikun meħtieġ mill-Artikolu 89(1) jew
l-Artikolu 90; (b) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’
traċċabbiltà tal-Artikolu 118(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu
119(1). 3. L-operaturi
għandhom iħarsu r-rekwiżiti tal-Artikolu 122 għat-trasport
ta’ dawn il-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma. 4. L-operaturi
ma għandhomx jissoġġettaw għal moviment prodotti
ġerminali minn stabbiliment fi Stat Membru wieħed lejn stabbiliment
fi Stat Membru ieħor, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tad-destinazzjoni ma tkunx tat l-awtorizzazzjoni espressa tagħha għal
dan il-moviment, f'każijiet fejn dawk il-prodotti ġerminali huma
meħtieġa li jinqerdu għal skopijiet ta' qerda tal-mard
bħala parti mill-programm ta’ qerda stipulat fl-Artikolu 30(1) jew (2). Artikolu 156
L-obbligi tal-operaturi fil-post tad-destinazzjoni 1. L-operaturi ta’ stabbilimenti fil-post tad-destinazzjoni
li jirċievu dawn il-prodotti ġerminali minn stabbiliment fi Stat
Membru ieħor għandhom: (a) jivverifikaw
l-preżenza ta’: (i) marki ta’ identifikazzjoni skont
l-Artikolu 118 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 119; (ii) ċertifikati tas-saħħa
tal-annimali kif previst fl-Artikolu 159; (b) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi
kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’: (i) il-prodotti ġerminali li
jirċievi; (ii) il-preżenza tal-mezz ta’
identifikazzjoni msemmi fil-punt (a)(i); (iii) il-preżenza
taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt
(a)(ii). 2. Fil-każ
ta’ irregolarità kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), l-operatur għandu
jżomm il-prodotti ġerminali taħt is-superviżjoni
tiegħu sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni li
tikkonċernahom. Taqsima 2
Movimenti lejn Stati Membri oħra ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali
miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini
u tjur tal-irziezet Artikolu 157
L-obbligi tal-operaturi għal movimenti ta’ prodotti ġerminali ta’
annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini
u ekwini u tjur tal-irziezet lejn Stati Membri oħra 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għall-moviment prodotti
ġerminali ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini,
kaprini, porċini u speċi ekwini u tat-tjur tal-irziezet lejn Stat
Membru ieħor biss jekk dawk il-prodotti ġerminali jikkonformaw
mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) dawn jinġabru, jiġu prodotti,
ipproċessati u maħżuna fi stabbilimenti tal-prodotti
ġerminali approvati għal dak l-għan skont l-Artikolu 92(1) u
l-Artikolu 94; (b) jissodisfaw ir-rekwiżiti
tat-traċċabbiltà għat-tip ta’ prodott ġerminali skont
l-Artikolu 118 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 119; (c) jinġabru minn annimali donaturi li
jkunu konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali
meħtieġa biex jiżguraw li dawn il-prodotti ġerminali ma
jxerrdux mard elenkat; (d) ikunu nġabru, ġew prodotti,
ipproċessati, maħżuna u trasportati b’mod li jiżgura li
dawn ma jxerrdux mard elenkat. 2. L-operaturi
ma għandhomx jissoġġettaw għal moviment prodotti
ġerminali ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini,
kaprini, porċini u ekwini speċi u ta’ tjur tal-irziezet minn
stabbiliment tal-prodotti ġerminali li huwa soġġett għal
restrizzjonijiet ta’ moviment li jaffettwaw speċijiet elenkati b’konformità
ma’: (a) l-Artikolu 55(1)(a), (c), (e) u Artikolu
55(1)(f)(ii), l-Artikolu 56 u l-Artikolu 61(1)(a), l-Artikolu 62(1), l-Artikolu
65(1)(c) u l-Artikolu 74(1), 78(1) u (2); (b) ir-regoli adottati skont l-Artikolu
55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikoli 71(3) u 74(3), l-Artikolu 79 u l-Artikolu
81(2); u (c) il-miżuri ta’ emerġenza
previsti fl-Artikoli 246 u 247 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 248 sakemm
id-derogi ma jkunux ġew previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 247.
Artikolu 158
Id-delega tas-setgħat għal movimenti ta’ prodotti ġerminali ta’
annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini
u ekwini u tjur tal-irziezet lejn Stati Membri oħra Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar
is-saħħa tal-annimali rigward il-ħtiġjiiet dwar il-moviment
ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet
bovini, ovini, kaprini, porċini u speċi ekwini u tat-tjur
tal-irziezet f’Stati Membri oħra kif previst fl-Artikolu 157, li jispeċifika: (a) ir-regoli
għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna
ta’ prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali miżmuma fi stabbilimenti
approvati kif imsemmi fl-Artikolu 157(1)(a); (b) il-ħtiġijiet
tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 157(1)(c): (i) għal annimali miżmuma li
minnhom inġabru l-prodotti ġerminali; (ii) iżolament jew kwarantina
għall-annimali miżmuma donaturi imsemmija f’(i); (c) Testijiet
tal-laboratorju jew oħrajn fuq il-prodotti ġerminali u l-annimali
miżmuma donaturi; (d) il-ħtiġijiet
tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni,
l-ipproċessar, il-ħażna jew proċeduri oħra u
t-trasport kif jipprevedi l-Artikolu 157(1)(d); (e) derogi
għall-operaturi mir-regoli stipulati fl-Artikolu 157, meta jitqiesu
r-riskji ta’ dawn il-prodotti ġerminali u kwalunkwe miżuri ta’
mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ. Taqsima 3
Iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u n-notifika ta’
movimenti Artikolu 159
L-obbligi tal-operaturi dwar ċertifikazzjoni tas-saħħa
tal-annimali għall-moviment ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali
miżmuma tal-ispeċi bovini, ovini, kaprini, porċini u speċi
ekwini u tat-tjur tal-irziezet u atti delegati 1. L-operaturi għandhom jissoġġettaw
għall-moviment il-prodotti ġerminali ta’ annimali miżmuma
tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini speċi u
ta’ tjur tal-irziezet biss meta huma akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini b’mod konformi mal-paragrafu 3 meta dawn
jiġu soġġetti għal moviment: (a) lejn Stat Membru ieħor; (b) fi ħdan Stat Membru jew lejn Stat
Membru ieħor, fejn: (i) il-prodotti ġerminali tal-annimali
miżmuma jitħallew joħorġu minn żona ristretta
soġġetta għal miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti
fl-Artikolu 55(1)(f)(ii) u l-Artikoli 56, 64 u 65, l-Artikolu 74(1) u l-Artiklu
78 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 67, l-Artikoli 71(3)
u 74(3), l-Artikolu 79 u l-Artikolu 81(2) jew il-miżuri ta’ emerġenza
previsti fl-Artikoli 246 u 247 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 248 sakemm
ma jkunux ingħataw derogi mir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali skont ir-regoli msemmija f’dan il-punt; u (ii) il-prodotti ġerminali ta’ annimali
miżmuma huma tal-ispeċijiet suġġetti għal dawk
il-miżuri ta' kontroll tal-mard jew ta’ emerġenza msemmija fil-punt
(i). 2. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex
jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi
fil-paragrafu 1 jakkumpanja l-prodotti ġerminali mill-post
tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni tagħhom. 3. L-awtorità
kompetenti għandha, meta tintalab mill-operatur, toħroġ
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment
tal-prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1. 4. L-Artikoli
142, 145, 146 u 147 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 143 u 144 u l-Artikolu
146(4), għandhom japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali tal-prodotti ġerminali msemmija
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikolu 148(1) u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 148(2) għandhom japplikaw għall-awtodikjarazzjoni
ta’ movimenti tal-prodotti ġerminali. 5. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 li jikkonċernaw derogi mir-rekwiżit ta'
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu għal l-movimenti ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali
miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini u
speċijiet ta' ekwini u ta’ tjur tal-irziezet, u li ma joħolqux riskju
sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat minħabba dan li ġej: (a) in-natura tal-prodotti ġerminali jew
l-ispeċijiet ta’ annimal li dawn il-prodotti jkunu ġejjin minnhom; (b) il-metodi tal-produzzjoni u
tal-ipproċessar fl-istabbiliment tal-prodott ġerminali; (c) l-użu maħsub tal-prodotti
ġerminali; (d) miżuri alternattivi ta’ mitigazzjoni
tar-riskji fis-seħħ għat-tip u l-kategorija ta’ dawn il-prodotti
ġerminali u l-istabbiliment tal-prodotti ġerminali. Artikolu 160
Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali 1. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għal dawn il-prodotti ġerminali
previst fl-Artikolu 159 għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li
ġejja: (a) l-istabbiliment tal-oriġini
tal-prodott ġerminali u l-istabbiliment jew post tad-destinazzjoni; (b) it-tip tal-prodotti ġerminali u
l-ispeċijiet tal-annimali miżmuma donaturi; (c) il-volum tal-prodotti ġerminali; (d) l-immarkar tal-prodotti ġerminali,
meta meħtieġ mill-Artikoli 118(1) u minn regoli addottati skont
l-Artikolu 119(1); (e) l-informazzjoni meħtieġa biex
tagħti xhieda li l-prodotti ġerminali tal-kunsinna iħarsu
r-rekwiżiti dwar il-moviment għall-ispeċi rilevanti kif previst
fl-Artikoli 155 u 157 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 158. 2. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali previsti
fl-Artikolu 159 jista’ jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa
subordinata għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) l-informazzjoni li trid tiġi
inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont
il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; (b) iċ-ertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali għal tipi differenti ta’ prodotti
ġerminali u ta’ speċijiet differenti ta' annimali. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward
l-għamliet mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa
tal-annimali għal prodotti ġerminali. Dawn l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità
mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 255(2). Artikolu 161
Notifiki dwar il-movimenti ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali
miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini
u tjur tal-irziezet lejn Stati Membri oħra 1. L-operaturi għandhom: (a) jinformaw
lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel
il-moviment ippjanat ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali miżmuma
tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini u speċijiet
ekwini u tat-tjur tal-irziezet lejn Stat Membru ieħor meta: (i) il-prodotti ġerminali huma
meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 159(1); (ii) tkun meħtieġa notifika dwar
il-moviment skont l-atti delegati adottati bi qbil mal-Artikolu 151(1) rigward
prodotti ġerminali, waqt li jkun ikkunsidrat il-paragrafu 3 ta’ dan
l-Artikolu; (b) jipprovdu l-informazzjoni kollha
meħtieġa biex jippermettu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini tinnotifika l-moviment ta’ dawn il-prodotti ġerminali
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-paragrafu
2. 2. L-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta’
prodotti ġerminali ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovini,
ovini, kaprini, porċini u speċijiet ekwini u tat-tjur tal-irziezet
skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 151. 3. L-Artikoli
149 u 150 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 151 għandhom ikunu
applikabbli għan-notifika ta’ dawn il-prodotti ġerminali. Taqsima 4
Movimenti lejn Stati Membri oħra ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali
terrestri miżmuma tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, porċini
u ekwini u tjur tal-irziezet Artikolu 162
Il-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma minbarra dawk
ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u speċijiet ta' ekwini u
tjur tal-irziezet 1. L-operaturi għandhom jissoġġettaw għal
moviment il-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma ta’
speċijiet oħra minbarra dawk ta’ annimali bovini, ovini, kaprini,
porċini u speċijiet ekwini u tat-tjur tal-irziezet lejn Stat Membru
ieħor biss jekk dawn ma joħolqux riskju sinifikanti ta' tixrid ta’
mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) għall-ispeċijiet elenkati
fil-post tad-destinazzjoni, filwaqt li jqisu l-istatus tas-saħħa
fil-post tad-destinazzjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali,
ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni u ta' notifika dwar
is-saħħa tal-annimali f'każijiet ta' movimenti ta’ prodotti
ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma ta’ speċijiet oħra
minbarra dawk ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u
speċijiet ekwini u tat-tjur tal-irziezet b'qies tal-kwistjonijiet li
ġejjin: (a) mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d)
fil-każ tal-ispeċijiet elenkati; (b) l-ispeċijiet ta’ annimali li minnhom
il-prodotti ġerminali jkunu nġabru u t-tip ta’ prodott
ġerminali; (c) l-istatus tas-saħħa
fil-postijiet tal-oriġini u tad-destinazzjoni; (d) it-tip ta’ ġbir, produzzjoni,
ipproċessar u ħażna; (e) fatturi epidemjoloġiċi oħra. 3. Fejn
iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u n-notifika ta’
movimenti ta’ prodotti ġerminali huma meħtieġa skont
il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu: (a) ir-regoli previsti fl-Artikoli 159, 160 u
l-Artikolu 161 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 159(5) u 160(3)
għandhom japplikaw għal tali ċertifikazzjoni; (b) ir-regoli previsti fl-Artikolu 161(1) u
(2) għandhom japplikaw għan-notifika dwar il-moviment. Taqsima 5
Derogi l-Artikolu 163
Il-prodotti ġerminali maħsuba għal għanijiet
xjentifiċi u atti delegati 1. B’deroga
mit-Taqsimiet minn 1 sa 4, l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni
tista’ tawtorizza movimenti ta' prodotti ġerminali għal skopijiet
xjentifiċi, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dawk it-Taqsimiet,
bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 155(1), l-Artikolu 155(2)(c), l-Artikolu
155(3) u l-Artikolu 156, suġġetti għall-konformità
mal-kindizzjonijiet li ġejjin: (a) qabel tingħata tali awtorizzazzjoni
l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni għandha tieħu
l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji biex tiżgura
li l-movimenti ta’ dawk il-prodotti ġerminali ma jipperikolawx l-istatus
tas-saħħa mat-triq u tal-postijiet tad-destinazzjoni fir-rigward ta'
mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d); (b) il-movimenti ta’ dawk il-prodotti
ġerminali jsir taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti
tal-post tad-destinazzjoni. 2. Meta tingħata deroga skont il-paragrafu
1, l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni għandha tinnotifika
lill-Istati Membri tal-oriġini u l-Istati Membri ta’ passaġġ
bid-deroga mogħtija u l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet
mogħtija. 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar
kundizzjonijiet għal derogi mill-awtorità kompetenti tal-post
tad-destinazzjoni, kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Kapitolu 7
Il-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali Artikolu 164
L-obbligi ġenerali tas-saħħa tal-annimali għall-operaturi u
atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa li jiżguraw li
fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta'
prodotti ta’ oriġini mill-annimali fl-Unjoni, dawn il-prodotti ma jwasslux
għat-tixrid ta’: (a) il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu
8(1)(d) meta jitqies l-istatus tas-saħħa tal-post tal-produzzjoni,
tal-ipproċessar jew tad-destinazzjoni; (b) mard emerġenti. 2. L-operaturi
għandhom jiżguraw li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali
mhumiex ġejjin minn stabbilimenti jew stabbilimenti kummerċjali
tal-ikel jew li huma miksuba minn annimali li ġejjin minn stabbilimenti
suġġetti għal: (a) miżuri ta’ emerġenza previsti
fl-Artikoli 246 u 247 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 248 sakemm id-derogi
mir-rekwiżit previst fil-paragrafu 1 huma previsti fir-regoli adottati
skont l-Artikolu 248; (b) restrizzjonijiet ta’ moviment applikabbli
għal annimali terrestri miżmuma u prodotti li joriġinaw
mill-annimali, kif previst fl-Artikoli 31(1), l-Artikolu 55(1)(e), l-Artikolu
56, l-Artikolu 61(1)(a), l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 65(1)(c), l-Artikolu
70(1)(b), l-Artikolu 74(1)(a), l-Artikolu 78(1) u (2) u r-regoli adottati skont
l-Artikoli 55(2), l-Artikoli 63 u 66, l-Artikolu 71(3), l-Artikolu 74(3) u
l-Artikoli 79 u l-Artikolu 81(2) sakemm f’dawk ir-regoli ma jkunux previsti
derogi minn dawk ir-restrizzjonijiet ta' moviment. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti dettaljati li jemendaw u jissupplimentaw
ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fil-każ ta' moviment
ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, b'qies ta’: (a) il-marda elenkata msemmija fl-Artikolu
8(1)(d) u l-ispeċijiet li tikkonċerna u (b) ir-riskji involuti. Artikolu 165
L-obbligi tal-operaturi dwar iċ-ċertifikati tas-saħħa
tal-annimali u atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment il-prodotti li
ġejjin li joriġinaw mill-annimali fi ħdan Stat Membru jew lejn
Stat Membru ieħor biss meta huma akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini b’mod konformi mal-paragrafu 3: (a) prodotti li joriġinaw mill-annimali
li: (i) huma permessi li jiġu ttrasportati
minn żona ristretta soġġetta għall-miżuri ta’
emerġenza previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 248; (ii) joriġinaw minn annimali
tal-ispeċijiet suġġetti għal dawk il-miżuri ta’
emerġenza; (b) prodotti li joriġinaw mill-annimali
li: (i) huma permessi li jiġu
soġġetti għal moviment minn żona ristretta
soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard skont
l-Artikolu 31(1), l-Artikolu 55(1)(f)(ii), l-Artikolu 56, l-Artikolu 61(1)(a),
l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 64, l-Artikoli 65(1)(c), 70(1)(b) u 74(1)(a) u
Artikolu 78(1) u (2) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 55(2), l-Artikoli 63
u 67, l-Artikolu 71(3) u 74 (3), l-Artikolu 79 u l-Artikolu 81(2), (ii) joriġinaw minn annimali
tal-ispeċijiet suġġetti għal dawk il-miżuri
għall-kontroll tal-mard. 2. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex
jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi
fil-paragrafu 1 jakkumpanja l-prodotti li joriġinaw mill-annimali
mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni
tagħhom. 3. L-awtorità
kompetenti għandha, meta tintalab mill-operatur, toħroġ
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment
tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1. 4. L-Artikoli
145, 146 u 147 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 143 u 144 u l-Artikolu
146(4) għandu japplikaw għal ċertifikazzjoni
għas-saħħa tal-annimali tal-movimenti tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 5. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward derogi mir-rekwiżiti ta' ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u
l-kundizzjonijiet għal tali derogi, fil-każ ta' movimenti ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid ta’ mard minħabba: (a) it-tipi ta’ prodotti li joriġinaw
mill-annimali; (b) il-miżuri ta' mitigazzjoni
tar-riskju applikati għal prodotti li joriġinaw mill-annimali b’tali
mod li jitnaqqsu r-riskji li jinfirex il-mard; (c) l-użu maħsub tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (d) il-post tad-destinazzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali. Artikolu 166
Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti
delegati u ta’ implimentazzjoni 1. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li joriġinaw
mill-annimali previsti fl-Artikolu 165(1) għandu jinkludi tal-anqas
l-informazzjoni li ġejja: (a) l-istabbiliment jew il-post
tal-oriġini u l-istabbiliment jew post tad-destinazzjoni; (b) deskrizzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (c) il-kwantità tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (d) l-identifikazzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali, meta mitluba mill-Artikolu 65(1)(h) jew ir-regoli
adottati skont l-Artikolu 67(a); (e) l-informazzjoni meħtieġa biex
tagħti xhieda li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ristrezzjoni tal-moviment previsti
fl-Artikolu 164(2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 164(3). 2. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li joriġinaw
mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi informazzjoni oħra
meħtieġa subordinata għal leġiżlazzjoni oħra
tal-Unjoni. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar l-informazzjoni li trid tiġi inkluża
fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward formoli
mudell ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali
għall-prodotti li ġejjin mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 167
Notifika ta’ movimenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn Stati
Membri oħra 1. L-operaturi
għandhom: (a) jinformaw lill-awtorità kompetenti
fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel il-moviment ippjanat
tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali meta l-kunsinni huma
meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 165(1); (b) jipprovdu l-informazzjoni kollha
meħtieġa biex jippermettu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini tinnotifika l-moviment tal-prodotti li joriġinaw
mill-annimali lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni b’konformità mal-paragrafu
2. 2. L-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali skont l-Artikolu 150 u r-regoli
adottati skont l-Artikolu 151. 3. L-Artikoli
149 u 150 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 151 għandhom ikunu
applikabbli għan-notifika ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. Kapitolu 8
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali Artikolu 168
Miżuri nazzjonali dwar movimenti ta’ annimali u prodotti ġerminali 1. L-Istati
Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jieħdu miżuri
nazzjonali li jikkonċernaw il-moviment ta’ annimali terrestri miżmuma
u prodotti ġerminali minnhom fit-territorji rispettivi tagħhom. 2. Dawk
il-miżuri nazzjonali għandhom: (a) iqisu r-regoli dwar il-moviment ta’
annimali u prodotti ġerminali stabbiliti fil-Kapitoli 3, 4, 5 u 6 u ma
għandhomx jikkontradixxu lil dawk ir-regoli; (b) ma jfixklux il-moviment ta’ annimali u
prodotti bejn l-Istati Membri; (c) ma jisbqux il-limiti ta’ dak li huwa
xieraq u meħtieġ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid
tal-mard elenkat msemmija fl-Artikolu 8(1)(d). Artikolu 169
Miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ mard ieħor
minbarra l-mard elenkat Fejn mard għajr mard elenkat
jikkostitwixxi riskju sinifikanti għall-qagħda tas-saħħa
tal- annimali terrestri miżmuma fi Stat Membru, l-Istat Membru
konċernat jista’ jieħu miżuri nazzjonali biex jikkontrolla dik
il-marda, sakemm dawn il-miżuri ma: (a) jfixklux
il-moviment ta’ annimali u prodotti bejn l-Istati Membri; (b) jisbqux
il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ għall-kontroll ta’
dik il-marda. TITOLU II
Annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn
annimali akkwatiċi Kapitolu 1
Ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni, iż-żamma ta' rekords u
reġistri Taqsima 1
Ir-reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tal-akkwakultura Artikolu 170
L-obbligu tal-operaturi biex jirreġistraw stabbilimenti
tal-akkwakultura 1. L-operaturi ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura għandhom, sabiex jiġu rreġistrati b’konformità
mal-Artikolu 171, qabel dawn jibdew it-tali attivitajiet: (a) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi
kwalunkwe stabbiliment tal-akkwakultura taħt ir-responsabbiltà
tagħhom; (b) jipprovdu lill-awtorità kompetenti
b’tagħrif dwar: (i) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur; (ii) il-post u deskrizzjoni
tal-faċilitajiet; (iii) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numru ta’ annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment tal-akkwakultura u
l-kapaċità tal-istabbiliment tal-akkwakultura; (iv) it-tip ta’ stabbiliment tal-akkwakultura; (v) aspetti oħra tal-istabbiliment li
huma relevanti fid-determinazzjoni r-riskji li jġib miegħu. 2. L-operaturi
ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom
jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’kull: (a) bidliet sinifikanti fl-istabbilimenti
tal-akkwakultura dwar l-affarijiet msemmija fil-paragrafu 1(b); (b) il-waqfien tal-attività fl-istabbiliment
tal-akkwakultura . 3. Stabbilimenti
tal-akkwakultura li huma soġġetti għall-approvazzjoni
b’konformità mal-Artikolu 174(1) ma għandhomx ikunu meħtieġa li
jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 4. Operatur
jista’ japplika għar-reġistrazzjoni prevista fil-paragrafu 1 biex
ikopri grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw
mal-kundizzjonijiet stabbiliti jew fil-punti (a) jew (b): (a) ikunu jinsabu f’żona
epidemjoloġikament marbuta u l-operaturi kollha f’dik iż-żona
joperaw taħt sistema komuni ta’ bijosigurtà; (b) jaqgħu taħt ir-responsabbiltà
tal-istess operatur, u (i) taħt sistema komuni ta’
bijosigurtà; u (ii) jinsabu f’viċinanza
ġeografika. Meta applikazzjoni għal reġistrazzjoni
tkopri grupp ta’ stabbilimenti, ir-regoli stipulati fil-paragrafi minn 1 sa 3
ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 171(2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu
173, li huma applikabbli għal stabbiliment tal-akkwakultura waħdieni
għandhom ikunu applikabbli għal grupp sħiħ ta’
stabbilimenti tal-akkwakultura. Artikolu 171
L-obbligi tal-awtorità kompetenti dwar ir-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura L-awtorità kompetenti għandha
tirreġistra: (a) stabbilimenti tal-akkwakultura
fir-reġistru ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura previsti fl-Artikolu
183(1), fejn l-operatur ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa skont
l-Artikolu 170(1); (b) gruppi ta’ stabbiliment tal-akkwakultura f’dak
ir-reġistru ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura sakemm il-kriterji
stabbiliti fl-Artikolu 170(4) huma mħarsa. Artikolu 172
Derogi mill-obbligu ta’ operaturi li jirreġistra stabbilimenti
tal-akkwakultura Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 170(1),
l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta’
stabbilimenti tal-akkwakultura mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni
b’kunsiderazzjoni tal-kriterji li ġejjin: (a) il-kategoriji,
l-ispeċijiet u n-numru jew volum ta’ annimali tal-akkwakultura
fl-istabbiliment tal-akkwakultura u l-kapaċità tal-istabbiliment
