Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 /* COM/2013/0246 final - 2011/0276 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti
tagħha għal Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
komuni dwar il-FEŻR, il-FSE, il-FK, il-FAEŻR u l-FEMS u
d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi tal-politika ta’
koeżjoni fis-6 ta’ Ottubru 2011 (COM(2011) 615
finali). Il-proposta
inizjali tal-Kummissjoni għar-Regolament tal-FEMS allinjat is-sistemi ta'
ġestjoni u kontroll għall-FEMS bl-arranġamenti proposti
għll-FAEŻR. Dan ġie propost primarjament għar-raġuni
li l-awtoritajiet li jġestixxu l-FAEŻR u l-FEMS ta' spiss huma
l-istess u jibbenefikaw mill-arranġamenti armonizzati għal dawn
iż-żewġ fondi. Matul l-eżami
tal-proposta tal-FEMS fil-Grupp ta' Ħidma dwar is-Sajd fil-Kunsill,
għadd ta' Stati Membri kellhom dubji dwar il-bidla għas-sistema
proposta mill-Kummissjoni għall-ġestjoni u l-kontroll u
għall-ġestjoni finanzjarja. Fil-perjodu ta' programmazzjoni
preċedenti (2000-2006) u attwali (2007-2013) is-sistema ta' twettiq
tal-FEMS ġiet allinjata b'arranġamenti stabbiliti skont il-politika
ta' koeżjoni u l-Istati Membri jqisu li għandu jiġi żgurat
l-ogħla livell ta' kontinwità. Huma kienu tal-fehma li t-tkomplija b'dawn
l-arranġamenti tippermetti l-aħjar użu tal-għarfien espert
miksub mill-awtoritajiet nazzjonali li attwalment huma involuti
fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE għas-Sajd. Għalkemm
il-parti l-kbira tal-Istati Membri wrew li jippreferu l-allinjament tal-FEMS
mas-sistema ta' twettiq għall-politika ta' koeżjoni, huma enfasizzaw
ukoll il-ħtieġa li jqisu l-prinċipju ta' proporzjonalità (CPR
Artikolu 4(5)). Il-programmi operazzjonali tas-sajd, f'ħafna
mill-każijiet, huma iżgħar minn dawk taħt il-politika ta'
koeżjoni u għandhom ukoll karatteristiċi speċifiċi li
jiżguraw li l-FEMS tikkontribwixxi għar-riforma tal-Politika Komuni
tas-Sajd. Sabiex jiġu ffaċilitati n-negozjati
li diġa għaddejjin fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew,
il-Kummissjoni tipproponi emenda simultanja tal-proposti tal-Kummissjoni
għar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u tar-Regolament
tal-FEMS sabiex tiżgura integrazzjoni sempliċi u ssimplifikata
tal-FEMS f'sett ta' regoli li diġa jeżistu għall-politika ta'
koeżjoni. Allinjament mill-qrib tas-sistemi ta' twettiq
tal-FEMS ma' dawk proposti għall-politika ta' koeżjoni bil-mod
propost jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u l-konsistenza tar-regoli
f'dawn il-Fondi differenti (FERŻ, FSE, FK u FEMS). Dan jippermetti
l-użuesperjenza miksuba fil-perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u
jiffaċilita t-tranżizzjoni bla tfixkil minn perjodu ta'
programmazzjoni wieħed għall-ieħor. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-proposta tal-Kummisjoni li temenda
r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament tal-FEMS
ġiet preċeduta b'diskussjonijiet bir-reqqa dwar l-arranġamenti
ta' twassil tal-FEMS fil-Grupp ta' Ħidma dwar is-Sajd tal-Kunsill u
kuntatti bilaterali mal-Istati Membri. Twettqet Valutazzjoni tal-Impatt
għall-proposti leġiżlattivi oriġinali. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-proposta tinvolvi emenda parallela
tal-proposti tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar
id-Dispożizzjonijiet Komuni u tar-Regolament tal-FEMS: • ·
il-FEMS huwa integrat fid-dispożizzjonijiet
relevanti fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni li fil-bidu
kienu speċifiċi għall-politika ta' koeżjoni, u joħloq
Raba' Parti ġdida tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni li
japplikaw għall-politika ta' koeżjoni u għall-FEMS; • ·
Id-dispożizzjonijiet rispettivi (li
jikkorrispondu għall-arranġamenti ta' twettiq tal-FAEŻR jew li
jirkbu fuq l-artikoli tar-Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni
fil-forma emendata tagħhom) jitħassru mir-Regolament tal-FEMS u
jiddaħħlu referenzi xierqa għas-CPR fir-Regolament tal-FEMS,
fejn xieraq. Il-premessi u definizzjonijiet jiġu
allinjati mal-bidliet għall-artikoli u l-emenda tal-istruttura
tar-regolamenti. It-terminoloġija użata fir-Raba' Parti l-ġdida
tiġi aġġustata biex takkomoda l-ispeċifiċitajiet
tal-FEMS u f'ċerti każijiet jiġi ċċarat li r-regoli
speċifiċi għall-Fondi skont il-FEMS jistgħu jistabbilixxu
regoli kumplimentarji. 4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Il-proposta emendata mhu se jkollha l-ebda
implikazzjoni baġitarja. Id-disponibbiltà ta’ dejta ġdida u ta’
previżjonijiet makroekonomiċi, kif ukoll l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, jirriżultaw madankollu f'tibdil fil-pakkett
ta’ Koeżjoni. Dawn il-modifiki huma mingħajr ħsara
għan-negozjati li għaddejjin dwar ir-Regolament QFP u r-Regolament
Finanzjarju. 5. SOMMARJU TAL-EMENDI Fir-rigward tar-Regolament dwar
id-Dispożizzjonijiet Komuni, l-emenda tikkonċerna l-premessi 3,
75, 78, 80, 84 u 87. Hija tintroduċi wkoll tibdil fl-Artikolu 1 u
fl-Artikolu 3 biex tistabbilixxi b'mod ċar l-applikabbiltà ta' kull Parti
tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni fir-rigward ta' kull Fondi
(FERŻ, FSE, FK, FEMS u FAERŻ). Hija titlob aġġustament
limitat tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (5), (7), (25) u
(26) tal-Artikolu 2 sabiex tibdel ir-referenzi tat-Tielet Parti
bir-referenzi tar-Raba' Parti. Hija tinkludi emendi
għall-Artikoli 55 (7), 64 (6), 74 (1), 112 (3),
113 (5), 114 (3) (b) u (g), 117 (4), 120, 121 (1),
124, 126 (4), 128, 130 (1), 131 (1), 133(1), 134 (1), 135, 136,
137 u 140 (1). Fir-rigward tar-Regolament tal-FEMS, l-emenda
tikkonċerna l-premessi 86, 89, 101, 103, 104 u t-tħassir
tal-premessi 91, 93, 94 u 97. Hija tinkludi emendi
għall-Artikoli 3, 12, 14, 20, 24, 25, 28, 33, 37, 38, 39, 45, 46, 54,
56, 61, 62, 63, 64, 67, 75, 78, 92, 94, 95, 102, 103, 105, 108, 117, 118, 119,
120, 122, 126, 128, 129, 131, 132, 133, 134, 135, 136, 137, 138, 139, 140, 141,
142, 143, 144, 145, 146, 147, 148, 149, 150, 151, 152, 153, 154 u
t-tħassir tal-Artikoli 96, 97, 98, 99, 100, 101, 104, 106, 107, 109,
110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 121, 123, 124, 125, 127 u 130. Għal raġunijiet ta' ċarezza,
din il-proposta emendatorja hija ppreżentata f'forma kkonsolidata,
inklużi l-emendi kollha għar-Regolament tad-Dispożizzjonijiet
Komuni adottati mill-Kummissjoni s'issa, jiġifieri COM(2012) 496
tal-11 ta' Settembru 2012 u COM(2013) 146
tat-12 ta' Marzu 2013. Madankollu, il-modifiki proposti biss
permezz ta' din il-proposta emendaorja huma ppreżentati f'format
enfassizzat. 2011/0276 (COD) Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jistabbilixxi dispożizzjonijiet
komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond
Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti
mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta li saret
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[2], Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Qorti
tal-Awdituri[3], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-Artikolu 174
tat-Trattat jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni
ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu
jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta'
żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew
gżejjer li huma anqas favoriti, partikolarment iż-żoni rurali,
żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu
minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti.
L-Artikolu 175 tat-Trattat jeħtieġ li l-Unjoni ssostni
l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz
tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond
Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn.Warning: Style has been
repaired. (2) F’konformità
mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
tas-17 ta’ Ġunju 2010, fejn ġiet adottata
l-istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw it-twettiq
ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li
jippromwovu żvilupp armonjuż tal-Unjoni u jnaqqsu diverġenzi
reġjonali. (3) Sabiex itejbu
l-koordinazzjoni u jarmonizzaw l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdi
appoġġ taħt il-politika tal-koeżjoni, jiġifieri l-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond
Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), mal-Fondi
għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur marittimu u
tas-sajd, jiġifieri l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd (FEMS),
għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn
il-Fondi kollha (‘Fondi tal-QSK’). Barra minn hekk, dan ir-Regolament fih
dispożizzjonijiet li huma komuni għall-FEŻR, l-FSE u l-FK,
iżda li ma japplikawx għall-FAEŻR u għall-FEMS, kif
ukoll id-dispożizzjonijiet li huma komuni għall-FEŻR, il-FSE,
il-FK u l-FEMS, iżda li ma japplikawx għall-FAEŻR.
Minħabba l-partikolaritajiet li jeżistu għal kull Fond tal-QSK,
għandhom jiġu speċifikati regoli speċifiċi għal
kull Fond tal-QSK u għall-mira tal-koperazzjoni territorjali Ewropea skont
il-FEŻR, f’regolamenti separati. (4) Fir-rigward tal-Politika
Agrikola Komuni (PAK), diġà nkisbu sinerġiji sinifikanti permezz
tal-armonizzazzjoni u l-allinjament tar-regoli ta' ġestjoni u kontroll
għall-ewwel pilastru (FAEG – il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija) u
t-tieni pilastru (FAEŻR) tal-PAK. Ir-rabta b’saħħitha bejn
il-FEAG u l-FAEŻR għandha tinżamm u l-istrutturi li hemm
diġà f’posthom fl-Istati Membri jibqgħu jiġu sostnuti. (5) Ir-reġjuni l-aktar
imbiegħda għandhom jibbenefikaw minn miżuri speċifiki u
finanzjament addizzjonali biex jibbilanċja l-effetti negattivi li
jirriżultaw mill-fatturi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat. (6) Biex tiġi żgurata
l-interpretazzjoni korretta u konsistenti tad-dispożizzjonijiet u biex
jingħata kontribut għaċ-ċertezza legali għall-Istati
Membri u l-benefiċjarji, huwa meħtieġ li jiġu definiti
ċerti termini li jintużaw fir-Regolament. (7) Qiegħed jiġi
stabbilit li dan ir-Regolament huwa magħmul minn tliet partijiet, fejn
l-ewwel parti fiha l-premessi u d-definizzjonijiet, it-tieni fiha r-regoli
applikabbli għall-fondi kollha tal-QSK u t-tielet tinkludi
d-dispożizzjonijiet applikabbli biss għall-FEŻR, l-FSE u l-FK
('il-Fondi'). (8) Skont l-Artikolu 317
tat-Trattat, fil-kuntest ta' tmexxija kondiviża, il-kondizzjonijiet li
jippermettu lill-Kummissjoni twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha
għall-implementazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet
Ewropej għandhom jiġu speċifikati u r-responsabbiltajiet ta'
koperazzjoni mill-Istati Membri jiġu ċċarati. Dawk
il-kondizzjonijiet għandhom jippermettu lill-Kummissjoni li tikseb
assigurazzjoni li l-Istati Membri qed jużaw il-Fondi tal-QSK b'mod legali
u regolari u skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba
fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002
tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn
hawn ’l quddiem hemm referenza għalih bħala ‘r-Regolament Finanzjarju’)[4]. L-Istati Membri u l-korpi
maħtura minnhom għal dawn il-finijiet għandhom ikunu
responsabbli mill-programmi implimentattivi fil-livell territorjali xieraq,
skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru. Dawn
l-approprjazzjonijiet jiżguraw ukoll li tingħata attenzjoni
għall-ħtieġa li jiġu żgurati l-komplementarità u
l-konsistenza tal-intervent tal-Kummissjoni, il-proporzjonalità ta'
arranġamenti amministrattivi u tnaqqis tal-piż amministrattiv
tal-benefiċjarji tal-Fondi tal-QSK. (9) Għall-Kuntratt ta'
Sħubija u kull programm b’mod rispettiv, Stat Membru għandu
jorganizza sħubija mar-rappreżentanti ta' awtoritajiet reġjonali
kompetenti, lokali, urbani u pubbliċi oħrajn, sħab
ekonomiċi u soċjali, u korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà
ċivili, fosthom sħab ambjentali, organizzazzjonijiet mhux
governattivi, u korpi responsabbli mill-promozzjoni tal-ugwaljanza u
n-nondiskriminazzjoni. Il-finijiet ta' tali sħubija huma r-rispett ta'
governanza f'diversi livelli, l-iżgurar ta' appartenenza ta' interventi
ppjanati minn partijiet interessati u l-bini fuq l-esperjenza u l-għarfien
ta' atturi relevanti. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta atti delegati għal kodiċi ta' kondotta sabiex tiżgura
li s-sħab ikunu involuti fit-tħejjija, l-implimentazzjoni,
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Kuntratti ta' Sħubija u
fil-programmi b'mod konsistenti. (10) L-attivitajiet tal-Fondi
tal-QSK u l-operazzjonijiet li jsostnu għandhom ikunu konsistenti
mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli li hija relatata
direttament jew indirettament mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni. (11) Fil-kuntest tal-isforz
tagħha li żżid il-koeżjoni ekonomika, territorjali u
soċjali, l-Unjoni, fl-istadji kollha tal-implementazzjoni tal-Fondi
tal-QSK, għandha timmira lejn it-tneħħija tal-inugwaljanzi u
l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll
il-prevenzjoni ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ta' oriġini
razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta'
età jew ta' orjentazzjoni sesswali. (12) L-objettivi tal-Fondi tal-QSK
għandhom jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u
l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li jiġi mħares u mtejjeb
l-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u 19 tat-Trattat, filwaqt li jitqies
il-prinċipju ta’ ‘min iniġġes iħallas’. L-Istati Membri
għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ
għall-objettivi tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-ambizzjoni li
mill-anqas 20% tal-baġit tal-Unjoni jiġi allokat għal dan
il-għan, permezz ta' metodoloġija adottata mill-Kummissjoni permezz
ta' att ta' implimentazzjoni. (13) Sabiex jinkisbu l-miri u
l-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Fondi tal-QSK għandhom
jiffokaw is-sostenn tagħhom fuq numru limitat ta’ objettivi tematiċi.
L-ambitu preċiż ta' kull wieħed mill-Fondi tal-QSK għandu
jiġi stabbilit f'regoli speċifiċi għall-Fondi u jista'
jiġi limitat biss għal ċerti objettivi tematiċi li huma
definiti f'dan ir-Regolament. (14) Sabiex tiġi massimizzata
l-kontribuzzjoni tal-Fondi tal-QSK u sabiex tkun ipprovduta direzzjoni
strateġika ċara għall-proċess ta’ programmazzjoni
fil-livell tal-Istati Membri u tar-reġjuni, Qafas Strateġiku Komuni
għandu jiġi stabbilit. Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu
jiffaċilita l-koordinazzjoni settorjali u territorjali fl-intervent
tal-Unjoni taħt il-Fondi tal-QSK u ma' politiki u strumenti oħrajn
tal-Unjoni. (15) Għaldaqstant il-Qafas
Strateġiku Komuni għandu jistipula l-mezzi sabiex ikun hemm koerenza
u konsistenza mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni,
mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK kif ukoll ma’ politiki
u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni, prinċipji orizzontali u
għanijiet ta’ politika transversali, l-arranġamenti sabiex ikunu
indirizzati sfidi territorjali, azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud
Ewropew għoli u prinċipji korrespondenti għat-twettiq, u
prijoritajiet għal koperazzjoni. (16) Abbażi tal-Qafas
Strateġiku Komuni, kull Stat Membru għandu jħejji,
f’koperazzjoni mal-imsieħba tiegħu u fi djalogu mal-Kummissjoni,
Kuntratt ta' Sħubija. Il-Kuntratt ta' Sħubija għandu
jittraduċi l-elementi stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Komuni
fil-kuntest nazzjonali u jistabbilixxi impenji sodi għall-ksib tal-objettivi
tal-Unjoni permezz tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK. (17) L-Istati Membri għandhom
jikkonċentraw l-appoġġ biex jiżguraw kontribut sinifikanti
għal-ksib tal-objettivi tal-Unjoni f'konformità mal-ħtiġiet ta'
żvilupp speċifiċi kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali.
Għandhom jiġu definiti kundizzjonalitajiet ex ante sabiex
jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ qafas meħtieġa
għall-użu effettiv tal-appoġġ tal-Unjoni jkunu
fis-seħħ. L-issodisfar ta’ dawn il-kondizzjonalitajiet ex ante
għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni fil-qafas tal-valutazzjoni
tagħha tal-Kuntratt tas-Sħubija u l-programmi. F'każi fejn
il-kundizzjonalità ex ante ma tiġix sodisfatta, il-Kummissjoni
għandha jkollha s-setgħa li tissospendi l-pagamenti
għall-programm. (18) Għandu jiġi definit
qafas ta' prestazzjoni għal kull programm bil-għan li jsir
monitoraġġ tal-progress li jsir fil-ksib tal-objettivi u l-miri
stabbiliti għal kull programm matul il-perjodu ta' pprogrammar.
Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-prestazzjoni
f'kooperazzjoni mal-Istati Membri bejn l-2017 u l-2019. Għanda tiġi
prevista riżerva għall-prestazzjoni li tiġi allokata fl-2019
kulfejn jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni.
Minħabba d-diversità u n-natura transnazzjonali tagħhom, ma għandu
jkun hemm ebda riżerva għall-prestazzjoni għal programmi ta'
'Kooperazzjoni Territorjali Ewropea'. F'każi fejn l-għanijiet u
l-miri ma jinkisbux b'mod sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tkun tista'
tissospendi l-pagamenti lill-programm jew, fi tmiem il-perjodu ta' pprogrammar,
tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, sabiex tizgura li l-baġit tal-Unjoni
ma jintużax b'ħela u ineffiċjenza. (19) Il-fatt li tiġi
stabbilita rabta bejn il-politika ta' koeżjoni u l-governanza ekonomika
tal-Unjoni jiżgura li l-effikaċja tan-nefqa taħt il-Fondi
tal-QSK tintrifed minn politiki ekonomiċi sodi u l-fondi tal-QSK jkunu
jistgħu, jekk meħtieġ, jintużaw b'mod ieħor li
jindirizza l-problemi ekonomiċi li l-pajjiż ikun qiegħed
iħabbat wiċċu magħhom. Dan il-proċess għandu jkun
wieħed gradwali, u jibda b'emendi għall-Kuntratt ta' Sħubija u
għall-programmi li jappoġġjaw ir-rakkomandazzjonijiet
tal-Kunsill għall-indirzzar ta' żbilanċi makroekonomiċi u
diffikultajiet ekonomiċi. Fejn, minkejja l-użu mtejjeb tal-Fondi
tal-QSK, Stat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest
tal-proċess ta' governanza ekonomika, il-Kummissjoni għandu jkollha
d-dritt li tissospendi l-pagament u l-impenji kollha jew parti minnhom.
Id-deċiżjonijiet dwar is-sospensjonijiet għandhom ikunu
proporzjonali u effettivi, u jqisu l-impatt tal-programmi individiwali
għall-indirizzar tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru
relevanti u emendi preċedenti għall-Kuntratt ta' Sħubija.
Fid-deċiżjoni tagħha dwar is-sospensjonijiet, il-Kummissjoni għandha
tirrispetta wkoll it-trattament ugwali bejn l-Istati Membri, u tqis b'mod
partikolari l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru
kkonċernat. Is-sospensjonijiet għandhom jitneħħew u l-fondi
jerġgħu jsiru disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat
minnufih hekk kif l-Istat Membru jieħu l-azzjoni meħtieġa. (20) Biex l-isforzi jiġu
kkonċentrati fuq il-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu
ddefiniti elementi komuni għall-programmi kollha. Għandhom jiġu
allinjati l-proċeduri għall-adozzjoni u l-emendar tal-programmi biex
jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn l-arranġamenti
tal-ipprogrammar għall-Fondi tal-QSK kollha. L-ipprogrammar għandu
jiżgura l-konsistenza mal-Qafas Strateġiku Komuni u l-Kuntratt ta’
Sħubija, il-koordinazzjoni tal-Fondi tal-QSK bejniethom stess u
mal-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħrajn u l-Bank Ewropew
tal-Investiment. (21) It-Trattat żied
il-koeżjoni territorjali bħala waħda mill-għanijiet
tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u jeħtieġ li jiġu
indirizzati l-irwoli tal-bliet, il-ġeografiji funzjonali u żoni
subreġjonali li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi
ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi. Għal dan
il-fini, biex jintuża aħjar il-potenzjal fil-livell lokali,
jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp
lokali mmexxi mill-komunità billi jiġu stabbiliti regoli komuni u jkun
hemm koordinazzjoni mill-qrib għall-Fondi tal-QSK kollha.
Ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp
lokali għandha tingħata lil gruppi ta' azzjoni lokali li
jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità, u dan bħala prinċipju
essenzjali. (22) L-istrumenti finanzjarji huma
dejjem aktar importanti għall-effetti ta' ingranaġġ fuq il-Fondi
tal-QSK, minħabba l-kapaċità tagħhom li jikkombinaw forom
differenti ta' riżorsi pubbliċi u privati sabiex isostnu objettivi
tal-politika pubblika, u għaliex forom ta' finanzjament li jduru jwasslu
biex dan is-sostenn isir aktar sostenibbli fuq perjodu itwal ta' żmien. (23) Strumenti finanzjarji sostnuti
mill-Fondi tal-QSK għandhom jintużaw sabiex jindirizzaw
ħtiġijiet speċifiċi tas-suq b’mod kosteffettiv,
f’konformità mal-objettivi tal-programmi, u m’għandhomx jeskludu
l-finanzjament privat. Id-deċiżjoni li jiġu ffinanzjati miżuri
ta’ sostenn permezz ta’ strumenti finanzjarji għandha tiġi
determinata għalhekk abbażi ta’ analiżi ex ante. (24) Strumenti finanzjarji
għandhom jiġu mfassla u implimentati sabiex jippromwovu
parteċipazzjoni sostanzjali minn investituri tas-settur privat u
istituzzjonijiet finanzjarji fuq bażi ta’ kondiviżjoni xierqa
tar-riskju. Sabiex ikunu attraenti biżżejjed għas-settur privat,
l-istrumenti finanzjarji jeħtieġ li jiġu mfassla u implimentati
b’mod flessibbli. L-awtoritajiet tal-ġestjoni għandhom għalhekk
jiddeċiedu dwar l-aktar forom xierqa sabiex jiġu implimentati
l-istrumenti finanzjarji, sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet
speċifiċi tar-reġjuni fil-mira, f’konformità mal-objettivi
tal-programm relevanti. (25) L-awtoritajiet ta'
ġestjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu
riżorsi mill-programmi għal strumenti finanzjarji stabbiliti
fil-livell tal-Unjoni, jew għal strumenti stabbiliti fil-livell
reġjonali. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandu jkollhom ukoll
il-possibbiltà li jimplimentaw direttament l-istrumenti finanzjarji, permezz
ta’ fondi speċifiċi jew permezz ta' fondi ta' fondi. (26) L-ammont ta’ riżorsi
mħallsa fi kwalunkwe ħin mill-Fondi tal-QSK lill-istrumenti
finanzjarji għandu jikkorrispondi mal-ammont meħtieġ sabiex
jiġu implimentati l-investimenti ppjanati u l-ħlasijiet
lir-riċevituri finali, inkluż l-ispejjeż u t-tariffi ta’
ġestjoni, determinati abbażi ta’ pjanijiet ta’ negozju u tbassir
tal-fluss tal-flus għal perjodu definit minn qabel li m’għandux ikun
aktar minn sentejn. (27) Huwa meħtieġ li
jiġu stabbiliti regoli speċifiċi rigward l-ammonti li jridu
jiġu aċċettati bħala nefqa eliġibbli fl-għeluq,
sabiex jiġi żgurat li l-ammonti, inkluż l-ispejjeż u
t-tariffi ta’ ġestjoni, imħallsa mill-Fondi tal-QSK lill-istrumenti finanzjarji
huma użati effettivament għall-investimenti u l-ħlasijiet
lir-riċevituri finali. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu
stabbiliti regoli speċifiċi rigward l-użu mill-ġdid ta’
riżorsi attribbwibbli għas-sostenn mill-Fondi tal-QSK, inkluż
l-użu ta' riżorsi ta' wirt wara l-għeluq tal-programmi. (28) L-Istati Membri għandhom
jimmonitorjaw il-programmi sabiex jirrivedu l-implimentazzjoni u l-progress
lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm. Għal dan il-għan,
għandhom jitwaqqfu kumitati ta' monitoraġġ li l-għamla u
l-funzjonijiet tagħhom jiġu definiti għall-Fondi tal-QSK. Jistgħu
jitwaqqfu Kumitati ta' Monitoraġġ Konġunt li jiffaċilitaw
il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK sabiex tiġi żgurata
l-effikaċja, il-kumitati ta’ monitoraġġ għandhom ikunu
jistgħu joħorġu rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet
amministrattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm u għandhom
jimmonitorjaw l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat
tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom. (29) L-allinjament
tal-arranġamenti ta' monitoraġġ u rappurtar tal-Fondi tal-QSK
huwa meħtieġ biex jissimplifika l-arranġamenti ta' ġestjoni
fil-livelli kollha. Huwa importanti li jiġu żgurati rekwiżiti
ta' rappurtar proporzjonali iżda wkoll id-disponibbiltà ta' informazzjoni
komprensiva dwar il-progress li jsir fuq punti ta' analiżi ewlenin.
Għaldaqstant huwa meħtieġ li r-rekwiżiti ta' rappurtar
jirreflettu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni fi snin partikolari u jkunu
allinjati maż-żmien meta jkunu ser isiru l-analiżijiet
tal-prestazzjoni. (30) Bil-ħsieb
tal-monitoraġġ tal-progress tal-programmi, għandha
sseħħ laqgħa ta' reviżjoni annwali bejn l-Istat Membru u
l-Kummissjoni. Madanakollu l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu
jistgħu jaqblu li ma jorganizzawx il-laqgħa sabiex jevitaw piż
amministrattiv żejjed. (31) Sabiex il-Kummissjoni tkun
tista' timmonitorja l-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, l-Istati
Membri għandhom jissottomettu rapporti ta' progress dwar
l-implimentazzjoni tal-Kuntratti ta' Sħubija tagħhom. Abbażi ta'
dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta'
strateġija dwar il-progress fl-2017 u fl-2019. (32) Huwa neċessarju li
jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt
tal-assistenza mill-Fondi tal-QSK biex jittejbu l-kwalità tal-implimentazzjoni
u tat-tfassil tal-programmi u biex jiġi ddeterminat l-impatt tal-programmi
fid-dawl tal-miri tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv u, fejn ikun relevanti, fir-rigward
tal-PDG u tal-qgħad. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u
l-Kummissjoni f'dan il-kuntest għandhom jiġu speċifikati. (33) Sabiex jitjiebu l-kwalità u
d-disinn ta' kull programm, u jiġi verifikat li l-objettivi u l-miri
jistgħu jintlaħqu, għandha titwettaq evalwazzjoni ex ante
ta' kull programm. (34) Għandu jitfassal pjan ta'
evalwazzjoni mill-awtorità responsabbli għat-tħejjija tal-programm.
Matul il-perjodu tal-ipprogrammar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni
għandhom jagħmlu valutazzjonijiet biex jivvalutaw l-effettività u
l-impatt ta' programm. Il-kumitat ta' monitoraġġ u l-Kummissjoni
għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-valutazzjoni biex
jiġu ffaċilitati deċiżjonijiet ta' ġestjoni. (35) Għandhom jitwettqu
evalwazzjonijiet ex post mill-Kummissjoni sabiex jiġu vvalutati
l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fondi tal-QSK u l-impatt globali
tal-Fondi tal-QSK għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv. (36) Ikun utli li jiġu
speċifikati t-tipi ta' azzjoni li jkunu jistgħu jittieħdu fuq
inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri bħala assistenza teknika
b'appoġġ mill-Fondi tal-QSK. (37) Sabiex jiġi żgurat
l-użu effettiv tar-riżorsi tal-Unjoni, u jiġi evitat li
l-operazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ta' dħul ma jiġux
iffinanzjati aktar milli jkun hemm bżonn, huwa meħtieġ li
jiġu stabbiliti r-regoli għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni mill-Fondi
tal-QSK għal operazzjoni li tiġġenera dħul. (38) Id-dati tal-bidu u tat-tmiem
għall-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom jiġu definiti sabiex
tiġi provduta regola uniformi u ekwa li tapplika
għall-implementazzjoni tal-Fondi tal-QSK madwar l-Unjoni. Sabiex tiġi
faċilitata l-eżekuzzjoni ta' programmi, huwa xieraq li jiġi
stabbilit li d-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tal-infiq tista' tkun
qabel l-1 ta’ Jannar 2014 jekk l-Istat Membru konċernat
jippreżenta programm qabel dik id-data. Huwa neċessarju li jiġu
stabbiliti restrizzjonijiet dwar l-appoġġ għal operazzjonijiet
li tlestew bl-iskop li jiġi żgurat li jkun hemm użu effettiv
tal-Fondi tal-UE u li jitnaqqas ir-riskju għall-baġit tal-UE. (39) Skont il-prinċipju ta'
sussidjarjetà u soġġett għall-eċċezzjonijiet previsti
fir-Regolament(i) (KE) Nru […] [Regolamenti dwar il-FERŻ, FSE, FK,
ETC, FAERŻ, FEMS], l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli
nazzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa. (40) Bil-ħsieb
tas-simplifikazzjoni tal-użu tal-Fondi tal-QSK u t-tnaqqis fir-riskju ta’
żbalji, filwaqt li jsir provvediment għad-differenzazzjoni fejn
meħtieġ sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet
tal-politika, huwa xieraq li jiġu definiti l-forom ta’ sostenn,
il-kondizzjonijiet armonizzati ta’ rimborż ta' għotjiet u finanzjament
b’rata fissa, ir-regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà għal
għotjiet u kondizzjonijiet speċifiċi dwar l-eliġibbiltà
tal-operazzjonijiet skont il-lokalità. (41) Sabiex ikunu żgurati
l-effikaċja, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-intervent
tal-Fondi tal-QSK, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li
jiggarantixxu li l-investmenti fin-negozji u l-infrastrutturi jdumu fit-tul u
li jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi tal-QSK għal vantaġġ
mhux dovut. L-esperjenza turi li perjodu ta' ħames snin huwa perjodu
minimu xieraq li għandu jiġi applikat, minbarra fejn ir-regoli dwar
l-għajnuna mill-Istat ikunu jipprevedu perjodu differenti. Huwa xieraq li
azzjonijiet appoġġati mill-FSE u azzjonijiet li ma jinvolvux
investiment produttiv jew investiment fl-infrastruttura jiġu esklużi
mir-rekwiżit ġenerali ta' durabbiltà, sakemm rekwiżiti bħal
dawn ma jkunux jirriżultaw mir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna
mill-Istat, u li jiġu esklużi kontributi għal strumenti
finanzjarji jew minnhom. (42) L-Istati Membri għandohm
jadottaw miżuri xierqa biex jiggarantixxu t-twaqqif u l-iffunzjonar xierqa
tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll sabiex tingħata assigurazzjoni
dwar l-użu legali u regolari tal-Fondi tal-QSK. L-obbligi tal-Istati
Membri fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u l-prevenzjoni, u
b'rabta mal-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet u
ksur tal-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu speċifikati. (43) Skont il-prinċipji ta'
ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandu jkollhom
ir-responsabbiltà ewlenija, permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
tagħhom, għall-implementazzjoni u l-kontroll tal-operazzjonijiet
tal-programmi. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontroll fuq
l-għażla u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet u l-iffunzjonar
tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll, għandhom jiġu speċifikati
l-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni. (44) Sabiex tkun żgurata
assigurazzjoni ex ante fuq it-twaqqif u d-disinn tas-sistemi ewlenin
tal-ġestjoni u l-kontroll, l-Istati Membri għandhom jaħtru korp
ta’ akkreditazzjoni li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni u l-irtirar
tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ġestjoni u kontroll. (45) Għandhom jiġu
stabbiliti s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
għall-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġestjoni u
l-kontroll, u li jirrikjedu l-azzjoni tal-Istat Membru. Il-Kummissjoni
għandu jkollha s-setgħa li twettaq awditjar iffukat fuq kwistjonijiet
relatati mal-ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jinġibdu
konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-Fondi. (46) L-impenji tal-baġit
tal-Unjoni għandhom isiru annwalment. Sabiex tiġi żgurata
ġestjoni effettiva tal-programm, jeħtieġ li jiġu stabbiliti
regoli komuni għal talbiet ta’ ħlasijiet interim, il-ħlas
tal-bilanċ annwali, fejn xieraq, u l-bilanċ aħħari, bla
ħsara għar-regoli tal-ħlasijiet addizzjonali li huma
meħtieġa għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK. (47) Il-ħlas ta'
prefinanzjament fil-bidu tal-programmi jiżgura li l-Istat Membru jkollu
l-mezzi li jagħti appoġġ lill-benefiċjarji
fl-implimentazzjoni tal-programm mill-adozzjoni tal-programm.
Għaldaqstant, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal ammonti
ta' prefinanzjament inizjali mill-Fondi tal-QSK. Il-prefinanzjament inizjali
għandu jiġi approvat bis-sħiħ meta jingħalaq
il-programm. (48) Sabiex jiġu
salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun hemm
miżuri limitati fiż-żmien li jippermettu lill-uffiċjal
tal-awtorizzazzjoni b’delegazzjoni sabiex jinterrompi l-ħlasijiet fejn
ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas sinjifikanti fil-funzjonament
tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, evidenza ta’ irregolaritjiet marbuta
ma’ applikazzjoni għal ħlas, jew nuqqas ta’ sottomissjoni
tad-dokumenti għall-iskop tal-issaldar tal-kontijiet. (49) Sabiex jiġi żgurat
li l-nefqa kofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f'sena finanzjarja
partikolari tintuża skont ir-regoli applikabbli, għandu jinħoloq
qafas xieraq għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. F'dan il-qafas,
il-korpi akkreditati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, fir-rigward
ta’ kull programm, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ġestjoni
akkumpanjata mill-kontijiet annwali ċċertifikati, rapport fil-qosor
tal-kontrolli u opinjoni ta’ awditjar indipendenti u rapport ta’ kontroll. (50) Jista' jkun meħtieġ
li l-Kummissjoni tagħmel korrezzjonijiet baġitarji sabiex tħares
il-baġit tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza
legali għall-Istati Membri, huwa importanti li jiġu definiti
ċ-ċirkostanzi li taħthom il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew
nazzjonali applikabbli jista’ jwassal għal korrezzjonijiet finanzjarji
mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-korrezzjonijiet finanzjarji li
l-Kummissjoni tista’ timponi fuq l-Istati Membri huma relatati mal-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-UE, dawn għandhom ikunu limitati għal
każijiet fejn il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali
jikkonċerna direttament jew indirettament l-eliġibbiltà,
ir-regolarità, il-ġestjoni jew il-kontroll tal-operazzjonijiet u l-infiq
korrispondenti. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, hu importanti
li l-Kummissjoni tqis in-natura u l-gravità tal-ksur meta tiddeċiedi
l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja. (51) Sabiex tiġi
inkoraġġita d-dixxiplina finanzjarja, huwa xieraq li jiġu
definiti l-arranġamenti għad-diżimpenn ta’ kwalunkwe parti
tal-impenn tal-baġit fi programm, b’mod partikolari fejn l-ammont jista’
jkun eskluż mid-diżimpenn, partikolarment meta d-dewmien
fl-implimentazzjoni jirriżulta minn ċirkostanzi li huma indipendenti
mill-parti kkonċernata, li jkunu anormali jew imprevedibbli u li
l-konsegwenzi tagħhom ma jistgħux jiġu evitati minkejja
d-diliġenza murija. (52) Huma meħtieġa
dispożizzjonijiet ġenerali addizzjonali b'rabta mat-tħaddim
speċifiku tal-Fondi. B’mod partikolari, sabiex jiżdied il-valur
miżjud tagħhom, u biex jissaħħaħ il-kontribut
tagħhom għall-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-funzjonament ta’
dawn il-Fondi għandu jiġi ssimplifikat u kkonċentrat fuq il-miri
tal-‘Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi’ u l-‘kooperazzjoni
territorjali Ewropea’. (53) Fil-leġiżlazzjoni
relevanti speċifika għas-setturi partikolari hemm
dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tħaddim speċifiku
tal-FAEŻR u l-FEMS. (54) Sabiex jiġu promossi
l-objettivi tat-Trattat ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali, il-mira tal-'Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi'
għandha tappoġġja r-reġjuni kollha. Sabiex jiġi
pprovdut appoġġ bilanċjat u gradwali u li jirrefletti
l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, ir-riżorsi taħt dik il-mira
għandhom jiġu allokati mill-FEŻR u l-FSE fost l-inqas
reġjuni żviluppati, ir-reġjuni fi tranżizzjoni u
r-reġjuni l-aktar żviluppati skont il-prodott domestiku gross (PDG)
tagħhom per capita skont il-medja tal-Unjoni. Sabiex tiġi
żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-investiment mill-Fondi Strutturali,
ir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu bejn
l-2007 u l-2013 kien anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25 għal matul
il-perjodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom żdied
għal aktar minn 75% tal-medja tal-UE-27 għandhom jirċievu tal-anqas
żewġ terzi tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu bejn
l-2007 u l-2013. L-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross (ING)
tagħhom għal kull ras huwa inqas minn 90% ta’ dak tal-medja
tal-Unjoni għandhom jibbenifikaw taħt il-mira ta’ 'Investiment
għat-tkabbir u l-impjiegi' mill-FK. (55) Għandhom jiġu
stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu
reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi.
Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u
ż-żoni fil-livell tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq
is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita
mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni
komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)[5]. (56) Sabiex jiġi stabbilit
qafas finanzjarju xieraq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz
ta' att ta' implimentazzjoni, l-analiżi indikattiva annwali
tal-approprazzjonijiet għall-impenji disponibbli permezz ta' metodu
oġġettiv u trasparenti bil-għan li jintlaħqu dawk
ir-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom ikun għadu lura, fosthom
dawk li jirċievu appoġġ tranżitorju. (57) Jeħtieġ li jiġu
ffissati l-limiti ta’ dawk ir-riżorsi għall-objettiv ta’ ‘Investiment
għat-tkabbir u l-impjiegi’ u li jiġu adottati kriterji
oġġettivi għall-allokazzjoni tagħhom lir-reġjuni u
lill-Istati Membri. Sabiex tiġi nkoraġġita
l-aċċellerazzjoni meħtieġa tal-iżvilupp
tal-infrastruttura fit-trasport u l-enerġija, kif ukoll
it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni madwar l-Unjoni,
għandha tinħoloq Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-allokazzjoni
tal-approprjazzjonijiet annwali mill-Fondi u l-ammonti trasferiti mill-Fond ta’
Koeżjoni lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa lil xi Stat Membru
għandhom ikunu limitati għal limitu li jiġi ffissat filwaqt li
titqies il-kapaċità ta’ dak l-Istat Membru partikolari li jassorbi dawn
l-approprjazzjonijiet. Barra minn hekk,
f'konformità mal-miri ewlenin dwar it-tnaqqis tal-faqar, huwa meħtieġ
li l-iskema għall-appoġġ għall-ikel tiġi riorjentata
lejn l-aktar persuni fil-bżonn biex b'hekk issir il-promozzjoni
tal-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni. Huwa previst mekkaniżmu li jittrasferixxi
r-riżorsi lejn dan l-istrument u li jiżgura li dawn ikunu
magħmula minn allokazzjoni tal-FSE permezz ta' tnaqqis impliċitu
korrispondenti tal-perċentwali minima tal-Fondi Strutturali li
għandha tiġi allokata lill-FSE f'kull pajjiż. (57 bis) Minħabba l-prijorità
urġenti li jiġi indirizzat il-qgħad fost
iż-żgħażagħ fir-reġjuni l-aktar affettwati
tal-Unjoni, għandha tinħoloq Inizjattiva favur l-Impjiegi fost
iż-Żgħażagħ u tiġi ffinanzjata minn allokazzjoni
speċifika u minn investiment immirat mill-Fond Soċjali Ewropew.
L-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ għandu
jkollha l-għan li tappoġġja
liż-żgħażagħ li mhumiex impjegati, studenti jew
jitħarrġu u li jirrisjedu fir-reġjuni eliġibbli.
L-Inizjativa favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ
għandha tiġi implimentata bħala parti mill-Investiment li
għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi. (58) Sabiex
tissaħħaħ l-enfasi fuq ir-riżultati u l-ksib tal-objettivi
u l-miri tal-Ewropa 2020, ħamsa fil-mija tar-riżorsi għall-mira
ta’ “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” għandhom jitwarrbu
bħala riżerva għall-prestazzjoni għal kull Fond, u
kategorija ta’ reġjun f’kull Stat Membru. (59) Fir-rigward tal-Fondi u
bil-għan li tiġi żgurata allokazzjoni xierqa għal kull
kategorija ta’ reġjuni, ir-riżorsi ma għandhomx jiġu
trasferiti bejn ir-reġjuni inqas żviluppati, dawk fi
tranżizzjoni u dawk aktar żviluppati ħlief f’ċirkostanzi
debitament ġustifikati marbuta mat-twettiq ta’ objettiv tematiku
wieħed jew aktar u għal mhux aktar minn 2 % tal-approprjazzjoni
totali għal dik il-kategorija ta’ reġjun. (60) Sabiex jiġi żgurat
impatt ekonomiku ġenwin, l-appoġġ mill-Fondi ma għandux
jissostitwixxi l-infiq pubbliku jew l-infiq strutturali ekwivalenti mill-Istati
Membri taħt it-termini ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex
l-appoġġ mill-Fondi jieħu kont ta’ kuntest ekonomiku usa’,
il-livell ta’ infiq pubbliku għandu jiġi ddeterminat b’referenza
għall-kondizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali li fihom isir
il-finanzjament abbażi tal-indikaturi pprovduti fil-Programmi ta’
Stabbiltà u Konverġenza sottomessi kull sena mill-Istati Membri skont
ir-Regolament (KE) Nru 1466/1997 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u
s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika[6]. Il-verifika mill-Kummissjoni
tal-prinċipju tal-addizzjonalità għandha tikkonċentra fuq
l-Istati Membri li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’
tranżizzjoni jkopru mill-inqas 15% tal-popolazzjoni minħabba l-livell
tar-riżorsi finanzjarji allokati lilhom. (61) Huwa meħtieġ li
jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-ipprogrammar,
il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-programmi operazzjonali
appoġġjati mill-Fondi. Il-programmi operazzjonali għandhom
jistabbilixxu l-assi prijoritarji għal objettivi tematiċi, jelaboraw
loġika konsistenti ta' intervent biex jiġu indirizzati
l-ħtiġiet ta' żvilupp identifikati, u jistabbilixxu qafas
għal valutazzjoni tal-prestazzjoni. Għandhom ukoll jinkludu elementi
neċessarji oħrajn li jkunu ta' bażi għall-implimentazzjoni
effettiva u effiċjenti tal-Fondi. (62) Bl-iskop li jittejbu
l-komplementaritajiet u tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni, għandu
jkun possibbli li appoġġ mill-FK u mill-FEŻR jingħaqad ma'
appoġġ mill-FSE fi programmi operazzjonali konġunti taħt
il-mira dwar it-tkabbir u l-impjiegi. (63) Il-proġetti l-ewlenin
jirrappreżentaw sehem sostanzjali mill-infiq tal-Unjoni u ta' spiss huma
ta' importanza strateġika fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġija
tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
Għaldaqstant huwa ġġustifikat li operazzjonijiet ta' daqs
sostanzjali jkomplu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni
tal-Kummissjoni taħt dan ir-regolament. Sabiex tiġi żgurata
ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi definit il-kontenut ta’
proġett kbir għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandu wkoll
ikollha l-possibbiltà li tiċħad l-appoġġ lil proġett
ewlieni meta l-għoti ta' dan l-appoġġ ma jkunx ġustifikat. (64) Sabiex l-Istati Membri
jingħataw l-għażla li jimplimentaw parti minn programm
operazzjonali permezz ta' approċċ ibbażat fuq ir-riżultati,
ikun utli li jkun hemm dispożizzjoni għal pjan ta' azzjoni
konġunta li jkun jinkludi sensiela ta' azzjonijiet li għandhom
jitwettqu minn benefiċjarju biex jikkontribwixxi għall-għanijiet
tal-programm operazzjonali. Sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa
l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-Fondi, il-ġestjoni tal-pjan ta’
azzjoni konġunta għandha tkun ibbażata esklussivament fuq miri,
produzzjoni u riżultati maqbula b’mod konġunt kif definit
fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-pjan ta’ azzjoni
konġunta. Il-kontroll u l-awditjar ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta
għandhom ikunu limitati wkoll għall-kisba ta’ dawn il-miri, prodotti
u riżultati. Konsegwentement, huwa meħtieġ li jiġu
stabbiliti regoli dwar it-tħejjija, il-kontenut, l-adozzjoni,
il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll ta' pjanijiet ta' azzjoni
konġunta. (65) Meta strateġija ta’
żvilupp urban jew territorjali tkun teħtieġ approċċ
integrat minħabba li tkun tinvolvi investimenti taħt aktar minn assi
prijoritarju wieħed ta’ programm operazzjonali wieħed jew aktar,
l-azzjoni appoġġjata mill-Fondi għandha titwettaq bħala
investiment territorjali integrat fi ħdan programm operazzjonali. (66) Huwa meħtieġ li
jiġu adottati regoli speċifiċi fir-rigward tal-funzjonijiet
tal-kumitat tal-monitoraġġ u tar-rapporti annwali dwar
l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali appoġġjati mill-Fondi.
Fil-leġiżlazzjoni relevanti speċifika għas-setturi
partikolari hemm dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tħaddim
speċifiku tal-FAEŻR. (67) Sabiex tiġi żgurata
d-disponibbiltà ta' informazzjoni essenzjali u aġġornata dwar
l-implimentazzjoni ta' programm, huwa meħtieġ li l-Istati Membri
jipprovdu lill-Kummissjoni b'dejta ewlenina fuq bażi regolari. Sabiex
jiġi evitat li jkun hemm piż addizzjonali fuq l-Istati Membri, dan
għandu jiġi llimitat għal dejta miġbura fuq bażi
kontinwa u t-trażmissjoni għandha titwettaq permezz ta' skambju ta'
dejta elettronika. (68) Skont l-Artikolu 175
tat-Trattat, il-Kummissjoni tissottometti Rapporti ta’ Koeżjoni
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u
lill-Kumitat tar-Reġjuni kull tliet snin dwar il-progress li jsir lejn il-kisba
tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Huwa
meħtieġ li jiġi stabbilit il-kontenut ta’ dan ir-rapport. (69) Jitqies xieraq li
l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri twettaq evalwazzjoni ex
post tal-Fondi biex tikseb informazzjoni fil-livell approprjat dwar
ir-riżultati u l-impatt tal-interventi ffinanzjati. Jinħtieġu
wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi stabbilita
proċedura għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' evalwazzjoni
tal-Fondi. (70) Huwa importanti li l-kisbiet
tal-Fondi tal-Unjoni jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku
ġenerali. Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif
qegħdin jiġu investiti r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni.
Ir-responsabbiltà li jiġi żgurat li l-informazzjoni xierqa tiġi
kkomunikata lill-pubbliku għandha tkun kemm tal-awtoritajiet ta’
ġestjoni kif ukoll tal-benefiċjarji. Biex jiġi żgurat li
jkun hemm aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali
u li jkun hemm aktar sinerġiji bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni li jsiru
fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati
għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament
għandhom jikkontribwixxu wkoll biex titkopra l-komunikazzjoni korporattiva
dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn ikunu
relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament. (71) Bil-għan li jiġi
żgurat tixrid wiesa’ tal-informazzjoni dwar il-kisbiet tal-Fondi u l-irwol
tal-Unjoni fihom u sabiex il-benefiċjarji potenzjali jiġu informati
dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament, ir-regoli dettaljati dwar
il-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll ċerti
karatteristiċi tekniċi ta’ dawn il-miżuri, għandhom
jiġu definiti f’dan ir-Regolament. (72) Bil-għan li
jissaħħu l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni
dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-benefiċjarji tal-proġett,
f’kull Stat Membru għandhom ikunu disponibbli websajt unika jew portal ta’
websajts li jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali kollha,
inklużi l-listi ta’ operazzjonijiet appoġġjati taħt kull
programm operazzjonali. (73) Huwa neċessarju li
jiġu ddeterminati l-elementi għall-modulazzjoni tar-rata ta’
kofinanzjament mill-Fondi għall-programmi operazzjonali, b’mod
partikolari, sabiex jiżdied l-effett multiplikatur tar-riżorsi
tal-Unjoni. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti rati massimi
ta' kofinanzjament skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi
żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta' kofinanzjament permezz ta' livell
xieraq ta' appoġġ nazzjonali. (74) Huwa meħtieġ
għal kull Stat Membru li jinnomina awtorità ta’ ġestjoni, awtorità
ta’ ċertifikazzjoni u awtorità tal-awditjar funzjonalment indipendenti
għal kull programm operazzjonali. Sabiex l-Istati Membri jingħataw
il-flessibbiltà fit-twaqqif ta' sistemi ta' kontroll, ikun xieraq li
tingħata l-opzjoni li l-funzjonijiet tal-awtoritajiet ta'
ċertifikazzjoni jitwettqu minn awtorità ta' ġestjoni. L-Istat Membru
għandu jkunu jista' wkoll jaħtar korpi intermedji li jwettqu
ċerti kompiti tal-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-awtorità ta’
ċertifikazzjoni. F'dak il-każ l-Istat Membru għandu
jistabbilixxi b'mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet rispettivi
tagħhom. (75) L-awtorità ta' ġestjoni
għandha r-responsabbiltà prinċipali għall-implimentazzjoni
effettiva u effiċjenti tal-Fondi u tal-FEMS u
għaldaqstant twettaq numru sostanzjonali mill-funzjonijiet relatati
mal-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-programmi, il-ġestjoni u
l-kontrolli finanzjarji kif ukoll l-għażla tal-proġetti.
Ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu
stipulati. (76) L-awtorità
taċ-ċertifikazzjoni għandha tħejji l-applikazzjonijiet
għall-ħlas u tissottomettihom lill-Kummissjoni. Hija għandha
tħejji l-kontijiet annwali, tiċċertifika li l-kontijiet annwali
huma kompleti, akkurati u veri u li l-ispiża li ddaħħlet
fil-kontijiet tikkonforma mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli.
Ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu
stipulati. (77) L-awtorità tal-awditjar
għandha tiżgura li jitwettaq awditjar fuq is-sistemi ta'
ġestjoni u kontroll, fuq kampjun xieraq ta' operazzjonijiet u fuq
il-kontijiet annwali. Ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet tagħha
għandhom jiġu stipulati. (78) Sabiex titqies
l-organizzazzjoni speċifika tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll
għall-FEŻR, FSE, u l-FK u l-FEMS u
l-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ proporzjonali,
huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi
għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-awtorità ta'
ġestjoni u l-awtorità li tiċċertifika. (79) Bla ħsara
għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll finanzjarju,
il-kooperazzjoni f'dan il-qasam bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
għandha tiżdied u għandhom jiġu stabbiliti kriterji li
jippermettu lill-Kummissjoni li tiddetermina, fil-kuntest tal-istrateġija
tagħha ta' kontroll tas-sistemi nazzjonali, il-livell ta' assigurazzjoni
li tista' tikseb mill-korpi nazzjonali tal-awditjar. (80) Apparti regoli komuni dwar
il-ġestjoni finanzjarja, hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet
addizzjonali għall-FEŻR, l-FSE, u l-FK u l-FEMS.
