Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* COM/2013/0206 final - 2013/0109 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment kontra d-dumping
li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq
il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u tirriżulta minn investigazzjoni li
twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament
bażiku. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam
tal-proposta Ġew imposti miżuri provviżorji bir-Regolament
tal-Kummissjoni (UE) Nru 1072/2012 (ĠU L 318, 15.11.2012,
p. 28). Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra
tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati konċernati
mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul
l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu ta’ għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert
estern. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta
mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma fihx dispożizzjonijiet
għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta'
kundizzjonijiet li jeħtieġ jiġu vvalutati. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Fis-16 ta’ Frar 2012,
il-Kummissjoni nediet proċedura ta’ antidumping rigward l-importazzjoni ta’
prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni imponiet dazji antidumping
provviżorji fuq dawn l-importazzjonijiet permezz tar-Regolament (UE)
Nru 1072/2012 tal-14 ta’ Novembru 2012. Il-proposta mehmuża għal Regolament
tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet definittivi li kkonfermaw l-eżistenza
ta’ dumping li jikkaġuna l-ħsara, u l-fatt li l-impożizzjoni tal-miżuri ma
tmurx kontra l-interessi kumplessivi tal-Unjoni. Għalkemm l-użu tal-prodott u
r-rati finali tad-dazju kienu emendati, is-sejbiet provviżorji kienu
kkonfermati. Għalhekk ġie propost li l-Kunsill jadotta
l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard
mit-14 ta’ Mejju 2013. Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni
kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux
membri tal-Komunità Ewropea. Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma
japplikax. Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta
fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni
nazzjonali. Mhix applikabbli l-indikazzjoni ta’ kif il-piż
finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali,
l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini se
jitnaqqas kemm jista’ jkun u jkun proporzjonat mal-mira tal-proposta. Għażla tal-istrumenti Strumenti proposti: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li
ġejja: Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa minħabba li
r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-Unjoni. 2013/0109 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u
jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta'
oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar
il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn
pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod
partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa
mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat
Konsultattiv, Billi: 1. PROĊEDURA 1.1. Bidu (1) Il-Kummissjoni,
bir-Regolament (UE) Nru 1072/2012[2]
("ir-Regolament provviżorju"), imponiet dazju antidumping provviżorju
fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintuzaw fuq il-mejda u
fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("RPĊ" jew
"il-pajjiż ikkonċernat"). (2) Il-proċedura bdiet wara lment
li ġie ppreżentat fis-16 ta’ Frar 2012[3] f’isem
il-produtturi tal-UE (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw aktar minn 30%
tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq
il-mejda u fil-kċina. (3) Kif stipulat fil-premessa
(22) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet
il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011
sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew
il-“PI”). L-eżami tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu
mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (il-“perjodu kkunsidrat”). 1.2. Il-proċedura sussegwenti (4) Wara li ġew żvelati l-fatti u
l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie deċiż li jkun impost
dazju proviżorju tal-antidumping (“żvelar proviżorju”), għadd ta’ partijiet
interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet
tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw
opportunità li jinstemgħu. Żewġ importaturi u produttur esportatur wieħed talbu
u ngħataw smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġeneral
għall-Kummerċ. (5) Il-Kummissjoni kompliet
tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa
għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati
mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew
immodifikati skont dan. (6) Barra minn hekk, kif spjegat
fil-premessa (55) hawn taħt, saret żjara ta' verifika lil produttur Tajlandiż
li l-għan tagħha kien li tkun investigata l-idoneita tat-Tajlandja bħala pajjiż
analogu xieraq. (7) Sussegwentement, il-partijiet
kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq
il-bażi tagħhom huwa maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju
antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li
jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv
tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“divulgazzjoni finali”).
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar
id-divulgazzjoni finali. Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u
l-Esportazzjoni ta' Prodotti Industrijali Żgħar u Prodotti Artistiċi u
Artiġjanali (Chinese Chamber of Commerce for Import and Export of Light
Industrial Products and Arts-crafts (CCCLA)) u grupp ta' importatuti talbu u
ngħataw id-dritt li jinstemgħu il-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta
tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. (8) Il-kummenti sottomessi
mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq. 1.3. Kampjunar (9) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet interessati appellaw il-kampjun
tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ u argumentaw li l-kampjun ma kienx wieħed
rappreżentattiv, peress li hu bbażat biss fuq l-ikbar volumi esportati u
għaldaqstant ma kkunsidrax fatturi oħra li jikkaratterizzaw id-diversità u
l-frammentazzjoni tal-industrija taċ-ċeramika fir-RPĊ. (10) Skont l-Artikolu 17(1)
tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-kumpaniji li għandhom ikunu inklużi
fil-kampjun tista' tkun limitata għall-ikbar volum rappreżentattiv ta'
esportazzjonijiet li jistgħu jkunu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien
disponibbli. Fl-isfond tal-frammentazzjoni tal-industrija, ġie kkunsidrat li
għażla bbażata fuq volumi ta' esportazzjoni jippermettu kampjun rappreżentattiv
li jista' jkun investigat fiż-żmien disponibbli. F'dan ir-rigward, għandu
madanakollu jkun innutat li l-kumpaniji magħżula jinsabu fi tliet reġjuni
differenti fiċ-Ċina u għandhom produzzjoni sinifikanti tal-prodott ikkonċernat
ta' tipi differenti ta' materjal taċ-ċeramika, pereżempju l-porċellana u
oġġetti tal-ġebel kif ukoll produzzjoni ta' varjetà wiesgħa ta' tipi ta'
prodotti. B'hekk, din l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa. (11) Produttur esportatur wieħed
talab li l-użu ta' metodoloġiji differenti għall-għażla tal-kampjun
għall-industrija u l-importaturi tal-UE kif imqabbla mal-ikkampjunar ta'
produtturi esportaturi jwassal għal diskriminazzjoni u li għandhom jintużaw
l-istess kriterji L-użu ta' metodoloġiji differenti huwa diskriminatorju
fil-konfront ta' produtturi esportaturi u jmur kontra t-trattament ugwali. (12) L-għażla ta' kampjun ta'
produtturi esportaturi sservi biss biex tkun investigata l-eżistenza ta'
dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li
jkun kopert il-volum massimu ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
fil-perjodu ta' investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-kampjun ta' produtturi
tal-Unjoni ntgħażel sabiex ikun determinat jekk l-industrija tal-Unjoni kinetx
qed tbati minn dannu materjali abbażi ta' diversi indikaturi differenti.
Rigward l-importaturi, l-informazzjoni miġbura fil-biċċa l-kbira hija użata
fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Jirriżulta li għall-importaturi u
l-produtturi tal-Unjoni, huwa importanti li tinġabar informazzjoni minn firxa
ta' kumpaniji attivi pereżempju, f'segmenti differenti tal-prodott. Peress li l-motivazzjoni sottostanti għall-għażla
tal-kumpaniji li għandhom ikunu inklużi fil-kampjuni hija differenti,
il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni u min-naħa l-oħra, il-produtturi
esportaturi, mhumiex f'sitwazzjoni simili. Għaldaqstant, la l-prinċipju
ta' nondiskriminazzjoni u lanqas it-trattament ugwali ma jirrikjedu l-użu ta'
metodoloġija identika għall-għażla ta' kampjuni rispettivi. Jirriżulta li din
it-talba hija għal kollox mhux iġġustifikata u għaldaqstant hija miċħuda. (13) Barra minn hekk,
produttur/esportatur żamm it-talba tiegħu kif imsemmi fil-premessa (8)
tar-Regolament provviżorju, li kellu jkun inkluż fil-kampjun. Madankollu,
l-kumpanija ma ppreżentat ebda argument ġdid li jiġġustifika l-inklużjoni
tagħha fil-kampjun. Għaldaqstant, u b'kunsiderazzjoni għas-sejbiet fil-premessa
(10) hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju
huma permezz ta' dan ikkonfermati. (14) L-istess produttur esportatur
li ma ġiex inkluż fil-kampjun ilmenta li ma ngħatax biżżejjed żmien biex
jissottometti l-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali u li, barra minn
hekk, id-divulgazzjoni kienet insuffiċjenti peress li ma ddivulgatx,
pereżempju, iċ-ċifri tal-allowances, tal-prezzijiet tal-bejgħ, l-aġġustamenti
eċċ. Għaldaqstant id-drittijiet tad-difiża tiegħu ma ġewx irrispettati. (15) Skont l-Artikolu 20(5)
tar-Regolament bażiku, parti interessata għandha tingħata perjodu ta' żmien ta'
mill-inqas għaxart (10) ijiem biex tissottometti l-kummenti dwar
id-divulgazzjoni finali. Il-produttur/esportatur inkwistjoni rċieva
d-divulgazzjoni finali permezz ta' posta elettronika
fil-25 ta' Frar 2013 u ngħata
sat-8 ta' Marzu 2013, jiġifieri 11-il ġurnata biex jissottometti
kummenti. Barra minn hekk, id-dokument ta' divulgazzjoni intbagħat ukoll
l-għada permezz ta' posta rreġistrata. Jirriżulta li l-parti kkonċernata
ngħatat żmien biżżejjed biex tissottometti l-kummenti u għaldaqstant, it-talba
tagħha għandha tiġi miċħuda. F'dan ir-rigward, ta' min wieħed jinnota wkoll li
l-kummenti tal-parti kienu pprovduti sal-iskadenza u ma saret ebda talba għal
estensjoni tad-data tal-iskadenza. Barra minn hekk, b'kunsiderazzjoni
għall-obbligu tagħha li tħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni,
il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li
abbażi tagħhom hija kellha l-intenzjoni li tipproponi l-impożizzjoni ta' miżuri
definittivi. B'mod aktar partikolari, ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża ma
jirrikjedix li ċifri tal-bejgħ speċifiċi għal kumpanija jew allowances li
jingħataw lil kumpaniji inklużi fil-kampjun, użati biex ikunu stabbiliti marġni
individwali ta' dumping, għandhom ikunu kkomunikati lil parti li għaliha ma ġie
kkalkulat ebda marġni individwali. (16) Minn dak li għidna sa issa
jirriżulta li l-ilment li d-drittijiet tad-difiża ma kinux irrispettati huwa
mingħajr bażi u għaldaqstant huwa miċħud. 2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT
SIMILI 2.1. Introduzzjoni (17) Kif stipulat fil-premessa 24 u l-premessi 56 u 57
tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat kif definit provviżorjament
huwa oġġett taċ-ċeramika li jintuża fuq il-mejda u fil-kċina minbarra skieken
taċ-ċeramika ('il-prodott ikkonċernat'), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet
tan-NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00
90 u joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 2.2. Talbiet (18) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, ebda parti ma kkontestat li skieken taċ-ċeramika (tal-kċina) kienu
fundamentalment differenti minn tipi oħra ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw
fuq il-mejda jew fil-kċina minħabba differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi,
proċessi ta' produzzjoni u użi aħħarija. Wara li kienu analizzati l-kummenti
kollha mill-partijiet, it-talba li s-skieken taċ-ċeramika jkunu esklużi
mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni hija aċċettata b'mod
definittiv. (19) Wara pubblikazzjoni ta' miżuri
provviżorji, diversi partijiet talbu li ċerti oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu
kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li
jitħnu, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. (20) Din it-talba hija bbażata fuq
l-allegazzjoni li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, tali mtieħen u
tipi oħra ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina ma
jistgħux jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed. Tali mtieħen għandhom
materjal taċ-ċeramika magħmul minn alumina għall-platt tat-tħin li ma jintużax
għall-oġġetti taċ-ċeramika "standard" li jintużaw fuq il-mejda
bħall-kikkri u platti u li t-tisjir tagħhom isir f'temperaturi ogħla. Il-grad
ta’ interkambjabilità tagħhom mal-kateogiriji ewlenin tal-prodott taħt
investigazzjoni sejjer ikun limitat. Dan japplika wkoll għal mekkaniżmi
taċ-ċeramika tat-tħin mingħajr ebda qafas
li normalment huma ddikjarati taħt il-kodiċijiet imsemmija hawn fuq. (21) L-investigazzjoni
wriet li l-element taċ-ċeramika f'dawn l-imtieħen normalment jirrappreżenta
parti żgħira mill-mitħna. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li
l-imtieħen li għandhom platt tat-tħin taċ-ċeramika, inklużi l-partijiet
tat-tħin tagħhom taċ-ċeramika, ma kellhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi
bażiċi u użi bażiċi bħall-oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u
fil-kċina. Il-forma, is-saħħa u d-disinn tal-partijiet taċ-ċeramika li jitħnu
huma differenti mill-oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina. (22) Xi partijiet issottomettew li
l-imtieħen inkwistjoni għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott fuq
il-bażi li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, disinn industrijali u użu
aħħari bħala mtieħen b'mekkaniżmi ta' tħin tal-metall u li meta jkunu inklużi
f'ċertu settijiet ta' mtieħen, normalment jiġu kklassifikati taħt l-intestatura
tariffarja 8210. Huma sostnew ukoll li f'dawn iċ-ċirkustanzi, l-elementi
taċ-ċeramika ġeneralment jirrappreżentaw sa 2% tal-valur tal-prodott.
Madankollu, minħabba d-diversi possibbiltajiet ta' klassifikazzjoni ta' mtieħen
u settijiet ta' mtieħen, l-investigazzjoni ma setgħetx iżżomm dawn l-argumenti
biex tiddetermina jekk l-imtieħen taċ-ċeramika għandhomx jiġu esklużi
mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. (23) Diversi
partijiet sostnew it-talba tagħhom li l-imtieħen inkwistjoni għandhom jiġu
esklużi mill-ambitu tal-prodott fuq il-bażi li għal ċertu mtieħen, bħall
imtieħen tal-melħ, ikun meħtieġ li jintużaw platti tat-tħin taċ-ċeramika iktar
milli tal-metall, peress li l-melħ jikkorrodi l-imtieħen tal-metall.
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-imtieħen tal-melħ mhux neċessarjament
jużaw mekkaniżmi li jitħnu taċ-ċeramika. (24) Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet
fil-premessi ta' hawn fuq, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-imtieħen
tal-kondimenti u tal-ħwawar b'elementi li jitħnu taċ-ċeramika huma
fundamentalment differenti minn tipi oħra ta' ċeramika użata għal oġġetti li
jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina minħabba d-differenzi fil-karatteristiċi
fiżiċi bażiċi u minħabba l-użi tal-materjal taċ-ċeramika użat għall-partijiet
tal-mekkaniżmu. Għaldaqstant, it-talba sabiex jiġu esklużi, inklużi mekkaniżmi
indipendenti li jitħnu taċ-ċeramika u l-partijiet tagħhom, mill-ambitu
tal-prodott ta' din l-investigazzjoni, hija aċċettata. (25) Wara l-pubblikazzjoni ta'
miżuri provviżorji, xi partijiet talbu li senniena tas-skieken taċ-ċeramika
għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott minħabba differenzi fil-proċessi
ta' produzzjoni, użu aħħari u l-fatt li dawn l-oġġetti mhumiex immirati biex
iżommu prodott tal-ikel minħabba d-disinn speċifiku u l-karatteristiċi fiżiċi
tagħhom. L-investigazzjoni kkonfermat dawn il-punti. Għaldaqstant, it-talba
sabiex dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din
l-investigazzjoni ġiet aċċettata. (26) Fl-istess waqt, kien
investigat ukoll jekk għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika
għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Tabilħaqq, l-investigazzjoni
kkonfermat li għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, huma
fundamentalment differenti minn tipi oħra ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw
fuq il-mejda u fil-kċina minħabba d-differenzi fid-disinn u l-karatteristiċi
fiżiċi (forma u saħħa) tal-materjal taċ-ċeramika użat għall-partijiet
tal-mekkaniżmu, fil-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u l-użu aħħari. Għodod li jqaxxru
l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, għaldaqstant għandhom ikunu esklużi
mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni (27) Wara l-pubblikazzjoni ta'
miżuri provviżorji, parti talbet ukoll li ġebel tal-pizza magħmul minn ċeramika
cordierite għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba l-karatteristiċi
fiżiċi speċifiċi tiegħu (forma u ebusija), disinn industrijali u użu. Ċeramika
cordierite hija tip ta' alumina magnesia silicate b'karatteristiċi speċifiċi,
jiġifieri reżistenza eċċellenti għal xokkijiet termali. L-investigazzjoni
kkonfermat li ġebel tal-pizza magħmul minn ċeramika cordierite għandu l-istess
karatteristiċi (forma u ebusija), disinn industrijali u użu bħall-briks
għall-fuklari ta' bajla jew il-fran. Konsegwentement, huma differenti minn
oġġetti taċ-ċeramika oħra li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina. Waqt
id-divulgazzjoni finali, il-kwerelanti nnutaw is-similarità tal-ġebel tal-pizza
magħmul minn ċeramika cordierite kif imqabbel ma' prodotti oħra koperti
mill-proċediment. Madankollu ma setgħux juru li l-ġebel tal-pizza magħmul
miċ-ċeramika cordierite għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi aħħarija.