tal-akkwakultura; (b) it-tip
ta’ stabbiliment tal-akkwakultura; (c) il-movimenti
tal-annimali akkwatiċi lejn u lil hinn mill-istabbiliment
tal-akkwakultura. Artikolu 173
Setgħat ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw derogi mill-obbligu li
jiġu rreġistrati stabbilimenti tal-akkwakultura Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) L-informazzjoni
li għandha tingħata mill-operaturi għall-iskop
tar-reġistrazzjoni ta' stabbiliment tal-akkwakultura kif previst
fl-Artikolu 170(1); (b) it-tipi
ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li għalihom jistgħu jingħataw
derogi mir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni mill-Istati Membri kif previst
fl-Artikolu 172, sakemm dawn jippreżentaw riskju insinifikanti u b'qies
tal-kriterji previsti fl-Artikolu 172. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Taqsima 2
L-approvazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura Artikolu 174
L-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura u atti
delegati 1. L-operaturi
tas-segwenti tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura għandhom japplikaw
għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu
178(1) u dawn ma għandhomx jibdew l-attivitajiet tagħhom sakemm
l-istabbiliment tal-akkwakultura tagħhom ikun ġie approvata skont
l-Artikolu 179(1): (a) l-istabbilimenti tal-akkwakultura fejn
jinżammu annimali tal-akkwakultura bil-għan li jiġu
soġġetti għal moviment mill-istabbiliment tal-akkwakultura sew
jekk ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali
tal-akkwakultura, anke jekk madankollu, applikazzjoni bħal din ma għandhiex
tkun meħtieġa fejn dawn jiġu unikament soġġetti
għal moviment għal: (i) forniment dirett għall-konsum
mill-bniedem ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali; jew (ii) stabbilimenti lokali ta’ bejgħ
bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali. (b) stabbilimenti tal-akkwakultura oħra li
jippreżentaw riskju għoli minħabba: (i) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numru ta’ annimali tal-akkwakultura fl- istabbiliment tal-akkwakultura; (ii) it-tip ta’ stabbiliment
tal-akkwakultura; (iii) il-movimenti tal-annimali
akkwatiċi lejn u lil hinn mill-istabbiliment tal-akkwakultura. 2. L-operaturi
għandhom itemmu l-attività ta’ stabbiliment tal-akkwakultura msemmi
fil-paragrafu 1 fejn: (a) l-awtorità kompetenti tirtira jew
tissospendi l-approvazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 182(2); (b) f’każ ta’ approvazzjoni
kondizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 18 (3), stabbiliment
tal-akkwakultura jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti pendenti msemmija
fl-Artikolu 181(3) u ma tinkisibx l-approvazzjoni finali skont l-Artikolu
182(4). 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar is-supplimentar u l-emendar tar-regoli
għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura previsti
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta': (a) derogi mir-rekwiżit għal operaturi
biex japplikaw għand l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni
tat-tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-paragrafu 1(a); (b) it-tipi ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura li għandhom jiġu approvati skont il-paragrafu 1(b). 4. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kriterji li ġejjin, meta tadotta l-atti delegati
msemmija fil-paragrafu 3: (a) l-ispeċijiet u l-kategoriji
tal-annimali tal-akkwakultura li jinżammu fi stabbiliment
tal-akkwakultura; (b) it-tip ta’ stabbiliment tal-akkwakultura
u t-tip ta’ produzzjoni; (c) ix-xejriet tal-moviment tipiku tat-tip
ta’ stabbiliment tal-akkwakultura u l-ispeċijiet jew kategoriji ta’
annimali tal-akkwakultura kkonċernati . 5. Operatur
jista’ japplika għal approvazzjoni ta’ grupp ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura sakemm ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 175(a) u (b)
huma mħarsa. Artikolu 175
L-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ grupp ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura L-awtorità kompetenti tista’ tagħti
approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 179(1) li tkopri grupp ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura, bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet
stipulati jew fil-punt (a) jew il-punt (b): (a) ikunu
jinsabu f'żona marbuta epidemjoloġikament u l-operaturi kollha
joperaw taħt sistema komuni ta' bijosigurtà; madankollu,
iċ-ċentri tal-ispedizzjoni, iċ-ċentri tat-tisfija u
stabbilimenti simili li jinsabu f'tali żona marbuta
epidemjoloġikament għandhom jiġu approvati wieħed
wieħed; (b) jaqgħu
taħt ir-responsabbiltà tal-istess operatur; u (i) taħt sistema komuni ta’
bijosigurtà; u (ii) jinsabu f’viċinanza
ġeografika. Meta tingħata l-approvazzjonigħal
grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 176
u l-Artikoli minn 178 sa 182 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 178(2) u 179(2)
li huma applikabbli għal stabbiliment tal-akkwakultura waħdieni
għandhom ikunu applikabbli għall-grupp ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura. Artikolu 176
L-approvazzjoni ta' status ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura konfinat L-operaturi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura
li jixtiequ jiksbu l-istatus ta’ stabbiliment konfinat għandhom: (a) japplikaw
għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu
178(1); (b) ma
jissoġġettawx għal moviment annimali tal-akkwakultura lejn
stabbiliment tal-akkwakultura konfinat b’konformità mar-rekwiżiti previsti
fl-Artikolu 203(1) u kwalunkwe atti delegati adottati skont l-Artikolu 203(2)
sakemm l-istabbiliment tagħhom jikseb approvazzjoni ta’ dak l-istatus
mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 179 jew l-Artikolu 181. Artikolu 177
L-approvazzjoni ta’ stabbilimenti ta' kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku L-operaturi ta’ stabbilimenti ta' kontroll
tal-mard tal-ikel akkwatiku għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti
tagħhom huma approvati mill-awtorità kompetenti għall-qatla
tal-annimali akkwatiċi għal skopijiet ta’ kontroll ta’ mard, skont
l-Artikolu 61(1)(b), l-Artikolu 62 u l-Artikoli 68(1), 78(1) u (2) u r-regoli
adottati skont l-Artikolu 63 u l-Artikoli 70(3), 71(3) u l-Artikolu 78(3). Artikolu 178
L-obbligu ta’ informazzjoni tal-operaturi bil-ħsieb li jiksbu
l-approvazzjoni u atti ta’ implimentazzjoni 1. L-operaturi
għandhom, għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħhom
għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom kif previst fl-Artikolu
174(1), l-Artikolu 175, l-Artikolu 176(a) u l-Artikolu 177 jipprovdu
lill-awtorità kompetenti b’tagħrif dwar: (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur; (b) il-post tal-istabbiliment u deskrizzjoni
tal-faċilitajiet; (c) il-kategoriji, l-ispeċijiet u
n-numru ta’ annimali tal-akkwakultura fl- istabbiliment; (d) it-tip ta’ stabbiliment; (e) fejn rilevanti, id-dettalji
tal-approvazzjoni ta’ grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura skont l-Artikolu
175; (f) aspetti oħra tal-istabbiliment
tal-akkwakultura li huma rilevanti fid-determinazzjoni r-riskji li jġib
miegħu. 2. L-operaturi
tal-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw
lill-awtorità kompetenti b’kull: (a) bidliet sinifikanti fl-istabbilimenti
dwar l-affarijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c); (b) il-waqfien tal-attività fl-istabbiliment. 3. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward
l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi fl-applikazzjoni
għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom, skont il-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 179
L-għoti ta’ approvazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u
atti delegati 1. L-awtorità
kompetenti għandha tagħti approvazzjonijiet ta’ stabbiliment
tal-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 174(1) u, l-Artikolu 176(a), ta' grupp ta’
stabbilimenti tal-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 175 u ta' stabbilimenti
tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku msemmi fl-Artikolu 177 biss fejn
it-tali stabbiliment: (a) jikkonforma mal-ħtiġijiet li
ġejjin, fejn xieraq rigward: (i) kwarantina, iżolament u miżuri
oħrajn ta’ bijosigurtà filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stipulati
fl-Artikolu 9(1)(b) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 9(2); (ii) ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza
previsti fl-Artikolu 22 u fejn rilevanti għat-tip ta’ stabbiliment u
r-riskji involuti, fl-Artikolu 23, u r-regoli adottati skont l-Artikolu 24; (iii) iż-żamma ta’ rekords previsti
fl-Artikoli minn 185 sa 187 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 188 u 189; (b) ikollu faċilitajiet u tagħmir
li huma: (i) adegwati biex jitnaqqas ir-riskju
tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ mard għal livell aċċettabbli,
filwaqt li jitqies it-tip ta’ stabbiliment; (ii) ta’ kapaċità adegwata
għall-kwantità ta’ annimali akkwatiċi; (c) ma jwassalx għal riskju
inaċċettabbli ta' tixrid ta’ mard, filwaqt li jitqiesu l-miżuri
ta' mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ; (d) ikollu sistema fis-seħħ li
tippermetti lill-operatur jagħti xhieda lill-awtorità kompetenti li
r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) ikunu qed jiġu
ssodisfati. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’: (a) kwarantina, iżolament u miżuri
ta’ bijosikurezza oħra msemmija fil-paragrafu 1(a)(i); (b) is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu
1(a)(ii); (c) il-faċilitajiet u t-tagħmir
imsemmijin fil-paragrafu 1(b). 3. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin meta jiġu stabbiliti
regoli biex jiġu stipulati fl-atti delegati li għandhom ikunu
adottati skont il-paragrafu 2: (a) ir-riskji li jġib miegħu minn
kull tip ta’ stabbiliment; (b) l-ispeċijiet u l-kategoriji
tal-annimali akkwatiċi jew tal-akkwakultura; (c) it-tip ta’ produzzjoni; (d) ix-xejriet tal-moviment tipiku tat-tip
ta’ stabbiliment tal-akkwakultura u l-ispeċijiet u l-kategoriji
tal-annimali miżmuma f’dawk l-istabbilimenti. Artikolu 180
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti L-awtorità kompetenti għandha
espressament tispeċifika fl-approvazzjonijiet ta’ stabbiliment
tal-akkwakultura jew tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku mogħtija
skont l-Artikolu 179(1): (a) għal liema tipi ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 174(1), l-Artikolu 176(a), gruppi ta’
stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 175 u stabbilimenti
tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku msemmija fl-Artikolu 177, u r-regoli
adotatti skont l-Artikolu 174(3) tapplika l-approvazzjoni; (b) għal liema speċijiet u kategoriji
ta’annimali tal-akkwakultura tapplika l-approvazzjoni. Artikolu 181
Il-proċeduri biex tingħata l-approvazzjoni mill-awtorità
kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri li l-operaturi
għandhom isegwu fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni
tal-istabbilimenti tagħhom skont l-Artikolu 174(1) u l-Artikoli 176 u 177. 2. Malli
tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni minn operatur skont
l-Artikolu 174(1), l-Artikolu 176 u l-Artikolu 177, l-awtorità kompetenti
għandha tagħmel żjara fuq il-post. 3. L-awtorità
kompetenti tista’ tagħti approvazzjoni b’kundizzjoni ta’ stabbiliment fejn
jidher, abbażi tal-applikazzjoni tal-operatur u ta' żjara sussegwenti
fuq il-post tal-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif jipprevedi
l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li dan jissodisfa r-rekwiżiti ewlenin
kollha li jipprovdu biżżejjed garanziji li t-tali stabbiliment ma
jippreżentax riskju sinifikanti, bil-ħsieb li tiġi żgurata
l-konformità mar-rekwiżiti pendenti għall-approvazzjoni prevista
fl-Artikolu 179(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 179(2). 4. Fejn
tkun ingħatat approvazzjoni kundizzjonali mill-awtorità kompetenti skont
il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tagħti approvazzjoni
sħiħa biss jekk jidher minn żjara fuq il-post tal-istabbiliment
oħra, imwettqa fi żmien tliet xhur mid-data tal-għoti ta’
l-approvazzjoni b’kundizzjoni, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti
kollha għal approvazzjoni previsti fl-Artikolu 179(1) u r-regoli adottati
skont l-Artikolu 179(2). Fejn dik iż-żjara fuq il-post turi li
ikun sar progress biċ-ċar iżda l-istabbiliment għadu ma
jissodisfax dawn ir-rekwiżiti kollha, l-awtorità kompetenti tista’ ttawwal
l-approvazzjoni b’kundizzjoni. Madankollu, l-approvazzjoni b’kundizzjoni
m’għandhiex taqbeż il-perjodu totali ta' sitt xhur. Artikolu 182
Ir-reviżjoni, sospensjoni u rtirar ta’ approvazzjonijiet mill-awtorità
kompetenti 1. L-awtorità
kompetenti għandha żżomm l-approvazzjonijiet ta’ stabbilimenti
mogħtija skont l-Artikolu 179(1) taħt reviżjoni. 2. Fejn
l-awtorità kompetenti tidentifika nuqqasijiet serji fl-istabbiliment
fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 179(1) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 179(2) u l-operatur mhuwiex kapaċi li
jipprovdi garanziji adegwati li dawk in-nuqqasijiet se jiġu solvuti,
l-awtorità kompetenti għandha tibda proċeduri sabiex tirtira
l-approvazzjoni tal-istabbiliment. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’
tissospendi approvazzjoni tal-istabbiliment fejn l-operatur jista’
jiggarantixxi li permezz t'hekk jiġu solvuti d-defiċjenzi f’perjodu
ta’ żmien raġjonevoli. 3. L-approvazzjoni għandha tingħata
lura biss wara l-irtirar jew is-sospensjoni skont il-paragrafu 2 meta
l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-istabbiliment jikkonforma
kompletament mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament, li huma xierqa
għal dak it-tip ta’ stabbiliment. Taqsima 3
Ir-reġistru tal-awtorità kompetenti ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u
stabbilimenti tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku Artikolu 183
Ir-reġistru ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u stabbilimenti
tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku 1. L-awtorità
kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat
reġistru ta’: (a) l-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha
rreġistrati b’konformità mal-Artikolu 171; (b) l-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha
approvati skont l-Artikoli 179(1); (c) l-istabbilimenti tal-kontroll tal-mard
tal-ikel akkwatiku kollha approvati skont l-Artikolu 179(1). 2. Ir-reġistru
ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura previst fil-paragrafu 1 għandu jinkludi
tagħrif dwar: (a) l-isem u l-indirizz tal-operatur u
n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu; (b) il-pożizzjoni ġeografika
tal-istabbiliment tal-akkwakultura jew meta applikabbli, il-grupp ta’
stabbilimenti tal-akkwakultura; (c) it-tip ta’ produzzjoni fl-istabbiliment; (d) il-provvista u l-iskarikar tal-ilma
tal-istabbiliment, meta rilevanti; (e) l-ispeċijiet tal-annimali
tal-akkwakultura miżmuma fl-istabbiliment; (f) informazzjoni aġġornata dwar
l-istatus tas-saħħa tal-istabbiliment tal-akkwakultura
rreġistrat, jew meta applikabbli, tal-grupp ta’ stabbilimenti, fir-rigward
tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d). 3. Fil-każ
ta' stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 179(1), l-awtorità kompetenti
għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi
elettroniċi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a), (c),
(e) u (f) ta’ dan l-Artikolu. 4. Fejn
dan ikun xieraq u relevanti, l-awtorità kompetenti tista’ tikkombina
r-reġistrazzjoni previst fil-paragrafu 1 ma' reġistrazzjoni għal
skopijiet oħra. Artikolu 184
Id-delega ta’ setgħat u atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-reġistru
ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 254 dwar: (a) l-informazzjoni li għandha tkun
inkluża fir-reġistru ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura previst
fl-Artikolu 183(1); (b) id-disponibbiltà pubblika ta’ dak
ir-reġistru tal-istabbilimenti. 2. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar
l-għamla u l-proċeduri tar-reġistru tal-istabbilimenti previst
fl-Artikolu 183(1) u (3). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Taqsima 4
Iż-żamma tar-rekords u t-traċċabbiltà Artikolu 185
L-obbligi taż-żamma tar-rekords mill-operaturi ta’ stabbilimenti
tal-akkwakultura 1. L-operaturi
ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura soġġetti għal
reġistrazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 171 jew approvazzjoni skont
l-Artikolu 179(1) għandhom iżommu rekords aġġornati li jkun
fihom mill-inqas it-tagħrif li ġej: (a) il-movimenti kollha tal-annimali
tal-akkwakultura u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba minn
dawn l-annimali lejn u lil hinn mill-istabbilment tal-akkwakultura, waqt li
jiddikjaraw kif xieraq: (i) il-post tal-oriġini jew
id-destinazzjoni tagħhom; (ii) id-data ta’ dawn il-movimenti; (b) iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali fl-għamla ta’ karta jew f'għamla
elettronika li huma meħtieġa jakkumpanjaw il-movimenti ta’ annimali
tal-akkwakultura li jaslu fi stabbiliment tal-akkwakultura b’konformità
mal-Artikolu 208 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 211(b) u (c) u l-Artikolu
213(2); (c) il-mortalità f’kull unità
epidemjoloġika u problemi oħrajn ta’ mard fl-istabbiliment
tal-akkwakultura skont kif ikun rilevanti għat-tip ta’ produzzjoni; (d) il-miżuri ta’ bijosigurtà,
is-sorveljanza, it-trattamenti, ir-riżultati tat-testijiet u informazzjoni
relevanti oħra kif xieraq rigward: (i) il-kategorija u l-ispeċi
tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment; (ii) it-tip ta’ produzzjoni fl-istabbiliment
tal-akkwakultura; (iii) it-tip ta’ stabbiliment
tal-akkwakultura; (e) ir-riżultati taż-żjarat
dwar is-saħħa tal-annimali, meta jkun meħtieġ skont
l-Artikolu 23(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 24; 2. L-operaturi
tal-istabbilimenti tal-akkwakultura għandhom: (a) jirreġistraw l-informazzjoni
prevista fil-paragrafu 1(a) b’tali mod li t-traċċar tal-post tal-oriġini
u d-destinazzjoni ta’ annimali akkwatiċi tista’ tiġi ggarantita; (b) iżommu l-informazzjoni prevista
fil-paragrafu 1 dwar l-istabbiliment tal-akkwakultura u jagħmluha
disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhielhom. (c) iżommu l-informazzjoni prevista
fil-paragrafu 1 għal perjodu minimu li għandu jkun determinat
mill-awtorità kompetenti imma li ma jistax ikun anqas minn perjodu ta’ tliet
snin. Artikolu 186
L-obbligu taż-żamma ta’ reġistru mill-istabbilimenti
tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku 1. L-operaturi
tal-istabbilimenti tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku soġġetti
għal approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu 177 għandhom iżommu
reġistri aġġornati dwar il-movimenti kollha tal-annimali
tal-akkwakultura u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba minn dawn
l-annimali lejn u lil hinn minn dawn l-istabbilimenti. 2. L-operaturi
tal-istabbilimenti tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għandhom: (a) iżommu r-rekords previsti
fil-paragrafu 1 dwar l-istabbiliment tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku u
jagħmluhom disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din
titlobhomlhom. (b) iżommu r-rekords previsti
fil-paragrafu 1 għal perjodu minimu li għandu jkun determinat
mill-awtorità kompetenti imma li ma jistax ikun anqas minn perjodu ta’ tliet
snin. Artikolu 187
L-obbligu fuq it-trasportaturi li jżommu r-rekords 1. It-trasportaturi
ta’ annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi
maħsuba għall-akkwakultura għandhom iżommu rekords
aġġornati dwar: (a) ir-rati tal-mortalità tal-annimali
tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi waqt
it-trasport, kif inhu prattikabbli għat-tip ta’ trasport u l-ispeċi
tal-annimali tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi li
jiġu trasportati; (b) l-istabbilimenti tal-akkwakultura u
l-istabbilimenti tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku li jkun żar
il-mezz ta’ trasport; (c) kwalunkwe skambju tal-ilma li
seħħ matul it-trasport, bi speċifikazzjoni tas-sorsi tal- ilma
ġdid u s-siti tal-ħruġ tal-ilma. 2. It-trasportaturi
għandhom: (a) iżommu r-rekords previsti
fil-paragrafu 1 u jagħmluhom disponibbli għall-awtorità kompetenti
meta din titlobhom. (b) iżommu r-rekords previsti
fil-paragrafu 1 għal perjodu minimu li għandu jkun determinat
mill-awtorità kompetenti imma li ma jistax ikun anqas minn perjodu ta’ tliet
snin. Artikolu 188
Delega tas-setgħat rigward iż-żamma tar-rekords 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-regoli li jissupplimentaw ir-rekwiżiti
taż-żamma tar-rekords previsti fl-Artikoli 185, 186 u 187 li
jistabbilixxi regoli dwar: (a) derogi mir-rekwiżiti
taż-żamma tar-rekords għal: (i) l-operaturi ta’ ċerti kategoriji
ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u t-trasportaturi; (ii) stabbilimenti tal-akkwakultura jżommu
għadd żgħir ta’ annimali jew t-trasportaturi jittrasportaw numru
żgħir ta’ annimali; (iii) ċerti kategoriji jew
speċijiet ta’ annimali; (b) l-informazzjoni li għandha tiġi
rreġistrata mill-operaturi flimkien ma’ dak previst fl-Artikoli 185(1),
l-Artikolu 186(1) u 187(1); (c) il-perjodu minimu ta’ żmien li
matulu r-rekords previsti fl-Artikoli 185, 186 u 187 huma meħtieġa li
jinżammu. 2. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-materji li ġejjin, meta tadotta l-atti delegati
msemmija fil-paragrafu 1: (a) ir-riskji li jġib miegħu minn
kull tip ta’ stabbiliment tal-akkwakultura; (b) Il-kategoriji jew speċijiet ta’
annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment tal-akkwakultura; (c) it-tip ta’ produzzjoni fl-istabbiliment; (d) ix-xejriet ta’ movimenti tipiċi
għat-tip ta’ stabbiliment tal-akkwakultura jew stabbiliment tal-kontroll
tal-mard tal-ikel akkwatiku; (e) in-numru jew il-volum ta’ annimali
tal-akkwakultura fl-istabbiliment jew li qed jiġu trasportati. Artikolu 189
Is-setgħat implimentattivi rigward iż-żamma tar-rekords Permezz ta’
atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) L-għamla
ta’ kif jinżammu r-rekords skont l-Artikoli 185, 186 u 187; (b) iż-żamma
ta’ dawk ir-rekords f'għamla elettronika; (c) l-ispeċifikazzjonijiet
operattivi taż-żamma tar-rekords. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 2
Movimenti fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi ta’ xort’oħra minn
annimali domestiċi akkwatiċi Taqsima 1
Rekwiżiti Ġenerali Artikolu 190
Ir-rekwiżiti ġenerali għall-moviment ta’ annimali akkwatiċi
1. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-moviment
ta’ annimali akkwatiċi ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa
fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta’: (a) il-mard elenkat msemmi fl-Artikolu
8(1)(d); (b) mard emerġenti. 2. L-operaturi m’għandhomx
jissoġġettaw għall-moviment l-annimali akkwatiċi lejn
stabbiliment tal-akkwakultura jew għall-konsum mill-bniedem jew
jeħilsuhom fis-selvaġġ, f'każijiet meta it-tali annimali
akkwatiċi huma soġġetti għal: (a) restrizzjonijiet fuq il-moviment li
jaffettwa l-kategorija u l-ispeċi kkonċernata skont ir-regoli
stabbiliti fl-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56, l-Artikolu 61(1), l-Artikoli 62,
64 u 65, l-Artikolu 70(1) u (2), l-Artikolu 74(1), 78(1) u (2), 80(1) u (2) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikoli 70(3),
71(3) u 74(3), l-Artikolu 79, u l-Artikoli 80(4) u l-Artikolu 81(2); jew (b) il-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti
fl-Artikoli 244 u 247 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 248. Madankollu, l-operaturi jistgħu
jissoġġettaw għall-moviment dawk annimali akkwatiċi
f'każijiet fejn derogi minn restrizzjonijiet ta’ moviment għal
movimenti bħal dawn jew għal rilaxx huma previsti fit-Titolu II
tal-Parti III jew f'derogi minn miżuri ta’ emerġenza fir-regoli
adottati skont l-Artikolu 248. 3. L-operaturi għandhom jieħdu
l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li
l-annimali akkwatiċi, wara li jitilqu mill-post tal-oriġini tagħhom,
jiġu kkunsinnati mingħajr dewmien lejn il-post tad-destinazzjoni
finali. Artikolu 191
Il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-mard fir-rigward ta’ trasport u atti
delegati 1. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-mard xierqa u
meħtieġa biex jiżguraw li: (a) l-istatus tas-saħħa
tal-annimali akkwatiċi ma jiġix ipperikolat matul il-ġarr; (b) l-operazzjonijiet tat-trasport ta’
annimali akkwatiċi ma jikkawżawx il-potenzjal ta' tixrid tal-mard
elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) fost il-bniedem jew l-annimali mat-triq, u
f’postijiet tad-destinazzjoni; (c) it-tindif, id-diżinfettar u
d-diżinfestazzjoni ta’ tagħmir u mezzi ta’ trasport u miżuri ta’
bijosigurtà oħra mittieħda jkunu adegwati, kif jixraq
għar-riskji involuti mat-trasport; (d) kwalunkwe skambju tal-ilma matul
it-trasport tal-annimali akkwatiċi maħsuba għall-akkwakultura
jitwettaq f’postijiet u taħt kundizzjonijiet li ma jipperikolawx l-istatus
tas-saħħa fir-rigward ta’ mard elenkat imsemmi l-Artikolu 8(1)(d): (i) l-annimali akkwatiċi li jkunu qed
jiġu trasportati; (ii) kwalunkwe annimal akkwatiku mat-triq
lejn il-post tad-destinazzjoni; (iii) l-annimali akkwatiċi fil-post
tad-destinazzjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) it-tindif, id-diżinfettar u
d-diżinfestazzjoni ta’ tagħmir u mezzi ta’ trasport bi qbil
mal-paragrafu 1(c) u l-użu ta’ prodotti bijoċidali għal
skopijiet bħal dawn; (b) barra l-miżuri ta’ bijosigurtà
xierqa matul it-trasport kif previst fil-paragrafu 1(c); (c) skambji tal-ilma waqt it-trasport kif
previst fil-paragrafu 1(d). Artikolu 192
Bidla fl-użu maħsub 1. L-annimali
akkwatiċi li jiġu soġġetti għal moviment biex jinqerdu
jew jitbiċċru f’konformità mal-miżuri msemmija fil-punt (a) jew
(b) m’għandhom jintużaw għall-ebda skop ieħor: (a) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard
previsti fl-Artikoli 31(1) u 55(1), l-Artikoli 56, 61, 62, 64, 65, 67 u 70,
l-Artikolu 74(1) u l-Artikoli 78 u 80 u r-regoli adottati skont l-Artikolu
55(2), l-Artikoli 63 u 66, l-Artikoli 70(3), 71(3) u 74(3), l-Artikolu 79, u
l-Artikoli 80(3) u 81(2); (b) il-miżuri ta’ emerġenza
previsti fl-Artikoli 246 u 247 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 248. 2. L-annimali
akkwatiċi soġġetti għall-moviment għall-konsum
mill-bniedem, l-akkwakultura, ir-rilaxx fl-ambjent naturali jew kwalunkwe
għanijiet speċifiċi oħra, ma għandhomx jintużaw
għal skopijiet oħra barra dak maħsub. Artikolu 193
L-obbligi tal-operaturi fil-post tad-destinazzjoni 1. L-operaturi
ta’ stabbilimenti u stabbilimenti tan-negozju tal-ikel li jirċievu