B’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi żgurata assigurazzjoni
raġonevoli lill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet,
l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet interim għandhom jiġu
rimborżati b’rata ta’ 90 % tal-ammont li jirriżulta
mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament għal kull assi
prijoritarju prijorità kif stabbilita fid-deċiżjoni li tadotta
l-programm operazzjonali għan-nefqa eliġibbli għall-assi
prijoritarju prijorità. L-ammonti pendenti dovuti għandhom
jitħallsu lill-Istati Membri meta jkun hemm l-approvazzjoni annwali
tal-kontijiet, sakemm ma jkunx hemm assigurazzjoni raġonevoli dwar
l-eliġibbiltà tan-nefqa għas-sena koperta mill-proċedura ta'
approvazzjoni. (81) Sabiex ikun żgurat li
l-benefiċjarji jirċievu l-appoġġ mill-aktar fis u sabiex tissaħħaħ
l-assigurazzjoni għall-Kummissjoni, huwa xieraq li jinħtieġ li
l-applikazzjonijiet għall-ħlas jinkludu biss nefqa li tkun
is-suġġett ta' appoġġ li jkun sar ħlas dwaru
lill-benefiċjarji. Għandu jiġi previst prefinanzjament għal
kull sena biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi
suffiċjenti biex joperaw taħt arranġamenti bħal dawn. Dan
il-prefinanzjament għandu jiġi approvat kull sena mal-approvazzjoni
tal-kontijiet. (82) Sabiex jiġi żgurat
li r-regoli ġenerali dwar id-diżimpenn jiġu applikati b'mod
xieraq, ir-regoli stabbiliti għall-Fondi għandhom jagħtu
dettalji dwar kif l-iskadenzi għad-diżimpenn jiġu stabbiliti u
kif l-ammonti rispettivi jiġu kkalkulati. (83) Jeħtieġ li
l-proċedura fid-dettall għall-issaldar annwali tal-kontijiet applikabbli
għall-Fondi tiġi speċifikata biex jiġi żgurat li jkun
hemm bażi ċara u ċertezza legali għal dawn
l-arranġamenti. Huwa ta' importanza partikolari li tiġi prevista
possibbiltà limitata għall-Istat Membru biex jinkludi provvediment
fil-kontijiet annwali tiegħu għal ammont li jkun is-suġġett
ta' proċedura pendenti mal-awtorità tal-awditjar. (84) Il-proċess
tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet għandu jsir flimkien ma'
għeluq annwali ta' operazzjonijiet ikkompletati (għall-FEŻR,
u l-FK u l-FEMS) jew ta' nefqa kkompletata
(għall-FSE). Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż assoċjati
mal-għeluq finali tal-programmi operazzjonali, jitnaqqas il-piż
amministrattiv għall-benefiċjarji u tingħata ċertezza
legali, l-għeluq annwali għandu jkun obbligatorju biex b'hekk
jiġi limitat il-perjodu li matulu għandhom jinżammu d-dokumenti
ta' appoġġ u li matulu tista' ssir verifika tal-operazzjonijiet u
jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji. (85) Sabiex jiġu
salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġu pprovduti l-mezzi
li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi, għandu jkun
hemm miżuri li jippermettu s-sospensjoni mill-Kummissjoni ta’
ħlasijiet fil-livell ta’ assi prijoritarju prijorità jew programm
operazzjonali. (86) Huwa xieraq li jiġu
stabbiliti l-arranġamenti u l-proċeduri speċifiċi
għall-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni
fir-rigward tal-Fondi biex tingħata ċertezza legali lill-Istati
Membri. (87) Il-frekwenza tal-awditjar ta'
operazzjonijiet għandha tkun proporzjonali skont id-daqs
tal-appoġġ tal-Unjoni mill-Fondi. B'mod partikolari, l-għadd ta'
verifiki mwettqa għandu jitnaqqas fejn it-total tan-nefqa eliġibbli
għal operazzjoni ma jkunx taqbeż il-EUR 100 000, jew
għall-FEMS, il-EUR 50 000, sabiex jitqies id-daqs
żgħir tal-operazzjonijiet appoġġjati minn dan il-Fond.
Madankollu, għandu jkun possibbli li jitwettqu verifiki fi kwalunkwe
ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew frodi, jew, wara
l-għeluq ta’ operazzjoni kompluta, bħala parti minn kampjun ta’
awditjar. Sabiex il-livell tal-awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonali
għar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tnaqqas
il-ħidma ta' awditjar fir-rigward tal-programmi operazzjonali fejn ma jkun
hemm l-ebda nuqqas sinfikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tkun affidabbli. (88) Sabiex jiġu ssuplimentati
u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament,
is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat
għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kodiċi ta'
kondotta fuq l-objettivi u l-kriterji li jappoġġjaw
l-implimentazzjoni tas-sħubija, l-adozzjoni tal-elementi tal-Qafas
Strateġiku Komuni relatati ma’ azzjonijiet indikattivi ta’ valur
miżjud Ewropew għoli u l-prinċipji korrespondenti
għat-twettiq, u l-prijoritajiet għall-koperazzjoni, regoli
addizzjonali dwar l-allokazzjoni tar-riserva għall-prestazzjoni,
id-definizzjoni taż-żona u l-popolazzjoni koperti
mill-istrateġiji tal-iżvilupp lokali, regoli dettaljati dwar l-istrumenti
finanzjarji (valutazzjoni ex ante, il-kombinazzjoni ta’
appoġġ, l-eliġibbiltà, it-tipi ta' attivitajiet mhux
appoġjati), regoli fuq ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji mwaqqfa
fuq livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transkonfinali,
regoli dwar ftehimiet ta’ finanzjament, it-trasferiment u l-immaniġjar ta’
assi, l-arranġamenti għall-immaniġjar u l-kontroll, ir-regoli
dwar it-talbiet ta’ ħlas, u t-twaqqif ta’ sistema
għall-kapitalizzazzjoni ta’ pagamenti annwali, id-definizzjoni ta’ rata fissa
għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul, id-definizzjoni
tar-rata fissa applikata għal spejjeż indiretti ta’ għotjiet
ibbażati fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti applikabli
fil-politiki tal-Unjoni, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward
tal-proċedura għall-irrappurtar ta’ irregolaritajiet u
għall-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa, il-modalitajiet
għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq l-operazzjonijiet,
l-arranġamenti għal rekord adegwat ta’ awditjar, il-kondizzjonijiet
tal-awditjar nazzjonali, il-kriterji ta’ akkreditazzjoni
għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtoritajiet ta’
ċertifikazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ trasportaturi tad-dejta
aċċettati b’mod komuni u l-kriterji biex jiġi stabbilit
il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandu jiġi applikat. Il-Kummissjoni
għandha wkoll tingħata s-setgħa li temenda, permezz ta’ atti
ddelegati, l-Annessi I u VI, li t-tnejn li huma jinkludu elementi mhux
essenzjali ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu indirizzati
l-ħtiġijiet ta’ adattament fil-ġejjieni. Huwa partikolarment
importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul
ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. (89) Il-Kummissjoni, meta
tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura
trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (90) Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni,
fir-rigward tal-Fondi kollha tal-QSK, deċiżjonijiet li japprovaw
il-Kuntratti ta' Sħubija, deċiżjonijiet li jallokaw
ir-riżerva għall-prestazzjoni, deċiżjonijiet li jissospendu
l-ħlasijiet marbuta mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, u,
fil-każ ta’ diżimpenn, deċiżjonijiet li jemendaw programmi
li jadottaw deċiżjonijiet; u fir-riward tal-Fondi, deċiżjonijiet
li jidentifikaw reġjuni u Stati Membri li jissodisfaw il-kriterji
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, deċiżjonijiet li
jistipulaw rendikont dettaljat annwali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn
għall-Istati Membri, deċiżjonijiet li jistipulaw l-ammont li
għandu jiġi ttrasferit mill-FK ta’ kull Stat Membru
għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, deċiżjonijiet li
jistipulaw l-ammont li għandu jiġi ttrasferit mill-Fondi Strutturali
ta’ kull Stat Membru allokati għall-għajnuna tal-ikel għan-nies
fil-bżonn, deċiżjonijiet li jadottaw u jemendaw programmi
operazzjonali, deċiżjonijiet dwar proġetti maġġuri,
deċizjonijiet dwar pjanijiet ta' azzjoni konġunta,
deċiżjonijiet li jissosspendu ħlasijiet u
deċiżjojnijiet dwar korrezzjonijiet finanzjarji. (91) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament,
is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-metodoloġija li
tikkonċerna l-objettivi tat-tibdil fil-klima, it-termini u l-kondizzjonijiet
standard għall-monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji,
il-kundizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw il-monitoraġġ u
l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-monitoraġġ lil strumenti
finanzjarji, il-metodoloġija għall-kalkolu tad-dħul nett għal
proġetti li jiġġeneraw dħul, is-sistema tal-iskambju
elettroniku tad-dejta bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni, il-mudell
tal-programm operazzjonali għall-Fondi, in-nomenklatura tal-kategoriji
għal intervent, il-format għall-informazzjoni dwar proġetti
maġġuri u l-metodoloġija li għandha tintuża biex
titwettaq analiżi tal-paragun bejn il-kostijiet u l-benefiċċji
fuq proġetti maġġuri, il-mudell għal pjan ta’ azzjoni
konġunta, il-mudell tar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u
aħħarija, ċerti karatteristiċi tekniċi tal-miżuri
ta’ informazzjoni u pubbliċità u l-istruzzjonijiet relatati, regoli dwar
l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet
amministrattivi, l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet
tal-awditjar u l-korpi intermedjarji, il-mudell tad-dikjarazzjoni amministrattiva,
il-mudelli għall-istrateġija tal-awditjar, opinjoni u rapport annwali
ta’ kontroll u metodoloġija fil-metodu tat-teħid tal-kampjuni,
ir-regoli dwar l-użu tad-dejta miġbura matul l-awditjar, il-mudell
għall-applikazzjonijiet għal ħlas għandhom jiġu
eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi
r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar ir-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri fuq
l-eżerċizzju tas-setgħa ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni[7]. (92) Dan ir-Regolament
jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006
tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond
Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament
(KE) Nru 1260/1999[8].
Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi revokat. (93) Ladarba l-objettiv ta’ dan
ir-Regolament, jiġifieri li jitnaqqsu d-diverġenzi bejn il-livelli
tal-iżvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni
jew gżejjer li huma anqas favoriti, partikolarment iż-żoni
rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni
li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u
permanenti, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri
iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista'
tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit
fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak
l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa
meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: L-EWWEL PARTI
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET Artikolu 1
Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli
komuni applikabbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’
Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS),
li qegħdin joperaw skont il-Qafas Strateġiku Komuni (il-'Fondi
tal-QSK'). Huwa jiddefinixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa
sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-Fondi tal-QSK u
l-koordinazzjoni tagħhom ma’ xulxin u ma’ strumenti oħrajn
tal-Unjoni. Ir-regoli komuni huma stabbiliti fit-Tieni Parti. Dan It-Tielet
Parti ta' dan ir-Regolament tistabbilixxi r-regoli ġenerali li
jirregolaw il-FEŻR, il-FSE (li flimkien jissejħu bħala l-‘Fondi
Strutturali’) u l-FK. Id-dokument jiddefinixxi li jikkonċerna l-kompiti, l-objettivi ta’ prijorità u l-organizzazzjoni
tal-Fondi Strutturali u l-FK (il-'Fondi'), il-kriterji għall-Istati Membri
u r-reġjuni li għandhom ikunu eliġibbli għal sostenn
mill-Fondi tal-QSK, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji
għall-allokazzjoni tagħhom. Ir-Raba' Parti ta' dan
ir-Regolament tistabbilixxi r-regoli ġenerali applikabbli għall-Fondi
u l-FEMS dwar il-ġestjoni u kontroll, ġestjoni finanzjarja,
kontabilità u korrezzjonijiet finanzjarji. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament japplikaw
bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE)
Nru […]/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament,
il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni[9] (li minn hawn ’il quddiem issir
referenza għalih bħala r-Regolament tal-‘PAK’) u
għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti
li ġejjin: (1)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006[10] (ir-‘Regolament
tal-FEŻR’); (2)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006[11]
(ir-‘Regolament tal-FSE’); (3)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u
li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006[12] (ir-‘Regolament tal-FK’); (4)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea[13] (ir-‘Regolament tal-KTE’); (5)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005[14] (ir-‘Regolament
tal-FAEŻR’); kif ukoll (6)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Marittimu tas-Sajd Ewropew u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006[15]
(ir-‘Regolament tal-FEMS’); Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
id-definizzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fir-Regolament
Finanzjarju għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji
appoġġjati mill-Fondi tal-QSK, għajr fejn ikun stipulat mod
ieħor f’dan ir-Regolament. Barra minn dan, għandhom japplikaw
id-definizzjonijiet li ġejjin: (7)
'L-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" tfisser il-miri u
l-għanijiet kondiviżi li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u
tal-Unjoni li jinsabu fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Strateġija
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li huwa
fil-Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew
tas-17 ta' Ġunju 2010 fl-Anness I (Strateġija Ewropea
Ġdida għall-Impjiegi u t-Tkabbir, Miri Ewlenin tal-UE),
ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji
gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u
tal-Unjoni[16]
u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar
il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi[17], u kull reviżjoni ta'
dawn il-miri u l-objettivi kondiviżi. (2)
'Qafas Strateġiku Komuni' tfisser l-elementi
li jipprovdu direzzjoni strateġika ċara għall-proċess ta’
programmazzjoni u li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni settorjali u
territorjali fl-intervent tal-Unjoni taħt il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki
u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni skont l-għanijiet u l-miri
tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv; (3)
“azzjoni” tfisser tip ta’ operazzjoni li
għandha tiġi appoġġjata mill-Fondi tal-QSK sabiex jinkisbu
l-miri ta’ programm; (4)
“azzjoni indikattiva ta’valur miżjud Ewropew
għoli” tfisser azzjoni li tkun mistennija li tagħti kontribut
sinfikanti għall-kisba tal-miri u l-għanijiet tal-istrateġija
tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv u li
għandha taġixxi bħala punt ta' referenza fit-tħejjija ta’
programmi; (5)
'Regoli speċifiċi għall-fondi'
tfisser id-dispożizzjonijiet stipulati, jew abbażi ta' dawk,
fit-Tielet Parti jew ir-Raba' Parti ta’ dan ir-Regolament jew
f’regolament speċifiku jew ġeneriku li jirregola wieħed jew
aktar mill-Fondi tal-QSK msemmija jew elenkati fir-raba' fit-tielet
subparagrafu tal-Artikolu 1; (6)
‘ipprogrammar’ tfisser il-proċess
tal-organizzazzjoni, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-allokazzjoni
tar-riżorsi finanzjarji f’diversi stadji maħsub
għall-implimentazzjoni, fuq bażi multiannwali, tal-azzjoni
konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri sabiex tinkiseb l-istrateġija
tal-Unjoni dwar tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; (7)
‘programm’ tfisser ‘programm operazzjonali’ imsemmi
fit-Tielet Parti jew ir-Raba' Parti ta’ dan ir-Regolament u
fir-Regolament tal-FEMS, u ‘programm ta’ żvilupp rurali’ imsemmi
fir-Regolament tal-FAEŻR; (8)
‘prijorità’ tfisser ‘assi ta’ prijorità’ imsemmija
fit-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament u l-‘prijorità tal-Unjoni’ imsemmija
fir-Regolament tal-FEMS u fir-Regolament tal-FAEŻR; (9)
'operazzjoni' tfisser proġett, kuntratt,
azzjoni jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-awtoritajiet ta’
ġestjoni tal-programmi ikkonċernati, jew taħt ir-responsabbiltà
tagħhom, li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-prijorità jew prijoritajiet
li magħha hija relatata; fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji,
l-operazzjoni tikkonsisti fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm
għall-istrumenti finanzjarji u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti
pprovdut minn dawn l-istrumenti finanzjarji; (10)
'benefiċjarju' tfisser korp pubbliku jew
privat responsabbli għall-bidu jew għall-bidu u l-implimentazzjoni
ta' operazzjonijiet; fil-kuntest ta’ għajnuna mill-Istat, it-terminu
'benefiċjarju' jfisser il-korp li jirċievi l-għajnuna;
fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji, it-terminu 'benefiċjarju' jfisser
il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju; (11)
'riċevitur finali' jfisser persuna legali jew
fiżika li tirċievi sostenn finanzjarju minn strument finanzjarju; (12)
'Għajnuna mill-Istat' tfisser għajnuna li
taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha titqies ukoll
għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament li tinkludi għajnuna de
minimis fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006
tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni
tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis[18], ir-Regolament tal-Kummissjoni
(KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar
l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal
għajnuna de minimis fis-settur tal-produzzjoni agrikola[19] u r-Regolament tal-Kummissjoni
(KE) Nru 875/2007 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar
l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna
de minimis fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE)
Nru 1860/2004[20];
(13)
'operazzjoni kompluta' tfisser operazzjoni li tlestiet
fiżikament jew ġiet implimentata għal kollox u fir-rigward
tagħha saru l-ħlasijiet relatati kollha mill-benefiċjarji u
l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti tħallset lill-benefiċjarji; (14)
‘sostenn pubbliku' jfisser kwalunkwe sostenn
finanzjarju għall-finanzjament ta’ operazzjoni li l-oriġini
tiegħu huwa l-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali,
reġjonali jew lokali, il-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fondi tal-QFS,
il-baġit tal-korpi tal-liġi pubblika jew il-baġit ta’
assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi tal-liġi
pubblika; (15)
'korp tal-liġi pubblika' jfisser kwalunkwe
korp irregolat mil-liġi pubblika fis-sens tal-Artikolu 1(9)
tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] u kwalunkwe raggruppament
Ewropew ta’ kooperazjoni territorjali (REKT) stabbilit skont ir-Regolament (KE)
Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22], irrispettivament minn jekk
id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni nazzjonali rilevanti
jikkunsidrawx ir-REKT bħala korp tal-liġi pubblika jew korp
tal-liġi privata; (16)
'dokument' ifisser karta jew mezz elettroniku li
jġorr informazzjoni rilevanti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament; (17)
'korp intermedju' jfisser kwalunkwe korp pubbliku
jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità ta'
ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet f'isem
tali awtorità vis-à-vis benefiċjarji li jimplementaw l-operazzjonijiet; (18)
‘strateġija ta’ żvilupp lokali’ tfisser
sett koerenti ta’ operazzjonijiet biex jissodisfaw l-objettivi u
l-ħtiġijiet lokali, li tikkontribwixxi għat-twettiq
tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, u li hija implimentata fi sħubija fil-livell
xieraq; (19)
‘għeluq sostnut’ tfisser l-għeluq ta’
operazzjonijiet bħala riżultat tal-approvazzjoni annwali
tal-eżerċizzju tal-kontijiet u qabel l-għeluq ġenerali
tal-programm; (20)
'Kuntratt ta’ Sħubija' tfisser id-dokument
imħejji mill-Istat Membru bl-involviment ta’ imsieħba f'konformità
mal-approċċ ibbażat fuq governanza f’diversi livelli, li
jistabbilixxi l-istrateġija, il-prijoritajiet u l-arranġamenti
tal-Istat Membru għall-użu tal-Fondi tal-QSK b’mod effettiv u
effiċjenti sabiex tiġi segwita l-istrateġija tal-Unjoni
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li hija
approvata mill-Kummissjoni wara valutazzjoni u djalogu mal-Istat Membru; (21)
'kategorija ta’ reġjuni' tfisser
il-kategorizzazzjoni tar-reġjuni bħala 'reġjuni inqas
żviluppati', 'reġjuni fi tranżizzjoni' jew 'reġjuni aktar
żviluppati' skont l-Artikolu 82(2); (22)
'talba għal ħlas' tfisser applikazzjoni
għal ħlas jew dikjarazzjoni tal-infiq sottomessa mill-Istat Membru
lill-Kummissjoni; (23)
'BEI' tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment,
lill-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarju stabbilit mill-Bank
Ewropew tal-Investiment; (24)
'SME' tfisser impriża mikro, żgħira
jew ta’ daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
2003/361/KE, jew l-emendi sussegwenti tagħha; (25)
'sena fiskali', tfisser, għall-finijiet
tat-Tielet Parti u r-Raba' Parti, il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju
sat-30 ta' Ġunju, għajr għall-ewwel sena fiskali, li fir-rigward
tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għal eliġibbiltà
tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015. Is-sena fiskali finali għandha tkun
bejn l-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023; (26)
'sena finanzjarja' tfisser, għall-finijiet
tat-Tielet Parti u r-Raba' Parti, il-perjodu mill-1 ta' Jannar
sal-31 ta' Diċembru. IT-TIENI PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI APPLIKABBLI GĦALL-FONDI TAL-QSK TITOLU I
Il-prinċipji ta’ appoġġ mill-Unjoni għall-Fondi tal-QSK Artikolu 3
Kamp ta'
Applikazzjoni Ir-regoli stabbiliti f’din il-Parti
għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet
stabbiliti fit-Tielet Parti u fir-Raba' Parti. Artikolu 4
Il-prinċipji
ġenerali 1. Il-Fondi tal-QFS
għandhom jipprovdu sostenn, permezz ta’ programmi multiannwali, li
jikkumplimenta intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, sabiex titwassal
l-istrateġija tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida Integrati u
r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet relevanti
tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat. 2. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Fondi huwa konsistenti
mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari għal strumenti
oħra tal-Unjoni. 3. Sostenn mill-Fondi tal-QSK
għandu jiġi implimentat f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni
u l-Istati Membri. 4 L-Istati Membri u l-korpi
maħtura minnhom għal dak il-għan għandhom ikunu
responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali u
għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u
r-Regolamenti speċifiċi għall-Fond fil-livell territorjali
xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u
soġġett għal konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli
speċifiċi għall-Fond. 5. Arranġamenti
għall-implimentazzjoni u l-użu tal-Fondi tal-QSK, u b’mod partikolari
r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa
għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK, fir-rigward tar-rappurtar,
l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom iqisu
l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell
ta’ sostenn allokat. 6. Skont ir-responsabbiltajiet
rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom
jiżguraw il-koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki u
strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna
tal-Unjoni. 7. Il-parti tal-baġit
tal-Unjoni allokata għall-Fondi tal-QSK għandha tiġi
implimentata fi ħdan il-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn
l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(b) tar-Regolament
Finanzjarju, bl-eċċezzjoni tal-ammont tal-FK trasferit
għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa msemmija fl-Artikolu 84(4) u tal-azzjonijiet
innovattivi fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 9
tar-Regolament tal-FEŻR, u assistenza teknika fuq l-inizjattiva
tal-Kummissjoni. 8. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja
tajba skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju. 9. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-Fondi tal-QSK,
partikolarment permezz tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni.
10. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom iwettqu l-irwoli rispettivi tagħhom fir-rigward
tal-Fondi tal-QSK bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv
għall-benefiċjarji. Artikolu 5
Is-sħubija u
l-governanza f’diversi livelli 1. Għall-Kuntratt
tas-Sħubija u kull programm ieħor rispettivament, Stat Membru
għandu jorganizza sħubija mal-imsieħba li ġejjin: (a)
l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali,
urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;Warning: Style has been repaired. (b)
imsieħba ekonomiċi u soċjali; kif
ukoll (c)
korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà
ċivili, inkluż l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet mhux
governattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni ta' ugwaljanza u
nondiskriminazzjoni. 2. F’konformità
mal-approċċ tal-governanza f’diversi livell, l-imsieħba
għandhom jiġu involuti mill-Istati Membri fit-tħejjija
tal-Kuntratti ta' Sħubija u r-rapporti ta' progress u fit-tħejjija,
l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi.
L-imsieħba għandhom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ
għall-programmi. 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 biex tipprovdi
għal kodiċi ta' kondotta Ewropew li jistabbilixxi objettivi u
kriterji sabiex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tas-sħubija u sabiex
tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-esperjenza,
ir-riżultati u prattiki tajba fost l-Istati Membri. 4. Mill-inqas darba fis-sena,
għal kull Fond tal-QSK, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta
mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-imsieħba fil-livell
tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sostenn mill-Fondi tal-QSK. Artikolu 6
Konformità mad-dritt
tal-Unjoni u nazzjonali Operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi
tal-QSK għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali
applikabbli. Artikolu 7
Il-promozzjoni tal-ugwaljanza
bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom
jiżguraw li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u
l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi promossa
fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom
jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni
abbażi ta' sess, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon
jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul
it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Artikolu 8
L-iżvilupp sostenibbli L-objettivi tal-Fondi tal-QSK għandhom
jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni
tal-Unjoni tal-għan tal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, kif stabbilit
fl-Artikolu 11 tat-Trattat, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ min
iniġġes iħallas. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom
jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali,
l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-mitigazzjoni tat-tibdil
fil-klima, ir-reżiljenza għal diżastri u l-prevenzjoni u
l-ġestjoni tar-riskju ta’ adattament jiġu promossi fit-tħejjija
u l-implimentazzjoni tal-Kuntratti ta’ Sħubija u l-programmi. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ
għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu tal-metodoloġija
adottata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta din
il-metodoloġija permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. L-att ta’
implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura tal-eżami
msemmija fl-Artikolu 143(3). TITOLU II
APPROĊĊ STRATEĠIKU KAPITOLU I
Objettivi tematiċi għall-Fondi tal-QSK u l-Qafas Strateġiku
Komuni Artikolu 9
Objettivi tematiċi Kull Fond tal-QSK għandu
jappoġġa l-objettivi tematiċi li ġejjin skont il-missjoni
tiegħu sabiex jikkontribbwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv: (1)
it-tisħiħ tar-riċerka,
l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; (2)
it-tisħiħ tal-aċċess għal
teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità
tagħhom; (3)
it-tisħiħ tal-kompetittività ta’
impriżi żgħar u medji u s-settur tal-agrikoltura
(għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-FEMS); (4)
l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija
b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha; (5)
il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil
fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; (6)
il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni
tal-effiċjenza tar-riżorsi; (7)
il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u
t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; (8)
il-promozzjoni tal-impjieg u s-sostenn tal-mobilità
tax-xogħol; (9)
il-promozzjoni ta’ inklużjoni soċjali u
l-ġlieda kontra l-faqar; (10)
l-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u
t-tagħlim tul il-ħajja; (11)
it-tisħiħ tal-kapaċità
istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti. L-objettivi tematiċi għandhom
jiġu tradotti fi prijoritajiet speċifiċi għal kull Fond
tal-QSK u stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 10
Qafas
Strateġiku Komuni Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp
armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Unjoni, Qafas Strateġiku
Komuni għandu jipprovdi direzzjoni strateġika lill-proċess ta’
programmar u jiffaċilita l-koordinazzjoni settorjali u territorjali
fl-intervent tal-Unjoni taħt il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki u strumenti
oħra rilevanti tal-Unjoni skont l-għanijiet u l-miri
tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv. Artikolu 11
Kontenut Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu
jistabbilixxi: (a) il-mezzi sabiex tintleħaq
koerenza u konsistenza fl-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK
mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet relevanti
tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat; (b) il-mekkaniżmi ta’
koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki u strumenti rilevanti
oħra tal-Unjoni, inklużi strumenti esterni għall-kooperazzjoni; (c) il-prinċipji orizzontali u
l-għanijiet ta’ politika trażversali għall-implimentazzjoni
tal-Fondi tal-QSK; (d) arranġamenti sabiex jiġu
indirizzati l-isfidi territorjali u l-passi li jridu jittieħdu li
jinkoraġġixxu approċċ integrat li jirrifletti l-irwol ta’
żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd, kif ukoll l-isfidi
speċifiċi għal żoni b’karatteristiċi territorjali
partikolari msemmija fl-Artikolu 174 u 349 tat-Trattat, (e) għal kull objettiv tematiku
l-azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli li
għandhom jiġu appoġġjati minn kull Fond tal-QSK u
l-prinċipji korrispondenti għat-twettiq; (f) il-prijoritajiet
għall-kooperazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK, fejn xieraq, filwaqt li
jitqiesu strateġiji makroreġjonali u tal-baċfoiri; Artikolu 12
Adozzjoni u reviżjoni L-elementi tal-Qafas Strateġiku Komuni li
għandhom x’jaqsmu ma’ koerenza u konsistenza mal-politiki ekonomiċi
tal-Istati Membri u l-Unjoni, mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn il-Fondi
tal-QSK kif ukoll ma’ politiki u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni,
il-prinċipji orizzontali u għanijiet ta’ politika transversali u
l-arranġamenti sabiex ikunu indirizzati l-isfidi territorjali huma
stipulati fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxi l-elementi speċifiċi tal-Qafas Strateġiku Komuni
relatati mat-twaqqif tal-azzjonijiet indikattivi ta' valur miżjud Ewropew
għoli u l-prinċipji korrespondenti għat-twettiq ta’ kull
objettiv tematiku u tal-prijoritajiet għall-koperazzjoni. Fejn ikun hemm tibdil maġġuri
fl-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir imtelliġenti, sostenibbli
u inklużiv, il-Kummissjoni għandha tirrevedi il-Qafas Strateġiku
Komuni u, fejn xieraq, tadotta permezz ta’ atti iddelegati skont l-Artikolu
142, emendi fl-Anness I. Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’
reviżjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni l-Istati Membri għandhom
jipproponu emendi, fejn meħtieġ, għall-Kuntratt ta’ Sħubija
u l-programmi tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konsistenza
tagħhom mal-Qafas Strateġiku Komuni rivedut.
KAPITOLU II
Kuntratt ta' Sħubija Artikolu 13
Tħejjija tal-Kuntratt
ta' Sħubija 1. Kull Stat Membru għandu
jħejji Kuntratt ta’ Sħubija għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2020.Warning: Style has been repaired. 2. Il-Kuntratt ta’ Sħubija
għandu jitfassal mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-imsieħba li
hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5. Il-Kuntratt ta’ Sħubija
għandu jiġi preparat bi djalogu mal-Kummissjoni. 3. Il-Kuntratt ta’ Sħubija
għandu jkopri s-sostenn kollu mill-Fondi tal-QSK fl-Istat Membru
kkonċernat. 4. Kull Stat Membru għandu
jittrażmetti l-Kuntratt ta’ Sħubija tiegħu lill-Kummissjoni fi
żmien 3 xhur mill-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni. Artikolu 14
Kontenut tal-Kuntratt ta'
Sħubija Il-Kuntratt ta’ Sħubija
għandu jistabbilixxi: (a)
arranġamenti sabiex jiġi żgurat
allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż: (i) analiżi tad-diverġenzi u
l-ħtiġijiet tal-iżvilupp b’referenza għall-objettivi
tematiċi, il-Qafas Strateġiku Komuni u l-miri stabbiliti
fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2)
tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati taħt
l-Artikoli 148(4) tat-Trattat; (ii) analiżi fil-qosor
tal-evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi li jiġġustifikaw
l-għażla tal-objettivi tematiċi u l-allokazzjonijiet indikattivi
tal-Fondi tal-QSK; (iii) għal kull objettiv tematiku,
sommarju tar-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed
mill-Fondi tal-QSK; (iv) allokazzjoni indikattiva
għall-appoġġ mill-Unjoni permezz ta' objettivi tematiċi
fil-livell nazzjonali għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK, kif ukoll
l-ammont indikattiv totali tal-appoġġ previst għal objettivi
tat-tibdil fil-klima; (v) l-oqsma prijoritarji ewlenin
għall-kooperazzjoni, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli
l-istrateġiji makro-reġjonali u tal-baċir tal-baħar; (vi) il-prinċipji orizzontali u
l-objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK; (vii) il-lista tal-programmi taħt
l-FEŻR, il-FSE u l-FK, għajr dawk taħt il-mira tal-kooperazzjoni
territorjali Ewropea u tal-programmi tal-FAEŻR u l-FEMS
bl-allokazzjonijiet indikattivi rispettivi mill-Fond tal-QSK u skont is-sena; (b)
approċċ integrat għall-iżvilupp
territorjali sostnut mill-Fondi tal-QSK li jistabbilixxi: (i) il-mekkaniżmi f'livell nazzjonali u
reġjonali li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u
strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u nazzjonali u mal-BEI; (ii) l-arranġamenti sabiex jiġi
żgurat approċċ integrat għall-użu tal-Fondi tal-QSK
għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u
tas-sajd u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari, b’mod
partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u
29 u 99; akkompanjati, fejn xieraq, b’lista tal-ibliet li se jipparteċipaw
fil-pjattaforma tal-iżvilupp urban imsemmija fl-Artikolu 8
tar-Regolament tal-FEŻR; (c)
approċċ integrat għall-indirizzar
tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi
l-aktar milquta mill-faqar jew ta’ gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’
diskriminazzjoni jew esklużjoni, b’kunsiderazzjoni speċjali għal
komunitajiet marġinalizzati, fejn xieraq, inkluż l-allokazzjoni
finanzjarja indikattiva għall-Fondi tal-QFS relevanti; (d)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
implimentazzjoni effettiva, inkluż: (i) tabella konsolidata tal-għanijiet u
l-miri stabbiliti fil-programmi għall-qafas ta’ prestazzjoni msemmija
fl-Artikolu 19(1), flimkien mal-metodoloġija u l-mekkaniżmu sabiex
tiġi żgurata konsistenza tul il-programmi operazzjonali u l-Fondi
tal-QSK; (ii) sommarju tal-valutazzjoni
għat-twettiq tal-kondizzjonalitajiet ex ante u tal-azzjonijiet li
jridu jittieħdu f’livell nazzjonali u reġjonali, u l-iskeda ta’
żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, fejn
il-kondizzjonalitajiet ex ante mhumiex sodisfatti; (iii) l-informazzjoni meħtieġa
għal verifika ex ante tal-konformità mar-regoli dwar
l-addizzjonalità hekk kif inhuma definiti fil-Parti Tlieta ta’ dan ir-Regolament; (iv) l-azzjonijiet meħuda
għall-involviment tal-imsieħba u l-irwol tagħhom
fit-tħejjija tal-Kuntratt ta’ Sħubija u r-rapport ta’ progress hekk
kif inhuma definiti fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament; (e)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi tal-QSK inkluż: (i) valutazzjoni ta’ jekk hemmx
ħtieġa li tiġi rinfurzata l-kapaċità amministrattiva
tal-awtoritajiet u, fejn xieraq, il-benefiċjarji, u azzjonijiet li jridu
jittieħdu għal dan l-iskop; (ii) sommarju tal-azzjonijiet ippjanati u
l-miri korrispondenti fil-programmi sabiex jinkiseb tnaqqis fil-piż
amministrattiv għall-benefiċjarji; (iii) valutazzjoni tas-sistemi eżistenti
għall-iskambju tad-dejta elettronika, u l-azzjonijiet ippjanati sabiex
ikunu jistgħu jsiru li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn
benefiċjarji u awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni u
l-kontroll ta’ programmi li għandhom jitwettqu biss permezz ta' skambju
ta’ dejta elettronika. Artikolu 15
Adozzjoni u emenda
tal-Kuntratt ta’ Sħubija 1. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-konsistenza tal-Kuntratt ta' Sħubija ma' dan ir-Regolament,
mal-Qafas Strateġiku Komuni, u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet
tal-Kunsill adottati skont 148(4) tat-Trattat, filwaqt li jitqiesu
l-evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi, u għandha tagħmel
osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni
tal-Kuntratt ta' Sħubija. L-Istat Membru għandu jipprovdi
l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq,
għandu jirrevedi l-Kuntratt ta’ Sħubija. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tapprova
l-Kuntratt ta’ Sħubija mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni
tiegħu mill-Istat Membru, sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula
mill-Kummissjoni tkun tqieset b’mod sodisfaċenti. Il-Kuntratt ta’
Sħubija ma għandux jidħol fis-seħħ qabel
l-1 ta’ Jannar 2014. 3. Fejn Stat Membru jipproponi
emenda għall-Kuntratt ta’ Sħubija, il-Kummissjoni għandha
twettaq valutazzjoni skont il-paragrafu 1 u, fejn xieraq, għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tapprova
l-emenda. KAPITOLU III
Konċentrazzjoni tematika, kondizzjonalitajiet ex ante u
analiżi tal-prestazzjoni Artikolu 16
Konċentrazzjoni tematika
L-Istati Membri għandhom
jikkonċentraw is-sostenn, skont ir-Regolamenti speċifiċi
għall-Fond, fuq azzjonijiet li jġibu l-akbar valur miżjud
fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni tgħal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, li jindirizzaw l-isfidi identifikati
fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti
tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, u li jqisu
l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali. Artikolu 17
Kondizzjonalitajiet ex ante 1. Kondizzjonalitajiet ex
ante għandhom ikunu definiti għal kull Fond tal-QSK fir-regoli
speċifiċi għall-Fond. 2. L-Istati Membri għandhom
jivvalutaw jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante humiex sodisfatti. 3. Fejn il-kondizzjonalitajiet ex
ante ma jiġux sodisfatti fid-data tat-trażmissjoni tal-Kuntratt
ta’ Sħubija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-Kuntratt ta’
Sħubija sommarju tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-livell
nazzjonali jew reġjonali u l-iskeda għall-implimentazzjoni
tagħhom, sabiex jiżguraw li jiġu sodisfatti mhux aktar tard minn
sentejn wara l-adozzjoni tas-Sħubija ta' Kuntratt jew
sal-31 ta’ Diċembru 2016, liema waħda tiġi l-ewwel. 4. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu l-azzjonijiet dettaljati relatati mas-sodisfazzjoni
tal-kondizzjonalitajiet ex ante, inkluż l-iskeda ta’ żmien
għall-implimentazzjoni tagħhom, fil-programmi rilevanti. 5. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-informazzjoni provduta dwar is-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet
ex ante fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-Kuntratt ta’
Sħubija u l-programmi. Tista’ tiddeċiedi, meta tadotta programm, li
tissospendi l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom għal
programm sat-tlestija sodisfaċenti tal-azzjonijiet sabiex tiġi
sodisfatta kondizzjonalità ex ante. In-nuqqas li jitlestew l-azzjonijiet
sabiex tiġi sodisfatta kondizzjonalità ex ante sad-data
tal-iskadenza stabbilita fil-programm għandu jikkostitwixxi bażi
għas-sospensjoni tal-ħlasijiet mill-Kummissjoni. 6. Il-paragrafi 1 u 5 ma
għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta'
kooperazzjoni territorjali Ewropea. Artikolu 18
Riserva
għall-prestazzjoni 5% tar-riżorsi allokati għal kull
Fond tal-QSK u Stat Membru, bl-eċċezzjoni tar-riżorsi allokati
għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, għall-Inizjattiva
favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ, u għat-Titolu
V tar-Regolament tal-FEMS, għandhom jikkostitwixxu riżerva
għall-prestazzjoni li għandha tiġi allokata skont l-Artikolu 20.
Artikolu 19
Analiżi tal-prestazzjoni 1. Il-Kummissjoni,
f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq analiżi
tal-prestazzjoni tal-programmi f’kull Stat Membru fl-2017 u fl-2019,
b'referenza għall-qafas tal-prestazzjoni stabbilit fil-Kuntratt ta'
Sħubija u l-programmi rispettivi. Il-metodu biex jiġi stabbilit qafas
ta’ prestazzjoni huwa spjegat fl-Anness II. 2. L-analiżi għandha
teżamina l-ksib tal-għanijiet tal-programmi fil-livell ta’
prijoritajiet, abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet
ippreżentati fir-rapporti dwar il-progress ippreżentati mill-Istati
Membri fis-snin 2017 u 2019. Artikolu 20
Allokazzjoni ta' riserva
għall-prestazzjoni 1. Fejn l-analiżi
tal-prestazzjoni mwettqa fl-2017 tiżvela li prijorità fi ħdan
programm ma tkunx kisbet l-għanijiet tiegħu stabbiliti għas-sena
2016, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat
Membru kkonċernat. 2. Abbażi tal-analiżi
li ssir fl-2019, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni,
permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, biex tiddetermina l-programmi u
l-prijoritajiet li jkunu kisbu l-miri tagħhom għal kull wieħed
mill-Fondi tal-QSK u għal kull Stat Membru. L-Istat Membru għandu
jipproponi l-allokazzjoni tar-riżerva għall-prestazzjoni
għall-programmi u l-prijoritajiet stabbiliti f'dik id-deċiżjoni
tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda
għall-programmi kkonċernati skont l-Artikolu 26. Fejn Stat Membru ma
jissottomettix l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2) u (3),
ir-riżerva għalal-prestazzjoni għall-programmi jew il-prijoritajiet
ikkonċernati, jew il-prijorità kkonċernat ma għandhiex tiġi
allokata. 3. Fejn ikun hemm evidenza li
tirriżulta minn reviżjoni tal-prestazzjoni li prijorità tkun naqset
milli tikseb l-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni,
il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlas interim kollu jew parti minnu ta’
prijorità ta’ programm f'konformità mal-proċedura stabbilita mar-regoli
speċifiċi għall-Fond. 4. Fejn il-Kummissjoni,
abbażi tal-eżami tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali
tal-programm, tistabbilixxi nuqqas serju sabiex jinkisbu l-miri stabbiliti
fil-qafas tal-prestazzjoni, tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji
fir-rigward tal-prijoritajiet ikkonċernati skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fond. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija għad-determinazzjoni
tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata. . 5. Il-paragrafu 2 ma
għandux japplika għal programmi taħt l-għan
tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għat-Titolu V tar-Regolament
tal-FEMS. KAPITOLU IV
Kondizzjonalitajiet makrekonomiċi Artikolu 21
Kondizzjonalità marbuta
mal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri 1. Il-Kummissjoni għandha
titlob lil xi Stat Membru biex janalizza u jipproponi emendi
għall-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi relevanti tiegħu, fejn
dan ikun meħtieġ: (a)
għall-appoġġ tal-implimentazzjoni
ta' rakkomandazzjoni, indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat u adottat
skont l-Artikoli 121(2) u/jew 148(4) tat-Trattat, jew
għall-appoġġ tal-miżuri ta' implimentazzjoni indirizzati
lill-Istat Membru kkonċernat u adottat skont l-Artikolu 136(1)
tat-Trattat; (b)
għall-appoġġ tal-implimentazzjoni
ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat
u adottat skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat; (c)
għall-appoġġ tal-implimentazzjoni
ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat
u adottata skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2011 [dwar
il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi],
sakemm dawn l-emendi jitqiesu meħtieġa biex jgħinu
fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi; jew (d)
għall-immassimizzar tal-impatt tat-tkabbir u
l-kompetittività tal-Fond tal-QSK disponibbli skont il-paragrafu 4, jekk Stat
Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) Assistenza finanzjarja tal-Unjoni
tingħatalu skont ir-Regolament (UE) No 407/2010; (ii) assistenza finanzjarja fuq terminu
medju tingħatalu skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002[23]; (iii) assistenza finanzjarja fis-sura ta'
għoti b'self mill-MES tingħatalu skont it-Trattat li jistabbilixxi
l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. 2. L-Istat Membru għandu
jressaq proposta biex isiru emendi fuq il-Kuntratt ta' Sħubija u
l-programmi relevanti fi żmien xahar. Jekk meħtieġ,
il-Kummissjoni għandha tagħmel kummenti fi żmien xahar minn meta
jitressqu l-emendi, u f'dan il-każ l-Istat Membru għandu jerġa'
jressaq il-proposta tiegħu fi żmien xahar. 3. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx
għamlet kummenti jew fejn il-kummenti tagħha jkunu ġew
ikkunsidrati b'mod xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta
deċiżjoni li tapprova l-emendi għall-Kuntratt ta' Sħubija u
l-programmi relevanti mingħajr dewmien żejjed. 4. B'deroga mill-paragrafu 1,
fejn l-assistenza finanzjarja tingħata lil Stat Membru skont il-paragrafu
1(d) u tkun marbuta ma' programm ta' aġġustament, il-Kummissjoni
tista', mingħajr ebda propsota mill-Istat Membru, temenda l-Kuntratt ta'
Sħubija u l-programmi bil-għan tal-immassimizzar tal-impatt
tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi tal-QSK disponibbli. Biex tiżgura
l-implimentazzjoni effettiva tal-Kuntratt ta' Sħubija u l-programmi
relevanti, il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha fil-ġestjoni
kif inhu spjegat fil-programm ta' aġġustament jew fil-Memorandum ta'
Spjegazzjoni ffirmat mill-Istat Membru kkonċernat. 5. Fejn l-Istat Membru jonqos
milli jwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni li hija msemmija
fil-paragrafu 1, jew ma jweġibx b'mod xieraq fi żmien xahar
għall-kummenti tal-Kummissjoni li huma msemmija fil-paragrafu 2,
il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tagħmel
il-kummenti, tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni, li tissospendi parti mill-ammont jew l-ammont kollu
tal-ħlasijiet għall-programmi kkonċernati. 6. Il-Kummissjoni għandha
tissospendi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, parti mill-ammont jew
l-ammont kollu tal-ħlasijiet u l-impenji għall-programmi
kkonċernati fejn: (a)
il-Kunsill jiddeċiedi li l-Istat Membru ma
jikkonformax ma' miżuri speċifiċi stabbiliti mill-Kunsill skont
l-Artikolu 136(1) tat-Trattat; (b)
il-Kunsill jiddeċiedi, skont l-Artikolu 126(8)
jew l-Artikolu 126(11) tat-Trattat, li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx
ħa azzjoni effettiva biex jirranġa d-defiċit eċċessiv
tiegħu; (c)
il-Kunsill jikkonkludi, skont l-Artikolu 8(3)
tar-Regolament (UE) Nru […]/2011 [dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta'
żbilanċi makroekonomiċi] li, f'żewġ ċirkostanzi
suċċessivi, l-Istat Membru ma jkunx ressaq pjan ta' azzjoni
korrettiva suffiċjenti jew il-Kunsill jadotta deċiżjoni fejn jiddikjara
nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament; (d)
il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru ma
jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta' aġġustament
imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 jew ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' dan tiddeċiedi li ma tawtorizzax
il-ħlas tal-assistenza finanzjarja lil dan l-Istat Membru; jew (e)
il-Bord tad-Diretturi tal-mekkaniżmu Ewropew
ta' stabbiltà jikkonkludi li l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza
finanzjarja tal-MES fis-sura ta' għoti b'self mill-MES lill-Istat Membru
kkonċernat ma tkunx ġiet issodisfatta u b'konsegwenza ta' dan
jiddeċiedi li ma jħallasx l-appoġġ ta' stabbiltà li jkun
ġie allokat. 7. Fid-deċiżjoni ta'
sospensjoni ta' parti mill-ammont jew tal-ammont kollu tal-ħlasijiet jew
impenji skont il-paragrafu 5 u 6 rispettivament, il-Kummissjoni għandha
tiżgura li s-sospensjoni tkun proporzjonali u effettiva, b'kunsiderazzjoni
għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru
kkonċernat, partikolarment fir-rigward tal-ugwaljanza fit-trattament bejn
l-Istati Membri, u partikolarment fir-rigward tal-impatt tas-sospensjoni fuq
l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. 8. Il-Kummissjoni għandha,
mingħajr dewmien, tneħħi s-sospensjoni fuq il-pagamenti u
l-impenji meta Stat Membru jipproponi emendi għall-Kuntratt ta'
Sħubija u l-programmi relevanti kif jintalab mill-Kummissjoni, li tkun
approvathom u, fejn applikabbli: (a)
il-Kunsill ikun iddeċieda li l-Istat Membru
jikkonforma ma' miżuri speċifiċi stabbiliti mill-Kunsill skont
l-Artikolu 136(1) tat-Trattat; (b)
il-proċedura ta' defiċit
eċċessiv tinżamm pendenti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE)
Nru 1467/97 jew il-Kunsill jiddeċiedi li, skont l-Artikolu 126(12)
tat-Trattat li jabroga d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta'
defiċit eċċessiv; (c)
il-Kunsill ikun approva pjan ta' azzjoni korrettiva
mressaq mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament
(UE) Nru […] [ir-Regolament tal-EIP] jew il-proċedura dwar
żbilanċ eċċessiv tiġi sospiża skont l-Artikolu
10(5) ta' dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura
ta' żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 11 ta' dak
ir-Regolament; (d)
il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru
ma jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta'
aġġustament imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 jew
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' dan
tiddeċiedi li tawtorizza l-ħlas tal-assistenza finanzjarja lil dan
l-Istat Membru; jew (e)
il-Bord tad-Diretturi tal-mekkaniżmu Ewropew
ta' stabbiltà jkun ikkonkluda li l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza
finanzjarja tal-MES fis-sura ta' għoti b'self mill-MES lill-Istat Membru
kkonċernat ma tkun ġiet issodisfatta u b'konsegwenza ta' dan
jiddeċiedi li jħallas l-appoġġ ta' stabbiltà li jkun
ġie allokat. Fl-istess ħin, il-Kunsill għandu
jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni, li jerġa’ jipprovdi
l-baġit tal-impenji sospiżi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament
tal-Kunsill (UE) Nru […] li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali
għas-snin 2014 sa 2020. Artikolu 22
Żieda fil-ħlasijiet
lil Stat Membru b’diffikultajiet baġitarji temporanji 1. Fuq it-talba ta' Stat Membri,
il-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali jistgħu
jiżdiedu b'10 punti perċentwali aktar mir-rata ta' kofinanzjament
applikabbli għal kull prijorità għall-FEŻR, l-FSE u l-FK jew
għal kull miżura għall-FAEŻR u l-FEMS. Ir-rata
miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100%, għandha tapplika għal
talbiet għal ħlas li jirrigwarda l-perjodu fiskali li fih l-Istat
Membru jkun ressaq it-talba tiegħu u f'perjodi fiskali sussegwenti li
matulhom l-Istat Membru jkun issodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li
ġejjin: (a)
fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta
l-euro, huwa jirċievi għajnuna makrofinanzjarja mill-Unjoni skont
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010[24]; (b)
fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta
l-euro, huwa jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien
medju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002[25]; (c)
l-għajnuna finanzjarja ssir disponibbli
għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’
Stabbiltà ffirmat fil-11 ta’ Lulju 2011. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika
għall-programmi skont ir-Regolament tal-KTE. 2. Minkejja l-paragrafu 1,
l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-ħlasijiet interim u
l-ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla
mill-appoġġ pubbliku u l-ammont massimu ta’ appoġġ
mill-Fondi tal-QSK għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u
l-FK, jew għal kull waħda mill-miżuri tal-FAEŻR u l-FEMS,
kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm. TITOLU III
PROGRAMMAR KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi tal-QSK Artikolu 23
It-tħejjija
tal-programmi 1. Il-Fondi tal-QSK
għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi skont il-Kuntratt
ta’ Sħubija. Kull programm għandu jkopri l-perjodu
mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2020. 2. Il-programmi għandhom
jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom,
b’kooperazzjoni mal-imsieħba. 3. Il-Programmi għandhom
jitressqu mill-Istati Membri fl-istess ħin mal-Kuntratt ta' Sħubija,
bl-eċċezzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropej,
li se jitressqu fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-Qafas
Strateġiku Komuni. Il-programmi kollha għandhom ikunu akkumpanjati
mill-valutazzjoni ex ante kif stabbilit fl-Artikolu 48. Artikolu 24
Il-kontenut tal-programmi 1. Kull programm għandu
jistabbilixxi strateġija għall-kontribut tal-programm
għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv li hu konsistenti mal-Qafas Strateġiku Komuni
u l-Kuntratt ta’ Sħubija. Kull programm għandu jinkludi
l-arranġamenti li jiżguraw implimentazzjoni effettiva,
effiċjenti u kkoordinata tal-Fondi tal-QSK u tal-azzjonijiet biex jinkiseb
tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. 2. Kull programm għandu
jiddefinixxi l-prijoritajiet li jistabbilixxu miri speċifiċi,
approprjazzjonijiet finanzjarji ta’ appoġġ mill-Fondi tal-QSK u
l-kofinanzjament nazzjonali korrispondenti. 3. Kull prijorità għandha
tistabbilixxi l-indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress
tal-implimentazzjoni tal-programm lejn l-ilħuq tal-objettivi bħala
l-bażi għall-monitoraġġ, l-valutazzjoni u r-reviżjoni
tal-prestazzjoni. Dawn għandhom jinkludu: (a)
indikaturi finanzjarji relatati man-nefqa allokata; (b)
indikaturi tal-produzzjoni relatati
mal-operazzjonijiet sostnuti; (c)
indikaturi tar-riżultati relatati
mal-prijorità. Għal kull Fond tal-QSK (Community Support
Framework/Qafas ta' Appoġġ Komunitarju), ir-regoli
speċifiċi għall-Fond għandhom jistabbilixxu indikaturi
komuni u jistgħu jistipulaw indikaturi speċifiċi
għall-programmi. 4. Kull programm, għajr
dawk li jkopru esklussivament l-għajnuna teknika, għandu jinkludi
deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji
stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8. 5. Kull programm, għajr
dawk fejn l-għajnuna teknika titwettaq fi programm speċifiku,
għandu jistabbilixxi l-ammont indikattiv ta’ appoġġ li jrid
jintuża għall-għanijiet tal-bidla fil-klima. 6. L-Istati Membri għandhom
jabbozzaw il-programm skont ir-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 25 Il-proċedura
għall-adozzjoni tal-programmi 1. Il-Kummissjoni għandha
tanalizza l-konsistenza tal-programmi ma’ dan ir-Regolament, ir-regoli
speċifiċi għall-Fond, il-kontribuzzjoni effettiva
għall-għanijiet tematiċi u l-prijoritajiet tal-Unjoni
speċifiċi għal kull Fond CSF, il-Qafas Strateġiku Komuni,
il-Kuntratt ta’ Sħubija, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiżi skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u
r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4)
tat-Trattat, billi tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni ex ante.
