52013PC0236

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema /* COM/2013/0236 final - 2013/0124 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest ġenerali

Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wieħed mill-erba' libertajiet fundamentali li fuqhom huwa msejjes is-Suq Uniku. Dan huwa wieħed mill-valuri tal-qalba tal-Unjoni Ewropea u element fundamentali taċ-ċittadinanza tal-UE. L-Artikolu 45 tat-TFUE inaqqax id-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal skopijiet ta' impjieg. Dan b'mod speċifiku jinkludi d-dritt li ma ssirx diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità fir-rigward tal-impjieg, ir-rimunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol. Dan jinkludi wkoll it-tneħħija ta' xkiel mhux ġustifikat għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewroprea tikkonferma fl-Artikolu 15(2) li kull ċittadin tal-Unjoni huwa liberu li jfittex impjieg, jaħdem, jeżerċita d-dritt li jistabbilixxi u jagħti servizzi fi kwalunkwe Stat Membru.

Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011[1] jispjega fid-dettall id-drittijiet li joħorġu mill-moviment liberu tal-ħaddiema, jiddefinixxi l-oqsma speċifiċi li fihom mhix permessa diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, b'mod partikolari fejn jidħlu[2]:

– l-aċċess għall-impjiegi

– il-kundizzjonijiet tax-xogħol

– il-vantaġġi soċjali u fiskali

– l-aċċess għat-taħriġ

– is-sħubija fi trade unions

– l-akkomodazzjoni

– l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal

L-Artikolu 45 tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011 japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant ma hemmx bżonn li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni nazzjonali biex ikunu trasposti dawn id-dispożizzjonijiet. Kull awtorità nazzjonali ta' kull livell u kull impjegatur kemm pubbliku jew privat, iridu japplikaw u jirrispettaw d-drittijiet li joħorġu minn dawn id-dispożizzjonijiet.

Minkejja dan, iċ-ċittadini tal-UE li jridu jiċċaqilqu jew li fil-fatt jiċċaqilqu minn Stat Membru lejn ieħor għal skopijiet ta' impjieg jibqgħu jiltaqgħu ma problemi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom jispjegaw xi ftit jew wisq ir-raġuni għalfejn il-mobbiltà bejn l-Istati Membri tal-UE baqgħu f'livell relattivament baxx: skont l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-UE, fl-2011 kienu 3.1% biss taċ-ċittadini Ewropej fl-età tax-xogħol (15-64) li marru jgħixu fi Stat Membru ieħor tal-UE li mhux dak tagħhom[3].

Stħarriġ tal-Ewrobarometru fl-2009 wera li għalkemm 60% taċ-ċittadini Ewropej iqisu l-moviment liberu tal-ħaddiema huwa mod siewi għall-integrazzjoni Ewropea, 48% biss jidhrilhom li dan kien pożittiv għall-individwi. Barra minn hekk, skont ir-riżultati ta' Ewrobarometru aktar riċenti (ta' Settembru 2011)[4], 15% taċ-ċittadini Ewropej ma jikkonsidrawx li jmorru jaħdmu fi Stat Membru ieħor minħabba li jidhrilhom li hemm wisq xkiel.

Simili għal dan, ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar "Problems and prospects concerning European citizenship" (Il-Problemi u l-prospetti taċ-ċittadinanza Ewropea) tal-20 ta' Marzu 2009 jagħti dettalji dwar xkiel persistenti li jfixkel it-tgawdija tad-drittijiet transkonfinali. Dan isejjaħ lill-Kummissjoni biex toħloq lista ta' xkiel li jżomm milli jkunu eżerċitati d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, skont ir-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika, u tagħmel proposti speċifiċi biex jiġi indirizzat dan ix-xkiel.

Aktar riċenti l-Parlament Ewropew bir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea tal-25 ta' Ottubru 2011 isejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ħalli "jiggarantixxu…l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar nondiskriminazzjoni, biex jittieħdu miżuri prattiċi biex jissaħħaħ il-prinċipju ta' trattament indaqs ta' ħaddiema mobbli..."[5]

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-Kunsill tal-EPSCO ta' Marzu 2009 dwar il-Mobbiltà professjonali u ġeografika tal-forza tax-xogħol u l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri "biex jippromwovu miżuri li jappoġġaw il-mobbiltà soċjali u tax-xogħol kif ukoll it-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-ħaddiema migranti f'konformità mal-acquis" u biex "ikomplu jiżviluppaw strateġiji u għodod adatti għall-identifikazzjoni u l-analiżi tal-ostakoli għall-mobbiltà ġeografika u tal-ħaddiema professjonali u biex jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tneħħija tal-ostakoli eżistenti, skont it-Trattati".

Ir-rapport mogħti mis-Sur Monti fid-9 ta' Mejju 2010 "A new Strategy for the Single Market" (Strateġija ġdida għas-Suq Uniku) jenfasizza l-fatt li l-moviment liberu tal-ħaddiema b'mod ġenerali rnexxa mil-lat legali, iżda huwa l-inqas libertà użata minn fost l-erba' libertajiet tas-Suq Uniku. Ir-rapport isemmi li l-biċċa l-kbira tal-Ewropej jaraw wisq xkiel biex jaħdmu band'oħra fl-UE u li għad baqa' bosta xkiel legali u amministrattiv fejn jidħol il-moviment liberu tal-ħaddiema. Skont ir-rapport, ix-xkiel f'dan il-qasam huwa l-aktar diffiċli li jingħeleb.

F'Lulju 2010, fil-Komunikazzjoni tagħha "Ittenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri"[6] il-Kummissjoni semmiet li se ssib modi kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda (b'mod partikolari fid-dawl tax-xejriet ġodda tal-mobbiltà) li għandhom il-ħaddiema migranti tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, u fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida għas-suq uniku se tqis kif tippromwovi u ssaħħaħ il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-ħaddiema tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

Fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE"[7] tas-27 ta' Ottubru 2010, dan l-għan reġa' ssaħħaħ. Hawnhekk il-Kummissjoni identifikat l-applikazzjoni diverġenti u żbaljata tal-liġi tal-UE dwar id-dritt tal-moviment liberu bħala wieħed mill-ostakli ewlenin li jiltaqgħu miegħu ċ-ċittadini tal-UE meta jiġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tieħu azzjoni biex "tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familji tagħhom minn pajjiżi terzi billi tinforza r-regoli tal-UE b'mod strett, inkluż rigward in-nondiskriminazzjoni, billi tippromwovi l-prattiċi tajbin u għarfien ikbar tar-regoli tal-UE fost in-nies u billi żżid it-tixrid tal-informazzjoni liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet għal moviment liberu tagħhom"[8].

Fil-Pakkett tagħha dwar l-Impjiegi tat-18 ta' April 2012 (il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi")[9], il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha "tressaq proposta leġiżlattiva biex issostni l-ħaddiema mobbli (tagħrif u pariri) fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni".

Il-President Barroso (Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni tal-2010-2014) enfasizza wkoll id-differenza bejn it-teorija u l-prattika u sejjaħ biex il-prinċipju tal-moviment liberu u t-trattament ugwali jsir realtà fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini. Fl-indirizz tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tat-12 ta' Settembru 2012, il-President Barroso enfasizza fuq il-bżonn li jinħoloq suq tax-xogħol Ewropew, u li jkun faċli għaċ-ċittadini biex jaħdmu f'pajjiż ieħor daqslikieku jinsabu f'pajjiżhom[10].

Id-differenza bejn id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fit-teorija u x'jiġri fil-prattika ġiet ukoll enfasizzata f'bosta rapporti minn istituzzjonijiet u kulma jmur qed tiżdied is-sejħa biex l-Unjoni Ewropea taġixxi f'dan ir-rigward[11]. L-2013 intgħażlet bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini[12]. Din se tiffoka fuq id-drittijiet taċ-ċittadini u fuq l-azzjoni tal-UE biex ikun żgurat li dawn id-drittijiet jiġu infurzati b'mod effettiv għall-ġid taċ-ċittadini u tal-UE kollha kemm hi.

Matul is-snin, il-Kummissjoni rċeviet ħafna lmenti mingħand ċittadini li jridu jiċċaqilqu jew li fil-fatt iċċaqilqu lejn pajjiż ieħor tal-UE għal skopijiet ta' impjieg, u li d-drittijiet tagħhom ma kinux rispettati. Iċ-ċittadini ma jħossuhomx protetti fl-Istat Membru ospitant u ma setgħux jegħlbu x-xkiel li ltaqgħu miegħu.