annimali tal-akkwakultura għandhom: (a) jiċċekkjaw li wieħed minn
dawn id-dokumenti huma preżenti: (i) iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 208(1), l-Artikolu 209 u
l-Artikolu 224(1) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 188, 211 u 213 huma
preżenti; (ii) id-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni
previsti fl-Artikolu 218(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 218(3) u (4)
huma preżenti; (b) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi
kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’: (i) l-annimali tal-akkwakultura li
jirċievi; (ii) il-preżenza tad-dokumenti msemmija
fil-punt (a) (i) u (ii). 2. F’każ
ta’ kwalunkwe irregolarità kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), l-operatur
għandu jiżola l-annimali tal-akkwakultura konċernati b’dik
l-irregolarità sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni
li tikkonċernahom. Artikolu 194
Ir-rekwiżiti ġenerali għall-operaturi f'każijiet ta'
movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma li jgħaddu minn Stati Membri
li iżda huma maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn
pajjiżi jew territorji terzi L-operaturi għandhom jiżguraw li
l-annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-esportazzjoni lejn
pajjiż jew territorju terz u li jgħaddu mit-territorju ta’ Stati
Membri oħra jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 190, 191 u
192. Taqsima 2
Annimali akkwatiċi maħsuba għal stabbilimenti tal-akkwakultura
jew biex jiġu rilaxxati fl-ambjent naturali Artikolu 195
Mortalità mhux normali jew sintomi serji oħra ta' mard 1. L-operaturi
ma għandhomx jissoġġettaw għal moviment annimali
akkwatiċi minn xi stabbiliment tal-akkwakultura jew mis-selvaġġ
lejn stabbiliment tal-akkwakultura ieħor jew jeħilsuhom
fis-selvaġġ jekk dawn joriġinaw minn stabbiliment tal-akkwakultura
jew ambjent fejn hemm: (a) mortalitajiet mhux normali; jew (b) sintomi serji oħra ta' mard
b’kawża indeterminata. 2. B’deroga
mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza tali moviment jew
rilaxx ta’ annimali akkwatiċi, abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji,
sakemm l-annimali akkwatiċi joriġinaw minn parti ta’ stabbiliment
tal-akkwakultura jew mis-selvaġġ li hija indipendenti mis-sezzjoni
epidemjoloġika fejn il-mortalità mhix normali jew fejn ikunu
seħħew is-sintomi tal-mard l-oħrajn. Artikolu 196
Il-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati
Membri, żoni jew kompartimenti li ġew iddikjarati ħielsa
mill-mard jew li huma suġġetti għal programm ta’ qerda u atti
delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għall-moviment annimali
tal-akkwakultura minn xi stabbiliment tal-akkwakultura għall-finijiet
imsemmijin fil-punt (a) jew (b) ta’ dan l-Artikolu, biss jekk dawk l-annimali
tal-akkwakultura joriġinaw minn Stat Membru, jew żona jew
kompartiment tiegħu, li kien iddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu
36(3) jew 37(4) għal mard elenkat msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) jew (c)
meta huma ta’ speċijiet elenkati għal dak il-mard elenkat u
l-annimali tal-akkwakultura huma: (a) intiżi li jiġu introdotti
f’Stat Membru, jew żona jew kompartiment tiegħu li: (i) tkun ġiet iddikjarata ħielsa
mill-mard skont l-Artikolu 36(3) jew l-Artikolu 37(4); jew (ii) soġġetti għal programm
ta’ qerda kif previst fl-Artikolu 30(1) u (2) fir-rigward ta’ waħda jew
aktar mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (c); (b) intiżi għal: (i) stabbiliment tal-akkwakultura
soġġett għal: –
reġistrazzjoni skont l-Artikolu 171: jew –
approvazzjoni skont l-Artikoli 174, 175, 176 u
l-Artikolu 177; jew (ii) rilaxxati fis-selvaġġ. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 rigward derogi mir-rekwiżiti dwar il-moviment jew ir-rilaxx
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid ta’ mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) minħabba: (a) l-ispeċijiet, il-kategoriji, u
l-istadju tal-ħajja tal-annimali tal-akkwakultura; (b) it-tip ta’ stabbiliment tal-oriġini
u tad-destinazzjoni; (c) l-użu maħsub
għall-annimali tal-akkwakultura; (d) il-post tad-destinazzjoni
għall-annimali tal-akkwakultura; (e) it-trattamenti, il-metodi ta’
pproċessar u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju speċjali
oħra applikati f’postijiet tal-oriġini jew tad-destinazzjoni. Artikolu 197
Derogi minn Stati Membri dwar l-obbligu tal-operaturi għall-moviment ta’
annimali tal-akkwakultura bejn Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti
għal programm ta’ qerda Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 196(1),
l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi biex
jissoġġettaw għal moviment annimali tal-akkwakultura f’żona
jew kompartiment fi Stat Membru ieħor u li għalihom programm ta’ qerda
ġie stabbilit skont l-Artikolu 30(1) u (2) fir-rigward tal-mard elenkat
imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (c) skont l-Artikolu 30(1) u (2), minn żona
jew kumpartiment ieħor li għalihom programm bħal dan ġie
wkoll stabbilit għall-istess mard elenkat, dment li tali moviment ma
jheddidx l-istatus tas-saħħa tal-Istat Membru, żona jew
kumpartiment tad-destinazzjoni. Artikolu 198
Miżuri tal-Istati Membri dwar rilaxx ta’ annimali tal-akkwakultura
fl-ambjent naturali L-Istati Membri jistgħu
jeħtieġu li l-annimali tal-akkwakultura għandhom biss jiġu
rilaxxati fl-ambjent naturali jekk dawn joriġinaw minn Stat Membru, jew
żona jew kompartiment iddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu
36(1) jew l-Artikolu 37(1) fir-rigward tal-mard elenkat msemmija fl-Artikolu
8(1)(b) u (c) li għalihom l-ispeċijiet tal-annimali tal-akkwakultura
li jridu jiġu soġġetti għal moviment huma speċijiet
elenkati, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa taż-żona
fejn l-annimali tal-akkwakultura għandhom jiġu rilaxxati. Artikolu 199
Il-moviment ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba
għall-Istati Membri, żoni jew kompartimenti li ġew iddikjarati
ħielsa mill-mard jew li huma suġġetti għal programm ta’
qerda u atti delegati 1. L-Artikoli
196 u 197 japplikaw ukoll għal movimenti ta’ annimali akkwatiċi
selvaġġi maħsuba għal xi stabbiliment tal-akkwakultura jew
stabbiliment tal-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku suġġett
għal: (a) reġistrazzjoni, b’konformità
mal-Artikolu 171; jew (b) approvazzjoni skont l-Artikoli minn 174
sa 177. 2. L-operaturi għandhom jieħdu
l-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-mard meta jissoġġettaw
għal moviment annimali akkwatiċi selvaġġi bejn l-abitati
sabiex dawn il-movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid
ta’ mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) għall-annimali akkwatiċi
fil-post tad-destinazzjoni. 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar il-
miżuri preventivi għall-mard li għandhom jittieħdu
mill-operaturi kif previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Taqsima 3
Annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem Artikolu 200
Il-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati
Membri, żoni jew kompartimenti li ġew iddikjarati ħielsa
mill-mard jew li huma suġġetti għal programm ta’ qerda u atti
delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għall-moviment annimali
tal-akkwakultura minn xi stabbiliment tal-akkwakultura għall-finijiet
imsemmijin fil-punt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu, biss jekk dawk l-annimali
tal-akkwakultura joriġinaw minn Stat Membru, jew żona jew
kompartiment tiegħu, li kien iddikjarat ħieles mill-mard skont
l-Artikolu 36(3) jew 37(4) għal mard elenkat msemmija fl-Artikolu 8(1)(b)
jew (c) meta huma ta’ speċijiet elenkati għal dak il-mard elenkat u
dawn: (a) ikunu introdotti f’Stat Membru, jew
żona jew kompartiment tiegħu li jkun ġie ddikjarat ħieles
mill-mard skont l-Artikoli 36(3) jew 37(4) jew li għalih ikun ġie
stabbilit programm ta’ qerda skont l-Artikolu 30(1) jew (2) fir-rigward ta’ waħda
jew aktar mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (c); (b) huma maħsuba għall-konsum
tal-bniedem. 2. B’deroga
mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw
l-operaturi biex jintroduċu annimali tal-akkwakultura f’żona jew
kumpartiment li għalih ġie stabbilit programm ta’ qerda skont
l-Artikolu 30(1) jew (2) fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu
8(1)(b) u (c), minn oħra żona jew kumpartiment li għalihom
programm bħal dan ġie wkoll stabbilit fir-rigward tal-istess mard fi
ħdan dak l-Istat Membru, dment li t-tali moviment mhux ser jhedded
l-istatus tas-saħħa tal-Istat Membru, jew żona jew kompartiment
tiegħu. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar id-derogi mir-rekwiżiti dwar il-moviment previsti
fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal dawk il-movimenti ta’ annimali
tal-akkwakultura li ma jippreżentawx riskju sinifikanti ta’ tixrid ta’
mard minħabba: (a) l-ispeċijiet, il-kategoriji, u
l-istadju tal-ħajja tal-annimali tal-akkwakultura; (b) il-metodi taż-żamma
tal-annimali tal-akkwakultura u t-tip ta' produzzjoni tal-istabbilimenti
tal-akkwakultura tal-oriġini u tad-destinazzjoni; (c) l-użu maħsub
għall-annimali tal-akkwakultura; (d) il-post tad-destinazzjoni
għall-annimali tal-akkwakultura; (e) it-trattamenti, il-metodi ta’
pproċessar u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju speċjali
oħra applikati fil-post tal-oriġini jew tad-destinazzjoni. Artikolu 201
Il-moviment ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba
għall-Istati Membri, żoni jew kompartimenti li ġew iddikjarati
ħielsa mill-mard jew li huma suġġetti għal programm ta’
qerda u atti delegati 1. L-Artikolu
200(1) u (2) u r-regoli adottati skont Artikolu 200(3) japplikaw ukoll
għal movimenti ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba
għall-konsum mill-bniedem u li huma maħsuba għal Stati Membri,
jew żoni jew kompartimenti tiegħu, li ġew iddikjarati
ħielsa mill-mard skont l-Artikoli 36(3) jew 37(4) jew li huma
soġġetti għal programm ta’ qerda skont l-Artikolu 30(1) jew (2),
fejn it-tali miżuri huma meħtieġa biex jiġi żgurat li
dawk annimali akkwatiċi selvaġġi ma joħolqux riskju
sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d)
għall-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti dwar il-moviment għal annimali
akkwatiċi selvaġġi maħsuba għall-konsum mill-bniedem
li jissupplimentaw il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Taqsima 4
annimali akkwatiċi mhux maħsuba għal stabbilimenti,
għar-rilaxx fis-selvaġġ jew għall-konsum mill-bniedem Artikolu 202
Moviment ta’ annimali akkwatiċi mhux maħsuba għal stabbilimenti,
għar-rilaxx fis-selvaġġ jew għall-konsum mill-bniedem u
atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri preventivi neċessarji biex
jiżguraw li l-movimenti ta’ annimali akkwatiċi mhux maħsuba
għall-istabbilimenti, għar-rilaxx fis-selvaġġ jew
għall-konsum mill-bniedem ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid ta’ mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d)
għall-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar il-miżuri preventivi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu biex jiġi żgurat li l-annimali akkwatiċi ma jxerrdux
il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d), filwaqt li tqis il-kwistjonijiet
imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 3. Il-Kummissjoni
għandha tqis il-materji li ġejjin, meta tadotta l-atti delegati
msemmija fil-paragrafu 2: (a) il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d)
rilevanti għall-ispeċi jew kategorija elenkata ta’ annimali
akkwatiċi; (b) l-istatus tas-saħħa fir-rigward
tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) fil-kompartimenti,
iż-żoni u l-Istati Membri tal-oriġini u tad-destinazzjoni; (c) il-postijiet tal-oriġini u
tad-destinazzjoni; (d) it-tip ta’ movimenti tal-annimali
akkwatiċi; (e) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’
annimali akkwatiċi; (f) l-età tal-annimali akkwatiċi; (g) fatturi epidemjoloġiċi
oħra. Taqsima 5
Derogi mit-taqsimiet minn 1 sa 4 u Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju
addizzjonali Artikolu 203
Annimali akkwatiċi maħsuba għal stabbilimenti tal-akkwakultura
konfinati u atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment l-annimali
akkwatiċi lejn stabbiliment tal-akkwakultura konfinat jekk biss dawn huma
konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) dawn joriġinaw minn stabbiliment
tal-akkwakultura konfinat ieħor; (b) ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid tal-mard elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) lil speċijiet
elenkati ta’ annimali fl-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat
tad-destinazzjoni, ħlief fejn dan il-moviment huwa awtorizzat għal
għanijiet xjentifiċi. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) rekwiżiti dettaljati
għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbilimenti
tal-akkwakultura konfinati minbarra dawk previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu; (b) regoli speċifiċi
għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbilimenti
tal-akkwakultura konfinati fejn il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju
fis-seħħ jiggarantixxu li dawn il-movimenti ma joħolqux riskju
sinifikanti għas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fi
ħdan l-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat u l-istabbilimenti
tal-madwar. Artikolu 204
Deroga għal movimenti ta’ annimali akkwatiċi għal
għanijiet xjentifiċi u atti delegati 1. L-awtorità
kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista’, suġġett għall-qbil
tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini, tawtorizzaw il-moviment
fit-territorju tagħha ta’ annimali akkwatiċi għal skopijiet
xjentifiċi, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet minn 1 sa
4, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 190(1) u (3), u l-Artikoli 191, 192 u
l-Artikolu 193. 2. L-awtoritajiet
kompetenti għandhom jagħtu biss derogi għal moviment ta’
annimali akkwatiċi għal skopijiet xjentifiċi, kif previst
fil-paragrafu 1 skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) l-awtoritajiet kompetenti tal-post
tad-destinazzjoni u tal-post tal-oriġini: (i) jkunu qablu dwar il-kundizzjonijiet
għal dawn il-movimenti; (ii) jkunu ħadu l-miżuri li jtaffu
r-riskju meħtieġa biex jiżguraw li l-movimenti ta' dawk
l-annimali akkwatiċi ma jipperikolawx l-istatus tas-saħħa matul
it-triq u l-postijiet tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(d); (iii) ikunu nnotifikaw, fejn ikun rilevanti,
lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ta’ passaġġ bid-deroga
mogħtija u l-kundizzjonijiet li taħthom din l-awtorizzazzjoni
tiġi mogħtija; (b) il-movimenti ta’ dawk l-annimali akkwatiċi
jsiru taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-post
tal-oriġini, il-post tad-destinazzjoni, u fejn ikun rilevanti, l-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru ta’ passaġġ. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar l-emendar u s-supplimentar tar-regoli għad-derogi
mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 205
Id-delega tas-setgħa dwar rekwiżiti speċifiċi u derogi
għall-wiri, żuwijiet, ħwienet tal-annimali, vaski
tal-ġonna, akkwarji kummerċjali u bejjiegħa bl-ingrossa Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar: (a) rekwiżit
speċifiku li jissupplimenta r-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet minn 1 sa 4
u għall-movimenti ta’ annimali akkwatiċi għall-iskopijiet li
ġejjin: (i) żuwijiet, ħwienet tal-annimali
u bejjiegħa bl-ingrossa; (ii) wirjiet u użi sportivi, kulturali u
għal avvenimenti simili; jew (iii) maħsuba għal akkwarji
kummerċjali; (b) derogi
mit-Taqsimiet minn 1 sa 4 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 190(1) u (3) u
l-Artikoli 191, 192 u 193 għall-movimenti ta’ annimali akkwatiċi
msemmija fil-punt (a). Artikolu 206
Setgħa implimentattiva għal derogi temporanji għal movimenti
ta’ speċijiet jew kategoriji speċifiċi ta' annimali
akkwatiċi Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar
derogi temporanji mir-regoli stipulati f’dan il-Kapitolu għal movimenti
ta’ speċijiet jew kategroiji speċifiċi ta' annimali
akkwatiċi: (a) Ir-rekwiżiti dwar il-moviment previsti
fl-Artikolu 195, l-Artikolu 196(1), l-Artikoli 197 u 198, l-Artikolu 199(1) u
(2), l-Artikolu 200 u l-Artikoli 201(1), 202(1), 203(1), 204(1) u (2) u
r-regoli adottati skont l-Artikoli 196(2), 199(3), 201(2), 202(2), 203(2) u
204(3) u l-Artikolu 205 mhumiex effiċjenti biex itaffu r-riskji
kkawżati minn ċerti movimenti ta’ dawk annimali akkwatiċi; jew (b) il-marda elenkati msemmija fl-Artikolu 8(1)(d)
tidher li qed tinfirex minkejja r-rekwiżiti dwar il-moviment stabbiliti
b’konformità mat-Taqsimiet minn 1 sa 5. Dawn l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità
mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 255(2). Għal
raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati li
għandhom x’jaqsmu ma’ xi marda elenkata li tirrappreżenta riskju ta’
impatt sinifikanti u filwaqt li tqis il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu
205, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni
applikabbli b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 255(3). Artikolu 207
Materji li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu adottati l-atti
delegati u implimentattivi previsti f’din it-Taqsima Il-Kummissjoni għandha tqis dawn
il-materji, meta jiġu stabbiliti r-regoli li għandhom jiġu
stipulati fl-atti delegati u implimentattivi previsti fl-Artikoli 203(2),
204(3) u l-Artikoli 205 u 206: (a) ir-riskji
involuti mal-moviment; (b) l-istatus
tas-saħħa fir-rigward tal-mard elenkat msemmij fl-Artikolu 8(1)(d)
fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni; (c) l-ispeċijiet
tal-annimali akkwatiċi elenkati fil-każ tal-mard elenkat msemmi
fl-Artikolu 8(1)(d); (d) il-miżuri
ta’ bijosigurtà fis-seħħ; (e) kwalunkwe
kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom l-annimali tal-akkwakultura
qegħdin jinżammu; (f) ix-xejriet
tal-moviment speċifiċi tat-tip ta’ stabbiliment tal-akkwakultura u
l-ispeċijiet jew kategoriji ta’ annimali tal-akkwakultura
kkonċernati; (g) fatturi
epidemjoloġiċi oħra. Taqsima 6
Iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali Artikolu 208
L-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali tal-akkwakultura
jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment annimali
tal-akkwakultura jekk biss dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti
fil-post tal-oriġini skont l-Artikolu 216(1) meta jkunu ta’ speċi
elenkata għall-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) u jkunu qed jiġu
soġġetti għal moviment għal xi wieħed minn dawn
l-għanijiet: (a) ikunu maħsuba li jiġu introdotti
f’Stat Membru, jew żona jew kompartiment tiegħu li jkun ġie
ddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikoli 36(3) jew 37(4) jew li
għalih ikun ġie stabbilit programm ta’ qerda kif jipprevedi
l-Artikolu 30(1) jew (2) fir-rigward ta’ waħda jew aktar mard elenkat
imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (c); u (b) ikunu intiżi għal wieħed
mill-iskopijiet li ġejjin: (i) stabbiliment tal-akkwakultura; (ii) rilaxx fis-selvaġġ; (iii) konsum mill-bniedem. 2. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment annimali tal-akkwakultura
jekk biss dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti fil-post
tal-oriġini skont l-Artikolu 216(1) meta jkunu ta’ speċi elenkata
għall-mard(iet) rilevanti msemmi(jin) fil-punt (a) u jkunu qed jiġu soġġetti
għal moviment għal xi wieħed minn dawn ir-raġunijiet: (a) dawn jitħallew joħorġu
miżożona ristretta soġġetti għall-miżuri ta’
kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 55(1)(f)(ii), l-Artikoli 56 u 64,
l-Artikoli 65(1), 74(1), 78(1) u (2) jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu
55(2), l-Artikoli 67 u 68, l-Artikoli 71(3) u 74(3), l-Artikolu 79, l-Artikolu
81(2) u l-Artikolu 248 għal marda jew aktar fost il-mard elenkat imsemmi
fl-Artikolu 8(1)(a) u (b); (b) ikunu intiżi għal wieħed
mill-użi li ġejjin: (i) stabbiliment tal-akkwakultura; (ii) rilaxx fis-selvaġġ; (iii) konsum mill-bniedem. 3. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex
jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali
jakkumpanja l-annimali tal-akkwakultura tagħhom mill-post tal-oriġini
lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom, sakemm miżuri
speċifiċi ma humiex previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu
214. Artikolu 209
L-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li annimali akkwatiċi
oħrajn huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali u setgħa implimentattiva 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment annimali akkwatiċi
għajr l-annimali tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 208(1) u (2) jekk
biss dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti fil-post
tal-oriġini skont l-Artikolu 216(1) fejn, minħabba r-riskju involut
mal-moviment ta’ dawk annimali akkwatiċi, iċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali hija meħtieġa biex tiżgura
l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ moviment għal speċijiet
ta’ annimali elenkati: (a) ir-rekwiżiti previsti fit-Taqsimiet
minn 1 sa 5 u r-regoli adottati skont dawk it-Taqsimiet; (b) il-miżuri ta’ kontroll tal-mard
previsti fl-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56, l-Artikolu 61(1), l-Artikoli 62 u
64, l-Artikoli 65(1), 74(1) u l-Artikolu 78(1) u (2) jew ir-regoli adottati
skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63, 67 u 68, l-Artikoli 71(3) u 74(3),
l-Artikolu 79 u l-Artikolu 81(2); (c) emergency measures provided for in the
rules adopted pursuant to Article 248. 2. L-Artikolu
208 għandu japplika wkoll għal annimali akkwatiċi
selvaġġi maħsuba għal xi stabbiliment tal-akkwakultura,
sakemm l-awtorità kompetenti tal-oriġini ma tikkonkludix li
ċ-ċertifikazzjoni ma tkunx possibbli minħabba n-natura tal-post
tal- oriġini ta’ dawk annimali akkwatiċi selvaġġi. 3. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward
l-obbligu tal-operaturi, previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sabiex
jiżguraw li l-annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba
għal xi stabbiliment tal-akkwakultura jkunu akkumpanjati minn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 210
Deroga tal-Istati Membri għal ċertifikazzjoni tas-saħħa
nazzjonali tal-annimali Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti dwar
iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-Artikoli 208
u 209, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għal moviment
ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali akkwatiċi mingħajr
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fit-territorji tagħhom
sakemm ikollhom sistema alternattiva fis-seħħ biex jiżguraw li
tali kunsinni jkunu traċċabbli u konformi mar-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali għal tali moviment previsti fit-Taqsimiet
minn 1 sa 5. Artikolu 211
Id-delega ta’ setgħat li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali għal annimali akkwatiċi Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar: (a) derogi
mir-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali
previsti fl-Artikoli 208 u 209 u l-kundizzjonijiet għal tali derogi,
għal movimenti ta’ annimali akkwatiċi li ma joħolqux riskju
sinifikanti ta' tixrid ta’ mard minħabba: (i) il-kategoriji, l-istadju tal-ħajja
jew l-ispeċi tal-annimali akkwatiċi; (ii) il-metodi taż-żamm u t-tip
tal-produzzjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali
akkwatiċi; (iii) l-użu maħsub
għall-annimali akkwatiċi; (iv) il-post tad-destinazzjoni
għall-annimali akkwatiċi; (b) ir-regoli
speċjali għal ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali
previsti fl-Artikoli 208 u 209 fejn miżuri alternattivi ta’ mitigazzjoni
tar-riskji jittieħdu mill-awtorità kompetenti, jiżguraw: (i) it-traċċabbiltà tal-annimali
akkwatiċi; (ii) li l-annimali akkwatiċi
soġġetti għal moviment jikkonformaw mal-kundizzjonijiet
tas-saħħa tal-annimali meħtieġa previsti fit-Taqsimiet minn
1 sa 5. (c) ir-regoli dettaljati dwar
iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali meħtieġa
biex jakkumpanjaw il- movimenti ta’ annimali akkwatiċi għal skopijiet
xjentifiċi msemmija fl-Artikolu 204(1). Artikolu 212
Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali 1. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għandu jkun fih tal-anqas l-informazzjoni
li ġejja: (a) l-istabbiliment jew il-post tal-oriġini,
l-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni u fejn rilevanti għat-tixrid
ta’ mard, kull stabbiliment jew post li nżar mat-triq; (b) deskrizzjoni tal-annimali akkwatiċi;
(c) in-numru, il-volum jew il-piż
tal-annimali akkwatiċi; (d) it-tagħrif meħtieġ sabiex
jagħti xhieda li l-annimali jkunu konformi mar-rekwiżiti dwar
il-moviment previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 5. 2. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali jista’ jinkludi informazzjoni oħra
meħtieġa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Artikolu 213
Id-delega ta’ setgħat u atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontenut
taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa
tal-annimali previsti fl-Artikolu 212(1): (a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut ta’
dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti
fl-Artikolu 212(1) għal kategoriji u speċijiet differenti ta’
annimali akkwatiċi; (b) informazzjoni addizzjonali li
għandha tiġu inkluża fiċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 212(1). 2. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward
il-formoli mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 214
L-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li ċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali jakkumpanjaw l-annimali akkwatiċi
sal-post tad-destinazzjoni u atti delegati Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar miżuri
speċifiċi li jissupplimentaw ir-rekwiżiti
għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu
208 għal dawn it-tipi ta’ movimenti ta’ annimali akkwatiċi: (a) movimenti
ta’ annimali akkwatiċi, li ma jistgħux ikomplu r-rotot tagħhom
lejn il-post tad-destinazzjoni finali tagħhom u huma meħtieġa li
jirritornaw lura għall-post ta’ oriġini tagħhom jew jiġi
soġġetti għal moviment lejn destinazzjoni differenti, għal
waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin: (i) ir-rotta maħsuba tagħhom
ġiet interrotta għal għarrieda għal raġunijiet ta’
trattament xieraq tal-annimali; (ii) mingħajr aċċidenti jew
avvenimenti mhux mistennija mat-triq; (iii) l-annimali akkwatiċi jkunu
ġew irrifjutati fil-post tad-destinazzjoni fi Stat Membru ieħor jew
fuq il-fruntiera esterna tal-Unjoni; (iv) l-annimali akkwatiċi ikunu ġew