L-analiżi għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza
tal-istrateġija tal-programm, l-għanijiet korrispondenti,
l-indikaturi, il-miri u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji. 2. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fi żmien tliet xhur mid-data
tas-sottomissjoni tal-programm. L-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn
xieraq, jirrevedi l-programm propost. 3. Skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fond, il-Kummissjoni għandha tapprova kull
programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni formali
tiegħu mill-Istat(i) Membru(i), sakemm kull osservazzjoni magħmula
mill-Kummissjoni tkun ġiet ikkunsidrata b'mod sodisfaċenti, iżda
mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2014 jew qabel l-adozzjoni
mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni li tapprova l-Kuntratt ta'
Sħubija. Artikolu 26
Emenda ta' programmi 1. It-talbiet għall-emenda
tal-programmi mressqin minn Stat Membru għandhom jiġu sostanzjati kif
mistħoqq u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni
tal-bidliet għall-programm mal-ilħuq tal-istrateġija tal-Unjoni
ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-għanijiet
speċifiċi ddefiniti fil-programm, filwaqt li jitqiesu l-Qafas
Strateġiku Komuni u l-Kuntratt ta’ Sħubija. Għandhom ikunu
akkompanjati mill-programm rivedut u, fejn xieraq, minn Kuntratt ta’
Sħubija rivedut. Fil-każ ta’ emendar tal-programmi
fl-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, il-Kuntratt ta’
Sħubija relevanti ma għandux jiġi emendat. 2. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 filwaqt li tqis
il-ġustifikazzjoni li jkun ipprovda l-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista’
tagħmel osservazzjonijiet u l-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Skont
ir-regoli speċifiċi għall-Fond, il-Kummissjoni għandha
tapprova t-talbiet għall-emendar ta’ programm mhux aktar tard minn
ħames xhur mid-data li fiha jkunu tressqu formalment mill-Istat Membru,
dejjem jekk kull osservazzjoni li tkun għamlet il-Kummissjoni tkun tqieset
b’mod xieraq. Fejn jeħtieġ, fl-istess waqt, il-Kummissjoni
għandha temenda d-deċiżjoni li tapprova l-Kuntratt ta’
Sħubija skont l-Artikolu 15(3). Artikolu 27
Parteċipazzjoni tal-Bank
Ewropew tal-Investiment 1. Il-BEI jista', fuq talba
tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Kuntratt ta’
Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija
tal-operazzjonijiet, b'mod partikolari proġetti kbar, strumenti
finanzjarji, u sħubiji pubbliċi-privati. 2. Il-Kummissjoni tista’
tikkonsulta mal-BEI qabel l-adozzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija jew
tal-programmi. 3. Il-Kummissjoni tista' titlob
lill-BEI biex jeżamina l-kwalità teknika u l-vijabbiltà ekonomika u
finanzjarja tal-proġetti kbar u tgħinu fir-rigward tal-istrumenti
finanzjarji li se jiġu implementati jew żviluppati. 4. Matul l-implimentazzjoni
tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’
tagħti għotjiet jew kuntratti ta’ servizz lill-BEI li jkopru
l-inizjattivi implimentati fuq bażi multiannwali. L-impenn
tal-kontribuzzjonijiet baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ dawn
l-għotjiet jew kuntratti ta’ servizz għandhom jitwettqu fuq bażi
annwali. KAPITOLU II Żvilupp
lokali mmexxi mill-Komunità Artikolu 28
Żvilupp lokali mmexxi
mill-Komunità 1. L-iżvilupp lokali mmexxi
mill-Komunità, li huwa magħżul bħala żvilupp lokali LEADER
fir-rigward tal-FAEŻR, għandu: (a)
jiffoka fuq territorji speċifiċi
subreġjonali; (b)
jkun immexxi mill-komunità, minn gruppi ta’ azzjoni
lokali komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi
lokali pubbliċi u privati, fejn fil-livell tat-teħid
tad-deċiżjonijiet la s-settur pubbliku u lanqas kwalunkwe grupp ta’
interess uniku ma għandu jirrappreżenta aktar minn 49 %
tad-drittijiet tal-votazzjoni; (c)
jitwettaq permezz ta’ strateġiji
tal-iżvilupp lokali integrati abbażi tal-oqsma multisettorjali; (d)
jitfassal skont il-ħtiġijiet u
l-potenzjal lokali u jinkludi karatteristiċi innovattivi fil-kuntest
lokali, u netwerking, u fejn ikun applikabbli, il-kooperazzjoni. 2. L-appoġġ mill-Fondi
tal-QSK għall-iżvilupp lokali għandu jkun konsistenti u
koordinat bejn il-Fondi tal-QSK. Dan għandu jiġi żgurat inter
alia permezz tat-tisħiħ ikkoordinat tal-kapaċitajiet,
tas-selezzjoni, tal-approvazzjoni u l-finanzjament ta' strateġiji
tal-iżvilupp lokali u ta' gruppi tal-iżvilupp lokali. 3. Fejn il-kumitat
tas-selezzjoni għall-istrateġiji tal-iżvilupp lokali stabbilit
skont l-Artikolu 29(3) jiddetermina li l-implimentazzjoni
tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali magħżula
teħtieġ is-sostenn minn aktar minn Fond wieħed, jista'
jinħatar Fond ewlieni. 4. Fejn jinħatar Fond
ewlieni, l-ispejjeż tat-tmexxija u l-attivitajiet tal-animazzjoni u
tan-netwerking għall-istrateġija tal-iżvilupp lokali
għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond ewlieni biss. 5. L-iżvilupp lokali
appoġġjat mill-Fondi tal-QSK għandu jitwettaq skont prijorità
waħda jew aktar tal-programm. Artikolu 29
Strateġiji ta'
żvilupp lokali 1. Strateġija
għall-iżvilupp lokali għandha tinkludi bħala minimu
l-elementi li ġejjin: (a)
id-definizzjoni taż-żona u
tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija; (b)
analiżi tal-ħtiġijiet
tal-iżvilupp u l-potenzjal taż-żona li tinkludi analiżi
tal-punti pożittivi, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid; (c)
deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi
tagħha, deskrizzjoni tal-karattru integrat u innovattiv
tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri
ċari u miżurabbli għall-produzzjoni jew għar-riżultati.
L-istrateġija għandha tkun koerenti mal-programmi relevanti tal-Fondi
tal-QSK kollha involuti; (d)
deskrizzjoni tal-proċess tal-involviment
komunitarju fl-iżvilupp tal-istrateġija; (e)
pjan ta’ azzjoni li juri kif il-prijoritajiet
jiġu tradotti f’azzjonijiet; (f)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’
ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-istrateġija li turi
l-kapaċità tal-grupp ta’ azzjoni lokali biex jimplimenta
l-istrateġija u deskrizzjoni tal-arranġamenti speċifiċi
għall-valutazzjoni; (g)
il-pjan finanzjarju tal-istrateġija,
inkluża l-allokazzjoni ppjanata ta’ kull wieħed mill-Fondi tal-QSK. 2. L-Istati Membri għandhom
jiddefinixxu l-kriterji għall-għażla tal-istrateġiji
tal-iżvilupp lokali. Ir-regoli speċifiċi għall-Fond
jistgħu jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla. 3. L-istrateġiji
għall-iżvilupp lokali għandhom jintgħażlu minn kumitat
għall-għażla stabbilit għal dan il-għan
mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni relevanti tal-programmi. 4. Is-selezzjoni
tal-istrateġiji kollha tal-iżvilupp lokali għandhom jitlestew sa
mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. 5. Id-deċiżjoni
tal-awtorità ta' ġestjoni li tapprova strateġija
għall-iżvilupp lokali għandha tistabbilixxi l-allokazzjonijiet
ta’ kull Fond tal-QSK. Għandha tistabbilixxi wkoll l-irwoli
tal-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi relevanti
għall-kompiti ta’ implimentazzjoni kollha li huma marbuta
mal-istrateġija. 6. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142
li jikkonċerna d-definizzjoni taż-żona u tal-popolazzjoni
koperti mill-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1(a). Artikolu 30
Gruppi ta' azzjoni lokali 1. Il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom ifasslu u jimplimentaw
l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu
l-irwoli rispettivi tal-grupp ta’ azzjoni lokali u tal-awtoritajiet
responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi relevanti, għall-kompiti
ta’ implimentazzjoni kollha li huma marbutin mal-istrateġija. 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jew jagħżlu
sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala sieħeb ewlieni fi
kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqgħu flimkien
fi struttura komuni mwaqqfa b’mod legali. 3. Il-kompiti tal-gruppi ta’
azzjoni legali għandhom jinkludu dan li ġej: (a)
it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ atturi
lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet; (b)
it-tfassil ta’ proċedura ta’ selezzjoni
non-diskriminatorja u trasparenti u kriterji għas-selezzjoni ta'
operazzjonijiet, li jevitaw il-kunflitti ta' interess, li għandhom
jiżguraw li mill-inqas 50 % tal-voti fid-deċiżjonijiet
tas-selezzjoni huma mill-imsieħba li mhumiex mis-settur pubbliku, bi
provvediment għall-possibbiltà ta’ appell kontra deċiżjonijiet
ta’ selezzjoni u għall-possibbiltà ta' selezzjoni permezz ta’
proċedura bil-miktub; (c)
li jiżguraw il-koerenza mal-istrateġija
tal-iżvilupp lokali fl-għażla tal-operazzjonijiet billi
jiġu prijoritizzati skont il-kontribuzzjoni tagħhom biex
jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-istrateġiji; (d)
it-tħejjija jew il-ppubblikazzjoni ta’
sejħiet għal proposti jew ta' proċedura kontinwa ta’
sottomissjoni ta’ proġetti, inkluż id-definizzjoni tal-kriterji
tas-selezzjoni; (e)
li jirċievu l-applikazzjonijiet
għas-sostenn u jivvalutawhom; (f)
li jagħżlu l-operazzjonijiet u jiiffissaw
l-ammonti tas-sostenn u, fejn relevanti, jippreżentaw il-proposti
lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel
l-approvazzjoni; (g)
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali u l-operazzjonijiet
appoġġjati u t-twettiq ta’ attivitajiet speċifiċi ta’
valutazzjoni marbuta mal-istrateġija tal-iżvilupp lokali. Artikolu 31
Sostenn mill-Fondi tal-QSK
għall-iżvilupp lokali L-appoġġ għall-iżvilupp
lokali għandu jinkludi: (a)
l-ispejjeż tal-appoġġ
tat-tħejjija (b)
l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet skont l-istrateġija
tal-iżvilupp lokali; (c)
it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta'
attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali; (d)
il-kost operazzjonali u l-animazzjoni
tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali sal-limitu ta’ 25 %
tan-nefqa pubblika totali mħallsa fi ħdan l-istrateġija
tal-iżvilupp lokali. TITOLU IV STRUMENTI FINANZJARJI Artikolu 32
Strumenti finanzjarji 1. Il-Fondi tal-QSK jistgħu
jintużaw biex isostnu strumenti finanzjarji skont programm, dan jinkludi
meta jkunu organizzati permezz ta’ fondi ta’ fondi, biex jikkontribbwixxu
għall-kisba ta’ objettivi speċifiċi stabbiliti skont prijorità,
abbażi ta' valutazzjoni ex ante li tkun identifikat nuqqasijiet
fis-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment li huma inqas minn ideali, u
ħtiġijiet ta' investiment. L-istrumenti finanzjarji jistgħu
jintgħaqdu ma' għotjiet, ma' sussidji tar-rati tal-interessi u ma'
sussidji ta' tariffi ta' garanzija. F’dan il-każ, iridu jinżammu
rekords separati għal kull forma ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni għandha tkun mogħtija
s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw il-valutazzjoni ex ante
ta' strumenti finanzjarji, l-għaqda ta’ sostenn ipprovdut
lil-benefiċjarji finali permezz ta' għotjiet, sussidji tar-rati tal-imgħax
jew sussidji tat-tariffi ta' garanzija u strumenti finanzjarji, regoli
speċifiċi addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u regoli li
jispeċifikaw it-tipi ta’ attivitajiet li ma għandhomx jiġu
sostnuti permezz ta’ strumenti finanzjarji. 2. Il-benefiċjarji finali
sostnuti minn strumenti finazjarji jistgħu jirċievu wkoll
għotjiet jew assistenza oħra minn programm jew minn strument
ieħor sostnut mill-baġit tal-Unjoni. F’dan il-każ, iridu
jinżammu rekords separati għal kull sors ta’ finanzjament. 3. Il-kontribuzzjonijiet in
natura ma jgħoddux bħala nfiq eliġibbli rispett l-istrumenti
finanzjarji, ħlief kontribuzzjonijiet ta' art jew ta' proprjetà immobbli
rispett l-investimenti bil-għan li jsostnu l-iżvilupp urban jew ir-riġenerazzjoni
urbana, fejn l-art jew il-proprjetà immobbli tkun parti mill-investiment. Dan
it-tip ta' kontribuzzjoni ta' art jew ta' proprjetà immovvli għandhom
ikunu eliġibbli sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet
fl-Artikolu 59. Artikolu 33
Implimentazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji 1. Matul l-implimentazzjoni
tal-Artikolu 32 l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jipprovdu
kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin: (a)
strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell
tal-Unjoni, ġestiti direttament jew indirettament mill-Kummissjoni; (b)
strumenti finanzjarji stabbiliti f'livelli
nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transkonfinali, ġestiti
mill-awtorità ta’ ġestjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. 2. It-Titolu [VIII]
tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika għall-istrumenti
finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1(a). Il-kontribuzzjonijiet mill-Fondi
tal-QSK għall-istrumenti finanzjarji skont il-paragrafu 1(a)
għandhom jitqiegħdu f’kontijiet separati u użati, b’konformità
mal-għanijiet tal-Fondi tal-QSK rispettivi, biex isostnu azzjonijiet u
benefiċjarji finali li huma konsistenti mal-programm jew il-programmi li
minnhom isiru dawn il-kontribuzzjonijiet. 3. Għall-istrumenti
finanzjarji skont il-paragrafu 1(b), l-awtorità ta' ġestjoni tista'
tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji li
ġejjin: (a)
strumenti finanzjarji li jikkonformaw mat-termini u
l-kundizzjonijiet standard stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3); (b)
strumenti finanzjarji li diġà jeżistu jew
li għadhom kif inħalqu li jkunu magħmulin speċifikament
biex jilħqu l-għan maħsub u li jirrispettaw ir-regoli
applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati
skont l-Artikolu 142 li jistabbilixxu regoli speċifiċi li
jirrigwardjaw ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji li hemm referenza
għalihom fil-punt (b), kif ukoll il-prodotti li jistgħu jitwasslu
permezz ta’ dawn l-istrumenti. 4. Meta ssostni strumenti
finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1(b) l-awtorità ta’ ġestjoni
tista’: (a)
tinvesti fil-kapital ta’ entitajiet legali
eżistenti jew maħluqa ġodda, inklużi dawk iffinanzjati minn
Fondi tal-QSK oħrajn, iddedikati għall-implimentazzjoni ta’ strumenti
finanzjarji konsistenti mal-objettivi tal-Fondi tal-QSK rispettivi, li se
jwettqu l-kompiti ta' implimentazzjoni; l-appoġġ għal dawn
l-investimenti għandu jkun limitat għall-ammonti neċessarji biex
jiġu implimentati strumenti finanzjarji ġodda konsistenti
mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; jew (b)
tafda l-kompiti tal-implimentazzjoni: (i) il-Bank Ewropew tal-Investiment; (ii) lil istituzzjonijiet finanzjarji
internazzjonali li fihom Stat Membru huwa azzjonist, jew lil istituzzjonijiet
finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru li jimmiraw lejn il-kisba tal-interess
pubbliku taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika, magħżula skont
ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali; (iii) lil korp irregolat mil-liġi
pubblika jew privata magħżul skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u
dawk nazzjonali. (c)
twettaq direttament kompiti ta’ implimentazzjoni,
fil-każ ta’ strumenti finanzjarji li jikkonsistu biss minn self jew
garanziji. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw ftehimiet ta’ finanzjament, l-irwol
u r-responsabbiltà tal-entitajiet li lilhom jiġu fdati l-kompiti
tal-implimentazzjoni, kif ukoll spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni. 5. L-entitajiet imsemmija
fil-paragrafu 4(b)(i) u (ii), fl-implimentazzjoni ta' strumenti
finanzjarji permezz ta' fondi ta' fondi, jistgħu jafdaw parti
mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm dawn l-entitajiet
jiżguraw fir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji
jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-[Artikoli 57 u 131 (1), (1a) u (3)]
tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiġu
magħżula abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti,
proporzjonati u non-diskriminatorji, biex b’hekk jiġu evitati kunflitti
ta’ interessi. 6. L-entitajiet imsemmija
fil-paragrafu 4(b) li lilhom ġew fdati l-kompiti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiftħu kontijiet fiduċjarji f’isimhom u f’isem
l-awtorità ta’ ġestjoni. L-assi miżmuma fuq dawn il-kontijiet
fiduċjarji għandhom jiġu ġestiti skont il-prinċipju
ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali xierqa u jkollhom
likwidità xierqa. 7. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142
li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw rekwiżiti
speċifiċi dwar it-trasferiment u l-ġestjoni tal-assi
ġestiti mill-entitajiet li lilhom ikunu ġew fdati l-kompiti
tal-implimentazzjoni, kif ukoll il-konverżjoni tal-assi bejn l-euro u
muniti nazzjonali. Artikolu 34
Implimentazzjoni ta'
ċerti strumenti finanzjarji 1. Il-korpi akkreditati skont
l-Artikolu 64 ma għandhomx iwettqu verifiki fuq il-post ta’
operazzjonijiet li jinvolvu l-istrumenti finanzjarji implimentati skont
l-Artikolu 33(1)(a). Għandhom jirċievu rapporti regolari dwar
il-kontroll mill-korpi inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti
finanzjarji. 2. Il-korpi responsabbli
mill-verifika tal-programmi ma għandhomx iwettqu verifika ta’
operazzjonijiet li jinvolvu l-istrumenti finanzjarji implimentati skont
l-Artikolu 33(1)(a) u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll relatati ma’
dawn l-istrumenti. Għandhom jirċievu rapporti regolari dwar
il-kontroll mill-awdituri maħtura fil-ftehimiet li jistabbilixxi dawn
l-istrumenti finanzjarji. 3. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142
dwar l-arranġamenti għall-ġestjoni u l-kontroll tal-istrumenti
finanzjarji implimentati skont l-Artikoli 33(1)(a) u 33(4)(b)(i), (ii) u
(iii). Artikolu 35
Talbiet għall-ħlas
inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji 1. Fir-rigward tal-istrumenti
finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(a) it-talba għall-ħlas
għandha tinkludi u turi b’mod separat l-ammont ta’ appoġġ
imħallas lill-istrument finanzjarju. 2. Fir-rigward tal-istrumenti
finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) implimentati skont
l-Artikolu 33 (4)(a) u (b), in-nefqa totali eliġibbli
ppreżentata fit-talba għall-ħlas għandha tinkludi u turi
separatament, l-ammont totali tas-sostenn imħallas jew mistenni li
jitħallas lill-istrument finanzjarju għall-investimenti
f'benefiċjarji finali li jridu jsiru fuq perjodu definit minn qabel ta'
massimu ta' sentejn, inkluż l-ispejjeż jew it-tariffi ta'
ġestjoni. 3. L-ammont stabbilit skont
il-paragrafu 2 għandu jiġi aġġustat f’talbiet
għal ħlas sussegwenti, sabiex titqies id-differenza bejn l-ammont ta'
sostenn imħallas minn qabel lill-istrument finanzjarju kkonċernat, u
l-ammonti effettivament investiti f'benefiċjarji finali, flimkien
mal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa. Dawn l-ammonti
għandhom jiġu murija separatament fit-talba għall-ħlas. 4. Rigward l-istrumenti finanzjarji
msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) implimentati skont l-Artikolu 33(4)(c),
it-talba għall-ħlas għandha tinkludi l-ammont totali ta’
ħlasijiet maħruġa mill-awtorità ta’ ġestjoni
għall-investimenti fil-benefiċjarji finali. Dawn l-ammonti
għandhom jiġu murija separatament fit-talba għall-ħlas. 5. Permezz ta’ atti ddelegati
skont l-Artikolu 142, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta r-regoli speċifiċi li jikkonċernaw
il-ħlasijiet u l-irtirar ta’ ħlasijiet għall-istrumenti
finanzjarji u l-konsegwenzi possibbli fir-rigward tat-talbiet għal
ħlasijiet. Artikolu 36
Nefqa eliġibbli
fl-għeluq 1. Fl-għeluq ta’ programm,
in-nefqa eliġibbli tal-istrument finanzjarju għandha tkun l-ammont
totali effettivament imħallas jew, fil-każ ta' fondi ta' garanzija impenjati,
mill-istrument finanzjarju fil-perjodu ta’ eliġibbiltà indikat
fl-Artikolu 55(2), li jikkorrispondi għal: (a)
il-ħlasijiet lill-benefiċjarji finali; (b)
ir-riżorsi impenjati għall-kuntratti ta’
garanzija, sewwa jekk pendenti kif ukoll jekk ikunu diġà mmaturaw, sabiex
jiġu onorati sejħiet possibbli ta’ garanzija għal telf,
ikkalkolati skont valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti, li jkopru
ammont multiplu ta' self ġdid sottostanti jew strumenti oħra li
jġorru r-riskju għall-investimenti ġodda f’benefiċjarji
finali; (c)
sussidji kapitalizzati tar-rati tal-imgħax jew
sussidji ta’ tariffi ta’ garanzija, li jridu jitħallsu f’perjodu li ma
jaqbiżx l-għaxar (10) snin wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà
stabbilit fl-Artikolu 55(2), użati flimkien mal-istrumenti finanzjarji,
imħallsa f’kont miżmum minn terzi speċifikament stabbilit
għal dak l-iskop, għall-iżborżament effettiv wara l-perjodu
ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 55(2), iżda fir-rigward
ta’ self jew strumenti li jġorru riskju ieħor żborżati
għall-investimenti f’benefiċjarji finali fil-limitu tal-perjodu ta’
eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 55(2); (d)
ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni
mħallsa jew il-ħlas ta' tariffi ta' ġestjoni
għall-istrument finanzjarju. 2. Fil-każ ta’ strumenti
bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu, spejjeż jew tariffi ta’
ġestjoni kapitalizzati li jridu jitħallsu għal perjodu li ma
jaqbiżx il-ħames (5) snin wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà
stabbilit fl-Artikolu 55(2), fir-rigward ta' investimenti f'benefiċjarji
finali li seħħew f’dak il-perjodu ta' eliġibbiltà u li ma
jistgħux jiġu koperti mill-Artikoli 37 u 38, jistgħu
jitqiesu bħala nefqa eliġibbli meta jitħallsu f’kont miżmum
minn terzi stabbilit speċifikament għal dak l-iskop. 3. In-nefqa eliġibbli
ddeterminata skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex taqbeż
it-total ta’: (i) l-ammont totali tas-sostenn mill-Fondi
tal-QSK mħallsa lill-istrument finanzjarju; kif ukoll (ii) kofinanzjament nazzjonali
korrispondenti. 4. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont
l-Artikolu 142 dwar it-twaqqif ta' sistema ta' kapitalizzazzjoni ta'
pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji
tat-tariffi ta' garanzija. Artikolu 37
Imgħax u dħul
ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-Fondi tal-QSK
għall-istrumenti finanzjarji 1. Is-sostenn mill-Fondi tal-QSK
imħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jitpoġġa
f'kontijiet li jagħtu l-imgħax domiċiljati f'istituzzjonijiet
finanzjarji fl-Istati Membri jew investiti fuq bażi temporanja skont il-prinċipju
ta' ġestjoni finanzjarja soda. 2. L-imgħax u dħul
ieħor li jista' jiġi attribwit lis-sostenn mill-Fondi tal-QSK
imħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża
għall-istess għanijiet tas-sostenn oriġinali mill-Fondi tal-QSK
fl-istess strument finanzjarju. 3. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu
tal-imgħax u qligħ ieħor. Artikolu 38
L-użu mill-ġdid ta’
riżorsi attribbwibbli għas-sostenn mill-Fondi tal-QSK sal-għeluq
tal-programm 1. Riżorsi kapitali li
jitħallsu lura lill-istrumenti finanzjarji li jkunu ġew minn
investimenti jew mir-rilaxx ta' riżorsi impenjati għall-kuntratti ta'
garanzija li jistgħu jiġu attribwiti għas-sostenn mill-Fondi
tal-QSK, għandhom jintużaw mill-ġdid fuq investimenti ulterjuri
permezz tal-istess strumenti finanzjarji jew oħrajn, skont
l-għanijiet tal-programm jew il-programmi. 2. Qligħ u dħul jew
rendimenti oħra, inklużi l-imgħax, it-tariffi ta' garanzija,
is-sehem mill-profitti, profitti kapitali jew kull dħul
iġġenerat mill-investimenti li jista' jiġi attribwit
għas-sostenn mill-Fondi tal-QSK lill-istrument finanzjarju, għandu
jintuża għall-għanijiet li ġejjin, fejn applikabbli,
sal-ammonti meħtieġa: (a)
ir-rimborż tal-ispejjeż ta’ ġestjoni
mħallsa u l-ħlas ta’ tariffi ta’ ġestjoni tal-istrument finanzjarju; (b)
ir-rimunerazzjoni preferenzjali ta’ investituri li
qed joperaw skont il-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq, li
jipprovdu riżorsi tal-kontraparti lis-sostenn mill-Fondi tal-QSK
lill-istrument finanzjarju jew li jikkoinvestu fil-livell ta' riċevituri
finali; (c)
aktar investimenti permezz tal-istess strumenti
finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra, skont l-għanijiet
tal-programm jew il-programmi. 3. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu
tar-riżorsi u ta' qligħ ieħor imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 39
Użu ta' riżorsi
legati wara għeluq il-programm L-Istati Membri għandhom jadottaw
il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riżorsi u
l-qligħ kapitali u dħul jew rendimenti oħra li jistgħu
jiġu attribwiti lis-sostenn mill-Fondi tal-QSK lil strumenti finanzjarji
jintużaw skont l-għanijiet tal-programm għal perjodu ta'
mill-inqas 10 snin wara l-għeluq tal-programm. Artikolu 40
Rapport dwar
l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji 1. L-awtorità ta' ġestjoni
għandha tibgħat rapport speċifiku dwar l-operazzjonijiet li
jinvolvu l-istrumenti finanzjarji lill-Kummissjoni anness mar-rapport annwali
ta' implimentazzjoni. 2. Ir-rapporti msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, għal kull strument finanzjarju,
l-informazzjoni li ġejja: (a)
l-identifikazzjoni tal-programm u tal-prijorità li
minnhom jiġi pprovdut is-sostenn mill-Fondi tal-QSK; (b)
deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju u
l-arranġamenti tal-implimentazzjoni; (c)
l-identifikazzjoni tal-korpi li lilhom ġew fdati
l-kompiti ta’ implimentazzjoni; (d)
l-ammont totali ta’ sostenn mill-programm u
l-prijorità lill-istrument finanzjarju inkluż fit-talbiet ta’ ħlas
imressqin lill-Kummissjoni; (e)
l-ammont totali ta’ sostenn imħallas jew
impenjat f’kuntratti ta’ garanzija mill-istrument finanzjarju
għall-benefiċjarji finali skont il-programm u l-prijorità jew
il-miżura inkluża fit-talbiet għall-ħlas imressqa
lill-Kummissjoni; (f)
id-dħul tal-istrument finanzjarju u
l-ħlasijiet mill-ġdid lilu; (g)
l-effett multiplikatur ta’ investimenti
magħmula mill-istrument finanzjarju u l-valur tal-investimenti u
l-parteċipazzjonijiet; (h)
il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju
għall-kisba tal-indikaturi tal-programm u tal-prijorità kkonċernati. 3. Permezz ta' att ta'
implimentazzjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3), il-Kummissjoni għandha tadotta l-kundizzjonijiet
uniformi li jikkonċernaw is-sorveljanza u l-forniment ta’ informazzjoni
dwar is-sorveljar lill-Kummissjoni anki għall-istrumenti finanzjarji
msemmija fl-Artikolu 33(1)(a).
TITOLU V
MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI KAPITOLU I
Monitoraġġ Taqsima I
IS-SORVELJANZA TAL-PROGRAMMI Artikolu 41
Kumitat għas-sorveljanza 1. Fi żmien tliet xhur
mid-data tan-notifika lill-Istat Membru bid-deċiżjoni li tadotta
programm, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi kumitat biex jissorvelja
l-implimentazzjoni tal-programm, bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni. Stat Membru jista' jistabbilixxi kumitat
waħdieni għas-sorveljanza tal-programmi kofinanzjati mill-Fondi QSK 2. Kull kumitat tas-sorveljanza
għandu jikkompila u jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 42
Kompożizzjoni
tal-kumitat tas-sorveljanza 1. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtorità ta'
ġestjoni, minn korpi intermedji u minn rappreżentati tal-imsieba.
Kull membru tal-Kumitat tas-sorveljanza għandu jkollu d-dritt li jivvota. Il-kumitat tas-sorveljanza ta’ programm fi
ħdan l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu
jinkludi wkoll rappreżentanti minn kull pajjiż terz li jipparteċipa
f’dak il-programm. 2. Il-Kummissjoni għandha
tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat tas-sorveljanza f'kapaċità
konsultattiva. 3. Jekk il-BEI jikkontribbwixxi
għal programm, jista’ jipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat
tas-sorveljanza f’kapaċità konsultattiva. 4. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew
tal-awtorità ta' ġestjoni. Artikolu 43
Funzjonijiet tal-kumitat
għall-monitoraġġ 1. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jiltaqa' mill-inqas darba f'sena u għandu jirrevedi
l-implimentazzjoni tal-programm u l-progress lejn il-kisba tal-objettivi
tiegħu. B’hekk, għandu jqis id-dejta finanzjarja, l-indikaturi komuni
u speċifiċi għall-programm inklużi t-tibdiliet
fl-indikaturi tar-riżultati u l-progress lejn valuri fil-mira
kwantifikati, u l-għanijiet definiti fil-qafas tal-prestazzjoni. 2. Għandu jeżamina
fid-dettall il-problemi kollha li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm. 3. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jiġi kkonsultat u joħroġ opinjoni dwar kull emenda
tal-programm proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni. 4. Il-kumitat tas-sorveljanza
jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni
fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm u l-valutazzjoni tiegħu.
Għandu jissorvelja l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat
tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Artikolu 44
Rapporti ta' implimentazzjoni
1. Mill-2016 sa l-2022
(inkluża din is-sena), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport
annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm fis-sena finanzjarja
preċedenti lill-Kummissjoni. L-Istat Membru għandu jippreżenta
rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm
sat-30 ta’ Settembru 2023 għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond
ta’ Koeżjoni u rapport annwali dwar l-implimentazzjoni
għall-FAEŻR u l-FEMS (“Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew”). 2. Ir-rapporti annwali dwar
l-implimentazzjoni għandhom jagħtu l-informazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu b’referenza
għad-dejta finanzjarja, għall-indikaturi komuni u għal dawk
speċifiċi għall-programm u l-valuri kwantifikati tal-miri
inklużi l-bidliet fl-indikaturi tar-riżultati, u l-punti ta’
referenza definiti fil-qafas tal-prestazzjoni. Id-dejta trasmessa għandha
tkun marbuta mal-valuri għall-indikaturi għal operazzjonijiet kompletament
implimentati u anki għal operazzjonijiet magħżula. Għandhom
juru wkoll l-azzjonijiet meħuda sabiex jintlaħqu
l-kundizzjonalitajiet ex ante u kull problema li taffettwa
l-prestazzjoni tal-programm, u l-miżuri korrettivi meħuda. 3. Ir-rapport annwali dwar
l-implimentazzjoni ppreżentat fl-2017 għandu jipprovdi u janalizza
l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 flimkien mal-progress lejn
il-kisba tal-għanijiet tal-programm, inkluża l-kontribuzzjoni
tal-Fondi tal-QSK għall-bidliet fl-indikaturi tar-riżultat, meta
jkunu disponibbli provi mill-valutazzjonijiet. Għandu janalizza wkoll
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji
stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, u jirrapporta dwar l-appoġġ
użat għall-miri marbutin mat-tibdil fil-klima. 4. Ir-rapport tal-implimentazzjoni
annwali ppreżentat fl-2019 u r-rapport tal-implimentazzjoni finali
għall-Fondi tal-QSK għandhom, flimkien mal-informazzjoni u
l-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, jinkludu informazzjoni dwar
il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm u l-kontribuzzjoni
tiegħu lejn il-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni tal-promozzjoni ta'
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u jivvalutawh. 5. Ir-rapporti ta’
implimentazzjoni annwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu
ammissibbli meta jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa f’dawk
il-paragrafi u fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni
għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data
tal-irċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali li mhuwiex ammissibbli,
u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala
ammissibbli. 6. Il-Kummissjoni għandha
teżamina r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u tinforma lill-Istat
Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mid-data li fiha
tkun irċeviet ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u fi żmien
ħames (5) xhur wara d-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport finali.
Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dawn id-dati
tal-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala
aċċettati. 7. Il-Kummissjoni tista’
toħroġ rakkomandazzjonijiet biex tindirizza kull kwistjoni li
taffettwa l-implimentazzjoni tal-programm. Fejn isiru dawn
ir-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma
lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri korrettivi
meħuda. 8. Sommarju tal-kontenut
tar-rapporti tal-implimentazzjoni annwali u finali
għaċ-ċittadini għandu jiġi ppubblikat. Artikolu 45
Il-laqgħa annwali ta’
reviżjoni 1. Għandha tiġi
organizzata laqgħa annwali ta’ reviżjoni kull sena mill-2016 sal-2022
(din tal-aħħar inkluża) bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru
biex tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kull programm, filwaqt li
jitqies ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u l-osservazzjonijiet u
r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fejn applikabbli. 2. Il-laqgħa annwali
tar-reviżjoni tista’ tkopri aktar minn programm wieħed. Fl-2017 u
l-2019, il-laqgħa annwali tar-reviżjoni għandha tkopri
l-programmi kollha fl-Istat Membru u għandha tqis ukoll ir-rapporti ta'
progress ippreżentati f'dawk is-snin mill-Istat Membru skont
l-Artikolu 46. 3. L-Istat Membru u
l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li ma jorganizzawx laqgħa annwali ta’
reviżjoni għal programm fi snin oħra għajr l-2017 u l-2019.
4. Il-laqgħa annwali ta’
reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni. 5. L-Istat Membru għandu
jiżgura li jingħata segwitu xieraq għal kull kumment
tal-Kummissjoni wara dik il-laqgħa. Taqsima II
Progress Strateġiku Artikolu 46
Rapport ta' progress 1. Sat-30 ta’ Ġunju 2017
u sat-30 ta’ Ġunju 2019 l-Istat Membru għandu
jippreżenta rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Kuntratt ta’
Sħubija lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016 u
fil-31 ta’ Diċembru 2018 rispettivament. 2. Ir-rapport ta’ progress
għandu jivvaluta u jistabbilixxi informazzjoni dwar: (a)
it-tibdil fil-ħtiġijiet tal-iżvilupp
fl-Istat Membru mill-adozzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija; (b)
il-progress lejn il-kisba tal-istrateġija
tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv,
partikolarment fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti għal kull
programm fil-qafas tal-prestazzjoni u s-sostenn użat għall-objettivi
marbutin mat-tibdil fil-klima; (c)
jekk ġewx implimentati skont l-iskeda ta’
żmien stabbilita l-azzjonijiet meħuda biex jiġu sodisfatti
l-kondizzjonalitajiet ex ante mhux sodisfatti fid-data tal-adozzjoni
tal-Kuntratt ta' Sħubija; (d)
l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li
jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u strumenti ta'
finanzjament oħra nazzjonali u tal-Unjoni u mal-BEI; (e)
il-progress lejn il-kisba ta' oqsma prijoritarji
stabbiliti għall-kooperazzjoni; (f)
l-azzjonijiet meħuda biex jirrinfurzaw
il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u fejn applikabbli,
il-benefiċjarji li jamministraw u jużaw il-Fondi tal-QSK; (g)
l-azzjonijiet ippjanati u l-miri korrispondenti
fil-programmi biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv
għall-benefiċjarji; (h)
l-irwol għall-imsieħba msemmija
fl-Artikolu 5 fl-implimentazzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija. 3. Fejn il-Kummissjoni
tiddetermina fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni
tar-rapport tal-progress, li l-informazzjoni mressqa mhijiex sħiħa
jew mhijiex ċara, tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand l-Istat
Membru. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba
lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur u, fejn xieraq jirrevedi r-rapport tal-progress
kif meħtieġ. 4. Fl-2017 u l-2019,
il-Kummissjoni għandha tħejji rapport strateġiku li jagħti
deskrizzjoni fil-qosor tar-rapporti tal-progress tal-Istati Membri u
għandha tissottomettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. 5. Fl-2018 u l-2020,
il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-Rapport tal-Progress Annwali
tagħha għal-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew,
taqsima li tagħti deskrizzjoni fil-qosor tar-rapport strateġiku, partikolarment
fir-rigward tal-progress li jkun sar lejn tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklussiv.
KAPITOLU II
Evalwazzjoni Artikolu 47
Dispożizzjonijiet
Ġenerali 1. Għandhom jitwettqu
l-valutazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-forma u l-implimentazzjoni
tal-programmi, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effikaċja,
l-effiċjenza u l-impatt tagħhom. L-impatt tal-programmi għandu
jiġi vvalutat, skont il-missjoni tal-Fondi tal-QSK rispettivi fir-rigward
tal-miri għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[26]
kif ukoll fir-rigward tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u l-qgħad, fejn
dan huwa rilevanti. 2. L-Istati Membri għandhom
jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq
tal-valutazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri
fis-seħħ għall-produzzjoni u l-ġbir tad-dejta
meħtieġa għall-valutazzjonijiet, inkluża d-dejta marbuta
ma’ indikaturi komuni u fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi
għall-programmi. 3. Il-valutazzjonijiet
għandhom jitwettqu mill-esperti li huma funzjonalment indipendenti
mill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kif jitwettqu
l-evalwazzjonijiet. 4. L-evalwazzjonijiet kollha
għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom. Artikolu 48
Evalwazzjoni ex ante 1. L-Istati Membri għandhom
iwettqu valutazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil ta’
kull programm. 2. Il-valutazzjonijiet ex-ante
għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli
għat-tħejjija tal-programmi. Għandhom jiġu ppreżentati
lill-Kummissjoni flimkien mal-programm, u flimkien ma’ sommarju eżekuttiv.
Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu jistabbilixxu
limiti li taħthom il-valutazzjoni ex ante tista’ tingħaqad
mal-valutazzjoni ta’ programm ieħor. 3. Il-valutazzjonijiet ex
ante għandhom jivvalutaw: (a)
il-kontribuzzjoni għall-għan tal-Unjoni
ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fir-rigward
tal-għanijiet u prijoritajiet tematiċi magħżula, filwaqt li
jitqiesu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali; (b)
il-koerenza interna tal-programm jew attività
proposti u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ strumenti oħra rilevanti; (c)
il-konsistenza tal-allokazzjoni ta’ riżorsi
baġitarji mal-għanijiet tal-programm; (d)
il-konsistenza tal-għanijiet tematiċi
magħżula, tal-prijoritajiet u l-miri korrispondenti tal-programmi
mal-Qafas Strateġiku Komuni, tal-Kuntratt ta' Sħubija u
r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill
adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat; (e)
ir-rilevanza u ċ-ċarezza tal-indikaturi
tal-programmi proposti; (f)
kif il-produzzjoni mistennija se tikkontribbwixxi
għar-riżultati; (g)
jekk il-valuri fil-mira kwantifikati
għall-indikaturi humiex realistiċi, filwaqt li jitqies is-sostenn previst
mill-Fondi tal-QSK; (h)
ir-raġunament għall-forma ta’ sostenn
proposta; (i)
l-adegwatezza tar-riżorsi umani u
l-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni tal-programm; (j)
kemm huma addattati l-proċeduri
għall-monitoraġġ tal-programm u għall-ġbir tad-dejta
meħtieġa biex jitwettqu l-valutazzjonijiet; (k)
kemm huma addattati l-għanijiet
magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni; (l)
l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati biex
jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u
għall-irġiel u tiġi evitata d-diskriminazzjoni; (m)
l-adegwatezza ta’ miżuri ppjanati biex
jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli. 4. Fejn xieraq, il-valutazzjoni ex
ante għandha tinkludi r-rekwiżiti għall-Valutazzjoni
Ambjentali Strateġika stabbilita fl-implimentazzjoni
tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta'
ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[27]. Artikolu 49
Valutazzjoni matul il-perjodu
ta’ programmazzjoni 1. Għandu jitfassal pjan
ta’ valutazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull programm u dan
għandu jiġi ppreżentat skont ir-Regolamenti speċifiċi
għall-Fondi. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li tkun disponibbli kapaċità xierqa ta’ valutazzjoni. 3. Matul il-perjodu ta’
programmazzjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet,
inklużi l-valutazzjonijiet biex jiġu vvalutati l-effikaċja u
l-impatt, għal kull programm abbażi tal-pjan ta’ valutazzjoni.
Mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, għandha ssir
valutazzjoni biex tagħmel stima ta' kif is-sostenn mill-Fondi tal-QSK ikun
ikkontribbwixxa għall-għanijiet ta' kull prijorità.
Il-valutazzjonijiet kollha għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat
għas-sorveljanza u jintbagħtu lill-Kummissjoni. 4. Fuq l-inizjattiva
tagħha, il-Kummissjoni tista’ twettaq il-valutazzjonijiet tal-programmi. Artikolu 50
Evalwazzjoni ex post Il-valutazzjonijiet ex post
għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, b’koperazzjoni
mill-qrib. Il-valutazzjonijiet ex post għandhom jeżaminaw
l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fondi tal-QSK u l-kontribuzzjoni
tagħhom għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv skont ir-rekwiżiti
speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.
Il-valutazzjonijiet ex post għandhom jitlestew
sal-31 ta’ Diċembru 2023.
TITOLU VI
ASSISTENZA TEKNIKA Artikolu 51
Assistenza teknika fuq
inizjattiva tal-Kummissjoni 1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, il-Fondi tal-QSK
jistgħu jsostnu l-miżuri ta’ tħejjija, ta’ sorveljanza, ta’
amministrazzjoni, ta’ għajnuna teknika, ta’ awditjar u ta’ kontroll
neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu,
iżda ma għandhomx ikunu limitati għal: (a)
għajnuna għat-tħejjija u
għall-valutazzjoni tal-proġetti, inklużi dawk mal-BEI; (b)
sostenn għat-tisħiħ istituzzjonali u
t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi
għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi tal-QSK; (c)
l-istudji marbutin mar-rappurtar tal-Kummissjoni
dwar il-Fondi tal-QSK u r-rapport ta' koeżjoni; (d)
il-miżuri marbutin mal-analiżi,
mal-ġestjoni, mas-sorveljar, mal-iskambju tal-informazzjoni u
mal-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK, kif ukoll il-miżuri marbutin
mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll u tal-għajnuna teknika u
amministrattiva; (e)
valutazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika
u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali dwar l-operazzjoni attwali
u fil-ġejjieni tal-Fondi tal-QSK, li jistgħu jitwettqu fejn xieraq
mill-BEI; (f)
azzjonijiet li jxerrdu informazzjoni,
jappoġġjaw netwerking, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni,
iqajmu kuxjenza u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza,
inkluż ma’ partijiet terzi. Biex ikun hemm iktar effiċjenza
fil-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar sodi bejn
l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni,
ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan
ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni
korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn
ikunu marbuta mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament; (g)
l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta’
sistemi kompjuterizzati għal ġestjoni, monitoraġġ,
verifika, kontroll u evalwazzjoni; (h)
azzjonijiet li jtejbu metodi ta’ evalwazzjoni u
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiċi ta’ evalwazzjoni; (i)
azzjonijiet marbutin mal-awditjar; (j)
it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u
reġjonali rigward l-ippjanar tal-investimenti, l-istima
tal-ħtiġijiet, it-tħejjija, it-tfassil u l-implimentazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji, il-pjanijiet ta’ azzjoni konġunti u
l-proġetti ewlenin, inklużi l-inizjattivi konġunti mal-BEI. Artikolu 52
Għajnuna teknika
tal-Istati Membri 1. Fuq l-inizjattiva ta’ Stat
Membru, il-Fondi tal-QSK jistgħu jsostnu azzjonijiet
għat-tħejjija, il-ġestjoni, is-sorveljanza, il-valutazzjoni,
l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, netwerking, ir-riżoluzzjoni
tal-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar. Il-Fondi tal-QSK jistgħu
jintużaw mill-Istat Membru biex isostnu azzjonijiet għat-tnaqqis
tal-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji, inklużi
s-sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika, u azzjonijiet li jirrinfurzaw
il-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji tal-Istat Membru biex
jamministraw u jużaw il-Fondi tal-QSK. Dawn l-azzjonijiet jistgħu
jikkonċernaw perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u sussegwenti. 2. Ir-regoli speċifiċi
għall-Fondi jistgħu jżidu jew jeskludu azzjonijiet li
jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Għajnuna Teknika ta’ kull Fond
tal-QSK.
TITOLU VII
SOSTENN FINANZJARJU MILL-FONDI TAL-QSK KAPITOLU I
Sostenn mill-Fondi tal-QSK Artikolu 53
Determinazzjoni tar-rati ta’
kofinanzjament 1. Id-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tistabbilixxi r-rata(i) ta’
kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi tal-QSK skont
ir-regoli speċifiċċ għall-Fondi. 2 Il-miżuri ta'
għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew
f'isimha jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100%. Artikolu 54
Operazzjonijiet li
jiġġeneraw id-dħul 1. Dħul nett
iġġenerat wara t-tlestija ta’ operazzjoni matul perjodu
speċifiku ta’ referenza għandu jiġi determinat bil-quddiem
permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin: (a) l-applikazzjoni ta’ perċentwal ta’
dħul b’rata fissa għat-tip ta’ operazzjoni kkonċernata; (b) il-kalkolu tal-valur attwali tad-dħul
net tal-operazzjoni, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-prinċipju li
min iniġġes iħallas u, jekk xieraq, konsiderazzjoni et
tal-ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru kkonċernat. In-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni li trid
tiġi kofinanzjata ma għandhiex taqbeż il-valur attwali
tal-ispiża tal-investiment tal-operazzjoni nieqes il-valur attwali
tad-dħul nett, iddeterminat skont wieħed minn dawn il-metodi. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa msemmija fil-punt (a) hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tadotta
l-metodoloġija taħt il-punt (b) permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni
skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3). 2. Fejn huwa
oġġettivament impossibbli li d-dħul jiġi determinat
bil-quddiem skont il-metodi stabbiliti fil-paragrafu 1, id-dħul nett
iġġenerat fi żmien tliet snin mit-tlestija ta’ operazzjoni jew
sat-30 ta’ Settembru 2023, skont liema data tiġi l-ewwel,
għandu jitnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2
għandhom japplikaw biss għal operazzjonijiet li l-ispiża totali
tagħhom taqbeż il-EUR 1 000 000. 4. Dan l-Artikolu ma
għandux japplika għall-FSE. 5. Il-paragrafi 1 u 2 ma
għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet li huma soġġetti
għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew dwar l-appoġġ
tal-istrumenti finanzjarji jew mill-istrumenti finanzjarji.