Il-Problema

Hemm bosta eżempji differenti ta' xkiel u problemi:

(a) Awtoritajiet pubbliċi li ma jkunux konformi mal-liġi tal-UE (liġi mhux konformi jew applikazzjoni ħażina) u l-effett fuq il-ħaddiema migranti tal-UE

Il-problemi ta' konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u prattiċi ġenerali xorta jippersistu fl-Istati Membru u jibqgħu jiġu rrapurtati lill-Kummissjoni. Dawn jinkludu:

– kundizzjonijiet differenti applikati għar-reklutaġġ ta' ċittadini tal-UE;

– kundizzjonijiet ta' nazzjonalità għall-aċċess għal pożizzjonijiet li mhumiex koperti bl-Artikolu 45(4) tat-TFUE;

– l-introduzzjoni ta' kwoti ta' nazzjonalità għaċ-ċittadini tal-UE (eż. fil-qasam tal-isport f'livell professjonali);

– kundizzjonijiet differenti tax-xogħol għaċ-ċittadini tal-UE (rimunerazzjoni, prospetti ta' karriera, grad, eċċ);

– l-aċċess għall-vantaġġi soċjali ikun soġġett għal kundizzjonijiet li jkunu jistgħu jintlaħqu aktar faċilment miċ-ċittadini nazzjonali milli miċ-ċittadini tal-UE (eż. kundizzjoni ta' residenza);

– il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali li nkisbu fi Stati Membri oħra ma jitqisux jew jitqiesu b'mod differenti minn dawk li nkisbu fl-Istat Membru ospitant għall-finijiet tal-aċċess għal impjiegi (eż. jingħataw punti żejda għal dawn tal-aħħar);

– il-kundizzjoni ta' residenza meħtieġa mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali għall-aċċess għal għotjiet ta' studju għall-ħaddiema migranti tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom minkejja l-każistika stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan il-qasam;

– id-diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema tal-fruntieri.

(b) Impjegaturi u konsulenti legali li ma jkunux konformi mal-liġi tal-UE

Informazzjoni li ġabru esperti u l-Kummissjoni[13] tissuġġerixxi li hemm problema rikorrenti fl-għarfien li l-impjegaturi pubbliċi u privati għandhom tar-regoli tal-UE, irrispettivament minn jekk il-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali hix konformi jew le. In-nuqqas ta' għarfien u n-nuqqas ta' fehim jidher li huma r-raġunijiet ewlenin għal din il-problema, l-aktar fejn jidħlu l-impjegaturi privati (eż. għal post battal tax-xogħol ikunu jistgħu japplikaw biss dawk li jkun ilhom residenti għal ċertu perjodu, jew ma jitqisux l-esperjenza professjonali jew il-kwalifiki professjonali li nkisbu qabel fi Stat Membru ieħor, jew rekwiżiti lingwistiċi eċċessivi, eċċ).

Il-konsulenti legali mhux dejjem ikunu konxji jew familjari mal-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.

(c) Ħaddiema migranti tal-UE li ma għandhomx aċċess għal informazzjoni jew għall-mezzi biex jiżguraw id-drittijiet tagħhom

F'bosta stħarriġiet[14], iċ-ċittadini qalu li ma jafux fejn għandhom jirrikorru meta jiltaqgħu ma' problemi dwar id-drittijiet tal-UE tagħhom. Hemm evidenza wkoll li l-migranti jsibuha diffiċli jaċċessaw il-protezzjoni disponibbli għalihom, pereżempju, dawn ma jkunux konxji mill-proċeduri u s-sistemi nazzjonali, ma għandhomx biżżejjed ħiliet lingwistiċi biex jaċċessaw is-servizzi, jew l-ispiża għal parir u assistenza legali tkun għolja wisq.

Il-problemi identifikati jaffettwaw liċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal skopijiet ta' impjieg u jerġgħu lura lejn l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom biex jaħdmu.

Għanijiet

Sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi, ġew identifikati dawn l-għanijiet speċifiċi:

– tonqos id-diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema migranti tal-UE abbażi ta' nazzjonalità;

– tixxejjen id-differenza bejn id-drittijiet fuq il-karta tal-ħaddiema migranti tal-UE u l-eżerċizzju tagħhom fil-prattika billi teħfief l-implimentazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

– tonqos l-inċidenza ta' prattiċi inġusti kontra l-ħaddiema migranti tal-UE; u

– tingħata setgħa lill-ħaddiema migranti tal-UE sabiex jiżguraw li d-drittijiet tagħhom ikunu rrispettati.

2.           IR-RIŻULTATI TA' KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

2.1.        Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

(a) Netwerk ta' esperti dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema

In-netwerk ta' esperti legali fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema jirrapporta kull sena dwar is-sitwazzjoni legali li jkun hemm fl-Unjoni Ewropea[15].

L-ewwel rapport[16] ingħalaq f'Jannar 2011 u jiffoka fuq l-infurzabbiltà tad-dritt għal trattament ugwali abbażi tan-nazzjonalità fejn jidħlu l-ħaddiema migranti tal-UE u fuq il-qafas legali eżistenti f'kull Stat Membru. Ir-rapport ikkonkluda li dan id-dritt rari jingħata l-istess livell ta' protezzjoni u garanziji bħalma jingħata d-dritt għal trattament ugwali abbażi ta' raġunijiet oħra (bħar-razza, l-età u s-sess). Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, il-ħaddiema migranti tal-UE għadhom jitqiesu li għandhom status eqreb għal dak ta' ħaddiema nazzjonali ta' pajjiżi terzi milli għal dak ta' ħaddiema nazzjonali. Bosta ħaddiema migranti tal-UE li jiġu ddiskriminati minħabba n-nazzjonalità tagħhom ikollhom jiddependu fuq interpretazzjoni ġeneruża tal-liġi nazzjonali li ġiet adottata sabiex timplimenta d-Direttivi tal-ugwaljanza tal-UE kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra.

It-tieni rapport, imressaq f'Ottubru 2011, ta ħarsa ġenerali tal-problemi ewlenin li ġġibha magħha l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema identifikati f'kull Stat Membru. Hemm xi problemi, milli jidher ta' natura sistemika f'xi Stati Membri, li sempliċiment jagħmlu diskriminazzjoni illegali. Ħafna mill-problemi ġejjin minn diskriminazzjoni indiretta jew restrizzjonijiet mhux ġustifikati dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema tal-moviment liberu. Pereżempju, il-kriterju ta' residenza li jirregola l-eliġibbiltà għal ċerti vantaġġi soċjali u fiskali, rekwiżiti lingwistiċi eċċessivi, jew li Stat Membru jonqos milli jikkunsidra s-snin li wieħed ikun ħadem f'pożizzjoni simili fi Stati Membri oħra tal-UE waqt li jkunu qed jiġu kkalkulati l-anzjanità ta' impjegat mas-settur pubbliku u vantaġġi assoċjati.

(b) Diskussjoni fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema

Ix-xkiel għall-moviment liberu tal-ħaddiema, il-problemi tad-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u l-ħtieġa li r-regoli attwali tal-UE jkunu infurzati aħjar, ġew diskussi f'għadd ta' laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema minn Ottubru 2010 sa Ottubru 2012. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv, magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u s-sħab soċjali rrappreżentati fuq livell Ewropew u nazzjonali, intalbu wkoll iwieġbu l-kwestjonarju li ħarġet il-Kummissjoni. Il-kwestjonarju tfassal b'tali mod li jidentifika x'azzjoni trid tittieħed fuq livell nazzjonali li tinforma, tgħin, tappoġġa u tħares lill-ħaddiema tal-UE fejn tidħol l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

Il-membri tal-Kumitat għarfu l-importanza li ssir applikazzjoni reali u effettiva tad-drittijiet eżistenti. Bħala tweġiba għal din il-ħtieġa, is-suġġerimenti jvarjaw minn attivitajiet li jqajmu kuxjenza għal infurzar aktar b'saħħtu tar-regoli u aċċess aħjar għall-informazzjoni u l-appoġġ għal ħaddiema migranti tal-UE. Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema tat-30 ta' Ottubru 2012, is-sħab soċjali, l-ETUC kif ukoll il-Business Europe, qablu ferm u fil-wisa' mal-proposta ta' Direttiva.

(c) Konsultazzjoni pubblika

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika bejn Ġunju u Awwissu 2011. Iċ-ċittadini, l-awtoritajiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, u l-assoċjazzjonijiet (NGOs, assoċjazzjonijiet ta' professjonisti indipendenti, eċċ.) taw l-opinjoni tagħhom dwar il-problemi ewlenin li jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, dwar il-livell attwali tal-protezzjoni tal-ħaddiema u dwar il-ħtieġa li l-UE taġixxi biex tgħin lill-ħaddiema jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom.

B'kollox waslu 243 tweġiba, 169 minnhom waslu mingħand ċittadini u 74 l-oħra mingħand organizzazzjonijiet, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali. Fost it-tweġibiet tal-organizzazzjonijiet, it-trade unions kienu l-iktar attivi biex jagħtu kontribut (27% ta' dawk li wieġbu), warajhom l-NGOs (17%), l-awtoritajiet nazzjonali (15%) u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi (12%).

Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu qablu li l-ħaddiema tal-UE għandhom jitħarsu aħjar mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità. Adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-aktar kors importanti ta' azzjoni li jissuġġerixxu t-trade unions, l-NGOs, il-kumpaniji privati, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u ċ-ċittadini. L-awtoritajiet nazzjonali kienu maqsuma. L-impjegaturi wrew biċ-ċar li huwa tassew importanti li titqajjem kuxjenza. Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu jidhrilhom li miżura importanti tkun li jinħolqu punti jew strutturi ta' kuntatt fl-Istati Membri. L-iskambji tal-prattika bejn il-pajjiżi tal-UE tqiesu wkoll bħala għodda importanti, filwaqt li l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, it-trade unions, il-kumpaniji privati u l-awtoritajiet reġjonali[17] qiesu l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet bħala importanti.