irrifjutati f’pajjiż terz; (b) movimenti
ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għal wirjiet u avvenimenti
sportivi, kulturali u oħrajn simili, u r-ritorn sussegwenti tagħhom
għall-post ta’ oriġini tagħhom. Artikolu 215
L-obbligu impost fuq l-operaturi biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti
għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali L-operaturi għandhom: (a) jipprovdu
lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex
jiġi kkompletat iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali
previst fl-Artikoli 208 u 209 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 211, 213 u
214; (b) fejn
meħtieġ, jissoġġettaw lill-annimali akkwatiċi
għal verifiki fiżiċi, tal-identità u tad-dokumentazzjoni kif
previst fl-Artikolu 216(3) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 216(4). Artikolu 216
L-awtorità kompetenti responsabbli miċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali u atti delegati 1. L-awtorità
kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur, toħroġ
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment ta’
annimali akkwatiċi, fejn meħtieġ skont l-Artikoli 208 u 209, jew
b’regoli adotatti skont l-Artikoli 211 u l-Artikolu 214 sakemm dawn il-ħtiġiet
tas-saħħa tal-annimali ġew rispettati, kif rilevanti: (a) dawk ipprovduti fl-Artikolu 190,
l-Artikolu 191(1), l-Artikoli 192, 194 u 195, l-Artikolu 196(1), l-Artikoli 197
u 198, l-Artikolu 199(1) u (2), Artikolu 200, l-Artikoli 202(1), 203(1) u 204(1)
u (2); (b) dawk previsti f’atti ddelegati adottati
skont l-Artikoli 191(2), 196(2), 199(3), 200(3), 201(2), 202(2), 203(2) u
204(3) u l-Artikolu 205; (c) dawk previsti f’atti ta’ implimentazzjoni
adottati skont l-Artikolu 206. 2. Iċ-ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali għandhom: (a) jiġu vverifikati u ffirmati
mill-veterinarju uffiċjali; (b) jibqgħu validi għall-perjodu
ta’ żmien, previst fir-regoli adottati skont il-paragrafu 4(b), li matulu
l-annimali tal-akkwakultura koperti minnhom, għandhom ikomplu jikkonformaw
mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali espressa fih. 3. Il-veterinarju
uffiċjali għandu, qabel ma jiffirma ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali jivverifika li l-annimali akkwatiċi
koperti minnu jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dan il-Kapitolu permezz ta’
kontrolli fiżiċi, tal-identità u tad-dokumentazzjoni kif previst
permezz ta’ atti delegati adottati skont il-paragrafu 4, fejn xieraq, b’qies
tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali akkwatiċi konċernati
u l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali. 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità
mal-Artikolu 253 li jistabbilixxi regoli għal: (a) it-tipi ta’ kontrolli u testijiet
fiżiċi, tal-identità u tad-dokumentazzjoni għal speċijiet u
kategoriji differenti ta’ annimali akkwatiċi li għandhom jitwettqu
minn veterinarju uffiċjali b’mod konformi mal-paragrafu 3 ta’ dan
l-Artikolu sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-ħtiġiet ta’
dan il-Kapitolu; (b) il-perjodi ta’ żmien
għat-twettiq tat-tali kontrolli u testijiet fiżiċi, tal-identità
u tad-dokumentazzjoni u l-ħruġ ta’ ċertifikati
tas-saħħa tal-annimali mill-veterinarju uffiċjali qabel
il-moviment ta’ kunsinni ta' annimali akkwatiċi; Artikolu 217
Ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali,
prodotti, immaniġġjati u trażmessi permezz ta’ mezz tal-IMSOC,
jistgħu jissostitwixxu ċ-ċertifikati tas-saħħa
tal-annimali previsti fl-Artikolu 208 fejn tali ċertifikati
elettroniċi tas-saħħa tal-annimali: (a) jkun
fihom it-tagħrif kollu li ċ-ċertifikat mudell
tas-saħħa tal-annimali hu meħtieġa li jkollu skont
l-Artikolu 212(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 213; (b) jiżguraw
it-traċċabbiltà tal-annimali akkwatiċi u r-rabta bejn dawk
l-annimali u ċ-ċertifikat elettroniku tas-saħħa
tal-annimali. Artikolu 218
Awtodikjarazzjoni mill-operaturi għall-movimenti ta’ akkwakultura lejn
Stati Membri oħra u atti delegati 1. L-operaturi
fil-post tal-oriġini, għandhom joħorġu dokument ta'
awtodikjarazzjoni għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura
tagħhom mill-post tal-oriġini fi Stat Membru wieħed lejn il-post
tad-destinazzjoni fi Stat Membru ieħor u jiżguraw li dan jakkumpanja
dawn l-annimali tal-akkwakultura, fejn mhumiex meħtieġa li jkunu
akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikoli
208 u 209 jew fir-regoli adottati skont l-Artikoli 211 u l-Artikolu 214. 2. Id-dokument
tal-awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1 għandu jkun fih mill-inqas
l-informazzjoni li ġejja dwar l-annimali tal-akkwakultura: (a) il-postijiet tal-oriġini
tagħhom kif ukoll tad-destinazzjoni, u meta rilevanti kull post mat-triq; (b) deskrizzjoni tal-annimali
tal-akkwakultura, l-ispeċijiet, il-kwantità tagħhom, il-piż jew
volum kif ikun rilevanti skont l-annimali kkonċernati; (c) it-tagħrif hu meħtieġ sabiex
jagħti xhieda li l-annimali tal-akkwakultura jkunu konformi
mar-rekwiżiti dwar il-moviment previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 5. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut
tad-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu
għal kategoriji u speċijiet differenti ta’ annimali tal-akkwakultura;
(b) informazzjoni addizzjonali li trid
tiġi inkluża fid-dokument ta' awtodikjarazzjoni flimkien ma' dik
prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar
il-formola mudell tad-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Taqsima 7
Notifika ta’ movimenti ta’ annimali akkwatiċi lejn Stati Membri oħra Artikolu 219
L-obbligu tal-operaturi dwar in-notifika ta’ movimenti ta’ annimali
akkwatiċi bejn l-Istati Membri L-operaturi għandhom jinnotifikaw
lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel
l-moviment intenzjonat ta' annimali akkwatiċi minn Stat Membru lejn Stat
Membru ieħor fejn: (a) l-annimali
akkwatiċi huma meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikoli 208 u 209 jew
ir-regoli adottati skont l-Artikolu 211 u l-Artikolu 214(2); (b) l-annimali
akkwatiċi huma meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-annimali
akkwatiċi meta jkunu qed jiġu soġġetti għal moviment
minn żona ristretta kif imsemmi fl-Artikolu 208(2)(a); (c) l-annimali
tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi li jkunu qed
jiġu soġġetti għal moviment huma maħsuba għal: (i) stabbiliment suġġett għal
reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 171 jew approvazzjoni skont l-Artikoli
minn 174 sa 177; (ii) għar-rilaxx fis-selvaġġ. (d) hija
meħtieġa notifika skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu
221. Għall-finijiet tan-notifika prevista
fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jipprovdu
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini l-informazzjoni
kollha neċessarja biex din tkun tista’ tinnotifika l-moviment
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont l-Artikolu
220(1). Artikolu 220
Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti għan-notifika ta’ movimenti ta’
annimali akkwatiċi lejn Stati Membri oħra 1. L-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta’
annimali akkwatiċi kif imsemmi fl-Artikolu 219(1), sakemm ma tkunx
ingħatat deroga skont l-Artikolu 221(1)(c) għal tali notifika. 2. In-notifika
msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l–Artikolu għandha titwettaq, kull meta
possibbli, permezz tal-IMSOC. 3. L-Istati
Membri għandhom jinnominaw reġjuni għall-ġestjoni ta’
notifiki ta’ movimenti mill-awtorità kompetenti kif previst fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu. 4. B’deroga
mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini
tista' tawtorizza lill-operatur biex jinnotifika parzjalment jew kompletament
il-movimenti tal-annimali akkwatiċi permezz tal-IMSOC lill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Artikolu 221
Id-delega tas-setgħat u l-atti ta’ implimentazzjoni għan-notifika ta’
movimenti ta' annimali akkwatiċi mill-awtorità kompetenti 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-rekwiżit għan-notifika
mill-operaturi skont l-Artikolu 219(1) dwar il-movimenti bejn l-Istati Membri
ta’ kategoriji jew speċijiet ta' annimali akkwatiċi ta’ xort’
oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 219(1)(a), (b) u (c) fejn
it-traċċabbiltà ta’ dawn il-movimenti hija meħtieġa sabiex
tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali
stipulati f’dan il-Kapitolu; (b) l-informazzjoni meħtieġa
għan-notifika tal-movimenti ta’ annimali akkwatiċi mill-operaturi u
l-awtorità kompetenti kif previst fl-Artikoli 219(1) u 220(1); (c) derogi mir-rekwiżiti ta’ notifika
previsti fl-Artikolu 219(1)(c) għal kategoriji jew speċijiet ta’
annimali akkwatiċi jew tipi ta’ movimenti li joħolqu riskju
insinifikanti; (d) il-proċeduri ta' emerġenza
għal notifika ta’ movimenti ta’ annimali akkwatiċi fil-każ ta’
qtugħ ta’ elettriku jew tad-disturbi oħra tas-sistema IMSOC; (e) ir-rekwiżiti għall-ħatra
ta’ reġjuni mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 220(3). 2. Permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar: (a) l-għamla tan-notifiki minn: (i) l-operaturi lil-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tal-oriġini dwar movimenti ta’ annimali akkwatiċi
skont l-Artikolu 219(1); (ii) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini lill-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta’
annimali akkwatiċi skont l-Artikolu 220(1); (b) l-iskadenzi taż-żmien
għal: (i) l-informazzjoni neċessarja li
għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 219(1); (ii) in-notifika ta’ movimenti mill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini msemmi fl-Artikolu 220(1). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 3
Moviment fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali domestiċi akkwatiċi Artikolu 222
Movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi akkwatiċi u
atti delegati u ta’ implimentazzjoni 1. Dawk
li jżommu l-annimali domestiċi għandhom iwettqu biss movimenti
mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati
fl-Anness I jekk ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa ta' prevenzjoni u
kontroll tal-mard biex jiġi żgurat li dawn ma joħolqux riskju
sinifikanti għat-tixrid ta’ mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u
mard emerġenti tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni u waqt it-trasport. 2. L-Artikolu
112 u r-regoli stabbiliti f’atti delegati skont l-Artikolu 114(f) u f’atti ta’
implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 117 għandu japplika
għall-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-traċċabbiltà
tal-annimali domestiċi akkwatiċi. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar il-prevenzjoni u miżuri ta’ kontroll tal-mard imsemmi
fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu biex tiżgura li l-annimali
domestiċi akkwatiċi ma joħolqux riskju sinifikanti
għat-tixrid ta’ mard imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u mard emerġenti
fost l-annimali matul it-trasport u fil-post tad-destinazzjoni u meta rilevanti
b'qies tal-istatus tas-saħħa tal-post tad-destinazzjoni. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli dwar
il-prevenzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu u r-regoli adottati skont il-paragrafu 2 tiegħu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 4
Il-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi, minbarra
annimali akkwatiċi ħajjin Artikolu 223
L-obbligi ġenerali tas-saħħa tal-annimali għall-operaturi u
atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa biex jiżguraw li
matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni
tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi,
minbarra annimali akkwatiċi ħajjin fl-Unjoni, dawk il-prodotti ma
jwasslux għat-tixrid ta’: (a) il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu
8(1)(d) meta jitqies l-istatus tas-saħħa tal-post tal-produzzjoni,
tal-ipproċessar u tad-destinazzjoni; (b) mard emerġenti. 2. L-operaturi
għandhom jiżguraw li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn
annimali akkwatiċi, minbarra annimali akkwatiċi ħajjin ma jkunux
ġejjin la minn stabbilimenti u lanqas minn stabbilimenti kummerċjali
tal-ikel jew miksuba minn annimali, li ġejjin minn stabbilimenti
tan-negozju tal-ikel jew stabbilimenti suġġetti għal: (a) il-miżuri ta’ emerġenza
previsti fl-Artikoli 245 u 247 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 248 sakemm
ma ġewx previsti xi derogi għal dawk ir-regoli fil-Parti VI; (b) ir-restrizzjonijiet ta’ moviment
applikabbli għal annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn annimali akkwatiċi, kif previst fl-Artikoli 31(1) u
55(1), l-Artikolu 56, l-Artikolu 61(1)(a), l-Artikolu 62(1), l-Artikoli
65(1)(c), 70(1)(b) u 74(1)(a), l-Artikoli 78(1) u (2), u 80 (1) u (2) u
r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikoli 71 (3)
u 74(3) u l-Artikolu 79 u 80(3) u 81(2) sakemm ma tkunx ġiet prevista xi
deroga għal dawk ir-regoli. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti dettaljati li jissupplimentaw
il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal movimenti ta’ prodotti li
joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi ta’ xort’ oħra
minn annimali akkwatiċi ħajjin, filwaqt li jitqiesu: (a) il-mard u l-ispeċijiet tal-annimali
akkwatiċi milquta mill-marda, li għalihom il-miżuri ta’
emerġenza jew ir-restrizzjonijiet ta’ moviment li hemm referenza
għalihom fil-paragrafu 2 ikunu applikabbli; (b) It-tipi ta’ prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn annimali akkwatiċi; (c) il-miżuri tal-mitigazzjoni
tar-riskji applikati għal prodotti li joriġinaw mill-annimali minn
annimali akkwatiċi fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk
tad-destinazzjoni; (d) l-użu maħsub tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi; (e) il-post tad-destinazzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi. Artikolu 224
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti delegati 1. L-operaturi
għandhom jissoġġettaw għal moviment prodotti li
joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi ta’ xort’oħra
minn annimali akkwatiċi ħajjin biss meta dawn huma akkumpanjati minn
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità
kompetenti fil-post tal-oriġini skont il-paragrafu 3: (a) il-prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn annimali akkwatiċi li jitħallew jinħarġu
minn żona ristretta soġġetta għall-miżuri ta’
emerġenza previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 248 u t-tali
prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' oriġini minn speċijiet
ta' annimali akkwatiċi suġġetti għal dawk il-miżuri
ta’ emerġenza; (b) il-prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn annimali akkwatiċi li jitħallew jinħarġu
minn żona ristretta soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll
tal-mard skont l-Artikoli 31(1), l-Artikolu 55(1)(c), l-Artikolu 56, l-Artikolu
61(1)(a), l-Artikoli 62(1) u 63(1), l-Artikolu 65(1)(c), 70(1)(b) u 74(1)(a),
l-Artikoli 78(1) u (2), 80(1) u (2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2),
l-Artikoli 63 u 67, l-Artikoli 71(3) u 74(3), l-Artikolu 79 u l-Artikoli 80(3)
u 81(2) u t-tali prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' oriġini minn
annimali akkwatiċi ta’ speċijiet suġġetti għal dawk
il-miżuri għall-kontroll tal-mard. 2. L-operaturi
għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex
jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi
fil-paragrafu 1 jakkumpanja l-prodotti li joriġinaw mill-annimali
mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni
tagħhom. 3. L-awtorità
kompetenti għandha, meta tintalab mill-operatur, toħroġ
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment
tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' xort'oħra minn annimali
akkwatiċi ħajjin imsemmija fil-paragrafu 1. 4. L-Artikolu
212 u l-Artikoli minn 214 sa 217 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 213 u
l-Artikolu 216(4) għandhom japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni
tal-movimenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' xort'oħra
minn annimali akkwatiċi ħajjin, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu. 5. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti u r-regoli dettaljati rigward
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja
prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' xort'oħra minn annimali
akkwatiċi ħajjin, imsemmijha fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi
jitqiesu: (a) it-tipi ta’ prodotti li joriġinaw
mill-annimali; (b) il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju
applikati għal prodotti li joriġinaw mill-annimali b’tali mod li
jitnaqqsu r-riskji li jinfirex il-mard; (c) l-użu maħsub tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (d) il-post tad-destinazzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali. Artikolu 225
Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti
delegati u ta’ implimentazzjoni 1. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li joriġinaw
mill-annimali ta' xort'oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin
għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) l-istabbiliment jew il-post
tal-oriġini u l-istabbiliment jew post tad-destinazzjoni; (b) deskrizzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (c) il-kwantità jew il-volum tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (d) l-identifikazzjoni tal-prodotti li
joriġinaw mill-annimali, meta mitluba mill-Artikolu 65(1)(h) jew ir-regoli
adottati skont l-Artikolu 66; (e) l-informazzjoni meħtieġa biex
tagħti xhieda li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-kunsinna
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ristrezzjoni tal-moviment previsti
fl-Artikolu 223(2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 223(3). 2. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li ġejjin
mill-annimali ta' xort'oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin
jista’ jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa skont
il-leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar l-emendar u s-supplimentar tal-informazzjoni li trid
tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward formoli
mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 226
Notifika ta’ movimenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn Stati
Membri oħra 1. L-operaturi
għandhom: (a) jinformaw
lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel
il-moviment ippjanat ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, għajr
annimali akkwatiċi ħajjin, meta l-kunsinni huma meħtieġa li
jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont
l-Artikolu 224(1); (b) jipprovdu l-informazzjoni kollha
meħtieġa biex jippermettu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
tal-oriġini tinnotifika l-moviment tal-prodotti li joriġinaw
mill-annimali, għajr annimali akkwatiċi ħajjin, lejn l-Istat
Membru tad-destinazzjoni b’konformità mal-paragrafu 2. 2. L-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta’
prodotti li joriġinaw mill-annimali, għajr annimali akkwatiċi
ħajjin, skont l-Artikolu 220(1). 3. L-Artikoli
219 u 220 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 221 għandhom ikunu
applikabbli għan-notifika ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li
mhumiex annimali akkwatiċi ħajjin. Kapitolu 5
Miżuri Nazzjonali Artikolu 227
Miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ mard ieħor
minbarra l-mard elenkat 1. Fejn
marda għajr il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) tikkostitwixxi
riskju sinifikanti għall-annimali akkwatiċi fi Stat Membru, l-Istat
Membru konċernat jista’ jieħu miżuri nazzjonali biex jiskansa
l-introduzzjoni jew jikkontrolla t-tixrid ta’ din il-marda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
dawk il-miżuri nazzjonali ma jisbqux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u
meħtieġ biex tiġi skansata l-introduzzjoni jew jiġi kkontrollat
it-tixrid tat-tali marda fi ħdan l-Istat Membru. 2. L-Istati
Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minn qabel dwar kwalunkwe
miżuri nazzjonali proposti msemmija fil-paragrafu 1 li jafu jaffettwaw
il-movimenti bejn l-Istati Membri. 3. Il-Kummissjoni
għandha tapprova u jekk ikun hemm il-bżonn temenda l-miżuri
nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 4. L-approvazzjoni
msemmija fil-paragrafu 3 għandha tingħata biss f'każijiet fejn
l-istabbiliment ta’ restrizzjonijiet tal-moviment bejn l-Istati Membri hija
meħtieġa biex tiġi skansata l-introduzzjoni ta’ jew jiġi
kkontrollat it-tixrid tal-marda msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies
l-impatt globali tal-marda u l-miżuri meħuda fl-Unjoni. TITOLU III
Annimali ta’ speċijiet oħrajn għajr dawk definiti bħala
annimali terrestri u akkwatiċi, u prodotti ġerminali u prodotti li
joriġinaw mill-annimali minn tali annimali oħra Artikolu 228
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali rigward annimali oħra,
u prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn tali
annimali oħra Fejn annimali
oħra huma speċijiet elenkati għal xi marda elenkata msemmija
fl-Artikolu 8(1)(d), u dawk l-annimali oħra, jew il-prodotti
ġerminali tagħhom jew prodotti li joriġinaw mill-annimali
jirrappreżentaw riskju għas-saħħa pubblika jew
tal-annimali: ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimal li
ġejjin għandhom japplikaw: (a) ir-rekwiżiti
li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni,
iż-żamma tar-rekords u r-reġistri għall-istabbilimenti u
t-trasportaturi previsti fil-Kapitoli 1 tat-Titoli I u II; (b) ir-rekwiżiti
li jikkonċernaw it-traċċabbiltà prevista fl-Artikoli minn 102 sa
105 u l-Artikoli 112 u 113 fil-każ ta' annimali oħra u l-Artikolu 119
fil-każ ta' prodotti ġerminali; (c) ir-rekwiżiti
dwar il-moviment: (i) fil-każ ta' annimali oħrajn,
li fil-biċċa l-kbira jgħixu f’ambjent terrestri jew normalment
ikunu affettwati minn mard ta’ annimali terrestri, jitqiesu l-kriterji
stipulati fil-paragrafu 3(d) u (e) tal-Artikolu 229, kif previst fit-Taqsima 1
u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Parti IV, il-Kapitoli 4 u 5
tat-Titolu I tal-Parti IV; (ii) fil-każ ta' annimali oħra li
fil-biċċa l-kbira jgħixu f’ambjent akkwatiku jew li normalment
ikunu affettwati minn mard ta’ annimali akkwatiċi, jitqiesu l-kriterji
previsti fl-Artikolu 229(3)(d) u (e), ir-rekwiżiti previsti fit-Taqsimiet
minn 1 sa 5 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti IV u l-Kapitolu 2 tat-Titolu
II; (iii) fil-każ ta' annimali
domestiċi oħra, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 112 u 152; (iv) fil-każ ta' prodotti ġerminali,
ir-rekwiżiti ġenerali għal movimenti previsti fl-Artikoli 155 u
156 u r-rekwiżiti speċjali għal movimenti lejn Stati Membri
oħra previsti fl-Artikoli 162 u 163; (v) fil-każ ta' prodotti li ġejjin
mill-annimali, l-obbligi ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali
għall-operaturi għall-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni
fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali previsti fl-Artikoli 164
u 223; (d) l-obbligu
li ġej dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali
għall-operaturi u l-awtorità kompetenti u dwar l-awtodikjarazzjoni
għall-operaturi: (i) fil-każ ta' annimali oħrajn,
skont ir-regoli previsti fl-Artikoli minn 140 sa 148 jew l-Artikoli minn 208 sa
218; (ii) fil-każ ta' prodotti
ġerminali, skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 159 u 160; (iii) fil-każ ta' prodotti li
joriġinaw mill-annimali, skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 165 u 166
jew l-Artikoli 224 u 225; (e) notifika
ta' movimenti mill-operaturi u mill-awtorità kompetenti, billi jitqiesu
r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 149, 150,151, 161, 167 u fl-Artikoli
minn 219 sa 221 u 226. Artikolu 229
Id-delega ta’ setgħat u atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali għal annimali oħra, u prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali
oħra 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar s-supplimentar u l-emendar tar-rekwiżiti għal
annimali oħra, u l-prodotti ġerminali tagħhom jew prodotti li
joriġinaw mill-annimali, kif previst fl-Artikolu 228, li huma
meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju tal-mard imsemmi fih, li
jikkonċerna: (a) ir-rekwiżiti dwar
ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni, iż-żamma tar-rekords u
r-reġistri għal stabbilimenti ta’ żamma jew trasportaturi li
jittrasportaw annimali oħra, u l-prodotti ġerminali tagħhom jew
prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif previst fl-Artikolu 228(a); (b) ir-rekwiżiti ta’
traċċabbiltà għal annimali oħra u l-prodotti ġerminali
tagħhom, kif previst fl-Artikolu 228(b); (c) ir-rekwiżiti ta’ moviment għal
annimali oħra u l-prodotti ġerminali tagħhom u prodotti li joriġinaw
mill-annimali, kif previst fl-Artikolu 228(c); (d) ir-rekwiżiti dwar l-obbligi ta’
ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali mill-operaturi u
l-awtorità kompetenti u l-obbligi ta’ awtodikjarazzjoni mill-operaturi
għal annimali oħra u l-prodotti ġerminali tagħhom u
prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif previst fl-Artikolu 228(d); (e) ir-rekwiżiti dwar in-notifika ta’
moviment mill-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti għal annimali
oħra u l-prodotti ġerminali tagħhom u prodotti li joriġinaw
mill-annimali, kif previst fl-Artikolu 228(e). 2. Il-Kummissjoni
tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward ir-regoli dettaljati
għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll u ta’ prevenzjoni
tal-mard previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 3. Il-Kummissjoni
għandha tqis waħda jew iktar mill-kriterji li ġejjin meta
tadotta l-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1
u 2: (a) l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’
annimali oħra huma elenkati b’konformità mal-Artikolu 7(2) bħala
speċijiet elenkati għal waħda jew aktar mill-mard elenkat, li
għalihom ċertu miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll
tal-mard previsti f’dan ir-Regolament japplikaw; (b) il-profil ta’ marda elenkata, li
tikkonċerna speċijiet u kategoriji ta’ annimali oħrajn imsemmija
fil-punt (a); (c) il-fattibbiltà, id-disponibbiltà u
l-effettività tal-prevenzjoni tal-mard u tal-miżuri tal-kontroll
għall-ispeċijiet elenkati kkonċernati minn dawn il-miżuri; (d) l-ambjent tal-għajxien prevalenti
terrestru jew akkwatiku ta’ dawk l-annimali oħra; (e) it-tip ta’ mard li jaffettwaw it-tali
annimali oħra, li jistgħu jkun mard li normalment jaffettwa
lill-annimali terrestri jew normalment jaffettwa lill-annimali akkwatiċi,
irrispettivament mill-ambjent tal-għajxien prevalenti msemmi fil-punt (b).