KAPITOLU II
Eliġibbiltà tal-infiq u d-durabbiltà Artikolu 55
Eliġibbiltà 1. L-eliġibbiltà tan-nefqa
għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-regoli nazzjonali,
ħlief fejn ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi f’dan
ir-Regolament jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi
għall-Fondi. 2. In-nefqa għandha tkun
eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK jekk tkun ġiet
imħallsa minn benefiċjarju bejn id-data tal-preżentazzjoni
tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2014, skont
liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2022. Barra
minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni
mill-FAEŻR u mill-FEMS jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt
titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti bejn
l-1 ta’ Jannar 2014 u
l-31 ta’ Diċembru 2022. 3. Fil-każ
tal-ispejjeż rimborżati abbażi tal-Artikolu 57(1)(b) u
(ċ), l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi tar-rimborż
għandhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u
l-31 ta’ Diċembru 2022. 4. L-operazzjonijiet ma
għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ
mill-Fondi tal-QSK fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati
bis-sħiħ qabel ma tkun ġiet imressqa mill-benefiċjarju
l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta’
ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-ħlasijiet relatati kollha
jkunux saru mill-benefiċjarju. 5. Dan l-Artikolu għandu
jkun mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-eliġibbiltà
tal-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stabbiliti
fl-Artikolu 51. 6. Id-dħul nett
iġġenerat direttament minn operazzjoni matul l-implimentazzjoni
tagħha li ma jkunx tqies fil-ħin tal-approvazzjoni tal-operazzjoni,
għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni fit-talba
tal-ħlas finali mressqa mill-benefiċjarju. Din ir-regola ma
għandhiex tapplika għall-istrumenti finanzjarji u l-premji. 7. Fil-każ ta’ emenda ta
programm, in-nefqa li ssir eliġibbli minħabba l-emenda għall-programm
għandha tkun eliġibbli biss mid-data tat-tressiq tat-talba
għall-emenda quddiem il-Kummissjoni. Ir-regoli speċifiċi
għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jidderogaw mill-ewwel
subparagrafu. 8. Operazzjoni tista’
tirċievi l-appoġġ minn wieħed jew aktar mill-Fondi tal-QSK
u minn strumenti oħra tal-Unjoni, diment li l-partita tan-nefqa
inkluża fit-talba għall-ħlas ta' rimborż minn wieħed
mill-Fondi tal-QSK ma tirċevix l-appoġġ minn Fond tal-QSK jew
strument tal-Unjoni ieħor, jew appoġġ mill-istess Fond taħt
programm ieħor. Artikolu 56
Forom ta' appoġġ Il-Fondi tal-QSK għandhom jintużaw
biex jipprovdu l-appoġġ fil-forma ta’ għotjiet, premjijiet,
għajnuna li titħallas lura, strumenti finanzjarji, jew taħlita
tagħhom. Fil-każ ta’
għajnuna li titħallas lura, l-appoġġ li jitħallas lura
lill-korp li pprovdieh jew lil awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru,
għandu jinżamm f’kont separat u jerġa’ jintuża
għall-istess għan jew skont l-għanijiet tal-programm. Artikolu 57
Forom ta' għotjiet 1. L-għotjiet jistgħu
jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin: (a)
rimborż tal-ispejjeż eliġibbli li
jkunu realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma’ kontribuzzjonijiet in
natura u deprezzament, fejn huwa applikabbli; (b)
skala standard ta' spejjeż għal kull
unità; (c)
somom f’daqqa li ma jaqbżux
il-EUR 100 000 ta’ kontribuzzjoni pubblika; (d)
finanzjament b’rata fissa ddeterminata permezz
tal-applikazzjoni ta’ perċentwal għal kategorija waħda ddefinita
ta’ spejjeż, jew aktar minn waħda. 2. L-għażliet
imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħaqdu biss fejn kull
waħda tkopri kategoriji differenti ta' spejjeż jew fejn dawn
jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn
operazzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta' operazzjoni. 3. Fejn operazzjoni jew
proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat
esklussivament permezz tal-akkwist ta’ xogħlijiet, oġġetti jew
servizzi, għandu japplika biss il-paragrafu 1(a). Fejn l-akkwist fi
ħdan operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni
jiġi limitat għal ċerti kategoriji ta’ spejjeż,
l-għażliet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu
jiġu applikati. 4. L-ammonti msemmija
fil-paragrafi 1(b), (ċ) u (d) għandhom jiġu stabbiliti
abbażi ta’: (a)
metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u
verifikabbli bbażat fuq: (i) dejta statistika jew informazzjoni
oġġettiva oħra; jew (ii) id-dejta storika vverifikata ta’
benefiċjarji individwali jew l-applikazzjoni tal-prattiċi ta’
kontabilità ta’ spejjeż soliti tagħhom; (b)
il-metodi u l-iskali korrispondenti ta'
spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki
tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju; (c)
il-metodi u l-iskali korrispondenti ta’
spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi
għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru
għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju; (d)
ir-rati stabbiliti minn dan ir-Regolament jew
ir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 5. Id-dokument li
jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ ta' kull
operazzjoni għandu jistabbilixxi l-metodu li jrid jiġi applikat
għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet
għall-ħlas tal-għotja. Artikolu 58 Finanzjament
b'rata fissa għal spejjeż indiretti għal għotjiet Fejn l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni
toħloq spejjeż indiretti, jistgħu jiġu kkalkolati
bħala rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin: (a)
rata fissa ta’ sa 20 % tal-ispejjeż
diretti eliġibbli, fejn ir-rata tiġi kalkolata abbażi ta’ metodu
ta’ kalkolazzjoni ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat taħt
skemi għal għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru
għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju; (b)
rata fissa sa massimu ta’ 15 % ta’ spejjeż
diretti tal-persunal eliġibbli; (c)
rata fissa applikata għal spejjeż diretti
eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti,
applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta' operazzjoni u ta'
benefiċjarju. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa u l-metodi relatati msemmija
fil-punt (c) hawn fuq. Artikolu 59
Regoli tal-eliġibbiltà
speċifiċi għall-għotjiet 1. Kontribuzzjonijiet in natura
fil-forma tal-provvista ta’ xogħlijiet, oġġetti, servizzi, art u
proprjetà immobbli li għalihom ma jkun sar ebda ħlas fi flus sostnut
minn fatturi jew minn dokumenti ta’ valur probatorju ekwivalenti, jistgħu
jkunu eliġibbli sakemm ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-Fondi tal-QSK u
tal-programm jippermettu u dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin
jiġu sodisfatti: (a)
l-appoġġ pubbliku mogħti
lill-operazzjoni li jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma għandhomx
jaqbżu n-nefqa totali eliġibbli, minbarra kontribuzzjonijiet in
natura, fl-aħħar tal-operazzjoni; (b)
il-valur attribbwit lill-kontribuzzjonijiet in
natura ma jaqbiżx l-ispejjeż aċċettati ġeneralment
fis-suq in kwistjoni; (c)
il-valur u t-twassil tal-kontribuzzjonijiet jista’
jiġi vvalutat u vverifikat b’mod indipendenti; (d)
fil-każ tal-provvista ta’ art jew ta'
proprjetà immobbli, il-valur jiġi ċċertifikat minn espert
kwalifikat indipendenti jew minn korp uffiċjali awtorizzat kif
mistħoqq u ma jaqbiżx il-limitu stipulat fil-paragrafu 3(b); (e)
fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura
fil-forma ta’ xogħol mhux imħallas, il-valur ta’ dak ix-xogħol
jiġi ddeterminat filwaqt li jitqies il-ħin meħud ivverifikat u
r-rata ta’ rimunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti. 2. L-ispejjeż
tad-deprezzament jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli
taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm
jippermettu dan; (b)
l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat
permezz ta’ dokumenti li jappoġġjawh li għandhom valur
probatarju ekwivalenti għall-fatturi fejn ir-rimborż ingħata
fil-forma msemmija fl-Artikolu 57(1)(a); (c)
l-ispejjeż ikunu marbuta b’mod esklussiv
mal-perjodu ta’ appoġġ għall-operazzjoni; (d)
ma kkontribbwixxewx għotjiet pubbliċi
għall-akkwist tal-assi deprezzati. 3. L-infiq li ġej ma
għandux ikun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK: (a)
interessi fuq id-dejn; (b)
ix-xiri ta' art mhux mibnija u ta' art mibnija
f'ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli
għall-operazzjoni kkonċernata. F'każi eċċezzjonali u
ġġustifikati kif meħtieġ, jista' jkun permess
perċentwal ogħla għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw
il-konservazzjoni ambjentali; (c)
taxxa fuq il-valur miżjud. Iżda l-ammonti
tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn ma jkunux jistgħu
jintroddu lura skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali u jkunu
tħallsu minn benefiċjarju li mhuwiex persuna mhux taxxabbli kif
iddefinit fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva
2006/112/KE, sakemm dawn l-ammonti ta' VAT ma jkunux inġarrbu b'rabta
mal-provvista tal-infrastruttura. Artikolu 60
Eliġibblità
tal-operazzjonijiet skont il-lokalità 1. Operazzjonijiet
appoġġjati mill-Fondi tal-QSK, soġġetti għad-derogi
msemmija fil-paragrafi 2 u 3, u r-regoli speċifiċi
għall-Fondi, għandhom jinsabu fil-qasam koperta mill-programm li
skontu jiġu appoġġjati (minn hawn 'il quddiem imsejħa
il-'qasam tal-programm'). 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
tista’ taċċetta li operazzjoni tiġi implimentata barra
miż-żona tal-programm iżda fl-Unjoni, sakemm jiġu
sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha: (a)
l-operazzjoni hija għall-benefiċċju
taż-żona tal-programm; (b)
l-ammont totali allokat skont il-programm
għall-operazzjonijiet li jinstabu barra ż-żona tal-programm ma
jaqbiżx l-10 % tal-appoġġ mill-Fondi tal-FEŻR, il-Fond
ta' Koeżjoni u tal-FEMS f’livell prijoritarju jew
għall-appoġġ mill-FAEŻR, 3 % tal-appoġġ
fil-livell tal-programm; (c)
il-kumitat għas-sorveljanza jkun ta l-kunsens
tiegħu għall-operazzjoni jew għat-tipi ta’ operazzjonijiet
ikkonċernati; (d)
l-obbligazzjonijiet tal-awtoritajiet
għall-programm fir-rigward tal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar
tal-operazzjoni huma mwettqa mill-awtoritajiet responsabbli għall-programm
taħt liema din l-operazzjoni tkun appoġġjata jew jidħlu f’obbligazjonijiet
mal-awtoritajiet fil-qasam fejn l-operazzjoni hija implimentata. 3. Għall-operazzjonijiet li
jikkonċernaw attivitajiet ta’ promozzjoni, in-nefqa tista’
tiġġarrab barra l-Unjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet
stabbiliti fil-paragrafu 2(a) u l-obbligi fir-rigward tal-ġestjoni,
tal-kontroll u tal-awditjar li jikkonċernaw l-operazzjoni. 4. Il-paragrafi 1 u 3 ma
japplikawx għall-programmi taħt l-għan tal-kooperazzjoni
Territorjali Ewropea u l-paragrafi 2 u 3 ma japplikawx
għall-operazzjonijiet imwieżna mill-FSE. Artikolu 61
It-tul ta' żmien
tal-operazzjonijiet 1. Operazzjoni li tinkludi
investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv għandha trodd lura
l-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK jekk fi żmien ħames snin
mill-ħlas finali lill-benefiċjarju jew fil-perjodu ta' żmien
stabbilit fir-regoli tal-għajnuna Statali, fejn applikabbli, tkun
soġġetta għal: (a)
waqfien jew rilokazzjoni ta’ attività produttiva; (b)
bidla tas-sjieda ta’ oġġett
infrastrutturali li tagħti vantaġġ mhux dovut lil impriża
jew lil korp pubbliku; jew (c)
bidla sostanzjali li taffettwa n-natura,
l-għanijiet jew il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, li
jirriżulta fl-imminar tal-għanijiet oriġinali tagħha. Somon imħallsa indebitament fir-rigward
tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru. 2. Operazzjonijiet
appoġġjati mill-FSE u operazzjonijiet appoġġjati mill-Fondi
tal-QSK l-oħrajn li mhumiex investiment fl-infrastruttura jew investimenti
produttivi għandhom iħallsu mill-ġdid il-kontribuzzjoni mill-Fond
biss meta jkunu soġġetti għal obbligu għaż-żamma
ta' investiment skont ir-regoli applikabbli tal-għajnuna mill-Istat u meta
jgħaddu minn waqfien jew rilokazzjoni ta' attività produttiva fil-perjodu
stabbilit f'dawk ir-regoli. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ma
għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet lil strumenti
finanzjarji jew permezz tagħhom, jew għal ebda operazzjoni li
tgħaddi minn waqfien ta’ attività produttiva minħabba falliment mhux
doluż. 4. Il-paragrafi 1
u 2 ma għandhomx japplikaw għal persuni fiżiċi li huma
benefiċjarji tal-appoġġ tal-investiment u, wara t-tlestija
tal-operazzjoni tal-investiment, isiru eliġibbli
għall-appoġġ u jirċivuh skont il-FEG (Regolament [/2012] li
jistabbilixxi Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni) fejn l-investiment
ikkonċernat huwa direttament marbut mat-tip ta’ attività identifikata
bħala eliġibbli għall-appoġġ tal-FEG.
TITOLU VIII
ĠESTJONI U KONTROLL KAPITOLU I
Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll Artikolu 62
Prinċipji ġenerali
ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għandhom jipprovdu
għal: (a)
deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kull korp
ikkonċernat fil-ġestjoni u l-kontroll, u fl-allokazzjoni
tal-funzjonijiet fi ħdan kull korp; (b)
konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni
tal-funzjonijiet bejn dawn il-korpi u fi ħdanhom; (c)
proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u
r-regolarità tan-nefqa ddikjarata; (d)
sistemi kompjuterizzati għall-kontabilità,
għall-ħżin u t-trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja u dejta
dwar indikaturi, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar; (e)
sistemi għar-rappurtar u għas-sorveljanza
fejn il-korp responsabbli jafda t-twettiq tal-kompiti f'idejn korp ieħor; (f)
arranġamenti għall-verifika
tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll; (g)
sistemi u proċeduri sabiex jiżguraw
proċess ta’ verifika xieraq; (h)
il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’
irregolaritajiet, inklużi frodi, u l-irkupru ta’ ammonti li ma kellhom
jitħallsu, flimkien ma’ kwalunkwe interessi. Artikolu 63
Responsabbiltajiet tal-Istati
Membri 1. L-Istati Membri għandhom
iwettqu l-obbligi ta’ ġestjoni, kontroll u awditjar u jassumu
r-responsabbiltajiet li jirriżultaw stabbiliti fir-regoli dwar
il-ġestjoni kondiviża stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u
r-regoli speċifiċi għall-Fondi. Skont il-prinċipju ta’
ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli
mill-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom
għall-programmi huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli
speċifiċi għall-Fondi u li s-sistemi jaħdmu b’mod effettiv.
3. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu u jimplimentaw proċedura għall-eżami indipendenti
u r-riżoluzzjoni ta’ ilmenti li jikkonċernaw l-għażla jew
l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi tal-QSK. Fuq
talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw
ir-riżultati ta’ dan l-eżami. 4. L-iskambji tal-informazzjoni
uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom
jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita
skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta'
atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija
fl-Artikolu 143(3).
KAPITOLU II
Akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll Artikolu 64
Akkreditazzjoni
u koordinazzjoni 1. Skont [l-Artikolu 56(3)]
tar-Regolament Finanzjarju, kull korp responsabbli mill-ġestjoni u
l-kontroll tan-nefqa taħt il-Fondi tal-QSK għandu jiġi
akkreditat minn deċiżjoni formali ta’ awtorità ta’ akkreditazzjoni
fuq livell ministerjali. 2. L-għoti
tal-akkreditazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni
li l-korp jikkonforma mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni dwar l-ambjent intern,
l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u
s-sorveljanza stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 3. L-akkreditazzjoni
għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta’ korp ta’ awditjar indipendenti
li janalizza l-konformità tal-korp mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni. Il-korp
ta’ verifika indipendenti għandu jwettaq ix-xogħol tiegħu skont
standards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment. 4. L-awtorità ta’
akkreditazzjoni għandha tissorvelja l-korp akkreditat u tneħħilu
l-akkreditazzjoni permezz ta’ deċiżjoni formali jekk kundizzjoni
waħda jew aktar minn waħda minn dawn li ġejjin ma jibqgħux
jiġu sodisfatti, sakemm il-korp ma jiħux l-azzjonijiet ta’ rimedju
meħtieġa matul perjodu ta’ prova li jrid jiġi stabbilit
mill-awtorità ta’ akkreditazzjoni skont is-severità tal-problema. L-awtorità
ta' akkreditazzjoni għandha minnufih tavża lill-Kummissjoni dwar
l-iffissar ta' kull perjodu ta' prova għal korp akkreditat u dwar kull
deċiżjoni ta' rtirar. 5. L-Istat Membru jista'
jaħtar korp ta' koordinazzjoni li r-responsabbiltà tiegħu tkun li
jikkomunika mal-Kummissjoni u jipprovdilha l-informazzjoni, jippromwovi
l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni, jistabbilixxi rapport
sintesi li jipprovdi ħarsa ġenerali f'livell nazzjonali
tad-dikjarazzjonijiet tal-korp ġestjonarju u l-opinjonijiet dwar
l-awditjar u jikkoordina l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' rimedju rigward
defiċjenzi komuni. 6. Mingħajr ħsara
għar-regoli stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi,
il-korpi li jridu jiġu akkreditati skont il-paragrafu 1 għandhom
ikunu: (a)
għall-FEŻR, l-FSE, u
il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS, l-awtoritajiet
ta’ ġestjoni u, fejn jixraq, l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni; (b)
għall-FAEŻR u l-FEMS,
l-aġenziji li jħallsu.
KAPITOLU III
Setgħat u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni Artikolu 65
Setgħat u
responsabbiltajiet tal-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tissodisfa ruħha abbażi
tal-informazzjoni disponibbli, inklużi l-proċedura ta’
akkreditazzjoni, id-dikjarazzjoni annwali tal-korp ġestjonarju,
ir-rapporti annwali ta’ kontroll, l-opinjoni annwali dwar l-awditjar,
ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u l-awditjar imwettaq mill-korpi
nazzjonali u tal-Unjoni, li l-Istati Membri stabbilixxew sistemi ta’
ġestjoni u ta' kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi
għall-Fondi u li dawn is-sistemi jaħdmu b’mod effettiv matul
l-implimentazzjoni tal-programmi. 2. Mingħajr ħsara
għall-awditjar imwettaq mill-Istati Membri, l-uffiċjali
tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni
jistgħu jwettqu awditjar jew kontrolli fuq il-post wara li jkunu
avżaw b’mod xieraq dwar dan minn qabel. Il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan
l-awditjar jew kontrolli jista’ jinkludi, b’mod partikolari, il-verifika
tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fi
programm jew parti minnu, operazzjonijiet u valutazzjoni tal-ġestjoni
finanzjarja soda ta’ operazzjonijiet jew ta' programmi. Uffiċjali jew
rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem
f'dan l-awditjar. Uffiċjali tal-Kummissjoni jew
rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, li jkunu ngħataw
is-setgħa li jwettqu l-awditjar fuq il-post, għandu jkollhom
aċċess għar-rekords, għad-dokumenti u għall-metadejta
kollha, marbuta man-nefqa kofinanzjata mill-Fondi tal-QSK jew mas-sistemi ta'
ġestjoni u ta' kontroll, irrispettivament mill-mezz li bih
jinħażnu. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kopji ta’ dawn
ir-rekords, dokumenti u metadejta lill-Kummissjoni meta jintalbu. Is-setgħat stabbiliti f'dan il-paragrafu
m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
nazzjonali li jirriservaw ċerti atti għal aġenti ddeżinjati
speċifikament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-uffiċjali
tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx
jieħdu sehem, inter alia, fi żjarat fid-djar jew fl-intervisti
formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas ta' leġiżlazzjoni
nazzjonali. Madankollu, għandu jkollhom aċċess
għall-informazzjoni hekk miksuba. 3. Il-Kummissjoni tista’
teħtieġ li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa
biex jiżgura t-tħaddim effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u
kontroll tiegħu jew il-korrettezza tan-nefqa skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fondi. 4. Il-Kummissjoni tista'
teħtieġ li Stat Membru jeżamina ilment imressaq lill-Kummissjoni
li jikkonċerna l-għażla jew l-implimentazzjoni ta’
operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi tal-QSK jew il-funzjonament tas-sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.
TITOLU IX
ĠESTJONI FINANZJARJA, APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET
FINANZJARJI, DIŻIMPENN KAPITOLU I
Il-maniġment finanzjarju Artikolu 66
Impenji tal-Baġit L-impenji baġitarji tal-Unjoni
fir-rigward ta’ kull programm għandhom isiru f’pagamenti annwali għal
kull Fond matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u
l-31 ta’ Diċembru 2020. Id-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tikkostitwixxi
d-deċiżjoni ta’ finanzjar fis-sens tal-Artikolu 75(2)
tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru
kkonċernat, tkun impenn legali fis-sens ta’ dak ir-Regolament. Għal kull programm, l-impenn
baġitarju għall-ewwel ħlas parzjali għandu jsegwi
l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji
għall-ħlasijiet parzjali sussegwenti għandhom isiru
mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi
tad-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni
sottoparagrafu, għajr fejn japplika l-Artikolu 13 tar-Regolament
Finanzjarju. Fir-rigward tar-riżerva
għall-prestazzjoni, l-impenji baġitarji għandhom isegwu
d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm. Artikolu 67
Regoli komuni
għall-ħlasijiet 1. Il-ħlasijiet
mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK għal kull programm
għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u
soġġett għall-finanzjament disponibbli. Kull ħlas
għandu jkun assenjat lill-impenn tal-baġit miftuħ tal-Fond
ikkonċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien. 2. Il-ħlasijiet
għandhom jieħdu l-forma ta' prefinanzjament, ta' ħlasijiet
interim u ta' ħlas tal-bilanċ annwali, fejn applikabbli, u
tal-bilanċ finali. 3. Għal forom ta’
appoġġ skont l-Artikolu 57(1)(b), (c) u (d), l-ammonti
mħallsa lill-benefiċjarju għandhom jitqiesu bħala nfiq
eleġibbli. Artikolu 68
Regoli komuni
għall-kalkolazzjoni tal-ħlasijiet interim, tal-ħlas
tal-bilanċ annwali, fejn applikabbli, u tal-ħlas tal-bilanċ
finali Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi
għandhom jistipulaw ir-regoli għall-kalkulazzjoni tal-ammont
rimborsat bħala ħlasijiet interim tal-bilanċ annwali, fejn
applikabbli, u tal-bilanċ finali. Dan l-ammont se jkun funzjoni tar-rata
ta’ kofinanzjament speċifika applikabbli għan-nefqa eleġibbli. Artikolu 69
Talbiet għall-ħlas 1. Il-proċedura
speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa
għat-talbiet għal ħlas għandhom jiġu stabbiliti
fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 2. It-talba għal ħlas
li għandha titressaq lill-Kummissjoni trid tipprovdi l-informazzjoni
kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tipproduċi kontijiet skont
l-Artikolu 61(2) tar-Regolament Finanzjarju. Artikolu 70
L-akkumulazzjoni ta'
prefinanzjament u ta' ħlasijiet interim 1. It-total kumulattiv
tal-prefinanzjament u tal-ħlasijiet interim u, fejn applikabbli,
il-bilanċ annwali mill-Kummissjoni, ma għandux jaqbeż 95 %
tal-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK tal-programm. 2. Meta jintlaħaq il-limitu
massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jittrażmettu
t-talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni. Artikolu 71
L-użu tal-euro L-ammonti stabbiliti fil-programmi mressqin
mill-Istati Membri, it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa,
it-talbiet għall-ħlas, il-kontijiet annwali u n-nefqa msemmija fir-rapporti
ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom ikunu denominati fil-munita
euro. Artikolu 72
Ħlas ta’ prefinanzjament
inizjali 1. Wara d-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tadotta l-programm, ammont inizjali ta' prefinanzjament
għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni għandu jitħallas
mill-Kummissjoni. L-ammont ta’ prefinanzjament inizjali għandu
jitħallas fi ħlasijiet parzjali skont il-ħtiġijiet
baġitarji. Il-ħlasijiet parzjali għandhom jiġu ddefiniti
fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 2. Il-prefinanzjament
għandu jintuża biss biex isiru ħlasijiet lill-benefiċjarji
fl-implimentazzjoni tal-programm. Għandu jitpoġġa minnufih
għad disponizzjoni tal-korp responsabbli għal dan il-għan. Artikolu 73
Saldu tal-prefinanzjament L-ammont imħallas bħala
prefinanzjament inizjali għandu jiġi saldat għal kollox
mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq
il-programm. Artikolu 74
Interruzzjoni tad-data ta’
skadenza tal-pagament 1. Id-data tal-għeluq
għal talba ta’ ħlas interim tista' tiġi interrotta
mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b'delega fi ħdan it-tifsira
tar-Regolament Finanzjarju għal perjodu massimu ta' disa’ xhur jekk: (a)
wara informazzjoni provduta minn korp ta’ verifika
nazzjonali jew tal-Unjoni, ikun hemm provi li jissuġġerixxu
defiċjenza sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u
kontroll; (b)
l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b'delega
għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jkun ġie mgħarraf
b'informazzjoni li twissih li n-nefqa f’talba għal ħlas hija marbuta
ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji; (c)
ma jiġix imressaq wieħed mid-dokumenti
meħtieġa skont l-Artikolu 75(1). Ir-regoli speċifiċi
għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażi
adizzjonali għall-interruzzjoni tal-ħlasijiet meta Stat Membru jonqos
milli jikkonforma mad-dmirijiet tiegħu skont il-Politika Komuni tas-Sajd. 2. L-uffiċjal ta’
awtorizzazzjoni b’delega jista’ jillimita l-interruzzjoni għall-parti
tan-nefqa koperta mit-talba ta’ ħlas affettwata mill-elementi msemmija
fil-paragrafu 1. L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu
jgħarraf lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni minnufih
bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandu jitlobhom jirmedjaw
is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni għandha tinġieb fi tmiemha
mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega hekk kif ikunu ttieħdu
l-miżuri meħtieġa. KAPITOLU II
Approvazzjoni tal-kontijiet u korrezzjonijiet finanzjarji Artikolu 75
Preżentazzjoni
tal-informazzjoni 1. Sal-1 ta’ Frar tas-sena
ta’ wara t-tmiem tal-perjodu kontabilistiku, l-Istat Membru għandu jissottometti
d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni skont
[l-Artikolu 56] tar-Regolament Finanzjarju: (a)
il-kontijiet annwali ċertifikati tal-korpi
relevanti akkreditati skont l-Artikolu 64; (b)
id-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mill-korp
ġestjonarju rigward il-kompletezza, il-preċiżjoni u
l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament korrett tas-sistemi tal-kontroll
intern, kif ukoll rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
sottostanti u r-rispett għall-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja
soda; (c)
rapport sommarju tal-verifiki u kontrolli kollha
mwettqa, inkluża analiżi tan-nuqqasijiet sistemiċi jew
rikorrenti u wkoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati; (d)
opinjoni ta’ awditjar mingħand il-korp ta’
awditjar indipendenti maħtur, dwar id-dikjarazzjoni tal-korp
ġestjonarju ta’ assigurazzjoni li tkopri l-kompletezza,
il-preċiżjoni u l-validità tal-kontijiet annwali, il-funzjonament
korrett tas-sistemi interni ta’ kontroll kif ukoll dwar il-legalità u
r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti u r-rispett tal-prinċipju
ta’ ġestjoni finanzjarja soda, flimkien ma’ rapport ta’ kontroll li juri
s-sejbiet tal-awditjar imwettaq fir-rigward tas-sena ta' kontijiet koperta
mill-opinjoni. 2. Fuq talba tal-Kummissjoni,
l-Istat Membru għandu jipprovdi informazzjoni ulterjuri lill-Kummissjoni.
Jekk Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba sad-data tal-iskadenza
għas-sottomissjoni tagħha stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni
tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet
abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha. 3. Sal-[15 ta’ Frar]
tas-sena ta’ wara tmiem il-perjodu kontabilistiku, l-Istat Membru għandu
jissottometti rapport ta’ sinteżi għand il-Kummissjoni skont
l-aħħar subparagrafu tal-[Artikolu 56(5)] tar-Regolament
Finanzjarju. Artikolu 76
Approvazzjoni tal-kontijiet 1. Sat-30 ta’ April tas-sena
ta’ wara tmiem il-perjodu kontabilistiku, il-Kummissjoni għandha
tiddeċiedi, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fond, dwar
l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-korpi relevanti akkreditati skont
l-Artikolu 64 għal kull programm. Id-deċiżjoni ta’
approvazzjoni għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u
l-validità tal-kontijiet annwali sottomessi u għandha tkun mingħajr ħsara
għal kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja sussegwenti. 2. Il-proċeduri
għall-approvazzjoni annwali għandhom jiġu stabbiliti fuq
bażi tar-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 77
Korrezzjonijiet finanzjarji
mill-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tħassar il-kontribuzzjoni
kollha tal-Unjoni, jew parti minnha, lejn programm, u twettaq l-irkupru
mill-Istati Membri sabiex ma jiġrix li l-Unjoni tiffinanzja nefqa li jkun
bi ksur tal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż b’rabta
mad-defiċjenzi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ Stati Membri
li jkunu nstabu mill-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 2. Ksur tad-dritt tal-Unjoni jew
dak nazzjonali applikabbli għandu jwassal għal korrezzjoni
finanzjarja biss meta jkun hemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
il-ksur affettwa jew seta’ affettwa
l-għażla ta’ operazzjoni mill-korp responsabbli
għall-appoġġ mill-Fondi tal-QSK; (b)
hemm riskju li l-ksur affettwa jew seta' affettwa
l-ammont ta' nefqa ddikjarata għal rimborż mill-baġit
tal-Unjoni. 3. Meta tiddeċiedi dwar
l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja taħt il-paragrafu 1,
il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-natura u l-gravità tal-ksur tad-dritt
applikabbli tal-Unjoni jew dak nazzjonali u l-implikazzjonijiet finanzjarji
tiegħu għall-baġit tal-Unjoni. 4. Il-kriterji u
l-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji
għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli speċifiċi
għall-Fond.
Kapitolu III
Diżimpenn Artikolu 78
Prinċipji 1. Il-programmi kollha
għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenn
stabbilita fuq il-bażi li għandhom jiġu diżimpenjati dawk
l-ammonti marbutin ma’ impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn
talba għal ħlas fi żmien perjodu definit. 2. L-impenn relatat
mal-aħħar sena tal-perjodu se jiġi diżimpenjat skont
ir-regoli li jridu jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi. 3. Ir-regoli speċifiċi
għall-Fond għandhom jispeċifikaw l-applikazzjoni
preċiża tar-regola ta’ diżimpenn għal kull Fond tal-QSK. 4. Il-parti tal-impenji li tkun
għadha miftuħa għandha tiġi diżimpenjata jekk
kwalunkwe wieħed mid-dokumenti meħtieġa għall-għeluq
ma ġiex sottomess għand il-Kummissjoni sad-dati ta’ skadenza
stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 79
Eċċezzjoni għad-diżimpenn 1. L-ammont ikkonċernat
minn diżimpenn għandu jitnaqqas bl-ammonti li l-korp responsabbli ma
setax jiddikjara lill-Kummissjoni minħabba: (a) operazzjonijiet sospiżi minn
proċedura legali jew appell amministrattiv li għandhom effett ta’
sospensjoni; jew (b) raġunijiet ta’ forza
maġġuri li jaffettwaw b’mod serju l-implimentazzjoni tal-programm
kollu jew parti minnu. L-awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw forza
maġġuri għandhom juru l-konsegwenzi diretti tagħha fuq
l-implementazzjoni tal-programm kollu jew ta' parti minnu. It-tnaqqis imsemmi hawn fuq jista' jintalab darba
jekk is-suspensjoni jew il-forza maġġuri tkun damet sa sena jew
diversi drabi korrispondenti għal kemm tkun damet il-forza
maġġuri jew għan-numru ta' snin bejn id-data
tad-deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li tissospendi l-implementazzjoni
tal-operazzjoni u d-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja jew
amministrattiva finali. 2. L-Istat Membru għandu
jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet
imsemmija fil-paragrafu 1
sal-31 ta’ Jannar għall-ammont li jrid jiġi dikjarat
sat-tmiem tas-sena preċedenti. Artikolu 80
Proċedura 1. Il-Kummissjoni għandha
tgħarraf fi żmien xieraq lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet
konċernati kull meta jkun hemm riskju ta' applikazzjoni ta’ diżimpenn
taħt l-Artikolu 78. 2. Abbażi tal-informazzjoni
li jkollha fil-31 ta' Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat
Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar l-ammont tad-diżimpenn li
jirriżulta mill-informazzjoni li hija jkollha fil-pussess tagħha. 3. L-Istat Membru għandu
jkollu xahrejn biex jaqbel dwar l-ammont li għandu jiġi
diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. 4. L-Istat Membru għandu
jissottometti lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju pjan ta'
finanzjament rivedut li jirrifletti għas-sena finanzjarja kkonċernata
l-ammont imnaqqas ta' sostenn rigward prijorità waħda tal-programm, jew
rigward diversi prijoritajiet. Fin-nuqqas li ssir din is-sottomissjoni,
il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjan ta’ finanzjament billi tnaqqas
il-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK għas-sena finanzjarja
kkonċernata. Dan it-tnaqqis għandu jiġi allokat għal kull
prijorità b’mod proporzjonat. 5. Il-Kummissjoni għandha
temenda d-deċiżjoni li tadotta l-programm, permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. TAQSIMA TLIETA
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR, L-FSE U
L-FK TITOLU I
OBJETTIVI U L-QAFAS FINANZJARJU
KAPITOLU I
Missjoni, għanijiet u kopertura ġeografika tas-sostenn Artikolu 81
Missjoni u għanijiet 1. Il-Fondi għandhom jikkontribbwixxu
għall-iżvilupp u l-insegwiment tal-azzjonijiet tal-Unjoni li jwasslu
għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali tagħha skont l-Artikolu 174 tat-Trattat. L-azzjonijiet sostnuti mill-Fondi għandhom
jikkontribbwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. 2. Għal dan il-għan,
għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin: (a) 'Investiment għat-tkabbir u
l-impjiegi' fi Stati Membri u reġjuni, li jrid jiġi sostnut
mill-Fondi kollha; kif ukoll (b) 'kooperazzjoni territorjali Ewropea', li
trid tiġi sostnuta mill-FEŻR. Artikolu 82
Investiment għat-tkabbir
u l-impjiegi 1. Il-Fondi Strutturali
għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u
l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2
tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika
(minn hawn 'il quddiem imsejħa 'livell 2 NUTS') stabbilita mir-Regolament
(KE) Nru 1059/2003. 2. Riżorsi
għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tal-livell 2 NUTS li
ġejjin: (a)
reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG minn
ras għal ras tagħhom huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG
tal-UE-27. (b)
reġjuni ta’ tranżizzjoni, li l-PDG minn
ras għal ras tagħhom huwa bejn 75% u 90% tal-medja tal-PDG tal-UE-27;
(c)
reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG minn
ras għal ras tagħhom huwa aktar minn 90 % tal-medja tal-PDG
tal-UE-27. It-tliet kategoriji ta’ reġjuni jiġu
determinati abbażi ta’ kif il-PDG minn ras għal ras tagħhom,
imkejjel f'paritajiet ta' poter ta’ akkwist u kkalkolat abbażi tal-figuri
tal-Unjoni għall-perjodu 2006 – 2008, jirrelata mal-medja tal-PDG
tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza. 3. Il-Fond ta’ Koeżjoni
għandu jsostni lil dawk l-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross
(ING) minn ras għal tagħhom, imkejjel f'paritajiet ta' poter ta’
akkwist u kkalkolat abbażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu 2007
sa 2009, ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-ING minn ras għal ras
tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza. L-Istati Membri eliġibbli
għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-2013, iżda li l-ING
minn ras għal ras tagħhom jaqbeż id-90 % tal-medja tal-ING
minn ras għal ras tal-UE-27 kif ikkalkolat taħt l-ewwel subparagrafu
għandhom jirċievu sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi
tranżizzjonali u speċifika. 4. Immedjatament wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni
għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att implimentattiv li
jistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji tat-tliet kategoriji
li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u tal-Istati Membri li
jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 3. Il-lista għandha tkun valida
mill- 1 ta’ Jannar 2014 sal-
31 ta’ Diċembru 2020. 5. Fl-2017, il-Kummissjoni
għandha tirrevedi l-eliġibbiltà tal-Istati Membri għall-Fond ta’
Koeżjoni abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni tal-ING
għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015 għall-UE-27. Dawk l-Istati Membri
li l-ING nominali tagħhom minn ras għal ras jaqbeż 90% tal-medja
tal-ING minn ras għal ras tal-UE-27, għandhom jirċievu
appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi tranżitorja u
speċifika.
KAPITOLU II
Qafas finanzjarju Artikolu 83
Riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali 1. Ir-riżorsi għal
koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji
tal-baġit għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 għandhom ikunu EUR
[x] bil-prezzijiet tal-2011, skont ir-rendikont annwali muri
fl-Anness III, li minnhom EUR [x] jirrappreżentaw
ir-riżorsi globali allokati għall-FERŻ, il-FSE u l-FK u
EUR [3 000 000 000] jikkostitwixxu allokazzjoni
speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost
iż-Żgħażagħ. Għall-finijiet ta' programmar u
tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,
l-ammont tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2% kull sena. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tistabbilixxi
r-rendikont annwali tar-riżorsi globali għall-Fondi skont l-Istat
Membru, f'konformità mal-kriterjiu l-metodoloġija stabbilita
fl-Anness IIIbis u r-rendikont annwali tar-riżorsi mill-allokazzjoni
speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost
iż-Żgħażagħ skont l-Istat Membru flimkien mal-lista
ta' reġjuni eliġibbli, f'konformità mal-kriterji u
l-metodoloġija stabbilita fl-Anness IIIter mingħajr ħsara
għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 84(7). 3. 0,35 % tar-riżorsi
globali għandhom jiġu allokati għal assistenza teknika fuq
l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Artikolu 84
Riżorsi
għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u
għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea 1. Riżorsi
għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jammontaw għal 96,50 % tar-riżorsi globali
(jiġifieri, total ta’ EUR 327 115 655 850) u
għandhom jiġu allokati kif ġej: (a)
48,25 % (jiġifieri, it-total ta’
EUR 163 560 715 122) għar-reġjuni anqas
żviluppati; (b)
10,76 % (jiġifieri, it-total ta’
EUR 36 471 144 190) għar-reġjuni ta’
tranżizzjoni; (c)
16,35 % (jiġifieri, it-total ta’
EUR 55 419 403 116) għar-reġjuni aktar
żviluppati; (d)
20,87 % (jiġifieri, it-total ta’
EUR 70 739 863 599) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond
ta’ Koeżjoni; (e)
0,27% (jiġifieri, it-total ta’
EUR 924 529 823) bħala finanzjament addizzjonali
għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349
tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji
stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għat-Trattat
tal-Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja. Ir-reġjuni kollha li jkollhom il-PDG per
capita għall-perjodu 2007-2013 anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25
għall-perjodu ta' referenza, iżda li l-PDG per capita tagħhom
ikun aktar minn 75% tal-medja ta’ PDG tal-UE-27 għandhom jirċievu
allokazzjoni skont il-Fondi Strutturali li tkun ekwivalenti għal
mill-anqas żewġ terzi tal-allokazzjoni tagħhom għall-2007-2013. 2. Il-kriterji li ġejjin
għandhom jintużaw għat-tqassim skont l-Istat Membru: (a)
il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità
reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta' qgħad
għar-reġjuni anqas żviluppati u r-reġjuni ta'
tranżizzjoni; (b)
il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità
reġjonali, ir-rata ta' qgħad, il-livell tal-edukazzjoni u d-densità
tal-popolazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati; (c)
il-popolazzjoni, il-prosperità nazzjonali u
ż-żona tal-wiċċ għall-Fond ta’ Koeżjoni. 3. Mill-inqas 25 % tar-riżorsi
tal-Fondi Strutturali għal reġjuni anqas żviluppati, 40 %
għal reġjuni ta' tranżizzjoni u 52 % għal reġjuni
aktar żviluppati f’kull Stat Membru għandhom jiġu allokati
lill-FSE. Għall-fini ta’ din id-dispożizzjoni, l-appoġġ lil
Stat Membru permezz tal-[Istrument ‘Ikel għal persuni fil-bżonn’]
għandu jitqies bħala parti mis-sehem ta’ Fondi Strutturali allokat
lill-FSE. 3bis. Ir-riżorsi
għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost
iż-Żgħażagħ jammontaw għal
EUR [3 000 000 000] mill-allokazzjoni speċifika
għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost
iż-Żgħażagħ u mill-inqas
EUR [3 000 000 000] mill-investiment immirat mill-FSE. 4. Is-sostenn mill-Fond ta’
Koeżjoni għall-infrastruttura tat-trasport skont il-faċilità
Connecting Europe għandu jkun ta’ EUR 10 000 000 000. Il-Kummissjoni għandha tadotta
deċiżjoni billi timplimenta att li jistabbilixxi l-ammont li
għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni
għal kull Stat Membru, għall-perjodu sħiħ. L-allokazzjoni
tal-Fond ta’ Koeżjoni ta’ kull Stat Membru għandha titnaqqas kif
meħtieġ. L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu
għas-sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni imsemmi fl-ewwel subparagrafu
għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti
tal-faċilità Connecting Europe mill-eżerċizzju tal-baġit tal-2014. Is-sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni skont
il-faċilità Connecting Europa għandu jiġi implimentat skont
l-Artikolu [13] tar-Regolament (EU) [...]/2012 dwar l-istabbilizzazzjoni
tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa[28],
f’relazzjoni ma’ proġetti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament,
bl-għoti tal-akbar prijorità possibbli lil proġetti li jkunu
jirrispettaw l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni. 5. Is-sostenn mill-Fondi
Strutturali għal [ikel lil persuni fil-bżonn] skont l-Investiment
għat-Tkabbir u l-Impjiegi għandu jkun
EUR 2 500 000 000. Il-Kummissjoni għandha tadotta
deċiżjoni billi timplimenta att li jistabbilixxi l-ammont li
għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali ta’
kull Stat Membru, għall-perjodu sħiħ f’kull Stat Membru.
L-allokazzjoni tal-Fond Strutturali ta’ kull Stat Membru għandha titnaqqas
kif meħtieġ. L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu
għas-sostenn mill-Fondi Strutturali msemmija fl-ewwel subparagrafu
għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti
tal-[istrument ‘ikel għal persuni fil-bżonn’]
mal-eżerċizzju tal-baġit tal-2014. 6. 5% tar-riżorsi
għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jikkostitwixxu r-riżerva tal-prestazzjoni li trid tiġi
allokata skont l-Artikolu 20. 7. 0,2% tar-riżorsi
FEŻR għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jiġu allokati għall-azzjonijiet innovattivi fuq
l-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli. 8. Ir-riżorsi
għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom
jammontaw għal 3,50 % tar-riżorsi globali disponibbli
għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu bejn l-2014 u
l-2020 (jiġifieri t-total ta’ EUR 11 878 104 182). Artikolu 85
Non-trasferibbiltà
tar-riżorsi 1. L-approprjazzjonijiet totali
allokati lil kull Stat Membru fir-rigward ta’ reġjuni inqas
żviluppati, reġjuni ta’ tranżizzjoni u reġjuni aktar
żviluppati m'għandhomx ikunu trasferibbli bejn kull waħda minn
dawn il-kategoriji ta’ reġjuni. 2. B’deroga
mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ taċċetta,
f’ċirkostanzi ġġustifikati kif mistħoqq li huma marbuta
mal-implimentazzjoni ta' objettiv tematiku wieħed jew aktar, proposta minn
Stat Membru fl-ewwel sottomissjoni tiegħu tal-Kuntratt tas-Sħubija li
jittrasferixxi sa 2% tal-approprjazzjoni totali għal kategorija ta’
reġjuni lil kategoriji oħra ta’ reġjuni. Artikolu 86
Adizzjonalità 1. Għall- finijiet ta'
din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (2)
‘nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti'
tfisser il-Formazzjoni tal-Kapital Fiss Gross tal-Gvern Ġenerali
rrapportata fil-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza mħejjija
mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97[29] sabiex jippreżentaw
l-istrateġija tal-baġit tagħhom fuq perjodu medju ta’
żmien; (3)
‘assi fissi’ tfisser l-assi tanġibbli u mhux
tanġibbli kollha prodotti bħala riżultati mill-proċessi ta’
produzzjoni li huma stess jintużaw b’mod ripetut, jew kontinwament,
fil-proċess ta’ produzzjoni għal aktar minn sena waħda. (4)
‘formazzjoni ta’ kapital fiss gross’[30] tfisser
l-akkwiżizzjonijiet kollha tal-produtturi residenti, bl-oġġetti
ta’ valur disponibbli mnaqqsa, ta’ assi fissi matul perjodu partikolari u
ċerti żidiet għall-valur ta’ assi mhux prodotti realizzati
mill-attività produttiva ta’ produttur jew unitajiet istituzzjonali; (5)
‘gvern ġenerali’ tfisser it-totalità ta'
unitajiet istituzzjonali li, flimkien mat-twettiq tar-responsabbiltajiet
politiċi tagħhom u l-irwol tagħhom ta' regolamentazzjoni
ekonomika, jipproduċu servizzi prinċipalment mhux tas-suq
(possibbilment oġġetti) għall-konsum individwali u kollettiv u
jiddistribbwixxu mill-ġdid id-dħul u l-ġid[31]. 2. L-appoġġ mill-Fondi
għall-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandux
jieħu post in-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti minn Stat Membru. 3. L-Istati Membri għandhom
iżommu għall-perjodu 2014-2020 livell ta’ nefqa strutturali pubblika
jew ekwivalenti mill-inqas ugwali għal-livell ta’ referenza stabbilit
fil-Kuntratt ta’ Sħubija. Il-livell ta’ referenza bħala medja kull sena
ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti għas-snin 2014-2020
għandu jiġi stabbiliti fil-Kuntratt ta’ Sħubija, abbażi ta’
verifika ex ante mill-Kummissjoni tal-informazzjoni sottomessa
fil-Kuntratt ta’ Sħubija, wara li tkun ikkunsidrat il-livell medju ta’
nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti kull sena fil-perjodu 2007-2013. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu
jqisu l-kondizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali u
ċ-ċirkostanzi speċifiċi jew eċċezzjonali,
bħal privatizzazzjonijiet jew livell eċċezzjonali ta’ nefqa
strutturali pubblika jew ekwivalenti minn Stat Membru fil-perjodu 2007-2013.
Għandhom ukoll iqisu bidliet fl-allokazzjonijiet nazzjonali mill-Fondi
Strutturali kif imqabbel mas-snin 2007-2013. 4. Verifika ta’ jekk il-livell tan-nefqa
strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira tal-Investiment
għat-tkabbir u l-impjiegi jkunx inżamm għall-perjodu
għandha sseħħ biss f’dawk l-Istati Membri li fihom,
ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas
15 % tal-popolazzjoni totali. F’dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni
inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 70 %
tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ fuq livell
nazzjonali. F’dawk l-Istati Membri, li fihom ir-reġjuni
inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru aktar minn 15 % u
inqas minn 70 % tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ
fuq livell nazzjonali u reġjonali. Għal dik il-fini, dawk l-Istati
Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar in-nefqa
fir-reġjuni anqas żviluppati u ta' tranżizzjoni f'kull stadju
tal-proċess tal-verifika. 5. Il-verifika ta’ jekk
il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tkunx inżammet għandha
sseħħ fil-ħin tas-sottomissjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija
(verifika ex ante), fl-2018 (verifika ta’ nofs il-perjodu), u fl-2022
(verifika ex post). Ir-regoli dettaljati relatati mal-verifika
tal-addizzjonalità huma stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV. 6. Jekk jiġi stabbilit
mill-Kummissjoni fil-verifika ex post li Stat Membru ma jkunx żamm
il-livell ta’ referenza ta' nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti
stabbilit fil-Kuntratt ta' Sħubija kif stabbilit fl-Anness IV,
il-Kummissjoni tista' twettaq korrezzjoni finanzjarja. Fid-deċiżjoni
dwar jekk twettaqx korrezzjoni finanzjarja jew le, il-Kummissjoni se tqis jekk
is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru tkunx inbidlet b’mod sinifikanti
mill-verifika ta’ nofs it-terminu u jekk il-bidla tqisitx dak
iż-żmien. Ir-regoli dettaljati relatati mar-rati tal-korrezzjoni
finanzjarja huma stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness IV. 7. Il-paragrafi 1 u 6 ma
għandhomx japplikaw għall-programmi operazzjonali taħt
l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. TITOLU II
PROGRAMMAR KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Artikolu 87
Kontenut u adozzjoni
tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir
u l-impjiegi 1. Programm operazzjonali
għandu jikkonsisti f’assi prijoritarji. Mingħajr ħsara
għall-Artikolu 52, assi prijoritarju għandu jikkonċerna
Fond wieħed għal kategorija ta’ reġjun, u għandu
jikkorrispondi għal objettiv tematiku u għandu jinkludi prijorità
waħda jew aktar ta’ investiment ta’ dak l-objettiv tematiku f’konformità
mar-regoli speċifiċi għall-Fond. Għall-FSE, assi
prijoritarju jista’ jikkombina prijoritajiet ta’ investiment minn objettivi
tematiċi differenti stabbiliti fl-Artikolu 9 (8), (9), (10), u (11)
sabiex tiġi faċilitata l-kontribuzzjoni tagħhom għal assi
prijoritarji oħra, f'ċirkostanzi ġustifikati kif mistħoqq. 2. Programm operazzjonali
għandu jistabbilixxi: (a)
strateġija għall-kontribut tal-programm
operazzjonali għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li tinkludi: (i) l-identifikazzjoni
tal-ħtiġijiet sabiex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati
fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont
l-Artikolu 121(2) u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati skont
l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, filwaqt li jittieħed kont tal-Linji Gwida
Integrati u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u reġjonali (ii) ġustifikazzjoni
tal-għażla tal-objettivi tematiċi u l-prijoritajiet
korrispondenti ta' investiment, filwaqt li jitqies il-Kuntratt ta' Sħubija
u r-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante; (b)
għal kull assi prijoritarju: (i) il-prijoritajiet ta’ investiment u
l-objettivi speċifiċi korrispondenti; (ii) l-indikaturi komuni u
speċifiċi tal-produzzjoni u tar-riżultati, u fejn xieraq, valur
bażi u valur kwantifikat tal-mira, f'konformità mar-regoli
speċifiċi għall-Fond; (iii) deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu
jiġu sostnuti inkluż l-identifikazzjoni tal-gruppi fil-mira ewlenin,
it-territorji speċifiċi mmirati u t-tipi ta' benefiċjarji fejn
xieraq u l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjari; (iv) il-kategoriji korrispondenti ta’ intervent
ibbażati fuq nomenklatura adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu
143(3) u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati; (c)
il-kontribut għall-approċċ integrat
għall-iżvilupp territorjali stabbilit fil-Kuntratt ta’ Sħubija
inkluż: (i) il-mekkaniżmi li jiżguraw
koordinazzjoni bejn il-Fondi, l-FAEŻR, l-FEMS u strumenti ta’ finanzjament
tal-Unjoni u nazzjonali oħra u mal-BEI; (ii) fejn xieraq, approċċ integrat
ippjanat għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali,
kostali u tas-sajd u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari,
b’mod partikolari l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-Artikoli
28 u 29; (iii) il-lista ta’ bliet fejn se jkunu
implimentati azzjonijiet integrati ta’ żvilupp urban sostenibbli,
l-allokazzjoni annwali indikattiva tas-sostenn tal-FEŻR għal dawn
l-azzjonijiet, inkluż ir-riżorsi ddelegati lill-ibliet
għall-ġestjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru […]
[FEŻR] u l-allokazzjoni annwali indikattiva ta’ sostenn tal-FSE għal
azzjonijiet integrati; (iv) l-identifikazzjoni taż-żoni li
fihom l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità se jiġi implimentat; (v) l-arranġamenti għal azzjonijiet
interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu
mill-inqas fi Stat Membru wieħed ieħor; (vi) fejn xieraq, il-kontribuzzjoni
tal-inverventi ppjanati lejn strateġiji makroreġjonali u
strateġiji dwar qiegħ il-baħar; (d)
il-kontribuzzjoni għall-approċċ
integrat stabbilita fil-Kuntratt ta’ Sħubija sabiex jiġu indirizzati
l-ħtiġijiet speċifiċi ta' żoni ġeografiċi
l-aktar milquta mill-faqar jew gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta'
diskriminazzjoni jew esklużjoni, b'kunsiderazzjoni speċjali għal
komunitajiet marġinalizzati, u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva. (e)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi, inkluż: (i) qafas ta’ prestazzjoni f’konformità
mal-Artikolu 19(1); (ii) għal kull kondizzjonalità ex
ante, stabbilita skont l-Anness V, li mhijiex sodisfatta fid-data
tas-sottomissjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija u programm operazzjonali,
deskrizzjoni tal-azzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta l-kondizzjonalità ex
ante u skeda ta’ żmien għal dawn l-azzjonijiet; (iii) l-azzjonijiet meħuda sabiex
l-imsieħba jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm
operazzjonali, u l-irwol tal-imsieħba fl-implimentazzjoni,
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm operazzjonali. (f)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi, inkluż: (i) l-użu ppjanat ta' assistenza
teknika inkluż l-azzjonijiet sabiex tiġi rinfurzata l-kapaċità
amministrattiva tal-awtoritajiet u l-benefiċjarji bl-informazzjoni
rilevanti li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 (b)
għall-assi prijoritarju kkonċernat; (ii) valutazzjoni tal-piż
amministrattiv għall-benefiċjarji u l-azzjonijiet ppjanati sabiex
jinkiseb tnaqqis akkompanjat minn miri; (iii) lista ta' proġetti kbar li
għalihom id-data tal-bidu stmata għall-eżekuzzjoni
tax-xogħlijiet ewlenin hija qabel l-1 ta’ Jannar 2018; (g)
pjan finanzjarju li jkollu fih żewġ
tabelli: (i) tabella li tispeċifika għal
kull sena, skont l-Artikoli 53, 110 u 111, l-ammont
tal-approprjazzjoni finanzjarja totali prevista għall-kontribuzzjoni minn
kull wieħed mill-Fondi. (ii) tabella li tispeċifika,
għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, għall-programm
operazzjonali u għal kull assi prijoritarju, l-ammont tal-approprjazzjoni
finanzjarja totali tas-sostenn mill-Fondi u l-kofinanzjament nazzjonali. Fejn
il-kofinanzjament nazzjonali jkun jikkonsisti minn kofinanzjament pubbliku u
privat, it-tabella għandha tagħti t-tqassim indikattiv bejn
il-komponenti pubbliċi u privati. Għandha
turi, għall-finijiet ta' informazzjoni, il-parteċipazzjoni prevista
mill-BEI. (h)
id-disposizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
għall-programm operazzjonali li jkun fihom: (i) identifikazzjoni tal-korp ta’
akkreditazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità li
tiċċertifika fejn applikabbli u l-awtorità ta’ verifika
tal-kontijiet; (ii) identifikazzjoni tal-korp li għandhom isirulu l-ħlasijiet
mill-Kummissjoni. 3. Kull programm operazzjonali,
ħlief dawk fejn l-assistenza teknika titwettaq taħt programm
operazzjonali speċifiku, għandu jinkludi: (i) deskrizzjoni ta' azzjonijiet
speċifiċi sabiex jitqiesu rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali,
l-effiċjenza fir-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u
l-addattament, ir-reżistenza għad-diżastri u l-prevenzjoni u
l-ġestjoni tar-riskji, fis-selezzjoni tal-operazzjonijiet; (ii) deskrizzjoni tal-azzjonijiet
speċifiċi sabiex jiġu promossi opportunitajiet ugwali u
tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ta'
oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta'
diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija,
id-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u partikolarment
fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjament filwaqt li jitqiesu
l-ħtiġijiet tad-diversi gruppi fil-mira f'riskju ta' din
id-diskriminazzjoni u partikolarment ir-rekwiżiti tal-iżgurar
tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà; (iii) deskrizzjoni tal-kontribut tiegħu
għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u, fejn
xieraq, l-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni
tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-programm
operazzjonali u dak ta’ operazzjoni. L-Istati Membri għandhom jissottomettu
opinjoni tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza dwar il-miżuri stabbiliti
fil-punti (ii) u (iii) mal-proposta għal programm operazzjonali taħt
il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. 4. L-Istati Membri għandhom
jabbozzaw il-programm operazzjonali skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak il-mudell
permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva
msemmija fl-Artikolu 143(2). 5. Il-Kummissjoni se tadotta
deċiżjoni li tapprova l-programm operazzjonali permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni Artikolu 88
Sostenn konġunt
mill-Fondi 1. Il-Fondi jistgħu
jipprovdu appoġġ b’mod konġunt għall-programmi
operazzjonali tal-mira għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. 2. L-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u
soġġett għal limitu ta’ 5 % tal-finanzjament tal-Unjoni
għal kull assi prijoritarju ta’ programm operazzjonali, parti minn
operazzjoni li għaliha l-ispejjeż huma eliġibbli għal
sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli ta’ eliġibbiltà
applikati lil dak il-Fond, sakemm ikunu meħtieġa
għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u huma marbuta
direttament magħha. 3. Il-paragrafi 1 u 2
m'għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta'
kooperazzjoni territorjali Ewropea. Artikolu 89
Ambitu
ġeografiku tal-programmi operazzjonali taħt
il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegiSakemm
ma jsirx ftehim mod ieħor bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru,
il-programmi operazzjonali għall-FEŻR u l-FSE għandhom jitfasslu
fil-livell ġeografiku xieraq u mill-inqas fil-livell 2 NUTS, skont
is-sistema istituzzjonali speċifika għall-Istat Membru. Il-programmi operazzjonali b’sostenn mill-Fond
ta’ Koeżjoni għandhom jitfasslu fil-livell nazzjonali. KAPITOLU II
PROĠETTI KBAR Artikolu 90
Kontenut Bħala parti minn programm operazzjonali
jew minn programmi operazzjonali, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni
jistgħu jiffinanzjaw infiq li jinkludi sensiela ta' xogħlijiet,
attivitajiet jew servizzi maħsuba fiha nfisha sabiex twettaq kompitu
indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu
għanijiet identifikati b'mod ċar u li l-ispiża totali
tiegħu taqbeż EUR 50,000,000 miljun (‘proġett kbir’).