2.2.        Valutazzjoni tal-impatt

F'konformità mal-politika tagħha ta' regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet politiċi msejsa fuq studju estern[18] li tlesta f'Marzu 2012[19].

L-għażliet politiċi differenti fihom firxa ta' għażliet li jirrappreżentaw gradi differenti ta' intervent mill-UE: li jinżamm l-istatus quo, li ssir bidla mingħajr regolamentazzjoni, jew li ssir regolamentazzjoni. Dwar din tal-aħħar, l-għażliet jagħtu xenarji differenzjati li jvarjaw minn intervent kwiet (l-ebda strument legali li jorbot, bħal Rakkomandazzjoni) sa intervent sħiħ permezz ta' strument legali li jorbot, bħal Direttiva.

Dawn l-għażliet kollha ġew analizzati fil-konfront tal-għanijiet ġenerali.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt uriet li inizjattiva leġiżlattiva li torbot tħalli impatt b'mod tanġibbli fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu. Strument legali li jorbot, li jimponi obbligi fuq l-Istati Membri biex jadottaw miżuri xierqa li jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi li jwasslu l-informazzjoni u jagħtu l-pariri liċ-ċittadini huwa mod effettiv u effiċjenti biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija.

L-għażla ppreferuta hija Direttiva flimkien ma' inizjattivi oħra, bħal linji gwida komuni dwar suġġetti speċifiċi li jridu jiġu adottati mill-Kumitat Tekniku[20] dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. Dokument ta' Gwida Komuni jindirizza l-kwistjoni speċifika tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

Direttiva li ddaħħal miżuri maħsuba biex jappoġġaw il-ħaddiema migranti tal-UE li jiltaqgħu ma' problemi fil-moviment liberu, ikollha l-għan li żżid l-għarfien dwar din il-kwistjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali sabiex b'hekk iżidu l-azzjoni tagħhom kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità. Jekk din il-kwistjoni tkun aktar viżibbli, iċ-ċittadini jsiru infurmati aktar dwar id-drittijiet tagħhom u jiżdied l-għarfien fost l-impjegaturi fis-settur pubbliku u privat u partijiet interessati oħra (NGOs, sħab soċjali, eċċ). Barra minn hekk, mingħajr ma jiżdiedu l-piżijiet fuq l-impjegaturi, Direttiva tagħti kontribut sinifikanti biex il-liġi tal-UE tiftiehem aħjar u tiġi infurzar aħjar billi teżiġi speċifikament li l-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet interessati jkunu infurmati aħjar. Barra minn hekk, jekk jingħataw mezzi speċifiċi ta' rimedju għal kull ksur tad-drittijiet skont l-Artikolu 45 tat-TFUE u jekk partijiet terzi jitħallew jintervjenu f'isem ħaddiema migranti tal-UE, ikun eħfef għaċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jkollhom l-appoġġ biex jagħmlu dan.

L-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt ġie approvat mill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt ("IAB") f'Lulju 2012. L-opinjoni tal-IAB kif ukoll il-Valutazzjoni tal-Impatt finali u s-sommarju eżekuttiv tagħha qed jiġu ppubblikati flimkien ma' din il-proposta.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Il-kuntest ġenerali — sommarju tal-azzjoni proposta

Din il-proposta għal Direttiva għandha l-għan li ttejjeb u ssaħħaħ il-mod li bih l-Artikolu 45 tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011 jiġu applikati fil-prattika madwar l-Unjoni Ewropea billi jiġi stabbilit qafas komuni ġenerali ta' dispożizzjonijiet u miżuri xierqa li jiffaċilitaw applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-drittijiet li tagħti l-liġi tal-UE lill-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

Il-proposta għal Direttiva tintroduċi b'mod partikolari obbligi legali sabiex:

- tiżgura li l-ħaddiema migranti tal-UE jkollhom mezzi adegwati ta' rimedju fuq livell nazzjonali. Kull ħaddiem tal-UE li jidhirlu li jkun bata minn diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità għandu jkun jista' juża proċeduri amministrattivi u/jew ġudizzjarji xierqa biex jaffronta l-imġiba diskriminatorja;

- tħares aktar lill-ħaddiema billi jkun żgurat li l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra b'interess leġittimu fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-moviment liberu tal-ħaddiema jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f'kull proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja f'isem il-ħaddiema migranti tal-UE jew b'appoġġ għalihom meta jinkisru d-drittijiet tagħhom;

- twaqqaf strutturi jew korpi fuq livell nazzjonali li jippromwovu l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu billi jagħtu informazzjoni u jappoġġaw u jassistu lill-ħaddiema migranti tal-UE li jbatu minn diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità;

- tqajjem kuxjenza billi tagħti aċċess faċli għal informazzjoni rilevanti lill-impjegaturi, lill-ħaddiema, u lil kull parti interessata oħra;

- tippromwovi d-djalogu mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi adegwati u s-sħab soċjali.

3.2.        Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 46 tat-TFUE, l-istess bażi legali tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, li jippermetti l-adozzjoni ta' Regolamenti jew Direttivi permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.3.        Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

Il-problemi identifikati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, u b'mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, huma marbutin mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3(3) tat-TUE, li skontu l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet suq intern ibbażat fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, bil-miri ta' impjieg sħiħ u żvilupp soċjali, u fl-Artikolu 45 (il-moviment liberu u n-nondiskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità għall-ħaddiema tal-UE) u l-Artikolu 18 tat-TFUE (in-nondiskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità għaċ-ċittadini tal-UE).

Ir-regoli applikabbli tal-UE jeħtieġ li jiġu applikati kif inhu xieraq u b'mod effettiv. Id-differenzi u d-diskrepanzi fil-mod kif ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 jiġi applikat u infurzat fl-Istati Membri differenti huma detrimentali biex il-moviment liberu jiffunzjona tajjeb bħala libertà fundamentali. Hemm prova li tissuġġerixxi li huwa ferm diffiċli li jinħoloq ambjent ekwu għall-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu fl-UE kollha. F'dawn iċ-ċirkostanzi, iċ-ċarezza legali u ċ-ċertezza meħtieġa jistgħu jinkisbu biss fil-livell ta' UE.

Għalhekk, l-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u hemm bżonn li tittieħed azzjoni fil-livell ta' UE.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Sabiex jitjiebu l-applikazzjoni u l-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 fil-prattika, din tipproponi miżuri preventivi, bħall-garanzija tal-mezzi adegwati ta' rimedju u l-għoti tal-appoġġ tal-informazzjoni u l-pariri skont it-tradizzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali.

Filwaqt li jitqiesu n-natura tal-miżuri proposti, din se tagħti l-libertà lill-Istati Membri li jagħżlu l-miżuri ta' implimentazzjoni l-aktar adatti għas-sistemi u l-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali tagħhom.

3.4.        Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

3.4.1.     KAPITOLU I – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3.4.1.1.  Artikolu 1 – Is-suġġett

L-Artikolu 45 tat-TFUE huwa dispożizzjoni tal-liġi tal-UE li hija direttament applikabbli fl-ordni ġudizzjarja nazzjonali tal-Istati Membri u li tagħti direttament d-dritt liċ-ċittadini Ewropej li jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal skopijiet ta' impjieg u li jilqgħu offerti ta' impjieg, li jaħdmu fih mingħajr il-permess tax-xogħol, li jgħixu fih għal dan l-iskop u li joqogħdu fih anke wara li jintemm l-impjieg. Dan jagħti d-dritt għal trattament ugwali liċ-ċittadini fejn jidħlu l-aċċess għall-impjiegi, ir-rimunerazzjoni u kundizzjonijiet oħrajn tax-xogħol u l-impjiegi. Għalhekk dan jimplika t-tneħħija ta' kull diskriminazzjoni (diretta jew indiretta) abbażi ta' nazzjonalità fl-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet kif ukoll ta' kull xkiel mhux ġustifikat li jfixkel l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu[21].

Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 huwa wkoll strument legali li min-natura tiegħu hu direttament applikabbli u l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jieħdu miżuri ta' implimentazzjoni biex iċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq id-drittijiet li jagħtihom dan ir-Regolament.

Id-drittijiet li jagħti dan ir-Regolament lill-individwi, u li b'din il-proposta se jkun aktar faċli li jiġu infurzati, huma dawk li hemm fl-Artikoli 1 sa 10 tal-Kapitolu I "L-Impjieg, l-Ugwaljanza fit-Trattament u l-Familji tal-Ħaddiema". Dawn għandhom x'jaqsmu b'mod partikolari mal-aċċess għall-impjiegi (l-Artikoli 1 sa 6 tat-Taqsima 1 "Eliġibbiltà għall-impjieg"), it-trattament ugwali fejn jidħlu l-kundizzjoni tax-xogħol u l-impjiegi (l-Artikoli 7 sa 9 tat-Taqsima 2 "Impjieg u ugwaljanza fit-trattament") u l-membri tal-familji tal-ħaddiem (l-Artikolu 10 tat-Taqsima 3 "Il-familji tal-ħaddiema").