Għaldaqstant, it-talba sabiex dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-ambitu
tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ġiet aċċettata. (28) Wara l-pubblikazzjoni ta'
miżuri provviżorji, assoċjazzjoni Olandiża talbet li oġġetti taċ-ċeramika li
jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina, li għandhom jintużaw bħala prodotti
promozzjonali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott fuq il-bażi li
mhumiex mibjugħa biex jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina, li huma katalizzatur
ekonomiku importanti għas-settur tal-bejgħ bl-imnut, li huma apprezzati ħafna
mill-konsumaturi u li produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biss jistgħu
joffru l-kwantitajiet meħtieġa f'perjodu qasir. It-talba sabiex oġġetti
taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li se jintużaw bħala
prodotti promozzjonali jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta' din
l-investigazzjoni, ma tistax madanakollu tiġi aċċettata minħabba li
l-karatteristiċi fiżiċi, il-proċessi ta' produzzjoni u l-użu aħħari huma
l-istess bħal dawk ta' tipi oħra ta' ċeramika li tintuża fuq il-mejda u
fil-kċina. (29) Wara li kienu ppubblikati
miżuri provviżorji u għal darb'oħra wara d-divulgazzjoni finali, importatur u
bejjiegħ bl-imnut Ġermaniż u produttur esportatur Ċiniż li kkoopera talbu li
oġġetti tal-ġebel miksija b'taħlita speċjali tat-tip tal-proċess tal-istampar
bis-sublimazzjoni u li għalihom il-kisi ta' sublimazzjoni jista' jitneħħa billi
jinbarax b'mod mekkaniku, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott peress
li huma prodotti mhux kompluti għal kollox (semi-finished) u li
l-photofinishing tagħhom fl-Unjoni jsir permezz ta' kanali speċifiċi, minħabba
l-perspettiva differenti tal-konsumaturi, il-fatt li l-kisja ta' sublimazzjoni
taqbeż il-valur tal-oġġetti taċ-ċeramika mhux miksija u l-ineżistenza ta'
produtturi tal-Unjoni ta' dan it-tip ta' prodott. L-investigazzjoni żvelat li
l-prodott huwa viżibbilment identiku għal prodotti oħra li jintużaw fuq
il-mejda mingħajr sublimazzjoni, u li għaldaqstant, diffiċli li ssir
distinzjoni, jekk hemm. L-investigazzjoni wriet ukoll li dawn il-prodotti
normalment għandhom l-istess użu aħħari bħat-tipi l-oħra ta' prodotti
taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda. L-investigazzjoni sabet ukoll li bosta
produtturi tal-Unjoni jimmanifatturaw dawn il-prodotti u li l-prodotti
importati u dawk magħmula fl-Unjoni huma f’kompetizzjoni diretta. Fl-isfond
ta' dak li ntqal, it-talba biex jiġu esklużi prodotti tal-ġebel miksija tat-tip
għall-proċess tal-istampar bis-sublimazzjoni, hija miċħuda. (30) Wara l-pubblikazzjoni ta'
miżuri provviżorji u għal darb'oħra wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur
li kien talab l-esklużjoni ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u
mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ mill-ambitu tal-prodott, allega li
l-analiżi provviżorja tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward kienet żbaljata minħabba
li injorat l-eżistenza ta' segmenti tas-suq, id-differenzi fil-kwalità bejn
it-tipi differenti ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda, in-natura lussuża u
iktar fraġli ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra
bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ u l-interkambjalità limitata bħala
konsegwenza tal-perċezzjoni relatata tal-konsumatur. Huwa allega wkoll li
prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma
jingħata l-verniċ, jistgħu jintużaw ukoll bħala dekorazzjoni. (31) Fir-rigward tat-talbiet dwar
id-differenzi fil-kwalità bejn it-tipi differenti ta' prodotti li jintużaw fuq
il-mejda u prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn
qabel ma jingħata l-verniċ, dawn il-karatteristiċi mhumiex speċifiċi għal
prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma
jingħata l-verniċ. Barra minn hekk, fir-rigward ta' interkambjalità limitata
bħala konsegwenza ta' perċezzjoni relatata tal-konsumatur, ma tqajjem ebda
argument ġdid li jbiddel il-konklużjoni tal-premessa 45 tar-Regolament
provviżorju li l-konsumatur medju ma jagħmilx differenza bejn prodotti li
jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ
u tipi oħra ta' prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda. Fl-aħħar nett,
il-Kummissjoni kienet analizzat l-eżistenza ta' segmenti tas-suq fil-premessi 157
sa 158 tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant dawn l-argumenti ma jistgħux
ireġġgħu lura l-konklużjonijiet tal-premessa 45 tar-Regolament
provviżorju. (32) It-talba mressqa
fil-premessa 50 tar-Regolament provviżorju kienet elaborata iktar wara
l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji. Dawn it-talbiet kienu mtennija wara
d-divulgazzjoni definittiva. L-importatur bi produzzjoni fiċ-Ċina talab li
prodotti li jintużaw fuq il-mejda/fil-kċina li l-wiċċ tagħhom huwa 100% miksi
għal kollox bil-verniċ jew bl-enemel minbarra l-qiegħ jew parti minnu, u fejn
100 % mill-wiċċ huwa miksi bil-verniċ jew l-enemel huwa kkulurit b'kulur
li mhux abjad, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. It-talba kienet
analizzata kif dovut u l-investigazzjoni wriet li l-karatteristiċi fiżiċi,
il-proċessi tal-produzzjoni u l-użi aħħarija ta' dawn il-prodotti huma l-istess
bħal dawk ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li huma
miksija bil-verniċ jew bl-enemel. Għalhekk, it-talba ġiet definittivament miċħuda. (33) Ic-CCCLA insistiet li
l-porċellana fina għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott
tal-investigazzjoni abbażi tal-lussu u l-fraġilità tal-prodott li għandu saħħa
mekkanika baxxa u kkontestat ukoll li hija reżistenti milli tixxellef. Madankollu
huwa nnutat li s-CCCLA stess preċedentement issottomettiet li l-porċellana fina
kellha saħħa mekkanika għolja u kienet reżistenti milli tixxellef. Dawn
id-dikjarazzjonijiet kontradittorji ċertament dgħajfu t-talbiet tas-CCCLA. Fi
kwalunkwe każ, l-argumenti mqajma ma jibdlux il-konklużjonijiet imqassra
fil-premessa 28 tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, it-talba
għall-esklużjoni tal-porċellana fina mill-ambitu tal-prodott hija għaldaqstant
ċertament miċħuda. (34) L-istess parti tenniet li
l-porċellana li ddum isservi għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott
tal-investigazzjoni. Hija lmentat li d-dikjarazzjoni li ma fihiex
karatteristiċi mhux ikkontestati mhix vera, u li kienet b'saħħitha ħafna
minħabba kontenut ta' iktar minn 24 % ta' tafal u aluminju u mbagħad
ikkontestat il-kapaċità ta' manifattura tal-Unjoni għal dan il-prodott.
Madankollu, is-sottomissjonijiet differenti dwar porċellana li sservi ħafna
huma kontradittorji fir-rigward pereżempju tal-proporzjonijiet tal-materja
prima u l-kontenut tat-trab tal-alumina. Madanakollu, ma kienx ikkontestat li
l-porċellana li sservi kienet manifatturata wkoll fl-Unjoni u li l-produtturi
fir-RPĊ pproduċew porċellana sostenibbli li kienet f'kompetizzjoni diretta
mal-porċellana li sservi manifatturata fl-Unjoni kif ukoll ma' prodotti oħra
koperti mill-investigazzjoni. Għaldaqstant it-talba biex il-porċellana li
sservi tiġi eskluża hija definittivament miċħuda. (35) It-tipi kollha ta' prodotti
taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina jistgħu jkunu meqjusa bħala
tipi differenti tal-istess prodott. Għaldaqstant, it-talba li saret wara
d-divulgazzjoni provviżorja u għal darb'oħra wara d-divulgazzjoni finali li
l-investigazzjoni tkopri firxa kbira ta' prodotti simili u li konsegwentement
ikun meħtieġ li jsiru analiżi separati dwar il-pożizzjoni, id-dumping,
id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni għal kull segment tal-prodott,
instab li hija bla bażi. Parti li lmentat li l-ambitu tal-prodott huwa wiesa'
wisq, ressqet paragun ta' prodotti b'livelli differenti ta' dekorazzjoni, iżda
d-dikjarazzjonijiet tagħha rigward l-użu aħħari (f'każ minnhom għall-ġnien u
għat-tfal, u f'każ ieħor għal dekorazzjoni) huma diskutibbli minħabba li ma
hemmx distinzjoni ċara u jistgħu jidhru iktar bħala konferma tal-punt li sar
fil-premessa 55 tar-Regolament provviżorju. Għandu jkun innutat ukoll li
importatur bi produzzjoni fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina issottometta li
iktar minn 99 % tal-prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u
fil-kċina li jinbiegħu fl-Unjoni kienu b'mod predominanti jew esklussiv bojod.
Xi partijiet ikkontestaw il-premessa 58 tar-Regolament provviżorju fuq
il-bażi li fil-kuntest tal-investigazzjoni, l-istituzzjonijiet ma wettqu ebda
test dwar jekk ċertu merkanzija kinetx adattata għall-kummerċ ħieles fl-Unjoni.
Madankollu, dan il-fatt ma' jtellifx il-konklużjoni tal-premessa 63
tar-Regolament provviżorju. 2.3. Konklużjoni (36) Fl-isfond ta' dak li ntqal sa
issa, l-ambitu tal-prodott huwa definit b'mod definittiv bħala oġġett
taċ-ċeramika li jintuża fuq il-mejda u fil-kċina minbarra skieken taċ-ċeramika,
oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u
l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix
magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza
taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż, li
joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet
tan-NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00
90 (37) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra
dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, id-determinazzjonijiet kollha
fil-premessi 24 sa 63 tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 3. ID-DUMPING 3.1. Trattament tal-Ekonomija
tas-Suq (Market Economy Treatment (MET)) (38) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, esportatur produttur, produttur mill-Unjoni u importatur wieħed
ilmentaw li d-determinazzjoni tal-MET saret barra miż-żmien jiġifieri, wara
l-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament
bażiku u li għaldaqstant l-investigazzjoni għandha tkun itterminata mingħajr
impożizzjoni ta' kwalunkwe miżuri antidumping. Dan l-ilment b'relazzjoni
għad-determinazzjoni tal-MET diġà kien sar fl-istadju provviżorju u kien miċħud
mill-Kummissjoni fil-premessi 72 u 73 tar-Regolament provviżorju.
Wara d-divulgazzjoni finali, ħames produtturi esportaturi oħra ressqu lment
simili. Bħala sostenn għal dak l-ilment huma bbażaw fuq is-sentenzi tal-Qorti
tal-Ġustizzja fil-każijiet Brosmann and Aokang Shoes[4]. (39) L-ewwelnett huwa mfakkar li
l-kawżi Brosmann u Aokang mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni
tal-legalità tal-analiżi tal-MET fl-investigazzjoni kurrenti peress li dawk
il-każijiet, għall-kuntrarju ta' din l-investigazzjoni, jirrelataw ma'
sitwazzjonijiet fejn il-valutazzjonijiet MET totalment ma sarux. (40) Barra minn hekk, il-kawżi Brosmann
u Aokang mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-legalità
tal-investigazzjoni inkwistjoni, fid-dawl tal-fatt li r-Regolament bażiku
sadanittant ġie emendat[5].
Fi kwalunkwe eventwalità, l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, kif
emendat, jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tagħmel determinazzjonijiet
tal-MET biss fir-rigward ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun skont
l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku u li għandha tagħmel tali
determinazzjoni fi żmien seba' xhur minn, imma fi kwalunkwe każ mhux iktar tard
minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, huwa applikabbli
għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill-15 ta' Diċembru 2012,
inkluż għaldaqstant dik attwali. (41) Fi kwalunkwe każ,
l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza stabbilita li ma jkunx hemm ksur per se
tad-dritt għal determinazzjoni tal-MET minkejja l-fatt li l-limitu ta’ żmien
ta’ tliet xhur ma kienx rispettat, għandha tinżamm. Għalhekk, il-konklużjoni
fil-premessa (73) tar-Regolament provviżorju għandha tinżamm. (42) Minħabba n-numru kbir ta'
lmenti tal-MET li waslu u l-bżonn ta' dak iż-żmien li jitwettqu diversi żjarat
ta' verifika biex dawk l-ilmenti jiġu eżaminati, id-determinazzjoni tal-MET ma
saritx fi żmien seba' xhur. Madankollu, id-determinazzjonijiet saru fi żmien
tmien xhur mid-data tal-bidu kif rikjest mir-Regolament bażiku, kif emendat
bir-Regolament 1168/2012. L-allegazzjoni li kwalunkwe dritt f'dan ir-rigward
tneħħa b'effett retroattiv mhux iġġustifikat kif spjegat hawn fuq. (43) Fl-isfond ta' dak li ntqal,
it-talba li l-investigazzjoni antidumping, minħabba li ma saritx
determinazzjoni tal-MET fi żmien tliet xhur, għandha tiġi tterminata mingħajr
impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura antidumping, għandha tiġi miċħuda. (44) Barra minn hekk, produttur
esportatur wieħed li mhux parti mill-kampjun li ma weriex li għandu sett ċar
ta' rekords tal-kontabbiltà li kienu awditjati b'mod indipendenti f'konformità
mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u li għaldaqstant li kellu
t-talba MET tiegħu miċħuda, sostna l-ilment li l-allegati żbalji ta'
kontabbiltà, jekk kien hemm, li abbażi tagħhom it-talba tiegħu ġiet miċħuda, ma
kinux materjali u li għaldastant, id-deċiżjoni li MET tiġi miċħuda kienet
sproporzjonata u tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità. Wara d-divulgazzjoni
finali dan il-produttur esportatur tenna l-ilment tiegħu iżda ma ressaq ebda
argument ġdid. (45) L-argumenti dwar is-severità
tar-rekords tal-kontabbiltà huma essenzjalment identiċi għal dawk li saru matul
l-investigazzjoni MET u li ġew miċħuda mill-Kummissjoni qabel
id-determinazzjoni tal-MET. Minkejja dan, fir-rigward tal-argument li ċ-ċaħda
tal-konċessjoni tal-MET tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jiġi
mfakkar li l-kriterji MET stipulati fl-Artiolu 2(7)(c) tar-Regolament
bażiku huma kumulattivi u sakemm ma jkunux kollha ssodisfati, il-MET legalment
ma tistax tingħata. Barra minn hekk, minħabba li l-piż tal-prova qiegħed fuq
il-kumpanija li titlob MET u l-kumpanija naqset milli turi li kellha sett ċar
ta' kontijiet, l-unika għażla disponibbli għall-Kummissjoni kienet li tiċħad
il-MET. Għaldaqstant, id-deċiżjoni li tiġi miċħuda MET ma tistax tkun
ikkunsidrata li qed tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità. Fi kwalunkwe każ,
skont l-Artikolu 2(7)(d) tar-Regolament bażiku, kif emendat
bir-Regolament 1168/2012[6]
meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-analiżi tagħha bl-użu ta' kampjuni,
determinazzjoni dwar MET għandha tkun limitata għall-partijiet inklużi
fil-kampjun. 3.2. Trattament Individwali (‘TI’) (46) Wieħed għandu jiftakar li
għalkemm 16-il produttur/esportatur talbu TI, l-ilmenti li waslu mill-kumpaniji
fil-kampjun kienu eżaminati skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku u
kienu sussegwentement aċċettati. Mill-11-il importatur esportatur li fadal,
seba' talbu analiżi individwali. (47) Skont l-Artikoli 9(5) u
9(6) tar-Regolament bażiku, id-dazji individwali għandhom jiġu applikati
għall-importazzjonijiet mingħand kull esportatur jew produttur li se jingħata
eżami individwali, kif previsti fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.