L-istrumenti finanzjarji ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala
proġetti kbar. Artikolu 91
Informazzjoni li għandha
tintbagħat lill-Kummissjoni 1. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta' ġestjoni għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni
li ġejja dwar proġetti kbar malli jkun tlesta x-xogħol ta'
tħejjija: (a)
informazzjoni dwar il-korp li se jkun responsabbli
għall-implementazzjoni tal-proġett kbir u l-kapaċità
tiegħu; (b)
deskrizzjoni ta’ u informazzjoni dwar l-investiment
u l-lokalità tiegħu; (c)
l-ispiża totali u l-ispiża eliġibbli
totali, billi jitqiesu r-rekwiżiti sabbiliti fl-Artikolu 54; (d)
informazzjoni dwar l-istudji tal-fattibilità
imwettqa, inkluż l-analiżi tal-għażliet, ir-riżultati,
u r-reviżjoni indipendenti ta' kwalità; (e)
analiżi tal-kost-benefiċċju,
inkluż analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju; (f)
analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li
jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil
fil-klima u r-reżistenza għad-diżastri; (g)
il-konsistenza mal-assi prijoritarji rilevanti tal-programm
jew il-programmi operazzjonali kkonċernati, u l-kontribuzzjoni mistennija
tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta’ dawk l-assi
prijoritarji; (h)
il-pjan ta’ finanzjament li juri r-riżorsi
finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi
l-oħra kollha ta’ finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u
finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress filwaqt li jitqiesu
r-riskji identifikati; (i)
skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni
tal-proġett kbir u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa
mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li
għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta'
programmazzjoni 2014-2020. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida
indikattiva dwar il-metodoloġija li għandha tintuża sabiex
titwettaq l-analiżi kost-benefiċċju msemmija fil-punt (e) skont
il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha
fl-Artikolu 143(2). Il-format għall-informazzjoni dwar
proġetti kbar li trid tiġi sottomessa għandu jiġi stabbilit
skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni, permezz ta' atti implimentattivi. Dawk
l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità
mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). 2. Proġetti kbar sottomessi
lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni jridu jiġu inklużi
fil-lista ta’ proġetti kbar fi programm operazzjonali. Il-lista
għandha tiġi riveduta mill-Istat Membru jew mill-awtorità ta’
ġestjoni sentejn wara l-adozzjoni ta' programm operazzjonali u tista' fuq
talba tal-Istat Membru tiġi aġġustata skont il-proċedura
stabbilita fl-Artikolu 26(2), partikolarment sabiex tinkludi proġetti
kbar li huma mistennija li jitlestew sal-aħħar tal-2022. Artikolu 92
Deċiżjoni dwar
proġett kbir 1. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-proġett kbir abbażi tal-informazzjoni msemmija
fl-Artikolu 91 sabiex tiddetermina jekk is-sostenn propost mill-Fondi
huwiex iġġustifikat. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att implimentattiv, mhux aktar tard
minn tliet xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-informazzjoni li tapprova
proġett kbir skont l-Artikolu 91. Dik id-deċiżjoni
għandha tiddefinixxi s-suġġett fiżiku, l-ammont li
għalih tapplika r-rata ta' kofinanzjament għall-assi prijoritarju,
indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ
tal-progress, u l-kontribuzzjoni mistenniija tal-proġett kbir
għall-objettivi tal-assi prijoritarju jew prijoritarji rilevanti.
Deċiżjoni ta' approvazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq
il-fatt li l-kuntratt tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż fi
żmien sentejn mid-data tad-deċiżjoni. 3. Fejn il-Kummissjoni
tirrifjuta li tippermetti li sostenn mill-Fondi jingħata għal
proġett kbir, hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru dwar
ir-raġunijiet tagħha fi żmien il-perjodu stabbilit
fil-paragrafu 2. 4. In-nefqa relatata ma'
proġetti kbar m'għandhiex tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet
tal-ħlas qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni
mill-Kummissjoni.
KAPITOLU III
Pjan ta’ azzjoni konġunta Artikolu 93
Kamp ta' Applikazzjoni 1. Pjan ta’ azzjoni
konġunta huwa operazzjoni definita u ġestita fir-rigward
tal-eżiti u r-riżultati li se jikseb. Jikkonsisti fi grupp ta’
proġetti li ma jikkonsistux fil-forniment ta’ infrastruttura mwettqa
taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarju, bħala parti
mill-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali. Il-produzzjoni u
r-riżultati ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu
mifthiehna bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni u għandhom jikkontribbwixxu
għal objettivi speċifiċi tal-programmi operazzjonali u jiffurmaw
il-bażi ta' sostenn mill-Fondi. Ir-riżultati għandhom jirreferu
għall-effetti diretti tal-pjan ta’ azzjoni konġunta.
Il-benefiċjarju għandu jkun korp tal-liġi pubblika. Pjani ta’
azzjoni konġunta m’għandhomx jitqiesu bħala proġetti
maġġuri. 2. Is-sostenn pubbliku allokat
għal pjan ta’ azzjoni konġunta għandu jkun minimu ta'
EUR 10 000 000 jew 20 % tas-sostenn pubbliku
tal-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali, liema minnhom ikun
l-anqas. L-ewwel subparagrafu ma japplikax
għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ. Artikolu 94
Tħejjija tal-pjanijiet
ta’ azzjoni konġunta 1. L-Istat Membru, l-awtorità
ta’ ġestjoni jew kwalunkwe korp tal-liġi pubblika nnominat
jistgħu jissottomettu proposta għal pjan ta’ azzjoni konġunta
fl-istess ħin jew wara s-sottomissjoni tal-programmi operazzjonali
kkonċernati. Dan għandu jinkludi l-elementi kollha msemmija
fl-Artikolu 95. 2. Pjan ta’ azzjoni
konġunta għandu jkopri parti mill-perjodu bejn
l-1 ta’ Jannar 2014 u
l-31 ta’ Diċembru 2022. Il-produzzjoni u r-riżultati
ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom iwasslu għal rimborż
biss jekk jinkisbu wara d-data tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni
tal-pjan ta’ azzjoni konġunta u qabel it-tmien tal-perjodu
tal-implimentazzjoni definit. Artikolu 95
Kontenut tal-pjanijiet ta’
azzjoni konġunta Il-pjan ta’ azzjoni konġunta għandu
jkun fih: (1)
analiżi tal-ħtiġijiet u
l-għanijiet tal-iżvilupp li jiġġustifikaw il-pjan ta’
azzjoni konġunta, billi jiġu kkunsidrati l-għanijiet
tal-programmi operazzjonali u, fejn ikunu applikabbli, ir-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiżi u l-linji-gwida ġenerali
tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont
l-Artikolu 121(2) u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li l-Istati Membri
għandhom jikkunsidraw fil-politika tal-impjiegi tagħhom skont l-Artikolu 148(4)
tat-Trattat; (2)
il-qafas li jiddeskrivi r-raġunament bejn
l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta, l-għanijiet u l-miri għall-produzzjoni u
r-riżultati, u l-proġetti jew it-tipi ta' proġetti previsti; (3)
l-indikaturi komuni u speċifiċi
użati sabiex jimmonitorjaw il-produzzjoni u r-riżultati, fejn
rilevanti, skont l-assi prijoritarju; (4)
informazzjoni dwar il-kopertura ġeografika u
l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni konġunta; (5)
il-perjodu tal-implimentazzjoni mistenni tal-pjan
ta’ azzjoni konġunta; (6)
analiżi tal-effetti tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u
l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni; (7)
analiżi tal-effetti tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, fejn ikun
xieraq; (8)
id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni
għall-pjan ta’ azzjoni konġunta, inkluż dan li ġej: (a)
in-nomina tal-benefiċjarju responsabbli
għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, bil-provvista
ta’ garanziji għall-kompetenza tiegħu fid-dominju kkonċernat kif
ukoll il-kapaċità ta’ ġestjoni amministrattiva u finanzjarja
tiegħu; (b)
l-arranġamenti għat-tmexxija tal-pjan ta’
azzjoni konġunta, skont l-Artikolu 97; (c)
l-arranġamenti għall-monitoraġġ
u l-evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta inkluż
l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u
l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u
r-riżultati;-- (d)
l-arranġamenti li jiżguraw it-tixrid ta’
informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni konġunta u dwar
il-Fondi; (9)
l-arranġamenti finanzjarji tal-pjan ta’
azzjoni konġunta, inkluż dan li ġej: (a)
l-ispejjeż tal-kisba tal-għanijiet,
il-produzzjoni u miri għall-produzzjoni u r-riżultati b'referenza
għall-punt (2), abbażi tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 57(4) u
fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-FSE; (b)
skeda indikattiva tal-ħlasijiet
lill-benefiċjarju marbuta mal-għanijiet u l-miri; (c)
il-pjan ta’ finanzjament skont il-programm
operazzjonali u l-assi prijoritarju, inkluż l-ammont totali eliġibbli
u l-appoġġ pubbliku. Il-format għall-pjan ta’ azzjoni
konġunta għandu jiġi stabbilit skont il-mudell adottat
mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura
konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). Artikolu 96
Deċiżjoni dwar
il-pjan ta’ azzjoni konġunta 1. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-pjan ta’ azzjoni konġunta abbażi tal-informazzjoni
msemmija fl-Artikolu 95 sabiex tkun tista’ tiddetermina jekk is-sostenn
mill-Fondi huwiex iġġustifikat. Fejn il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur wara
s-sottomissjoni ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta, tikkunsidra li
ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni, għandha tagħmel
osservazzjonijiet lill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u,
fejn xieraq, jirrevedi l-pjan ta’ azzjoni konġunta kif meħtieġ. 2. Diment li kull osservazzjoni
tkun ġiet ikkunsidrata biżżejjed, il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ azzjoni konġunta mhux
aktar tard minn sitt (6) xhur wara s-sottomissjoni tagħha minn Stat Membru
iżda mhux qabel l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali konċernati. 3. Id-deċiżjoni
msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u l-objettivi
tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, l-għanijiet u l-miri
għall-produzzjoni u r-riżultati, l-ispejjeż tal-kisba ta’ dawn
l-għanijiet, il-miri tal-produzzjoni u r-riżultati, u l-pjan ta’
finanzjament skont il-programmi operazzjonali, l-assi prijoritarju, inkluż
l-ammont eliġibbli totali u l-kontribuzzjoni pubblika, il-perjodu
tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, u fejn rilevanti
l-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta. 4. Fejn il-Kummissjoni
tirrifjuta li tippermetti li sostenn mill-Fondi jingħata għal pjan
ta’ azzjoni konġunta, għandha tinnotifika lill-Istat Membru
bir-raġunijiet tagħha fi ħdan il-perjodu stabbilit
fil-paragrafu 2. Artikolu 97
Il-Kumitat tat-Tmexxija u
l-emenda tal-pjan ta’ azzjoni konġunta 1. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi kumitat ta' tmexxija tal-pjan ta’
azzjoni konġunta, distint mill-kumitat ta' monitoraġġ
tal-programmi operazzjonali. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jiltaqa' għall-inqas
darbtejn fis-sena. Il-kompożizzjoni tiegħu għandha
tiġi deċiża mill-Istat Membru bi qbil mal-awtorità ta'
ġestjoni, li tirrispetta l-prinċipju ta’ sħubija. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa
fil-ħidma tal-kumitat ta’ tmexxija f’kapaċità konsultattiva. 2. Il-kumitat ta’ tmexxija
għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin: (a)
jirrevedi l-progress lejn il-kisba
tal-għanijiet, il-produzzjoni u r-riżultati tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta; (b)
jikkunsidra u japprova kwalunkwe proposta sabiex
jiġi emendat il-pjan ta’ azzjoni konġunta sabiex titqies kwalunkwe
kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tiegħu. 3. Talbiet għall-emenda
tal-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta sottomessi minn Stat Membru
għandhom jiġu sostanzjati kif mistħoqq. Il-Kummissjoni
għandha tivvaluta jekk it-talba għall-emenda hijiex ġustifikata,
filwaqt li tqis l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni
tista’ tagħmel osservazzjonijiet u l-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni fuq talba għal
emenda mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni formali tagħha
mill-Istat Membru sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni
tkun tqieset b’mod sodisfaċenti. L-emenda għandha tidħol
fis-seħħ mid-data tad-deċiżjoni, sakemm mhux stabbilit mod
ieħor fid-deċiżjoni. Artikolu 98 Ġestjoni
u kontroll finanzjarju tal-pjan ta’ azzjoni konġunta 1. Ħlasijiet
lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom
jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ spejjeż
unitarji. Għandu japplika l-limitu massimu għal somma f’daqqa
stabbilit fl-Artikolu 57(1)(c). 2. Il-ġestjoni, il-kontroll
u l-awditjar finanzjarji tal-pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom isiru
esklussivament bil-għan li ssir verifika dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’
pagament kif imfissra fid-deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ azzjoni
koġunta jkunux qed jiġu ssodisfatti. 3. Il-benefiċjarju u
l-entitajiet li jkunu qed jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu
jistgħu japplikaw il-prassi ta’ kontabbiltà tagħhom għall-kosti
tal-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Dawn il-prassi ta’ kontabbiltà, u
l-kosti li fil-fatt jispiċċa jġorr il-benefiċjarju
m’għandhomx ikunu suġġetti ta’ awditjar mill-awtorità
tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.
KAPITOLU IV Żvilupp territorjali Artikolu 99
Investiment territorjali
integrat 1. Fejn strateġija
tal-iżvilupp urban jew strateġiji jew patti territorjali oħra,
hekk kif definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament…[FSE]
jeħtieġu approċċ integrat li jinvolvi investimenti
taħt aktar minn assi prijoritarju wieħed ta' programm operazzjonali
wieħed jew diversi programmi operazzjonali, l-azzjoni għandha
titwettaq bħala investiment territorjali integrat ('ITI'). 2. Il-programmi operazzjonali
rilevanti għandhom jidentifikaw l-ITIs ippjanati u jistabbilixxu
l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva minn kull assi prijoritarju għal
kull ITI. 3. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta’ ġestjoni jista' jinnomina korp intermedju wieħed jew aktar,
inkluż l-awtoritajiet lokali, il-korpi tal-iżvilupp reġjonali
jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex iwettqu l-ġestjoni u
l-implimentazzjoni ta’ ITI. 4. L-Istat Membru jew
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li
s-sistema ta’ monitoraġġ għall-programm tipprovdi
għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-produzzjonijiet ta’ assi
prijoritarju li jikkontribbwixxi għal ITI.
TITOLU III
IL-MONITORAĠĠ, L-EVALWAZZJONI, L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI KAPITOLU I
Monitoraġġ u evalwazzjoni Artikolu 100
Funzjonijiet tal-kumitat
għall-monitoraġġ 1. Il-kumitat
għall-monitoraġġ għandu jeżamina b’mod partikolari: (a)
kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni
tal-programm; (b)
il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan
tal-evalwazzjoni u s-segwitu li jingħata lis-sejbiet tal-evalwazzjonijiet; (c)
l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’
komunikazzjoni; (d)
l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar; (e)
l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni
konġunta; (f)
azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn
in-nisa u l-irġiel, l-opportunitajiet indaqs, u n-non-diskriminazzjoni,
inkluż l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà; (g)
azzjonijiet li jippromwovu l-iżvilupp
sostenibbli; (h)
azzjonijiet fil-programm operazzjonali relatati
mas-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex ante; (i)
l-istrumenti finanzjarji 2. Il-kumitat għall-monitoraġġ
għandu jeżamina u japprova: (a)
il-metodoloġija u l-kriterji
għas-selezzjoni tal-operazzjonijiet; (b)
ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni (c)
il-pjan tal-evalwazzjoni għall-programm u
kwalunke emenda tal-pjan; (d)
l-istrateġija tal-komunikazzjoni għall-programm
u kwalunkwe emenda tal-istrateġija; (e)
kwalunkwe proposta mill-awtorità ta’ ġesjoni
għal kull emenda għall-programm operazzjonali. Artikolu 101
Rapporti ta’ implimentazzjoni
għall-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi 1. Sat-30 ta’ April 2016
u t-30 ta’ April ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż
l-2022, l-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport
annwali skont l-Artikolu 44(1). Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri
s-snin finanzjarji 2014 u 2015, kif ukoll il-perjodu bejn id-data tal-bidu
għall-eliġibbiltà tan-nefqa u
l-31 ta’ Diċembru 2013. 2. Ir-rapporti ta’
implimentazzjoni annwali għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar: (a)
implimentazzjoni tal-programm operazzjonali skont
l-Artikolu 44(2); (b)
progress fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’
proġetti kbar u l-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta. 3. Ir-rapport annwali dwar
l-implimentazzjoni sottomess fl-2017 u fl-2019 għandu jipprovdi u
janalizza l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikoli 44(3) u (4) rispettivament,
l-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 2, flimkien ma’: (a)
il-progress fl-implimentazzjoni
tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali,
inkluż l-iżvilupp urban sostenibbli u l-iżvilupp lokali mmexxi
mill-komunità taħt il-programm; (b)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
sabiex tiġi rinfurzata l-kapaċità tal-awtoritajiet u
l-benefiċjarji tal-Istat Membru sabiex jamministraw u jużaw il-Fondi;
(c)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe
azzjoni interreġjonali u transnazzjonali; (d)
il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan
tal-evalwazzjoni u s-segwitu mogħti lis-sejbiet tal-evalwazzjonijiet; (e)
l-azzjonijiet speċifiċi meħuda
sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiela u sabiex
tiġi prevenuta d-diskriminazzjoni, inkluż l-aċċessibbiltà
għal persuni b’diżabbiltà, u l-arranġamenti implimentati sabiex
tiġi żgurata l-perspettiva tal-integrazzjoni tal-ġeneru
fil-programm u l-operazzjonijiet; (f)
azzjonijiet meħuda biex jiġi promoss
l-iżvilupp sostenibbli skont l-Artikolu 8; (g)
ir-riżultati tal-miżuri tal-informazzjoni
u ta’ pubbliċità tal-Fondi mwettqa taħt l-istrateġija
tal-komunikazzjoni; (h)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
fil-qasam tal-innovazzjoni soċjali, fejn xieraq; (i)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri
sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi
taż-żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew ta'
gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta' diskriminazzjoni jew esklużjoni,
b'kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati inkluż,
fejn xieraq, ir-riżorsi finanzjarji użati; (j)
l-involviment tal-imsieħba
fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm. 4. Ir-rapporti
tal-implimentazzjoni annwali u finali għandhom jitfasslu fuq mudelli
adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti implimentattivi. Dawn l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura
konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). Artikolu 102
Trażmissjoni ta’ dejta
finanzjarja 1. Sal-31 ta’ Jannar, it-30 ta’
April, il-31 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru, l-awtorità ta’
ġestjoni għandha tittrasmetti b’mod elettroniku lill-Kummissjoni
għall-finijiet ta' monitoraġġ, għal kull programm
operazzjonali u skont l-ass prijoritarju: (a)
l-ispiża eliġibbli totali u pubblika
tal-operazzjonijiet u n-numru ta' operazzjonijiet magħżula
għas-sostenn; (b)
l-ispiża eliġibbli totali u pubblika ta'
kuntratti jew impenji legali oħra li jkunu daħlu għalihom
il-benefiċjarji fl-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet magħżula
għas-sostenn; (c)
l-ispiża eliġibbli totali ddikjarata
mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni. 2. Barra minn hekk,
it-trażmissjoni fil-31 ta’ Jannar għandha tinkludi
d-dejta kollha msemmija hawn fuq imqassma skont il-kategorija tal-intervent.
Din it-trażmissjoni għandha tiġi kkunsidrata li tissodisfa
r-rekwiżit għas-sottomissjoni tad-dejta finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 44(2). 3. Tbassir tal-ammont li
għalih l-Istati Membri huma mistennija li jissottomettu applikazzjonijiet
ta’ ħlas għas-sena finanzjarja attwali u s-sena finanzjarja
sussegwenti għandu jakkompanja t-trażmissjonijiet li jridu jsiru
sal-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju. 4. Id-data tal-iskadenza
għad-dejta sottomessa taħt dan l-Artikolu għandu jkun
l-aħħar tax-xahar ta’ qabel ix-xahar tas-sottomissjoni. Artikolu 103
Rapport
ta' Koeżjoni Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu
175 tat-Trattat għandu jinkludi: (a)
rekord tal-progress magħmul fil-koeżjoni
ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż is-sitwazzjoni
soċjo-ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjuni, kif ukoll
l-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Unjoni; (b)
rekord tal-irwol tal-Fondi, tal-BEI u
tal-istrumenti finanzjarji l-oħra, kif ukoll l-effett tal-linji
politiċi Komunitarji u nazzjonali l-oħra dwar il-progress
magħmul. Artikolu 104
Evalwazzjoni 1. Għandu jitfassal pjan
ta’ evalwazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull programm
operazzjonali. Il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat
lill-ewwel laqgħa tal-kumitat ta’ monitoraġġ. Fil-każ fejn
kumitat ta’ monitoraġġ wieħed ikopri aktar minn programm
operazzjonali wieħed, il-programmi operazzjonali kkonċernati
jistgħu jiġu koperti minn pjan ta’ evalwazzjoni wieħed. 2. Sal-31 ta’ Diċembru 2020,
l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni,
għal kull programm, rapport li jagħti deskrizzjoni fil-qosor
tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni,
inkluż valutazzjoni tal-produzzjoni prinċipali u r-riżultati
tal-programm. 3. Il-Kummissjoni għandha
twettaq valutazzjonijiet ex post f’koperazzjoni mill-qrib mal-Istati
Membri u l-awtoritajiet ta’ amministrazzjoni.
KAPITOLU II
Informazzjoni u Komunikazzjoni Artikolu 105
Tagħrif u
pubbliċità 1. L-Istati Membri u
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà
għal: (a)
li jkun hemm websajt unika jew portal ta' websajts
uniku li jipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi
operazzjonali kollha f’dak l-Istat Membru; (b)
li jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar
l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi operazzjonali; (c)
li jippubbliċizzaw
għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni l-irwol u
l-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni u tal-Fondi permezz ta’ azzjonijiet
ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt
tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet. 2. L-Istati Membri
għandhom, sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-sostenn tal-Fondi,
iżommu lista tal-operazzjonijiet skont il-programmi operazzjonali u skont
il-Fond f’format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz
tal-websajt unika jew tal-portal tal-websajts uniku u jipprovdu lista u sommarju
tal-programmi operazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru. Il-lista ta’ operazzjonijiet għandha
tiġi aġġornata mill-inqas kull tliet xhur. L-informazzjoni minima li trid tiġi
stabbilita fil-lista tal-operazzjonijiet hija stabbilita fl-Anness VI. 3. Regoli dettaljati li jikkonċernaw
l-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-applikanti u
l-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness VI. 4. Karatteristiċi
tekniċi ta' miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità
għall-operazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-ħolqien ta’ emblema
u definizzjoni tal-kuluri standard għandhom jiġu adottati
mill-Kummissjoni permezz tal-atti implimentattivi skont il-proċedura
tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3). Artikolu 106
Strateġija ta'
komunikazzjoni 1. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tfassal strateġija ta’ komunikazzjoni għal kull
programm. Strateġija komuni ta’ komunikazzjoni tista’ titfassal għal
diversi programmi operazzjonali. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha
tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI u
aġġornamenti ta’ kull sena b’dettalji tal-attivitajiet ta’
informazzjoni u ta’ pubbliċità ppjanati li jridu jitwettqu. 2. L-istrateġija ta’
komunikazzjoni għandha tiġi diskussa u approvata mill-ewwel kumitat
għall-monitoraġġ wara l-adozzjoni tal-programm. Kwalunkwe reviżjoni
tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tiġi diskussa u
approvata mill-kumitat għall-monitoraġġ, 3. L-awtorità ta' ġestjoni
għandha tinforma lill-kumitat ta' monitoraġġ għal kull
programm mill-inqas darba f'sena bil-progress fl-implimentazzjoni
tal-istrateġija ta' komunikazzjoni u l-valutazzjoni tagħha
tar-riżultati. Artikolu 107
Uffiċjali
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u n-netwerks tagħhom 1. Kull Stat Membru għandu
jinnomina uffiċjal tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex
jikkordina l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni fir-rigward ta’
Fond wieħed jew diversi Fondi u għandu jinforma lill-Kummissjoni
b'dan. 2. L-uffiċjal
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandu jikkoordina u jippresedi
laqgħat ta' netwerk nazzjonali ta' komunikaturi tal-Fondi, inkluż
programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropej rilevanti, il-ħolqien u
ż-żamma tal-websajt jew tal-portal ta’ websajts imsemmi
fl-Anness VI u l-obbligu li tiġi provduta ħarsa ġenerali
dwar il-miżuri ta’ komunikazzjoni meħuda fil-livell nazzjonali. 3. Kull awtorità ta’
ġestjoni għandha tinnomina persuna waħda sabiex tkun
responsabbli għall-informazzjoni u l-pubbliċità fil-livell
tal-programm u għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dawk innominati. 4. Netwerks tal-Unjoni li
jinkludu l-membri nnominati mill-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’
ġestjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex
jiġi żgurat skambju dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni
tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza
fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, u
l-iskambju ta’ prattiki tajba.
TITOLU IV
ASSISTENZA TEKNIKA Artikolu 108
Assistenza teknika fuq
inizjattiva tal-Kummissjoni Il-Fondi jistgħu jappoġġjaw
l-assistenza teknika sa limitu massimu ta’ 0,35 % tal-allokazzjoni annwali
rispettiva tagħhom. Artikolu 109
Għajnuna teknika
tal-Istati Membri 1. Kull wieħed mill-Fondi
jista' jiffinanzja operazzjonijiet ta' assistenza teknika eliġibbli
taħt kwalunkwe wieħed mill-Fondi l-oħra. L-ammont tal-Fondi
allokati għal għajnuna teknika għandu jiġi limitat
għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati għal programmi
operazzjonali taħt kull kategorija ta’ reġjun tal-mira
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. 2. Assistenza teknika
għandha tieħu l-forma ta’ assi prijoritarju ta’ monofond fi ħdan
programm jew ta’ programm speċifiku operattiv. 3. L-allokazzjoni
għall-assistenza teknika minn Fond m'għandhiex taqbeż
l-10 % tal-allokazzjoni totali ta' dak il-Fond għall-programmi
operazzjonali fi Stat Membru taħt kull kategorija ta' reġjun tal-mira
Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.
TITOLU V
SOSTENN FINANZJARJU MILL-FONDI TAL-QSK Artikolu 110
Determinazzjoni tar-rati ta’
kofinanzjament 1. Id-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tadotta programm operazzjonali għandha tiffissa r-rata
ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi għal kull
assi prijoritarju. 2 Għal kull assi
prijoritarju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi
jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-assi prijoritarju se tiġix
applikata: (a) għan-nefqa totali eliġibbli
inkluż nefqa pubblika u privata; jew (b) għan-nefqa pubblika eliġibbli. 3. Ir-rata ta’ kofinanzjament
fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali fil-mira
għal Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhiex tkun
ogħla minn: (a)
85 % għall-Fond ta’ Koeżjoni: (b)
85% għar-reġjuni l-anqas żviluppati
ta' dawk l-Istati Membri li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu
2007 sa 2009 kien anqas minn 85% tal-medja tal-UE-27 matul l-istess perjodu u
għar-reġjuni l-aktar imbiegħda; (c)
80% għar-reġjuni l-anqas żviluppati
ta’ Stati Membri barra dawk imsemmija fil-punt (b) eliġibbli
għar-reġim tranżitorju tal-Fond ta’ Koezjoni fl-1 ta’ Jannar
2014; (d)
75% għar-reġjuni l-anqas żvilppati
ta' Stati Mambri barra dawk imsemmija fil-punti (b) u (c), u
għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom
għall-perjodu 2007-2013 kien anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25
għall-perjodu ta' referenza li iżda l-PDG tagħhom ikun
ogħla minn 75% tal-medja tal-PDG tal-UE-27; (e)
60 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni
oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (d); (f)
50 % għar-reġjuni l-aktar żviluppati
barra dawk imsemmija fil-punt (d); Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull
assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali taħt il-kooperazzjoni
territorjali Ewropea m’għandhiex tkun ogħla minn 75%. 4. Ir-rata ta’ kofinanzjament
tal-allokazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 84(1)(e) ma għandhiex
tkun ogħla minn 50%. L-istess rata ta’ kofinanzjament għandha
tapplika għall-allokazzjoni addizzjonali tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament
(UE) Nru […]/2012 [ir-Regolament ETC]. 5. Ir-rata massima ta’
kofinanzjament taħt il-paragrafu 3 fil-livell ta' assi prijoritarju
għandha tiżdied b'għaxar punti perċentwali, fejn l-assi
prijoritarju kollu jitwassal permezz ta' strumenti finanzjarji, jew permezz
tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità. 6. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi
għal kull assi prijoritarju m'għandhiex tkun inqas minn 20 %
tan-nefqa pubblika eliġibbli. 7. Assi ta’ prijorità separat
b’rata ta’ kofinanzjament li tasal sa 100% jista’ jiġi stabbilit fi
ħdan il-programm operazzjonali sabiex jappoġġja
l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji mfassla fuq
livell tal-Unjoni u ġestiti direttament jew indirettament
mill-Kummissjoni. Fejn hija stabbilita prijorità separata għal dan
il-għan, l-appoġġ tal-assi jista’ ma jiġi implimentat
bl-ebda mod ieħor. Artikolu 111
Modulazzjoni tar-rati ta’
kofinanzjament Ir-rata ta’
kofinazjament mill-Fondi lill-assi prijoritarju tista' tiġi modulata
sabiex tqis: (1)
l-importanza tal-assi prijoritarju
għat-twassil tal-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jitqiesu
d-distakki speċifiċi li jridu jiġu indirizzati; (2)
il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, l-aktar
bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, il-prinċipju ta'
azzjoni preventiva, u l-prinċipju li min iniġġeż
iħallas; (3)
ir-rata ta' mobilizzazzjoni tal-finanzjament
mill-privat; (4)
il-kopertura ta’ żoni bi
żvantaġġi naturali u demografiċi gravi u permanenti
definiti kif ġej: (a)
Stati Membri gżejjer eliġibbli taħt
il-Fond ta' Koeżjoni, u gżejjer oħra ħlief dawk fejn
tkun tinsab il-belt kapitali ta' Stat Membru jew li jkollhom kollegament fiss
mal-kontinent. (b)
żoni muntanjużi kif definiti
mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru; (c)
żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa (inqas
minn 50 abitant kull kilometru kwadru) u baxxa ħafna (inqas minn 8
abitanti kull kilometru kwadru);
IR-RABA' PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-FONDI U L-FEMS
TITOLU IVI
ĠESTJONI U KONTROLL KAPITOLU I
Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll Artikolu 112
Responsabbiltajiet tal-Istati
Membri 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi
operazzjonali huma stabbiliti skont l-Artikoli 62 sa 63. 2. L-Istati Membri għandhom
jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu l-irregolaritajiet u għandhom
jirkupraw l-ammonti li tħallsu indebitament, flimkien mal-imgħax fuq
ħlasijiet li saru tard. Huma għandhom jgħarrfu b'dawn
l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu
lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress ta' proċeduri
amministrattivi u legali. Meta l-ammonti mħallsa bi żball lil
benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati u dan huwa riżultat
ta’ difett jew negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, l-Istat Membru
għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti
kkonċernati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxi regoli dettaljati rigward l-obbligi tal-Istati Membri
speċifikati f’dan il-paragrafu. 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014
l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet
ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet ta'
verifika u l-korpi intermedji jistgħu jitwettqu biss permezz ta' sistemi
tal-iskambju tad-dejta elettronika. Is-sistemi għandhom jiffaċilitaw
l-interoperabbiltà ma’ oqfsa nazzjonali u tal-Unjoni u jippermettu
lill-benefiċjarji jissottomettu l-informazzjoni kollha msemmija
fis-subparagrafu preċedenti darba biss. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati rigward l-iskambji
tal-informazzjoni skont dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi
msemmija fl-Artikolu 143(3). L-ewwel, it-tieni u t-tielet
subparagrafu ma japplikawx għall-FEMS.
KAPITOLU II
L-awtoritajiet ta’ ġestjoni u kontrollArtikolu 113
L-għażla
tal-awtoritajiet 1. L-Istat Membru għandu jinnomina, għal kull programm
operazzjonali, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali
bħala awtorità ta’ ġestjoni. L-istess
awtorità jew korp pubbliku tista’ tiġi nnominata bħala awtorità ta’
ġestjoni għal aktar minn programm operazzjonali wieħed. 2. L-Istat Membru għandu
jinnomina, għal kull programm, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali,
reġjonali jew lokali bħala awtorità ta’ ċertifikazzjoni,
mingħajr ħsara għall-paragrafu 3. L-istess awtorità li tiċċertifika
tista' tintgħażel għal aktar minn programm operazzjonali
wieħed. 3. L-Istat Membru jista’
jinnomina għal programm operazzjonali awtorità ta’ ġestjoni li
twettaq ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. 4. L-Istat Membru għandu
jinnomina, għal kull programm operazzjonali, awtorità jew korp pubbliku
nazzjonali, reġjonali jew lokali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità
ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala l-awtorità
ta’ verifika. L-istess awtorità tal-awditjar tista' tintgħażel
għal aktar minn programm operazzjonali wieħed. 5. Għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u
l-FEMS, sakemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-separazzjoni
tal-funzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità ta’
ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità ta’ verifika jistgħu
jkunu parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku. Madankollu, għal dawk il-programmi
operazzjonali li għalihom l-ammont totali ta' sostenn mill-Fondi
jaqbeż EUR 250 000 000 jew, mill-FEMS jaqbeż
EUR 100 000 000, l-awtorità ta’ verifika ma tistax tkun
parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku bħall-awtorità ta’
ġestjoni. 6. L-Istat Membru jista'
jinnomina korp intermedju wieħed jew aktar sabiex iwettaq ċertu
kompiti tal-awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni taħt
ir-responsabbiltà ta' dik l-awtorità. L-arranġamenti rilevanti bejn
l-awtorità ta’ ġestjoni jew l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-korpi
intermedji għandhom jiġu rreġistrati formalment bil-miktub. 7. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta’ ġestjoni tista’ tafda l-ġestjoni ta’ parti minn programm lil korp
intermedju permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-korp intermedju u l-Istat
Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni ('għotja globali'). Il-korp
intermedju għandu jipprovdi garanziji tas-solvenza u l-kompetenza
tiegħu fid-dominju kkonċernat kif ukoll il-ġestjoni
amministrattiva u finanzjarja tiegħu. 8. L-Istat
Membru għandu jistabbilixxi bil-miktub regoli li jirregolaw ir-relazzjoni
tiegħu mal-awtoritajiet ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta'
ċertifikazzjoni u l-awtoritajiet ta' verifika, ir-relazzjonijiet bejn dawn
l-awtoritajiet, u r-relazzjonijiet ta' dawn l-awtoritajiet mal-Kummissjoni. Artikolu 114
Il-funzjonijiet tal-awtorità
ta' ġestjoni 1. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli
għall-ġestjoni tal-programm operazzjonali skont il-prinċipju ta'
amministrazzjoni finanzjarja tajba. 2. Fir-rigward tal-ġestjoni
tal-programm tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha: (a)
ssostni l-ħidma tal-kumitat
għall-monitoraġġ u tipprovdih bl-informazzjoni li
jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, b’mod partikolari
dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali fl-ilħuq
tal-objettivi tiegħu, dejta finanzjarja u dejta relatata ma’ indikaturi u
għanijiet; (b)
tfassal u, wara approvazzjoni mill-kumitat
għall-monitoraġġ, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti ta’
implimentazzjoni annwali u finali; (c)
tagħmel disponibbli lill-korpi intermedji u
lill-benefiċjarji informazzjoni li hija rilevanti
għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u l-implimentazzjoni
tal-operazzjonijiet rispettivament; (d)
tistabbilixxi sistema sabiex tirreġistra u
taħżen f’forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni
meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni,
il-ġestjoni finanzjarja u l-verifika, inkluż dejta dwar parteċipanti
individwali fl-operazzjonijiet fejn applikabbli; (e)
tiżgura li d-dejta msemmija fil-punt (d)
tinġabar, tiġi rreġistrata u maħżuna fis-sistema, u li
d-dejta fuq l-indikaturi titqassam skont is-sess fejn meħtieġ
bl-Anness I tar-Regolament tal-FSE. 3. Fir-rigward tas-selezzjoni
tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha: (f)
tfassal u, ladarba approvati, tapplika
proċeduri u kriterji xierqa ta’ selezzjoni li: (i) huma non-diskriminatorji u trasparenti; (ii) iqisu l-prinċipji ġenerali
stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8; (g)
tiżgura li l-operazzjoni magħżula
taqa’ fl-ambitu tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u fi ħdan
kategorija ta’ intervent jew, fil-każ tal-FEMS, miżura
identifikata fil-prijorità jew fil-prijoritajiet fl-assi
prijoritarju jew l-assi prijoritarji tal-programm operazzjonali; (h)
tipprovdi lill-benefiċjarju dokument li
jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-sostenn għal kull operazzjoni
inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw
il-prodotti jew is-servizzi li jridu jitwasslu taħt l-operazzjoni, il-pjan
finanzjarju, u l-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni; (i)
tissodisfa lilha nnifisha li l-benefiċjarju
għandu l-kapaċità amministrattiva, finanzjarja u operattiva sabiex
jissodisfa l-kondizzjonijiet definiti fil-punt (c) qabel l-approvazzjoni
tal-operazzjoni; (j)
tissodisfa lilha nnifisha li, fejn l-operazzjoni
tkun bdiet qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament
lill-awtorità ta’ ġestjoni, ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti
għall-operazzjoni jkunu ġew imħarsa; (k)
tiżgura ruħha li applikant ma
jirċevix sostenn mill-Fondi fejn kien, jew kellu jkun, soġġett
għal proċedura ta’ rkupru skont l-Artikolu 61 wara l-ispostament
ta’ attività produttiva fi ħdan l-Unjoni; (l)
tiddetermina l-kategoriji ta’ intervent jew,
fil-każ tal-FEMS, il-miżuri li għalihom għandha
tiġi attribwita n-nefqa ta’ operazzjoni. 4. Fir-rigward tal-ġestjoni
u l-kontroll finanzjarju tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni
għandha: (a)
tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati
jkunu twasslu u li n-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji tkun tħallset
minnhom u li tikkonforma mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni,
il-programm u l-kondizzjonijiet għas-sostenn tal-operazzjoni; (b)
tiżgura li l-benefiċjarji involuti
fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet rimborsati abbażi
tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba jżommu jew sistema ta'
awditjar separata jew kodiċi ta' awditjar xieraq
għat-tranżazzjonijiet kollha relatati ma' operazzjoni; (c)
tpoġġi fis-seħħ miżuri
effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li tqis ir-riskji
identifikati; (d)
tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi
żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-verifiki meħtieġa
għal sekwenza xierqa tal-verifika jinżammu skont ir-rekwiżiti
tal-Artikolu 62(g); (e)
tfassal id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni
tal-maniġment dwar il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta'
kontroll, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u
r-rispett tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, flimkien ma’
rapport li jistabbilixxi r-riżultati tal-kontrolli tal-ġestjoni
mwettqa, kwalunkwe dgħufija identifikata fis-sistema ta’ ġestjoni u
ta’ kontroll u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda. 5. Verifiki skont
il-paragrafu 4(a) għandhom jinkludu l-proċeduri li ġejjin: (a)
verifiki amministrattivi fir-rigward ta’ kull
applikazzjoni għar-rimborż mill-benefiċjarji; (b)
verifiki fuq il-post tal-operazzjonijiet. Il-frekwenza u l-kopertura tal-verifiki fuq
il-post għandu jkun proporzjonat għall-ammont ta’ sostenn pubbliku
għal operazzjoni u l-livell ta’ riskju identifikat minn dawn il-verifiki u
mill-verifiki mill-awtorità ta’ verifika tal-kontijiet għas-sistema kollha
kemm hi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. 6. Il-verifiki fuq il-post ta'
operazzjonijiet individwali skont il-paragrafu (5)(b) jistgħu
jitwettqu fuq bażi ta' kampjuni. 7. Meta l-awtorità
amministrattiva tkun ukoll il-benefiċjarja fil-kuntest tal-programm operazzjonali,
l-arranġamenti għall-verifiki msemmija fil-paragrafu 4(a)
għandhom jiżguraw separazzjoni xierqa tal-funzjonijiet. 8. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 142, li jistabbilixxu
l-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni fil-paragrafu 2(d). 9. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 142, li jistabbilixxu r-regoli li
jikkonċernaw l-arranġamenti għar-rekord tal-verifika msemmi
fil-paragrafu 4(d). 10. Permezz ta’ atti
implimentattivi, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell
għad-dikjarazzjoni tal-maniġment imsemmija fil-paragrafu 4(e).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità
mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). Artikolu 115
Il-funzjonijiet tal-awtorità
ta' ġestjoni L-awtorità ta' ċertifikazzjoni ta'
programm għandha tkun responsabbli b'mod partikolari sabiex: (a)
tfassal u tissottometti lill-Kummissjoni
applikazzjonijiet ta’ ħlas u tiċċertifika li dawn
jirriżultaw minn sistemi ta’ kontabbiltà affidabbli, huma bbażati fuq
dokumenti ta’ sostenn verifikabbli u ġew soġġetti għal
verifiki mill-awtorità ta’ ġestjoni; tfassal il-kontijiet annwali; tiċċertifika
l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali u li
n-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tikkonforma mar-regoli applikabbli
nazzjonali u tal-Unjoni u tħallset fir-rigward ta' operazzjonijiet
magħżula għall-finanzjament skont il-kriterji applikabbli
għall-programm operazzjonali u li tikkonforma mar-regoli nazzjonali u
tal-Unjoni; (b)
tiżgura li hemm sistema li tirreġistra u
taħżen, f’forma kompjuterizzata, rekords ta’ awditjar għal kull
operazzjoni, u li ssostni d-dejta kollha meħtieġa għat-tfassil
ta' applikazzjonijiet ta' ħlas u kontijiet annwali, inklużi rekords
ta' ammonti rkuprabbli, ammonti rkuprati u ammonti rtirati wara
kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal
operazzjoni jew programm operazzjonali; (c)
tiżgura għall-finijiet tat-tfassil u
s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-ħlas li tkun irċeviet
informazzjoni adegwata mill-awtorità ta’ ġestjoni dwar il-proċeduri u
l-verifiki mwettqa fir-rigward tan-nefqa; (d)
tqis meta tfassal u tissottometti
l-applikazzjonijiet ta' ħlas ir-riżultati tal-verifiki kollha mwettqa
minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ verifika; (e)
iżżomm rekords ta’ kontabbiltà f’forma
kompjuterizzata tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni u l-kontribuzzjoni
pubblika korrispondenti mħallsa lill-benefiċjarji; (f)
iżżomm kont tal-ammonti rkuprati u ta'
ammonti miġbuda fis-segwitu ta' kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni
kollha jew parti mill-kontribuzzjoni għall-ħidma. L-ammonti rkuprati
għandhom jitħallsu lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni
qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu
mid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jkun imiss. Artikolu 116
Il-funzjonijiet tal-awtorità
tal-awditjar 1. L-awtorità ta’ verifika għandha tiżgura li jitwettqu verifiki
fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, fuq kampjun xieraq ta'
operazzjonijiet u fuq il-kontijiet annwali. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 sabiex
tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jissodisfaw dawk il-verifiki. 2. Fejn l-awditjar jitwettaq
minn korp ieħor għajr l-awtorità tal-awditjar, l-awtorità
tal-awditjar għandha tiżgura li kwalunkwe korp bħal dan
għandu l-indipendenza funzjonali meħtieġa. 3. L-awtorità
ta' verifika għandha tiżgura li x-xogħol ta’ verifika jqis
standards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment. 4. L-awtorità tal-awditjar għandha, fi żmien sitt xhur
mill-adozzjoni ta' programm operazzjonali, tħejji strateġija ta'
awditjar għall-prestazzjoni tal-awditjar. L-istrateġija ta’ verifika
għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-verifika, il-metodu
tat-teħid ta’ kampjuni għall-verifiki fuq l-operazzjonijiet u
l-ippjanar tal-verifiki fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabbiltà u
s-sentejn ta’ kontabbiltà sussegwenti. L-istrateġija tal-verifika
għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż
l-2022. Fejn sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll tapplika għal
aktar minn programm wieħed, tista’ titħejja strateġija ta'
verifika waħda għall-programmi operazzjonali kkonċernati.
L-awtorità ta’ verifika għandha tissottometti l-istrateġija
tal-verifika lill-Kummissjoni fuq talba. 5. L-awtorità
ta’ verifika għandha tfassal: (i) opinjoni ta’ verifika dwar il-kontijiet annwali għas-sena ta’
kontabbiltà preċedenti, li l-ambitu tagħha għandu jkopri
l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali,
il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-legalità u
r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; (ii) rapport ta’ kontroll annwali dwar
is-sejbiet tal-verifiki mwettqa matul is-sena ta’ kontabbiltà preċedenti. Ir-rapport taħt il-punt (ii) għandu
jistabbilixxi kwalunkwe nuqqasijiet li nstabu fis-sistema ta' ġestjoni u
ta' kontroll u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda jew proposta li
trid tittieħed. Fejn sistema komuni ta’ ġestjoni u ta’
kontroll tapplika għal aktar minn programm wieħed, l-informazzjoni
meħtieġa taħt il-punt (ii) tista’ tingħaqad f’rapport
wieħed. 6. Permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudelli
għall-istrateġija ta’ verifika, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport
annwali ta’ kontroll, kif ukoll il-metodoloġija għall-metodu ta’
kampjunar msemmija fil-paragrafu 4. Dawn l-atti implimentattivi jiġu
adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3). 7. Regoli implimentattivi li jikkonċernaw l-użu tad-dejta
miġbura matul dan l-awditjar mwettaq mill-uffiċjali tal-Kummissjoni
jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati għandhom jiġu
adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3). KAPITOLU III
Akkreditazzjoni Artikolu 117
Akkreditazzjoni u rtirar
tal-akkreditazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni 1. Il-korp ta’ akkreditazzjoni
għandu jadotta deċiżjoni formali sabiex jakkredita dawk
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni li
jikkonformaw mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni
permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 142. 2. Id-deċiżjoni
formali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi bbażata fuq
rapport u opinjoni ta’ korp ta’ verifika indipendenti li jivvaluta s-sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, inkluż l-irwol ta’ korpi intermedji
fiha, u l-konformità tagħha mal-Artikoli 62, 63, 114 u 115. Il-korp ta’
akkreditazzjoni għandu jqis jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’
kontroll għall-programm humiex simili għal dawk fis-seħħ
għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, kif ukoll kwalunkwe
evidenza tal-funzjonament effettiv tagħhom. 3. L-Istat Membru għandu
jissottometti d-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1
lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni
li tadotta l-programm. 4. Fejn l-ammont totali ta’
sostenn mill-Fondi għal programm jaqbeż
EUR 250 000 000 jew mill-FEMS jaqbeż
EUR 100 000 000, il-Kummissjoni tista’ titlob, fi
żmien xahrejn mill-wasla tad-deċiżjoni formali msemmija
fil-paragrafu 1, ir-rapport u l-opinjoni tal-korp indipendenti
tal-verifika u d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel
osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ dawn id-dokumenti. Fid-deċiżjoni tagħha dwar jekk
titlobx dawk id-dokumenti, il-Kummissjoni għandha tqis jekk is-sistemi ta’
ġestjoni u ta’ kontroll għall-programm humiex simili għal dawk
fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, jekk
l-awtorità ta’ ġestjoni twettaqx ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ta’
ċertifikazzjoni, u kwalunkwe evidenza tal-funzjonament effettiv
tagħhom. Artikolu 118
Kooperazzjoni
mal-awtoritajiet tal-awditjar 1. Il-Kummissjoni għandha
tikkopera mal-awtoritajiet tal-awditjar sabiex tikkoordina l-pjanijiet u
l-metodi tagħhom ta' awditjar u għandha minnufih tagħmel skambju
tar-riżultati tal-awditjar mwettqa fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta’
kontroll. 2. Sabiex tiġi faċilitata din il-kooperazzjoni fil-każijiet
fejn Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità tal-awditjar waħda, l-Istat
Membru jista' jinnomina korp ta' koordinazzjoni. 3. Il-Kummissjoni u
l-awtoritajiet tal-awditjar u kwalunkwe korp ta' koordinazzjoni għandhom
jiltaqgħu fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena, sakemm ma
jkunx ġie miftiehem mod ieħor, sabiex jeżaminaw ir-rapport
annwali ta' kontroll, l-opinjoni u l-istrateġija ta’ awditjar u sabiex
jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta’
ġestjoni u ta’ kontroll.
TITOLU VII
ĠESTJONI FINANZJARJA, APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET
FINANZJARJI KAPITOLU I
Il-maniġment finanzjarju Artikolu 119
Regoli komuni
għall-ħlasijiet L-Istat Membru għandu jiżgura li
tal-inqas sa tmiem il-programm operazzjonali, l-ammont ta’ appoġġ
pubbliku mħallas lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs
il-kontribuzzjoni mill-Fondi mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. Artikolu 120
Regoli komuni sabiex
jiġu kalkolati l-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ
annwali u finali 1. Il-Kummissjoni għandha
tirrimborża bħala l-ħlasijiet interim 90% tal-ammont li
jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament għal kull assi
prijoritarju prijorità stabbilita fid-deċiżjoni li tadotta
l-programm għan-nefqa eliġibbli għall-assi prijoritarju
prijorità inkluża fl-applikazzjoni tal-ħlas. Din għandha
tiddetermina l-bilanċ annwali skont l-Artikolu 130 (1). 2. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew
il-FEMS lil ass prijoritarju prijorità permezz ta’
ħlasijiet interim u l-ħlas tal-bilanċ annwali u finali
m'għandhiex tkun ogħla minn: (a)
is-sostenn pubbliku indikat fl-applikazzjoni
tal-ħlas għall-ass prijoritarju prijorità; kif ukoll (b)
il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS
għall-ass prijoritarju prijorità stabbilita fid-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali. 3. Minkejja l-Artikolu 22,
is-sostenn tal-Unjoni permezz tal-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet
tal-bilanċ finali m'għandux ikun ogħla mis-sostenn pubbliku u
l-ammont massimu tas-sostenn mill-Fondi jew il-FEMS għal
kull assi prijoritarju prijorità kif stabbilita fid-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali. Artikolu 121
L-applikazzjonijiet
għall-ħlas 1. L-applikazzjonijiet
għall-ħlas għandhom jinkludu, għal kull ass prijoritarju
prijorità: (a)
l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli
mħallsa mill-benefiċjarji f’operazzjonijiet implimentattivi, kif
irreġistrati fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni; (b)
l-ammont totali ta’ sostenn pubbliku mħallas
f’operazzjonijiet implimentattivi, kif irreġistrati fil-kontijiet
tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni; (c)
is-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti
li ġie mħallas lill-benefiċjarju, kif irreġistrat
fil-kontijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni. 2. In-nefqa inkluża
f’applikazzjoni ta’ ħlas għandha tiġi ppruvata permezz ta’
fatturi li fuqhom tkun inħarġet riċevuta, jew permeżż
ta’ dokumenti kontabbli ta’ valur probattiv ekwivalenti, ħlief fil-każ
ta’ forom ta’ prova skont l-Artikoli 57(1)(b)(c) u (d), 58, 59 (1) u 93 u skont
l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru [...]/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-Fondi Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE)
Nru 1081/2006 [FSE]. Fil-każ ta’ forom ta’ appoġġ bħal
dawn, l-ammonti inklużi f’applikazzjoni ta’ ħlas għandhom ikunu
l-kosti rimborżati lill-benefiċjarju mill-awtorità ta’ ġestjoni.
3. Permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell
għall-applikazzjonijiet ta’ ħlas. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 143(2). Artikolu 122
Ħlas
lill-benefiċjarji L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tas-sostenn pubbliku
mill-aktar fis possibbli u kollu kemm hu u fi kwalunkwe każ qabel
l-inklużjoni tan-nefqa korrispondenti fl-applikazzjoni tal-ħlas.
L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa
speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti m'għandhom
jiġu imposti li jnaqqsu dawn l-ammonti għall-benefiċjarji. Artikolu 123
L-użu tal-euro 1. L-ammonti stabbiliti
fil-programmi operazzjonali sottomessi mill-Istati Membri, it-tbassir
tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, l-applikazzjonijiet għall-ħlas,
il-kontijiet annwali u n-nefqa msemmija fir-rapport ta’ implimentazzjoni
annwali u finali għandhom jingħataw f'euro. Dan l-ammont għandu
jiġi konvertit f'euro bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà
mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu n-nefqa ġiet irreġistrata
fil-kontijiet tal-awtorità ta' ġestjoni tal-programm operazzjonali
ikkonċernat. Din ir-rata għandha tiġi ppubblikata
elettronikament mill-Kummissjoni kull xahar. 2. Meta l-euro ssir il-munita
ta' Stat Membru, il-proċedura ta' konverżjoni stabbilita
fil-paragrafu 1 għandha tkompli tapplika għan-nefqa kollha
reġistrata fil-kontijiet mill-awtorità ta' ġestjoni qabel id-data
tad-dħul fis-seħħ tar-rata fissa ta' konverżjoni bejn il-munita
nazzjonali u l-euro. Artikolu 124
Ħlas ta’ prefinanzjament 1. L-ammont ta' prefinanzjament
għandu jitħallas fi ħlasijiet parzjali kif ġej: (a) fl-2014: 2 % tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu
lill-programm operazzjonali ; (b) fl-2015: 1 % tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu
lill-programm operazzjonali ; (c) fl-2016: 1 % tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu
lill-programm operazzjonali. Jekk programm operazzjonali jiġi adottat
fl-2015 jew aktar tard, il-ħlasijiet preċedenti għandhom
jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni. 2. Qabel l-1 ta’ Lulju tas-snin
2016 sa 2022 għandu jitħallas ammont annwali ta’ prefinanzjament.