Din il-proposta għal Direttiva ma għandhiex x'taqsam mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 "L-ikklerjar ta' postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg" (l-Artikoli 11 sa 20), mal-Kapitolu III "Kumitati biex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri f'materji li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-impjieg tagħhom" (l-Artikoli 20 sa 34) jew mal-Kapitolu IV "Dispożizzjonijiet finali" (l-Artikoli 35 sa 42).

3.4.1.2.  Artikolu 2 – Kamp ta' applikazzjoni

Il-proposta ma tbiddilx il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Din tapplika biss f'każijiet ta' diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità fejn jidħlu l-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, billi ddaħħal id-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni, informazzjoni u appoġġ, f'konformità mal-Artikoli 3 sa 7 ta' din il-proposta għal Direttiva. Din hija l-bażi tal-garanzija ta' trattament ugwali u terġa' ssaħħaħ ir-rimedji f'każijiet ta' xkiel mhux ġustifikat fejn jidħlu l-eliġibbiltà u l-aċċess għall-impjiegi għal ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea.

F'dan il-kuntest il-proposta għal Direttiva tkopri dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

- l-aċċess għall-impjiegi;

- il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg b'mod partikolari fejn jidħlu r-rimunerazzjoni u t-tkeċċija;

- l-aċċess għall-vantaġġi soċjali u fiskali;

- is-sħubija fi trade unions;

- l-aċċess għat-taħriġ;

- l-aċċess għall-akkomodazzjoni;

- l-aċċess għall-edukazzjoni għall-familji tal-ħaddiema.

3.4.2.     KAPITOLU II – L-INFURZAR

3.4.2.1.  Artikolu 3 – Id-difiża tad-drittijiet – Il-mezzi ta' rimedju – Il-limiti taż-żmien

Dan l-Artikolu jimponi obbligu legali fuq l-Istati Membri biex il-ħaddiema migranti tal-UE jingħataw mezzi adegwati ta' rimedju fuq livell nazzjonali. Dan huwa relatat ukoll mal-infurzar u d-difiża tad-drittijiet, li minnu nnifsu huwa dritt fundamentali. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt ta' rimedju effettiv għal dawk kollha li d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom garantiti mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jkunu nkisru jew ma ġewx irrispettati. Il-proposta tkopri mezzi ġudizzjarji u extraġudizzjarji ta' rimedju, inklużi mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim bħall-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni. L-Ombudsmen u l-korpi għall-ugwaljanza jew strutturi oħra simili jistgħu wkoll ikunu ta' alternattiva għall-qrati ġenerali. F'konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dan l-Artikolu jipprevedi li, meta l-Istati Membri jipprovdu biss għall-proċeduri amministrattivi, dawn għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva tista' tiġi sfidata quddiem tribunal.

F'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja[22], il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jispeċifika li l-paragrafu ta' qabel huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-limiti taż-żmien biex jinfetħu l-kawżi fejn jidħol il-prinċipju tat-trattament ugwali, diment li dawn il-limiti taż-żmien ikunu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.

3.4.2.2.  Artikolu 4 – L-Azzjoni ta' assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra

Dan l-Artikolu jdaħħal l-obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali (bħat-trade unions, l-NGOs jew organizzazzjonijiet oħra) jistgħu jinvolvu ruħhom f'kull proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja f'isem il-ħaddiema migranti tal-UE jew b'appoġġ għalihom meta jinkisru d-drittijiet tagħhom skont id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru 492/2011. Sta għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri biex jiddefinixxu l-mod kif din id-dispożizzjoni għandha tiġi implimentata fil-prattika, skont is-sistemi u l-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali.

Assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra jistgħu jaqdu rwol sinifikanti fid-difiża tad-drittijiet f'isem ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu jew b'appoġġ għalihom[23]. L-assistenza tista' tkun differenti minn Stat Membru għal ieħor skont is-sistema, il-proċeduri, it-tradizzjonijiet u l-prattiċi ġudizzjarji tiegħu, (eż. it-trade unions jistgħu jintervjenu, jew jerfgħu l-ispejjeż, jew jassitu lill-vittmi ta' diskriminazzjoni).

B'rifless tal-Artikolu 3, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 jispeċifika li l-ewwel paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-limiti taż-żmien biex jinfetħu l-kawżi.

3.4.3.     KAPITOLU III – IL-PROMOZZJONI TAT-TRATTAMENT UGWALI – PUNTI TA' KUNTATT, STRUTTURI JEW KORPI – ID-DJALOGU

3.4.3.1.  Artikolu 5 – Punti ta' kuntatt, strutturi jew korpi.

Dan l-Artikolu jipprovdi għal strutturi tal-informazzjoni, il-promozzjoni u l-appoġġ jew għal korpi li jridu jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali biex jappoġġaw lill-ħaddiema migranti tal-UE u jippromwovu, janalizzaw u jissorveljaw id-drittijiet li jingħataw lilhom u lill-membri tal-familji tagħhom bil-liġi tal-UE. Madanakollu dawn il-funzjonijiet jistgħu jkunu eżerċitati wkoll minn korpi eżistenti li huma diġà stabbiliti mill-Istati Membri biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew aġenziji b'responsabbiltà fil-livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi. F'dan il-każ, l-Istati Membri jridu jiżguraw allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali. Għal dan il-għan, it-taħriġ tal-esperti jista' jkun eliġibbli taħt il-Fond Soċjali Ewropew.

Il-kompiti ta' dawn l-istrutturi jew il-korpi għandhom jinkludu li:

(a) Jagħtu l-informazzjoni lill-partijiet interessati rilevanti kollha u jżidu l-appoġġ għall-ħaddiema migranti tal-UE; jagħtu pariri u għajnuna lill-allegati vittmi ta' diskriminazzjoni biex isegwu l-ilmenti tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 4. Filwaqt li f'xi pajjiżi l-korpi għall-ugwaljanza stabbiliti bid-Direttivi tal-UE li jiġġieldu d-diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, ikollhom pożizzjoni legali u jistgħu jressqu każ quddiem il-qorti, f'pajjiżi oħrajn dawn jistgħu biss jagħtu għajnuna lill-kwerelant, jew jagħtu osservazzjonijiet lill-qorti;

(b) Jagħmlu stħarriġiet indipendenti dwar id-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità;

(c) Jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħtu rakkomandazzjonijiet fejn tidħol l-ugwaljanza tat-trattament u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità;

(d) Jippubblikaw informazzjoni fuq kull kwistjoni relatata mal-applikazzjoni fuq livell nazzjonali tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.

Sta għal kull Stat Membru li jiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn li tinħoloq struttura kollha kemm hi ġdida, jew jekk korpi eżistenti jistgħux jingħataw il-kompiti deskritti hawn fuq għall-promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni li jeżistu fl-Istati Membri kollha. Bħalissa "nazzjonalità" tista' tkun koperta bil-kompetenza tal-Korpi eżistenti tal-ugwaljanza f'19-il Stat Membru[24].

Barra minn hekk, dan l-Artikolu jipprovdi għal sinerġiji ta' strutturi jew korpi eżistenti jew ġodda ma' għodod oħra tal-informazzjoni, il-promozzjoni u l-appoġġ fil-livell ta' UE, bħal L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta' Kuntatt Waħdieni.

Jekk wieħed jibni fuq strutturi eżistenti, dan ikollu l-vantaġġ li jgawdi mill-għarfien u l-esperjenza eżistenti. Dan iżid ukoll is-sempliċità u l-aċċessibbiltà għax jevita r-riskju li tinħoloq konfużjoni u inċertezza dwar min jista' jgħin jekk jinqalgħu l-problemi.

3.4.3.2.  Artikolu 6 – Id-djalogu

Dan l-Artikolu jobbliga lill-Istati Membri, skont it-tradizzjonijiet u l-prattiki nazzjonali, li jieħdu miżuri adegwati biex iħeġġu u jippromwovu d-djalogu mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi li, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu sehem fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità.

3.4.4.     KAPITOLU IV – AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI

3.4.4.1.  Artikolu 7 – It-tixrid tal-informazzjoni

Dan l-Artikolu jipprevedi għat-tixrid xieraq tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u tal-membri tal-familji tagħhom fejn jidħol it-trattament ugwali li joħroġ mid-Direttiva u mill-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Aktar ma tkun effettiva s-sistema tal-informazzjoni pubblika u l-prevenzjoni, inqas ikun hemm bżonn rimedji individwali. Il-proposta għal Direttiva tħalliha f'idejn l-Istati Membri biex jagħżlu l-għodod tal-informazzjoni, iżda l-informazzjoni online jew diġitali b'links mal-għodod eżistenti tal-informazzjoni fil-livell ta' UE, il-websajt L-Ewropa Tiegħek u l-EURES għandhom isiru obbligatorji.