Parti V
dħul fl-Unjoni u l-esportazzjoni Kapitolu 1
Id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u
prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi u territorji terzi Taqsima 1
Ħtiġijiet għad-dħul fl-Unjoni Artikolu 230
Il-ħtiġijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali,
prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali 1. L-Istati Membri jistgħu
jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi jew
territorji terzi jekk biss dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) ikunu ġejjin minn pajjiż jew
territorju terz, elenkat skont l-Artikolu 231 għall-ispeċi jew
kategorija partikolari ta’ annimali, jew prodotti ġerminali jew prodotti
li joriġinaw mill-annimali, jew żona jew kompartiment tiegħu,
sakemm dawn ma jkunux koperti minn xi deroga jew regoli addizzjonali adottati
skont l-Artikolu 241(1); (b) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li
huma approvati u elenkati fejn it-tali approvazzjoni u elenkar huma
meħtieġa mill-Artikolu 234 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 235; (c) ikunu konformi mal-ħtiġiet
tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti
fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 236(1), fejn it-tali rekwiżiti
huma stabbiliti għall-annimal, prodott ġerminali jew prodott ta’
oriġini mill-annimali tal-kunsinna; (d) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra fejn
meħtieġ mill-Artikolu 239(1) jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu
239(4); 2. L-operaturi għandhom jippreżentaw
kunsinni ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn pajjiżi jew territorji terzi għall-finijiet
tal-kontroll uffiċċjali previst fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE)
Nru XXX/XXX [Publication office: enter number], sakemm ma tkunx prevista
deroga skont dak ir-Regoloment fil-punt tad-dħul tal-Unjoni. Taqsima 2
L-elenki tal-pajjiżi u t-territorji terzi Artikolu 231
L-elenki ta’ pajjiżi u territorji terzi li minnhom id-dħul fl-Unjoni
ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali huwa permess u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tfassal elenki ta’
pajjiżi u territorji terzi li minnhom id-dħul fl-Unjoni ta’
speċijiet u kategoriji speċifiċi ta’ annimali, prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu
permessi, wara li jitqiesu l-kriterji li ġejjin: (a) il-leġiżlazzjoni
tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż jew territorju terz u r-regoli
dwar id-dħul f’dak il-pajjiż jew territorju ta’ annimali, prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi u
territorji terzi oħra; (b) l-assigurazzjonijiet
mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż jew territorju terz dwar
l-implimentazzjoni u l-kontroll effiċjenti tal-leġiżlazzjoni
dwar is-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (a); (c) l-organizzazzjoni, l-istruttura,
ir-riżorsi u s-setgħat legali tal-awtorità kompetenti fil-pajjiż
jew territorju terz; (d) il-proċeduri ta’
ċertifikazzjoni għas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż jew
territorju terz; (e) l-istatus tas-saħħa
tal-annimali tal-pajjiż jew territorju terz, jew żoni u kompartimenti
tiegħu, fir-rigward ta’: (i) mard elenkat u mard emerġenti; (ii) kwalunkwe aspetti tas-saħħa
pubblika u tal-annimali jew tas-sitwazzjoni ambjentali f’dak il-pajjiż jew
territorju terz, jew żona jew kompartiment tiegħu, li jistgħu
joħolqu riskju lill-annimal jew is-saħħa pubblika jew l-istatus
ambjentali tal-Unjoni; (f) il-garanziji li l-awtorità kompetenti
tal-pajjiż jew territorju terz tkun tista’ tipprovdi f’dak li jirrigwardja
l-konformità u l-ekwivalenza mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa
tal-annimali applikabbli fl-Unjoni; (g) ir-regolarità u l-ħeffa li biha
l-pajjiż jew it-territorju terz jipprovdi l-informazzjoni dwar mard
tal-annimali infettiv jew kuntaġġuż fit-territorju tiegħu
lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE),
b’mod partikolari l-informazzjoni rigward il-mard elenkat fil-Kodiċi
tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi u Terrestri tal-OIE; (h) ir-riżultati tal-kontrolli
mill-Kummissjoni mwettqa fil-pajjiż jew territorju terz; (i) kwalunkwe esperjenza miġbura minn
tagħrif preċedenti dwar l-annimali, il-prodotti ġerminali u
l-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiż jew territorju terz
u r-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali imwettqa fil-punt ta’ dħul
fl-Unjoni fuq dawn l-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li
joriġinaw mill-annimali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 2. Sakemm isseħħ l-adozzjoni tal-elenki ta’
pajjiżi u territorji terzi previsti fil-paragrafu 1, u sakemm dawn
l-elenki ma jkunux għadhom tħejjew skont il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 258(2), l-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu minn liema pajjiżi u territorji terzi ċerti
speċijiet jew kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali jew prodotti
li joriġinaw mill-annimali jistgħu jidħlu fl-Unjoni. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu,
l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji għall-inklużjoni
fl-elenku ta’ pajjiżi u territorji terzi previsti fil-paragrafu 1(a) sa
(i) ta’ dan l-Artikolu. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar derogi mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-limitazzjoni
tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeċiedu minn liema
pajjiżi u territorji terzi speċijiet jew kategoriji
speċifiċi tal-annimal, prodotti ġerminali jew prodotti li
joriġina mill-annimali jistgħu jidħlu fl-Unjoni, fejn ikun
meħtieġ minħabba r-riskju maħluq minn dik l-ispeċi jew
il-kategorija speċifika tal-annimal, prodott ġerminali jew prodott ta’
oriġini mill-annimali. Artikolu 232
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-elenku
tal-pajjiżi u t-territorji terzi Il-Kummissjoni għandha tispeċifika
l-informazzjoni li ġejja għal kull pajjiż jew territorju terz
fl-elenki previsti fl-Artikolu 231(1): (a) il-kategoriji
jew speċijiet ta’ annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li
joriġinaw mill-annimali li jistgħu jidħlu fl-Unjoni minn dak
il-pajjiż jew it-territorju terz; (b) jekk
l-annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali
speċifikati skont il-punt (a) jistgħux jidħlu fl-Unjoni
mit-territorju kollu ta’ dak il-pajjiż jew territorju terz jew minn
żona kompartiment wieħed biss tiegħu. Artikolu 233
Is-sospensjoni u l-irtirar mill-elenku ta’ pajjiżi u territorji terzi u
atti ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni
għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi jew tirtira
mill-elenku prevista fl-Artikolu 231(1) pajjiż jew territorju terz, jew
żona jew kompartiment tiegħu, għal kwalunkwe waħda
mir-raġunijiet li ġejjin: (a) il-pajjiż jew territorju terz, jew
iż-żona jew għadd ta' żoni jew kompartimenti tiegħu,
ma jibqax jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 231(1), fejn
rilevanti għad-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet jew kategoriji
partikolari ta' annimal, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw
mill-annimali; (b) is-sitwazzjoni tas-saħħa
tal-annimali fil-pajjiż jew territorju terz, jew żona jew
kompartiment tiegħu hija tali li sospensjoni jew irtirar minn dan l-elenku
huwa meħtieġ biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa
tal-annimali tal-Unjoni; (c) minkejja talba tal-Kummissjoni lil
pajjiż jew territorju terz għal informazzjoni aġġornata
dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u kwistjonijiet oħra
msemmija fl-Artikolu 231(1), dak il-pajjiż jew territorju terz ma
pprovdiex it-tali informazzjoni; (d) il-pajjiż jew territoru terz ikun
irrifjuta li jaqbel li jitwettaq kontroll mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni
fit-territorju tiegħu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Għal raġunijiet imperattivi debitament
ġustifikati ta’ urġenza relatati ma’ riskju serju ta' introduzzjoni
fl-Unjoni ta’ xi marda elenkata msemmija fl-Artikolu 8(1)(d), il-Kummissjoni
għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli
b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 255(3). 2. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tinserixxi mill-ġdid
pajjiż jew territorju terz, jew żona jew kompartiment tiegħu, li
jkun ġie sospiż jew irtirat mill-elenku previst fl-Artikolu 231(1)
għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: (a) għar-raġunijiet imsemmija
fil-paragrafu 1(a) jew (c) ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-pajjiż terz jew
territorju jagħti xhieda li huwa konformi mal-kriterji sabiex jiġi
elenkat kif previsti fl-Artikolu 231(1); (b) għar-raġunijiet imsemmija
fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-pajjiż jew it-territorju
terz jipprovdi garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa
tal-annimali li taw lok għal dik is-sospensjoni jew l-irtirar minn dak
l-elenku tkun ġiet riżolta jew ma tibqax tirrappreżenta theddida
lill-annimal jew is-saħħa pubblika tal-Unjoni; (c) hħar-raġunijiet imsemmija
fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, dment li: (i) il-pajjiż jew territorju terz ikunu
qablu dwar it-twettiq ta' kontroll mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni
fit-territorju tiegħu; u (ii) ir-riżultati ta’ dak il-kontroll
tal-Kummissjoni juru li l-pajjiż jew territorju terz, u ż-żoni
jew il-kompartimenti tiegħu jikkonformaw mal-kriterji sabiex jiġu
mniżżla fl-elenku previst fl-Artikolu 231(1). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-regoli li jemendaw u jissupplimentaw il-kriterji
għal sospensjoni u rtirar ta’ pajjiż jew territorju terz, jew
żoni jew kompartimenti tiegħu, mil-elenku previst fl-Artikolu 231(1),
kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Taqsima 3
Approvazzjoni u elenkar ta’ stabbilimenti f’pajjiżi u territorji terzi Artikolu 234
Approvazzjoni u elenkar ta' stabbilimenti 1. L-Istati
Membri jistgħu jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u
prodotti ġerminali tagħhom li joriġinaw minn tip biss ta’
stabbiliment li għalihom hija meħtieġa l-approvazzjoni fl-Unjoni
skont fl-Artikolu 89(2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 89(3) u l-Artikolu
90, jekk dak l-istabbiliment fil-pajjiż jew territorju terz: (a) jikkonforma mal-ħtiġijiet
tas-saħħa tal-annimali f’dak il-pajjiż jew territorju terz li
huma ekwivalenti għar-regoli għal dak it-tip ta’ stabbiliment
applikabbli fl-Unjoni; (b) huwa approvat u elenkata mill-awtorità
kompetenti tal-pajjiż jew it-territorju terz tad-dispaċċ. 2. Il-Kummissjoni
għandha tiġbor l-elenki tal-istabbilimenti approvati msemmija
fil-paragrafu 1(b) li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta’
pajjiżi jew territorji terzi. 3. Il-Kummissjoni
għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’kull elenku ġdid jew
aġġornat ta’ stabbilimenti approvati li tirċievi mingħand
pajjiżi jew territorji terzi u għandha tagħmilhom disponibbli
għall-pubbliku. Artikolu 235
Id-delega ta’ setgħat għall-approvazzjoni u l-elenkar ta’
stabbilimenti Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 dwar regoli li
jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Artikolu 234(1)(b) f'każijiet fejn
il-miżuri alternattivi ta’ mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ
fil-pajjiż jew territorju terz jipprovdu garanziji ekwivalenti
tas-saħħa tal-annimali fi ħdan l-Unjoni. Taqsima 4
Id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali Artikolu 236
Id-delega ta' setgħat għal rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji ta’
annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali
għal: (a) id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet
u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali minn pajjiżi jew territorji terzi; (b) il-moviment fl-Unjoni u
l-immaniġġjar ta’ dawk l-annimali, prodotti ġerminali u prodotti
li joriġinaw mill-annimali wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni. 2. Ir-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 1(a) għandhom: (a) ikunu stretti daqs r-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-regoli
adottati bis-saħħa tiegħu applikabbli għall-moviment ta’
l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, il-prodotti ġerminali jew
il-prodotti li joriġinaw mill-annimali inkwistjoni fi ħdan l-Unjoni;
jew (b) ikunu ekwivalenti
għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli
għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, il-prodotti
ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali previsti
fil-Parti IV ta’ dan ir-Regolament. 3. Fl-istennija
tal-adozzjoni ta’ l-atti ddelegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ speċijiet jew kategoriji
partikolari ta' annimal, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw
mill-annimali, previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sakemm it-tali
rekwiżiti ma jkunux diġà ġew stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 258(2), l-Istati Membri jistgħu japplikaw
regoli nazzjonali, sakemm dawk ir-regoli: (a) jikkonformaw mar-rekwiżiti
stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jqisu l-kwistjonijiet imsemmija
fl-Artikoli 237 u 238; (b) ma humiex inqas stretti minn dawk li huma
stabbiliti fit-Titoli I u II tal-Parti IV. Artikolu 237
Il-materji li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex l-atti delegati
msemmija fl-Artikolu 236 fir-rigward tad-dħul ta’ annimali fl-Unjoni Il-Kummissjoni għandha tqis dawn
il-materji meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali fl-atti delegati previsti fl-Artikolu 236(1), għad-dħul
fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji partikolari ta’ annimali: (a) il-mard
elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u mard emerġenti; (b) l-istatus
tas-saħħa tal-Unjoni fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu
8(1)(d) u mard l-mard emerġenti; (c) l-ispeċijiet
elenkati fir-rigward ta' dak il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u
l-mard emerġenti; (d) l-età
u s-sess tal-annimali; (e) l-oriġini
tal-annimali; (f) it-tip
ta’ stabbiliment u t-tip ta’ produzzjoni fil-postijiet tal-oriġini kif
ukoll dawk tad-destinazzjoni; (g) il-post
tad-destinazzjoni maħsub; (h) l-użu
maħsub tal-annimali; (i) kwalunkwe
miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ fil-pajjiżi jew
it-territorji terzi tal-oriġini jew it-transitu, jew wara l-wasla
fit-territorju tal-Unjoni; (j) ir-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment ta’ dawk
l-annimali fi ħdan l-Unjoni; (k) fatturi
epidemjoloġiċi oħra; (l) l-istandards
kummerċjali internazzjonali tas-saħħa tal-annimali, rilevanti
għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ dawk l-annimali. Artikolu 238
Il-materji li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex l-atti delegati
msemmija fl-Artikolu 236 fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ dawn
il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali Il-Kummissjoni għandha tqis dawn
il-kwistjonijiet meta li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali, fl-atti delegati previsti fl-Artikolu 236(1), għad-dħul
fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali:, (a) il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u
mard emerġenti; (b) l-istatus tas-saħħa tal-annimali li
minnhom joriġinaw il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li
joriġinaw mill-annimali u tal-Unjoni rigward il-mard elenkat imsemmi
fl-Artikolu 8(1)(d) u l-mard emerġenti; (c) it-tip u n-natura ta’ dawn il-prodotti
ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali partikolari,
it-trattamenti, il-metodi tal-ipproċessar u miżuri oħrajn ta’
mitigazzjoni tar-riskji li ġew applikati fil-post tal-oriġini,
tad-dispaċċ tal-kunsinna jew tad-destinazzjoni; (d) it-tip ta’ stabbiliment u t-tip ta’
produzzjoni fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni; (e) il-post tad-destinazzjoni maħsub; (f) l-użu maħsub tal-prodotti
ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali; (g) ir-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali applikabbli għall-movimenti ta’ dawn il-prodotti
ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali fi ħdan
l-Unjoni; (h) fatturi epidemjoloġiċi oħra; (i) l-istandards kummerċjali internazzjonali
tas-saħħa tal-annimali, rilevanti għall-prodotti ġerminali
u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali partikolari. Taqsima 5
iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u
dokumenti oħra Artikolu 239
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u
dokumenti oħra għad-dħul fl-Unjoni 1. L-Istati
Membri jistgħu biss jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’
annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
sakemm dawn ikunu akkumpanjati minn: (a) ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż jew
territorju terz tal-oriġini; (b) dikjarazzjonijiet jew dokumenti
oħra, fejn meħtieġ mir-regoli adottati skont il-paragrafu 4(a). 2. L-Istati
Membri ma għandhomx jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’
annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
sakemm iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi
fil-paragrafu 1(a) ma jkunx ġie vverifikat u ffirmat minn veterinarju uffiċjali
fil-pajjiż jew territorju terz b’konformità ma' rekwiżiti
taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli
146(3) jew 216(3) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 146(4) jew 216(4). 3. L-Istati
Membri għandhom jippermettu ċertifikati elettroniċi
tas-saħħa tal-annimali li huma prodotti, immaniġġjati u
trażmessi permezz tal-IMSOC, li jissostitwixxu ċ-ċertifikati ta’
akkumpanjament tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1, fejn
it-tali ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali: (a) ikun fihom it-tagħrif kollu li
ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu
1(a) ta’ dan l-Artikolu hu meħtieġa li jkun fih skont l-Artikolu
240(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 240(3); (b) tkun żgurata
t-traċċabbiltà tal-kunsinni ta’ annimali, prodotti ġerminali u
prodotti li joriġinaw mill-annimali u r-rabtiet ta' dawk il-kunsinni
maċ-ċertifikat elettroniku tas-saħħa tal-annimali. 4. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) derogi mir-rekwiżiti
tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 1(a), għal
kunsinni ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw
mill-annimali kif ukoll regoli speċifiċi rigward
iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta’ dawk il-kunsinni,
li jippreżentaw riskju insinifikanti lis-saħħa tal-annimali jew
lis-saħħa pubblika fi ħdan l-Unjoni, minħabba xi
wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin: (i) il-kategorija jew l-ispeċi ta’
annimali, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali;
(ii) il-metodi taż-żamma u t-tipi
ta’ produzzjoni tal-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li
joriġinaw mill-annimali; (iii) l-użu maħsub tagħhom; (iv) miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
alternattivi li huma fis-seħħ fil-pajjiżi jew it-territorji
terzi tal-oriġini jew tat-tranżitu, jew wara l-wasla fit-territorju
tal-Unjoni, li jipprovdu protezzjoni tas-saħħa tal-annimal u
s-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik tal-Unjoni kif prevista
f’dan ir-Regolament; (v) l-għoti ta’ garanziji minn pajjiż
jew territorju terz li r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni huma
pprovduti b’mezzi oħra minbarra ċertifikat tas-saħħa
tal-annimali; (b) Ir-rekwiżiti għall-kunsinni ta’
annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li
jidħlu fl-Unjoni jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet jew dokumenti
oħra meħtieġa biex jintwera li l-annimali, il-prodotti
ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu
fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali
għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fir-regoli adottati skont l-Artikolu
236(1). Artikolu 240
Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali 1. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 239(1)(a) għandu jkun
fih mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: (a) l-isem u l-indirizz: (i) l-istabbiliment jew il-post ta’
oriġini; (ii) l-istabbiliment jew il-post
tad-destinazzjoni; (iii) fejn applikabbli, l-istabbilimenti
għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew tas-serħan
tal-annimali miżmuma; (b) deskrizzjoni tal-annimali, il-prodotti
ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali; (c) in-numru jew il-volum tal-annimali,
il-prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali; (d) fejn applikabbli, l-identifikazzjoni u
r-reġistrazzjoni tal-annimali jew il-prodotti ġerminali; (e) l-informazzjoni meħtieġa biex
jintwera li l-annimali, il-prodotti ġerminali u prodotti ta’ oriġini
tal-annimali fil-kunsinna jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali għal dħul fl-Unjoni kif previst fl-Artikolu 230 u
l-Artikolu 236(3) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 236(1) u Artikolu 241. 2. Iċ-ċertifikat
tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 239(1)(a) jista’ jinkludi
informazzjoni oħra meħtieġa taħt leġiżlazzjoni
oħra tal-Unjoni. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) l-informazzjoni li trid tiġi
inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi
fl-Artikolu 239(1)(a) minbarra dak imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; (b) l-informazzjoni li għandha tiġi
inkluża fid-dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu
239(1)(b). 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistipula regoli rigward mudell
ta’ formuli għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali,
dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu 239(1). Dawn
l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità
mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 255(2). 5. Sakemm
jiġu stabbiliti regoli fl-atti delegati u fl-atti ta’ implimentazzjoni