Fl-2016 għandu jkun ta’ 2% tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi u
mill-FEMS għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm
operazzjonali. Fis-snin 2017 sa 2022 għandu jkun ta’ 2,5% tal-ammont
tas-sostenn mill-Fondi u mill-FEMS għall-perjodu ta’
programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali. Artikolu 125
Aprovazzjoni
tal-prefinanzjament L-ammont imħallas bħala
prefinanzjament annwali għandu jiġi saldat mill-kontjiet
tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 130. Artikolu 126
Dati tal-iskadenza
għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal ħlasijiet
interim u għall-ħlas tagħhom 1. L-awtorità ta’
ċertifikazzjoni għandha tissottometti fuq bażi regolari
applikazzjoni għal ħlas interim li jkopri l-ammonti rreġistrati
fil-kontijiet tagħha bħala sostenn pubbliku mħallas
lill-benefiċjarji fis-sena ta’ kontabbiltà li tispiċċa fit-30
ta' Ġunju. 2. L-awtorità ta’
ċertifikazzjoni għandha tissottometti l-applikazzjoni finali
għal ħlas interim sal-31 ta’ Lulju wara t-tmien
tas-sena ta’ kontabbiltà preċedenti u, fi kwalunkwe każ, qabel
l-ewwel applikazzjoni għal ħlas interim għas-sena ta'
kontabbiltà li jmiss. 3. L-ewwel applikazzjoni
għal pagament temporanju m’għandhiex issir qabel mal-att formali ta’
akkreditazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni ikun wasal għand
il-Kummissjoni. 4. Il-ħlasijiet interim
m’għandhomx isiru għal programm fejn ir-rapport tal-implimentazzjoni
annwali ma jkunx intbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101
ir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 5. Soġġett
għall-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel
il-ħlas interim mhux aktar tard minn 60 ġurnata wara d-data li fiha
applikazzjoni għal ħlas tkun ġiet irreġistrata
mal-Kummissjoni. Artikolu 127
Diżimpenn 1. Il-Kummissjoni għandha
tiddiżimpenja kwalunkwe parti mill-ammont ikkalkolat skont it-tieni
subparagrafu fi programm operazzjonali li ma jkunx intuża
għall-ħlas tal-prefinanzjament inizjali u annwali,
għall-ħlasijiet interim u għall-bilanċ annwali sal-31 ta'
Diċembru tat-tieni sena finanzjarja wara s-sena ta’ impenn tal-baġit
skont il-programm operazzjonali jew għal applikazzjoni ta’ ħlas imfassla
skont l-Artikolu 121 li ma ġietx sottomessa skont l-Artikolu 126. Għall-finijiet tad-diżimpenn,
il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi żżid parti
waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat
mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014 għal kull wieħed
mill-impenji baġitarji tas-snin 2015 sal-2020. 2. B’deroga mill-ewwel
subparagrafu tal-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn
m’għandhomx japplikaw għall-impenn tal-baġit annwali relatat
mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014. 3. Fil-każ fejn l-ewwel
impenn ta' baġit annwali ikun relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali
tal-2015, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi
għad-diżimpenn m’għandhomx japplikaw għall-impenn ta’
bażġit annwali marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2015.
F’każijiet bħal dawn il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont
taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 billi żżid parti
waħda minn ħamsa tal-impenn ta’ baġit annwali marbuta mal-ammont
tal-kontribuzzjoni totali tal-2015 ma’ kull wieħed mill-impenji ta’
baġit ta’ bejn l-2016 u l-2020. 4. Dik il-parti tal-impenji li
jkunu għadhom miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2022 għandha
tiġi diżimpenjata jekk xi wieħed mid-dokumenti
meħtieġa skont l-Artikolu 130(1) ma jkunx ġie sottomess
lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2023. KAPITOLU II
Approvazzjoni ta’ kontijiet u għeluq Taqsima I
Approvazzjoni tal-kontijiet Artikolu 128
Kontenut tal-kontijiet
annwali 1. Il-kontijiet annwali
ċertifikati għal kull programm għandhom ikopru s-sena ta'
kontabbiltà u għandhom jinkludu fil-livell ta' kull ass prijoritarju
prijorità: (a)
l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli
rreġistrat fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni bħala
mħallsa mill-benefiċjarji fl-operazzjonijiet implimentattivi u
s-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti li jkun tħallas u
l-ammont totali ta' sostenn pubbliku mħallas f'operazzjonijiet
implimentattivi; (b)
l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali,
l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali,
l-ammonti rkuprati skont l-Artikolu 61 u l-ammonti irrekuperabbli; (c)
għal kull ass prijoritarju prijorità,
il-lista ta’ operazzjonijiet li jkunu tlestew matul is-sena ta’ kontabbiltà li
ġew sostnuti mill-FEŻR, u mill-Fond ta’
Koeżjoni u mill-FEMS; (d)
għal kull ass prijoritarju prijorità,
rikonċiljazzjoni bejn in-nefqa ddikjarata skont il-punt (a) u n-nefqa
ddikjarata fir-rigward tal-istess sena ta' kontabbiltà f’applikazzjonijiet
għall-ħlas, akkompanjati minn spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenza. 2. L-awtorità ta'
ċertifikazzjoni tista' tispeċifika permezz tal-ass prijoritarju
prijorità fil-kontijiet provvediment li m'għandux jaqbeż il-5 %
tan-nefqa totali fl-applikazzjonijiet għall-ħlas ippreżentati
għal sena ta’ kontabbiltà msemmija fejn il-valutazzjoni tal-legalità u
r-regolarità tan-nefqa hija soġġetta għal proċedura
kontinwa mal-awtorità ta’ verifika. L-ammont kopert għandu jiġi
eskluż mill-ammont totali tan-nefqa eliġibbli msemmija
fil-paragrafu 1(a). Dawn l-ammonti għandhom jiġu inklużi,
jew esklużi definittivament, mill-kontijiet annwali tas-sena ta’ wara. Artikolu 129
Preżentazzjoni
tal-informazzjoni Għal kull sena mill-2016 sal-2022
(inkluża din is-sena) l-Istat Membru għandu jissottometti d-dokumenti
msemmija fl-Artikolu 75(1). Artikolu 130
Rilaxx annwali tal-kontijiet 1. Għall-finijiet
tal-kalkolu tal-ammont li jintalab mill-Fondi u mill-FEMS
għal sena ta' kontabbiltà, il-Kummissjoni għandha tqis: (a) l-ammont totali tan-nefqa
rreġistrata fil-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 128(1)(a), li
għalih għandha tiġi applikata r-rata ta’ kofinanzjament
għal kull ass prijoritarju prijorità; (b) l-ammont totali ta’ ħlasijiet
magħmula mill-Kummissjoni matul dik is-sena ta’ kontabilità li jikkonsisti
minn: (i) l-ammont tal-ħlasijiet interim
imħallsa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 120(1) u l-Artikolu 22;
kif ukoll (ii) l-ammont ta’ prefinanzjament annwali
mħallas taħt l-Artikolu 124(2). 2. Il-bilanċ annwali li,
b'riżultat tal-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista' jiġi rkuprat
mill-Istat Membru għandu jkun soġġett għal ordni ta' rkupru
tal-Kummissjoni. Il-bilanċ annwali pagabbli lill-Istat Membru għandu
jingħadd mal-pagament interim ta' wara li jkun sar mill-Kummissjoni wara
li jkunu ġew approvati l-kontijiet. 3. Jekk,
għar-raġunijiet attribbwibbli lil Stat Membru, il-Kummissjoni mhijiex
f’pożizzjoni li ssalda l-kontijiet sat-30 ta’ April tas-sena ta’
wara t-tmiem ta’ sena ta’ kontabbiltà, il-Kummissjoni għandha tinnotifika
lill-Istat Membru bl-azzjonijiet li jridu jitwettqu mill-awtorità ta’
ġestjoni jew l-awtorità ta’ verifika, jew bl-inkjesti addizzjonali li
l-Kummissjoni tipproponi li twettaq skont l-Artikolu 65(2) u (3). 4. Il-ħlas tal-bilanċ
annwali mill-Kummissjoni għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa ddikjarata
fil-kontijiet, nett ta’ kwalunkwe provvediment magħmul fir-rigward tan-nefqa
ddikjarata lill-Kummissjoni li huwa soġġett għal proċedura
kontradittorja mal-awtorità ta’ verifika. Artikolu 131
L-għeluq minn sena
għall-oħra (Rolling Closure) 1. Għall-FEŻR,
u l-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS, il-kontijiet annwali
għal kull programm għandhom jinkludu fil-livell ta' kull ass
prijoritarju prijorità, il-lista ta' operazzjonijiet li jkunu tlestew matul
il-perjodu ta' kontabbiltà. In-nefqa relatata ma’ dawn l-operazzjonijiet
inkluża fil-kontijiet soġġetti għad-deċiżjoni ta’
saldu għandha tiġi kkunsidrata bħala magħluqa. 2. Għall-FSE in-nefqa
inkluża fil-kontijiet li hija soġġetta għal
deċiżjoni ta’ saldu għandha tiġi kkunsidrata bħala
magħluqa. Artikolu 132
Id-disponibilità
tad-dokumenti 1. Mingħajr ħsara
għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta'
ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha dwar
l-operazzjonijiet isiru disponibbli lill-Kummissjoni u l-Qorti Ewropew
tal-Awdituri fuq talba għal perjodu ta' tliet snin. Dan il-perjodu ta’ tliet
snin għandu jibda mill-31 ta’ Diċembru mis-sena
tad-deċiżjoni ta’ saldu tal-kontijiet skont l-Artikolu 130 jew
mhux aktar tard mid-data tal-ħlas tal-bilanċ finali. Dan il-perjodu ta’ tliet snin għandu
jiġi interrott jew fil-każ ta’ proċeduri legali jew
amministrattiva jew inkella permezz ta’ rapport ġġustifikat kif
mistħoqq tal-Kummissjoni. 2. Id-dokumenti għandhom
jinżammu jew fil-forma tal-oriġinali, jew f’kopji veri attestati, jew
fuq ġarriera tad-dejta komunement aċċettati inklużi
verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti
li jeżistu fil-verżjoni elettronika biss. 3. Id-dokumenti għandhom
jinżammu f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ suġġetti
tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet
li għalihom inġabret id-dejta jew għal liema jiġu
pproċessati aktar; 4. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142
sabiex tistabbilixxi liema ġarriera tad-dejta jistgħu jiġu
kkunsidrati bħala aċċettati komunement. 5. Il-proċedura
għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta' dokumenti miżmuma
fuq data carriers normalment aċċettati mad-dokumenti oriġinali
għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali u għandha
tiżgura li l-verżjonijiet miżmuma jikkonformaw
mal-ħtiġijiet legali nazzjonali affidabbli għal għanijiet
ta' verifika. 6. Fejn id-dokumenti
jeżistu fil-verżjoni elettronika biss, is-sistemi tal-kompjuter
użati għandhom jissodisfaw standards ta' sigurtà aċċettati
li jiżguraw li d-dokumenti miżmuma jikkonformaw mal-ħtiġiet
legali nazzjonali u huma affidabbli għal għanijiet ta' verifika.
Taqsima II
GĦELUQ TAL-PROGRAMMI OPERAZZJONALI Artikolu 133
Sottomissjoni tad-dokumenti
ta’ għeluq u ħlas tal-bilanċ finali 1. L-Istati Membri għandhom
jissottomettu d-dokumenti li ġejjin
sat-30 ta’ Settembru 2023: (a)
applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ
finali; (b)
rapport ta’ implimentazzjoni finali
għall-programm operazzjonali appoġġjat mill-Fondi jew
l-aħħar rapport ta' implimentazzjoni annwali għall-programm
operazzjonali appoġġjat mill-FEMS; kif ukoll (c)
id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 75(1)
għas-sena ta' kontabilità finali, mill-1 ta’ Lulju 2022
sat-30 ta’ Ġunju 2023. 2. Il-bilanċ finali
għandu jitħallas mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data
tal-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena ta’ kontabilità finali jew xahar wara
d-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali,
skont liema data tiġi l-aħħar. Taqsima III
IS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI Artikolu 134
Sospensjoni tal-pagamenti 1. Il-ħlasijiet interim
kollha jew parti minnhom fil-livell ta' assi prijoritarji prijoritajiet
a jew ta' programmi operazzjonali jistgħu jiġu sospiżi
mill-Kummissjoni meta: (a)
ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta’
ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali li għaliha ma jkunux
ittieħdu miżuri korrettivi; (b)
in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma'
irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun
ġiet ikkoreġuta; (c)
l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu
l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok
għal interruzzjoni skont l-Artikolu 74; (d)
ikun hemm nuqqas serju fil-kwalità u
fl-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ jew tad-dejta dwar
l-indikaturi komuni u speċifiċi; (e)
l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu
l-azzjonijiet stipulati fil-programm operazzjonali fir-rigward tas-sodisfazzjoni
tal-kundizzjonijiet ex ante; (f)
minn reviżjoni ta' prestazzjoni
jirriżultaw provi li f'xi ass prijoritarju prijorità ma
ntlaħqux l-istadji importanti stipulati fil-qafas ta' prestazzjoni; (g)
l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi jew ma
jirrispondix b'mod sodisfaċenti skont l-Artikolu 20(3). Ir-regoli speċifiċi
għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażijiet
għal sospensjoni ta' ħlasijiet meta Stat Membru jonqos milli
jikkonforma mad-dmirijiet tiegħu skont il-Politika Komuni tas-Sajd. 2. Il-Kummissjoni tista'
tiddeċiedi, permezz ta’ atti implimentattivi, li tissospendi
l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom, wara li tkun tat
l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet
tiegħu. 3. Il-Kummissjoni għandha
ttemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim kollha jew ta' parti minnhom
meta l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li
jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni.
KAPITOLU III
Korrezzjonijiet finanzjarji Taqsima I
KORREZZJONIJIET FINANZJARJI MILL-ISTATI MEMBRI Artikolu 135
KORREZZJONIJIET FINANZJARJI MILL-ISTATI
MEMBRI 1. L-Istati Membri għandhom qabel xejn jerfgħu r-responsabbiltà
biex jinvestigaw l-irregolaritajiet, u biex jagħmlu l-korrezzjonijiet
finanzjarji meħtieġa u jsegwu l-irkupri. F'każ ta' irregolarità
sistematika, l-Istat Membru għandu jestendi l-investigazzjoni tiegħu
b'mod li jkopri l-operazzjonijiet kollha li jistgħu jkunu milquta. 2. L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji
meħtieġa b’konnessjoni mal-irregolaritajiet individwali jew sistemiċi
li jiġu individwati fl-operazzjonijiet jew fil-programmi operazzjonali. Il-korrezzjonijiet finanzjarji
għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika
kollha jew ta' parti minnha f'operazzjoni jew fil-programm operazzjonali.
L-Istat Membru għandu jqis in-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u
t-telf finanzjarju li jġarrbu l-Fondi jew il-FEMS u
għandu japplika korrezzjoni proporzjonata. Il-korrezzjonijiet finanzjarji
għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet annwali mill-awtorità ta’
ġestjoni għas-sena ta’ kontabbiltà li fiha tkun ittieħdet
id-deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni. 3. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS li tkun
ġiet ikkanċellata skont il-paragrafu 2 tista' terġa'
tintuża mill-Istat Membru fi ħdan il-programm operazzjonali
ikkonċernat soġġett għall-paragrafu 4. 4. Il-kontribuzzjoni
kkanċellata skont il-paragrafu 2 ma tistax terġa' tintuża
għal kwalunkwe operazzjoni li kienet is-suġġett tal-korrezzjoni,
jew, meta tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika,
għal kwalunkwe operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika. 5. Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS
jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali għal
korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta ma' nuqqas ta'
konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Taqsima II
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni Artikolu 136
Il-kriterji għal korrezzjonijiet
finanzjarji 1. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ atti implimentattivi billi
tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni jew parti minnha fi
programm operazzjonali, skont l-Artikolu 77 meta, wara li jkun twettaq
l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li: (a) hemm nuqqas gravi fis-sistema ta'
ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali li poġġa
f'riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li tkun diġà tħallset
fil-programm operazzjonali; (b) l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma
mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 135 qabel il-ftuħ
tal-proċedura ta' korrezzjoni skont dan il-paragrafu; (c) in-nefqa msemmija f'applikazzjoni ta’
ħlas tkun irregolari u ma tkunx ġiet ikkorreġuta mill-Istat
Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni skont dan
il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tibbaża
l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta'
irregolaritajiet identifikati u għandha tqis jekk l-irregolarità hijiex
sistemika. Meta ma jkunx possibbli li jiġi kwantifikat b’mod
preċiż l-ammont ta’ nefqa irregolari mħallas mill-Fondi jew
mill-FEMS, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew
korrezzjoni finanzjarja estrapolata. 2. Meta tkun qed tiddeċiedi
dwar l-ammont ta' korrezzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni
għandha tqis in-natura u l-gravità tal-irregolarità u l-firxa u
l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u
ta' kontroll li jkunu nstabu fil-programm operazzjonali. 3. Meta l-Kummissjoni
tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq rapporti ta’ awdituri li mhumiex
dawk tas-servizzi tagħha stess, hija għandha tfassal
il-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji wara li
teżamina l-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat
taħt l-Artikolu 135(2), in-notifiki li jkunu ntbagħtu taħt
l-Artikolu 112(3), u kwalunkwe tweġiba mill-Istat Membru. 4. Meta l-Kummissjoni, fuq
il-bażi tal-eżami tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali
tal-programm operazzjonali għall-Fondi jew l-aħħar rapport
ta' implimentazzjoni annwali għall-FEMS, tistabbilixxi nuqqas
serju fil-kisba tal-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, hija
tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-prijoritajiet
assi prijoritarji kkonċernati permezz ta’ atti implimentattivi. 5. Meta Stat Membru ma
jikkonformax mal-obbligi tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 86,
il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma’ dawn
l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella
l-kontribuzzjoni kollha tal-Fondi Strutturali jew parti minnha fir-rigward
tal-Istat Membru kkonċernat. 6. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142
li jistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni
finanzjarja li għandha tiġi applikata. Ir-regoli speċifiċi
għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti
addizzjonali għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta
ma' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni
tas-Sajd. Artikolu 137
Proċedura 1. Qabel ma tieħu
deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni
għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru
dwar il-konklużjonijiet provviżorji tal-eżami tagħha u
titlob lill-Istat Membru biex jissottometti l-kummenti tiegħu fi
żmien xahrejn. 2. Meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-bażi
ta' estrapolazzjoni jew rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata
l-opportunità li juri, permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni
konċernata, li l-livell reali tal-irregolarità huwa inqas
mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi
qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jillimita l-kamp ta' applikazzjoni
ta' dan l-eżami għal proporzjon jew kampjun xieraq
tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Minbarra
f'każijiet debitament iġġustifikati, il-ħin permess
għal dan l-eżami m'għandux jaqbeż perjodu ta' aktar minn
xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe prova provduta mill-Istat
Membru fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. 4. Meta Stat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet
provviżorji tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-Istat Membru
għal smigħ sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u
l-osservazzjonijiet kollha rilevanti jkunu disponibbli bħala bażi
għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni
tal-korrezzjoni finanzjarja. 5. Sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni
għandha tieħu deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi,
fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ, jew mid-data tal-wasla ta'
informazzjoni addizzjonali meta l-Istat Membru jaqbel li jissottometti din
l-informazzjoni addizzjonali wara s-smigħ. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u
l-osservazzjonijiet kollha sottomessi matul il-proċedura. Jekk ma
jseħħ l-ebda smigħ, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jibda
jiddekorri xahrejn wara d-data tal-ittra tal-istedina għas-smigħ
mibgħuta mill-Kummissjoni. 6. Meta l-irregolaritajiet li
jaffettwaw il-kontijiet annwali li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni
jiġu identifikati mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri,
il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas
l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali. 7. Ir-regoli
speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu
rekwiżiti addizzjonali għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati
Membri marbuta ma' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont
il-Politika Komuni tas-Sajd. Artikolu 138
Obbligi tal-Istati Membri Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni
għandha tkun migħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istat
Membru li jsegwi l-irkupri skont l-Artikolu 135(2) ta’ dan ir-Regolament u
li jirkupra l-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1)
tat-Trattat u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 659/1999[32]. Artikolu 139
Ħlas mill-ġdid 1. Kwalunkwe ħlas lura
dovut li għandu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu
jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont
l-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju. Id-data dovuta għandha tkun
l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni. 2. Kwalunkwe dewmien fit-twettiq
tal-ħlas lura għandu jagħti lok għal interessi
minħabba pagament tard, li jibda mid-data dovuta u jintemm fid-data
tal-pagament attwali. Ir-rata ta’ dan l-interess għandu jkun punt
perċentwali u nofs ’il fuq mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali
Ewropew fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu fl-ewwel jum
ta’ ħidma tax-xahar li fih taqa’ d-data dovuta.
TITOLU IIIVIII Kontroll proporzjonali tal-programmi
operazzjonali Artikolu 140
Kontroll proporzjonali
tal-programmi operazzjonali 1. L-operazzjonijiet li
fir-rigward tagħhom in-nefqa totali eliġibbli ma taqbiżx
EUR 100 000 għall-Fondi jew EUR 50 000
għall-FEMS m'għandhomx ikunu soġġetti għal
aktar minn verifika waħda mill-awtorità ta’ verifika jew mill-Kummissjoni
qabel l-għeluq tan-nefqa kollha kkonċernata skont
l-Artikolu 131. Operazzjonijiet oħra m’għandhomx ikunu
soġġetti għal aktar minn verifika waħda f'kull sena ta’
kontabilità, mill-awtorità ta' verifika u mill-Kummissjoni qabel l-għeluq
tan-nefqa kollha kkonċernata skont l-Artikolu 131. Dawn
id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 4. 2. Fir-rigward ta' programmi
operazzjonali li għalihom l-opinjoni tal-awditjar l-aktar riċenti
tindika li ma hemm l-ebda nuqqasijiet sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ taqbel
mal-awtorità għall-awditjar fil-laqgħa sussegwenti msemmija
fl-Artikolu 118(3) li l-livell ta’ xogħol ta’ verifika
meħtieġ jista’ jitnaqqas sabiex ikun proporzjonat mar-riskju
stabbilit. F’dawn il-każijiet,
il-Kummissjoni mhijiex se twettaq awditjar fuq il-post sakemm ma jkunx hemm
prova li tissuġġerixxi nuqqasijiet fis-sistema ta' ġestjoni u
ta' kontroll li jaffettwaw in-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni f'sena ta'
kontabbiltà li għaliha l-kontijiet kienu s-suġġett ta'
deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. 3. Fil-każ ta' programmi
operazzjonali li għalihom il-Kummissjoni tikkonkludi li tista’
tistrieħ fuq l-opinjoni tal-awtorità għall-awditjar, tista’ taqbel
mal-awtorità ta' awditjar li tillimita l-awditjar fuq il-post biex tagħmel
awditjar tax-xogħol tal-awtorità għall-awditjar ħlief jekk ikun
hemm prova ta' nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtorità għall-awditjar
għal sena ta’ kontabbiltà li għaliha l-kontijiet kienu
soġġetti għal deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. 4. Mingħajr
preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtorità għall-awditjar u
l-Kummissjoni jistgħu jwettqu awditjar ta’ operazzjonijiet f'każ li
permezz ta' valutazzjoni tar-riskju jiġi stabbilit riskju speċifiku
ta’ irregolarità jew frodi, f’każ ta' prova ta’ nuqqasijiet serji
fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali
kkonċernat, u matul it-3 snin wara l-għeluq tan-nefqa kollha ta’
operazzjoni skont l-Artikolu 131, bħala parti minn kampjun ta’
awditjar. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin twettaq awditjar ta'
operazzjonijiet bl-iskop li twettaq valutazzjoni tax-xogħol ta' awtorità
għall-awditjar permezz tat-twettiq mill-ġdid tal-attività ta’
awditjar tagħha.
PARTI ĦAMSAERBGĦA DELEGI TA’ SETGĦAT,
DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TRANŻITORJI U FINALI KAPITOLU I Delega tas-setgħa u l-implimentazzjoni
tad-dispożizzjonijiet Artikolu 141
Emenda tal-Annessi Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’
atti ddelegati skont l-Artikolu 142, emendi għall-Annessi I and
VI ta' dan ir-Regolament fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 142
Eżerċizzju
tad-delega 1. Is-setgħat tal-adozzjoni
ta' atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni bla ħsara
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delegazzjonijiet ta’
setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw għal
perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament. 3. Id-delegazzjonijiet ta’
setgħat msemmija fl-Artikoli 5(3), 12, 20(4), 29(6), 32(1), 33(3), 33(4),
33(7), 34(3), 35(5), 36(4), 54(1), 58, 112(2), 114(8), 114(9), 116(1), 117(1),
132(4), 136(6) u 141 jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe ħin
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha
ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik
id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ fil-jum wara
l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma
għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà
fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill. 5. L-atti delegati għandhom
jidħlu fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun
ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew inkella mill-Kunsill fi
żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif
ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se
joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż
b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la
l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw
għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol
fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk. L-att iddelegat jista’ jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel
l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu
t-tnejn informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill
joġġezzjonaw għal att delegat, l-att m’għandux jidħol
fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għall-att
delegat għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet
tagħha. Artikolu 143
Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha
tkun assistita minn Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fondi. Dak il-kumitat ikun
kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 3. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Meta l-opinjoni tal-Kumitat skont
il-paragrafi 2 u 3 għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, din
il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta,
fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, tittieħed
deċiżjoni mill-president tal-Kumitat jew (…) [numru ta’ membri]
(maġġoranza ta’ …) [maġġoranza li għandha tiġi
speċifikata: sempliċi, ta’ żewġ terzi, eċċ.]
il-membri tal-kumitat jirrikjedu dan. Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni,
il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni
u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4)
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. KAPITOLU II Dispożizzjonijiet
tranżizzjonali jew finali
Artikolu 144
Reviżjoni Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom
jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 20XX skont
il-Artikolu 177 tat-Trattat.
Artikolu 145
Dispożizzjonijiet
tranżizzjonali 1. Dan ir-Regolament m'għandux
jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika, inkluż il-kanċellazzjoni
sħiħa jew parzjali, tal-proġetti kkonċernati,
sal-għeluq tagħhom, jew tal-assistenza approvata mill-Kummissjoni fuq
il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jew ta' kwalunkwe
leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza
fil-31 ta’ Diċembru 2013. 2. L-applikazzjonijiet li jsiru
taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 għandhom
jibqgħu validi. Artikolu 146
Revoka 1. Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1083/2006 qed jitħassar b’effett
mill-1 ta’ Jannar 2014. 2. Ir-referenzi magħmula
għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala
referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 147
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Elementi tal-Qafas
Strateġiku Komuni li għandhom x’jaqsmu mal-koerenza u l-konsistenza
tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni, mal-mekkaniżmi
ta’ koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK kif ukoll ma’ politiki u strumenti
oħra rilevanti tal-Unjoni, mal-prinċipji orizzontali u għanijiet
ta’ politika transversali, u mal-arranġamenti sabiex ikunu indirizzati
l-isfidi territorjali 1. Introduzzjoni Sabiex tiġi sfruttata l-kontribuzzjoni
tal-Fondi tal-QSK għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv, u għaldaqstant jitnaqqsu d-differenzi, huwa
meħtieġ li jkun żgurat li l-impenji ta’ politika li saru
fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 jkunu bbażati fuq
l-investiment mill-Fondi tal-QSK u strumenti oħra tal-Unjoni. L-Istati
Membri għalhekk għandhom jidentifikaw kif il-programmi tagħhom
jistgħu jikkontribwixxu lejn l-objettivi tal-politika u l-miri ewlenin
tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin. 2. Koerenza u konsistenza mal-governanza
ekonomika tal-Unjoni 1. L-Istati Membri għandhom
jagħtu attenzjoni partikulari li jipprijoritizzaw nefqa li tkun ta’ siwi
għat-tkabbir, bħal infiq fuq l-edukazzjoni, ir-riċerka,
l-innovazzjoni u l-effiċjenza enerġetika u l-infiq li
jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs u sabiex
tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali, il-ġestjoni
tar-riżorsi naturali u azzjoni dwar il-klima, u jiżguraw
l-effiċjenza ta' tali nfiq. Huma għandhom iqisu wkoll li jżommu
jew itejbu l-kopertura u l-effettività tas-servizzi tal-impjieg u l-politiki
attivi tas-suq tax-xogħol, b'enfasi fuq il-qgħad ta’ fost
iż-żgħażagħ. 2. Waqt it-tħejjija
tal-kuntratti ta’ Sħubija tagħhom, l-Istati Membri għandhom
jipprogrammaw il-Fondi tal-QSK filwaqt li jqisu l-aktar rakkomandazzjonijiet
riċenti rilevanti għall-pajjiż speċifiku li jinħarġu
mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(4)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-irwoli u
l-obbligi rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom ukoll iqisu
r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill ibbażati fuq il-Patt ta’
Stabbiltà u Tkabbir, u l-programmi ta' aġġustament ekonomiku. Kull
Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Kuntratt ta’ Sħubija, skont
l-Artikolu 14(a)(i) ta' dan ir-Regolament, kif flussi differenti ta’
finanzjament mill-Unjoni kif ukoll nazzjonali jikkontribuwixxu biex jiġu
indirizzati l-isfidi identifikati mir-rakkomandazzjonijiet rilevanti
għall-pajjiż speċifiku kkonċernat, u l-għanijiet
stabbiliti fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom f'konsultazzjoni
mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli. 3. Mekkaniżmi Ta' Koordinazzjoni Fost
Il-Fondi Tal-Qsk 3.1 Introduzzjoni 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-interventi appoġġjati permezz tal-Fondi tal-QSK
huma kumplimentari u huma implimentati b’mod ikkoordinat li jwassal għal
tnaqqis fl-spejjeż amministrattivi u piżijiet ta’ fuq il-post. 3.2 Il-koordinazzjoni u
l-kumplimentarjetà 1. L-Istati Membri u
l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni
tal-Fondi tal-QSK għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib
fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
tal-Kuntratt ta' Sħubija u tal-programmi. B'mod partikolari, għandhom
jiżguraw li l-azzjonijiet li ġejjin jitwettqu: (a)
jidentifikaw oqsma ta' intervent fejn il-Fondi
tal-QSK jistgħu jiġu kkombinati b'mod kumplimentari sabiex
jintlaħqu l-objettivi tematiċi stipulati f'dan ir-Regolament; (b)
jippromwovu l-involviment tal-awtoritajiet
amministrattivi responsabbli għal Fondi tal-QSK oħrajn jew
awtoritajiet amministrattivi oħrajn u l-ministeri relevanti,
fl-iżvilupp ta' skemi ta’ appoġġ sabiex tiġi żgurata
l-koordinazzjoni u jiġi evitat xogħol doppju; (c)
joħolqu, fejn xieraq, kumitati konġunti
ta' monitoraġġ għal programmi li jimplimentaw il-Fondi tal-QSK,
u l-iżviluppar ta' arranġamenti oħrajn ta' mmaniġġjar
u kontroll konġunti għall-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni bejn
l-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK; (d)
jużaw soluzzjonijiet konġunti dwar
il-governanza elettronika li jkunu mmirati lejn l-applikanti u
l-benefiċjarji, u "uffiċċji b’servizzi varji taħt
saqaf wieħed" għal parir dwar l-opportunitajiet ta’
appoġġ disponibbli permezz ta’ kull wieħed mill-Fondi tal-QSK; (e)
jistabbilixxu mekkaniżmi biex jikkoordinaw
attivitajiet ta’ kooperazzjoni ffinanzjati mill-FEŻR u l-FSE ma’ investimenti
appoġġjat mill-programmi ta’ “Investiment li għandu fil-mira
t-Tkabbir u l-Impjiegi”. 3.3 L-inkoraġġiment ta’
approċċi integrati 1. L-Istati Membri
għandhom, fejn xieraq, jgħaqqdu il-Fondi tal-QSK f'pakketti integrati
fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, li huma magħmula apposta
biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi sabiex
jappoġġjaw il-kisba tal-miri nazzjonali ta' Ewropa 2020, u
jagħmlu użu mill-Investimenti Territorjali Integrati, l-operazzjonijiet
integrati u l-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta. 2. L-Istati Membri għandhom
jippromwovu l-iżvilupp ta’ approċċi lokali u subreġjonali,
b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi
jiddelegaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni lil
sħubija lokali ta’ entitajiet pubbliċi, privati u tas-soċjetà
ċivili. L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jkun
implimentat fil-kuntest ta’ approċċ strateġiku biex jiżgura
li d-definizzjoni “minn isfel għal fuq” tal-bżonnijiet lokali tqis
il-prijoritajiet stabbiliti f’livell ogħla. L-Istati Membri għandhom
għalhekk jiddefinixxu l-approċċ ta’ żvilupp lokali mmexxi
mill-Komunità għall-Fondi tal-QSK u għandhom jindikaw fil-kuntratti
ta’ Sħubija l-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati b'dan
il-mod, l-għanijiet ewlenin u l-prijoritajiet tal-Iżvilupp lokali
mmexxi mill-Komunità, it-tipi ta’ territorji li għandhom jiġu
koperti, liema rwol speċifiku se jiġi attribwit lil gruppi ta'
azzjoni lokali meta jitwettqu l-istrateġiji, u l-irwol previst għall-fondi
differenti tal-QSK biex jiġu implimentati l-istrateġiji
għall-iżvilupp lokali f’tipi differenti ta’ territorji bħal dawk
rurali, urbani u ż-żoni kostali, u l-mekkaniżmi ta' koordinament
korrispondenti. 4. Il-koordinazzjoni tal-Fondi tal-QSK ma’
Politiki u Strumenti oħra tal-Unjoni Il-programmi tal-Unjoni stipulati f’din
it-Taqsima ma jikkostitwixxux lista eżawrjenti. 4.1 Introduzzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
iwettqu analiżi tal-impatt tal-politiki tal-Unjoni fuq livell nazzjonali u
reġjonali, u fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali
bil-għan li titrawwem koordinazzjoni effettiva u sabiex jiġu
identifikati u mmexxija ’l quddiem il-mezzi l-aktar xierqa ta’ kif
jintużaw il-fondi Ewropej sabiex jappoġġjaw l-investiment
lokali, reġjonali u nazzjonali. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw il-konsistenza fl-istadji ta' pprogrammar u implimentazzjoni bejn
l-interventi appoġġjati mill-Fondi tal-QSK u l-għanijiet ta'
politiki tal-Unjoni oħrajn. Għal dan il-għan, għandhom
jippruvaw iqisu l-aspetti li ġejjin: (a)
jidentifikaw u jisfrutaw il-komplementaritajiet
bejn l-istrumenti differenti tal-Unjoni f’livell nazzjonali u reġjonali,
kemm fil-fażi ta’ ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni; (b)
itejbu strutturi eżistenti u fejn
meħtieġ, jistabbilixxu oħrajn ġodda li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni
strateġika tal-prijoritajiet għal strumenti u strutturi differenti
għall-koordinazzjoni f’livell nazzjonali, jevitaw l-isforzi doppji u
jiġu identifikati oqsma fejn hu meħtieġ appoġġ
finanzjarju addizzjonali; (c)
jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal
li jgħaqqad l-appoġġ minn strumenti differenti sabiex jiġu
appoġġjati operazzjonijiet individwali u jaħdmu mill-qrib ma’
dawk responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ strumenti nazzjonali
oħra sabiex iwasslu opportunitajiet ta’ finanzjament koerenti u simplifikati
lill-benefiċjarji. 4.2 Il-koordinazzjoni
mal-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd 1. Il-FAEŻR huwa parti
integrali tal-Politika Agrikola Komuni u jikkumplimenta l-miżuri taħt
il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija li jipprovdi appoġġ dirett
lill-bdiewa u jappoġġja l-miżuri tas-suq. Għalhekk l-Istati
Membri għandhom jimmaniġġjaw dawn l-interventi flimkien biex
jimmassimizzaw is-sinerġiji u l-valur miżjud tal-appoġġ
mill-UE. 2. Il-FEMS timmira li tikseb
l-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd riformata u tal-politika
Marittima Integrata. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu
użu mill-FEMS biex jappoġġjaw l-isforzi li jtejbu l-ġbir
tad-dejta u jsaħħu l-kontroll, u jiżguraw li jfittxu
sinerġiji li jappoġġjaw il-prijoritajiet tal-Politika Marittima
Integrata, bħall-għarfien dwar il-baħar, l-ippjanar spazjali
marittimu, il-ġestjoni integrata taż-żona kostali,
is-sorveljanza marittima integrata, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u
tal-bijodiversità, u l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil
fil-klima fuq iż-żoni tal-kosta. 4.3 Orizzont 2020[33] u programmi oħrajn
tal-UE ġestiti b’mod ċentrali fl-oqsma tar-riċerka u
l-innovazzjoni 1. L-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom jagħtu attenzjoni biex jissaħħu
l-koordinazzjoni u l-komplementaritajiet bejn il-Fondi tal-QSK u
Orizzont 2020, il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u
l-intrapriżi żgħar u medji (COSME) [34],
u programmi oħrajn ta' finanzjament mill-UE relevanti ġestiti b’mod
ċentrali filwaqt li jistabbilixxu wkoll diviżjoni ċara
taż-żoni ta’ intervent bejniethom. 2. B'mod partikolari, l-Istati
Membri għandhom jiżviluppaw strateġiji ta’ riċerka u
innovazzjoni (R&Ż) nazzjonali u/jew reġjonali għal
"speċjalizzazzjoni intelliġenti" f'konformità mal-Programm
ta’ Riforma Nazzjonali. Dawn l-istrateġiji għandhom jiġu
żviluppati bl-involviment tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali jew
reġjonali u tal-partijiet interessati, bħal universitajiet u
istituzzjonijiet oħra ta' edukazzjoni ogħla, l-industrija kif ukoll
l-imsieħba soċjali fi proċess intraprenditorjali ta’ skoperta.
L-awtoritajiet direttament ikkonċernati bl-inizjattiva Orizzont 2020
għandhom ikunu assoċjati mill-qrib ma’ dan il-proċess. Taħt
dawn l-istrateġiji (inter alia): (a)
Azzjonijiet “’il fuq” għall-preparazzjoni ta’
protagonisti tar-R&Ż sabiex jieħdu sehem fi proġetti ta’
Orizzont 2020 (“turġien lejn l-eċċellenza”) għandhom
jiġu żviluppati permezz tal-bini tal-kapaċità. Għandhom
jiġu msaħħa l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-punti ta’
kuntatt nazzjonali ta’ Orizzont 2020 u l-awtoritajiet amministrattivi
tal-fondi tal-QSK. (b)
Azzjonijiet “’l isfel” għandhom jipprovdu
l-mezzi sabiex jiġu sfruttati u mxerrda r-riżultati tar-R&Ż
fis-suq, li jinbtu mill-inizjattiva Orizzont 2020 u l-programmi
preċedenti, b'attenzjoni partikolari fuq il-ħolqien ta' ambjent ta’
negozju għall-SMEs favorevoli għall-innovazzjoni, u konformi
mal-prijoritajiet identifikati għat-territorji fl-istrateġija
rilevanti ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. 3. L-Istati Membri għandhom
jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet ta’ dan
ir-Regolament li jippermettu li l-Fondi tal-QSK jingħaqdu ma’ dawk
taħt Orizzont 2020 fil-programmi rilevanti użati sabiex
jiġu implimentati partijiet tal-istrateġiji. Għandu jiġi
pprovdut appoġġ konġunt lill-awtoritajiet nazzjonali u
reġjonali għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji
bħal dawn, sabiex jiġu identifikati opportunitajiet
għall-finanzjament konġunt ta’ infrastrutturi tar-R&Ż ta’
interess Ewropew, għall-promozzjoni ta' kollaborazzjoni internazzjonali,
l-appoġġ metodoloġiku permezz ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari,
l-iskambju ta’ prassi tajba, u t-taħriġ fir-reġjuni kollha. 4. L-Istati Membri għandhom
jikkunsidraw il-miżuri addizzjonali li ġejjin immirati biex
jiżblukkaw il-potenzjal tagħhom ta’ eċċellenza
fir-riċerka u l-innovazzjoni, f'mod li huwa komplementari għal u li
joħloq sinerġiji mal-inizjattiva Orizzont 2020, b’mod
partikolari permezz tal-finanzjament konġunt li: (a)
jgħaqqqad ċentri ta’ eċċellenza
emerġenti u reġjuni innovattivi fl-Istati Membri li huma inqas
żviluppati mal-bqija ta’ ċentri ekwivalenti kullimkien madwar
l-Ewropa; (b)
jibni rabtiet ma' raggruppamenti innovattivi u
jirrikonoxxi l-eċċellenza f'reġjuni inqas żviluppati; (c)
jistabbilixxi "katedri tal-ŻER" biex
jiġu attirati akkademiċi eċċellenti, b'mod partikolari
f'reġjuni anqas żviluppati; (d)
jappoġġja l-aċċess għal
netwerks internazzjonali għal riċerkaturi u innovaturi li huma inqas
involuti fiż-ŻER jew minn reġjuni inqas żviluppati; (e)
jikkontribwixxi kif xieraq fi Sħubijiet
Ewropej għall-Innovazzjoni; (f)
jipprepara l-istituzzjonijiet nazzjonali u/jew
raggruppamenti ta’ eċċellenza għall-parteċipazzjoni fi
Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tal-Istitut Ewropew
tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT); kif ukoll (g)
jospita programmi għall-mobilità ta’
riċerkaturi internazzjonali ta' kwalità għolja b’kofinanzjament
“mill-Azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie”. 4.4 Riżerva għal Min
Jidħol Ġdid (NER), 300 finanzjament għall-proġetti ta’
dimostrazzjoni[35] L-Istati Membri għandhom jiżguraw,
fejn xieraq, li l-finanzjament mill-Fondi tal-QSK huwa kkoordinat
mal-appoġġ mill-Programm NER 300, li juża d-dħul
mill-irkant ta’ 300 miljun kwota taħt ir-riżerva għal min
jidħol ġdid tal-Iskema Ewropea għall-Iskambju tal-Kwoti
tal-emissjonijiet, biex jikkofinanzja firxa wiesgħa ta’ proġetti ta’
dimostrazzjoni fuq skala kbira dwar il-ġbir u l-ħżin
tal-karbonju (CCS), kif ukoll teknoloġiji innovattivi tal-enerġija
rinnovabbli madwar l-UE. 4.5 LIFE[36] u l-acquis ambjentali 1. L-Istati Membri
għandhom, fejn possibbli, ifittxu li jisfruttaw is-sinerġiji mal-
strumenti tal-politika tal-Unjoni (kemm strumenti tal-iffinanzjar kif ukoll
dawk mhux tal-iffinanzjar) li jservu għall-mitigazzjoni u l-adattament
tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi. 2. L-Istati Membri
għandhom, fejn ikun il-każ, jiżguraw il-kumplimentarjetà u
l-koordinazzjoni ma’ LIFE, b’mod partikolari ma’ Proġetti Integrati
fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, il-mitigazzjoni tat-tibdil
fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Din il-koordinazzjoni
għandha tinkiseb b’mod partikolari billi jippromwovu l-finanzjament
mill-Fondi tal-QSK għal attivitajiet li jikkumplimentaw proġetti
integrati taħt il-programm LIFE kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta’
metodi, approċċi u soluzzjonijiet ikkonfermati mill-programm LIFE. 3. Il-pjanijiet settorjali
rilevanti, il-programmi jew l-istrateġiji (inklużi l-Qafas ta’
Azzjoni Prijorizzata, il-Pjan ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin
tax-Xmara, il-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart, il-pjan nazzjonali ta’
mitigazzjoni jew l-istrateġija ta’ adattament), kif imsemmija
fir-Regolament LIFE, għandhom iservu bħala qafas ta’ koordinazzjoni
għal appoġġ minn Fondi differenti. 4.6 ERASMUS għal
kulħadd[37] 1. L-Istati Membri għandhom
ifittxu li jużaw il-Fondi tal-QSK biex jintegraw l-għodod u l-metodi
żviluppati u ttestjati b’suċċess taħt "Erasmus
għal kulħadd". 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Fondi tal-QSK u “Erasmus
għal kulħadd” fuq livell nazzjonali permezz ta’ distinzjoni ċara
tat-tipi ta’ investiment kif ukoll il-gruppi fil-mira appoġġjati.
L-Istati Membri għandhom ifittxu l-kumplimentarjetà fir-rigward
tal-finanzjament għal azzjonijiet ta' mobilità, filwaqt li jiġu
esplorati is-sinerġiji possibbli. 3. Il-koordinazzjoni
għandha tinkiseb billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta’
kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u l-aġenziji nazzjonali
stabbiliti skont il-Programm “Erasmus għal kulħadd”. 4.7 Programm għall-Bidla
Soċjali u l-Innovazzjoni (PSCI) [38] 1. L-Istati Membri
għandhom, fejn xieraq, ifittxu koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm
għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni u l-appoġġ ipprovdut
mill-Fondi tal-QSK taħt l-objettivi tematiċi tal-impjiegi u l-inklużjoni
soċjali. 2. L-Istati Membri għandhom,
fejn xieraq, ifittxu li jkomplu javvanzaw l-aktar miżuri ta’
suċċess żviluppati taħt l-assi tal-progress PSCI, b’mod
partikolari dwar l-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni tal-politika
soċjali bl-appoġġ tal-FSE. 3. Sabiex tiġi promossa
l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u tingħata spinta
lill-opportunitajiet tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom
jiżguraw il-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet li jtejjbu l-mobilità
transnazzjonali tax-xogħol appoġġjata mill-FSE, inklużi
s-sħubiji transkonfinali, b’appoġġ ipprovdut skont l-assi ta'
EURES tal- PSCI. 4. L-Istati Membri għandhom
ifittxu il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni bejn l-appoġġ
tal-Fondi tal-QSK għall-impjiegi indipendenti, l-intraprenditorija,
il-ħolqien tan-negozju u l-impriżi soċjali, u l-appoġġ
tal-PSCI skont l-assi tal-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali
mmirat li jżid l-aċċess tal-mikroimpriżi u tan-nies l-iktar
imbiegħda mis-suq tax-xogħol għall-mikrofinanzjament, kif ukoll
jappoġġja l-iżvilupp tal-impriżi soċjali. 4.8 Faċilità Nikkollegaw
l-Ewropa (FNE) [39] 1. Il-FNE hija l-fond iddedikat
tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni
għan-Netwerks Trans-Ewropej tal-infrastruttura tat-Trasport (TENs)
fil-qasam tat-trasport, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija. Sabiex
jiġi sfruttat il-valur miżjud Ewropew f’dawn l-oqsma, l-Istati Membri
u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-interventi tal-FEŻR u
l-Fond ta’ Koeżjoni ikunu ppjanat b'koperazzjoni mill-qrib
mal-appoġġ ipprovdut mill-FNE, sabiex jiġu evitati sforzi doppji
u jiġi żgurat li jkunu previsti l-aħjar rabtiet ta’ tipi
differenti ta' infrastruttura fuq livelli lokali, reġjonali u nazzjonali,
kif ukoll madwar l-Unjoni. L-akbar influwenza tal-istrumenti ta’ finanzjament
differenti għandha tkun żgurata għall-proġetti b'dimensjoni
Ewropea u tas-Suq Uniku, u b'mod partikolari dawk il-proġetti li
jimplimentaw il-prijorità tat-trasport, l-enerġija u n-netwerks
tal-infrastruttura diġitali kif identifikati fl-oqfsa rispettivi
tal-politika TEN. 2. Fil-qasam tat-trasport, il-pjanijiet
għandhom ikunu bbażati fuq id-domanda tat-trasport reali u dik
ipproġettata, kif ukoll għandhom jiġu identifikati r-rabtiet
neqsin u d-diffikultajiet, filwaqt li jitqies l-iżvilupp tar-rabtiet
transkonfinali tal-Unjoni, u l-iżvilupp tar-rabtiet bejn ir-reġjuni
fi Stat Membru. L-ivestiment fil-konnettività reġjonali man-netwerk
Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u mal-qalba tan-netwerk TEN-T għandhom
jiżguraw li żoni urbani u rurali jibbenefikaw mill-opportunitajiet maħluqa
min-netwerks kbar. 3. Prijoritizzazzjoni ta’
investimenti li jkollhom impatt lil hinn minn Stat Membru individwali u b’mod
partikolari parallela mal-kurituri ewlenin tan-netwerk TEN-T, għandha tkun
ikkoordinata mal-ippjanar tat-TEN-T u mal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tal-kurituri
ewlenin tan-netwerk, sabiex l-investimenti mill-FEŻR u mill-Fond ta’
Koeżjoni fl-infrastruttura tat-trasport ikunu kompletament konformi
mal-Linji Gwida tat-TEN-T. 4. L-Istati Membri għandhom
iqisu l-White Paper tal-Kummissjoni dwar it-Trasport[40] li tistabbilixxi viżjoni
għal sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod
effiċjenti, li tenfasizza li huwa meħtieġ tnaqqis fil-gassijiet
b’effett ta’ serra fis-settur tat-trasport. Għall-Fondi tal-QSK, dan
ifisser iffukar fuq forom sostenibbli tat-trasport u l-mobilità urbana
sostenibbli, kif ukoll l-investiment f'oqsma li joffru l-akbar valur
miżjud Ewropew. Ladarba jiġu identifikati, l-investimenti
għandhom jingħataw prijorità skont il-kontribut tagħhom
għall-mobilità, għas-sostenibbiltà, għat-tnaqqis
fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u għaż-Żona
Unika Ewropea tat-Trasport. 5. Il-Fondi tal-QSK
għandhom iwassalu lill-infrastrutturi lokali u reġjonali u r-rabtiet
tagħhom lejn in-netwerks prijoritarji tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija
u tat-telekomunikazzjoni. 6. L-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu koordinazzjoni xierqa u
mekkaniżmi ta’ appoġġ tekniku sabiex jiżguraw
il-kumplimentarjetà u l-ippjanar effettiv tal-miżuri tal-ICT sabiex isir
użu sħiħ mill-istrumenti differenti tal-Unjoni (il-Fondi
tal-QSK, il-FNE, in-netwerks Trans-Ewropej, Orizzont 2020)
għall-finanzjament ta' netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi
tas-servizzi diġitali. L-għażla tal-iktar strument ta'
finanzjament xieraq għandha tieħu kont tal-potenzjal li jkollha
operazzjoni biex tiġġenera dħul, u l-livell tagħha ta’
riskju sabiex tagħmel użu mill-aktar effettiv tal-fondi
pubbliċi. Jekk operazzjoni ġiet imressqa għall-finanzjament
mill-FNE iżda ma ġietx magħżula, il-valutazzjoni
tagħha taħt il-FNE għandha tkun ikkunsidrata mill-Istat Membru
fil-kuntest ta’ għażla għall-appoġġ mill-Fondi
tal-QSK. 4.9 L-IPA, l-ENI u l-FEŻ[41] 1. L-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jżidu l-koordinazzjoni bejn l-
strumenti esterni u l-fondi tal-QSK sabiex titjieb l-effikaċja fil-kisba
tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni multipli. Koordinazzjoni u
kumplimentarjetà mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mal-Istrument ta’
Qabel l-Adeżjoni u mal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat huma partikolarment
importanti. 2. Biex tkun
appoġġjata integrazzjoni territorjali aktar profonda, l-Istati Membri
għandhom ifittxu li jikkapitalizzaw fuq is-sinerġiji bejn
l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni territorjali taħt il-politika ta’
Koeżjoni u l-istrumenti Ewropej ta’ Viċinat, b'mod partikolari
fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali. L-Istati Membri
għandhom ukoll, fejn xieraq, jiżguraw li attivitajiet eżistenti
huma assoċjati ma’ Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali
li għadhom kemm jinħolqu, b’attenzjoni speċjali
għall-koordinazzjoni u għall-iskambju tal-aħjar prattiki. 5. Il-koordinazzjoni ma’ Attivitajiet ta’
Koperazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
ifittxu l-kumplimentarjetà bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u azzjonijiet
oħra appoġġjati mill-Fondi tal-QSK. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni jagħtu kontribut
effettiv għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, u li
l-kooperazzjoni hija organizzata biex tagħti appoġġ lil għanijiet
ta' politika usa'. Biex dan jinkiseb, l-Istati Membri għandhom
jiżguraw kumplimentarjetà u koordinazzjoni ma' programmi jew strumenti
oħra ffinanzjati mill-Unjoni. 3. Sabiex
tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni, l-Istati
Membri għandhom ifittxu koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn
il-programmi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u "l-għan
tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi", b'mod partikolari sabiex
ikun żgurat ippjanar koerenti u tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni
tal-investiment fuq skala kbira. 4. L-Istati Membri
għandhom, fejn xieraq, jiżguraw li l-għanijiet ta’
strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar jiffurmaw
parti mill-ippjanar strateġiku globali tal-programmi tal-politika ta'
koeżjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri kkonċernati. L-Istati
Membri għandhom jiżguraw ukoll li fejn ġew attwati
l-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċini, il-Fondi tal-QSK
kollha jappoġġjaw fejn xieraq l-implimentazzjoni tagħhom. Sabiex
tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti, għandu jkun
hemm koordinazzjoni ma' strumenti oħra iffinanzjati mill-Unjoni, kif ukoll
strumenti rilevanti oħra. 5. L-Istati Membri, fejn xieraq,
għandhom jagħmlu użu mill-possibbiltà li jwettqu azzjonijiet
interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu minn
tal-inqas fi Stat Membru ieħor fi ħdan il-qafas tal-programmi
operazzjonali taħt "l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u
l-Impjiegi", inkluża l-implimentazzjoni tar-riċerka rilevanti u
l-miżuri innovattivi li joħorġu mill-istrateġiji
tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom. 6. Il-Prinċipji Orizzontali u
l-Għanijiet ta’ Politika Transversali A. Il-prinċipji orizzontali 6.1 Is-sħubija u
l-governanza f’diversi livelli Skont l-Artikolu 5, il-prinċipju ta’
sħubija u governanza f’diversi livelli għandu jkun irrispettati mill-Istati
Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-koeżjoni
soċjali, ekonomika u territorjali u jitwasslu l-prijoritajiet tal-Unjoni
dwar it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dan jirrikjedi
azzjoni kkoordinata mwettqa fi sħubija skond il-prinċipji ta’
sussidjarjetà u proporzjonalità. Hija għandha tieħu wkoll il-forma
ta’ kooperazzjoni operazzjonali u istituzzjonalizzata, b’mod partikolari
fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. L-Istati
Membri għandhom għalhekk jagħmlu użu sħiħ
mis-sħubiji stabbiliti fil-qafas tal-Fondi tal-QSK. 6.2 L-iżvilupp sostenibbli 1. Sabiex tiġi żgurata
l-integrazzjoni sħiħa tal-iżvilupp sostenibbli fil-Fondi
tal-QSK, u filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' żvilupp
sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
l-obbligu li jiġu integrati l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni
ambjentali skont l-Artikolu 11, u l-prinċipju li min
iniġġeż iħallas kif stipulat fl-Artikolu 192
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet
amministrattivi għandhom jieħdu azzjonijiet matul il-ħajja
kollha tal-programm, sabiex l-effetti ta’ interventi li jagħmlu ħsara
lill-ambjent jiġu evitati u sabiex jintlaħqu riżultati ta’ benefiċċju
nett soċjali, ambjentali u klimatiku bl-azzjonijiet li ġejjin: (a)
jidderieġu l-investimenti lejn l-aktar
opzjonijiet li huma effiċjenti fir-riżorsi kif ukoll sostenibbli, (b)
jevitaw investimenti li jista’ jkollhom impatt
klimatiku jew ambjentali negattiv sinifikanti, u li jappoġġjaw
azzjonijiet li jtaffu kwalunkwe impatti li jifdal, (c)
jieħdu perspettiva ta’ żmien twil meta
jiġu mqabbla l-ispejjeż “taċ-ċiklu tal-ħajja” ta’
opzjonijiet alternattivi għal investiment, (d)
jiżdied l-użu ta’ akkwist pubbliku
ekoloġiku. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-investimenti magħmula bl-appoġġ tal-fondi
tal-QSK jikkunsidraw il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif
ukoll ikunu reżiljenti għall-impatt tal-bidla fil-klima u
d-diżastri naturali bħal riskji akbar tal-għargħar,
is-sħanat qawwija u avvenimenti estremi tat-temp. 3. L-Istati Membri għandhom
iżommu kont tal-infiq marbut mal-bijodiversità bl-użu
tal-metodoloġija ibbażata fuq il-kategoriji ta’ intervent jew
il-miżuri adottati mill-Kummissjoni. 4. Jeħtieġ li
investimenti jkunu wkoll konsistenti mal-ġerarkija tal-ilma, b'enfasi fuq
l-għażliet tal-ġestjoni tad-domanda, fejn l-għażliet
alternattivi tal-provvista għandhom jiġu kkunsidrati biss meta
l-potenzjal għal iffrankar tal-ilma u l-effiċjenza jkunu ġew
eżawriti. L-intervent pubbliku fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart
għandu jikkumplementa l-isforzi mis-settur privat, partikolarment
ir-responsabbiltà tal-produttur. L-azzjonijiet għandhom
jappoġġjaw l-approċċi innovattivi li jippromwovu ekonomija
b’ċirku magħluq, u għandhom ikunu konsistenti mal-ġerarkija
tal-iskart. 6.3 Il-promozzjoni tal-ugwaljanza
bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni 1. Skont l-Artikolu 7,
l-Istati Membri għandhom isegwu l-għan ta’ ugwaljanza bejn
l-irġiel u n-nisa u għandhom jieħdu passi xierqa sabiex
jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni u biex jiżguraw
aċċessibilità matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni,
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ operazzjonijiet
ikkofinanzjati mill-Fondi tal-QSK. L-Istati Membri meta jkollhom fil-mira li
jilħqu l-għanijiet tal-Artikolu 7, għandhom jiddeskrivu
fid-dettall l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, b’mod partikolari
fir-rigward tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-iffissar tal-objettivi
għall-interventi, u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u
r-rappurtar. L-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll analiżi dwar
l-ugwaljanza bejn is-sessi fejn xieraq. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-korpi rilevanti responsabbli
mill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u
l-aċċessibbiltà fis-sħubija, u għandhom jiżguraw
strutturi adegwati skont il-prattiki nazzjonali biex jagħtu pariri dwar
l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà,
sabiex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ fit-tħejjija,
is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-fondi tal-QSK. L-għamla tal-kumitati
ta' monitoraġġ għandha tirrefletti bilanċ bejn is-sessi u
għandha tinkludi għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn
is-sessi/funzjoni ta' responsabbiltà. 3. L-awtoritajiet għandhom
iwettqu regolarment valutazzjonijiet speċifiċi jew
eżerċizzji ta’ awtovalutazzjoni, f’koordinazzjoni mal-kumitati ta’
monitoraġġ, filwaqt li jiffokaw fuq il-prinċipju
tal-applikazzjoni tal-integrazzjoni bejn is-sessi. 4. L-Istati Membri għandhom
jindirizzaw b'mod xieraq, il-bżonnijiet tal-gruppi
żvantaġġati sabiex jippermettulhom jintegraw aħjar fis-suq
tax-xogħol, u sabiex jipparteċipaw b'mod sħiħ
fis-soċjetà. B. L-objettivi ta' politika
trażversali. 6.4 Aċċessibbiltà 1. L-awtoritajiet
amministrattivi għandhom jiżguraw li l-prodotti kollha,
l-oġġetti, is-servizzi u l-infrastrutturi li huma miftuħa jew
offruti għall-pubbliku, u huma kkofinanzjati mill-Fondi tal-QSK, huma
aċċessibbli miċ-ċittadini kollha inklużi dawk
b'diżabilitajiet. B'mod partikolari, l-aċċessibbiltà
għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għat-teknoloġiji
tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, sabiex il-gruppi
żvantaġġjati, inklużi l-persuni b’diżabilità ikollhom
l-inklużjoni żgurata. L-awtoritajiet amministrattivi għandhom
jieħdu azzjonijiet matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-programm
sabiex jidentifikaw u jneħħu l-ostakli eżistenti
għall-aċċessibbiltà jew sabiex jipprevjenu oħrajn
ġodda. 6.5 L-indirizzar tal-bidla
demografika 1. L-isfidi li jirriżultaw
mill-bidla demografika għandhom jiġu kkunsidrati fil-livelli kollha.