Madanakollu, dan kollu għandu jkun ikkumplimentat minn attivitajiet pubbliċi oħra tal-informazzjoni li jirriflettu l-aqwa prattiċi li nnutaw l-esperti nazzjonali u l-partijiet interessati, ngħidu aħna kampanji li jqajmu kuxjenza jew informazzjoni speċifika. Ir-rwol attiv tas-sħab soċjali, il-korpi għall-ugwaljanza, l-NGOs u assoċjazzjonijiet oħra jistgħu jkunu wkoll importanti ħafna fit-tixrid tal-informazzjoni.

3.4.5.     KAPITOLU V – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

3.4.5.1.  Artikolu 8 – Ir-rekwiżiti minimi

L-ewwel paragrafu huwa dispożizzjoni standard ta' "non-rigressjoni" li tispeċifika li l-Istati Membri jista' jkollhom jew ikunu jixtiequ jadottaw leġiżlazzjoni li tipprovdi għal livell ogħla ta' protezzjoni minn dak garantit mid-Direttiva proposta.

It-tieni paragrafu espressament jindika li l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni jwessgħu l-kompetenzi tal-korpi msemmija fl-Artikolu 5 biex iħaddnu wkoll in-nondiskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità għaċ-ċittadini kollha tal-UE u l-membri familjari tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri[25].

It-tielet paragrafu jipprevedi li l-Istati Membri ma għandhomx ibaxxu l-livell eżistenti ta' protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva.

3.4.5.2.  Artikolu 9 – It-traspożizzjoni

L-Istati Membri huma obbligati jadottaw il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa fi żmien (2) sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u li jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta' informazzjoni, fosthom li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mod kif id-Direttiva hija trasposta fil-liġi nazzjonali u li ssir referenza għad-Direttiva f'kull miżura ta' implimentazzjoni.

F'dan il-kuntest, skont id-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, ikun xieraq li man-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom, l-Istati Membri jakkumpanjaw dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva attwali u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Filwaqt li jitqies li għal xi dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, bħal dawk dwar l-istrutturi jew il-korpi maħsuba fl-Artikolu 5, bosta Stati Membri diġà għandhom leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' raġunijiet oħra fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew aġenziji responsabbli fuq il-livell nazzjonali mid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew biex iħarsu d-drittijiet tal-individwi, id-dokumenti ta' spjegazzjoni jippermettu li jiġu identifikati aħjar il-miżuri speċifiċi adottati jew diġà fis-seħħ kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità.

3.4.5.3.  Artikolu 10 – Ir-rapport

Il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha. Din tista' tagħmel ukoll proposti xierqa għal aktar miżuri fejn hemm bżonn. Għaldaqstant, fil-kuntest tar-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni u l-esperjenza miksuba fuq il-lant, il-Kummissjoni se ssegwi wkoll il-mod kif l-Istati Membri pruvaw iwessgħu il-kompetenzi tal-istrutturi u l-korpi msemmija fl-Artikolu 5 għad-dritt tat-trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni.

3.4.5.4.  Artikolu 11 – Id-dħul fis-seħħ

Din hija klawżola standard li tispeċifika li din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.4.5.5.  Artikolu 12 – L-indirizzi

Din hija dispożizzjoni standard li tispeċifika li d-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta hija mistennija jkollha impatt limitat fuq il-baġit tal-Unjoni. L-ispejjeż għal studju ta' evalwazzjoni fl-2015 huma stmati li ma jaqbżux EUR 0,300 miljun u se jkunu koperti mill-fondi disponibbli bil-linja baġitarja li tiffinanzja l-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi. L-ispejjeż għar-riżorsi umani (EUR 0,131 miljun fis-sena) se jkunu koperti bl-intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali. Id-dettalji qed jingħataw fid-dikjarazzjoni finanzjarja annessa ma' din il-proposta.

2013/0124 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[26],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[27],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u wieħed mill-pilastri tas-suq intern fl-Unjoni minqux fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni bil-għan li jkun żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom.

(2)       Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wkoll element ewlieni fl-iżvilupp ta' suq ġenwin tax-xogħol tal-Unjoni, li jippermetti lill-ħaddiema jiċċaqilqu minn żoni b'qgħad għoli għal żoni b'nuqqas ta' ħaddiema, li jgħin aktar persuni biex isibu postijiet li jixirqu aktar lill-ħiliet tagħhom u li jegħleb il-konġestjoni fis-suq tax-xogħol.

(3)       Il-moviment liberu tal-ħaddiema jagħti d-dritt lil kull ċittadin li jiċċaqlaq b'mod ħieles lejn Stat Membru ieħor biex jaħdem u jgħix fih għal dan l-iskop. Dan iħarsu mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità fejn jidħlu l-impjiegi, ir-rimunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol billi jiżguralu trattament ugwali meta mqabbel maċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru. Hemm bżonn li ssirlu distinzjoni mil-libertà li jagħti servizzi, li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jagħtu servizzi fi Stat Membru ieħor u li għalhekk jistgħu jibagħtu ("jistazzjonaw") temporanjament lill-ħaddiema tagħhom fi Stat Membru ieħor ħalli jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jingħataw is-servizzi hemmhekk.

(4)       Rigward il-ħaddiema u l-familji tal-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, l-Artikolu 45 tat-Trattat jagħti drittijiet sostanzjali għall-eżerċizzju ta' din il-libertà fundamentali, speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni[28].

(5)       Madanakollu, l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema għadu sfida kbira u ħafna drabi bosta ħaddiema ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom għal moviment liberu. Dawn għadhom ibatu minn diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità meta jaqsmu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea bejn l-Istati Membri. Għalhekk hemm differenza bejn il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fil-prattika u din jeħtieġ li tiġi indirizzata.

(6)       F'Lulju 2010, fil-Komunikazzjoni tagħha "Ittenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri"[29] il-Kummissjoni semmiet li se ssib modi kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda (b'mod partikolari fid-dawl tax-xejriet ġodda tal-mobbiltà) li għandhom il-ħaddiema migranti tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, u fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida għas-suq uniku se tqis kif tippromwovi u ssaħħaħ il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-ħaddiema tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

(7)       Fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE" tas-27 ta' Ottubru 2010[30], il-Kummissjoni identifikat l-applikazzjoni diverġenti u żbaljata tal-liġi tal-Unjoni dwar id-dritt tal-moviment liberu bħala wieħed mill-ostakli ewlenin li jiltaqgħu miegħu ċ-ċittadini tal-UE meta jiġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tieħu azzjoni biex "tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familji tagħhom minn pajjiżi terzi billi tinforza r-regoli tal-UE b'mod strett, inkluż rigward in-nondiskriminazzjoni, billi tippromwovi l-prattiċi tajbin u għarfien ikbar tar-regoli tal-UE fost in-nies u billi żżid it-tixrid tal-informazzjoni liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet għal moviment liberu tagħhom" (azzjoni 15 tar-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE).

(8)       Fil-Pakkett tagħha dwar l-Impjiegi tat-18 ta' April 2012 (il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi")[31], il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha "tressaq proposta leġiżlattiva biex issostni l-ħaddiema mobbli (tagħrif u pariri) fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni".

(9)       Applikazzjoni u infurzar xierqa u effettivi huma elementi ewlenin biex jiħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema peress li infurzar dgħajjef ixekkel l-effikaċja tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam.

(10)     Applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tad-drittijiet li jagħtu r-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema hija meħtieġa wkoll għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(11)     Għandhom jittejbu l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu ħalli jiżguraw li l-ħaddiema jkunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, ħalli jgħinuhom u jħarsuhom fl-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet, u ħalli jiġġieldu l-evażjoni ta' dawn ir-regoli min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-impjegaturi pubbliċi jew privati.

(12)     Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli sostantivi fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema għal moviment liberu għall-finijiet ta' xogħol, u sabiex isir monitoraġġ tal-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u minn kull xkiel mhux ġustifikat għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

(13)     Għal dan il-għan, huwa xieraq li jingħataw regoli speċifiċi għal infurzar effettiv tar-regoli sostantivi li jirregolaw il-moviment liberu tal-ħaddiema, u biex jiffaċilitaw applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tal-Artikolu 45 tat-Trattat u tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

(14)     F'dan il-kuntest, il-ħaddiema li kienu soġġetti għal diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, jew għal xi restrizzjoni mhux ġustifikata biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, għandu jkollhom mezzi xierqa u effettivi ta' protezzjoni legali u ta' rimedju. Meta l-Istati Membri jipprovdu biss għall-proċeduri amministrattivi, dawn għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva tkun tista' tiġi sfidata quddiem tribunal skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta.

(15)     Sabiex jingħataw livelli aktar effettivi ta' protezzjoni, l-assoċjazzjonijiet jew l-entitajet legali għandhom jingħataw ukoll is-setgħa li jinvolvu ruħhom, skont kif jiddeterminaw l-Istati Membri, f'isem il-vittma jew b'appoġġ għalih fi proċedimenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-proċedura dwar ir-rapreżentanza u d-difiża fil-qrati.