Għaldaqstant, l-erba' kumpaniji li talbu Trattament Individwali iżda mhux
analiżi individwali ma setgħux jingħataw dazji individwali. (48) Produttur esportatur wieħed
ilmenta li kien issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa sal-iskadenzi u
għaldaqstant għandu jkollu t-talba għal TI tiegħu eżaminata u marġni
individwali stabbilit skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Brosmann[7]. (49) Dan l-argument ma jistax jiġi
aċċettat. Minħabba li l-kumpanija inkwistjoni ma kinetx inkluża fil-kampjun,
it-talba tagħha għal Trattament Individwali tista' tkun valutata biss
fil-kuntest ta' analiżi individwali, jekk issir waħda skont
l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. (50) Billi ma kien hemm l-ebda
kumment ieħor dwar l-IT, il-premessi minn 79 sa 81 tar-Regolament
provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 3.3. Analiżi Individwali
(Individual Examination (IE)) (51) Ġew sottomessi talbiet għal
analiżi individwali skont l-Artiklu 17(3) tar-Regolament bażiku minn seba'
importaturi esportaturi, li jkopru għaxar entitajiet legali. Kif spjegat
fil-premessi 82 u 83 tar-Regolament provviżorju, ma ttieħdet ebda
deċiżjoni fir-rigward ta' dawn it-talbiet fl-istadju tal-miżuri provviżorji. (52) Fil-21 ta'
Diċembru 2012 il-produtturi esportaturi kienu infurmati li t-talbiet
tagħhom għal analiżi individwali ma setgħux jiġu aċċettati peress li jkunu ta'
piż żejjed u jevitaw it-tlestija tal-investigazzjoni dovuta. (53) Produttur esportatur wieħed
talab li, skont l-Artiklu 17(3) tar-Regolament bażiku, analiżi individwali
hija dritt statutorju u li ċ-ċaħda tal-Kummissjoni li tanalizza individwalment
mhix iġġustifikata peress li la n-numru ta' kumpaniji u lanqas l-analiżi
meħtieġa ma jkunu, skont ir-riżorsi tal-Kummissjoni, ta' piż żejjed jew
jipprevjenu t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. Wara
d-divulgazzjoni dan l-ilment reġa' ġie mtenni iżda ma tressaq ebda argument
ulterjuri. (54) Id-deċiżjoni dwar jekk jiġux
aċċettati jew le analiżijiet individwali jittieħdu fuq bażi ta' każ b'każ,
filwaqt li jitqies l-għadd ta’ pretensjonijiet imressqa u ż-żmien disponibbli
biex jiġu vvalutati dawn il-pretensjonijiet. F'dan il-każ, wieħed għandu
jiftakar li l-Kummissjoni kienet legalment obbligata li twettaq analiżijiet MET
f'16-il entità legali fir-RPĊ, inklużi kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun.
Meta wieħed iqis il-limitazzjonijiet taż-żmien imposti mill-iskadenzi
proċedurali ġuridiċi, ebda analiżi individwali ma tista' titwettaq qabel is-sejbiet
provviżorji. Fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli minn dakinhar 'il quddiem,
u b'kunsiderazzjoni għall-għadd ta' pretensjonijiet imressqa u r-riżorsi
limitati disponibbli għas-servizzi responsabbli għall-investigazzjonijiet
antidumping tal-Kummissjoni, ġie konkluż li f'dan il-każ, analiżi individwali
tkun ta' piż żejjed. 3.4. Valur Normali 3.4.1. Għażla
ta' pajjiż analogu (55) Wara l-impożizzjoni ta' miżuri
provviżorji , kienet eżaminata iktar l-għażla ta' pajjiż analogu xieraq. F'dan
il-kuntest, twettqet żjara ta' verifika fil-bini tal-produttur/esportatur
mit-Tajlandja li kien issottometta kwestjonarju mwieġeb, kif imsemmi
fil-premessa 87 tar-Regolament provviżorju. Wara li l-informazzjoni li
waslet kienet analizzata u vverifikata mill-produttur li kkoopera
fit-Tajlandja, ġie madanakollu konkluż li l-produttur mit-Tajlandja ma setax
jipprovdi dejta b'livell ta' dettall suffiċjenti rigward it-tipi ta' prodotti
mibjugħa fis-suq domestiku. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-Brażil għandu jinżamm
bħala l-iktar pajjiż analogu xieraq. (56) Minkejja dan, l-informazzjoni
miksuba mit-Tajlandja serviet biex ikunu appoġġjati s-sejbiet li saru
fil-Brażil, speċjalment il-livell ta' differenza fil-prezz bejn prodotti
tad-ditta u prodotti mingħajr ditta (ara l-premessa 91 iktar 'l isfel). (57) Wara d-divulgazzjoni finali,
assoċjazzjoni industrijali waħda ressqet u kkontestat l-għażla tal-Brażil bħala
pajjiż analogu xieraq. Essenzjalment hija argumentat li l-unika raġuni għalfejn
intgħażel il-Brażil jidher li hija bbażata fuq il-fatt li ebda pajjiż ieħor ma
kien xieraq. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Jirriżulta b'mod ċar
mill-premessi 84 sa 88 tar-Regolament provviżorju li l-Brażil kien
meqjus bħala pajjiż analogu xieraq abbażi tas-sitwazzjoni fattwali tas-suq domestiku.
Il-fatt li l-Kummissjoni wara miżuri provviżorji kompliet tanalizza wkoll
pajjiżi analogi potenzjali, ma jwassalx għall-konklużjoni li l-Brażil mhux
għażla xierqa. (58) Fl-isfond ta' dan ta' hawn fuq
u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar is-sustanza fl-għażla tal-Brażil
bħala l-pajjiż analogu xieraq, il-premessi 84 sa 88 tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 3.4.2. Id-determinazzjoni
tal-valur normali (59) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, diversi partijiet interessati lmentaw li d-determinazzjoni
tal-valur normali kienet żbaljata peress li allegatament ma ġietx stabbilita
għall-bejgħ ta' prodotti simili fil-Brażil u għaldaqstant wasslet għal
riżultati mgħawġa u inġusti b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti
tal-ġebel u tipi oħra ta' prodotti li ma kinux manifatturati u mibjugħa
fil-pajjiż analogu. Xi produtturi esportaturi argumentaw ukoll li
l-metodoloġija għall-istabbiliment tal-valur normali kostruwit, imsemmi
fil-premessa 94 tar-Regolament provviżorju, ma kenitx divulgata kif
xieraq. (60) Il-kummenti li waslu wara
d-divulgazzjoni provviżorja juru li l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni
tal-valur normali ma kenitx ċara għalkollox għal xi partijiet interessati.
Sabiex ikunu indirizzati dawn il-kummenti, qed jiġi spjegat b'mod ulterjuri li
l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali hija din li ġejja. (61) Fid-dawl
tal-fatt li t-talbiet kollha għal MET ġew miċħuda, il-valur normali
għall-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun li joriġinaw mill-RPĊ,
ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur
fil-pajjiż analogu, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. (62) Skont l-Artikolu 2(2)
tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ
tal-prodott simili fil-Brażil lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv.
Il-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur Brażiljan li kkoopera nstab li kien
sar fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Brażiljan meta mqabbel
mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi
inklużi fil-kampjun. F'dan ir-rigward, wieħed għandu jiftakar li skont
l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku, it-terminu "prodott
simili" jfisser prodott li jkun identiku, jiġifieri, l-istess f'kull aspett,
bħall-prodott taħt kunsiderazzjoni, jew fin-nuqqas ta' prodott bħal dan,
prodott ieħor li għalkemm ma jkunx l-istess f'kull aspett, ikollu
karatteristiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-prodott ikkunsidrat. (63) Sussegwentement,
il-Kummissjoni eżaminat jekk dan il-bejgħ jistax jitqies bħala li sar
fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.
Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti
indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli fejn
il-prezz tal-unità kien ekwivalenti għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla
minnha. B’hekk ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur Brażiljan
li kkoopera. (64) Din l-analiżi wriet li
għat-tipi kollha ta' prodotti, iktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq
domestiku, kien ogħla mill-ispejjeż u li l-prezz medju ppiżat tal-bejgħ
għat-tipi kollha kien ekwivalenti għal jew ogħla mill-ispejjeż tal-unità
tal-produzzjoni. (65) Għaldaqstant, il-valur
normali, skont it-tip tal-prodott kien ikkalkulat bħala l-medja ppiżata
tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu, irrispettivament minn jekk
dak il-bejgħ kienx profittabbli jew le. Jirriżulta li għall-kuntrarju ta' dak
li kien indikat fil-premessa 94 tar-Regolament provviżorju, ma ġie stabbilit
ebda valur normali kostruwit għall-bejgħ mhux profittabbli. 3.4.3. Prezz tal-esportazzjoni (66) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessa (95)
tar-Regolament provviżorju qiegħda b’dan tiġi kkonfermata. 3.4.4. Paragun
(67) Wara d-divulgazzjonijiet provviżorji, diversi partijiet
interessati talbu li, b'mod ġenerali, il-metodoloġija użata għall-paragun
tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kienet żbaljata peress li ma
qabblitx prodotti simili u li l-bażi li fuqha saru l-aġġustamenti ma kinetx
spjegata biżżejjed. B'mod partikolari, produttur esportatur wieħed talab li
għall-prodotti tal-ġebel, li ma kinux manifatturati u mibjugħa mill-produttur
analogu, il-Kummissjoni kellha tqabbel il-prezz tal-esportazzjoni mal-prezz
domestiku għall-prodotti tal-fuħħar, aġġustat kif xieraq iktar milli toħloq
valur normali. Barra minn hekk, diversi produtturi esportaturi argumentaw li
għal diversi tipi ta' prodotti oħra, li kienu manifatturati u mibjugħa minn
produtturi esportaturi, paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-prezz medju
għal kull kilo għal tip ta' prodott ġeneriku mibjugħ fil-Brażil ibbażat biss
fuq it-tip tal-materjal taċ-ċeramika użat, b'mod inevitabbli wassal għal
paragun bejn prodotti li mhumiex l-istess u għaldaqstant għal riżultat żbaljat.
Barra minn hekk, produttur esportatur ilmenta li l-aġġustament tal-marka
kummerċjali skont l-Artikolu 2(10)(k) kien sottovalutat filwaqt li
produttur esportatur ieħor ilmenta li l-livell ta' dak l-aġġustament ma kien
ibbażat fuq ebda dejta affidabbli jew sostanzjata u għaldaqstant mhux
iġġustifikat. L-istess produttur esportatur argumenta wkoll li l-prezzijiet
tal-esportazzjoni tiegħu għandhom jiġu aġġustati għal differenza
fil-kwantitajiet mibjugħa f'livelli differenti ta' kummerċ. Fl-aħħar nett,
diversi partijiet interessati lmentaw li l-metodoloġija użata
għall-aġġustamenti għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi ma għandhiex bażi
soda u mhux ċar abbażi ta' liema dejta saru dawn l-aġġustamenti. (68) Fl-isfond tal-kummenti li waslu, il-metodoloġija użata
għall-ipparagunar tal-prezzijiet u l-aġġustamenti għall-finijiet
tal-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament
bażiku ġew riveduti. B'mod partikolari, għall-prodotti li fl-istadju provviżorju
kienu mqabbla abbażi tal-prezz medju kull kilo għall prodott ġeneriku bbażat
biss fuq il-materjal taċ-ċeramika użat, il-paragun sar mal-iktar prodott li
jixxiebah (ara l-premessa 77 iktar 'l isfel), li ppermettiet paragun
tal-prezzijiet iktar preċiż u ġust. (69) Il-valur normali u
l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika.
Il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-prezzijiet
individwali kif joħorġu mill-fabbrika tal-esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet
tal-bejgħ domestiċi tal-produttur analogu tal-istess prodott. Xi
tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni madanakollu kkonċernaw tipi ta' prodotti
atipiċi, bħal ċrieki tas-srievet, "rests" għall-iskieken u
"teapot stands", li għalihom ma kienx possibbli li jkun żgurat
tqabbil ġust. Għaldaqstant, anke jekk wieħed jikkunsidra li dawn
it-tranżazzjonijiet kienu negliġibbli peress li kumplessivament ammontaw biss
għal inqas minn 0,5 % tal-volumi esportati, ġew esklużi. (70) Għall-fini li jsir tqabbil ġust
bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet
dovuti f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezz u
l-possibbiltà tat-tqabbil tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament
bażiku. L-aġġustamenti saru, fejn xieraq, fir-rigward tad-differenzi
fil-karatteristiċi fiżiċi tal-livell ta’ kummerċ, u għal fatturi oħrajn li
jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet, b’mod partikolari l-marki
kummerċjali. (71) L-ewwel,
ġie eżaminat jekk kienx ġustifikat aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(a)
tar-Regolament bażiku għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. (72) F'każijiet
fejn il-valur normali ġie determinat abbażi tal-iktar prodott li jixxiebah (ara
l-premessa 68 iktar 'il fuq), sar aġġustament għal differenzi fil-karatteristiċi
fiżiċi sabiex tkun żgurata komparabbiltà ġusta tal-prezzijiet bejn l-istess
prodotti. (73) Fir-rigward ta' prodotti
tal-ġebel, il-prezz tal-esportazzjoni kien imqabbel mal-prezz tal-bejgħ
domestiku tal-iktar prodott li jixxiebah manifatturat u mibjugħ fil-pajjiż
analogu, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ ta' prodotti tal-fuħħar minflok tal-ġebel
iżda li huma identiċi f'kull aspett ieħor, kif aġġustati 'l fuq b'5 % biex
jirriflettu d-differenza fil-prezz bejn il-prodotti tal-ġebel u l-prodotti
tal-fuħħar. (74) Produttur esportatur jgħid li
kemm l-ispejjeż tal-produzzjoni kif ukoll il-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur
għall-prodotti tal-fuħħar huma ogħla milli għall-prodotti tal-ġebel.
Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni għall-prodotti tal-ġebel tiegħu kellu
jiġi aġġustat 'l isfel mhux 'il fuq. B'sostenn għal din id-dikjarazzjoni,
il-produttur esportatur essenzjalment jiddependi fuq l-istimi tiegħu stess
tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta' prodotti tal-fuħħar u tal-ġebel
rispettivament, u fuq estratt minn lista ta' prezzijiet li tindika l-prezzijiet
għall-konsumatur ta' prodotti tal-fuħħar u tal-ġebel. (75) Din l-informazzjoni li kienet
ipprovduta tard ħafna fil-proċedimenti, u biss wara d-divulgazzjoni finali,
tikkuntrasta ħafna mal-informazzjoni li ngħatat lill-Kummissjoni matul
l-investigazzjoni minn partijiet interessati oħra, jiġifieri l-kwerelanti,
l-industrija tal-Unjoni u l-produttur fil-pajjiż analogu. Dawn il-partijiet
kollha indikaw li prodotti tal-ġebel huma ta' kwalità ogħla jiġifieri jservu
iktar, mill-prodotti tal-fuħħar u huma iktar għaljin biex jiġu mmanifatturati
peress li l-ġebel bażikament huwa tafal li jinħema f'temperatura għolja ħafna u
l-fuħħar huwa tafal li jinħema f'temperatura baxxa. Għaldaqstant, il-prodotti
tal-ġebel ġeneralment jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla. Din l-informazzjoni
hija kkorroborata iktar minn informazzjoni tas-suq disponibbli pubblikament. (76) Għaldaqstant
għandu jkun innutat li l-produttur esportatur inkwistjoni ma jipproduċix
prodotti tal-fuħħar innifishom u għaldaqstant ipprovda biss stima tal-ispejjeż
tal-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-lista tal-prezzijiet sottomessa ma
turix b'mod konklussiv li l-prodotti tal-fuħħar huma ġeneralment iktar għaljin
mill-prodotti tal-ġebel. Għalhekk, l-evidenza pprovduta mhijiex tali li turi li
l-aġġustament li sar sabiex ikun hemm tqabbil ġust tal-prezzijiet bejn il-valur
normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-prodotti tal-ġebel huwa żbaljat u
l-ilment għaldaqstant ġie miċħud. (77) Fir-rigward ta' tipi oħra ta'
prodotti li għalihom it-tqabbil fl-istadju provviżorju kien ibbażat fuq
il-prezz medju għal kull kilo u l-materjal taċ-ċeramika biss, il-Kummissjoni
analizzat iktar it-tipi ta' prodotti kkonċernati u qabblet il-prezz
tal-esportazzjoni mal-iktar prodott li jixxiebah manifatturat u mibjugħ
fil-pajjiż analogu. Fejn kien hemm differenza ta' karatteristika fiżika waħda
biss, pereżempju it-tip ta' verniċ jew id-dekorazzjoni, filwaqt li
l-karatteristiċi bażiċi l-oħra kollha tat-tip ta' prodott kienu identiċi, il-prezz
tal-bejgħ tal-iktar tip li jixxiebah kien aġġustat bid-differenza tal-prezz
reali misjuba għad-differenza fil-karatteristika fiżika. Għal tipi oħra ta'
prodotti, meta kien hemm iktar minn differenza fiżika waħda, il-prezz
tal-esportazzjoni kien imqabbel mal-prezz medju tal-bejgħ tal-iktar prodott li
jixxiebah. Għal dawn it-tipi ta' prodotti , l-iktar prodott li jixxiebah kellu
diversi minn dawn il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi jew il-karatteristiċi kollha;
materjal taċ-ċeramika, tip ta' prodott, forma bażika, dekorazzjoni u verniċ. (78) Żewġ produtturi esportaturi
inklużi fil-kampjun ilmentaw li,bħal ma saru aġġustamenti fil-każijiet meta
karatteristika fiżika minuri waħda biss kienet differenti, għandu jsir
aġġustament ukoll meta aktar minn karatteristika fiżika waħda biss tal-iktar
prodott li jixxiebah tkun differenti (79) Għandna niftakru li
fil-każijiet meta karatteristika fiżika minuri waħda kienet differenti,
il-prezz tal-bejgħ tal-iktar prodott li jixxiebah, kien aġġustat biex iqis
id-differenza reali tal-prezz misjuba għad-differenza inkwistjoni filwaqt li
min-naħa l-oħra, fejn iktar minn karatteristika fiżika waħda kienet differenti,
il-paragun sar abbażi tal-prezz medju tal-bejgħ tal-prodott b'karatteristiċi
fiżiċi identiċi. Għaldaqstant, fil-każ tal-aħħar, ma kien hemm bżonn ta' ebda
aġġustament fil-prezz għall-ebda differenza fiżika bejn il-prodotti li
jixxiebhu peress li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi. B'hekk, din
l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa. (80) Wieħed mill-produtturi
esportaturi msemmija hawn fuq talab ukoll aġġustamenti addizzjonali għal
differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi fir-rigward tal-piż u l-bjuda tal-prodott
ikkonċernat. Huwa allega li juża materja prima ta' kwalità inferjuri u li
għaldaqstant, l-ispejjeż u l-prezz tal-prodotti tiegħu huma iktar baxxi milli
għal prodott simili mmanifatturat fil-pajjiż analogu. Għalhekk, il-prezz
tal-esportazzjoni tiegħu għandu jkun aġġustat b'ammont raġonevoli. F'dan
ir-rigward, l-ewwel wieħed għandu jiftakar li l-kumpanija ma ngħatatx status
ta' ekonomija tas-suq u li l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha għaldaqstant ma
kinux ivverifikati. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li l-prodotti tiegħu huma
madwar 5 % itqal minn prodotti standard ma kinetx akkumpanjata minn ebda dokument
verifikabbli jew ta' sostenn u għaldaqstant l-allegazzjoni ma kinetx
sostanzjata. Rigward il-bjuda, peress li dan il-produttur esportatur ammetta
fis-sottomissjoni tiegħu li l-prodotti tiegħu għandhom bjuda normali, naqas
milli jispjega għalfejn għandu jintalab xi aġġustament f'dan ir-rigward.
Għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata. (81) Produttur esportatur ieħor
allega li l-Kummissjoni naqset milli tqabbel xi bejgħ esportat mal-valur
normali tal-iktar prodott li jixxiebah xieraq. Dawn l-esportazzjonijiet ikkonċernaw
il-prodotti ddekorati permezz ta' kummerċjant mhux relatat, li allegatament
kien ipprovda d-dekorazzjoni (decal) mingħajr ħlas. Konsegwentement, il-prezz
tal-esportazzjoni ma kienx jinkludi l-ispejjeż għad-dekorazzjoni u għalhekk
kellu jkun imqabbel mal-valur normali determinat għal prodotti mingħajr
dekorazzjoni, jew inkella, valur normali medju ta' oġġetti dekorati u mhux
dekorati. (82) Wieħed għandu jiftakar li
l-ispejjeż tal-produzzjoni mhumiex fattur rilevanti għall-komparabbiltà
tal-prezz, li hija bbażata biss fuq paragun bejn il-valur normali u l-prezz
tal-esportazzjoni ta' prodotti li jixxiebhu. Huwa ċar ukoll mill-informazzjoni
pprovduta li l-prodotti esportati inkwistjoni kienu tabilħaqq dekorati għalkemm
il-produttur esportatur allegatament ma ġarrabx l-ispejjez kollha assoċjati
mal-valur miżjud li jistgħu jkunu assenjati għad-dekorazzjoni. Madankollu dan
mhux fattur li jista' jiġġustifika prezz aġġustat għal differenzi
fil-karatteristiċi fiżiċi mill-prodott li jixxiebah fil-pajjiż analogu. Fi
kwalunkwe każ, jekk wieħed jikkunsidra l-aħħar stadju tal-proċediment li fih
saret din l-allegazzjoni, id-dejta sottomessa bħala sostenn ta' din
l-allegazzjoni ma tistax tkun ivverifikata. Għalhekk, l-allegazzjoni permezz
ta' dan ġiet miċħuda. (83) Fl-isfond tal-varjetà wiesgħa
ta' kombinazzjonijiet possibbli ta' settijiet taċ-ċeramika li jintużaw fuq
il-mejda manifatturati u mibjugħa fir-RPĊ u fil-Brażil rispettivament,
l-iggruppar flimkien ta' settijiet differenti abbażi tan-numru u t-tip ta' oġġetti
kkombinati f'sett, kien meqjus neċessarju sabiex ikun hemm komparabbiltà ġusta
tal-prezz Il-prezz medju domestiku tal-bejgħ fil-pajjiż analogu
għall-kombinazzjonijiet differenti ta’ settijiet miġbura flimkien kien imqabbel
mal-prezz tal-esportazzjoni għal kombinazzjonijiet ta’ settijiet li jaqgħu
f’dawk il-gruppi. (84) Il-produttur esportatur allega
li minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ kombinazzjonijiet ta’ prodott possibbli li
jiffurmaw is-sett, il-metodoloġija tal-iggruppar ma tippermettix għal tqabbil
ġust tal-prezzijiet peress li ma tikkunsidrax il-karatteristiċi tal-kull biċċa
li tifforma parti mis-sett. Għaldaqstant, dan il-produttur esportatur allega li
s-settijiet għandhom jiġu esklużi mill-marġni tal-kalkolu tad-dumping. (85) Wieħed
għandu jiftakar li l-kalkolu tad-dumping għas-settijiet huwa bbażat fuq paragun
tal-prezz medju għal kull kilo u mhux abbażi ta’ kull biċċa. Għaldaqstant huwa
meħtieġ li tkun stabbilita l-kombinazzjoni eżatta tal-biċċiet differenti f’kull
sett għal tqabbil ġust tal-prezzijiet fir-rigward tas-settijiet.
Il-metodoloġija tal-iggruppar użata tikkunsidra l-karatteristiċi bażiċi ta’
kombinazzjonijiet differenti ta’ settijiet safejn is-settijiet huma
identifikati bħal pereżempju settijiet tat-te u/jew kafe, settijiet tal-platti u
settijiet oħra kif ukoll in-numru ta’ biċċiet ikkombinati. F’dawn
iċ-ċirkustanzi huwa meqjus li sar tqabbil ġust fir-rigward tas-settijiet skont
it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Jirriżulta li din
l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa. (86) Barra minn hekk, kif deskritt
fil-premessa (99) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni sabet li
l-produtturi esportaturi Ċiniżi ġeneralment jikkwalifikaw il-prodotti tagħhom
f’sa ħames gradi differenti li jvarjaw minn A sa E b’differenzi sinjifikanti
fil-prezzijiet. Madankollu, il-maġġoranza vasta tal-esportazzjonijiet lejn
l-Unjoni tikkonsisti minn grad A, grad B jew grad Ċ jew inkella taħlita
tagħhom. Madankollu, din il-klassifikazzjoni mhijiex universali jew ibbażata
fuq standards ġenerali tal-industrija kollha, iżda hija pjuttost speċifika għal
kumpaniji partikolari u tippermetti li jsir divrenzjar tal-prezzijiet. Min-naħa
l-oħra, il-produttur tal-pajjiż analogu jbigħ biss l-ekwivalenti tal-grad A
fis-suq domestiku Brażiljan u għalhekk instab li l-komparabbiltà tal-prezzijiet
ġiet affettwata. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat ’il fuq
għal-livell Ċiniż ta’ grad A sabiex ikun komparabbli mal-prodott mibjugħ
mill-produttur analogu fis-suq Brażiljan. Dan il-livell ta’ aġġustament kien
stabbilit individwalment għal kull kumpanija inkluża fil-kampjun, fejn xieraq u
fuq il-bażi tad-differenza fil-prezz attwali u vverifikata bejn il-gradi
differenti. (87) Wara d-divulgazzjoni finali ,
produttur esportatur inkluż fil-kampjun allega li partijiet mill-bejgħ esportat
tiegħu li kien mibjugħ permezz ta’ kummerċjant mhux relatat, ikkonsista
f’kombinazzjoni ta’ grad A u grad B u għaldaqstant għandu jkun aġġustat
għal-livell tal-prezz tal-grad A. Huwa allega li d-differenza fil-prezz ammontat
għal 25 % u pprovda kopji tal-fatturi u l-kwotazzjoni tal-prezz bħala
evidenza ta’ ġustifikazzjoni. (88) Madanakollu, din
l-informazzjoni ma kinetx ipprovduta la matul l-investigazzjoni, inkluża
ż-żjara ta’ verifika u lanqas wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet provviżorji
tal-Kummissjoni. Għall-kuntrarju, dan il-produttur matul l-investigazzjoni
indika li kien jesporta biss prodotti tal-grad A. Ma kienet ipprovduta ebda
lista tal-prezzijiet, minkejja li kien hemm talba biex isir dan
fil-kwestjonarju, biex tkun ikkwantifikata d-differenza fil-prezz bejn il-gradi
differenti, ġie pprovdut biss numru limitat ta’ stimi tal-prezzijiet. F’tali
ċirkustanzi u b’kunsiderazzjoni għall-istadju tard ħafna fil-proċedimenti li
matulu kienet sottomessa l-informazzjoni, l-affidabbiltà tagħha hija dubbjuża u
lanqas ma tista' tiġi vverifikata. Għaldaqstant it-talba hi miċħuda. (89) It-tieni
nett, kif deskritt fil-premessa 98 tar-Regolament provviżorju, ġie
eżaminat jekk kienx mistħoqq livell ta’ aġġustament kummerċjali skont
l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku. Instab li l-prezz tal-esportazzjoni
huwa f’livell differenti ta’ kummerċ mill-valur normali peress li
l-esportazzjonijiet Ċiniżi essenzjalment saru fil-livell tal-operatur filwaqt
li l-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu sar ukoll fil-livell tal-konsumatur.
L-investigazzjoni sabet ukoll li fiż-żewġ swieq, il-kanali differenti ta’
distribuzzjoni affettwaw il-livell tal-prezzijiet, biex b’hekk ġiet affettwata
l-komparabbiltà tal-prezzijiet ġusti bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur
normali. Għaldaqstant, sabiex isir tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni
u l-valur normali, dan tal-aħħar ġie stabbilit abbażi ta’ kull tip ta’ prodott
u aġġustat għal kull livell ta’ kummerċ billi jintużaw id-differenzi fil-prezzijiet
li nstabu bejn il-livelli differenti ta’ kummerċ fil-pajjiż analogu. Għandna
niftakru li, fejn xieraq, sar livell ulterjuri ta’ aġġustament kummerċjali
fir-Regolament provviżorju abbażi tad-differenza fil-prezz misjuba fir-rigward
tal-kwantitajiet mibjugħa f’kull livell ta’ kummerċ (premessa 98 tar-Regolament
provviżorju). Dan l-aġġustament ulterjuri kien meqjus iġġustifikat peress li
l-investigazzjoni, fl-istadju provviżorju, kienet indikat li filwaqt li
l-maġġoranza tal-bejgħ Ċiniż esportat sar fi kwantitajiet kbar, il-biċċa
l-kbira tal-bejgħ domestiku sar fi kwantitajiet iżgħar li jirriżulta
f’differenzi fil-prezzijiet fl-istess livell ta’ kummerċ. Madankollu,
investigazzjoni ulterjuri u analiżi iktar iddettaljata tat-tranżazzjonijiet
tal-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu wrew, għall-kuntrarju tas-sejbiet
provviżorji, li l-proporzjon ta’ kwantitajiet żgħar u kbar mibjugħa
mill-produttur analogu huwa simili għal dak tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.
Għaldaqstant, dan l-aġġustament ma għadux meqjus xieraq jew iġġustifikat. (90) It-tielet,
kif deskritt fil-premessa 100 tar-Regolament provviżorju,
l-investigazzjoni sabet li l-produttur Brażiljan ibigħ biss prodotti tad-ditta
fis-suq Brażiljan, filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jbigħux prodotti
tad-ditta, iżda minflok ibigħu prodotti b’“tikketta privata” jew oġġetti
taċ-ċeramika ġeneriċi li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina. Il-prodotti
tad-ditta normalment ikunu perċepiti mill-klijenti bħala prodotti li juru ċertu
prestiġju, kif ukoll kwalità u disinn garantiti, u b’hekk iġibu prezzijiet
ogħla fis-suq, filwaqt li l-prodotti ġeneriċi u/jew b’tikketta privata,
minkejja li jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, ġeneralment
jinbiegħu f’livelli ta’ prezzijiet konsiderevolment aktar baxxi. Filwaqt li
l-valur addizzjonali ta’ prodott tad-ditta ġeneralment ma jkunx jista’ jiġi
kkwantifikat b’mod preċiż fl-astratt minħabba li dan jiddependi fuq ħafna
fatturi differenti, bħall-perċezzjoni tal-klijenti, ir-rikonoxximent tad-ditta
u fatturi mhux kwantifikabbli oħrajn, f’dan il-każ partikolari, il-produttur
Brażiljan ikkonferma li l-prodotti tad-ditta tiegħu jistgħu jinbiegħu bi
prezzijiet ogħla b’mod sinjifikanti fis-suq Brażiljan minn prodotti oħrajn mhux
tad-ditta . Barra minn hekk, rapport dwar is-suq Brażiljan għall-prodotti li
jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina jikkonferma li l-klijenti Brażiljani huma
estremament orjentati lejn id-ditti u li l-produttur Brażiljan tal-pajjiż
analogu huwa wieħed li ilu stabbilit u magħruf sew. Fl-isfond ta’ dawn
l-elementi, sar aġġustament ‘l isfel ta' 40 % tal-prezz tal-bejgħ
domestiku għall-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament
bażiku. (91) Fir-rigward
tal-aġġustament imsemmi hawn fuq, għandna niftakru li żewġ produtturi
esportaturi ddubitaw kemm il-bażi li fuqu sar l-aġġustament kif ukoll il-livell
ta’ aġġustament (ara l-premessa 67 hawn fuq). Madankollu mhuwiex
ikkontestat il-fatt li prodott tad-ditta għandu prezz tal-bejgħ ogħla minn
prodott identiku mhux tad-ditta u li l-komparabbiltà tal-prezzijiet
għaldaqstant hija affettwata. Barra minn hekk, minbarra l-informazzjoni
provduta mill-produttur fil-pajjiż analogu, id-dejta dwar il-prezzijiet attwali
u vverifikata minn produttur li koopera fit-Tajlandja, kif ukoll informazzjoni
li waslet minn produttur wieħed tal-Unjoni wara d-divulgazzjoni provviżorja
kkonfermaw li l-livell ta’ aġġustament huwa xieraq. B’mod partikolari,
is-sitwazzjoni tas-suq fit-Tajlandja nstabet li hija komparabbli mas-suq
Brażiljan peress li fit-Tajlandja, jeżistu biss ftit ditti li huma magħrufa u
li ilhom stabbiliti. B'hekk, din l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa. (92) Wara d-divulgazzjoni finali
ebda produttur esportatur ma żamm l-oġġezzjoni tiegħu għal dan l-aġġustament
filwaqt li l-assoċjazzjoni tal-kwerelanti allegat li l-aġġustament tad-ditti
kien għoli ħafna, b’mod partikolari fir-rigward ta’ prodotti mhux
tal-porċellana. Bħala sostenn għal din l-allegazzjoni, il-kwerelant irrefera
għal-lista tal-prezzijiet u l-informazzjoni pprovduta minn xi produtturi tal-Unjoni. (93) Filwaqt
li l-informazzjoni sottomessa tikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni li l-valur
miżjud ta’ ditta fuq kwalunkwe suq partikolari huwa speċifiku
għall-kumpanija/ditta, l-informazzjoni pprovduta mhix tali li ddaħħal dubju
dwar il-livell ta' aġġustament li kien determinat għall-prodotti tad-ditta
mibjugħa mill-produttur analogu fis-suq domestiku Brażiljan peress li
l-informazzjoni pprovduta kienet tikkonċerna biss is-suq tal-Unjoni. Fl-isfond
tan-numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, id-diversità tas-suq tal-Unjoni
bid-differenzi reġjonali tiegħu, anke fir-rigward tal-orjentazzjoni tad-ditti,
u s-sehem ogħli tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniċi, is-sitwazzjoni tas-suq
tal-Unjoni hija pjuttost differenti minn dik Brażiljana. Għalhekk, u fid-dawl
tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 90 u 91 hawn fuq, din l-allegazzjoni
ma tistax tiġi aċċettata. (94) Kif
deskritt fil-premessa 101 tar-Regolament provviżorju, saru aġġustamenti
ulterjuri, fejn xieraq fir-rigward tat-trasport, l-assigurazzjoni, il-handling
u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, it-tariffi bankarji u
s-sensariji fil-każijiet kollha fejn kien jidher li dawn jaffettwaw
il-komparibbiltà tal-prezz. 3.5. Marġnijiet ta’ dumping (95) Fl-assenza ta’ kummenti,
il-metodoloġija ġenerali użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, kif
stabbilit fil-premessi 102 sa 105 tar-Regolament proviżorju, huma permezz ta’
dan ikkonfermati. (96) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, il-Kummissjoni kienet infurmata li xi kumpaniji kummerċjali, li ma
jimmanifatturawx il-prodott ikkonċernat, kienu bi żball imsemmija
fl-Anness I tar-Regolament provviżorju u għaldaqstant kienu suġġetti
għad-dazju tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi li jikkooperaw.