L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu użu mill-fondi
tal-QSK sabiex jiżviluppaw strateġiji mfassla apposta, fejn ikun
xieraq, sabiex jindirizzaw problemi demografiċi u sabiex joħolqu
tkabbir marbuta ma’ soċjetà li qed tixjieħ. 2. L-Istati Membri għandhom
jużaw il-Fondi tal-QSK sabiex jieħdu azzjoni li tiffaċilita
l-inklużjoni tal-gruppi tal-etajiet kollha. Huma għandhom b’mod
partikolari jtejbu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-anzjani u
ż-żgħażagħ. L-investimenti f'infrastrutturi
tas-saħħa għandhom iservu l-għan ta' ħajja
tax-xogħol twila u b’saħħitha għaċ-ċittadini
kollha tal-Unjoni. 3. Fir-reġjuni l-aktar
affettwati mill-bidla demografika, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw
miżuri biex: (a)
jappoġġjaw it-tiġdid demografiku
permezz ta’ kundizzjonijiet aħjar għall-familji kif ukoll titjib
fil-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja; (b)
jagħtu spinta lill-impjiegi, iżidu
l-produttività u l-prestazzjoni ekonomika permezz ta’ investiment
fl-edukazzjoni, l-ICT u r-riċerka; (c)
jiffukaw fuq l-adegwatezza u l-kwalità
tal-edukazzjoni u l-istrutturi soċjali ta’ appoġġ; kif ukoll (d)
jiżguraw dispożizzjonijiet
kosteffiċjenti fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul inklużi
l-investiment fis-saħħa, is-saħħa elettronika u
l-infrastruttura. 6.6 Il-mitigazzjoni u l-adattament
għat-tibdil fil-klima Il-mitigazzjoni u l-adattament
għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju għandhom jiġu
integrati fit-tħejjija, il-programmar, l-implimentazzjoni,
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-fondi kollha. Il-viżibilità tal-kontribuzzjonijiet
rigward l-għan ta’ nefqa ta' mill-inqas 20% tal-baġit tal-Unjoni fuq
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għandha tkun żgurata. 7. Arranġamenti sabiex jiġu indirizzati
l-isfidi territorjali 7.1. L-Istati Membri u
r-reġjuni għandhom jieħdu l-passi li ġejjin bl-iskop li
jħejju il-Kuntratti ta' Sħubija u l-programmi tagħhom: (a)
L-analiżi tal-potenzjal u l-kapaċità ta'
żvilupp tal-Istat Membru jew tar-reġjun, partikolarment fir-rigward
tal-isfidi ewlenin li ġew identifikati f’Ewropa 2020, il-Programmi
Nazzjonali ta' Riforma u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiżi. L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu
analiżi ddettaljata tal-karatteristiċi nazzjonali, reġjonali u
lokali; (b)
Evalwazzjoni tal-isfidi ewlenin li għandhom
jiġu indirizzati mir-reġjun jew l-Istat Membru, l-identifikazzjoni
ta' ostakli u nuqqas ta’ konnessjonijiet, lakuni fl-innovazzjoni, inklużi
n-nuqqas ta' kapaċità ta’ ppjanar u implimentazzjoni li jinibixxu
l-potenzjal fit-tul għat-tkabbir u l-impjiegi. Dan jifforma l-bażi
sabiex jkunu identifikati l-oqsma u l-attivitajiet possibbli
għall-prijoritizzazzjoni, l-intervent u l-konċentrazzjon ta’
politiki; (c)
Evalwazzjoni tal-isfidi transsettorjali,
transġurisdizzjonali jew tal-koordinazzjoni transkonfinali, b’mod
partikolari fil-kuntest ta’ strateġiji makroreġjonali u
tal-baċini tal-baħar; (d)
Identifikazzjoni tal-passi sabiex tinkiseb
koordinazzjoni mtejba f’livelli differenti territorjali, u tas-sorsi ta’
finanzjament sabiex jitwassal l-approċċ integrat li jgħaqqad
Ewropa 2020 ma’ partijiet reġjonali u lokali. 7.2. Sabiex jittieħed
inkonsiderazzjoni l-objettiv ta’ koeżjoni territorjali, l-Istati Membri u
r-reġjuni għandhom jiżguraw li approċċ globali
għall-promozzjoni tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv: (a)
jirrifletti l-irwol tal-bliet, iż-żoni
rurali tas-sajd u ż-żoni tal-kosta, żoni li jiffaċċjaw
problemi ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi; (b)
jieħu kont tal-isfidi speċifiċi
tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, tar-reġjuni tat-tramuntana
mbiegħda b'densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna kif ukoll
tal-gżejjer, tar-reġjuni transkonfinali u tar-reġjuni
muntanjużi; (c)
jindirizza ir-rabtiet bejn żoni urbani u
żoni rurali, f'termini ta' aċċess għal infrastrutturi u
servizzi affordabbli u ta’ kwalità, kif ukoll problemi f'reġjuni
b'konċentrazzjoni għolja ta' komunitajiet soċjalment
emarġinati. ANNESS II
Metodu għall-istabbiliment tal-qafas ta’ prestazzjoni 1. Il-qafas ta' prestazzjoni
għandu jkun magħmul minn stadji importanti stabbiliti għal kull
prijorità għas-snin 2016 u 2018, u l-għanijiet għas-sena 2022.
L-istadji importanti u l-għanijiet għandhom jiġu
ppreżentati skont il-forma stabbilita fit-tabella 1. Tabella 1: Forma standard għall-qafas ta’
prestazzjoni Prijorità || Indikatur u unità ta’ kejl, fejn xieraq || Stadju importanti għall-2016 || Stadju importanti għall-2018 || Għan għall-2022 || || || || || || || || || || || || || || || || 2. L-istadji importanti huma
għanijiet intermedji għall-ilħuq tal-objettiv speċifiku ta’
prijorità, li jesprimu l-intenzjoni ta' progress li għandu jkun sar lejn
l-għanijiet stabbiliti għat-tmiem tal-perjodu. L-istadji importanti
stabbiliti għall-2016 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji u
indikaturi tal-produzzjoni. L-istadji importanti stabbiliti għall-2018
għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-produzzjoni u
indikaturi tar-riżultati. L-istadji importanti jistgħu jiġu
stabbiliti wkoll fir-rigward tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni. 3. L-istadji importanti
għandhom ikunu: –
rilevanti, li jħaddnu fihom l-informazzjoni
essenzjali dwar il-progress li jkun sar fi prijorità waħda; –
trasparenti, b’objettivi oġġettivament
verifikabbli u fejn id-dejta tas-sors li tkun ġiet identifikata tkun
disponibbli pubblikament; –
verifikabbli, mingħajr ma jiġi impost
piż amministrattiv sproporzjonat; –
konsistenti matul il-programmi operazzjonali, fejn
xieraq.
ANNESS III Rendikont
dettaljat annwali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-2014 sa l-2020 […] ANNESS IIIter
Il-metodoloġija
rigward l-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi
fost iż-Żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 83 I. Ir-rendikont annwali tal-allokazzjoni
speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost
iż-Żgħażagħ hija ddeterminata skont il-passi li jmiss: 1. In-numru ta' żgħażagħ
qiegħda bejn l-etajiet ta' 15-24 jiġi identifikat fir-reġjuni
fil-livell ta' NUTS 2 li għandhom rati ta' qgħad fost
iż-żgħażagħ ta' aktar minn 25% fl-2012 (minn issa 'l
quddiem "ir-reġjuni eliġibbli"). 2. L-allokazzjoni li tikkorrispondi ma' kull
reġjun eliġibbli huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-proporzjon bejn
in-numru ta' żgħażagħ qiegħda fir-reġjun
eliġibbli u n-numru totali ta' żgħażagħ imsemmija
fil-punt 1 fir-reġjuni eliġibbli kollha. 3. L-allokazzjoni għal kull Stat Membru
hija t-total tal-allokazzjonijiet għal kull reġjun eliġibbli. ' II. L-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva
favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ ma titqiesx
għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-limiti massimi stabbiliti
fl-Anness IIIbis fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi globali. ANNESS IV
Adizzjonalità 1. In-nefqa strutturali pubblika jew
l-ekwivalenti tagħha Iċ-ċifra dwar il-Formazzjoni Grossa
tal-Kapital Fiss fil-kolonna X-1, espressa bħala sehem tal-PDG, skont
it-Tabella 2 tal-Anness 2 tal-"Linji Gwida dwar il-format u
l-kontenut tal-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza"[42], se tintuża biex
tiġi determinata n-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti. 2. Verifika Il-verifiki ta’ addizzjonalità skont
l-Artikolu 86(3) huma soġġetti għar-regoli li ġejjin: 2.1 Verifika ex ante (a)
Meta Stat Membru jissottometti Kuntratt ta'
Sħubija, għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-profil tal-pjan
tan-nefqa fil-forma tat-Tabella 1 hawn taħt. F'dawk l-Istati Membri fejn
ir-reġjuni inqas żviluppati u intermedji jkopru iktar minn 15% u
inqas minn 70% tal-popolazzjoni, l-informazzjoni dwar in-nefqa f'[reġjuni
anqas żviluppati u intermedji] għandha tiġi pprovduta fl-istess
format. Tabella 1 Nefqa tal-Gvern Ġenerali bħala sehem tal-PDG || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 P51 || X || X || X || X || X || X || X (b)
L-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-indikaturi makroekonomiċi ewlenin
u l-previżjonijiet li fuqhom ikun imsejjes il-livell tan-nefqa strutturali
pubblika jew l-ekwivalenti tagħha. (c)
Ladarba jkun hemm qbil min-naħa
tal-Kummissjoni u l-Istat Membri, it-Tabella 1 hawn fuq se tiġi
inkluża fil-Kuntratt ta' Sħubija tal-Istat Membru kkonċernat
bħala l-livell ta' referenza tan-nefqa strutturali pubblika jew
l-ekwivalenti tagħha li trid tinżamm fis-snin 2014-2020. 2.2 Verifika ta’ nofs il-perjodu (a)
Fil-mument tal-verifika ta’ nofs il-perjodu,
jitqies li Stat Membru jkun żamm il-livell tan-nefqa strutturali pubblika
jew l-ekwivalenti tagħha jekk il-medja annwali tan-nefqa fis-snin
2014-2017 tkun ugwali jew ogħla mil-livell ta' referenza tan-nefqa
stabbilit fil-Kuntratt ta' Sħubija. (b)
Wara l-verifika ta’ nofs il-perjodu, il-Kummissjoni
tista’ tirrevedi, b’konsultazzjoni ma’ Stat Membru, il-livell ta’ referenza
tan-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha fil-Kuntratt ta’
Sħubija jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru tkun inbidlet b'mod
sinifikanti mill-adozzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija u l-bidla ma tkunx
ġiet meqjusa fl-istabbilizzazzjoni tal-livell ta' referenza fil-Kuntratt
ta’ Sħubija. 2.3 Verifika ex post Fil-mument tal-verifika ex post,
Stat Membru għandu jitqies li jkun żamm il-livell tan-nefqa
strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha jekk il-medja annwali
tan-nefqa fis-snin 2014-2020 tkun ugwali jew ogħla mil-livell ta'
referenza stabbilit fil-Kuntratt ta' Sħubija. 3. Rati ta’ korrezjoni finanzjarja wara
l-verifika ex post Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li twettaq
korrezzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 86(4), ir-rata ta’ korrezzjoni
finanzjarja għandha tinkiseb billi jitnaqqas 3 % mid-differenza bejn
il-livell ta' referenza fil-Kuntratt ta' Sħubija u l-livell miksub, espress
bħala perċentwali tal-livell ta' referenza, u imbagħad
ir-riżultat jiġi diviż f'10. Il-korrezzjoni finanzjarja
gћandha tiġi stabbilita billi din ir-rata ta’ korrezzjoni
finanzjarja tiġi applikata gћall-kontribuzzjoni mill-Fond lill-Istat
Membru kkonċernat għar-reġjuni inqas żviluppati u
għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni fil-perjodu sħiħ ta’
programmazzjoni. Jekk id-differenza bejn il-livell ta’
referenza fil-Kuntratt ta’ Sħubija u l-livell miksub, espressa bħala
perċentwali tal-livell ta’ referenza fil-Kuntratt ta’ Sħubija, tkun
3 % jew inqas, m’għandha ssir l-ebda korrezzjoni finanzjarja. Il-korrezjoni finanzjarja m’għandhiex
tkun aktar minn 5% tal-allokazzjoni tal-Fondi lill-Istat Membru kkonċernat
għar-reġjuni inqas żviluppati u għar-reġjuni ta’
tranżizzjoni fil-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni. . ANNESS V
Kondizzjonalitajiet ex ante Kondizzjonalitajiet
tematiċi ex ante Objettivi tematiċi || Kondizzjonalità ex ante || Kriterji li għandhom jiġu sodisfatti 1. It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni (l-għan għar-R&Ż) (imsemmija fl-Artikolu 9(1)) || 1.1. Riċerka u innovazzjoni: L-eżistenza ta’ strateġija nazzjonali jew reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti b’konformità mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, biex tiġi sfruttata n-nefqa privata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, li tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sistemi ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali bi prestazzjoni tajba[43]. || – Ikun hemm strateġija ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti li: – tkun imsejsa fuq analiżi SWOT biex jiġu kkonċentrati r-riżorsi fuq sett limitat ta’ prijoritajiet ta’ riċerka u innovazzjoni; – tindika l-miżuri li jħeġġu l-investiment privat fir-Riċerka u l-Iżvilupp; – tinkludi sistema ta' monitoraġġ u reviżjoni. – Stat Membru adotta qafas li jiddeskrivi b'mod ġenerali r-riżorsi tal-baġit disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni; – Stat Membru adotta pjan multiannwali għall-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta’ investimenti marbuta ma' prijoritajiet tal-UE (Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka - ESFRI). 2. It-titjib tal-aċċessibbiltà għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-użu u l-kwalità tagħhom (l-għan tal-Broadband) (imsemmija fl-Artikolu 9(2)) || 2.1. Tkabbir diġitali: L-eżistenza fi ħdan l-istrateġija ta' innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti ta’ kapitolu espliċitu għat-tkabbir diġitali biex tiġi stimulata d-domanda għal servizzi privati u pubbliċi li jintlaħqu mill-but ta' kulħadd, ta' kwalità tajba u interoperabbli, megħjuna mill-ICT u biex ikun hemm żieda fl-għażla tagħhom miċ-ċittadini, inklużi gruppi vulnerabbli, negozji u amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll inizjattivi transkonfinali. || – Ikun hemm kapitolu dwar it-tkabbir diġitali fi ħdan l-istrateġija ta’ innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti li jkun fih: – l-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta’ azzjonjiet permezz ta’ analiżi SWOT imwettqa b’allinjament mat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[44]; – analiżi tal-appoġġ għall-ibbilanċjar fir-rigward tad-domanda u l-provvista ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) li kellhom jitwettqu; – għanijiet li jistgħu jitkejlu fir-rigward ta' riżultati u interventi fil-qasam tal-litteriżmu diġitali, il-kapaċitajiet, l-inklużjoni elettronika, l-aċċessibilità elettronika u s-saħħa elettronika li jkunu allinjati mal-istrateġiji settorjali nazzjonali jew reġjonali, eżistenti u rilevanti. – evalwazzjoni tal-ħtiġijiet biex jissaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-ICT. 2.2. Infrastrutturi ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA): L-eżistenza ta’ Pjanijiet nazzjonali ta’ NGA (“Next Generation Access”) li jqisu l-azzjonijiet reġjonali sabiex jilħqu l-miri tal-UE għal aċċess għall-Internet veloċi ħafna[45], li jiffukaw fuq iż-żoni fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd u ta’ kwalità adegwata b’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u biex jipprovdu servizzi aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli. || – Ġie stabbilit pjan nazzjonali NGA li jinkludi: – pjan ta' investimenti tal-infrastruttura permezz tal-ġbir tad-domanda u ta' tfassil ta' infrastruttura u servizzi, aġġornat b'mod regolari; – mudelli ta' investiment sostenibbli li jtejbu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal infrastruttura u servizzi li jkunu miftuħa, affordabbli, ta' kwalità u li jgħoddu għall-ġejjieni; – miżuri li jistimulaw l-investiment privat. 3. It-tisħiħ tal-kompetittività ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) (imsemmija fl-Artikolu 9(3)) || 3.1. Twettqu azzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) u għar-Reviżjoni tiegħu tat-23 ta’ Frar 2011[46] inkluż il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir". || – L-azzjonijiet speċifiċi jinkludu: – mekkaniżmu ta’ monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-SBA inkluż korp inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet tal-SMEs fil-livelli amministrattivi differenti (“Rappreżentant tal-SMEs”); – miżuri sabiex jonqos iż-żmien sabiex jinfetaħ negozju sa 3 ijiem ta’ xogħol u l-ispejjeż għal EUR 100; – miżuri sabiex jonqos iż-żmien meħtieġ għall-kisba tal-liċenzji u l-permessi sabiex wieħed jibda u jwettaq l-attività speċifika ta’ impriża għal 3 xhur; – mekkaniżmu għall-valutazzjoni sistematika tal-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq l-SMEs bl-użu ta' "Test tal-SMEs", filwaqt li jitqiesu d-daqsijiet differenti tal-intrapriżi, meta dan ikun rilevanti. 3.2. Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva (2011/7/UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali[47]. || – Traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (sas-16 ta’ Marzu 2013). 4. l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha; (imsemmija fl-Artikolu 9(4)) || 4.1. L-effiċjenza enerġetika: Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva (2010/31/UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar il-prestazzjoni tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva[48]. Konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta’ serra biex jintlaħqu l-impenji tal-Komumnità ta’ tnaqqis ta’ emmissjoni ta’ gassijiet bl-effett ta’ serra sal-2020[49]. Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija u s-servizzi tal-enerġija[50]. Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar il-promozzjoni tal-koġenerazzjoni bbażata fuq talba utli fis-suq intern tal-enerġija u li temenda d-Direttiva 92/42KEE[51]. || – Implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni tal-eġerġija tal-bini meħtieġ b’konformità mal-Artikolu 3, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/31/UE – L-adozzjoni ta’ miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini skont l-Artkolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE; – Twettiq tar-rata meħtieġa ta' rinnovazzjoni ta' binjiet pubbliċi; – Il-klijenti aħħarin jiġu pprovduti individwalment b'arloġġi tal-kejl; – L-effiċjenza fit-tisħin u t-tkessieħ hija promossa skont id-Direttiva 2004/8/KE. 4.2. Enerġija li tiġġedded: Traspożizzjoni f’liġi nazzjonali tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn għejun rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi (2001/77/KE) u (2003/30/KE) [52]. || – Stat Membru implimenta skemi ta' appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għan-netwerk u fil-kunsinna, regoli standard relatati mal-ħlas u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż ta' adattamenti tekniċi li jkunu saru pubbliċi; – Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija li tiġġedded skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE. 5. Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju marbut miegħu (L-għan tat-tibdil fil-klima) (imsemmi fl-Artikolu 9(5) || 5.1. Prevenzjoni tar-riskju u ġestjoni tal-kriżi: L-eżistenza ta’ evalwazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri, li jqisu l-adattament għat-tibdil fil-klima[53]. || – Għandha ssir evalwazzjoni nazzjonali jew reġjonali tar-riskju li tinkludi: – Deskrizzjoni tal-proċess, metodoloġija, metodi u dejta mhux sensittiva użati għall-valutazzjoni nazzjonali tar-riskju; – Deskrizzjoni tax-xenarji b’riskju wieħed u b’diversi riskji; – Il-kunsiderazzjoni, fejn xieraq, ta' strateġiji nazzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima; 6. Il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi (imsemmija fl-Artikolu 9(6)) || 6.1. Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta' a) politika tal-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribuzzjoni adegwata tal-użu differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma[54]. || – Stat Membru żgura li jkun hemm kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma biex jirkupra l-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma skont is-settur skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE. – L-adozzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara għad-distrett tal-baċir tax-xmara fejn se jseħħu l-investimenti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma[55]. 6.2. Is-settur tal-ilma: Implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi[56], b’mod partikolari l-iżvilupp ta' pjanijiet tal-ġestjoni tal-iskart skont id-Direttiva u skont il-klassifikazzjoni tal-iskart. || – Stat Membru ħejja rapport għall-Kummissjoni dwar il-progress li qed isir lejn l-għanijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet u l-azzjonijiet li hemm il-ħsieb li jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet; – Stat Membru żgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jistabbilixxu, f'konformità mal-Artikoli 1, 4, 13 u 16 tad-Direttiva 2008/98/KE, pjan għall-immaniġġjar tal-iskart wieħed jew aktar skont ir-rekwiżit tal-Artikolu 28 tad-Direttiva; – Mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2013, Stat Membru stabbilixxa, skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, programmi ta' prevenzjoni tal-iskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva; – Stat Membru ħa l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-għan tal-2020 dwar l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. 7. il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin (imsemmija fl-Artikolu 9(7)) || 7.1. Triq: L-eżistenza ta’ pjan tat-trasport nazzjonali komprensiv li jinkludi prijoritizzazzjoni xierqa ta’ investimenti fil-qalba tan-Netwerk Ewropew tal-Infrastruttura tat-Trasport (TEN-T) , fin-netwerk komprensiv (investimenti oħra għajr it-TEN-T ewlieni) u fil-konnettività sekondarja (inkluż it-trasport pubbliku fil-livell reġjonali u lokali). || – Ikun hemm pjan tat-trasport komprensiv li jinkludi: – prijoritizzazzjoni ta’ investimenti fin-netwerk TEN-T ewlieni, fin-netwerk komprensiv u fil-konnettività sekondarja. Il-prijoritizzazzjoni għandha tqis il-kontribuzzjoni tal-investimenti fil-mobilità, fis-sostenibbiltà, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta' serra u l-kontribut għaż-żona tat-trasport Unika Ewropea; – sensiela ta’ proġetti realistiċi u maturi (inklużi skeda ta' tqassim biż-żmien, il-qafas tal-baġit); – evalwazzjoni ambjentali strateġika li tissodisfa r-rekwiżiti legali għall-pjan tat-trasport; – miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu sensiela ta' proġetti. 7.2. Ferrovija: Li fil-pjan nazzjonali u komprensiv ta' trasport ikun hemm kapitolu iddedikat għall-iżvilupp tal-ferrovija li jipprijoritizza kif xieraq l-investimenti fil-qalba tan-netwerk tan-Netwerk Trans Ewropew tal-Infrasruttura tat-Trasport (TEN-T), fin-netwerk komprensiv (investimenti oħra barra minn dawk fil-qalba tat-TEN-T) u fil-konnettività sekondarja tas-sistema tal-ferrovija skont il-kontributi fil-mobilità, fis-sostenibilità, fl-effetti wiesa' tan-netwerk nazzjonali u Ewropew. L-investimenti jkopru assi mobbli u l-interoperabilità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet. || – Ikun hemm kapitolu dwar l-iżvilupp tal-ferroviji fi ħdan il-pjan tat-trasport komprensiv li jinkludi: – sensiela ta’ proġetti realistiċi u maturi (inkluż skeda ta’ tqassim skont iż-żmien, qafas tal-baġit); – evalwazzjoni ambjentali strateġika li tissodisfa r-rekwiżiti legali għall-pjan tat-trasport; – miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu sensiela ta' proġetti. 8. il-promozzjoni tal-impjegar u l-appoġġ għall-mobbiltà tax-xogħol (L-għan tal-impjieg) (imsemmija fl-Artikolu 9(8)) || 8.1. L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies li mhumiex attivi, inklużi inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol: Politiki attivi tas-suq tax-xogħol jiġu mfassla u mwassla skont il-Linji Gwida tal-Impjiegi[57]; || – Is-servizzi tal-impjieg ikollhom il-kapaċità li jwettqu u jwasslu: – servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol; – antiċipazzjoni u għotja ta’ pariri dwar opportunitajiet ta' impjieg fuq perjodu ta' żmien twil maħluqa minn bidliet strutturali fis-suq tax-xogħol bħall-bidla għal livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; – informazzjoni trasparenti u sistematika dwar postijiet tax-xogħol battala. – Is-servizzi tal-impjieg stabbilixxew netwerks ma' min iħaddem u mal-istituzzjonijiet edukattivi. 8.2. Impjieg indipendenti, imprenditorija u l-ħolqien ta' negozju: li jkun hemm strateġija komprensiva għal għajnuna komprensiva biex wieħed jibda negozju skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar[58] u b'koerenza mal-linji gwida dwar l-Impjiegi u l-Linji Gwida Ġenerali dwar il-politika fil-qasam tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-Unjoni[59] fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jippermettu li jinħoloq ix-xogħol. || – Ikun hemm strateġija komprensiva u inklużiva fis-seħħ li tinkludi: – miżuri biex iż-żmien biex jiġu stabbiliti negozji jitnaqqas sa tliet ijiem tax-xogħol u l-ispiża titnaqqas sa €100; – miżuri biex iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża jitnaqqas għal tliet xhur; – azzjonjiet marbuta ma’ servizzi adattati tal-iżvilupp tan-negozju u servizzi finanzjarji (aċċess għall-kapital) inkluż l-involviment ta' gruppi u żoni żvantaġġjati. 8.3. Modernizzazzjoni u tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet biex tittejjeb il-mobilità transnazzjonali tax-xogħol[60]: - L-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol huma mmodernizzati u msaħħa b'konformità mal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi; - Riformi fl-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol se jkunu ppreċeduti minn strateġija ċara u valutazzjoni ex ante, inkluża d-dimensjoni tal-ugwaljanza tas-sessi. || – Azzjonijiet biex jiġu rriformati s-servizzi tal-impjieg, bil-għan li tingħatalhom il-kapaċità li jwasslu[61]: – servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol; – għotja ta’ pariri dwar opportunitajiet ta' impjieg fuq perjodu ta' żmien twil maħluqa minn bidliet strutturali fis-suq tax-xogħol bħall-bidla għal livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; – informazzjoni trasparenti u sistematika dwar opportunitajiet ġodda tax-xogħol aċċessibbli fil-livell tal-Unjoni. – Ir-riforma tas-servizzi tal-impjieg se tinkludi l-ħolqien ta’ netwerks ma min iħaddem u mal-istituzzjonijiet edukattivi. 8.4. Xjuħija attiva u b'saħħitha: Politiki għal xjuħija attiva jiġu mfassla u mwassla skont il-Linji Gwida tal-Impjiegi[62] || – Azzjonijiet biex jinkisbu riżultati fl-isfidi ta' xjuħija attiva u b'saħħitha[63]: – il-partijiet interessati kollha rilevanti huma involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki dwar xjuħija attiva; – Stat Membru għandu miżuri fis-seħħ biex jippromwovi xjuħija attiva u biex inaqqas l-irtirar bikri. || 8.5. Adattamet ta’ ħaddiema, impriżi u intraprendituri għall-bidla: L-eżistenza ta’ politiki bil-għan li jiffavorixxu l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tajba tal-bidla u r-ristrutturar fil-livelli rilevanti kollha (nazzjonali, reġjonali, lokali u settorjali) [64]. || – Ikun hemm fis-seħħ strumenti effettivi li jappoġġjaw lill-imsieħba soċjali u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu żviluppati metodi proattivi lejn il-bidla u r-ristrutturar. || 8.6. Integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena li m'għandhomx impjieg, mhumiex studenti u mhux qed jitħarrġu: L-eżistenza ta' qafas ta' politika strateġika komprensiva għall-ksib tal-għanijiet tal-Pakkett għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ u b'mod partikulari għat-twaqqif ta' skema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' [xxx] || – Qafas ta' politika strateġika komprensiva għall-ksib tal-għanijiet tal-Pakkett għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ u b'mod partikulari għat-twaqqif ta' skema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ f'konformita mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' [xxx] tkun fis-seħħ, li: – tkun ibbażata fuq evidenza li tkejjel ir-riżultati għaż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena li m'għandhomx impjieg, mhumiex studenti u mhux qed jitħarrġu: - tipprevedi sistema għall-ġbir u l-analiżi ta' dejta u informazzjoni dwar l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ f'livelli rilevanti li tipprovdi bażi suffiċjenti ta' evidenza biex tiżviluppa politiki mmirati u tissorvelja l-iżviluppi, b'valutazzjonijiet kontrofattwali fejn ikun meħtieġ – tidentifika l-awtorita pubblika rilevanti responsabbli biex twaqqaf u ġġestixxi l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u tikkoordina s-sħubiji fil-livelli u s-setturi kollha; – tinvolvi lill-partijiet interessati kollha li huma rilevanti għall-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; – hija bbażata fuq interventi u attivazzjoni bikrija; – - Tinkludi miżuri ta' sostenn għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, inklużi ħiliet li jtejbu l-miżuri u miżuri relatati mas-suq tax-xogħol. 9. L-investiment fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja (L-għan tal-edukazzjoni) (imsemmi fl-Artikolu 9(10) || 9.1. Tluq bikri mill-iskola: L-eżistenza ta’ strateġija komprensiva biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola (ESL) skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar politika biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel[65]. || – Ikun hemm sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni dwar l-ESL f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali li: – tipprovdi bażi ta' evidenza suffiċjenti biex jiġu żviluppati politiki ffukati; – tintuża sistematikament biex isir monitoraġġ tal-iżviluppi fil-livell rispettiv. – Ikun hemm strateġija dwar l-ESL hija li: – tkun imsejsa fuq l-evidenza; – tkun komprensiva (pereżempju tkopri s-setturi edukattivi kollha inklużi dawk tal-iżvilupp bikri tat-tfal) u tindirizza b'mod adegwat il-miżuri ta’ prevenzjoni, ta' intervent u ta’ kumpens; – tistabbilixxi objettivi li jkunu konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar politiki sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola; – tolqot is-setturi kollha, u tinvolvi u tikkordina s-setturi tal-politika u l-partijiet interessati kollha li huma rilevanti biex jindirizzaw l-ESL. 9.2. Edukazzjoni għolja: L-eżistenza ta’ strateġiji nazzjonali jew reġjonali biex jiżdiedu l-kisbiet, il-kwalità u l-effiċjenza fl-edukazzjoni terzjarja skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni ogħlja fl-Ewropa[66]. || – Ikun hemm stratreġija nazzjonali jew reġjonali għall-edukazzjoni terzjarja hija li tinkludi: – miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-kisba li: – ittejjeb il-gwida pprovduta lil studenti prospettivi; – iżżid il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja fost il-gruppi bi dħul baxx u gruppi oħra li mhumiex rappreżentati biżżejjed. – iżżid il-parteċipazzjoni ta' studenti adulti; – (fejn meħtieġ) tnaqqas ir-rati tat-tluq mill-iskola/ittejjeb ir-rati ta’ studenti li jibqgħu sal-aħħar u jispiċċaw l-iskola; – miżuri biex tiżdied il-kwalità li: – tinkoraġġixxi kontenut u tfassil ta' programmi innovattivi; – tippromwovi standards għoljin ta’ kwalità fit-tagħlim; – miżuri biex tiżdied l-impjegabiltà u l-intraprenditorija li: – jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ "ħiliet trasversali", inkluż l-intraprenditorija fil-programmi kollha ta’ edukazzjoni ogħla; – inaqqsu d-differenzi bejn is-sessi f’termini ta’ għażliet akkademiċi u vokazzjonali u jinkoraġġixu lill-istudenti sabiex jagħżlu karrieri f’setturi fejn mhumiex rappreżentati biżżejjed sabiex titnaqqas is-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol. – jiżguraw tagħlim infurmat permezz ta’ għarfien minn riċerka u żviluppi fil-prattiki tan-negozju. 9.3. It-tagħlim tul il- ħajja: L-eżistenza ta’ qafas ta’ politika nazzjonali u/jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja f’konformità mal-gwida tal-politika fuq livell tal-UE[67]. || – Ikun hemm qafas ta’ politika nazzjonali jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja li jinkludi: – miżuri għall-appoġġ tal-implimentazzjoni u t-titjib tal-ħiliet għat-tagħlim tul il-ħajja (LLL) u l-involviment ta', u s-sħubija ma' partijiet interessati, inklużi l-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; – miżuri biex jitwasslu b'effettività l-iżvilupp ta' ħiliet għal żgħażagħ f’taħriġ vokazzjonali, adulti, nisa li jirritornaw fis-suq tax-xogħol, ħaddiema bi ftit kwalifiki u ħaddiema ikbar fl-età, u gruppi oħra żvantaġġjati; – miżuri biex iwessgħu l-aċċess għal-LLL (“Life-Long Learning”) anki permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-għodod ta’ trasparenza (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki, Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, Assigurazzjoni Ewropea tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali) u l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-servizzi ta’ tagħlim tul il-ħajja (gwida għall-edukazzjoni u t-taħriġ, validazzjoni); – miżuri biex tittejjeb ir-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ u biex tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta' gruppi identifikati. 10. Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar (l-għan dwar il-faqar) (imsemmija fl-Artikolu 9(9)) || 10.1. Inklużjoni attiva Integrazzjoni ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma: - L-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol[68] u l-linji gwida dwar l-Impjiegi. - Hemm fis-seħħ strateġija nazzjonali għall-inklużjoni tar-Roma skont il-Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma[69]. - Il-provvista ta’ appoġġ għal partijiet interessati rilevanti fl-aċċess għall-Fondi. || – Ikun hemm strateġija nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar li: – tkun imsejsa fuq l-evidenza. Din teħtieġ sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni li tipprovdi prova biżżejjed sabiex jiġu żviluppati politiki għat-tnaqqis tal-faqar. Din is-sistema tintuża sabiex tissorvelja l-iżviluppi; – tkun konformi mal-għan tal-esklużjoni nazzjonali tal-faqar u soċjali (kif definit fl-NRP), li jinkludi l-estensjoni tal-opportunitajiet ta’ impjiegi għal gruppi żvantaġġjati; – tinkludi kartografija tal-konċentrazzjoni territorjali lil hinn mil-livell reġjonali/NUTS 3 ta' gruppi marġinalizzati u żvantaġġjati inklużi r-Roma; – turi li l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati rilevanti huma involuti fit-tfassil tal-inklużjoni attiva; – tinkludi l-miżuri għal bdil minn kura residenzjali għal waħda bbażata fuq il-komunità; – tindika b’mod ċar il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha. – Ikun hemm strateġija nazzjonali tal-inklużjoni tar-Roma li: – tistabbilixxi objettivi nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma biex titnaqqas id-diskrepanza bejn ir-Roma u l-popolazzjoni ġenerali. Bħala minimu, dawn l-objettivi għandhom jindirizzaw l-erba’ għanijiet tal-UE għall-integrazzjoni tar-Roma marbuta mal-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. – tkun koerenti mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma; – tidentifika, fejn ikun rilevanti, dawk il-mikroreġjuni żvantaġġjati jew iż-żoni residenzjali ssegregati, fejn il-komunitajiet huma l-iktar imċaħħda, bl-użu ta' indikaturi soċjoekonomiċi u territorjali diġà disponibbli (jiġifieri livell baxx ħafna ta' edukazzjoni, qgħad persistenti, etc.) – talloka ammont suffiċjenti ta’ fondi mill-baġits nazzjonali, li għandhom jiġu ssuplimentati mill-iffinanzjar internazzjonali u tal-UE, meta dan ikun xieraq. – tinkludi metodi stretti ta’ monitoraġġ li jevlawaw l-impatt tal-azzjonijiet għall-integrazzjoni tar-Roma u mekkaniżmu ta’ reviżjoni għall-adattazzjoni tal-istrateġija. – tkun imfassla, implimentata u sorveljata b’kooperazzjoni mill-qrib u bi djalogu kontinwu mas-soċjetà ċivili tar-Roma, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali. – ikun fiha punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-istrateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma mal-awtorità biex jiġu kkoordinati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija. – Il-partijiet interessati relevanti jingħataw appoġġ biex iressqu applikazzjonijiet tal-proġett u biex jimplimentaw u jiġġestixxu l-proġetti magħżula 10.2. Is-saħħa: L-eżistenza ta' strateġija nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li tiżgura aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità u s-sostenibbiltà ekonomika. || – Ikun hemm strateġija nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li: – Ikun ifha miżuri koordinati biex jitjieb l-aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità; – ikun fiha miżuri biex tiġi stimulata l-effiċjenza fis-settur tas-saħħa, anki permezz tal-użu tat-teknoloġiji innovattivi effettivi, mudelli għall-għoti ta’ servizzi u l-infrastruttura; – tinkludi sistema ta' monitoraġġ u reviżjoni. – Stat Membru jew reġjun adotta qafas li jiddeskrivi riżorsi baġitarji disponibbli għall-kura tas-saħħa. 11. It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti (imsemmija fl-Artikolu 9(11)) || L-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri: - L-eżistenza ta’ strateġija għar-rinfurzar tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri inkluża ir-riforma amministrattiva pubblika[70] || – Ġiet stabbilita strateġija għat-tisħiħ tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri u tinsab fil-proċess li tkun implimentata[71]. L-istrateġija tinkludi: – analiżi u ppjanar strateġiku ta' azzjonijiet ta' riforma fuq il-livell legali, organizzattiv u/jew proċedurali; – l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni ta' kwalità; – azzjonijiet integrati għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi; – the development and implementation of human resources strategies and policies covering the recruitment plans and career paths of staff, competence building and resourcing; – l-iżvilupp tal-ħiliet fil-livelli kollha; – the development of procedures and tools for monitoring and evaluation. (ma ġietx tradotta fid-dokument tal-Kummissjoni) Kondizzjonalitajiet Ġenerali ex ante Erja || Kundizzjonalità ex ante || Kriterji li għandhom jiġu sodisfatti 1. Kontra d-diskriminazzjoni || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[72] u d-Direttiva 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità[73] || – L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tad-Direttiva tal-UE (2000/78/KE) u d-Direttiva (2000/43/KE) dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni tiġi żgurata permezz ta': – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-sorveljanza tad-direttivi tal-UE dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni; – strateġija għal taħriġ u tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – Miżuri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-direttivi tal-UE dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni. 2. Ugwaljanza bejn is-sessi || L-eżistenza ta’ strateġija għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħha. || – Implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi ta’ strateġija espliċita għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma żgurati permezz ta’: – sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-indikaturi maqsuma skont is-sess u sabiex jiġu żviluppati politiki tas-sessi bbażati fuq il-provi; – pjan u kriterji ex ante għall-integrazzjoni tal-għanijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ standards u linji gwidi dwar is-sessi; – mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni inkluż l-involviment ta’ korp dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kompetenzi rilevanti biex jiġu abbozzati, immonitorjati u evalwati l-interventi. 3. Diżabbiltà || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà. [74] || – Implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà huma żgurati permezz ta’ : – Implimentazzjoni ta’ miżuri f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-NU sabiex ikun hemm prevenzjoni, jiġu identifikati u eliminati ostakli u xkiel għall-aċċessibilità tal-persuni b'diżabbiltà; – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni u s-superviżjoni tal-Konvenzjoni tan-NU f’konformità mal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni; – pjan għal taħriġ u tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – miżuri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU inklużi l-arranġamenti xierqa għas-sorveljar tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibilità. 4.. Akkwist pubbliku || L-eżistenza ta' mekkaniżmu li jiżgura li jkun hemm sorveljanza xierqa u implimentazzjoni u applikazzjoni effettiva tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE u superviżjoni adegwata. || – Implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE huma żgurati permezz ta’: – traspożizzjoni kompleta tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE; – arranaġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-liġi tal-UE dwar l-akkwisti pubbliċi; – miżuri li jiżguraw superviżjoni u sorveljanza adegwati tal-proċeduri trasparenti ta’ għoti ta’ kuntratti u informazzjoni adegwata dwarhom; – strateġija għal taħriġ u tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – Miżuri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-akkwisti pubbliċi. 5. Għajnuna mill-Istat || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat || – Implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat huma żgurati permezz ta’: – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; – strateġija għal taħriġ u tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – miżuri sabiex tissaħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. 6. Leġiżlazzjoni ambjentali relatata mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni relatati mal-EIA u l-SEA skont id-Direttiva (85/337/KEE) tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[75] u d-Direttiva (2001/42/KE) tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[76]. || – Implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni hija żgurata permezz ta’: – traspożizzjoni sħiħa u korretta tad-direttivi VIA u VAS; – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tad-Direttivi VIA u VAS; – strateġija għal taħriġ u tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi VIA u VAS; – miżuri sabiex tiġi żgurata kapaċità amministrattiva suffiċjenti. 7. Sistemi statistiċi u indikaturi tar-riżultati || L-eżistenza ta’ sistema statistika meħtieġa sabiex jitwettqu evalwazzjonijiet bil-għan li jiġu vvalutati l-effettività u l-impatt tal-programmi. +L-eżistenza ta’ sistema effettiva ta’ indikaturi tar-riżultati meħtieġa sabiex jiġi sorveljat il-progress lejn riżultati u sabiex titwettaq evalwazzjoni tal-impatt. || – Pjan multiannwali għall-ġbir u l-aggregazzjoni fil-ħin ta’ dejta huwa fis-seħħ li jinkludi: – l-identifikazzjoni ta’ sorsi u mekkaniżmi sabiex jiżguraw validazzjoni statistika; – arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika. – sistema effettiva ta’ indikaturi tar-riżultati li jinkludu: – l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull programm li jipprovdu informazzjoni dwar dawk l-aspetti ta’ benessri u progress tal-persuni li jimmotivaw l-azzjonijiet politiċi ffinanzjati mill-programm; – it-tfassil ta’ miri għal dawn l-indikaturi; – għal kull indikatur, ir-rispett tar-rekwiżiti li ġejjin: robustezza u validazzjoni statistika, ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, rispons għall-politika, ġbir fil-ħin u disponibbiltà pubblika tad-dejta; – proċeduri adegwati fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li kull operazzjoni ffinanzjata mill-programm tadotta sistema effettiva ta’ indikaturi. ANNESS VI Informazzjoni
u komunikazzjoni dwar appoġġ mill-Fondi 1. Lista ta’ operazzjonijiet Il-lista ta’ operazzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 105(2) għandha tinkludi, mill-inqas f’waħda mil-lingwi
uffiċjali tal-Istat Membru, l-oqsma tad-dejta li ġejjin: –
Isem tal-benefiċjarju (entitajiet legali biss;
m’għandhomx jissemmew persuni fiżiċi); –
Isem l-operazzjoni; –
Sommarju tal-operazzjoni; –
Id-data ta’ bidu tal-operazzjoni; –
Id-data ta’ tmiem l-operazzjoni (data mistennija
għat-tlestija fiżika jew għall-implimentazzjoni sħiħa
tal-operazzjoni); –
In-nefqa totali eliġibbli allokata
għall-operazzjoni; –
Ir-rata ta’ kofinanzjar tal-UE (għal kull assi
ta’ prijorità); –
Kodiċi postali tal-operazzjoni; –
Pajjiż; –
Isem il-kategorija tal-intervenzjoni
għall-operazzjoni; –
Data tal-aħħar aġġornament
tal-lista ta’ operazzjonijiet. L-intestaturi tat-taqsimiet tad-dejta u
l-ismijiet tal-operazzjonijiet għandhom jiġu pprovduti wkoll
f’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Miżuri ta’ informazzjoni u
pubbliċità għall-pubbliku L-Istat Membru, l-awtorità ta' ġestjoni u
l-benefiċjarji għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex
jipprovdu informazzjoni u pubbliċità lill-pubbliku dwar operazzjonijiet
appoġġati minn programm operazzjonali skont dan ir-Regolament. 2.1. Ir-responsabilitajiet
tal-Istat Membru u tal-awtorità ta' ġestjoni 1. L-Istat Membru u l-awtorità
ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw ruħhom li l-miżuri ta’
informazzjoni u ta’ pubbliċità jiġu implimentati skont
l-istrateġija ta’ komunikazzjoni u li dawn il-miżuri jkollhom
fil-mira l-aktar kopertura wiesgħa possibbli tal-midja billi jintużaw
forom u metodi ta’ komunikazzjoni varji fuq il-livell xieraq. 2. L-Istat Membru u l-awtorità
ta’ ġestjoni għandhom ikunu responsabbli għall-organizzazzjoni
ta’ mill-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li
ġejjin: (a)
attività informattiva kbira li tippubbliċizza
t-tnedija tal-programm operazzjonali; (b)
mill-inqas attività ta’ informazzjoni waħda
prinċipali kull sena li tippromwovi l-opportunitajiet ta' finanzjament u
l-istrateġiji segwiti u tippreżenta l-kisbiet tal-programm
operazzjonali, inkluż, fejn rilevanti, proġetti kbar, pjanijiet ta’
azzjoni konġunta u eżempji oħra ta’ proġetti; (c)
wiri tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea quddiem
il-bini ta’ kull awtorità amministrattiva, jew f’post viżibbli
għall-pubbliku; (d)
pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’
operazzjonijiet skont it-taqsima 1; (e)
l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet,
skont kull programm operazzjonali, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit
elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz
tal-portal tas-sit elettroniku uniku; l-eżempji għandhom ikunu
f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mitkellma ħafna għajr
il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat; (f)
l-aġġornar tal-informazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin
tiegħu, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku
tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal
tas-sit elettroniku uniku. 3. F’konformità mal-liġi u
l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità,
l-awtorità amministrattiva għandha tinvolvi lill-korpi li ġejjin: (a)
l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5; (b)
ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif
ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati
Membri; (c)
istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka. Dawn il-korpi għandhom ixerrdu ħafna
l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 105(1)(a) u (b). 2.2. Ir-responsabbiltajiet
tal-benefiċjarji 1. Il-miżuri kollha
tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fornuti mill-benefiċjarju
għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni
billi juru: (a)
l-emblema tal-UE, skont il-karatteristiċi
tekniċi stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni
taħt l-Artikolu 105(4), flimkien ma’ referenza għall-Unjoni
Ewropea; (b)
referenza għall-Fond jew Fondi li
jappoġġjaw l-operazzjoni. 2. Matul l-implimentazzjoni ta’
operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-pubbliku dwar
l-appoġġ miksub mill-Fondi billi: (a)
jipprovdi fuq il-websajt tal-benefiċjarju,
fejn tkun teżisti tali websajt, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni,
inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet
dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea; (b)
it-tqegħid ta’ tal-inqas kartellun wieħed
bl-informazzjoni dwar il-proġett (b’daqs minimu ta’ A3), inkluż
l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea, f’post li jolqot għajn
il-pubbliku, bħal fl-entrata ta’ bini. 3. Għall-operazzjonijiet
appoġġjati mill-FSE, u f’każijiet xierqa
għall-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEŻR jew mill-Fond
ta’ Koeżjoni, il-benefiċjarju għandu jiżgura li dawk li
jieħdu sehem f’operazzjoni ġew informati b’dan l-iffinanzjar. Kull dokument, inkluż kull attendenza jew
ċertifikat ieħor, li jikkonċerna dik l-operazzjoni għandu
jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-programm operazzjonali kien
sostnut mill-Fond jew Fondi. 4. Matul l-implimentazzjoni ta’
operazzjoni tal-FEŻR jew tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-benefiċjarju
għandu jtella’, f’post li jolqot għajn il-pubbliku, kartellun
temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti
fl-iffinanzjar ta’ operazzjonijiet tal-infrastruttura jew bini li għalih
l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż
il-EUR 500 000. 5. Mhux aktar tard minn tliet
xhur wara t-tlestija ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jtella’
plakka jew kartellun permanenti ta' daqs sinifikanti f'post viżibbli sew
mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li ġejjin: (a)
l-appoġġ pubbliku totali
għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000; (b)
l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’
oġġett fiżiku, jew fil-finanzjament ta’ infrastruttura jew ta’
operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni. Il-plakka jew il-kartellun għandhom
jiddikjaraw it-tip, l-isem u l-għan tal-operazzjoni u għandu
jitħejja skont il-karatteristiċi tekniċi adottati
mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105(4). 3. Miżuri ta’ informazzjoni għal
benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji 3.1. Miżuri ta’ informazzjoni
għal benefiċjarji potenzjali 1. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura, skont l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, li
l-istrateġija, l-objettivi u l-opportunitajiet ta’ finanzjament
tal-programm operazzjonali offruti minn appoġġ konġunt
mill-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru, jixxerrdu b’mod wiesgħa
lill-benefiċjarji potenzjali u lill-partijiet interessati kollha,
bid-dettalji tal-appoġġ finanzjarju mill-Fondi kkonċernati. 2. L-awtorità amministrattiva
għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali huma informati dwar
tal-inqas dan li ġej: (a)
il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq
li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika
għall-appoġġ taħt programm operazzjonali; (b)
deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu
eżaminati applikazzjonijiet għal finanzjament u l-perjodi ta'
żmien involuti; (c)
il-kriterji għall-għażla
tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati; (d)
il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali
jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi
operazzjonali; (e)
li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu
attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni,
sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-miri tal-operazzjoni u
l-appoġġ tal-UE għall-operazzjoni. 3.2. Miżuri ta’ informazzjoni
għall-benefiċjarji 1. L-awtorità amministrattiva
għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni
tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni
tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont
l-Artikolu 105(2). 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tipprovdi kitts ta’ informazzjoni u pubbliċità, inkluż
mudelli fil-format elettroniku, sabiex jgħinu lill-benefiċjarji
jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fit-Taqsima 2.2. 4. Elementi tal-istrateġija ta’
komunikazzjoni L-istrateġija
ta’ komunikazzjoni mfassla mill-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinkludi
mill-inqas l-elementi li ġejjin: (a)
deskrizzjoni tal-approċċ adottat,
inklużi l-miżuri ewlenin ta’ informazzjoni u pubbliċità li jridu
jittieħdu mill-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni, immirati
lejn benefiċjarji potenzjali, benefiċjarji, multiplikaturi u
l-pubbliku inġenerali, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet deskritti fl-Artikolu 105; (b)
deskrizzjoni tal-materjali li se jsiru disponibbli
fil-formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; (c)
deskrizzjoni ta’ kif il-benefiċjarji se
jiġu sostnuti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħhom; (d)
il-baġit indikattiv
għall-implimentazzjoni tal-istrateġija; (e)
deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inkluż
ir-riżorsi tal-persunal, responsabbli għall-implimentazzjoni
tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità; (f)
l-arranġamenti għall-miżuri ta’
informazzjoni u ta’ pubbliċità li hemm referenza għalihom
fit-Taqsima 2, inkluż il-websajt jew il-portal tal-websajt li fih
tista’ tinstab dik id-dejta; (g)
indikazzjoni ta’ kif il-miżuri ta’
informazzjoni u pubbliċità għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’
viżibbiltà u sensibilizzazzjoni tal-politika, il-programmi operazzjonali u
l-operazzjonijiet u tal-irwol li għandhom il-Fondi u l-Unjoni Ewropea; (h)
fejn dan ikun xieraq, deskrizzjoni tal-użu
tar-riżultati ewlenin tal-programm operazzjonali preċedenti; (i)
aġġornament annwali li jistipula
l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li jeħtieġ isiru. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i)
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta' żmien tal-impatt finanzjarju 1.7. Metodu(i)
tal-ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta’ monitoraġġ u rapportar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u ta' kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i)
tal-qafas finanzjarju pluriennali u intestatura(i) tal-baġit
tal-ispiża affettwata(i) 3.2. Stima
tal-impatt fuq l-ispiża 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-ispiża 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Stima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibilità
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
ta’ parti terza fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
ċerti dispożizzjonijiet komuni fil-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond
ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali u
l-Fond Ewropew għall-Qasam Marittimu u s-Sajd koperti mill-Qafas
Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali
dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Soċjali
Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE)
Nru 1083/2006 1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika
kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[77]
13.Politika
reġjonali, attivitajiet tal-ABB 13 03 (Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali u operazzjonijiet reġjonali
oħra); 13 04 Fond ta’ Koeżjoni 4.