(16)     Fir-rigward tal-limiti taż-żmien previsti fl-Artikoli 3(2) u 4(2) u skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja[32] dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni,

(17)     Il-protezzjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità tissaħħaħ jekk f'kull Stat Membru jkun hemm organizzazzjonijiet kompetenti biex jippromwovu t-trattament ugwali, biex janalizzaw il-problemi li jkun hemm fil-każijiet taċ-ċittadini, biex jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u biex jagħtu assistenza speċifika lill-ħaddiema tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

(18)     Huwa sta għall-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva humiex attribwiti għal korp diġà eżistenti li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni. Jekk il-kompiti skont l-Artikolu 5 se jiġu koperti billi jitwessa' l-mandat ta' korp jew struttura diġà eżistenti, l-Istat Membru għandu jiżgura allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

(19)     L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-promozzjoni ta' sinerġiji ma' għodod tal-informazzjoni u tal-appoġġ li diġa jeżistu fil-livell ta' Unjoni u għal dan il-għan, dawn għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew maħluqa ġodda jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta' Kuntatt Waħdieni, jużawhom u jikkoperaw magħhom.

(20)     L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-djalogu ma' organizzazzjonijiet nongovernattivi u bejn is-sħab soċjali biex jindirizzaw u jiġġieldu l-forom differenti ta' diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità.

(21)     L-Istati Membri għandom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi disponibbli aktar fil-wisa' għal ħaddiema minn Stati Membri oħra u għall-impjegaturi u għal partijiet interessati oħra.

(22)     L-Istati Membri għandhom jistabilixxu kif jingħata aċċess faċli għal informazzjoni rilevanti lill-impjegaturi, lill-ħaddiema u lil persuni oħra dwar id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment b'L-Ewropa Tiegħek u l-EURES.

(23)     Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, u għalhekk tagħti l-għażla lill-Istati Membri li jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwessgħu l-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet fdati bil-kompiti relatati mal-ħarsien tal-ħaddiema migranti tal-Unjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità sabiex ikun kopert id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri[33]. L-implimentazzjoni tad-Direttiva preżenti ma għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

(24)     L-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva timplika li l-Istati Membri, meta jadottaw il-miżuri xierqa biex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, għandhom jagħtu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tal-miżuri ta' implimentazzjoni.

(25)     F'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati impenjaw ruħhom li f'każijiet ġustifikati, man-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom, jakkumpanjaw dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-traspożizzjoni ta' dokumenti bħal dawn hija ġġustifikata.

(26)     Wara li jkun skada biżżejjed iż-żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-Kummisjoni għandha tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li b'mod partikolari jevalwa l-opportunità li tittressaq kull proposta meħtieġa bil-għan li jkun garantit infurzar aħjar tal-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu.

(27)     Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment il-libertà fl-għażla tal-mestier u d-dritt għal xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għal nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 u b'mod partikolari l-Paragrafu 2 dwar in-nondiskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità), id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni (l-Artikolu 28), kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa (l-Artikolu 31), id-dritt għal moviment liberu u residenza (l-Artikolu 45) u d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust (l-Artikolu 47). Din trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(28)     Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jkun stabbilit qafas komuni ġenerali ta' dispożizzjonijiet xierqa, miżuri u mekkaniżmi ta' kontroll meħtieġa għal implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi fil-prattika tad-drittijiet li jagħtu t-Trattat u r-Regolament (UE) Nru 492/2011, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u allura minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni jista' jintlaħaq aħjar fil-livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Is-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jħaffu l-applikazzjoni u l-infurzar uniformi fil-prattika tad-drittijiet li jagħtu l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Diretiva tapplika għal dawn il-materji fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema:

(a)        l-aċċess għall-impjiegi;

(b)        il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg, b'mod partikolari fejn jidħlu r-rimunerazzjoni u t-tkeċċija;

(c)        l-aċċess għall-vantaġġi soċjali u fiskali;

(d)        is-sħubija fi trade unions;

(e) l-aċċess għat-taħriġ;

(f) l-aċċess għall-akkomodazzjoni;

(g) l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal tal-ħaddiema.

KAPITOLU II L-INFURZAR

Artikolu 3 Id-difiża tad-drittijiet – Il-mezzi ta' rimedju – Il-limiti taż-żmien

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, inkluż proċeduri ta' konċiljazzjoni fejn jidhrilhom li jkunu xierqa, għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, ikunu disponibbli għall-ħaddiema kollha u l-membri tal-familji tagħhom li jqisu li jkunu batew jew qed ibatu minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati għad-dritt tagħhom tal-moviment liberu jew li jqisu ruħhom offiżi minħabba li ma jkunx ġie applikat għalihom il-prinċipju tat-trattament ugwali, anke wara li tintemm ir-relazzjoni fiha tkun seħħet l-allegata diskriminazzjoni.

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti taż-żmien għall-infurzar ta' dawn id-drittijiet. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 4 L-Azzjoni ta' assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra, li, skont il-kriterju stabbilit fil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li jkunu konformi mad-dispożizjonijiet ta' din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu sehem, f'isem il-ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu jew b'appoġġ għalihom, bl-approvazzjoni tal-ħaddiem, f'kull proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva provduta għall-infurzar tad-drittijiet skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti taż-żmien għall-infurzar ta' dawn id-drittijiet. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni.

KAPITOLU III

IL-PROMOZZJONI TAL-ISTRUTTURI GĦAL TRATTAMENT UGWALI, KORPI GĦAD-DJALOGU

Artikolu 5 Strutturi – korpi

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru struttura, korp jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-korpi jkunu jistgħu jitħaddmu. Dawn il-korpi jistgħu jkunu jiffurmaw parti minn aġenziji fuq livell nazzjonali b'għanijiet simili imma li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi ta' dawn il-korpi jkunu jinkludu:

(a) mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-ħaddiema jew tal-membri tal-familja tagħhom u assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra msemmija fl-Artikolu 4, id-dispożizzjoni ta' assitenza legali indipendenti u/jew assistenza indipendenti oħra għall-ħaddiema jew għall-membri tal-familja tagħhom biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom;

(b) jagħmlu stħarriġiet indipendenti dwar id-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità;

(c) jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam ma' diskriminazzjoni bħal din;

(d) jippubblikaw informazzjoni fuq kull kwistjoni relatata mal-applikazzjoni fil-livell nazzjonali tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew maħluqin ġodda jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza fil-livell ta' Unjoni, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta' Kuntatt Waħdieni, jużawhom u jikkoperaw magħhom.

Artikolu 6 Id-djalogu

L-Istati Membri għandhom iħeġġu d-djalogu mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa u mal-sħab soċjali li, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu kontribut biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità bil-ħsieb li jkun promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali.

KAPITOLU IV AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI

Artikolu 7 It-tixrid tal-informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà hemm fis-seħħ fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, jkunu jafu bihom il-persuni kkonċernati b'kull mezz xieraq fit-territorju tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni ċara, komprensiva, aġġornata u aċċessibbli faċilment dwar id-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. Din l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli minn L-Ewopa Tiegħek u l-EURES.

KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8 Ir-rekwiżiti minimi

1. L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jħarsu l-prinċipju tat-trattament ugwali minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kompetenzi tal-istrutturi jew korpi msemmija fl-Artikolu 5 għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, ikopru wkoll id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoi abbażi ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

3. Fl-ebda ċirkustanza, l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha tkun raġuni biżżejjed biex jonqos il-livell ta' protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma li tapplika għalihom, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jirrispondu għall-bidliet fis-sitwazzjoni billi jdaħħlu liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu differenti minn dawk fis-seħħ fin-notifika ta' din id-Direttiva, diment li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9 It-traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [2 years after its entry into force - specific date to be inserted by the OPOCE]. Dawn għandhom jagħtu l-kontenut ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom isibu mod kif għandha ssir referenza bħal din.

3. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-kontenut tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali lill-Kummissjoni li jkunu adottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.

Artikolu 10 Ir-rapport

Mhux iktar tard minn sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, bil-ħsieb li fejn xieraq isiru l-emendi meħtieġa.

Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.         QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

            1.1.      Titolu tal-proposta/inizjattiva

            1.2.      Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

            1.3.      In-natura tal-proposta/inizjattiva

            1.4.      L-għan(ijiet)

            1.5.      Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

            1.6.      It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

            1.7.      Il-metodu/i ta' ġestjoni previst/i

2.         MIŻURI TA' ĠESTJONI

            2.1.      Ir-regoli ta' monitoraġġ u rappurtar

            2.2.      Is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

            2.3.      Il-miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet

3.         IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

            3.1.      Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

            3.2.      L-impatt stmat fuq in-nefqa

            3.2.1.   Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

            3.2.2.   L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

            3.2.3.   L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

            3.2.4.   Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

            3.2.5.   Il-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi fil-finanzjament

            3.3.      L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.        Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet li għandhom il-ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema  Il-qasam/oqsma ta' politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[34]

Impjieg, Djalogu Soċjali

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[35]

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni direzzjonata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        L-għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni immirat/i mill-proposta/inizjattiva

Kontribut għall-miri Ewropej tal-2020:

- Il-promozzjoni ta' aktar parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

- L-iżvilupp ta' suq tax-xogħol Ewropew sikur, flessibbli u mobbli

- Il-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali u ekonomika

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ikkonċernata/i tal-ABM/ABB

L-għan speċifiku Nru 2(EMPL):

Issir promozzjoni tal-mobilità ġeografika u professjonali tal-ħaddiema fl-Ewropa ħalli jingħeleb ix-xkiel għall-moviment liberu u ħalli jkun jista' jinħoloq suq tax-xogħol reali fil-livell Ewropew.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistenni/ja

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta timmira li jsiru applikazzjoni u infurzar aħjar fil-prattika tad-drittijiet tal-moviment liberu, li tkun miġġielda d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u li jonqos ix-xkiel li l-ħaddiema migranti għadhom jiltaqgħu miegħu.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Bosta indikaturi, kemm kwantitattivi (eż. in-numru ta' lmenti jew il-grad kemm titqajjem kuxjenza) u kwalitattivi (ir-rapporti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni dwar il-moviment liberu) se jintużaw għall-finijiet ta' monitoraġġ. Il-korpi ta' appoġġ li twaqqfu skont din il-proposta għal Direttiva se jaqdu wkoll rwol ta' monitoraġġ u se jkunu jistgħu jagħtu aktar dejta kwalitattiva dwar id-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità.