Il-Kummissjoni infurmat lil dawn il-kumpaniji bl-intenzjoni tagħha li tneħħihom
mill-Anness I u li tagħtihom l-opportunità li jipprovdu kummenti. Wara
analiżi tal-kummenti li waslu, diversi kumpaniji kummerċjali tneħħew
mill-Anness 1. Fejn xieraq, kienu sostitwiti mill-produttur esportatur li
jikkoopera relatat. (97) Filwaqt li jitqiesu
l-aġġustamenti tal-valur normali tal-prezz tal-esportazzjoni, kif stabbilit
fil-premessi 67 sa 94 hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment
ieħor, il-marġni ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz
CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Kumpanija || Dazju Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd || 18,3% Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd || 13,1% CHL Porcelain Industries Ltd || 23,4% Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd; Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd; Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd; Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd: Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd || 17,6% Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd. || 22,9% Produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun || 17,9% Il-kumpaniji l-oħra kollha || 36,1% 4. ĦSARA 4.1. Il-perjodu kkunsidrat (98) Wara d-divulgazzjoni finali,
diversi partijiet interessati tennew li l-perjodu kkunsidrat missu beda fl-2009
minflok fl-2008 minħabba li l-kriżi ekonomika kienet tkun bdiet fl-2008 u
t-tendenza bejn l-2009 u l-2011 kienet tkun ċara. Fir-rigward ta’ din
l-allegazzjoni, għandu jkun innutat li l-2009 ma tirrappreżentax sena iktar
xierqa bħala l-bidu tal-perjodu kkunsidrat minħabba l-fatt li l-effetti tal-kriżi
ekonomika inħassu għalkollox matul dik is-sena, fattur li rriżulta fi tnaqqis
sinifikanti tal-konsum meta mqabbel mal-2008. Għalhekk, it-talba ġiet
definittivament miċħuda. 4.2. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni (99) F’sottomissjoni konġunta
diversi importaturi ddubitaw il-metodu ta’ kalkolu taċ-ċifra tal-produzzjoni
tal-Unjoni previst fil-premessa 108 tar-Regolament provviżorju. Diversi
partijiet interessati rrepetew dawn il-kummenti wara d-divulgazzjoni finali.
B’mod partikolari, huma kkunsidraw li r-rekwiżit permanenti ma jkunx intlaħaq
mill-kwerelanti peress li l-istatistiki PRODCOM disponibbli jissuġġerixxu
livell ħafna ogħla ta’ produzzjoni tal-UE tal-prodott simili milli ċ-ċifra ta’
240 200 tunnellata msemmija fil-premessa msemmija, li bħala riżultat
tagħha l-kwerelanti jirrappreżentaw inqas minn 25% tal-produzzjoni tal-UE
tal-prodott simili. Dawn il-partijiet ikkalkulaw ċifra ta’ produzzjoni tal-UE
ta 313 187 tunnellata matul il-PI u waslu għal din iċ-ċifra billi użaw għalkollox
id-dejta PRODCOM għall-prodotti taċ-ċeramika tal-porċellana li jintużaw fuq
il-mejda u fil-kċina u għamlu aġġustament ’l isfel ta’ 20 % għall-prodotti
mhux taċ-ċeramika tal-porċellana li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina,
b’analoġija għall-metodoloġija applikata mill-kwerelant u fl-investigazzjoni
sabiex jiġu stabbiliti volumi ta’ importazzjoni. (100) F’dan
ir-rigward għandu l-ewwel nett jiġi nnutat li, fil-kuntest tal-analiżi
statutorja ta’ lment antidumping u skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament
bażiku, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu eżami awtonomu qabel l-inizjazzjoni.
Il-Kummissjoni analizzat id-dejta fl-ilment u kkuntattjat lill-produtturi
magħrufa kollha tal-Unjoni u talbithom biex jipprovdu wkoll dejta dwar
il-produzzjoni kif ukoll dwar il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-ilment u
biex jassistu lll-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ produtturi potenzjali
oħra jekk ikun hemm. Assoċjazzjonijiet ta’ produtturi pprovdew ukoll
informazzjoni dwar produzzjoni. (101) F’dan ir-rigward, qed jiġi
nnutat ukoll li s-sors u l-metodoloġija tad-dejta għaċ-ċifra tal-produzzjoni
tal-Unjoni użata għal kull waħda mis-snin tal-perjodu kkunsidrat kienu spjegati
wkoll fil-premessa 107 tar-Regolament provviżorju, jiġifieri f’konformità
ma dak li kien sar fl-istadju tal-ilment, huma bbażati fuq id-dejta pprovduta
mill-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali, kontrovverifikati mid-dejta
pprovduta minn produtturi individwali kif ukoll minn sorsi oħra tal-istatistika
(b’mod partikolari PRODCOM). (102) Kif spjegat mill-kwerelanti
matul l-investigazzjoni, id-dejta pprovduta mill-assoċjazzjoni Ewropea kienet,
fir-rigward ta’ prodotti tal-porċellana, ibbażata fuq dejta PRODCOM għal
prodotti tal-porċellana li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina bħall-kodiċi
PRODCOM għal dan il-prodott imqabbel ma’ prodotti tal-porċellana koperti minn
din l-investigazzjoni. Fir-rigward ta’ prodotti mhux tal-porċellana, PRODCOM ma
setax jintuża peress li jkopri ħafna iktar prodotti mmanifatturati
mill-prodotti mhux tal-porċellana koperti minn din l-investigazzjoni. Għalhekk,
għal dawn il-prodotti, l-assoċjazzjonijiet nazzjonali kienu ġabru d-dejta
rilevanti bbażata fuq l-għarfien fil-fond tagħhom tas-swieq rispettivi tagħhom
u din l-informazzjoni kienet kontro vverifikata mill-assoċjazzjoni Ewropea qabel
ipprovdiet iċ-ċifri totali lill-Kummissjoni. Dawk iċ-ċifri kienu aġġornati
matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, kienet miżmuma lista tal-produtturi
kollha magħrufa fil-fajl mhux kunfidenzjali u nġibdet l-attenzjoni
tal-Kummissjoni biss għall-eżistenza ta’ tliet produtturi addizzjonali
fir-Rumanija. Id-disparità bejn l-istatistiċi PRODCOM u ċ-ċifra 240 200 hija
derivata mill-fatt li l-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ma jaqbilx
mal-kodiċijiet tad-dejta statistika PRODCOM peress li jikkonċerna prodotti mhux
tal-porċellana, jiġifieri huwa ferm iżgħar. Fil-każ tal-istatistiċi
tal-importazzjoni EUROSTAT, din id-differenza tista’ tabilħaqq tinstab billi
jsir aġġustament 'l isfel ta’ 20 %, Iżda dan ma kienx xieraq fil-każ ta’
ċifri ta’ produzzjoni tal-UE rrappurtati fil-bażi tad-dejta PRODCOM. B’mod
partikolari, iċ-ċifri PRODCOM ta’ żewġ Stati Membri jkunu jidhru li huma ħafna
ikbar milli huma fil-verità, jekk wieħed japplika l-istess metodoloġija. (103) Għalhekk, il-metodoloġija użata
mill-partijiet ikkonċernati u msemmija fil-premessa (99) hawn fuq hija
żbaljata. Barra minn hekk, ma kienet ipprovduta ebda evidenza li l-produzzjoni
kif irrappurtata minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri differenti tal-UE,
inklużi ż-żewġ Stati Membri msemmija hawn fuq, u inkluża fil-fajl mhux
kunfidenzjali, tkun iżgħar milli hi. Għandu jkun innutat ukoll li għal xi Stati
Membri, id-dejta pprovduta mill-assoċjazzjoni Ewropea u użata f’din
l-investigazzjoni kienet b’mod sinifikanti ogħla milli kieku ntużat id-dejta
PRODCOM aġġustata. Fl-isfond ta’ dak li intqal hawn fuq, ma hemm ebda raġuni
sabiex wieħed jiddubita ċ-ċifri ta’ produzzjoni rrappurtati f’din
l-investigazzjoni u r-riżultat tal-eżami awtonomu. (104) Fin-nuqqas ta' kummenti
ulterjuri oħra, il-premessi (107) u (108) tar-Regolament provviżorju huma
b'dan ikkonfermati. 4.3. Konsum tal-Unjoni (105) Fi
preżentazzjoni konġunta, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-Unjoni
dwar il-konsum ipprovduti fil-premessa (110) tar-Regolament provviżorju. Din
l-allegazzjoni kienet ibbażata fuq l-użu żbaljat tad-dejta statistika PRODCOM
għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni, kif spjegat fil-punt 4.2 hawn fuq
u għaldaqstant hija miċħuda. (106) Madankollu, meta reġgħu ġew
vverifikati l-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat, instab li kienu ġew
aġġornati minn wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji li kienu rriżultaw
f’tibdiliet minuri. Għaldaqstant, sabiex ikun hemm stampa kompluta, abbażi ta’
dawn l-istatistiki aġġornati tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u s-sottomissjonijiet
rigward il-bejgħ tal-industrija Ewropea fis-suq tal-Unjoni, il-konsum
tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Volum (tunnellati) || 2008 || 2009 || 2010 || PI Konsum tal-Unjoni || 826 897 || 687 587 || 750 828 || 727 411 Indiċi (2008=100) || 100 || 83 || 91 || 88 (107) Fin-nuqqas ta’ xi kummenti
oħra, il-premessi minn (109) u (111) sa (112) tar-Regolament provviżorju
huma b’dan ikkonfermati. 4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż
ikkonċernat 4.4.1. Il-volum, il-prezz u s-sehem
tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż
ikkonċernat (108) Fi
preżentazzjoni konġunta, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri pprovduti
fil-premessa (113) tar-Regolament provviżorju. Din l-allegazzjoni kienet
ibbażata fuq użu żbaljat tad-dejta statistika PRODCOM u għaldaqstant hija
miċħuda. (109) Fuq il-bażi tal-istatistiki
tal-importazzjoni aġġornat tal-Eurostat (ara l-premessa (106) hawn fuq),
il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif stabbilit fit-Tabella ta’ hawn taħt: Tabella 2 Importazzjonijiet fir-RPĊ || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati) || 535 593 || 449 325 || 516 624 || 486 170 Indiċi (2008=100) || 100 || 84 || 96 || 91 Sehem mis-suq || 64,8 % || 65,3 % || 68,8 % || 66,8% Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) || 1 274 || 1 307 || 1 473 || 1 498 Indiċi (2008=100) || 100 || 103 || 116 || 118 (110) Il-volumi, il-valuri u x-xejriet aġġornati huma kważi identiċi
għal dawk analizzati fir-Regolament provviżorju. Is-sehem tas-suq
tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 64,8 % fl-2008 għal 66,8 %
fil-PI. Il-prezz tal-importazzjoni żdied bi kważi 18 % matul il-perjodu
kkunsidrat minn EUR 1 274 għal kull tunnellata għal EUR 1 498 għal
kull tunnellata. (111) Parti
waħda allegat nuqqas totali ta’ korrelazzjoni bejn il-prezzijiet u l-volumi
tal-importazzjonijiet Ċiniżi. F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 3(3)
tar-Regolament bażiku għandu jingħata kas ta' jekk kienx hemm żieda sinifikanti
fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jew f'termini assoluti jew
imqabbla mal-produzzjoni u l-konsum fl-Unjoni. Fejn għandu x'jaqsam l-effett
tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq prezzijiet, għandu
jingħata kas ta' jekk kienx hemm waqgħat sinifikanti fil-prezzijiet
tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping meta mqabbla mal-prezz ta' prodott
simili tal-industrija tal-Unjoni, jew jekk l-effett ta' importazzjonijiet bħal
dawn huwiex li b'mod ieħor iwaqqgħu l-prezzijiet għal grad sinifikanti jew li
jimpedixxu żidiet fil-prezz, li setgħu jseħħu, sa grad sinifikanti. L-ebda wieħed
jew aktar minn dawn il-fatturi ma jista neċessarjament jagħti gwida
definittiva. (112) Fil-kuntest ta’ dak imsemmi
hawn fuq, għandu jkun innutat dan li ġej. L-ewwel nett, fiż–żmien meta l-konsum
tal-Unjoni rkupra (2009-2010), kien hemm żieda sinifikanti fil-prezzijiet
tal-importazzjonijiet Ċiniżi – li jissuġġerixxi li hemm korrelazzjoni. Iżda
aktar importanti, l-iżvilupp ta’ prezzijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat
għandu jkun ivvalutat fil-kuntest tad-differenza fil-prezz sinifikanti ħafna li
diġà eżistiet fl-2008 u li hija illustrata mill-prezzijiet medji
tal-importazzjonijiet Ċiniżi (tabella 2) u l-prezzijiet medji tal-bejgħ
tal-UE (tabella 9) rrappurtati fir-Regolament provviżorju. Dawn id-differenzi
kbar fil-prezzijiet huma kkonfermati mil-livelli għoljin ta’ tqaċċit
tal-prezzijiet matul il-PI. Iż-żieda fil-prezz konsegwentement ma żammitx lura
lill-importazzjonijiet Ċiniżi milli jiksbu sehem tas-suq matul il-perjodu
kkunsidrat. Tabilħaqq, dawn l-importazzjonijiet komplew jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet
fl-industrija tal-UE li naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.