adottati skont il-paragrafu 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward ta’
speċijiet jew kategoriji partikolari ta’ annimali, prodotti ġerminali
jew prodotti li joriġinaw mill-annimali, u sakemm tali regoli ma jkunux
ġew stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu
258(2), l-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali, sakemm dawn
ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu. Taqsima 6
Derogi u kundizzjonijiet addizzjonali għal ċerti kategoriji ta’
annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali Artikolu 241
Derogi u kundizzjonijiet addizzjonali għal ċerti kategoriji ta’
annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar derogi mir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 230(1) u
l-Artikoli 234 u 239 u rekwiżiti addizzjonali għad-dħul
fl-Unjoni ta’ dan li ġej: (a) annimali: (i) maħsuba għal ċirkli,
avvenimenti, eżebizzjonijiet, wirjiet, spettakli u stabbilimenti limitati; (ii) li huma annimali domestiċi; (iii) huma maħsuba li jintużaw
għal għanijiet xjentifiċi; (iv) li għalihom l-Unjoni mhux
id-destinazzjoni finali; (v) li joriġinaw fl-Unjoni u li
jiġu soġġetti għal moviment lejn pajjiż jew territorju
terz, u mbagħad jiġu soġġettu għal moviment lura lejn
l-Unjoni minn dak il-pajjiż jew it-territorju terz; (vi) li joriġinaw fl-Unjoni u li huma
ttrasportati minn pajjiż jew territorju terz fi triqithom lejn parti
oħra tal-Unjoni; (vii) li huma maħsuba għal skopijiet
li jirgħu fuq bażi temporanja, fil-viċinanza tal-tal-fruntieri
tal-Unjoni; (viii) li jippreżentaw riskju
insinifikanti għall-istatus tas-saħħa tal-annimali fi ħdan
l-Unjoni; (b) prodotti li ġejjin mill-annimali: (i) maħsuba għall-użu
personali; (ii) għall-konsum fuq mezzi ta’
trasport li jkunu ġejjin minn pajjiżi jew territorji terzi; (c) prodotti ġerminali u prodotti li
joriġinaw mill-annimali: (i) maħsuba biex jintużaw
bħala kampjuni kummerċjali; (ii) maħsuba biex jintużaw
bħala kampjuni ta’ riċerka u dijanjożi; (iii) li għalihom l-Unjoni mhux
id-destinazzjoni finali; (iv) li joriġinaw fl-Unjoni u li
jiġu soġġetti għal moviment lejn pajjiż jew territorju
terz, u mbagħad jiġu soġġettu għal moviment lura lejn
l-Unjoni minn dak il-pajjiż jew it-territorju terz; (v) li joriġinaw fl-Unjoni u
jinġarru minn pajjiż jew territorju terz fi triqthom lejn parti
oħra tal-Unjoni; (vi) li jippreżentaw riskju
insinifikanti għall-istatus tas-saħħa tal-annimali fi ħdan
l-Unjoni. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu
l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 237 u 238. 2. Permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistipula regoli: (a) dwar mudell ta’ formuli
għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali,
dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra għall-kategoriji ta’ annimali,
il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li
għalihom saret referenza fil-paragrafu 1; (b) li jindikaw, għall-prodotti msemmija
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kodiċijiet min-Nomenklatura
Magħquda, fejn dawn il-kodiċijiet m’humiex previsti mir-regoli
adottati skont l-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Nru
għandu jiġi miżjud... fuq il-kontrolli uffiċjali]. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 2
Dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti għajr
il-prodotti ġerminali, annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
minn pajjiżi u territorji terzi Artikolu 242
Aġenti tal-mard u atti delegati 1. Kwalunkwe
persuna fiżika jew ġuridika li ġġib aġenti tal-mard
fl-Unjoni għandha: (a) tiżgura li d-dħul tagħhom
fl-Unjoni ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-annimali jew
għas-saħħa pubblika fi ħdan l-Unjoni fir-rigward tal-mard
elenkat msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u mard emerġenti; (b) tieħu l-miżuri preventivi u ta’
kontroll tal-mard xierqa biex tiżgura li d-dħul fl-Unjoni ta’ dawk
l-aġenti tal-mard ma jippreżentax riskju ta’ bijoterrorriżmu. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu
253 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’
aġenti tal-mard li jikkonċernaw: (a) l-ippakkettar ta’ aġenti tal-mard; (b) miżuri ta’ mitigazzjoni ta' riskji
oħra meħtieġa biex jiskansaw ir-rilaxx u t-tifrix ta’
aġenti tal-mard. Artikolu 243
Materjal ta’ pjanti u atti delegati u ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-rekwiżiti speċifiċi
tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ materjal
tal-pjanti, li jaġixxi bħala mezz ta’ tixrid tal-mard elenkat jew
emerġenti; (b) ir-rekwiżiti dwar: (i) iċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti
fl-Artikolu 239(1)(a) u l-Artikolu 239 (2) u (3); jew (ii) id-dikjarazzjonijiet jew dokumenti
oħra, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti fl-Artikolu 239(1)(b). 2. Il-Kummissjoni
għandha tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali
previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’
marda mhux favorevoli f’pajjiżi jew territorji terzi dwar mard elenkat
imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) jew mard emerġenti, u billi jitqiesu
l-kriterji li ġejjin: (a) jekk marda elenkata jew emerġenti li
tista' tiġi trażmessa permezz ta' materjal tal-pjanti li
jirrappreżenta riskju serju għas-saħħa tal-annimali jew
għas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni; (b) il-probabbiltà li l-annimali ta’
speċijiet elenkati għal mard elenkat partikolari jew mard
emerġenti se jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-materjal
tal-pjanti msemmi fil-paragrafu 1; (c) id-disponibbiltà u l-effettività ta’
miżuri alternattivi ta’ mitigazzjoni tar-riskji f’relazzjoni ma’ dak
il-materjal tal-pjanti, li jistgħu jeliminaw jew jimminimizzaw ir-riskju
ta' trażmissjoni li hemm referenza għalih f'2(a). 3. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tistabbilixxi regoli li jindikaw,
fil-każ tal-materjal tal-pjanti msemmi fil-paragrafu 1, il-kodiċijiet
minn-Nomenklatura Magħquda, fejn it-tali indikazzjoni ma tkunx prevista
mir-regoli adottati skont l-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX
[in-numru għandu jitniżżel - dwar il-kontrolli uffiċjali]. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Artikolu 244
Mezzi ta’ trasport, tagħmir, materjali tal-imballaġġ, ilma
tat-trasport u għalf u magħlef u atti delegati u ta’ implimentazzjoni 1. L-operaturi
li jġibu annimali u prodotti fl-Unjoni għandhom jieħdu
miżuri preventivi xierqa u meħtieġa fit-trasport, kif previst
fl-Artikoli 122(1) u 191(1). 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar: (a) ir-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta’: (a) mezzi ta’ trasport għall-annimali,
prodotti ġerminali, prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti
sekondarji mill-annimali u prodotti derivati; (b) tagħmir, materjal
tal-imballaġġ jew ilma tat-trasport għall-annimali, prodotti
ġerminali, prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji
tal-annimali u prodotti derivati, jew għalf u magħlef li jistgħu
jittrasmettu mard tal-annimali; (b) ħtiġijiet dwar: (i) iċ-ċertifikazzjoni
tas-saħħa tal-annimali, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti
fl-Artikolu 239(1)(a), (2) u (3); (ii) dikjarazzjonijiet jew dokumenti
oħra, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti fl-Artikolu 239(1)(b). 3. Il-Kummissjoni
għandha tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali
previsti fil-paragrafu 1 fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ marda mhux favorevoli
li tikkonċerna waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu
8(2)(d) jew mard emerġenti, li jippreżentaw riskju serju
għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa tal-bniedem
fl-Unjoni fi: (a) pajjiż terz ġar; (b) il-pajjiż terz tal-oriġini; (c) pajjiż terz ta’ tranżitu. 4. Il-Kummissjoni
tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tistabbilixxi regoli li jindikaw,
fil-każ tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2(a),
il-kodiċijiet minn-Nomenklatura Magħquda, fejn it-tali indikazzjoni
ma tkunx prevista mir-regoli adottati skont l-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament
(UE) Nru XXX/XXX [Publication office: No of Regulation] dwar
il-kontrolli uffiċjali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). Kapitolu 3
Esportazzjoni Artikolu 245
Esportazzjoni mill-Unjoni 1. L-Istati
Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li
l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni mill-Unjoni lejn pajjiż jew territorju
terz ta’ annimali u prodotti isir skont ir-regoli għall-moviment ta’
annimali u prodotti bejn l-Istati Membri previsti fil-Parti IV, filwaqt li
jitqiesu l-istatus tas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż jew
it-territorju terz tad-destinazzjoni, jew żona jew kompartiment
tiegħu, fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u
mard emerġenti. Madankollu, jekk mitlub mill-awtorità kompetenti
tal-pajjiż jew territorju terz li jkun qiegħed jimporta, jew jekk
ikun stabbilit mil-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, il-kodiċi
ta’ prattika u proċeduri legali u amministrattivi oħrajn
fis-seħħ f’dak il-pajjiż jew territorju, l-esportazzjoni u
r-riesportazzjoni mill-Unjoni tista’ sseħħ b’konformità ma’ dawk
id-dispożizzjonijiet. 2. Fejn
id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali konkluż bejn l-Unjoni u
pajjiż jew territorju terz huwa applikabbli, l-annimali u l-prodotti
esportati mill-Unjoni lejn dak il-pajjiż jew territorju terz għandhom
ikunu konformi ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. PARTI VI
MIŻURI TA' EMERĠENZA Taqsima 1
Miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-movimenti ta’ annimali u
prodotti fl-Unjoni u mezzi ta’ trasport u materjal ieħor li seta’ ġie
f’kuntatt ma’ annimali u prodotti bħal dawn Artikolu 246
Il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu
mill-awtorità kompetenti ta' Istat Membru milqut b’każ ta’ tifqigħa
ta’ marda elenkata jew marda emerġenti jew l-okkorrenza ta’ periklu
fit-territorju tiegħu 1. Fil-każ
ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata jew marda emerġenti, jew jkun hemm
periklu li x’aktarx jikkostitwixxi riskju serju, l-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru fejn dan jokkorri għandha, skont il-ħruxija
tas-sitwazzjoni u l-marda jew il-periklu inkwistjoni, tieħu minnufih
waħda jew aktar mill-miżuri ta’ emerġenza segwenti biex ma
jiġi skansat it-tixrid tal-marda jew il-periklu: (a) fil-każ ta' mard elenkat: (i) imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a)
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbilit fil-Kapitolu I tat-Titolu II
tal-Parti III; (ii) imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (c),
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II
tal-Parti III; (b) fil-każ ta' mard emerġenti u
perikli: (i) ristrezzjonijiet ta’ moviment fuq
annimali u prodotti li joriġinaw mill-istabbilimenti jew, fejn ikun
rilevanti, iż-żoni jew il-kompartimenti ristretti, fejn
it-tifqigħa jew il-periklu jkunu seħħew, u fuq mezzi ta’
trasport u materjal ieħor li setgħu ġew f’kuntatt ma’ dawk
l-annimali jew il-prodotti; (ii) kwarantina tal-annimali u
l-iżolament tal-prodotti; (iii) sorveljanza u miżuri ta’
traċċabbiltà; (iv) kwalunkwe miżuri ta' emerġenza
ta’ kontroll tal-mard previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti III li huma
xierqa; (c) kwalunkwe miżura oħra ta’
emerġenza li tkun tidhrilha xierqa biex effettivament u
effiċjentement tikkontrolla u tiskansa t-tixrid tal-marda jew il-periklu. 2. L-awtorità
kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni u
lill-Istati Membri l-oħra: (a) immedjatament b'tifqigħa jew
l-okkorrenza ta' periklu msemmija fil-paragrafu 1; (b) mingħajr dewmien bil-miżuri ta’
emerġenza meħuda skont il-paragrafu 1. Artikolu 247
Miżuri ta’ emerġenza li għandhom jieħdu l-Istati Membri
apparti l-Istat Membru fejn tkun seħħet tifqigħa jew periklu 1. L-awtorità
kompetenti ta’ Stati Membri għajr l-Istat Membru fejn okkorriet
it-tifqigħ jew il-periklu msemmi fl-Artikolu 246(1), għandha
tieħu waħda jew aktar mill-miżuri ta’ emerġenza li
jissemmew fl-Artikolu 246(1), meta fit-territorju tagħha sseħħ
detezzjoni ta' annimali jew prodotti mill-Istat Membru msemmi fl-Artikolu
246(1) jew mezzi ta’ trasport jew kull materjal ieħor li seta’ ġie
f’kuntatt ma’ annimali u prodotti bħal dawn. 2. L-awtorità
kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista', fejn
jeżisti riskju serju sakemm jiġu adottati l-miżuri ta’
emerġenza mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 248, tieħu
l-miżuri ta’ emerġenza li jissemmew fl-Artikolu 246(1) fuq bażi
interim, skont il-ħruxija tas-sitwazzjoni fir-rigward ta’ annimali jew
prodotti li joriġinaw minn stabbilimenti jew kwalunkwe postijiet
oħra, jew fejn rilevanti minn żoni ristretti tal-Istat Membru fejn
il-marda jew perikolu msemmi fl-Artikolu 246(1) ikunu seħħew, jew
mezzi ta’ trasport jew materjal ieħor li seta’ ġie f’kuntatt ma’ dawn
l-annimali. 3. L-awtorità
kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni u
lill-Istati Membri l-oħra: (a) immedjatament bit-tifqigħa jew
l-okkorrenza ta' periklu msemmija fil-paragrafu 1; (b) mingħajr dewmien bil-miżuri ta’
emerġenza meħuda skont il-paragrafi 1 u 2. Artikolu 248
Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni 1. Fil-każ
ta’ tifqigħa jew l-okkorrenza ta’ periklu, kif imsemmi fl-Artikolu 246(1)
u tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri skont l-Artikoli 246(1) u 247(1) u (2), il-Kummissjoni
għandha tirrevedi s-sitwazzjoni u l-miżuri ta’ emerġenza
meħuda, u tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni waħda jew aktar
mill-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-Artikolu 246(1) dwar l-annimali
u l-prodotti u l-mezzi ta’ trasport u materjal ieħor li setgħu
ġew f’kuntatt ma’ dawk l-annimali jew il-prodotti, fi kwalunkwe
mill-każijiet li ġejjin: (a) il-Kummissjoni ma ġietx infurmata bi
kwalunkwe miżuri meħuda skont l-Artikolu 246(1) u l-Artikolu 247(1) u
(2); (b) il-Kummissjoni tikkunsidra li
l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 246(1) u l-Artikolu 247(1) u (2) ma
humiex adegwati; (c) il-Kummissjoni tikkunsidra li hu
meħtieġ li jiġu approvati jew sostitwiti l-miżuri
meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikoli
246(1) u 247(1) u (2) sabiex jiġi evitat xkiel mhux ġustifikat
fil-moviment ta’ annimali u prodotti. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 2. Għal
raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati
relatati ma’ riskji serji ta’ tixrid ta’ xi marda jew periklu l-Kummissjoni
tista’ tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont l-Artikolu
255(3). Taqsima 2
Miżuri ta’ emerġenza li jikkonċernaw kunsinni ta’ annimali u
prodotti li joriġinaw minn pajjiżi u territorji terzi u mezzi ta’
trasport u materjal ieħor li seta’ ġie f’kuntatt ma’ kunsinni
bħal dawn Artikolu 249
Il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu mill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru
ssir konxja ta’ kunsinna ta’ annimali jew prodotti li joriġinaw minn
pajjiż jew territorju terz, jew mezzi ta’ trasport jew materjali li
setgħu ġew f’kuntatt mat-tali kunsinna, li x’aktarx tikkostitwixxi
riskju serju fl-Unjoni minħabba infezzjoni jew kontaminazzjoni possibbli
minn mard elenkat jew mard emerġenti jew xi perikli, din għandha
minnufih: (a) tieħu
waħda jew aktar mis-segwenti miżuri ta’ emerġenza
meħtieġa biex dak ir-riskju jiġi mitigat skont il-ħruxija
tas-sitwazzjoni: (i) id-destruzzjoni tal-kunsinna; (ii) il-kwarantina tal-annimali u
l-iżolament tal-prodotti; (iii) sorveljanza u miżuri ta’
traċċabbiltà; (iv) kwalunkwe miżuri ta’ kontroll
tal-mard imsemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti III, fejn xieraq; (v) kwalunkwe miżura oħra ta’
emerġenza li hija tqis adegwati biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda
jew il-periklu fl-Unjoni; (b) tinforma
minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riskji
assoċjati mal-kunsinna inkwistjoni u dwar l-oriġini tal-kunsinna
permezz tal-IMSOC. Artikolu 250
Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni 1. Fejn
marda elenkata, marda emerġenti jew periklu li x’aktarx jikkostitwixxi
riskju serju jseħħ jew jinfirex f’pajjiż jew territorju terz,
jew jekk kwalunkwe raġuni oħra serja tal-annimali jew
is-saħħa pubblika hekk titlob, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att
ta’ implimentazzjoni u b'aġir fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba
ta’ Stat Membru, tadotta waħda jew aktar minn dawn il-miżuri ta’
emerġenza li ġejjin, skont il-ħruxija tas-sitwazzjoni: (a) tissospendi d-dħul fl-Unjoni ta’
kunsinni ta’ annimali u prodotti, u mezzi ta’ trasport jew materjal ieħor
li seta’ ġie f’kuntatt ma’ kunsinni bħal dawn, li jista’ jifrex dik
il-marda jew periklu fl-Unjoni; (b) tistabbilixxi rekwiżiti
speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali u
prodotti, u mezzi ta’ trasport u materjal ieħor li seta’ ġie f’kuntatt
ma’ kunsinni bħal dawn, li jista’ jifrex dik il-marda jew periklu
fl-Unjoni; (c) tieħu kwalunkwe miżuri ta’
kontroll tal-mard xierqa ta’ emerġenza biex tiskansa t-tixrid ta’ dik
il-marda jew periklu fl-Unjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 2. Għal
raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati
relatati ma’ riskji serji, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta
mal-Istat Membru konċernat, tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni
applikabbli b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 255(3). Artikolu 250
Miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-Istati Membri meta
l-Kummissjoni ma taġixxix 1. Fejn
Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri ta’
emerġenza skont l-Artikolu 250 u l-Kummissjoni ma tagħmilx dan, dak
l-Istat Membru: (a) jista', fl-istennija tal-adozzjoni ta’
miżuri ta’ emerġenza mill-Kummissjoni b’konformità mal-paragrafu 2
ta’ dan l-Artikolu, jieħu waħda jew aktar mill-miżuri ta’
emerġenza li jissemmew fil-punt (a) tal-Artikolu 249 fuq bażi interim
fir-rigward tal-kunsinni ta’ annimali u prodotti u mezzi ta’ trasport u
materjal ieħor li seta’ ġie f’kuntatt ma’ kunsinni bħal dawn, li
joriġinaw mill-pajjiż terz jew territorju msemmi fl-Artikolu 250(1),
skont il-ħruxija tas-sitwazzjoni fit-territorju tiegħu; (b) għandu jinforma lill-Kummissjoni u
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri
ta’ emerġenza ta’ dan it-tip mingħajr dewmien, billi jagħti
r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħhom. 2. Il-Kummissjoni
għandha tirrevedi s-sitwazzjoni u l-miżuri ta’ emerġenza
meħuda mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u
għandha, fejn meħtieġ, tadotta permezz ta’ att ta’
implimentazzjoni waħda jew aktar mill-miżuri ta’ emerġenza
previsti fl-Artikolu 250. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 255(2). 3. Għal
raġunijiet ta' urġenza imperattivi relatati ma riskji serji u
debitament iġġustifikati l-Kummissjoni għandha tadotta minnufih
atti ta' implimentazzjoni applikabbli b'konformità mal-proċedura msemmija
fl-Artikolu 255(3). Parti VII
Dispożizzjonijiet komuni TITOLU I
Dispożizzjonijiet proċedurali Artikolu 252
Emenda għall-Annessi I u II Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 253 fir-rigward ta’
emendi għall-Annessi I u II sabiex jitqiesu l-progress tekniku,
l-iżviluppi xjentifiċi u ċ-ċirkostanzi mibdula fis-saħħa
pubblika u tal-annimali. Artikolu 253
L-eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa
ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), 6(2), 9(2), 11(3),
13(2), 15(2), 16(3), 18(3), 24, 28, 30(4), 31(2), 34(2), 37(5), 39, 41(3),
42(5), 44(1), 47, 48(3), 53(2), 54(3), 55(2), 58(2), 63, 64(4), 67, 68(2),
70(3), 72(2), 73(3), 74(3), 76(2), 79, 80(4), 85(3), 89(3), 92(2), 96(3),
100(1), 103(2), 114, 115, 119(1), 122(2), 128(1), 129(2), 132, 133(2), 134(2),
135(3), 136(4), 137, 141(1), 143(1), 144, 146(4), 148(3), 151(1), 152(2),
154(1), 158, 159(5), 160(3), 162(2), 163(3), 164(3), 165(5), 166(3), 174(3),
179(2), 184(1), 188(1), 191(2), 196(2), 199(3), 200(3), 201(2), 202(2), 203(2),
204(3), 205, 211, 213(1), 214, 216(4), 218(3), 221(1), 222(3), 223(3), 224(5),
225(3), 229(1), 231(3), 233(3), 235, 236(1), 239(4), 240(3), 241(1), 242(2),
243(1), 244(2), 252, 259(2), 260(2) u 261(2) għandha tiġi kkonferita
lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn (*). 3. Is-setgħa
li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 229(1) għandha
tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn (*). (*) Id-data
tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew
kwalunkwe data oħra stabbilita mil-leġiżlatur. 4. Id-delega
tas-setgħat elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u msemmija
fl-Artikolu 229(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament
Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha
ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik
id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ
l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata
fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà
fis-seħħ. 5. Meta
tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att
iddelegat adottat skont id-dispożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2
ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 229(1) għandu jidħol
fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda
oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien
xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew
jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll
il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se
joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq
inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 254
Proċedura ta’ urġenza 1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu
għandhom jidħlu fis-seħħ bla dewmin u għandhom
japplikaw sakemm l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa
b'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewopew
u l-Kunsill għandha tistqarr ir-raġunijiet għaliex tintuża
l-proċedura ta' urġenza. 2. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill
jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat b'konformità
mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 253(6). F’każ simili,
il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika
tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew
mill-Kunsill. Artikolu 255
Il-proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni
għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti,
l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE)
Nru 178/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tat-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta
ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika
l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta
ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, b’rabta mal-Artikolu 5 tiegħu. TITOLU II
Penali Artikolu 256
Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta'
dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji
biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti
jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw
dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [date
to be inserted: one year from the date of application of this Regulation] u
għandhom jinnotifikawha bla dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li
jolqtuhom. TITOLU III
Il-miżuri tal-Istati Membri Artikolu 257
Il-miżuri tal-Istati Membri 1. L-Istati
Membri jistgħu japplikaw miżuri addizzjonali jew aktar stretti
fit-territorji tagħhom minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament li
jikkonċernaw biss: (a) ir-responsabbiltajiet
għas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu 3 tal-Parti I; (b) in-notifika fi ħdan l-Istati Membri
prevista fl-Artikolu 16; (c) is-sorveljanza msemmija fil-Kapitolu 2
tal-Parti II; (d) ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni,
iż-żamma tar-rekords u r-reġistri previsti fil-Kapitolu 1
tat-Titoli I u l-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti IV; (e) ir-rekwiżiti ta’
traċċabbiltà ta' annimali terrestri miżmuma u prodotti
ġerminali previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu I tal-Parti IV. 2. Il-miżuri
nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mar-regoli
stipulati f’dan ir-Regolament u ma għandhomx: (a) ifixklu l-moviment ta’ annimali u
prodotti bejn l-Istati Membri; (b) jikkontradixxu r-regoli msemmija
fil-paragrafu 1. Parti
VIIIDispożizzjonijiet tranżitorji u finali Artikolu 258
Revoki 1. Id-Deċiżjoni
78/642/KEE, id-Direttiva 79/110/ KEE, id-Direttiva 81/6/ KEE,
id-Deċiżjoni 89/455/ KEE, id-Direttiva 90/423/ KEE,
id-Deċiżjoni 90/678/KEE huma mħassra. 2. L-atti
li ġejjin huma b’dan imħassra b’effett minn [id-data
tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]: –
id-Direttiva 64/432/KEE, –
id-Direttiva 77/391/KEE, –
id-Direttiva 78/52/KEE, –
id-Direttiva 80/1095/KEE, –
id-Direttiva 82/894/KEE, –
id-Direttiva 88/407/KEE, –
id-Direttiva 89/556/KEE, –
id-Direttiva 90/429/KEE, –
id-Direttiva 91/68/KEE, –
id-Deċiżjoni 91/666/KEE, –
id-Direttiva 92/35/KEE, –
id-Direttiva 92/65/KEE, –
id-Direttiva 92/66/KEE, –
id-Direttiva 92/118/KEE, –
id-Direttiva 92/119/KEE, –
id-Deċiżjoni 95/410/KE, –
id-Direttiva 2000/75/KE, –
id-Deċiżjoni 2000/258/KE, –
ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, –
id-Direttiva 2001/89/KE, –
id-Direttiva 2002/60/KE, –
id-Direttiva 2002/99/KE, –
id-Direttiva 2003/85/KE, –
ir-Regolament (UE Nru[XXX/XXX... [Publication
office: Number to be inserted… non-commercial movements of pet animals and
repealing Regulation (EC) No 998/2003], –
ir-Regolament (KE) Nru 21/2004, –
id-Direttiva 2004/68/KE –
id-Direttiva 2005/94/KE –
id-Direttiva 2006/88/KE –
id-Direttiva 2008/71/KE –
id-Direttiva 2009/156/KE –
id-Direttiva 2009/158/KE. Referenzi għal dawk l-atti mħassra
għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u
għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni kif stipulati
fl-Anness III t'hawnhekk. 3. L-atti
adottati mill-Kummissjoni skont l-atti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew
imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm
dawn ma humiex f’kontradizzjoni mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. Artikolu 259
Miżuri tranżitorji relatati mar-revoka tar-Regolament (KE) Nru
1760/2000, ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 u d-Direttiva 2008/71/KE 1. Minkejja
l-Artikolu 258(2) ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000 u
(KE) Nru 21/2004 u d-Direttiva 2008/71/KE għandhom jibqgħu japplikaw
sad-data li għandha tkun stabbilita f’att delegat adottat skont
il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont
l-Artikolu 252 dwar id-data li fiha l-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu ma għandhomx japplikaw aktar. Dik id-data għandha tkun id-data
tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandhom ikunu adottati
skont l-atti delegati li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 103(2) u
l-Artikoli 114 u 115 ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 260
Miżuri tranżitorji relatati ma’ revoki tad-Direttivi 92/66/KEE,
2000/75/KE, 2001/89/KE, 2000/75/KE, 2002/60/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE 1. Minkejja
l-Artikolu 258(2) ta’ dan ir-Regolament, id-Direttivi 92/66/KEE, 2000/75/KE,
2001/89/KE, 2000/75/KE, 2002/60/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE għandhom
jibqgħu japplikaw sad-data li għandha tkun stabbilita f’att delegat
adottat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont
l-Artikolu 253 dwar id-data li fiha d-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’
dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw aktar. Dik id-data għandha tkun id-data
tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandhom ikunu adottati
skont l-atti delegati li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 44(1),
47(1) 48(3), 53(1), 54(3) u 58(2), l-Artikolu 63, l-Artikolu 64(4), l-Artikolu
67 u l-Artikolu 68(2) u 70(3) ta’ dan ir-Regolament. l-Artikolu 261
Miżuri tranżitorji relatati għar-revoka tar-Regolament (UE) Nru
[XXX/XXX dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi] 1. Minkejja
l-Artikolu 258(2) ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru [XXX/XXX]
għandu jibqa' japplika sad-data li għandha tkun stabbilita f’att
delegat adottat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont
l-Artikolu 253 dwar id-data li fiha r-Regolament XXX/XXX ma għandux jibqa'
japplika. Dik id-data għandha tkun id-data
tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandhom ikunu adottati
skont l-atti delegati li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 114(f) u
l-Artikoli 152(2) u 222(3) ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 262
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika minn 36 xahar
mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Speċijiet
tal-annimali domestiċi PARTI A Klieb (Canis lupus familiaris) Qtates (Felis silvestris catus) Inmsa (Mustela putorius furo) PARTI B Invertebrati (ħlief in-naħal,
il-bagħal tan-naħal, u l-molluski u l-krustaċji) Annimali akkwatiċi ornamentali Amfibji Rettili Għasafar: l-ispeċijiet kollha tal-għasafar
ħlief it-tjur tal-irziezet tal-irziezet Mammiferi: rodituri u fniek ħlief dawk
maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel. ANNESS II Speċi
ta’ Ungulati Grupp tassonomiku || Ordni || Familja || Ġeneru / speċi Perissodactyla || Equidae || Equus spp. Tapiridae || Tapirus spp. Rhinoceritidae || Ceratotherium spp., Dicerorhinus spp., Diceros spp., Rhinoceros spp. Artiodactyla || Antilocapridae || Antilocapra ssp. Bovidae || Addax ssp., Aepyceros ssp., Alcelaphus ssp., Ammodorcas ssp., Ammotragus ssp., Antidorcas ssp., Antilope ssp., Bison ssp., Bos ssp.(inkluż Bibos, Novibos, Poephagus), Boselaphus ssp., Bubalus ssp. (inkluż Anoa), Budorcas ssp., Capra ssp., Cephalophus ssp., Connochaetes ssp., Damaliscus ssp.(inkluż Beatragus), Dorcatragus ssp., Gazella ssp., Hemitragus ssp., Hippotragus ssp., Kobus ssp., Litocranius ssp., Madogua ssp., Naemorhedus ssp. (inklużi Nemorhaedus u Capricornis), Neotragus ssp., Oreamuos ssp., Oreotragus ssp., Oryx ssp., Ourebia ssp., Ovibos ssp., Ovis ssp., Patholops ssp., Pelea ssp., Procapra ssp., Pseudois ssp., Pseudoryx ssp., Raphicerus ssp., Redunca ssp., Rupicapra ssp., Saiga ssp., Sigmoceros-Alecelaphus ssp., Sylvicapra ssp., Syncerus ssp., Taurotragus ssp., Tetracerus ssp., Tragelaphus ssp. (inkluż Boocerus). Camelidae || Camelus ssp., Lama ssp., Vicugna ssp. Cervidae || Alces ssp., Axis-Hyelaphus ssp., Blastocerus ssp., Capreolus ssp., Cervus-Rucervus ssp., Dama ssp., Elaphurus ssp., Hippocamelus ssp., Hydropotes ssp., Mazama ssp., Megamuntiacus ssp., Muntiacus ssp., Odocoileus ssp., Ozotoceros ssp., Pudu ssp., Rangifer ssp. Giraffidae || Giraffa ssp., Okapia ssp. Hippopotamindae || Hexaprotodon-Choeropsis ssp., Hippopotamus ssp. Moschidae || Moschus ssp. Suidae || Babyrousa ssp., Hylochoerus ssp., Phacochoerus ssp., Potamochoerus ssp., Sus ssp., Tayassuidae || Catagonus ssp., Pecari-Tayassu ssp. Tragulidae || Hyemoschus ssp., Tragulus-Moschiola ssp. Probosċidae || Elephantidae || Elephas ssp., Loxodonta ssp. ANNESS III Tabella ta' korrelazzjoni msemmija
fl-Artikolu 257(2) 1. Id-Direttiva 64/432/KE Id-Direttiva 64/432/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikoli 4 (parzjalment), 150(3) u 220(3) Artikolu 3(1) Artikolu 3(2) || Artikoli 121 u 123 Artikoli 121 (2), 123(1) u 146(3) u (4) Artikolu 4(1) Artikolu 4(2) u (3) || Artikolu 121(1) Artikolu 122(1) u (2) Artikolu 5(1) Artikolu 5(2) Artikolu 5(2)(a) Artikolu 5(2)(b) Artikolu 5(3) Artikolu 5(4) Artikolu 5(5) || Artikolu 140(1), 142 u 143, Artikolu 146(3) u (4), Artikolu 144(a) Artikolu 141(1)(b), Artikolu 146(3) u (4), Artikolu 150, Artikoli 130, 132 u 150 Artikolu 6 || Articles 127, 128, 129 Artikolu 6a || - Artikolu 7 || Artikoli 129, 130, 131(a) u 132 Artikolu 8 || Artikoli 16, 17, 18 u Artikoli 16(3), 17(3), 18(3) u 19 Artikolu 9 || Articles 30(1), 31, 32 u Artikolu 30 (3) u (4), 31(2) Artikolu 10 || Artikoli 30(2), 31, 32, 36, 41, 42 u Artikoli 39, 40, 41(3) u 42(5) and (6) Artikolu 11(1) Artikolu 11(2) Artikolu 11(3) Artikolu 11(4) Artikolu 11 (5) - (6) || Artikolu 89(1)(a), 92, 93 u Artikolu 92(2), Artikoli 97, 100 u 101 Artikolu 93, 94 Artikolu 95 Artikolu 92(1)(d) u (2)(d) Artikolu 12(1) Artikolu 12(2) Artikolu 12(3) Artikolu 12(4) Artikolu 12(5) u (6) || Artikolu 122, Artikolu 99 u Artikolu 100 Artikolu 122(1)(a) u (b) Artikolu 140(3) - Artikolu 13(1) u (2) Artikolu 13(3) Artikolu 13(4) Artikolu 13(5) u (6) || Artikoli 89, 92, 93, 94, 97, 100, u 101 Artikolu 95 - Artikolu 96 Artikolu 14(1) u (2) Artikolu 14(3)A u B Artikolu 14(3)C Artikolu 14(4) sa (6) || - - Artikolu 103 - Artikolu 15(1) Artikolu 15(2) sa (4) || Artikolu 256 - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 17a || - Artikolu 18 || Artikolu 103 Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - 2. Id-Direttiva 77/391/KEE Id-Direttiva 77/391/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2(1) Artikolu 2(2) Artikolu 2(3) Artikolu 2(4) || Artikolu 30(1) Artikoli 31, 32 Artikolu 33 Artikoli 36 u 41 Artikolu 3(1) Artikolu 3(2) Artikolu 3(3) Artikolu 3(4) || Artikolu 30(1) Artikoli 31, 32 Artikolu 33 Artikoli 36 u 41 Artikolu 4 || Artikoli 30(1), 31, 32, 33, 36 u 41 Artikolu 5 || - Artikolu 6 || - Artikolu 7 || - Artikolu 8 || - Artikolu 9 || - Artikolu 10 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - Artikolu 13 || - Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - 3. Id-Direttiva 78/52/KEE Id-Direttiva 78/52/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3(1) Artikolu 3(2) Artikolu 3(3) Artikolu 3(4) || Artikoli 30(1), 31, 34 u 35 - - Artikoli 30(1) u 31 Artikolu 4 || Artikoli 30(1), 31 u 35 Artikolu 5 || Artikoli 16, 17, 18, 46 u 47 Artikolu 6(1) Artikolu 6(2) Artikolu 6(3) || Artikoli 73 sa 75 Artikoli 76 u 77 Artikoli 78 u 79 Artikolu 7 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 8 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 9 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 10 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 11 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 12 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 13 || Artikoli 16, 17, 18, 46 u 47 Artikolu 14(1) Artikolu 14(2) Artikolu 14(3) || Artikoli 73 sa 75 Artikoli 76 u 77 Artikoli 78 u 79 Artikolu 15 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 16 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 17 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 18 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 19 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 20 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 21 || - Artikolu 22 || Artikoli 16, 17, 18, 46 u 47 Artikolu 23 || Artikoli 73 sa 79 Artikolu 24 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 25 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 26 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 27 || Artikoli 121(1), 123(1)(b) Artikolu 28 || - Artikolu 29 || - Artikolu 30 || - 4. Id-Direttiva
80/1095/KEE Id-Direttiva 80/1095/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikoli 30(1) u 36 Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 30, 31, 34 u 35 Artikolu 3a || Artikoli 30, 31, 34 u 35 Artikolu 4 || Artikoli 32 u 35 Artikolu 4a || Artikoli 32 u 35 Artikolu 5 || - Artikolu 6 || Artikolu 30 Artikolu 7 || Artikoli 36, 39 u 40 Artikolu 8 || Artikoli 41 u 42 Artikolu 9 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - Artikolu 12a || - Artikolu 13 || - 5. Id-Direttiva
82/894/KEE Id-Direttiva 82/894/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 17, 19, 20 u 21 Artikolu 4 || Artikoli 17.18, 19, 20 u 21 Artikolu 5 || Artikolu 21(b) u (c) Artikolu 6 || - Artikolu 7 || - Artikolu 8 || - 6. Id-Direttiva
88/407/KEE Id-Direttiva 88/407/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 157 u 158 Artikolu 4 || Artikolu 158(b) u (c) Artikolu 5 || Artikoli 89, 92, 95 u 96 Artikolu 6(1) Artikolu 6(2) Artikolu 6(3) u (4) || Artikoli 159 u 160 - - Artikolu 8 || Artikoli 230(1)(a) u 231 Artikolu 9 || Artikoli 230(1)(b), 234 u 235 Artikolu 10 || Artikoli 230(1)(c), 231, 236 u 238 Artikolu 11 || Artikolu 230(1)(d) u Artikolil 239, 240 Artikolu 12 || Artikolu 230(2) Artikolu 15 || Artikoli 246 sa 251 Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - 7. Id-Direttiva
89/556/KEE Id-Direttiva 89/556/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 157, 158, 159 Artikolu 5(1) Artikolu 5(2) Artikolu 5(2a) u (3) || Artikoli 89 u 92 Artikolu 96 Artikolu 92 Artikolu 6 || Artikolu 159 u 160 Artikolu 7 || Artikoli 230(1)(a) u 231 Artikolu 8 || Artikoli 230(1)(b), 234 u 235 Artikolu 9 || Artikoli 230(1)(c), 236 u 238 Artikolu 10 || Artikoli 230(1)(d), 239, 240 Artikolu 11 || Artikoli 230(2) u 249 sa 251 Artikolu 14 || Artikoli 246 sa 248 Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - 8. Id-Direttiva
90/429/KEE Id-Direttiva 90/429/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 157 u 158 Artikolu 4 || - Artikolu 5(1) Artikolu 5(2) || Artikoli 89 u 92 Artikolu 96 Artikolu 6(1) Artikolu 6(2) || Artikoli 159 u 160 - Artikolu 7 || Artikoli 230(1)(a) u 231 Artikolu 8 || Artikoli 230(1)(b), 234 u 235 Artikolu 9 || Artikoli 230(1)(c), 236 u 238 Artikolu 10 || Artikolu 230(1)(d), 239, 240 Artikolu 11(1) Artikolu 11(2) u (3) || Artikolu 230(2) - Artikolu 12 || Artikolu 239 Artikolu 13 || - Artikolu 14 || - Artikolu 15 || Artikoli 246 sa 251 Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - 9. Id-Direttiva
91/68/KEE Id-Direttiva 91/68/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikoli 4 (parzjalment), 150(3) u 220(3) Artikolu 3(1)(2)(3) u (5) Artikolu 3(4) || Artikoli 127 u 128 Artikolu 136 Artikolu 4(1) Artikolu 4(2) Artikolu 4(3) || Artikoli 121(2)(b), 127 u 128 Artikolu 125 Artikolu 128 Artikolu 4a || Artikolu 128 Artikolu 4b(1) sa (3) Artikolu 4b(4) Artikolu 4b(5) Artikolu 4b(6) || Artikolu 128 Artikolu 130 Artikolu 129 Artikoli 121(1) u 122 Artikolu 4c(1) u (2) Artikolu 4c(3) || Artikolu 128 Artikoli 130 u 132 Artikolu 5 || Artikolu 128 Artikolu 6 || Artikolu 128 Artikolu 7(1) sa (3) Artikolu 7(4) || Artikoli 30, 31 u 32 - Artikolu 8(1) sa (3) Artikolu 8(4) || Artikoli 36, 39 u 40 - Artikolu 8a(1) Artikolu 8a(2) Artikolu 8a(3) Artikolu 8a(4) Artikolu 8a(5) || Artikoli 89(1)(a), 92, 93 u 131 Artikolu 97, 100 Artikoli 93, 94 u 96 Artikolu 95 Artikolu 92(1)(d) u (2)(d) Artikolu 8b(1) Artikolu 8b(2) Artikolu 8b(3) Artikolu 8b(4) || Artikoli 82,89(1)(a), 92, 93, 97, 100 u 131 Artikoli 89, 92, 93 Artikolu 95 - Artikolu 8c(1) Artikolu 8c(2) Artikolu 8c(3) Artikolu 8c(4) u (5) || Artikoli 85 u 122 Artikolu 99 Artikolu 122(1)(a) - Artikolu 9 || Artikoli, 140, 141, 142, 143, 144, 145, 146 u 150 Artikolu 10 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12 || Artikolu 141 (b) Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - 10. Deċiżjoni
91/666/KEE Deċiżjoni 91/666/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 48 Artikolu 4 || Artikoli 48, 49 u 50 Artikolu 5 || Artikoli 48 u 50 Artikolu 6 || Artikoli 15 u 48(3)(b) Artikolu 7 || Artikolu 50 Artikolu 8 || - Artikolu 9 || - Artikolu 10 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - 11. Id-Direttiva
92/35/KEE Id-Direttiva 92/35/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 16 Artikolu 4 || Artikoli 53 sa 57 u 59 Artikolu 5 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 6 || Artikoli 60 sa 69 Artikolu 7 || Artikolu 57 Artikolu 8 || Artikolu 64 Artikolu 9 || Artikoli 65, 66 u 67 Artikolu 10 || Artikoli 65, 66 u 67 Artikolu 11 || Artikolu 68 Artikolu 12 || Artikolu 71(1) Artikolu 13 || Artikolu 65(2) Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || Artikoli 43, 44 u 45 Artikolu 18 || - Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - 12. Id-Direttiva
92/65/KEE Id-Direttiva 92/65/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || - Artikolu 4 || Artikoli 121, 123, 16, 17, 18, 30(2), 140 sa 143, 146 u 148 Artikolu 5 || Artikoli 133, 134, 140, 141 Artikolu 6(A) Artikolu 6(B) || Artikoli 121, 123, 127, 128, 134, 137, 140 sa 143 - Artikolu 7(A) Artikolu 7(B) || Artikoli 121, 123, 127, 128, 134, 137 u 140 sa 143 - Artikolu 8 || Artikoli 121, 123, 133 u 140 sa 143 Artikolu 9 || Artikoli 121, 123, 133 u 140 sa 143 Artikolu 10(1) sa (4) Artikolu 10(5) sa (7) || Artikoli 121, 123, 133, 140 sa 143 - Artikolu 10a || - Artikolu 11(1) Artikolu 11(2) u (3) Artikolu 11(4) Artikolu 11(5) || Artikolu 155 Artikoli 155,157 u 158, 140 sa 143 Artikoli 92 u 96 Artikolu 162 Artikolu 12(1) Artikolu 12(2) Artikolu 12(3) Artikolu 12(4) Artikolu 12(5) Artikolu 12(6) || - Artikolu 246 – 248 Artikoli 82, 97, 100 Artikoli 140 sa 146 u 149 sa 151 - Artikolu 256 Artikolu 13(1) Artikolu 13(2) || Artikoli 133, 140 sa 146 u 148 Artikoli 90, 92, 93 to 96 Artikolu 14 || Artikoli 30, 31 u 32 Artikolu 15 || Artikoli 36, 39, 40 u 41 Artikolu 16 || Artikoli 230(1) u 236 Artikolu 17(1) Artikolu 17(2) Artikolu 17(3) Artikolu 17(4) u (5) || Artikolu 230(1)(a)(b) u (c) Artikolu 231, Artikolu 231, 234, 235 - Artikolu 18 || Artikolu 230(1)(d), 239 Artikolu 19 || Artikolu 236 Artikolu 20 || Artikoli 230(2), 246 sa 248 Artikolu 21 || Artikolu 141, 142, 143, 160, 209 u 211 Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - Artikolu 24 || Artikoli 230(1)(d), 239 u 241(1)(a)(v) u (1)(c)(iv) Artikolu 25 || - Artikolu 26 || - Artikolu 27 || - Artikolu 28 || - Artikolu 29 || - Artikolu 30 || - 13. Direttiva
92/66/KEE Direttiva 92/66/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 16 Artikolu 4 || Artikoli 53 sa 56, 57(1) u 59 Artikolu 5 || Artikoli 60 sa 63 Artikolu 6 || Artikolu 63 Artikolu 7 || Artikoli 57, 43(2)(d) Artikolu 8 || Artikoli 55 u 56 Artikolu 9(1) Artikolu 9(2) sa (7) || Artikolu 64 Artikolu 65 sa 68 Artikolu 10 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 11 || Artikoli 67(b), 68(1)(b) u (2)(a) Artikolu 12 || Artikolu 54 Artikolu 13 || Artikolu 65(2) Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 16 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 17 || Artikolu 47 Artikolu 18 || Artikoli 65(e), 67 u 69 Artikolu 19(1) sa (3) Artikolu 19(4) Artikolu 19(5) || Artikoli 53 sa 56 Artikoli 57(1), 60 sa 63 Artikolu 71(2) Artikolu 20 || - Artikolu 21 || Artikoli 43 u 44 Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - Artikolu 24 || - Artikolu 25 || - Artikolu 26 || - Artikolu 27 || - 14. Id-Direttiva
92/118/KEE Id-Direttiva 92/118/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 164, 223, u 228(c)(v) Artikolu 4(1) Artikolu 4(2) || Artikoli 164, 223, u 228(c)(v) - Artikolu 5 || Artikoli 164 u 223 Artikolu 6 || Artikolu 15(1)(b) u (2)(b) Artikolu 7(1) Artikolu 7(2) Artikolu 7(3) Artikolu 7(4) || - Artikoli 246 sa 248 - Artikolu 256 Artikolu 8 || - Artikolu 9 || Artikoli 230 u 236 Artikolu 10 || Artikoli 230, 236, 239 u 241 Artikolu 11 || Artikolu 241(1)(c)(ii) Artikolu 12 || - Artikolu 13 || Artikolu 241(1)(c)(i) Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 16 || Artikolu 241(1)(c)(v) Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - 15. Id-Direttiva