Barra minn hekk il-Kummissjoni beħsiebha tevalwa l-impatt ta' din id-Direttiva ma':

- evalwazzjoni sistematika mis-servizzi tal-Kummissjoni bl-involviment tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema;

- il-preżentazzjoni ta' rapport, sentejn (2) wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni;

- valutazzjoni tal-attivitajiet li żviluppaw korpi u assoċjazzjonijiet ta' appoġġ;

- valutazzjoni jekk id-Direttiva wasslitx għal bidliet pożittivi;

- identifikazzjoni tad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom korpi li jappoġġaw l-ugwaljanza, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet.

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Ir-rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħaq/qu fi żmien qasir jew fit-tul

Il-proposta se jkollha l-għan li ttejjeb u ssaħħaħ l-applikazzjoni u l-infurzar fil-prattika tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema (l-Artikolu 45 tat-TFUE u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 li għandhom x'jaqsmu mal-aċċess għall-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg). Billi jingħataw għodod u mekkaniżmi speċifiċi ta' informazzjoni u pariri, din fl-istess waqt tiżgura garanziji għal eżerċizzju aktar effettiv fil-prattika ta' dawn id-drittijiet sabiex tonqos id-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u tgħin biex jitneħħa x-xkiel mhux ġustifikat għall-moviment liberu tal-ħaddiema li huwa wieħed mill-komponenti ewlenin biex jinħoloq is-Suq Intern.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-problemi identifikati huma relatati mal-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 3(3) tat-Trattat UE u l-Artikoli 45 tat-TFUE. Il-qafas legali eżistenti, l-applikazzjoni u l-infurzar fil-prattika kif ukoll it-tentattivi preċedenti biex jiġu indirizzati l-problemi eżistenti li ma jorbtux, ma kinux biżżejjed biex isolvu l-problemi identifikati. Għaldaqstant, hemm bżonn li l-problemi eżistenti jiġu indirizzati fil-livell tal-UE ħalli l-għanijiet tat-Trattat jinkisbu aħjar.

1.5.3.     It-tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

It-tentattivi preċedenti sabiex jissolvew il-problemi ta' implimentazzjoni u infurzar fil-prattika tal-liġi tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u b'mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 b'mezzi mhux leġiżlattivi, ma laħqux l-għanijiet tagħhom. Il-kwistjonijiet kienu indirizzati b'Komunikazzjonijiet Legali interpretattivi tal-Kummissjoni fl-2002 u fl-2010. Il-Komunikazzjonijiet rispettivi, fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, taw aktar kjarifiki lill-Istati Membri. Madanakollu, l-eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-moviment liberu wera li dejjem kien hemm għadd ta' nuqqasijiet; Minn Ottubru 2010, il-Kummissjoni nediet bosta studji ta' evalwazzjoni ex-post tal-problemi li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema tal-UE meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu: (żewġ rapporti indipendenti tan-Netwerk ta' esperti fil-moviment liberu tal-ħaddiema diskussi fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema li kkonkluda li d-dritt għal trattament ugwali abbażi ta' nazzjonalità rari jingħata l-istess livell ta' protezzjoni u garanziji bħad-dritt għal trattament ugwali għal raġunijiet oħra (bħar-razza u s-sess) fl-Istati Membri. Il-ħaddiema tal-UE, f'ħafna mill-Istati Membri għadhom jitqiesu li għandhom status eqreb għal dak ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi milli għal dak ta' ħaddiema nazzjonali. Barra minn hekk, jekk xi drabi, f'każijiet ta' diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, igawdu minn dawn il-garanziji u l-protezzjoni, dan isir minħabba interpretazzjoni usa' tal-liġi nazzjonali li tassimila n-nazzjonalità mal-oriġini etnika. Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm protezzjoni aktar b'saħħitha mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità.

Sabiex titħejja l-Istima tal-Impatt, sar studju ta' evalwazzjoni ex-ante minn konsulent estern fl-2012.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

Id-drittijiet fundamentali: Il-proposta hija konsistenti mal-istrateġija tad-drittijiet fondamentali tal-UE, COM(2010) 573 finali.

L-Istrateġija Ewropea 2020: L-inizjattiva se tgħin biex jinħolqu l-impjiegi bl-istrategija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u soċjalment inklussiv (Ewropa 2020).

L-Att dwar is-Suq Uniku: B'mod partikolari, il-proposta se tiffaċilita l-moviment liberu tal-forza tal-ħaddiema u se tgħin biex isir funzjonament aħjar tas-Suq Intern. Din se tgħin biex isir tqabbil aħjar tal-ħaddiema mal-impjiegi, sabiex aktar persuni jkunu jistgħu jsibu impjiegi li jaqblu mal-ħiliet tagħhom u jingħelbu l-konġestjonijiet fis-suq tax-xogħol Ewropew.

1.6.        It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

x Il-proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien limitat

¨      Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

x      L-impatt finanzjarju mill-2013 sal-2020

L-implimentazzjoni tad-Direttiva mhix ta' żmien limitat iżda se tiġi valutata mill-ġdid wara sentejn years wara li tkun għaddiet l-iskadenza tat-traspożizzjoni.

¨ Il-proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitatProposal/initiative of unlimited duration

– Implimentazzjoni b'perjodu inizjali mill-2013 sal-2014,

– u warajh tħaddim fl-iskala kollha

1.7.        Il-metodu/i ta' ġestjoni previst/i[36]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

¨      aġenziji eżekuttivi

¨      korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[37]

¨      korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b'missjoni tas-servizz pubbliku

¨      persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi f'konformità mat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn metodu ta' ġestjoni wieħed, agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli ta' monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni jkun hemm evalwazzjoni kontinwa. Il-ħsieb ewlieni ta' din l-evalwazzjoni jkun li tiġi valutata l-effikaċja inizjali tad-Direttiva. Se ssir enfasi fuq it-titjib tal-infurzar u l-effikaċja tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema wara l-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni dwar l-informazzjoni u l-parir li jingħata b'din id-Direttiva. Din l-evalwazzjoni se ssir mill-Kummissjoni bl-assistenza ta' esperti barranin. It-termini ta' referenza se jkunu żviluppati mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-partijiet interessati se jkunu infurmati dwar l-evalwazzjoni tal-abbozz u se jintalbu jikkumentaw dwarha permezz tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, u dawn se jkunu wkoll infurmati regolarment dwar il-progress tal-evalwazzjoni u s-sejbiet tagħha. Is-sejbiet se jiġu ppubblikati.

2.2.        Sistema ta' mmaniġġar u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju/i identifikat(i)

Riskji limitati minħabba impatt finanzjarju baxx.