Impjiegi u affarijiet soċjali, attività tal-ABB 04 02 (Fond Soċjali
Ewropew) 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ■ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett
pilota/azzjoni preparatorja[78]
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i)
strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva L-objettiv
tal-Politika ta' Koeżjoni huwa li jonqsu d-differenzi bejn il-livelli
tal-iżvilupp tal-bosta reġjuni, b'mod partikolari għal żoni
rurali, żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali, u reġjuni
li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u
permanenti u biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri stabbiliti
fl-istrateġija tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklussiv, u b'mod partikolari lejn il-kisba ta' miri ewlenin
kwantitattivi identifikati f'dik l-istrateġija. 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ta’ ABM/ABB
ikkonċernata/i L-għanijiet
tal-FEŻR huma biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika,
soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea bl-investimenti ta'
kofinanzjament fi Stati Membri, filwaqt li l-FSE jippromwovi l-impjiegi,
l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali. Il-Fond
ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati Membri biex jagħmlu investimenti
fin-netwerks tat-trasport u l-ambjent. L-objettivi
speċifiċi tal-intervenzjoni mill-Fondi huma kif ġejjin: - it-tisħiħ
tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni - it-tisħiħ
tal-aċċessibbiltà għal teknoloġiji tal-informazzjoni u
tal-komunikazzjoni u għall-użu u l-kwalità tagħhom - it-tisħiħ
tal-kompetittività ta’ impriżi żgħar u medji u s-settur
tal-agrikoltura (għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura
(għall-FEMS) - l-appoġġ
tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju
fis-setturi kollha; - il-promozzjoni
tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni
tar-riskji; - il-protezzjoni
tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; - il-promozzjoni
ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi
tan-netwerks ewlenin - il-promozzjoni
tal-impjegar u l-appoġġ għall-mobbiltà tax-xogħol - il-promozzjoni
tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar - l-investiment
fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja - it-tisħiħ
tal-kapaċità istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti Attivitajiet
ABM/ABB ikkonċernati: 13
03: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u interventi reġjonali
oħra 13
04: Fond ta' Koeżjoni 04
02: Il-Fond Soċjali Ewropew 1.4.3. Riżultat(i) u impatt
mistenni/ja Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Il-Politika
ta' koeżjoni tagħti kontribut sinifikanti għat-tixrid
tat-tkabbir u l-prosperità madwar l-Unjoni hija u twassal l-objettivi
tal-politika Ewropea, filwaqt li tnaqqas id-diskrepanzi ekonomiċi,
soċjali u territorjali. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u l-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. Il-Kummissjoni
tipproponi sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultati li jistgħu
jiġu aggregati fuq livell tal-UE. L-indikaturi tar-riżultati komuni
jinstabu fl-Annessi għar-Regolamenti speċifiċi għall-Fond.
L-indikaturi tar-riżultati se jkunu obbligatorji għall-programmi
kollha u l-prijoritajiet kollha. L-impatti tal-programmi se jiġu evalwati
fil-kuntest tal-objettivi u l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, u
l-indikaturi tal-PGD u l-qgħad fejn dan ikun xieraq. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li
għandu(għandhom) jiġi/u ssodisfati għal żmien qasir
jew fit-tul L-Unjoni
għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali, u s-solidarjetà fost l-Istati Membri. Il-proposta tfassal
il-qafas għall-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu li jmiss ta'
finanzjament bejn l-2014 u l-2020. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE L-azzjoni
min-naħa tal-UE hija ġġustifikata fuq il-bażi kemm
tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat kif ukoll tal-prinċipju
tas-sussidjarjetà. Id-dritt għal azzjoni huwa kostitwit
mill-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li
“[l-Unjoni] għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri”, kif ukoll
mill-Artikolu 175 tat-TFUE li jitlob b’mod espliċitu lill-Unjoni
sabiex timplimenta din il-politika permezz tal-Fondi Strutturali, u
l-Artikolu 177 li jiddefinixxi l-irwol tal-Fond ta’ Koeżjoni.
L-għanijiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK)
huma definiti fl-Artikoli 162, 176 u 177. Aktar dettalji dwar il-valur
miżjud tal-involviment tal-UE jista’ jinstab fil-Valutazzjoni tal-Impatt
rilevanti. Kif
enfasizzat ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE, "il-baġit tal-UE
għandu jintuża sabiex jiffinanzja beni pubbliċi tal-UE,
azzjonijiet li Stati Membri u reġjuni ma jistgħux jiffinanzjaw huma
stess, jew meta jista' jġib riżultati aħjar"[79]. Il-proposta legali se
tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba li l-kompiti
tal-Fondi huma stabbiliti fit-Trattat u l-politika hija implimentata skont
il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża u tirrispetta l-kompetenzi
istituzzjonali tal-Istati Membri u r-reġjuni. 1.5.3. Tagħlimiet miksuba minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi Hemm
sommarju fil-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja l-proposta. 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma’ strumenti relevanti oħrajn Se
jiġi stabbilit Qafas Strateġiku Komuni. Dan se jittraduċi
l-objettivi u l-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020 fi prijoritajiet ta’
investiment għall-FEŻR, FK, FSE, FAEŻR u l-FEMS li se
jiżgura użu integrat tal-fondi sabiex jitwasslu objettivi komuni.
Il-qafas strateġiku komuni ser jistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’
koordinazzjoni ma’ politiki u strumenti rilevanti oħrajn tal-Unjoni. 1.6. Tul ta' żmien tal-impatt
finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta'
żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014
sal-31/12/2020 –
¨ Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2023 ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta'
żmien mhux limitat · Implimentazzjoni b'perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS, · Segwita b’operazzjoni sħiħa. 1.7. Il-metodu/metodi
ta’ ġestjoni previst(i) [80]¨ Centralised direct management by the Commission ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta
b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil: · ¨ aġenziji
eżekuttivi · ¨ korpi stabbiliti
mill-Komunitajiet[81] · ¨ korpi tas-settur
pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku –
¨ persuni inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet
speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
identifikati fl-att bażiku kkonċernat skont l-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju ■ Il-ġestjoni kondiviża mal-Istati
Membri ¨ Il-ġestjoni deċentralizzata ma’
pajjiżi terzi ¨ Il-ġestjoni konġunta ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata) Jekk jiġi indikat
iktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok
agħti d-dettalji fit-taqsima tar-"Rimarki". Kummenti . . 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rapportar Għandhom
jiġu speċifikati l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Is-sistema
ta’ monitoraġġ se tkun ibbażata fuq sistema ta’ ġestjoni
kondiviża. Il-Kumitati għall-Monitoraġġ stabbiliti
għal kull programm operazzjonali u r-rapporti annwali dwar
l-implimentazzjoni għal kull programm operazzjonali se jkunu fil-qalba
tal-approċċ. Il-Kumitati tal-Monitoraġġ jiltaqgħu
mill-inqas darba bis-sena. Il-laqgħat annwali ta' reviżjoni bejn
il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkumplimentaw is-sistema. Minbarra
r-rapporti ta’ implimentazzjoni għal kull programm operazzjonali,
ir-rapporti ta' progress fl-2017 u l-2019 se jiffukaw fuq kwistjonijiet
strateġiċi fuq il-livell tal-Istati Membri. Fuq din il-bażi,
il-Kummissjoni se tħejji rapporti strateġiċi fl-2017 u l-2019. Is-sistema
ta’ monitoraġġ u rapportar se tkun ibbażata fuq l-indikaturi
tal-eżiti u tar-riżultati. Il-proposti jfasslu sett ta’ indikaturi
komuni li se jintużaw għall-aggregazzjoni tal-informazzjoni fuq
livell tal-UE. F’punti ewlenin tal-perjodu ta’ implimentazzjoni (l-2017 u
l-2019), rekwiżiti analitiċi addizzjonali dwar il-progress
tal-programmi huma parti mir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali. Is-sistema
ta’ monitoraġġ u rappurtar tuża l-potenzjal sħiħ
tat-trasferimenti ta’ dejta elettronika. Għandhom
jiġu stabbiliti arranġamenti ta' evalwazzjoni biex jevalwaw
l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-politika, b'mod partikolari
fir-rigward tal-miri ewlenin tal-UE2020 u indikaturi oħra rilevanti. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
ta' kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) Sa
mill-2007, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport
annwali tagħha rrapportat stima tar-rata ta’ żbalji
għall-Politika ta’ Koeżjoni sħiħa għal kull sena
baġitarja (2006-2009) ibbażata fuq kampjun aleatorju indipendenti u
annwali tat-transazzjonijiet. Il-livell
ta’ żbalji stmat tal-Qorti għall-Politika ta’ Koeżjoni kien
għoli meta mqabbel mal-gruppi ta’ politiki l-oħra tal-baġit
tal-UE f’dawn is-snin, u vajra madwar 5%-10% tan-nefqa għall-perjodu
attwali ta' programmazzjoni. Madankollu r-rata ta' żbalji provduta
mill-Qorti tapplika għal ħlasijiet interim imressqa minn Stati Membri
li huma rimbursati mill-Kummissjoni qabel ma jsiru l-kontrolli kollha previsti
għall-programmi ta' bejn l-2007 u l-2013 fuq livell nazzjonali u
Komunitarju. Taħt
ir-regoli attwali, il-ħlasijiet interim huma ċertifikati
mill-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni għall-Kummissjoni wara li
jkunu saru kontrolli mhux fuq il-post tal-ġestjoni dwar in-nefqa kollha
mitluba mill-benefiċjarji, iżda frekwentament qabel verifiki
fid-dettall tal-ġestjoni fuq il-post jew attivitajiet sussegwenti ta'
awditjar. Għaldaqstant l-arranġamenti ta' finanzjament multiannwali
jfissru li qed isiru kontrolli qabel iżda wkoll wara x-xogħol ta'
awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u l-iżball residwali wara li
jitlestew il-kontrolli kollha jista' jkun inqas b'mod sinifikanti mir-rata ta'
żbalji misjuba mill-Qorti. Fuq il-bażi ta' esperjenzi tal-passat,
l-iżball residwali fl-aħħar tal-ipprogrammar ladarba jitlestew
il-kontrolli kollha huwa stmat li jkun fil-firxa ta' bejn 2 u 5%. Ġew
previsti numru ta' miżuri fil-proposti biex inaqqsu r-rata ta' żbalji
marbuta mal-ħlasijiet interim magħmula mill-Kummissjoni (ir-rata ta'
żbalji irrappurtata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri): 1)
Ħlasijiet interim mill-Kummissjoni se jiġu limitati sa 90%
tal-ammont dovut lill-Istati Membri, minħabba li bħalissa twettqet
biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-bilanċ li jibqa' se
jitħallas wara l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet ladarba tiġi
provduta l-evidenza tal-awditjar u assigurazzjoni raġonevoli mill-awtorita
ta' ġestjoni u l-awtorità ta' verifika. Kwalunkwe irregolaritajiet misjuba
mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni
tal-kontijiet annwali ċertifikati mill-awtorità ta'
ġestjoni/taċ-ċertifikazzjoni se jwasslu għal korrezzjoni
netta. Din se tipprovdi aktar inċentivi lill-Istati Membri biex
jiżguraw ir-regolarità tan-nefqa ċertifikata lill-Kummissjoni meta
mqabbla mal-approċċ preżenti li jippermetti riċiklar aktar
estensiv ta' fondi rikuperati permezz tal-programmi tul il-ħajja. 2)
L-introduzzjoni ta' approvazzjoni annwali tal-kontijiet u ta' għeluq
annwali ta' operazzjonijiet jew nefqiet kompluti, li se joħolqu
inċentivi addizzjonali għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali
biex jagħmlu l-kontrolli ta' kwalità fi żmien qasir fid-dawl
taċ-ċertifikazzjoni annwali tal-kontijiet lill-Kummissjoni. Dan
jikkostitwixxi rinfurzar tal-arranġamenti tal-ġestjoni finanzjarja
preżenti u joffri assigurazzjoni aħjar li n-nefqa irregolari hija
eskluża mill-kontijiet fuq bażi annwali aktar milli
fl-aħħar tal-perjodu ta' pprogrammar. Huwa
mistenni li l-miżuri deskritti hawn fuq (is-sistema l-ġdida ta'
rimborż, l-approvazzjoni annwali u l-għeluq u l-korrezzjonijiet netti
definittivi mill-Kummissjoni) se jnaqqsu r-rata ta' żball taħt il-5%,
u li r-rata ta' żball residwali finali fl-għeluq tal-programmi se
tkun aktar viċin it-2% tal-livell limitu ta' materjalità applikat
mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Madankollu
din l-istima hija soġġetta għal-limitu massimu tal-Kummissjoni u
l-Istati Membri biex jindirizzaw ir-riskji prinċipali deskritti hawn
taħt. Analiżi
tal-iżbalji rappurtati mill-Qorti u mill-Kummissjoni fl-aħħar
ħames snin turi li l-iżbalji prinċipali misjuba huma
kkonċentrati f'numru limitat ta' programmi f'xi Stati Membri. Ir-rati
ta' żball fuq kampjuni tal-istatistika rapportati minn awtoritajiet
tal-awditjar juru wkoll varjazzjoni sostanzjali bejn programmi differenti u
għaldaqstant jappoġġaw din l-analiżi. Il-proposta sabiex
l-attivitajiet u r-riżorsi tal-awditjar jiffukaw fuq programmi b'riskju
kbir, u biex tippermetti kontrolli proporzjonati tal-miżuri għal
programmi b'sistemi effettivi ta' kontroll, tindirizza r-riskji prinċipali
b'mod aktar effettiv u twassal għal użu aktar effiċjenti
tar-riżorsi eżistenti tal-awditjar kemm fuq livell nazzjonali kif
ukoll fuq livell tal-Kummissjoni. Il-possibilità sabiex wieħed jibbenefika
minn arranġamenti proporzjonati fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' kull
programm tista' fiha nnifisha tintroduċi inċentivi għal
miżuri aktar effettivi ta' kontroll. L-analiżi
tal-iżbalji li baqgħu ma nstabux mis-sistemi ta’ ġestjoni u
kontroll nazzjonali u għaldaqstant, ġew identifikati mill-Qorti
fl-awditjar tagħhom ta' bejn l-2006 u l-2009 turi wkoll
konċentrazzjoni tar-riskji fil-kategoriji li ġejjin: Għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, żbalji
fl-akkwisti pubbliċi kkontribwixxew għal
madwar 41% tal-iżbalji kumulattivi kwantifikabbli li nstabu. Żbalji
marbuta mal-eliġibbiltà kienu jammontaw għal 39% u inkludew
bosta tipi ta' żbalji bħal żbalji fl-għażla
tal-proġett, finanzjament ta' kategoriji ineliġibbli ta'
spejjeż, spejjeż li jaqgħu barra mill-perjodu ta' eliġibilità,
kalkulazzjoni ħażina tar-rati ta' kofinanzjament, finanzjament ta'
VAT ineliġibbli eċċ. Id-dgħufijiet fir-rendikont
tal-entrati ammontaw għal 11% ta' żbalji kwantifikabbli
rrappurtati matul il-perjodu (bi proporzjon li jonqos matuliż-żmien
minħabba kontrolli ta' ġestjoni msaħħa), u żbalji
marbuta mal-kwistjoni kumplessa tal-proġetti li jiġġeneraw
dħul (dħul mhux imnaqqas jew ikkalkulat ħażin u
għaldaqstant ir-rata ta' kofinanzjament kienet għolja wisq) li
tammonta għal 6% tal-iżbalji kwantifikabbli rrappurtati matul
il-perjodu. Għall-FSE, il-kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà kkontribwixxew għal 58% tal-iżbalji kumulattivi
kwantifikabbli mijsuba u jkopru b’mod partikolari l-parteċipanti mhux
eliġibbli, l-ispejjeż diretti u indiretti mhux eliġibbli,
ħlasijiet wara jew qabel il-perjodu ta’ eliġibbiltà, nefqa
ineliġibbli ddikjarata fuq bażi ta’ rata fissa, spejjeż mhux
eliġibbli ta’ borża ta’ studju u provvedimenti pubbliċi,
dħul mhux imnaqqas meta ġiet ikkalkolata n-nefqa eliġibbli jew
ikkalkolat b’mod żbaljat, servizzi mħallsa iżda li ma sarux u li
huma ineliġibbli għall-VAT. Il-kwistjonijiet ta’
preċiżjoni, li rrappreżentaw 7% tal-iżbalji
kwantifikabbli, ikkonċernaw l-allokazzjoni żbaljata ta’ spejjeż
diretti u indiretti, il-metodu ta’ allokazzjoni ġenerali ġustifikat
bi żball, żbalji fil-kalkolu tal-infiq, in-nuqqas ta’ rispett
tal-prinċipju tal-ispejjeż reali, dikjarazzjoni żejda
tal-ispejjeż, kalkolu żbaljat tar-rati ta’ kofinanzjament,
dikjarazzjonijiet multipli tal-ispejjeż tal-persunal u finalment dikjarazzjoni
multipla tal-ispejjeż tal-persunal. Il-kwistjonijiet tar-rendikont
tal-entrati kkontribwixxew għal 35% tal-iżbalji u rreferew
għan-nuqqas ta' dokumenti essenzjali ta' appoġġ, b'mod
partikolari fil-livell tal-benefiċjarji. Minkejja
li l-Kummissjoni qed twettaq numru ta’ azzjonijiet mal-Istati Membri sabiex
jonqsu dawn l-iżbalji, huwa antiċipat li, sakemm tiġi adottata
l-proposta attwali u l-implimentazzjoni xierqa tagħha fl-Istati Membri,
dawn l-iżbalji jistgħu jibqgħu oqsma potenzjali ta’ riskju
fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss ta' bejn l-2014 u l-2020. Żbalji
marbuta mal-akkwist pubbliku b'mod partikolari huma sors ewlieni ta'
żbalji li jistgħu jiġu stmati għal rata ta' żball ta'
madwar 2% sa 4% kull sena bħala medja għall-perjodu attwali ta'
programmazzjoni. Il-proposti mressqa skont il-Politika ta' Koeżjoni se
jiżguraw aktar kontrolli effettivi, madankollu sabiex jinkiseb tnaqqis
sostanzjali fir-rata ta' żball skont il-Politika ta' Koeżjoni, huwa
importanti li dawn l-azzjonijiet jkunu kumplimentati minn kjarifika u
simplifikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku. Fin-nuqqas ta' proċeduri
simplifikati tal-akkwist pubbliku, u jekk l-amministrazzjonijiet pubbliċi
u l-benefiċjarji fl-Istati Membri ma jistgħux itejbu l-implimentazzjoni
ta' dawn ir-regoli, il-Politika ta' Koeżjoni tkompli tkun affetwata b'mod
sistematiku minn din il-parti tar-rata ta' żball attwali.
Ir-reviżjoni attwali tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku
għaldaqstant għandha tipprovdi opportunità biex tikkontribwixxi
għal tnaqqis ta' żbalji fil-Politika ta' Koeżjoni flimkien
mal-linji indikati hawn fuq. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst(i) L-arkitettura
proposta tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tirrappreżenta
evoluzzjoni tal-pjan fis-seħħ bejn l-2007 u l-2013 u tippriserva
ħafna mill-funzjonijiet li saru fil-perjodu attwali inklużi verifiki
amministrattivi u fuq il-post, awditjar tas-sistemi ta' kontroll u ta'
ġestjoni u awditjar tal-operazzjonijiet. Din issostni wkoll l-irwol
tal-Kummissjoni, flimkien mal-possibilità għal interruzzjonijiet,
suspensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni. Sabiex
tirrinforza l-kontabilità, l-awtoritajiet tal-programm se jiġu akkreditati
minn korp nazzjonali tal-akkredizzjoni li hu responsabbli mis-superviżjoni
kontinwa tagħhom. Il-proposta toffri l-flessibiltà biex iżżomm
l-arkitettura attwali ta' tliet awtoritajiet ewlenin skont il-programm
f'każijiet meta s-sistema attwali wriet li hija effettiva. Madankollu din
toffri wkoll il-possibiltà biex tgħaqqad l-awtorità ta' ġestjoni u
taċ-ċertifikazzjoni u għaldaqstant tnaqqas in-numru ta'
awtoritajiet involuti fl-Istati Membri. L-implimentazzjoni ta’ numru
iżgħar ta’ korpi tnaqqas il-piż amministrattiv u
ssaħħaħ il-possibbiltà għall-bini ta’ kapaċità
amministrattiva akbar, iżda tippermetti wkoll distribuzzjoni aktar
ċara tar-responsabilitajiet. L-ispejjeż
fuq il-kompiti relatati mal-kontroll (fuq livell nazzjonali u reġjonali,
għajr l-ispejjeż tal-Kummissjoni) huma stmati madwar 2% tat-total ta’
finanzjament amministrat fil-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2013[82]. Dawn l-ispejjeż huma
relatati mal-oqsma ta’ kontroll li ġejjin: 1 % ġej minn
koordinazzjoni nazzjonali u tħejjija tal-programm, 82 % huma relatati
mal-ġestjoni tal-programm, 4 % maċ-ċertifikazzjoni u 13 %
mal-verifika. Il-proposti li ġejjin se jżidu l-ispejjeż tal-kontroll: il-ħolqien
u l-funzjonament ta' korp ta' akkreditazzjoni (l-ispejjeż li jistgħu
jitpattew jekk jingħaqdu l-awtoritajiet ta' ġestjoni u
taċ-ċertifikazzjoni, jekk din l-għażla tintagħżel
mill-Istat Membru); -
is-sottomissjoni ta' kontijiet annwali ċertifikati u dikjarazzjoni annwali
ta' ġestjoni, li timplika li saru l-kontrolli kollha meħtieġa fi
żmien is-sena kontijiet (li tista' teħtieġ sforz amministrattiv
addizzjonali); -
il-ħtieġa għal attività addizzjonali ta' awditjar
mill-awtoritajiet tal-awditjar biex jawditjaw id-dikjarazzjoni ta'
ġestjoni jew il-ħtieġa biex jitlesta l-awditjar tagħha u
jesprimu opinjoni dwar l-awditjar f'perjodu iqsar ta' żmien meta mqabbel
mal-obbligi attwali. Hemm ukoll madankollu proposti li se jnaqqsu l-ispejjeż
tal-kontroll: -
l-għażla biex jingħaqdu l-awtoritajiet ta' ġestjoni u
taċ-ċertifikazzjoni, li tista' tippermetti lill-Istat Membru biex
iwarrab parti sostanzjali tal-4% tal-ispejjeż attwali marbuta
maċ-ċertifikazzjoni minħabba effiċjenza amministrattiva
aħjar, inqas ħtieġa għal koordinazzjoni u tnaqqis tal-kamp
ta' applikazzjoni tal-awditjar; l-użu
ta' spejjeż simplifikati u Pjanijiet ta' Azzjoni Konġunta, li jnaqqsu
l-ispejjeż amministrattivi u l-piżijiet fil-livelli kollha, kemm
għall-amministrazzjonijiet kif ukoll għall-benefiċjarji. arranġamenti
ta' kontroll proporzjonat għal verifiki ta' ġestjoni u
għall-awditjar; -għeluq
annwali, li se jnaqqas l-ispiża taż-żamma ta' dokumenti
għal skopijiet ta' kontroll għall-amministrazzjoni pubblika u
l-benefiċjarji. Għaldaqstant b'mod globali huwa mistenni li l-proposti se jwasslu
għal distribuzzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż ta' kontroll (li
jibqgħu madwar 2% tal-finanzjament totali li hu ġestit), aktar milli
żieda jew tnaqqis. Madankollu huwa antiċipat
li din id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż (bejn il-funzjonijiet
u minħabba l-arranġamenti proporzjonati ta' kontroll, kif ukoll bejn
l-Istati Membri u l-programmi) se tippermetti mitigazzjoni aktar effettiva
tar-riskji u għaldaqstant se twassal għal rata ta' żball
taħt il-5%. Minbarra bidliet fil-ġestjoni finanzjarja u l-arranġament ta'
kontroll li jikkontribwixxu għas-sejba effettiva u esklużjoni bikrija
ta' żbalji fil-kontijiet, il-proposta tipprevedi simplifikazzjoni f'bosta
oqsma li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' żbalji. Kif indikat hawn fuq, il-miżuri proposti f'dawn l-oqsma se
jindirizzaw 55% tar-rati ta' żball rapportati għall-perjodu attwali. Dawn
il-miżuri għandhom jinkludu: -
Użu aktar estensiv tal-ispejjeż simplifikati li jnaqqsu
l-iżbalji relatati mal-ġestjoni finanzjarja, ir-regoli ta’
eliġibbiltà u r-rendikont tal-entrati, u jorjentaw mill-ġdid kemm
l-implimentazzjoni kif ukoll il-kontroll lejn il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet. -
Konċentrazzjoni tematika akbar tal-iffinanzjar, li tista’ twassal
għal tnaqqis tal-iżbalji li jirriżultaw minn varjetà
wiesgħa ta’ interventi u għaldaqstant, diversi regoli ta’
eliġibbiltà applikati. -
Regoli ċċarati għall-għażla ta’ proġetti. -
Approċċ aktar sempliċi, ibbażat fuq rata fissa
għall-operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul li se jnaqqas
ir-riskju ta’ żbalji fid-determinazzjoni u t-tnaqqis tad-dħul
iġġenerat mill-operazzjonijiet. -
Armonizzazzjoni, kjarifika u simplifikazzjoni tar-regoli ta’ eliġibbiltà
ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ finanzjarju tal-UE li se jnaqqsu
l-iżbalji li jsiru mill-benefiċjarji li jużaw assistenza minn
sorsi differenti. -
Stabbiliment mandatorju ta’ ġestjoni ta’ dejta elettronika u l-iskambju
ta’ dejta elettronika bejn l-amministrazzjoni u l-benefiċjarji li
għandu l-potenzjal li jnaqqas ir-rata ta’ żbalji li jirriżultaw
minn żamma inadegwata tad-dokumenti u jissimplifika l-piż
amministrattiv fuq il-benefiċjarji. -
Għeluq annwali tal-operazzjonijiet jew tan-nefqa, li jnaqqas
l-iżbalji tar-rrendikont tal-entrati billi jnaqqas iż-żmien ta’
żamma tad-dokumenti u jevita l-akkumulazzjoni sostanzjali ta’ xogħol
amministrattiv marbut mal-għeluq ta’ darba fi tmiem il-perjodu ta’
programmazzjoni. Ħafna
mis-simplifikazzjonijiet elenkati hawn fuq jikkontribwixxu wkoll
għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u
għaldaqstant jirrappreżenta tnaqqis simultanju ta' riskji ta'
żball u ta' piż amministrattiv. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifikazzjoni
tal-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Is-servizzi
tal-Fondi Strutturali flimkien mal-OLAF implimentaw Strateġija
Konġunta għall-Prevenzjoni tal-Frodi li tipprevedi serje ta’
azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri sabiex
jipprevjenu frodi f’azzjonijiet strutturali f’ġestjoni kondiviża. Attwalment,
iż-żewġ DĠ qed jiżviluppaw mudell ta’ għoti
tal-punti għar-riskju tal-frodi li se jintuża mill-awtoritajiet ta’
ġestjoni konċernati f’116-il programm tal-FSE u f’60 programm
tal-FEŻR. Il-Komunikazzjoni
reċenti tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija ta’ kontra l-frodi
(COM(2011)376 finali tal-24.6.2011) tilqa’ l-istrateġija eżistenti
bħala inizjattiva tal-aqwa prattika u tipprevedi azzjonijiet addizzjonali
magħha, bl-aktar waħda importanti tkun il-proposta tal-Kummissjoni
għar-regolamenti tal-2014-2020 li titlob li l-Istati Membri jimplimentaw
miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi li huma effettivi u proporzjonali
għar-riskji ta’ frodi identifikati. Il-proposta
attwali tal-Kummissjoni tinkludi rekwiżit espliċitu sabiex jiġu
implimentati tali miżuri skont l-Artikolu 86(4)(c). Dan għandu
jsaħħaħ l-għarfien dwar il-frodi fl-Istati Membri fost
il-korpi kollha involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u b’hekk
inaqqas ir-riskju tal-frodi. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas
finanzjarju pluriennali u intestatura(i) tal-baġit tal-ispiża
affettwata(i) · Intestatura tal-baġit tal-ispiża eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru || Diff.[83] || minn pajjiżi tal-EFTA[84] || minn pajjiżi kandidati[85] || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv Intestaturi Ġodda għall-2014-2020 || 04021700 Konverġenza tal-FSE 04021900 Kompetittività Reġjonali tal-FSE 13031600 Konverġenza tal-FEŻR 13031800 Kompetittività Reġjonali tal-FEŻR 13031900 Kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-FEŻR 13040200 Fondi ta’ koeżjoni || Differenzjata || Nru || Nru || Nru || Nru · Linji baġitarji ġodda mitlubin: Nru Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru Numru [Intestatura…………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finanzjarju […] || [XX.YY.YY.YY] […] || […] || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Stima tal-impatt fuq
l-ispiża 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
l-ispiża EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv DĠ: REGIO u EMPL || || || Sena N[86] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet operazzjonali (prezzijiet fl-2011) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Linji Baġitarji ġodda tal-FEŻR u l-FSE || Impenji || (1) || 37.004,476 || 37.564,774 || 38.023,079 || 38.379,867 || 38.722,325 || 39.021,277 || 39.303,920 || 268.019,718 Ħlasijiet || (2) || 5.662,072 || 11.297,046 || 21.863,675 || 28.576,824 || 31.789,232 || 36.702,873 || 34.774,287 || 170.666,010 Linja Baġitarja ġdida tal-FK qabel ma ġiet trasferita għal-linja baġitarja ġdida tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa || Impenji || (1a) || 9.482,581 || 9.751,240 || 9.968,903 || 10.138,977 || 10.308,621 || 10.456,512 || 10.595,853 || 70.702,687 Ħlasijiet || (2a) || 1.499,397 || 2.821,047 || 5.410,638 || 7.352,290 || 8.652,800 || 9.699,964 || 8.801,732 || 44.237,869 Trasferiment għal linja baġitarja ġdida Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa || Impenji || (1b) || 1397,5 || 1401,8 || 1403,8 || 1414,8 || 1440,9 || 1451,3 || 1489,9 || 10 000,0 Ħlasijiet || (2b) || 4,8 || 903,8 || 1003,8 || 1103,2 || 1129,9 || 1177,6 || 1303,6 || 6 626,7 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-envelopp għal programmi speċifiċi[87] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 13.01.04.01 – Persunal Estern tal-FEŻR || || (3) || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3060 || 21,420 13.01.04.03 – Persunal Estern tal-FK || || || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 9,380 04.01.04.01 – Persunal Estern tal-FSE || || || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 35,000 Total ta’ persunal estern fuq eks linji BA || || || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 65,800 APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA MIR-REGIO || || || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 93,555 APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA MILL-EMPL || || || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 112,000 Approprjazzjonijiet TOTALI Għal DĠ REGIO< EMPL u MOVE || Impenji || =1+1a +3 || 46.525,822 || 47.354,779 || 48.030,747 || 48.557,608 || 49.069,711 || 49.516,554 || 49.938,537 || 338.993,760 Ħlasijiet || =2+2a +3 || 7.200,235 || 14.156,859 || 27.313,078 || 35.967,879 || 40.480,798 || 46.441,602 || 43.614,784 || 215.175,234 Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || 46.487,058 || 47.316,014 || 47.991,982 || 48.518,843 || 49.030,946 || 49.477,789 || 49.899,772 || 338722,405 Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 271,355 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 46.525,822 || 47.354,779 || 48.030,747 || 48.557,608 || 49.069,711 || 49.516,554 || 49.938,537 || 338.993,760 Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Jekk aktar minn intestatura waħda tkun milquta
mill-proposta / inizjattiva: Mhux applikabbli Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || || || || || || || || Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “Nefqa amministrattiva ” EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || AMMONT TOTALI DĠ: REGIO || Riżorsi umani || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 561,309 Nefqa amministrattiva oħra || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 26,600 TOTAL DĠ REGIO || Approprjazzjonijiet || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 587,909 739109 || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || AMMONT TOTALI DĠ: EMPL || Riżorsi umani || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || TOTAL DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = ħlasijiet totali) || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 765,709 EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) || || || Sena N[88] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATUR‑{}‑[89]I 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 46.635,210 || 47.464,166 || 48.140,134 || 48.666,995 || 49.179,098 || 49.625,941 || 50.047,924 || 339.759,469 Ħlasijiet || || || || || || || || 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali · ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi · ¨ Il-proposta
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat
hawn isfel. Il-politika ta’ Koeżjoni hija mmexxija minn ġestjoni
kondiviża. Filwaqt li l-prijoritajiet strateġiċi huma mfassla
fuq il-livell tal-UE, il-ġestjoni attwali ta’ kuljum hija r-responsabbiltà
tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali u
lokali. Filwaqt li l-indikaturi komuni tal-riżultati huma proposti
mill-Kummissjoni, il-miri veri tar-riżultati huma proposti minn dawn
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni bħala parti mill-programmi operazzjonali
tagħhom, u li qablet magħhom il-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa
diffiċli li jiġu indikati l-miri għar-riżultati sakemm
il-programmi jiġu abbozzati, negozjati u jsir qbil dwarhom fl-2013/14. f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Objettivi u outputs indikattivi ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI RIŻULTATI Tip ta’ riżultat || Spiża medja tar-riżultat || Numru Ta' riżultati || Spiża || Numru Ta' riżultati || Spiża || Numru Ta' riżultati || Spiża || Numru Ta' riżultati || Spiża || Numru Ta' riżultati || Spiża || Numru Ta' riżultati || Spiża || Numru Ta' riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[90]… || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Total parzjali għal għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || || . 3.2.3. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju · ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma jeħtiġilhiex l-użu ta’ approprazzjonijiet amministrattivi · ¨ Il-proposta
teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif
spjegat hawn taħt: DĠ REGIO EUR miljuni (sa 3
punti deċimali) || Sena N[91] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || AMMONT TOTALI INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani REGIO || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 561,309 Nefqa amministrattiva oħra || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 26,600 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 586,187 Barra mill-INTESTATURA 5[92] tal-qafas finanzjarju multiannwali[93] || || || || || || || || Riżorsi umani REGIO || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 30,8 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 93,555 Subtotal Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 124,355 AMMONT TOTALI || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 710,542 DĠ EMPL EUR miljuni (sa 3
punti deċimali) || Sena N[94] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || AMMONT TOTALI INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Barra mill-INTESTATURA 5[95] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 35,000 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 112,000 Subtotal Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 147,000 AMMONT TOTALI || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 324,800 AMMONT TOTALI || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 1.042,531 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati
tar-riżorsi umani · ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani · ¨ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn
taħt: Figuri użati għas-sena n huma dawk għall-2011. DĠ REGIO L-istima għandha tiġi espressa
f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed) || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) REGIO || || 13 01 01 01 ( Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 606 || 606 || 606 || 606 || 606 || 606 || 606 || 13 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || 13 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)[96] REGIO || || 13 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || 48 || 48 || 48 || 48 || 48 || 48 || 48 || 13 02 02 (CA, INT, JED, LA u ENS fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || || 13 01 04 01 [97] || - fil-Kwartieri Ġenerali[98] || 56 || 56 || 56 || 56 || 56 || 56 || 56 || - f’delegazzjonijiet || || || || || || || || 13 01 04 03 [99] || - fil-Kwartieri Ġenerali[100] || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || - f’delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 02 (AK, INT, ENS għar-riċerka diretta) || || || || || || || || Ieħor || || || || || || || || AMMONT TOTALI || 735 || 735 || 735 || 735 || 735 || 735 || 735 XX hija l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma
diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà
ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata
lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’
allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Li jikkontribwixxu għall-analiżi, in-negozjar, il-modifika u/jew it-tħejjija għal proposti ta’ approvazzjoni għal programmi u/jew proġetti fl-Istat Membru XXX. Li jikkontribwixxu għall-ġestjoni, is-sorveljar u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi/tal-proġetti approvati. Li jiżguraw il-konformità mar-regoli li jmexxu l-programm XXX. Persunal estern || Idem u /jew appoġġ amministrattiv DĠ EMPL Stima li trid
tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time mingħajr
deċimali || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) REGIO || 04 01 01(Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) (200 kariga, nefqa unitarja EUR 127.000) || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || (Riċerka indiretta) || || || || || || || (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) FTE)[101] REGIO || (CA, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || || || || || (CA, INT, JED, LA u ENS fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || 04 01 04 01 [102] || - fil-Kwartieri Ġenerali[103] || 93 || 93 || 93 || 93 || 93 || 93 || 93 - f’delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka indiretta) || || || || || || || xx 01 05 02 (CA, INT, ENS – Riċerka diretta) || || || || || || || Xx 01 04 02 oħra) || || || || || || || AMMONT TOTALI || 293 || 293 || 293 || 293 || 293 || 293 || 293 XX hija l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma
diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà
ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata
lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’
allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. 3.2.4. Kompatibilità mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali · ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. · ¨ Proposta/inizjattiva
ser tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas
finanzjarju pluriennali. Spjega x’tip ta’ programmar mill-ġdid ikun
meħtieġ, billi tispeċifika l-linji tal-baġit
ikkonċernati u l-ammonti ekwivalenti għalihom. […] · ¨ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew
ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[104]. Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u
l-ammonti korrispondenti. […] 3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta'
partijiet terzi · Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet
terzi · ¨ Il-proposta
tipprovdi li l-finanzjament Ewropew jeħtieġ li jiġi kofinanzjat.
L-ammont eżatt ma jistax jiġi kwantifikat. Ir-regolament
jistabbilixxi r-rati massimi ta’ kofinanzjar differenzjati konformi mal-livell
ta’ żvilupp reġjonali (ara l-Art. 73 tar-regolament propost): Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti
deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || Spiża Speċifika l-entità ta' kofinanzjament || SM || SM || SM || SM || SM || SM || SM || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || bid || bid || bid || bid || bid || bid || Bid || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
· ¨ Il-proposta/inizjattiva
m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. · ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha l-impatt finanzjarju li ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxellanju EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Intestatura tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[105] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu ………… || || || || || || || || Għad-dħul
mixxelanju assenjat, speċifika l-linja(i) tan-nefqa tal-baġit
milquta. […] Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. […] [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. [5] ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. [6] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. [7] ĠU L 55, 28.2.2011, p.13. [8] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. [9] [10] [11] [12] ĠU L , , p. . [13] [14] [15] [16] ĠU L 191, 23.7.2010, p.28. [17] ĠU L 308, 24.11.2010, p.46. [18] ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5. [19] ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35. [20] ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6. [21] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. [22] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19 [23] ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1. [24] ĠU L 118, 12.5.2010, p.1. [25] ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1. [26] Ref. Miri ewlenin tal-UE2020. [27] ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30 [28] ĠU… [29] ĠU L 209, 2.8.1997, p.1. [30] Kif definit mis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet
(ESA) u trażmessa minn kull wieħed mis-27 Stat Membru fil-Programmi
ta’ Stabbiltà u Konverġenza tagħhom. [31] Spjega: Is-settur
tal-gvern ġenerali jikkonsisti prinċipalment minn unitajiet tal-gvern
ċentrali, statali u lokali flimkien ma’ fondi tas-sigurtà soċjali
imposti u kkontrollati minn dawk l-unitajiet. Barra
minn hekk, jinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ imqabbda
fi produzzjoni mhux tas-suq li huma kkontrollati u ffinanzjati
prinċipalment minn unitajiet tal-gvern jew fondi tas-sigurtà soċjali. [32] ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. [33] COM (2011) 809 finali. [34] COM (2011) 234 finali. [35] ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39 – 48 2010/670/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u
l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta'
dimostrazzjoni li l-għan tagħhom ikun il-ġbir u l-ħżin
ġeoloġiku tas-CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent,
kif ukoll għal proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji
innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju
ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett serra ġewwa l-Komunità,
stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill (2010/670/UE) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32–46. [36] COM (2011) 874 finali. [37] COM (2011) 788 finali. [38] COM (2011) 609 finali. [39] COM (2011) 665 finali. [40] "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport
– Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod
effiċjenti" COM/2011/144 finali. [41] COM(2011) 838 finali; COM(2011)
839 finali; COM (2011) 837 finali. [42] Kif approvati mill-Kunsill tal-ECOFIN
tas-7 ta’ Settembru 2010. [43] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u
lill-Kumitat tar-Reġuni: Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni
tal-Innovazzjoni (COM(2010) 546 finali tas-6.10.2010). L-impenji
24/25 u l-Anness I "Għodda għall-awtoevalwazzjoni: Karatteristiċi
ta’ sistemi ta' innovazzjoni u ta' riċerka nazzjonali u reġjonali bi
prestazzjoni tajba". Konklużjonijiet tal-Kunsill
tal-Kompetittività: Konklużjonijiet dwar l-Unjoni
tal-Innovazzjoni għall-Ewropa (dok. 17165/10 tas-26.11.2010). [44] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aġenda
Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali/2 tas-26.8.2010); Dokument
ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: It-Tabella
ta' Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali (SEC(2011) 708
tal-31.5.2011). Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-Trasport,
it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija dwar l-Aġenda Diġitali
għall-Ewropa (doc. 10130/10 tas-26 ta’ Mejju 2010) [45] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aġenda
Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali/2 tas-26.8.2010); Dokument
ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: It-Tabella
ta' Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali (SEC(2011) 708
tal-31.5.2011). [46] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u
lill-Kumitat tar-Reġuni: Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir -
‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa– COM(2008) 394
tat-23.6.2008); Konklużjonijiet tal-Kunsill
tal-Kompetittività: Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir -
‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa– (dok. 16788/08,
1.12.2008); Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat
tar-Reġjuni: Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar' għall-Ewropa– (COM(2008) 78 finali, 23.2.2011); Konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-Kompetittività: Konklużjonijiet tar-Reviżjoni
tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa– (dok.
10975/11 tat-30.5.2011). [47] ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1. [48] ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13. [49] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136. [50] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64. [51] ĠU L 52, 21.2.2004, p.50. [52] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16. [53] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni; 11-12 ta’ April 2011,
Konklużjoni dwar aktar żvilupp tal-evalwazzjoni tar-riskju
għall-ġestjoni ta’ diżastri fl-Unjoni Ewropa. [54] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. [55] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. [56] ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3. [57] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
(2010/707/KE) tal-21 ta' Ottubru 2010, ĠU L 308,
24.11.2010, p. 46. [58] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aħseb
l-ewwel fiż-Żgħir - ‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar'
għall-Ewropa– COM(2008) 394 tat-23.6.2008); Konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-Kompetittività: Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir -
‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa– (dok. 16788/08,
1.12.2008); Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat
tar-Reġjuni: Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar' għall-Ewropa– (COM(2008) 78 finali, 23.2.2011); Konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-Kompetittività: Konklużjonijiet tar-Reviżjoni
tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa– (dok.
10975/11 tat-30.5.2011). [59] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2010/410/UE) tat-13 ta’ Lulju 2010,
ĠU L 191, 23.07.2010. p.28 [60] Jekk tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din
id-dispożizzjoni ta’ kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta'
kemm ġiet onorata tqis l-ewvalwazzjoni tal-progress magħmul fuq
ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż. [61] L-iskadenzi biex ikun hemm riżultati
fl-elementi kollha mniżżla hawn f’din it-taqsima jistgħu jiskadu
matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm. [62] Jekk tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Speċifika
għall-Pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’
kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta' kemm ġiet onorata tqis
l-ewvalwazzjoni tal-progress magħmul fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
speċifika għall-pajjiż. [63] L-iskadenzi għat-twassil tal-elementi kollha f’din is-sezzjoni
jistgħu jiskadu matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm. [64] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u
lill-Kumitat tar-Reġjuni – Impenn kondiviż favur l-impjegar
COM(2009)257 finali. [65] ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1. [66] COM (2011) 567 finali. [67] Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009
dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u
t-taħriġ ("ET 2020") (ĠU C 119, 28.5.2009, p.2) [68] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008
dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol
(ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11). [69] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Qafas
tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma
fl-2020. COM (2011) 173. [70] Jekk tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika
għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’
kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta' kemm ġiet onorata tqis
l-ewvalwazzjoni tal-progress magħmul fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
speċifika għall-pajjiż. [71] L-iskadenzi għall-kisba tal-elementi
kollha f’dik is-sezzjoni jistgħu jiskadu matul il-perjodu ta’
implimentazzjoni tal-programm. [72] ĠU L 303, 2.12.2000, p.16 [73] ĠU L 180, 19.07.2000, p. 22 [74] ĠU L 23, 27.01.2010, p. 35 pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni,
mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà. [75] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. [76] ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30. [77] ABM: Activity-Based Management – ABB:
Activity-Based Budgeting. [78] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [79] COM(2010) 700, 19.10.2010. [80] Details of management modes and references
to the Financial Regulation may be found on the BudgWeb site: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [81] Kif imsemmija fl-Artikolu 185
tar-Regolament Finanzjarju. [82] L-istudju "Tmexxija reġjonali
fil-kuntest tal-globalizzazzjoni: reviżjoni tal-mekkaniżmi ta’
tmexxija u l-ispejjeż amministrattivi. Il-piż tax-xogħol
u l-ispejjeż amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi
tal-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-FE¯R u l-Fond ta’
Koeżjoni", 2010 [83] Diff = Approprjazzjonijiet
Differenzjati / Mhux Diff = Approprjazzjonijiet Mhux
Differenzjati [84] EFTA: Assojazzjoni Ewropea
tal-Kummerċ Ħieles. [85] Il-pajjiżi kandidati u, fejn
applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [86] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda
l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva [87] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew
amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"),
ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [88] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda
l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva [89] Ir-riżultati huma l-prodotti u
s-servizzi li għandom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta'
skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' kilometri ta' toroq mibnija,
eċċ.). [90] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2.
“Għan(ijiet) speċifiku(ċi)…” [91] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda
l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva [92] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew
amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"),
ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [93] Persunal estern iffinanzjat minn linji BA
preċedenti, bbażati fuq l-Allokazzjoni Finali għal Riżorsi
Umani tal-2011, inkluż persunal estern fil-Kwartieri ġenerali u
f’Delegazzjonijiet. [94] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda
l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva [95] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew
amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"),
ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [96] AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal
tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en
Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet);
AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; [97] Taħt il-limitu massimu
għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji “BA”). [98] Essenzjalment għall-Fondi
Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [99] Taħt il-limitu massimu
għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji “BA”). [100] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali,
il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond
Ewropew għas-Sajd (FES). [101] AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal
tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en
Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet);
AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; [102] Taħt il-limitu massimu
għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji “BA”). [103] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali,
il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond
Ewropew għas-Sajd (FES). [104] Ara
l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [105] Fir-rigward
tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq
iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri
ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż
tal-ġbir.