Għalhekk, dan il-kumment ma jistax jiġi aċċettat. (113) Rigward l-iżvilupp tal-prezz
tal-importazzjoni (li qed jiżdied) u l-volum tal-importazzjoni (li qed jonqos)
mill-2008 sal-2011 li fl-2012 ġie ppreżentat minn grupp inkluż fil-kampjun ta’
produtturi esportaturi Ċiniżi, ix-xejra osservata ta’ żieda fil-prezz medju
tal-importazzjoni ma tistax ittellef is-sejba ta’ dumping li jagħmel ħsara
matul il-PI. Fir-rigward tal-iżvilupp ta’ volumi ta’ importazzjoni Ċiniżi, u
kif diġà ġie enfasizzat fil-premessa (114) tar-Regolament provviżorju u
għal darb’oħra fil-premessa (109) hawn fuq, l-indikatur tas-sehem tas-suq
juri żieda fis-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet Ċiniżi b’żewġ (2) punti
perċentwali. Barra minn hekk, u kif spjegat f’iktar dettall fil-premessi (116)
u (117) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (111) hawn fuq, kien hemm
tqaċċit importanti tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi. 4.4.2. It-tqaċċit tal-prezz (114) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet interessati talbu iktar dettalji
dwar il-kalkoli tat-tqaċċit tal-prezzijiet minn dawk diġà pprovduti
fil-premessa (116) tar-Regolament provviżorju. Safejn kienu jippermettu
n-natura sensittiva ta’ din l-informazzjoni u l-fatt li l-produtturi tal-UE
kienu ngħataw l-anonimità, kienet ipprovduta informazzjoni addizzjonali. (115) B’analoġija għad-deċiżjoni li
saret wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji sabiex jiġu esklużi mil-listi
tal-esportazzjoni xi prodotti “atipiċi” sabiex jiġi kkalkulat id-dumping (ara
l-premessa 69 hawn fuq), dawn il-prodotti kienu esklużi wkoll mil-listi
tal-esportazzjoni użati għall-kalkolu tal-ħsara. Din il-bidla kelllha impatt
minuri biss fuq il-marġni tat-tqaċċit, li għaldaqstant baqgħu fl-istess
pożizzjoni msemmija fil-premessa (117) tar-Regolament provviżorju. (116) Fin-nuqqas ta’ xi kummenti
oħra, il-premessi minn (113) sa (117) tar-Regolament proviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 4.5. Is-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni 4.5.1. Ġenerali (117) Diversi partijiet iddikjaraw li
fl-fatt li diversi fatturi ta’ ħsara tjiebu bejn l-2009 jew l-2010 u li l-PI
juri li l-industrija tal-Unjoni qed tiżviluppa b’mod pożittiv. Madankollu
għandu jkun innutat li din l-analiżi mhix kompluta u li ma tqisx l-iżvilupp ta’
dawk il-fatturi matul il-perjodu kkunsidrat kollu. F’dan ir-rigward, għandhom
jiġu meqjusa wkoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija fil-premessa 23
tar-Regolament provviżorju. (118) Fuq talba tal-parti
interessata, huwa kkonfermat li l-indikaturi makroekonomiċi kienu vvalutati
fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni, filwaqt li dawk mikroekonomiċi
kienu analizzati fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li
inkludew lill-kumpaniji li ma ressqux ilment. (119) Is-CCCLA issottometta li
l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi ppreżentati fir-Regolament
provviżorju ma kinux rappreżentattivi minħabba li l-produzzjoni totali
fl-Unjoni tkun ħafna ogħla miċ-ċifri użati f’din l-investigazzjoni. Madankollu,
fl-isfond tal-analiżi u l-konklużjonijiet milħuqa taħt il-punt 4.2 hawn
fuq, dan l-argument huwa miċħud. (120) Fin-nuqqas ta’ xi kummenti
oħra, il-premessi minn (118) sa (121) tar-Regolament proviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi 4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità
tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (121) Kif imsemmi fit-taqsima 4.1
hawn fuq, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-produzzjoni pprovduti
fil-premessa (122) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, dawn iċ-ċifri ġew
kontrverifikati u huma kkonfermati. (122) Fin-nuqqas ta’ xi kummenti
oħra, il-premessi minn (122) sa (124) tar-Regolament proviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 4.5.2.2. Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem
tas-suq (123) L-aġġornament
tat-Tabella 2 ma għandu ebda impatt fuq it-Tabelli 4 u 5 tar-Regolament
provviżorju. (124) Minħabba li ma hemm l-ebda
kumment ieħor rigward il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq,
il-premessi (125) u (126) tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 4.5.2.3. L-impjiegi u l-produttività (125) F’sottomissjoni konġunta
diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-impjieg u l-produttività pprovduti
fil-premessi (127) u (128) tar-Regolament provviżorju, u allegaw li dawn
ma kinux f’konformità mal-istampa mogħtija minn ċerti statistiċi tal-Eurostat[8]. (126) Madanakollu, iċ-ċifri għaż-żewġ
indikaturi kienu kontrovverifikati u meqjusa preċiżi. Iċ-ċifri riportati
mill-partijiet kienu wisq wiesgħa u mhux relatati mal-produzzjoni tal-prodott
simili. Minħabba li ma hemm l-ebda kumment ieħor rigward l-impjieg u
l-produttività, il-premessi (127) sa (128) tar-Regolament
provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 4.5.2.4. Id-daqs tal-marġini tad-dumping (127) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra
dwar id-daqs tal-marġini tad-dumping, il-premessa (129) tar-Regolament
provviżorju hija b'dan ikkonfermata. 4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi 4.5.3.1. Il-ħażniet (128) F’sottomissjoni konġunta,
diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-ħażniet ipprovduti
fil-premessa 130 tar-Regolament provviżorju u r-rilevanza tagħhom meta
mqabbla ma’ dejta disponibbli għall-pubbliku dwar ċertu produtturi tal-Unjoni
Huma ma qablux ukoll mad-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni bażikament
taħdem fuq ordnijiet. (129) Rigward ħidma abbażi ta’
ordnijiet, l-investigazzjoni tikkonferma li kien tabilħaqq il-każ
għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u li hija prattika normali
fis-settur. Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-ħażniet ipprovduti fir-Regolament
provviżorju kkonċernaw iċ-ċifri tal-ħażniet ivverifikati mill-produtturi tal-Unjoni
inklużi fil-kampjun u din hija meqjusa bħala l-aktar ċifra affidabbli. (130) Wara d-divulgazzjoni finali,
il-kummenti ta’ hawn ġew imtennija, madanakollu ma tressqu ebda argumenti
ġodda. Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri dwar il-ħażniet, il-premessa 130
tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata. 4.5.3.2. Il-prezzijiet tal-bejgħ (131) Fin-nuqqas ta' kummenti
ulterjuri rigward iċ-ċifri tal-prezzijiet tal-bejgħ kif stabbiliti
fir-Regolament provviżorju, il-premessa 131 tar-Regolament provviżorju
hija permezz ta’ dan ikkonfermata. 4.5.3.3. Il-profittabbiltà,
il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità li
jinġabar il-kapital u l-pagi (132) Wara d-divulgazzjoni, instab
żball klerikali fil-kalkolu tal-profitt nett tal-industrija tal-Unjoni u
r-redditu fuq l-investiment (Retun on investment (ROI)). Dan l-iżball kien
ikkoreġut u ċ-ċifri riveduti huma kif ġej: Tabella 3 || 2008 || 2009 || 2010 || PI Il-profitt nett tal-bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ nett) || 3,8% || 2,8% || -0,5% || 3,2% Indiċi (2008=100) || 100 || 74 || -13 || 84 ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti) || 16,4% || 6,3% || -6,8% || 20,5% Indiċi (2008=100) || 100 || 38 || -41 || 125 (133) Il-korrezzjoni ta’ hawn fuq ma
taffettwax materjalment is-sejbiet provviżorji fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ
indikaturi. Madankollu, il-livell medju ppeżat tal-profitt tal-produtturi
inklużi fil-kampjun, kien matul il-perjodu kkunsidrat, ftit iktar baxx milli
kien stabbilit provviżorjament minħabba li niżel minn 3,8 % għal
3,2 % (minflok minn 4,2 % għal 3,5 %). Ir-redditu fuq
l-investiment fil-biċċa l-kbira tiegħu segwa x-xejra osservata għall-profitt
iżda, kif innutat ukoll minn diversi partijiet interessati wara d-divulgazzjoni
finali, matul il-perjodu kkunsidrat b’mod ġenerali żviluppa b’mod pożittiv
minflok b’mod negattiv. (134) Parti
interessata ddubitat l-istat fraġli tal-industrija tal-Unjoni fil-bidu
tal-perjodu kkunsidrat, kif imsemmi fil-premessa 134 tar-Regolament
provviżorju. Din il-parti allegat li tista' titqies biss il-ħsara kkważata
mid-dumping u li ma ġie stabbilit ebda dumping għall-ebda perjodu minbarra
l-2011. Madankollu, ir-referenza għall-istat tal-industrija tal-Unjoni f’dik
il-premessa sar biss sabiex ikun analizzat jekk il-profitt li sar fil-bidu
tal-perjodu kkunsidrat jistax ikun ikkunsidrat bħal li jirrappreżenta l-profitt
li l-industrija normalment tagħmel – quod non. (135) Diversi partijiet iddubitaw il-livell ta’ profitt ta’ referenza
msemmi fil-premessa 135 tar-Regolament provviżorju u/jew proponew
parametri referenzjarji iktar baxxi. (136) Grupp ta’ produtturi
esportaturi Ċiniżi ddikjaraw li l-livell ta’ profitt matul il-PI kien rata
tajba ta’ profittabbiltà. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata.
Parti oħra ddikjarat ukoll li l-livelli ta’ profitt imsemmija fir-Regolament
provviżorju jistgħu jitqiesu bħala livelli normali u din il-parti bbażat lilha
nnifisha fuq id-dejta disponibbli pubblikament dwar il-profitt ta’ produttur
Ġermaniż bejn l-1999 u l-2007. Parti oħra interessata ddikjarat li l-livell ta’
profitt matul il-PI msemmi fir-Regolament provviżorju jista’ jitqies bħala
normali abbażi tal-konklużjonijiet ta’ studju mill-Kummissjoni[9] li
inkluda d-dejta dwar il-profitt ta’ produttur Ġermaniż bejn l-2004 u l-2007.
Wara d-divulgazzjoni finali waslu allegazzjonijiet simili. (137) F’dan ir-rigward, wieħed għandu
jiftakar li r-Regolament provviżorju kkonkluda li l-profitt li sar wara l-bidu
tal-perjodu kkunsidrat ma jistax ikun meqjus bħala profitt normali minħabba li
l-industrija tal-Unjoni kienet diġà tinsab fi stat fraġli kif spjegat
fil-premessa 134 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, instab li
d-dejta tal-profitt 1999-2007 disponibbli pubblikament ta’ produttur Ġermaniż
taċ-ċeramika msemmi aktar 'il fuq kienet tikkonċerna mhux biss l-attivitajiet
tal-manifattura taċ-ċeramika li tintuża fuq il-mejda u fil-kċina, iżda wkoll
segmenti importanti oħra. Fir-rigward tal-istudju tal-Kummissjoni msemmi
fil-premessa 136 hawn fuq, fid-dawl tal-kuntest, l-għan u ż-żmien ta' dak
l-istudju, dan instab li ma kienx bażi pertinenti għad-determinazzjoni
tal-profitabbliltà. Pereżempju, relatat mal-prodott ikkonċernat, l-istudju
rrefera biss għas-sitwazzjoni tal-profitt ta’ kumpanija waħda. Fl-aħħar nett,
it-tliet sottomissjonijiet kollha msemmija fil-premessa 136, li
fil-premessa 141 hawn taħt hemm kontradizzjonijiet għalihom, ma kinux
sostanzjati biżżejjed. Għaldaqstant kien ikkonfermat li r-rata tal-profitt ta’
3,2 % osservata matul il-PI ma setgħetx titqies bħala aċċettabbli għal dan
il-prodott. (138) Parti interessata allegat li
l-livelli ta’ profitt tad-disinn intern tad-djar, l-għamara u/jew l-ikel
tas-setturi Svediżi fil-livell tal-konsumatur, għandhom jintużaw bħala
parametru ta’ referenza. Madankollu, minħabba, fost l-oħrajn id-disparità
fil-livelli tal-investiment għas-setturi tal-manifattura u fil-livell
tal-konsumatur ikkonċernati, din l-allegazzjoni għandha tkun miċħuda. (139) Wara d-divulgazzjoni finali,
parti ssottomettiet li sabiex il-perċentwal ta' 6 % kif instab ikun meqjus
bħala raġonevoli fl-investigazzjoni taż-żraben, il-livell normali ta' profitt
f'dan il-każ ma kienx xieraq peress li kien stabbilit fl-2006, meta
ċ-ċirkustanzi ekonomiċi kienu ħafna iktar favorevoli milli fl-2013. Dan
l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett il-parti tirreferi
għaċ-ċirkustanzi ekonomiċi b’mod ġenerali u mhux għas-sitwazzjoni speċifika
tas-suq tal-prodotti li jintużaw fuq il-mejda. Hija verità li l-konsum naqas
b’mod sinifikanti fl-2009 iżda minn dakinhar irkupra b'mod konsiderevoli. Iktar
importanti, l-iżvilupp tal-konsum ma għandux ikun ikkunsidrat f’iżolament.
Minħabba l-volum għoli ta’ importazzjonijiet dumped (sehem tas-suq ta’ 66,8%),
il-livell ta’ dumping (il-marġni ta’ dumping ivarjaw minn 13,1 % għal 36,1 %)
u l-livell tat-tqaċċit (ivarja minn 26,5 % għal 47,6 %),
is-sitwazzjoni kompetittiva fuq is-suq tal-Unjoni kienet tkun differenti ħafna
f’każ li importazzjonijiet kienu saru bi prezzijiet mhux dumped. Dan l-argument
għandu għaldaqstant jiġi miċħud. (140) Xi partijiet oħra ssuġġerew il-parametru referenzjarju użat
f’investigazzjoni antidumping oħra, jiġifieri l-investigazzjoni li tikkonċerna
l-madum taċ-ċeramika[10]. Wara d-divulgazzjoni
finali, waslu kummenti simili. Madankollu għandu jiġi nnutat li l-madum taċ-ċeramika,
għall-kuntrarju għaż-żraben tal-ġilda u l-prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq
il-mejda, ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala prodott tal-konsumatur bl-istess
mod. Pereżempju, ir-rata li biha l-unitajiet domestiċi jixtru jew
jissostitwixxu prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u l-mod li bih
dawn huma kkummerċjalizzati u eventwalment mibjugħa lill-konsumaturi huma eqreb
għall-prodotti tal-ġilda milli għall-madum taċ-ċeramika. Il-pretensjoni sabiex
jintuza l-profitt fil-mira applikat ukoll fl-investigazzjoni tal-madum
taċ-ċeramika hija għaldaqstant miċħuda. (141) Il-kwerelanti
ddikjaraw li l-livell ta’ profitt referenzjarju għandu pjuttost jaqbeż
l-10 % minħabba li l-manifattura ta’ prodotti li jintużaw fuq il-mejda jew
fil-kċina hija attività intensa ħafna fil-kapital li barra minn hekk tirrikjedi
livell għoli ta’ investiment u innovazzjoni ġodda. Għalkemm huwa kkonfermat li
l-industrija kkonċernata tabilħaqq hija intensiva fil-kapital u tirrikjedi
bżonn kontinwu għal investiment, l-informazzjoni sottomessa biex tissostanzja
din l-allegazzjoni ma setgħetx tibdel il-parametru referenzjarju użat.