2.2.2.     Metodu/i ta' kontroll previst(i)

Se jiġu applikati miżuri standard għall-mitigazzjoni tar-riskju.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Se jiġu applikati miżuri standard għall-mitigazzjoni tar-riskju.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff/Mhux diff. ([38]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[39] || minn pajjiżi kandidati[40] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1 || – Il-Moviment liberu tal-ħaddiema, koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali || Diff || IVA || LE || LE || LE

|| || || || || ||

Linji tal-baġit ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1 || Tkabbir sostenibbli (mill-2014 il quddiem: Tkabbir Intelliġenti u Inklussiv)

Id-DĠ: EMPL[41] || || || Is-sena 2013[42] || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || It-TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || ||

04.030500 || Impenji || (1) || 0 || 0 || 0,300 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Pagamenti || (2) || 0 || 0 || 0,150 || 0,150 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

|| || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet iffinanzjati ta' natura amministrattiva  mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[43] || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || 0 || 0 || 0,300 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Pagamenti || =2+2a+3 || 0 || 0 || 0,150 || 0,150 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 0 || 0 || 0,300 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Pagamenti || (5) || 0 || 0 || 0,150 || 0,150 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju plurieannali || Impenji || =4+ 6 || 0 || 0 || 0,300 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Pagamenti || =5+ 6 || 0 || 0 || 0,150 || 0,150 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,300

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Is-sena 2013 || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || It-TOTAL

Id-DĠ: EMPL ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || ,0131 || 0,131 || 1,048

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || ||

TOTAL tad-DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Is-sena 2013 || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || It-TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || Impenji || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

Pagamenti || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

¨           Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

x          Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Is-sena 2013 || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || It-TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta' riżultat[44] || Il-kost medju tar-riżultat || Numru ta' riżultati || Kost || Numru ta' riżultati || Kost || Numru ta' riżultati || Kost || Numru ta' riżultati || Kost || Numru ta' riżultati || Kost || Numru ta' riżultati || Kost || Numru ta' riżultati || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost

L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2[45]: il-promozzjoni tal-mobilità ġeografika u professjonali || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Evalwazzjoni mill-Kummissjoni bl-appoġġ tal-esperti || Valutazzjoni tal-impatt pożittiv u l-isfidi identifikati || 0,300 || || || || || || || || || || || 1 || 0,300 || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || 1 || 0,300 || || || || || ||

IL-KOST TOTALI || || || || || || || || || || || 1 || 0,300 || || || || || ||

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

¨      Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi

x      Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Is-sena 2013 [46] || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || It-TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

'Il barra mill-INTESTATURA 5[47] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || || ||

Subtotal 'il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || || || || || || || || ||

It-TOTAL || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 1,048

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

¨      Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx użu ta' riżorsi umani

x      Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f'ammonti sħaħ (jew l-aktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Is-sena 2013 || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 ||

Ÿ Karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) (1 AD) || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għal Fulltime: FTE)[48] ||

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") (1 SNE) || || || || || || || || ||

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") (0,5 CA) || || || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

XX 01 04 yy [49] || - fil-Kwartieri[50] || || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || || ||

It-TOTAL || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 || 131000 ||

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jsiru:

Uffiċjali u aġenti temporanji (1 AD) || monitoraġġ tat-traspożizzjoni, proċeduri ta' ksur, sejħa ta' koordinazzjoni għall-proposti/offerti, koperazzjoni amministrattiva ta' koordinazzjoni

||

||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

x      Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-oqfsa finanzjarji pluriennali tal-2007-2013 u l-2014-2020.

¨      Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

¨      Il-proposta/l-inizjattiva tesiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[51].

Spjega dak li hu meħtieġ billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

x      Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

¨      Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stimat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Is-sena N || Is-sena N+1 || Is-sena N+2 || Is-sena N+3 || …daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || It-Total

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Steima tal-impatt fuq id-dħul

x Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨      fuq ir-riżorsi proprji

¨      fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[52]

Is-sena N || Is-sena N+1 || Is-sena N+2 || Is-sena N+3 || …daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex tirrifletti t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat/i.

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1-12). Dan ir-regolament jikkodifika r-Regolament Nru 1612/68 u l-emendi ta' wara.

[2]               Għal deskrizzjoni sħiħa tad-drittijiet li joħorġu mill-Artikolu 45 tat-TFUE u mir-Regolament Nru 492/2011, tista' taqra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri") COM(2010) 373 finali tat-13 ta' Lulju 2010, issupplimentata bid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.

[3]               Il-Eurostat, l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-UE tal-2011. Madanakollu, għandu jiġi nnutat li s-sorsi tad-dejta disponibbli għandhom tendenza jissottovalutaw l-għadd ta' ċittadini mobbli tal-UE li jgħixu/jaħdmu fi Stati Membri oħra tal-UE, u dan peress li dawn iċ-ċittadini ma jirreġistrawx ruħhom meta jkun qed jgħixu fi Stati Membri oħra jew peress li l-istħarriġiet eżistenti ġeneralment ikopru persuni li "normalment ikunu residenti" f'pajjiż u mhux lill-ħaddiema mobbli għal ftit żmien (eż dawk li jkunu qed joqogħdu hemm għal ftit xhur biss).

[4]               L-Ewrobarometru 363 "Internal Market: Awareness, Perceptions and Impacts", (Is-Suq Intern: Sensibilizzazzjoni, Perċezzjonijiet u Impatti), Settembru tal-2011 http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_363_en.pdf

[5]               http://www.europarl.europa.eu/RegData/seance_pleniere/textes_adoptes/provisoire/2011/10-25/0455/P7_TA-PROV(2011)0455_MT.pdf

[6]               COM(2010) 373 finali tat-13 ta' Lulju 2010.

[7]               COM(2010) 603.

[8]               L-Azzjoni 15 tar-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE.

[9]               COM(2012) 173 finali tat-18 ta' April 2012.

[10]             http://ec.europa.eu/soteu2012/

[11]             Ir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea ta' Lulju 2011; opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-identifikazzjoni tax-xkiel li għad hemm għall-mobbiltà fis-suq intern tax-xogħol ta' Marzu 2009.

[12]             Id-Deċiżjoni 1093/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013), ĠU L 325, 23.11.2012, p. 1

[13]             Ara l-punt 2 hawn taħt.

[14]             L-Ewrobarometru 363 "Internal Market: Awareness, Perceptions and Impacts", (Is-Suq Intern: Sensibilizzazzjoni, Perċezzjonijiet u Impatti), Settembru 2011     http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_363_en.pdf

[15]             Ir-Rapporti Ewropej Annwali li ta n-netwerk mill-2006 jistgħu jinstabu fuq: http://ec.europa.eu/social/keyDocuments.jsp?type=0&policyArea=25&subCategory=475&country=0&year=0&advSearchKey=consolidated+report&mode=advancedSubmit&langId=en

                Dawn huma bbażati fuq ir-rapporti nazzjonali annwali għal kull Stat Membru, li jistgħu jinstabu fuq: http://ec.europa.eu/social/keyDocuments.jsp?type=0&policyArea=25&subCategory=475&country=0&year=0&advSearchKey=%22national+report%22&mode=advancedSubmit&langId=en

[16]             Ir-rapport tematiku "Application of Regulation 1612/68" (L-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1612/68), Jannar 2011: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=475&langId=en

[17]             Sommarju tar-risposti li waslu jista' jinstab fl-Annessi 7 u 8 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness ma' din il-proposta "Inizjattiva li tappoġġa l-ħaddiema migranti tal-UE biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu".

[18]             Il-kuntratt b'qafas multiplu VT 2011/012, Studju biex ikun analizzat u vvalutat l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali ta' inizjattivi possibbli tal-UE fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, b'mod partikolari fejn jidħol l-infurzar tad-dispożizzjonijiet attwali tal-UE (VC/2011/0476).

[19]             Studju biex ikun analizzat u vvalutat l-impatt tal-inizjattivi possibbli tal-UE fil-qasam tal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, b'mod partikolari fejn jidħol l-infurzar tad-dispożizzjonijiet attwali, minn Ramboll, http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=474&langId=en

[20]             Il-Kumitat Tekniku previst bir-Regolament Nru 492/2011 huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri.

[21]             Ara b'mod partikolari l-Kawża C-325/08: is-Sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Marzu 2010, Olympique Lyonnais SASP v Olivier Bernard, Newcastle United FC, ECR 2010, p. I-2177.

[22]             Is-Sentenza tas-16 ta' Mejju 2000 fil-kawża C-78/98 Preston ECR 2000, p. I-03201.

[23]             Bħalissa, dan id-dritt f'forom differenti jeżisti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ħlief il-Ġermanja, l-Estonja u Malta.

[24]             AT, BE, BG, EE, FI, FR, HU, IE, IT, LT, LV, NL, PL, PT, RO, SE, SL, SK, UK. Għal aktar informazzjoni ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness ma' din il-proposta "Inizjattiva li tappoġġa l-ħaddiema migranti tal-UE biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu", il-punt 3.1.3.

[25]             ĠU L 158, 30.4.2004.

[26]             ĠU C , , p. .

[27]             ĠU C , , p. .

[28]             ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

[29]             COM(2010) 373 finali tat-13 ta' Lulju 2010.

[30]             COM(2010) 603

[31]             COM(2012) 173 finali tat-18 ta' April 2012.

[32]             Is-Sentenza tas-16 ta' Mejju 2000 fil-kawża C-78/98 Preston ECR 2000 p. I-03201.

[33]             ĠU L 158, 30.4.2004.

[34]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[35]             Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[36]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[37]             Kif inhu msemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[38]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[39]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[40]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

[41]             Għad-dettalji dwar il-finanzjament ġenerali tal-IMI ara COM(2011) 522 finali (proposta dwar ir-Regolamentazzjoni tal-IMI).

[42]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[43]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[44]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jkunu fornuti (eż. in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' kilomentri ta' toroq li nbnew, eċċ.).

[45]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "L-Għan(ijiet) Speċifiku/ċi…"

[46]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[47]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[48]             CA = Aġent Kuntrattwali; INT = persunal tal-aġenziji ("Intérimaire"); JED = espert żagħżugħ fid-delegazzjonijiet ("Jeune Expert en Délégation"); LA = Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Sekondat.

[49]             Anqas mil-limitu massimu għall-personal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu l-linji "BA").

[50]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[51]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[52]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.