Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE /* COM/2013/0259 final - 2013/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006[1]
jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea,
fil-limitu massimu annwali ta' EUR 1 biljun, minbarra l-intestaturi
relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità
għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2012/2002[2]. Abbażi tal-applikazzjoni mis-Slovenja,
il-Kroazja u l-Awstrija għal assistenza mill-Fond b’rabta ma’
għargħar fil-ħarifa 2012, il-kalkolu ta’ għajnuna mill-Fond
ta' Solidarjetà bbażata fuq l-estima tal-ħsara totali kkawżata
huwa kif ġej: || || || || || (EUR) || || Diżastru || Ħsara diretta aċċettata || Limitu minimu (f'miljuni) || Ammont ibbażat fuq 2,5 % || Ammont ibbażat fuq 6 % || Ammont totali ta' għajnuna proposta || Slovenia flooding || 359 534 838 || 214,021 || 5 350 525 || 8 730 830 || 14 081 355 || Għargħar fil-Kroazja || 11 463 479 || 259,805 || 286 587 || ~ || 286 587 || Għargħar fl-Awstrija || 9 600 000 || 1 798,112 || 240 000 || ~ || 240 000 || TOTALI || || 14 607 942 Fid-dawl tal-valutazzjoni
tal-applikazzjonijiet[3],
u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien
mal-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt
l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li
timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali
ta' EUR 14 607 942, li għandu jkun allokat taħt
l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju. Bil-preżentazzjoni
ta' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni
qiegħda tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata
tat-trilogu, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jinkiseb il-ftehim
taż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit dwar
il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ.
Il-Kummissjoni tistieden lil kull fergħa tal-awtorità tal-baġit li
tinforma lill-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha. Fil-każ li
jkun hemm nuqqas ta' qbil minn waħda miż-żewġ fergħat
tal-Awtorità tal-Baġit, għandha tissejjaħ laqgħa formali
tat-trilogu. Il-Kummissjoni ser tressaq abbozz ta’
baġit emendatorju (ABE) sabiex, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fil-baġit
tal-2013 jiddaħħlu approprjazzjonijiet speċifiċi
għall-impenji u għall-ħlasijiet. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta'
Solidarjetà tal-UE IL-PARLAMENT EWROPEW U
L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja soda[4],
u b'mod partikolari l-Punt 26 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li
jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[5], Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni,[6] Billi: (1) L-Unjoni Ewropea ħolqot
il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi
solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri. (2) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond
sal-limitu annwali ta’ EUR 1 biljun. (3) Ir-Regolament (KE)
Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom
il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat, (4) Is-Slovenja, il-Kroazja u
l-Awstrija ressqu applikazzjoni biex il-Fond jiġi mobilizzat, fir-rigward
ta’ diżastru tal-għargħar. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni
Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 14 607 942
f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tiġi
ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. [2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3 [3] Komunikazzjoni lill-KummissjoniC(2013) XXXdwar it-tliet applikazzjonijiet biex jiġi
mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ppreżentati
mis-Slovenja, mill-Kroazja u .mill-Awstrija [4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. [5] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3 [6] ĠU C […], […],
p. […].