L-investigazzjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-parametru referenzjarju jkun
l-iktar wieħed xieraq għall-produtturi kollha tal-Unjoni. (142) Grupp ta’ importaturi
kkontestaw iċ-ċifri tal-profittabbiltà fir-Regolament provviżorju u kkalkulaw
il-profittabbiltà, abbażi tal-kost taċ-ċifri tal-produzzjoni, il-prezz
tal-bejgħ tal-UE u ċ-ċifri tal-volum u ċ-ċifri tal-prezzijiet tal-bejgħ
esportat fir-Regolament provviżorju, u waslu għall-konklużjoni li l-industrija
tal-UE attwalment għamlet profitt ta’ 6 % matul il-PI. Madankollu, din
il-kompjutazzjoni kienet żbaljata peress li kkombinat dejta minn sorsi
differenti (il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-industrija
tal-Unjoni kollha u l-Eurostat). (143) Fin-nuqqas ta’ kummenti
rilevanti ulterjuri, il-premessi (132) sa (137) tar-Regolament proviżorju huma
permezz ta’ dan ikkonfermati. 4.5.3.4. L-ispejjeż tal-produzzjoni (144) F’sottomissjoni konġunta,
diversi importaturi qiesu li l-ispejjeż taċ-ċifri tal-produzzjoni
fil-premessa 138 tar-Regolament provviżorju ma segwewx l-evoluzzjoni
tal-ispejjeż tal-ħaddiema u l-enerġija murija mill-Eurostat. Il-partijiet
enfasizzaw li l-ispejjeż tax-xogħol żdiedu fl-UE27. B’mod ugwali, l-iżvilupp
tal-ispejjeż tal-enerġija fl-Unjoni ma jappoġġjax tnaqqis fl-ispejjeż
tal-produzzjoni. (145) F’dan ir-rigward, wieħed għandu
jinnota li l-ispejjeż tax-xogħol u tal-enerġija pprovduti mill-partijiet kienu
ġenerali wisq. Barra minn hekk, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha
tnaqqas l-ispejjeż tal-produzjoni matul perjodu fejn ix-xejra ġenerali kienet
il-kuntrarju turi l-isforz straordinarju li għamlet l-industrija tal-Unjoni
biex tnaqqas l-ispejjeż u tibqa’ kompetittiva. (146) L-ispejjeż taċ-ċifri
tal-produzzjoni pprovduti fir-Regolament provviżorju jirrappreżentaw l-ispejjeż
tal-produzzjoni vverifikati għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.
Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri oħra, il-premessa 138 tar-Regolament
proviżorju hija b'dan ikkonfermata. 4.5.3.5. Konklużjoni dwar il-ħsara (147) Diversi partijiet ikkontestaw
il-konklużjoni dwar il-ħsara mressqa fir-Regolament provviżorju abbażi ta’
diversi indikaturi tal-ħsara imtejba fl-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat.
Madankollu, din il-kwistjoni ma tistax ittellef il-fatt li l-biċċa l-kbira
tal-indikaturi tal-ħsara ddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Din
id-deterjorazzjoni tal-indikaturi tal-ħsara tista’ tiġi osservata għall-biċċa
l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi, bħall-volum tal-produzzjoni,
il-kapaċità, il-bejgħ lill-konsumaturi mhux relatati, l-impjieg kif ukoll
għall-indikaturi relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija
tal-Unjoni bħall-profittabbiltà u l-investimenti. (148) Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra,
il-premessi 139 sa 143 tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 5. KAWŻALITÀ 5.1. Introduzzjoni (149) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kummenti għall-premessa 144 tar-Regolament proviżorju, dik il-premessa
hija b’dan ikkonfermata. 5.2. L-effett tal-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping (150) Diversi partijiet ikkontestaw
il-konklużjoni stabbilita fil-premessa 148 tar-Regolament provviżorju.
Madankollu, għalkemm xi wħud mill-perċentwali li kienu enfasizzati
fil-premessi 145 sa 147 tar-Regolament provviżorju kienu ftit
riveduti kif spjegat hawn fuq, Dan ma jibdilx il-fatti u l-konklużjonijiet
tal-premessi 145 sa 148 tar-Regolament provviżorju. (151) Tabilħaqq, minħabba l-iżvilupp
tas-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġetti ta' dumping, huwa ċar li
ma hemm ebda kontradizzjoni bejn il-premessa 147 tar-Regolament
provviżorju, b’mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjoni li t-tnaqqis
fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni u
l-profittabbiltà tiegħu, jistgħu jkunu attribwiti għad-depressjoni
tal-prezzijiet li għadda minnha s-suq tal-Unjoni minħabba l-importazzjonijiet
oġġetti għal dumping miċ-Ċina u l-movimenti tas-sehem tas-suq tal-industrija
tal-Unjoni, kif allegat minn parti waħda. (152) Barra minn hekk, il-fatt li
l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għolew matul il-perjodu kkonċernat,
kif innutat minn diversi partijiet, ma jtellifx is-sejbien ta' tqaċċit u
dumping ta' ħsara matul il-PI. (153) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe
kumment ieħor rigward l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta'
dumping, il-premessi minn 145 sa 148 tar-Regolament provviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 5.3. L-effett ta’ fatturi oħra 5.3.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi
terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat (154) Kif imsemmi
fil-premessa 106 hawn fuq, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji,
id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet kienet ġiet aġġornata. Filwaqt
li din id-dejta l-ġdida kienet qed tiġi kontrovverifikata mad-dejta preċedenti
inkluża fir-Regolament provviżorju, ġie identifikat żball klerikali
fil-kompjutazzjoni taċ-ċifri tal-importazzjoni mit-Tajlandja u t-Turkija. Dan
l-iżball ġie kkoreġut u konsegwentement, iċ-ċifri definittivi li jikkonċernaw
l-importazzjonijiet tal-prodotti simili minn pajjiżi terzi, ibbażati fuq dejta
tal-Eurostat, huma kif ġej: Tabella 4 || 2008 || 2009 || 2010 || PI Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (tunnellati) || 100 972 || 81 464 || 81 595 || 89 146 Indiċi (2008=100) || 100 || 81 || 81 || 88 Sehem mis-suq || 12,2% || 11,8% || 10,9% || 12,3% Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) || 2 378 || 2 354 || 2 590 || 2 519 Indiċi (2008=100) || 100 || 99 || 109 || 106 Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija (tunnellati) || 26 978 || 25 303 || 25 485 || 29 336 Indiċi (2008=100) || 100 || 94 || 94 || 109 Sehem mis-suq || 3,3% || 3,7% || 3,4% || 4% Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) || 2 776 || 2 649 || 2 802 || 2 855 Indiċi (2008=100) || 100 || 95 || 101 || 103 Volum ta' importazzjonijiet mit-Tajlandja (tunnellati) || 25 916 || 20 660 || 20 600 || 25 213 Indiċi (2008=100) || 100 || 80 || 79 || 97 Sehem mis-suq || 3,1% || 3% || 2,7% || 3,5% Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) || 1 246 || 1 183 || 1 403 || 1 356 Indiċi (2008=100) || 100 || 95 || 113 || 109 (155) L-importazzjonijiet minn
pajjiżi terzi naqsu bi 12% matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li s-sehem
mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet baqa’ pjuttost stabbli. (156) Għandu jiġi nnotat li
l-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu b’6%
matul il-perjodu kkunsidrat, biex b’hekk baqgħu ogħla b’mod konsistenti
mill-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi (bi 68% matul
il-PI). (157) Qabel il-pubblikazzjoni
tar-Regolament provviżorju, is-CCCLA osservat li l-importazzjonijiet
mit-Turkija setgħu żdiedu bi 8% bejn l-2010 u l-2011, u l-prezzijiet
tal-importazzjoni mit-Turkija kienu allegatament madwar 20% biss ogħla
mill-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina. Diversi partijiet ikkontestaw
il-konklużjoni tar-Regolament provviżorju fir-rigward tal-importazzjonijiet
mit-Turkija. (158) B’kunsiderazzjoni li kien hemm
żball manifest materjali fir-rappurtar tal-importazzjonijiet Torok
fir-Regolament provviżorju u d-dejta aġġornata kif tidher hawn fuq, xejn ma
jissuġġerixxi li l-importazzjonijiet Torok, minħabba l-prezzijiet u s-sehem
tas-suq tagħhom, jistgħu jiksru r-rabta kawżali bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi
tal-prodott ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Wieħed
għandu jinnota wkoll li n-noninklużjoni ta’ importazzjonijiet li joriġinaw
mit-Turkija fl-ilment ma tistax tkun deskritta bħala diskriminatorja minħabba
li, fl-istadju tal-bidu, ma kienx hemm evidenza suffiċjenti ta’ dumping, ħsara
u rabta kawżali f’dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet mit-Turkija. (159) Is-sehem tas-suq
tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja qatt ma kien iktar minn 3,5 % matul
il-perjodu ta’ investigazzjoni. (160) Għar-raġunijiet imsemmija hawn
fuq, qed jiġi konkluż li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma affetwawx
materjalment is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li jiksru
r-rabta kawżali bejn l-importazzjoni tal-oġġetti tad-dumping mir-RPĊ u l-ħsara
mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. 5.3.2. Segmenti tas-suq (161) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra
ġodda fir-rigward tas-segmenti tas-suq, il-premessi 156 sa 158
tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan. 5.3.3. Il-konsum u d-domanda (162) Parti ssuġġeriet li l-ħsara
tista’ tkun attribwita għal tnaqqis fid-domanda għal perjodu ta' żmien twil
għall-prodotti mmanifatturati fl-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni ma
kkonfermatx din ix-xejra, kif diġà ġie spjegat fil-premessa 112 tar-Regolament
provviżorju. (163) Fin-nuqqas ta' kummenti
ulterjuri oħra fir-rigward tal-konsum u d-domanda, il-premessi 159 sa 166
tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan. 5.3.4. Esportazzjonijiet
mill-industrija tal-Unjoni (164) Parti nnutat li l-prezzijiet
medji tal-esportazzjoni tal-UE kienu iktar baxxi mill-prezzijiet medji
tal-bejgħ matul il-perjodu kkonċernat. Dan seta' affettwa l-kapaċità
tal-industrija tal-unjoni biex tagħmel investimenti ġodda jew biex tirrekluta
staff ġdid. Argument simili kien imtenni wara d-divulgazzjoni definittiva.
Madankollu, kif diġà kien imsemmi fil-premessa 169 tar-Regolament
provviżorju, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara ma jistgħux jiġu
affettwati mill-prestazzjoni fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni. Barra minn hekk,
jista’ jkun argumentat ukoll li dan il-bejgħ kien mod ta’ kumpens parzjali
għall-ħsara mġarrba nis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba li
l-prezzijiet medji kienu kkalkulati billi l-valur totali tal-bejgħ tal-prodott
simili kien diviż bil-volum totali tat-tali bejgħ, taħlita differenti
tal-prodott tal-bejgħ fuq is-suq tal-UE meta mqabbel mal-bejgħ
għall-esportazzjoni, tista’ tirriżulta wkoll f’differenzi sinifikanti
fil-valuri ġenerali tal-bejgħ medju. Fl-aħħar nett, dan il-bejgħ għall-esportazzjoni
rrappreżenta inqas minn 37 % tal-volumi tal-bejgħ ġenerali tal-industrija
tal-UE, jiġifieri s-suq dominanti għall-industrija tal-Unjoni kien għadu
fil-biċċa l-kbira s-suq intern tal-Unjoni. L-argument li dan il-bejgħ
għall-esportazzjoni kien ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, sal-punt li
jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba
mill-industrija tal-UE , huwa għaldaqstant miċħud. (165) Billi ma kien hemm l-ebda
kumment gdid fir-rigward tal-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni,
il-premessi 167 sa 170 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 5.3.5. It-tneħħija tal-kwoti
tal-importazzjoni (166) Wara l-miżuri provviżorji,
parti oħra ssuġġeriet li l-eliminazzjoni tal-kwoti tal-importazzjoni kien ikollha
impatt fuq il-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ma
tressaq ebda fatt ġdid li jista’ jbiddel il-konklużjoni fil-premessa 173
tar-Regolament provviżorju. (167) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe
kumment ġdid ieħor rigward l-eliminazzjoni tal-kwoti tal-importazzjonijiet,
il-premessi minn 171 sa 173 tar-Regolament provviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 5.3.6. Prattiki antikompetittivi
fis-suq tal-Unjoni (168) Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri
provviżorji, diversi partijiet insistew li l-investigazzjoni tal-kartell
imnedija mill-awtoritajiet Ġermaniżi msemmija fil-premessa 175
tar-Regolament provviżorju jew il-multa tal-kartell imsemmija fl-istess
premessa, ma kinux ikkunsidrati biżżejjed. Fir-rigward ta’ dawn
l-allegazzjonijiet, jista’ jintqal dan li ġej minbarra dak li diġà ntqal
fil-premessi 174 u 175 tar-Regolament provviżorju. (169) L-investigazzjoni Ġermaniża
tal-kartell, li tinvestiga allegat iffissar tal-prezzijiet minn Lulju 2005
sa Frar 2008, għadha għaddejja. Peress li l-produtturi tal-UE ngħataw
kunfidenzjalità u fl-isfond tal-fatt li r-riżultati finali tal-investigazzjoni
Ġermaniża li għaddejja, għadhom ma ġewx irrilaxxati pubblikament, mhux
possibbli li jsiru kummenti fuq id-dettalji tal-analiżi mwettqa. Madankollu,
jista’ jkun ikkonfermat li ebda mill-produtturi tal-unjoni inklużi fil-kampjun
ma hu suġġett għal din l-investigazzjoni li għaddejja. L-investigazzjoni
kkonkludiet ukoll li l-indikaturi mikroekonomiċi ma kinux affettwati
mill-prattiki investigati u l-indikaturi makroekonomiċi, kienu affettwati, jekk
kienu, b’mod limitat ħafna. (170) Fir-rigward tar-riżultati
tal-kartell dwar l-armar u l-aċċessorji tal-kmamar tal-banju , wieħed għandu
jiftakar li dan il-kartell tal-iffissar tal-prezzijiet instab li kien attiv
bejn l-1992 u l-2004 u li biss wieħed mill-produtturi mmultati huwa attiv ukoll
fis-settur tal-prodotti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina. Id-dejta
pprovduta minn dan il-produttur fil-kuntest tal-awtonomija u l-ħsara mhix
influwenzata mill-prattiki tal-kartell minħabba li d-dejta dwar it-taqsima
tal-prodotti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina biss ta’ dan il-produttur
intużat u mhux id-dejta kkonsolidata. Għalhekk, anke l-multa relatata ma’ dan
il-kartell ma afftettwatx id-dejta pprovduta minn dan il-produttur. Għandu jiġi
mfakkar ukoll li l-perjodu tal-iffissar tal-prezzijiet kien ferm qabel
il-perjodu kkunsidrat. Minħabba li l-identitajiet tal-produtturi tal-Unjoni
huma kunfidenzjali, ma jistax jiġi divulgat jekk din il-kumpanija hijiex
inkluża fil-kampjun jew le. Madankollu, jekk produttur tal-Unjoni inkluż
fil-kampjun ikun irreġistra fil-kontijiet tiegħu kwalunkwe oġġett (pereżempju
multa tal-kartell) li jgħawweġ l-istampa tiegħu tal-ħsara għall-finijiet ta’
din l-investigazzjoni, l-awtorità tal-investigazzjoni kienet tiżolahom sabiex
fatturi rilevanti għall-ħsara ma jitgħawġux. (171) Konsegwentement,
l-allegazzjonijiet dwar l-impatt tal-investigazzjonijiet tal-kartell imsemmija
hawn fuq dwar l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità, huma permezz ta’ dan miċħuda. (172) Parti interessata waħda semmiet
li jkun hemm arranġamenti illegali tal-prezzijiet u allokazzjonijiet tas-suq
bejn il-produtturi tal-Unjoni, iżda madankollu ma pprovdiet ebda evidenza għal
din l-allegazzjoni u għaldaqstant din qed tiġi miċħuda. (173) Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra
ġodda dwar prattiki kompetittivi fis-suq tal-Unjoni, il-premessi minn 174
sa 176 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 5.3.7. Il-metodi tal-produzzjoni (174) Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra
ġodda dwar il-metodi ta’ produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi minn 177 sa 178
tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. (175) Importatur irrepeta
allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni definittiva u argumenta dwar