92/119/KEE Id-Direttiva 92/119/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 16 Artikolu 4 || Artikoli 53 sa 57 u 59 Artikolu 5 || Artikoli 60 sa 63 Artikolu 6 || Artikolu 70 u 71(2) Artikolu 7 || Artikolu 63 Artikolu 8 || Artikolu 57 Artikolu 9 || Artikoli 62 u 63 Artikolu 10 || Artikolu 64 Artikolu 11 || Artikoli 65 sa 68 u 71(2) Artikolu 12 || Artikoli 65 sa 68 Artikolu 13 || Artikolu 67(a) Artikolu 14 || Artikolu 65(2) Artikolu 15 || - Artikolu 16 || Artikoli 63(b), 67(b), 68(1)(b) u (2)(a) Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 19 || Artikoli 46, 47 u 69 Artikolu 20 || Artikoli 43, 44 u 45 Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - Artikolu 24 || - Artikolu 25 || - Artikolu 26 || - Artikolu 27 || - Artikolu 28 || - 16. Deċiżjoni 95/410/KEE Deċiżjoni 95/410/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikoli 127 sa 129 Artikolu 2 || Artikolu 128(1)(c) Artikolu 3 || Artikoli 140, 142 u 143 Artikolu 4 || - Artikolu 5 || - Artikolu 6 || - 17. Id-Direttiva 2000/75/KE Id-Direttiva 2000/75/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 16 Artikolu 4(1) u (2) Artikolu 4(3) Artikolu 4(4) Artikolu 4(5) Artikolu 4(6) || Artikoli 54 u 55 Artikolu 53 Artikolu 56 Artikolu 70 Artikolu 59 Artikolu 5 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 6 || Artikoli 60 sa 64 Artikolu 7 || Artikolu 57 Artikolu 8 || Artikoli 64, 68 u 71(3) Artikolu 9 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 10(1) Artikolu 10(2) || Artikoli 64 u 67 Artikoli 46 u 47 Artikolu 11 || - Artikolu 12 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 13 || Artikolu 71(1) Artikolu 14 || Artikolu 65(2) Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || Artikoli 43, 44 u 45 Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - 18. Regolament
(KE) Nru 1760/2000 Regolament (KE) Nru 1760/2000 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikolu 102 Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 102(2) u 105 Artikolu 4 || Artikoli 106(a), 108, 114, 115 u 117 Artikolu 5 || Artikolu 103(1)(a) Artikolu 6 || Artikolu 104, 106(b), 108, 114, 115 u 117 Artikolu 7 || Artikoli 97, 100, 101 u 106(b)(i) u (c) Artikolu 8 || Artikolu 105 Artikolu 9 || - Artikolu 10(a) sa (c) Artikolu 10(d) u (e) Artikolu 10 (f) || Artikoli 114, 115, 117 - Artikolu 258 Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - Artikolu 13 || - Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - Artikolu 24 || - Artikolu 25 || - 19. Id-Direttiva 2001/89/KE Id-Direttiva 2001/89/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 16, 17, 18 u 21 Artikolu 4 || Artikoli 53 sa 57(1) u 59 Artikolu 5 || Artikoli 60 sa 63 u 71(2) Artikolu 6 || Artikoli 63 u 71 Artikolu 7 || Artikoli 62, 63 u 65(1)(b) Artikolu 8 || Artikolu 57 Artikolu 9 || Artikolu 64 Artikolu 10 || Artikoli 65 sa 68 Artikolu 11 || Artikoli 65 sa 68 Artikolu 12 || Artikoli 65(1)(f), 67(b) u 68(1)(b) Artikolu 13 || Artikoli 61(3), 63(d) u 68 Artikolu 14 || Artikoli 62 u 63 Artikolu 15 || Artikolu 70 Artikolu 16 || Artikolu 70 u Artikoli 30 sa 35 Artikolu 17 || Artikoli 15, 54(2) u (3), 65(1)(b) u 67(c) Artikolu 18 || Artikoli 15, 46 u 47 Artikolu 19 || Artikoli 65(1)(e), 67 u 69 Artikolu 20 || Artikolu 70 Artikolu 21 || - Artikolu 22 || Artikoli 43, 44 u 45 Artikolu 23 || Artikoli 43(2)(d) u 44 Artikolu 24 || - Artikolu 25 || - Artikolu 26 || - Artikolu 27 || - Artikolu 28 || - Artikolu 29 || - Artikolu 30 || - Artikolu 31 || - 20. Id-Direttiva 2002/60/KE Id-Direttiva 2002/60/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 16, 17, 18 u 21 Artikolu 4 || Artikoli 53 sa 56, 57(1) u 59 Artikolu 5 || Artikoli 60 sa 63 u 71(2) Artikolu 6 || Artikoli 63 u 71 Artikolu 7 || Artikoli 62 u 63 Artikolu 8 || Artikolu 57 Artikolu 9 || Artikolu 64 Artikolu 10 || Artikoli 65, 67 u 68 Artikolu 11 || Artikoli 65, 67 u 68 Artikolu 12 || Artikolu 65(1)(f), 67(b) u 68(1)(b) Artikolu 13 || Artikoli 61(3), 63(d) u 68 Artikolu 14 || Artikoli 62 u 63 Artikolu 15 || Artikolu 70 Artikolu 16 || Artikolu 70 u Artikoli 30 sa 35 Artikolu 17 || Artikoli 61(f) u 63 Artikolu 18 || Artikoli 15, 54(2) u (3), 65(1)(b) u 67(c) Artikolu 19 || Artikoli 15, 46 u 47 Artikolu 20 || - Artikolu 21 || Artikoli 43, 44 u 45 Artikolu 22 || Artikoli 43(2)(d) u 44 Artikolu 23 || - Artikolu 24 || - Artikolu 25 || - Artikolu 26 || - Artikolu 27 || - Artikolu 28 || - Artikolu 29 || - Artikolu 30 || - 21. Id-Direttiva 2002/99/KE Id-Direttiva 2002/99/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 164, 223 u 228(c)(v) Artikolu 4 || Artikoli 65(1)(c),(d)(i),(g),(h),(i), 67, 164, 223 u 229(1)(d) Artikolu 5 || Artikoli 165, 166, 224 u 225 Artikolu 6 || - Artikolu 7 || Artikoli 236 u 238 Artikolu 8 || Artikoli 231, 232 u 233 Artikolu 9 || Artikoli 239 u 240 Artikolu 10 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - Artikolu 13 || - Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - 22. Id-Direttiva 2003/85/KE Id-Direttiva 2003/85/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 16, 17, 18 u 21 Artikolu 4 || Artikoli 53 sa 56 u 57(1) Artikolu 5 || Artikolu 55(1)(d),(e) u (2) Artikolu 6 || Artikoli 55(1)(f)(i) u (2), u 56(b) Artikolu 7 || Artikolu 55(1)(f)(ii) Artikolu 8 || Artikolu 55(1)(f) u (2) Artikolu 9 || Artikolu 59 Artikolu 10 || Artikoli 60, 61, 63 Artikolu 11 || Artikoli 61(1)(f) 63(b), 65(1)(f) u 67(b) Artikolu 12 || Artikolu 65(1)(h),(i) u Artikolu 67 Artikolu 13 || Artikolu 57 Artikolu 14 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 15 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 16 || Artikoli 61, 62 u 63 Artikolu 17 || Artikolu 71(2) u (3) Artikolu 18 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 19 || Artikoli 62 u 63 Artikolu 20 || Artikolu 71(2) u (3) Artikolu 21 || Artikoli 64 Artikolu 22 || Artikoli 65 sa 67 Artikolu 23 || Artikoli 65 sa 67 Artikolu 24 || Artikoli 67 u 71(1) Artikolu 25 || Artikolu 65(1)(c),(d)(i),(g), (h), (i) u Artikolu 67 Artikolu 26 || Artikoli 65(1)(c),(d)(i),(g),(h),(i), 67, u 164 Artikolu 27 || Artikoli 65(1)(c),(d)(i),(g), (h), (i), 67, 164 Artikolu 28 || Artikolu 65(1)(c),(d)(iii) u Artikolu 67 Artikolu 29 || Artikolu 65(1)(c),(d)(ii) u 67 Artikolu 30 || Artikolu 65(1)(c),(d)(ii) u 67 Artikolu 31 || Artikolu 65(1)(c),(d)(ii) u 67 Artikolu 32 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 33 || Artikolu 65(1)(c)(d)(ii) u 67 Artikolu 34 || Artikoli 67, 140(2), 159(1)(b), 165(1)(b) Artikolu 35 || Artikolu 71 Artikolu 36 || Artikolu 68 Artikolu 37 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 38 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 39 || Artikoli 65(1)(c),(d)(i),(g), (h), (i), 67, 164 Artikolu 40 || Artikoli 65(1)(c),(d)(i),(g), (h), (i), 67, 164 Artikolu 41 || Artikolu 65(1)(c),(d)(ii) u 67 Artikolu 42 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 43 || Artikolu 71 Artikolu 44 || Artikolu 68 Artikolu 45 || Artikoli 64, 69 u 71 Artikolu 46 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 47 || Artikolu 65(1)(h) u 67 Artikolu 48 || Artikolu 140 Artikolu 49 || Artikoli 15, 46 u 47 Artikolu 50 || Artikoli 46, 47 u 69 Artikolu 51 || Artikoli 46, 47 u 69 Artikolu 52 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 53 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 54 || Artikoli 46, 47, 65, 67 u 69(3) Artikolu 55 || Artikoli 46, 47, 65, 67 u 69(3) Artikolu 56 || Artikoli 47, 68(1)(c) u 69(3) Artikolu 57 || Artikoli 47, 68(1)(c) u 69(3) Artikolu 58 || Artikolu 65(1)(c) u 67 Artikolu 59 || Artikoli 36, 38, 39, 40 u 68 Artikolu 60 || Artikoli 36, 38, 39, 40 u 68 Artikolu 61 || Artikoli 36, 38, 39, 40 u 68 Artikolu 62 || Artikolu 68 Artikolu 63 || Artikoli 140(2), 159 u 165 Artikolu 64 || Artikoli 69(3) u 128 Artikolu 65 || Artikolu 15 Artikolu 66 || - Artikolu 67 || - Artikolu 68 || - Artikolu 69 || - Artikolu 70 || Artikolu 15 Artikolu 71 || Artikoli 54(2) u (3), 58, 61(1)(g), 63(c) u 65(1)(b), 67(c), 68(1)(c) u 2(b) Artikolu 72 || Artikolu 43 Artikolu 73 || Artikolu 45 Artikolu 74 || Artikolu 43(2)(d) Artikolu 75 || Artikolu 44 Artikolu 76 || Artikolu 43(2)(d) u 44 Artikolu 77 || Artikolu 44 Artikolu 78 || Artikolu 43(2)(d) Artikolu 79 || Artikolu 52 Artikolu 80 || Artikolu 48 Artikolu 81 || Artikoli 48(3) u 50 Artikolu 82 || Artikoli 48(3) u 50 Artikolu 83 || Artikolu 49 Artikolu 84 || Artikoli 48(3) u 50 Artikolu 85 || Artikoli 70 u 71 Artikolu 86 || Artikolu 256 Artikolu 87 || - Artikolu 88 || Artikolu 71(3) Artikolu 89 || - Artikolu 90 || - Artikolu 91 || - Artikolu 92 || - Artikolu 93 || - Artikolu 94 || - Artikolu 95 || - 23. Regolament
(KE) Nru 998/2003 Regolament (KE) Nru 998/2003 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || - Artikolu 3 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 4 || Artikoli 112, 114(e) u 117 Artikolu 5 || Artikoli 152, 222 u 228 Artikolu 6 || - Artikolu 7 || Artikoli 152(2) u (3) u 222(2) u (3) Artikolu 8 || Artikolu 241(1)(a)(ii) Artikolu 9 || Artikolu 241(1)(a)(ii) Artikolu 10 || Artikolu 231 Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - Artikolu 13 || - Artikolu 14 (1 u 2 paragrafu) Artikolu 14 (3 paragrafu) Artikolu 14 (4 paragrafu) || Artikolu 239 - Artikoli 236(1)(b) u 241(1)(a)(ii) Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || Artikoli 152(2) u (3), 222(2) u (3), 228, u 241(1)(a)(ii) Artikolu 18 || Artikoli 246 sa 251 Artikolu 19 || Artikoli 4(2)(b), 152(2) u (3), 222(2) u (3), 228, u 241(1)(a)(ii) Artikolu 19a(1) Artikolu 19a(2) || Artikolu 114(e) u 117 Artikolu 152(2) u (3) Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - Artikolu 24 || - Artikolu 25 || - 24. Regolament
(KE) Nru 21/2004 Regolament (KE) Nru 21/2004 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikolu 102 Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3(1) Artikolu 3(2) || Artikolu 102(2) Artikolu 105 Artikolu 4(1) u (2) Artikolu 4(3) Artikolu 4(4) sa (7) Artikolu 4(8) Artikolu 4(9) || Artikoli 107(a), 114, 115 u 117 Artikoli 114(b) u 115(a) Artikolu 114 Artikolu 105 Artikolu 114 (b) Artikolu 5 || Artikoli 97, 100, 101, 105 u 106(b) u (c) Artikolu 6 || Artikoli 105(b), 107(b), 108, 114(c)(ii), 115 u 117 Artikolu 7 || Artikolu 96 Artikolu 8(1) Artikolu 8(2) Artikolu 8(3) sa (5) || Artikolu 103, Artikolu 107(c), Artikolu 103 Artikolu 9 || Artikoli 114(b) u 117 Artikolu 10(1)(a) Artikolu 10(1)(b) Artikolu 10(1)(c) Artikolu 10(2) || - Artikolu 256 Artikolu 258 Artikolu 117 Artikolu 11 || Artikolu 105 Artikolu 12(1) Artikolu 12(2) Artikolu 12(4) sa (7) || - Artikolu 256 - Artikolu 13 || - Artikolu 14 || - Artikolu 15 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - 25. Id-Direttiva 2004/68/KE Id-Direttiva 2004/68/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3(1) Artikolu 3(2) || Artikolu 230(1)(a) Artikolu 233(1) Artikolu 4 || Artikolu 231(1) Artikolu 5 || Artikoli 231(1),(3) u 232 Artikolu 6 || Artikoli 236 u 237 Artikolu 7 || Artikolu 236(1)(a) u 2 u Artikolu 237 Artikolu 8 || Artikoli 236, 239(4) u 241(1)(a) Artikolu 9 || Artikoli 236(1) u 239(4) Artikolu 10 || Artikolu 236(1) u 239(4) Artikolu 11 || Artikoli 230(1)(d), 239 u 240 Artikolu 12 || - Artikolu 13 || - Artikolu 14 || - Artikolu 16 || - Artikolu 17 || - Artikolu 18 || - Artikolu 19 || - Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - 26. Id-Direttiva 2005/94/KE Id-Direttiva 2005/94/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikolu 9 Artikolu 4 || Artikoli 27 u 28 Artikolu 5 || Artikolu 16, 17, 18 u 21 Artikolu 6 || Artikolu 57 Artikolu 7 || Artikoli 53 sa 56 u 57(1) Artikolu 8 || Artikolu 55(2) Artikolu 9 || Artikolu 59 Artikolu 10 || Artikoli 55(1)(e),(f) u 56 Artikolu 11 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 12 || Artikolu 63 Artikolu 13 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 14 || Artikolu 63(a) Artikolu 15 || Artikoli 62 u 63(e) Artikolu 16 || Artikolu 64 Artikolu 17 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 18 || Artikoli 65(1)(a) u (b) u 67 Artikolu 19 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 20 || Artikolu 65(1)(d)(ii) u 67 Artikolu 21 || Artikoli 65(1)(c) u (i) u 67 Artikolu 22 || Artikolu 65(1)(c) u (i) and Artikolu 67 Artikolu 23 || Artikoli 65(1)(c) u 67 Artikolu 24 || Artikoli 65(1)(c) u 67 Artikolu 25 || Artikoli 65(1)(c) u 67 Artikolu 26 || Artikoli 65(1)(c) u 67 Artikolu 27 || Artikoli 65(1)(d)(ii) u 67 Artikolu 28 || Artikoli 65(1)(f) u 67(b) Artikolu 29 || Artikolu 68 Artikolu 30 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 31 || Artikolu 68 Artikolu 32 || Artikoli 64, 65, 67 u 71(3) Artikolu 33 || Artikoli 67 u 71(3) Artikolu 34 || Artikoli 37, 65(1)(i), 67 u 71(3) Artikolu 35 || Artikoli 54 u 61 Artikolu 36 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 37 || Artikoli 61 u 63 Artikolu 38 || Artikoli 61, 63, 65 u 67 Artikolu 39 || Artikoli 61, 63 u 71(3) Artikolu 40 || Artikoli 61, 63 u 71(3) Artikolu 41 || Artikoli 61, 63 u 71(3) Artikolu 42 || Artikoli 62 u 63 Artikolu 43 || Artikolu 64 Artikolu 44 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 45 || Artikolu 68 Artikolu 46 || Artikoli 64(4), 67 u 71(3) Artikolu 47 || Artikolu 61, 63 u 71 Artikolu 48 || Artikolu 68(1)(b) u 2(a) Artikolu 49 || Artikoli 61(3) u 68 Artikolu 50 || Artikoli 15, 54(2)(b), (c) u (3), 58(2), 63(5) Artikolu 51 || - Artikolu 52 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 53 || Artikolu 69 Artikolu 54 || Artikoli 46, 47, 65, 67 u 69 Artikolu 55 || Artikoli 46, 47, 65, 67 u 69 Artikolu 56 || Artikoli 46 u 47 Artikolu 57 || Artikolu 47 Artikolu 58 || Artikoli 48 sa 51 Artikolu 59 || Artikolu 52 Artikolu 60 || - Artikolu 61 || Artikolu 256 Artikolu 62 || Artikoli 43 sa 45 Artikolu 63 || - Artikolu 64 || - Artikolu 65 || - Artikolu 66 || - Artikolu 67 || - Artikolu 68 || - Artikolu 69 || - 27. Id-Direttiva 2006/88/KE Id-Direttiva 2006/88/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikoli 2 u 3(2) Artikolu 3 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 4(1) Artikolu 4(2) Artikolu 4(3) Artikolu 4(4) Artikolu 4(5) || Artikoli 170, 171, 174 u 175 Artikolu 177 Artikolu 183(2) Artikoli 170, 171, 172 u 173 - Artikolu 5 || Artikolu 179 Artikolu 6 || Artikoli 183, 184 Artikolu 7 || - Artikolu 8 || Artikoli 185, 186, 187 u 188 Artikolu 9 || Artikolu 179(1)(a)(i), (2) u (3) Artikolu 10 || Artikoli 179 (1)(a)(ii), (2) u (3) Artikolu 11 || Artikoli 190 u 204 Artikolu 12 || Artikolu 190 Artikolu 13 || Artikoli 191 Artikolu 14(1) u (2) Artikolu 14(3) u (4) || Artikolu 208 Artikoli 219 u 220 Artikolu 15(1) u (2) Artikolu 15(3) Artikolu 15(4) || Artikoli 195, 196 Artikolu 192 Artikoli 195, 196 u 198 Artikolu 16 || Artikolu 196 Artikolu 17 || Artikolu 196 Artikolu 18 || Artikoli 200 u 201 Artikolu 19 || Artikoli 200 u 201 Artikolu 20 || Artikolu 199 Artikolu 21 || Artikoli 202, 203 u 205 Artikolu 22 || Artikolu 230(1)(a) Artikolu 23 || Artikoli 231 u 232 Artikolu 24 || Artikoli 230(1)(d) u 239 Artikolu 25 || Artikoli 236, 239 u 240 Artikolu 26 || Artikolu 16 Artikolu 27 || Artikoli 17 u 18 Artikolu 28 || Artikoli 53 sa 55 u 72 sa 74 Artikolu 29 || Artikolu 57 Artikolu 30 || Artikoli 59 u 77 Artikolu 31 || - Artikolu 32 || Artikoli 60, 61, 62 u 64 Artikolu 33 || Artikoli 65 u 67 Artikolu 34 || Artikolu 61(1)(b) u (c) u Artikolu 63 Artikolu 35 || Artikoli 61(3) u 63 Artikolu 36 || - Artikolu 37 || Artikolu 68 Artikolu 38 || Artikoli 76 u 78 Artikolu 39 || Artikoli 78 u 79 Artikolu 40 || Artikolu 80 Artikolu 41 || Artikolu 246(1)(b) u (c) Artikolu 42 || Artikolu 71(3) Artikolu 43 || Artikolu 227 Artikolu 44 || Artikoli 26, 27, 30 u 31 Artikolu 45 || Artikolu 32 Artikolu 46 || Artikolu 34 Artikolu 47 || Artikoli 43 u 44 Artikolu 48 || Artikolu 46 u 47 Artikolu 49 || Artikolu 36 Artikolu 50 || Artikolu 36 u 37 Artikolu 51 || Artikolu 38 Artikolu 52 || Artikolu 41 Artikolu 53 || Artikolu 42 Artikolu 54 || - Artikolu 55 || - Artikolu 56 || - Artikolu 57(a) Artikolu 57 (b) Artikolu 57 (c) || - Artikoli 54(2)(c) u (3), 58, 61(1)(h), 63(c), 67(1)(b) u 67(c) - Artikolu 58 || - Artikolu 59 || Artikolu 38, 183 (parzjalment) Artikolu 60 || Artikolu 256 Artikolu 61 || - Artikolu 62 || - Artikolu 63 || - Artikolu 64 || - Artikolu 65 || - Artikolu 66 || - Artikolu 67 || - 28. Id-Direttiva 2008/71/KE Id-Direttiva 2008/71/KE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3(1) Artikolu 3(2) || Artikolu 96 Artikolu 115 Artikolu 4(1) Artikolu 4(2) || Artikoli 97 u 115 Artikolu 110 Artikolu 5(1) Artikolu 5(2) || Artikolu 110(a), 114(b) u 117 Artikolu 110(a) u 111 Artikolu 6(1) Artikolu 6(2) || Artikolu 110(a), 115 u 117 - Artikolu 7 || Artikolu 103(1)(b) u (2) Artikolu 8 || Artikoli 110, 114(d) Artikolu 9 || Artikolu 256 Artikolu 10 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12 || - Artikolu 13 || - 29. Id-Direttiva 2009/156/KE Id-Direttiva 2009/156/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || Artikoli 123 u 136 Artikolu 4(1) Artikolu 4(2) Artikolu 4(3) Artikolu 4(4) Artikolu 4(5) Artikolu 4(6) || Artikoli 127 u 146(3) Artikoli 127 u 128 Artikolu 125 Artikoli 109, 114 u 117 Artikoli 123(1)(a), 127 u 128 Artikoli 30 sa 35 Artikolu 5 || Artikoli 127 u 128 Artikolu 6 || Artikoli 127, 128 u 141(b) Artikolu 7(1) Artikolu 7(2) Artikolu 7(3) || Artikoli 123(2) u 130 Artikoli 127, 128 u 129 Artikoli 127, 128 u 129 Artikolu 8 || Artikoli 109(1)(c), 114, 117 u Artikoli 140 sa 143 Artikolu 9 || Artikoli 246 sa 248 (parzjalment) Artikolu 10 || - Artikolu 11 || - Artikolu 12(1), (2) u (3) Artikolu 12(4) u (5) || Artikoli 230(1)(a) u 231 Artikolu 236 Artikolu 13 || Artikoli 231 u 236 Artikolu 14 || Artikolu 236 Artikolu 15 || Artikolu 236 Artikolu 16 || Artikoli 236, 238 u 239 Artikolu 17 || Artikolu 236 Artikolu 18 || - Artikolu 19 || Artikolu 236 Artikolu 20 || - Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - Artikolu 23 || - Artikolu 24 || - 30. Id-Direttiva 2009/158/KE Id-Direttiva 2009/158/KEE || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || - Artikolu 2 || Artikolu 4 (parzjalment) Artikolu 3 || - Artikolu 4 || - Artikolu 5 || Artikoli 123, 127, 128, 157 u 158 Artikolu 6 || Artikoli 121, 123 u 157 Artikolu 7 || Artikolu 96 Artikolu 8 || Artikoli 157 u 158 Artikolu 9 || Artikoli 127 u 128 Artikolu 10 || Artikoli 127 u 128 Artikolu 11 || Artikoli 127 u 128 Artikolu 12 || Artikoli 127 u 128 Artikolu 13 || Artikolu 128 Artikolu 14 || Artikolu 128 Artikolu 15(1)(a) Artikolu 15(1)(b) sa (d) Artikolu 15(2) || Artikoli 157 u 158 Artikoli 127 u 128 Artikoli 30 sa 35 Artikolu 16 || Artikoli 30 sa 35 Artikolu 17 || Artikoli 36, 39 u 40 Artikolu 18 || Artikoli 121, 122, 123(1)(a) u (2), 129 u 155(3) Artikolu 19 || Artikolu 128 Artikolu 20 || Artikoli 140 sa 147 u Artikoli 159 u 160 Artikolu 21 || - Artikolu 22 || - Artikolu 23 || Artikoli 230(1)(a), 231 u 232 Artikolu 24 || Artikolu 236 Artikolu 25 || Artikolu 236 Artikolu 26 || Artikolu 239 Artikolu 27 || - Artikolu 28 || Artikoli 236, 237 u 238 Artikolu 29 || Artikolu 236 u 241 Artikolu 30 || Artikolu 236 Artikolu 31 || Artikoli 246 sa 248 Artikolu 32 || - Artikolu 33 || - Artikolu 34 || - Artikolu 35 || - Artikolu 36 || - Artikolu 37 || - Artikolu 38 || - [1] COM(2010) 543 finali “Regolamentazzjoni
Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea”. [2] COM(2010) 2020 “Ewropa 2020 — Strateġija għal
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”. [3] http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/strategy/cahpeval_en.htm [4] http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/strategy/index_en.htm [5] Riżoluzzjoni tal-PE 2007/2260(INI). [6] Doc.15481/07 ADD 1. [7] NAT/376 — Strateġija tal-UE dwar is-Saħħa
tal-Annimali. [8] COM (2008) 545 final, http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/strategy/documents_en.htm [9] ĠU C , , p. . [10] ĠU C , , p. . [11] COM (2007) 539 finali. [12] ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1. [13] COM(2000) 1 finali. [14] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. [15] ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1. [16] ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. [17] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. [18] ĠU L 325,
12.12.2003, p. 31. [19] ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1. [20] ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14. [21] ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. [22] COM(2011) 748. [23] http://www.oie.int/en/support-to-oie-members/global-studies/categorisation-of-animal-diseases/ [24] ĠU L 325,
12.12.2003, p. 31. [25] Dok SANCO/7070/2010. [26] ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33. [27] ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977. [28] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. [29] ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1. [30] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74. [31] ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. [32] ĠU L … [33] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. [34] ĠU 121, 29.7.1964, P. 1977. [35] ĠU L 145, 13.6.1977, p. 44. [36] ĠU L 15, 19.1.1978, p. 34. [37] ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. [38] ĠU L 325, 1.12.1980, p. 1. [39] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. [40] ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. [41] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. [42] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. [43] ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21. [44] ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. [45] ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. [46] ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. [47] ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. [48] ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. [49] ĠU L 243, 11.10.1995, p. 25. [50] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. [51] ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. [52] ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. [53] ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. [54] ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. [55] ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11. [56] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. [57] ĠU L ... [58] ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8. [59] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321. [60] ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1. [61] ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16. [62] ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14. [63] ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31. [64] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74. [65] ĠU L 213, 3.8.1978, p. 15. [66] ĠU L 29, 3.2.1979, p. 24. [67] ĠU L 14, 16.1.1981, p. 22. [68] ĠU L 223, 2.8.1989, p. 19. [69] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 13. [70] ĠU L 373, 31.12.1990, 29. [71] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.