id-differenza fil-metodi tal-produzzjoni użati mill-produtturi tal-Unjoni meta
mqabbla ma’ metodi iktar artiġjanali tal-fabbriki Ċiniżi. Madankollu, ma
tressaq ebda argument sostantiv li jista’ jbiddel il-konklużjoni li ntlaħqet
fil-premessa 178 tar-Regolament provviżorju u l-allegazzjoni għaldaqstant
hija definittivament miċħuda. 5.3.8. Is-swieq ta’ prodotti użati (176) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra
ġodda fir-rigward tas-swieq ta’ prodotti użati, il-premessi 179 sa 180
tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 5.3.9. Il-kriżi ekonomika (177) Parti ddikjarat li
l-premessa 183 tar-Regolament provviżorju tagħti analiżi żbaljata
tas-sitwazzjoni matul il-perjodu tal-irkupru ekonomiku bejn l-2010 u l-2011 u
li l-impatt tal-kriżi ekonomika ma kienx ikkunsidrat biżżejjed. Dawn
il-kummenti kienu ripetuti wara d-divulgazzjoni finali. Madankollu,
l-allegazzjonijiet ma kinux sostanzjati. Għandu jkun enfasizzat li l-premessa
ċċitata tiddikjara li importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping miċ-Ċina
intensifikaw l-effett tat-tnaqqis ekonomiku. Fir-rigward tal-impatt tal-kriżi
ekonomika, il-premessa 184 tar-Regolament provviżorju hija ċara dwar
il-fatt li l-kriżi ekonomika setgħet ikkontribwixxiet għall-prestazzjoni ħażina
tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn
l-importazzjonijiet ta’ oġġetti tad-dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara li
ġarrbet dik l-industrija matul il-PI. (178) Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda
oħra dwar il-kriżi ekonomika, il-premessi minn 181 sa 184 tar-Regolament
provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 5.3.10. Fatturi oħra (179) F’sottomissjoni
konġunta,diversi importaturi allegaw li t-tnaqqis drastiku fl-impjieg kien
żvilupp normali fl-industrija tal-oġġetti għall-konsumaturi. Madankollu, din
l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, anke jekk din ix-xejra
tkun normali għal dan is-settur, ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn
l-importazzjonijiet ta' oġġetti ta' dumping mir-RPĊ u t-telf sinifikanti ta'
impjiegi f'dan is-settur. Għalhekk, din l-allegazzjoni hija miċħuda. (180) Parti waħda allegat li
d-defiċits strutturali li baqa’ tal-industrija tal-Unjoni b’rabta mal-kapaċità
żejda eżistenti kif jidher fit-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju jistgħu
jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet tal-oġġetti ta’ dumping
mill-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-manifatturi tal-Unjoni. Rigward dan l-argument,
għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet diġà fi stat fraġli fil-bidu
tal-perjodu kunsidrat u kienet għada ma għaddietx minn ristrutturazzjoni,
l-investigazzjoni kkonfermat li kienet kompetittiva u li kienet qed tlaħħaq tajjeb
mad-domanda mis-swieq kollha. Rigward it-Tabella 3 tar-Regolament
provviżorju, it-tnaqqis fil-produzzjoni għandu jkun ikkunsidrat b'rabta
mal-pressjoni li tirriżulta mill-volum għoli ta' importazzjonijiet bi prezz
baxx mir-RPĊ, filwaqt li l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni baqgħu
stabbli. Għalhekk, din l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa. (181) Parti waħda kkunsidrat li
l-Kummissjoni naqqset milli tikkunsidra l-effett kumulattiv ta’ kull wieħed
mill-fatturi l-oħra ta’ ħsara. Din l-allegazzjoni tqajmet ukoll minn diversi
partijiet wara d-divulgazzjoni definittiva. Madankollu, minħabba r-riżultati
tal-investigazzjoni f’relazzjoni ma’ diversi fatturi invokati oħra, mhux
possibbli li l-effett kumulattiv tagħhom seta’ kiser ir-rabta kawżali. Tabilħaqq,
għall-biċċa l-kbira tal-fatturi mqajma, l-impatt tagħhom kien żgħir, jekk kien
hemm. (182) Parti kkunsidrat li l-awtorità
ta’ investigazzjoni kienet naqset milli tiddistingwi bejn il-kookkorrenza u
l-kawżalità. Madankollu, l-informazzjoni ta’ sostenn ipprovduta assolutament ma
kinetx konklussiva f’dan ir-rigward u l-allegazzjoni għaldaqstant hija miċħuda. (183) Fin-nuqqas ta' kummenti ġodda
oħra fir-rigward ta’ fatturi oħra, il-premessi 185 sa 190 tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati b'dan. 5.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità (184) Minħabba li ma kien hemm ebda
kummenti ġodda, il-premessa 191 tar-Regolament provviżorju hi b’dan
ikkonfermata. 6. INTERESS TAL-UNJONI 6.1. Il-kummenti preliminari (185) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kummenti għall-premessa 192 tar-Regolament proviżorju, dik il-premessa
hija b’dan ikkonfermata. 6.2. L-interess tal-industrija
tal-Unjoni (186) Produttur Pollakk mhux
kwerelant laqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri, filwaqt li manifattur mir-Renju Unit
mhux kwerelant li għandu interessi fl-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat
opponiehom. It-tieni parti tqis li d-dazji kien ikollhom effett negattiv fuq
dawk il-produtturi li jikkumplimentaw l-għażla ta' prodotti tagħhom
b'importazzjonijiet mir-RPĊ u adattaw għall-globalizzazzjoni permezz ta' mudell
tan-negozju fejn isir xogħol ta’ valur miżjud għoli fl-Unjoni. Barra minn hekk,
il-konsumaturi jkunu inqas inklinati li jixtru l-prodotti tagħhom minħabba li
ma jibqgħux joffru għażla sħiħa ta' prodotti. (187) Fir-rigward tal-allegazzjoni tat-tieni
parti, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni ta’ dik il-kumpanija. Jirriżulta li
l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ prodotti li jintużaw fiq il-mejda jikkostitwixxu
parti żgħira ħafna mill-importazzjonijiet totali tagħhom. Madankollu,
il-kumpanija allegat mingħajr ma speċifikat iktar, li dawn l-importazzjonijiet
kienu importanti għaliha. Il-kumpanija ma tat ebda ċifra dwar il-produzzjoni
tagħha. Skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, fl-2011, il-kumpanija għamlet
profitt qabel it-taxxa fuq il-fatturat totali ta' iktar minn 10 %, li
l-biċċa l-kbira minnu nkiseb mis-swieq mhux tal-UE (ebda ċifra ma kienet
ipprovduta għall-prodott ikkonċernat). Abbażi ta’ dan, mhux mistenni li
l-impożizzjoni ta’ miżuri tipperikola l-vijabbiltà tal-kumpanija. Ma ġiet
ipprovduta ebda evidenza speċifika għall-allegazzjoni li ħafna kumpaniji oħra
se jaffaċċjaw ukoll diffikultajiet bħala riżultatat tal-miżuri. Barra minn
hekk, skont ir-risposti li waslu matul l-istadju qabel il-bidu tal-fażi
tal-analizi tal-istat u s-sottomissjonijiet li waslu sussegwentement, ma hemm
ebda indikazzjoni li hemm għadd sinifikanti ta’ kumpaniji f’tali sitwazzjoni. (188) L-impatt tad-dazji fuq
l-attivitajiet tal-manifattura tal-industrija tal-Unjoni ikun pożittiv.
Fil-fatt, mill-impożizzjoni riċenti ta’ dazji antidumping provviżorji, ġew
irrappurtati diversi żviluppi pożittivi f’dan ir-rigward. (189) L-iżviluppi pożittivi msemmija
hawn fuq jikkonfermaw id-dikjarazzjoni tal-kwerelanti li l-produzzjoni
tal-Unjoni tista’ tiżdied sostanzjalment fi żmien qasir billi jintużaw
impjanti, makkinarju u l-ħaddiema disponibbli, filwaqt li żidiet ikbar ikunu
fattibbli fuq perjodu ta’ żmien itwal. Għaldaqstant, l-irtirar ta’ prattiki
inġusti tal-prezzijiet huwa ta’ benefiċċju għalihom peress li livell ġdid ta’
prezzar jagħmilha iktar attraenti li jiġu mmanifatturati iktar prodotti
fl-Unjoni, kemm f’ordnijiet kbar kif ukoll f’ordnijiet żgħar, disinji speċjali
jew prodotti komuni mhux tad-ditta. Dan jirriżulta fil-ħolqien ta’ impjiegi
ġodda li jinvolvu tipi differenti ta’ kapaċitajiet u ħaddiema qiegħda relevanti
jistgħu jerġgħu jingħataw impjieg. (190) Dwar l-impossibbiltà li tkun
offruta għażla wiesgħa ta’ prodotti, din id-dikjarazzjoni ma tistax tinżamm
minħabba li l-konsumaturi jirrikjedu firxiet li jinbidlu ta' prodotti u
l-eżistenza ta' diversi sorsi ta' provvista. (191) Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda
oħra fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi 193
sa 198 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 6.3. L-interess ta’ importaturi
mhux relatati (192) L-ikbar żewġ importaturi
fil-kampjun ikkontestaw il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom rigward dejta sħiħa
dwar il-profittabbiltà u l-marġni bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-bejgħ
mill-ġdid għal klijenti mhux relatati, filwaqt li wieħed minnhom ikkontesta li
kien ċaħad l-aċċess għall-kontijiet tiegħu u argumenta li xejn ma kien jinbidel
kieku ta l-aċċess. Il-partijiet allegaw li d-daqs u l-mudell tan-negozju
tagħhom ma ppermettilhomx jipprovdu dejta ddettaljata kif mitlub. Fi stadju
definittiv, kien ikkonfermat li wieħed minnhom għal darb'oħra ċaħad l-aċċess
għall-kontijiet tal-importazzjoni tiegħu u li t-tnejn, minkejja li ppruvaw, ma
rnexxilhomx jipprovdu dejta sħiħa u li tista’ tintuża dwar il-profittabblità u
informazzjoni dwar il-marġni bejn il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ mill-ġdid
għall-klijenti mhux relatati b’tali mod li tista’ tintuża mill-istituzzjonijiet
fl-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ importaturi mhux relatati. L-informazzjoni
limitata pprovduta miż-żewġ kumpaniji dwar il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ
mill-ġdid, anki jekk b’mod kumplessiv kienet inkonklussiva, kienet għal kollox
konformi mal-informazzjoni ġenerali żejda miksuba u miġbura f’sommarju
fil-premessa 202 tar-Regolament provviżorju. (193) Fil-premessa 203
tar-Regolament provviżorju, il-partijiet interessati kienu mistiedna
jippreżentaw dejta addizzjonali, komprensibbli u verifikabbli li tanalizza
iktar l-impatt tal-miżuri fuq il-katina tal-provvista. (194) Wara l-miżuri provviżorji,
intbagħtu risposti ġodda għall-kwestjonarju tal-importaturi minn żewġ
importaturi mhux relatati. Waslu wkoll sottomissjonijiet oħra ta’ interess
għall-Unjoni minn importaturi mhux inklużi fil-kampjun, assoċjazzjoni
tal-Kummerċ Ewropew u Internazzjonali (Assoċjazzjoni dwar il-Kummerċ Barrani),
assoċjazzjoni Svediża tal-importaturi, bejjiegħa bil-grossa u bejjiegħa
bl-imnut (Svensk Handel), is-CCCLA u produttur tal-Unjoni b’interessi
tal-importazzjoni. L-ebda minn dawn is-sottomissjonijiet ma kienet tinkludi
dejta konklussiva dwar l-impatt tal-miżuri fuq il-katina tal-provvista. (195) Parti allegat li ċ-ċifra
tal-impjiegi downstream affettwata mid-dazji ma ġietx riflessa b'mod sħiħ
fl-isfond tal-fatt li l-istatistiċi tal-Eurostat juru li b'mod ġenerali,
impriżi kummerċjali ta' distribuzzjoni jħaddmu iktar nies (33 miljun) minn
kumpaniji tal-manifattura (31 miljun) Madankollu, iċ-ċifri pprovduti kienu
dwar in-negozji tal-importazzjoni u tal-manifattura u ma setgħux jintużaw
għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. (196) F’sottomissjoni konġunta,
diversi importaturi allegaw li ħames importaturi inklużi fil-kampjun jimpjegaw
iktar minn 10 000 persuna b’relazzjoni mal-prodott ikkonċernat u mhux 350
kif imsemmi fil-premessa 200 tar-Regolament provviżorju Iċ-ċifri kienu
għal darb’oħra vverifikati. Għandu jkun enfasizzat li fl-analiżi tal-interessi
tal-importaturi, l-għadd ta’ impjiegi relatati mal-importazzjoni u l-bejgħ
mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-funzjonijiet ta’ appoġġ, għandu
jkun ikkunsidrat. L-impjieg relatat ma’ prodotti jew oriġini oħra, jew relatat
ma' attivitajiet bħall-bejgħ bil-grossa u l-bejgħ bl-imnut, naturalment ma
għandux ikun inkluż f’dan l-għadd. Wieħed għandu jiftakar li, iktar qabel
fil-proċediment, grupp ta’ 14-il importatur kienu stmaw li l-għadd ta’ impjiegi
involuti fil-livell tal-importaturi huwa ta’ 7 000 impjieg. Iċ-ċifra
tidher ta’ daqs tajjeb abbażi tal-estrapolazzjoni tas-sitwazzjoni
tal-importaturi inklużi fil-kampjun sal-punt li ċ-ċifri tagħhom jistgħu
jintużaw. (197) Diversi partijiet ilmentaw dwar
iċ-ċifra għolja tal-marġini gross inkluża fil-premessa 202 tar-Regolament
provviżorju, u allegaw li din tista' tiżvijja. Madankollu, l-investigazzjoni
wriet li l-maġġoranza vasta tal-importaturi li wieġbu għall-mistoqsijiet
tat-teħid tal-kampjuni dwar l-importaturi rrapportaw marġini gross bejn
il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid li jvarja bejn 50% u 200% u
l-importaturi inklużi fil-kampjun kienu f’sitwazzjoni simili. Barra minn hekk,
wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-kwerelanti ssottomettew diversi eżempji li
jappoġġjaw l-informazzjoni mogħtija mill-pubblikazzjoni msemmija
fil-premessa 202 tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li tikkonferma
l-proporzjon tal-prezz tal-importazzjoni – il-prezz tal-bejgħ bl-imnut
tal-prodott ikkonċernat. (198) Manifattur mir-Renju Unit
b’interessi tal-importazzjoni spjega li dawk il-marġni huma meħtieġa biex jiġu
koperti ċerti spejjeż imġarrba fl-Unjoni. Ma ġiet ipprovduta ebda dejta kienet
tippermetti kalkolu ta’ dawk il-marġni abbażi tal-fatturat. (199) Billi setgħat tinkiseb u tkun
ivverifikata dejta li tista’ tintuża dwar il-profitt fuq l-attivitajiet ta’
importazzjoni relatati mal-prodott ikkonċernat ta’ tliet importaturi biss
inklużi fil-kampjun u dawn it-tliet importaturi jirrappreżentaw madwar 3 %
biss tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, iċ-ċifra medja ppiżata
tal-profitt ikkonċernat ma kinetx meqjusa konklussiva u għaldaqstant ma
ssemmietx fir-Regolament provviżorju. Madankollu, għandu jkun innutat li dan
il-profitt medju ppiżat kien b’saħħtu (bejn 6 % u 10 % - firxa
mogħtija għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità). (200) Importatur allega li ma hemmx
produzzjoni biżżejjed ta’ oġġetti tal-ġebel ikkuluriti fl-Unjoni u li ma kellu
ebda alternattiva oħra ħlief li jimporta mir-RPĊ. Wara d-divulgazzjoni saret
l-istess allegazzjoni. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li oġġetti
tal-ġebel ikkuluriti jistgħu jkunu akkwistati minn diversi sorsi, inklużi
produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni għandhom
kapaċità ta’ produzzjoni biex ibigħu iktar fis-suq tal-Unjoni. (201) L-informazzjoni miġbura matul
l-investigazzjoni ma ppermettietx kwantifikazzjoni xierqa dwar sa fejn
l-importaturi jkunu jistgħu jgħaddu ż-żidiet tal-prezz tax-xiri bħala riżultat
tal-livelli proposti tad-dazju. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ
jkunu suġġetti għal dazju definittiv antidumping u fl-isfond tal-informazzjoni
dwar il-marġni gross u nett, ma hemm xejn li jisuġġerixxi li l-vijabbiltà
tan-negozju tal-importaturi tinsab fil-periklu. Importatur issuġġerixxa wkoll
li operaturi u importaturi kbar tas-suq li n-negozju ewlieni tagħhom mhuwiex
l-oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, mhux se jkunu
affettwati b'mod negattiv. (202) Għalhekk, huwa konkluż li b’mod
ġenerali, l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livelli proposti ma ħalliet ebda impatt
negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi mhux relatati
tal-prodott ikkonċernat. (203) Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda
oħra fir-rigward tal-interess tal-importaturi mhux relatati, il-premessi 199
sa 211 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 6.4. L-interess ta’ setturi
ekonomiċi oħrajn (204) Minbarra l-istedina inkluża
fil-premessa 203 tar-Regolament provviżorju, fil-ġurnata
tal-pubblikazzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni kkuntattjat
direttament lill-bejjiegħa bl-imnut rilevanti u lill-assoċjazzjonijiet
tal-bejjiegħa bl-imnut, importaturi b’attivitajiet possibbli fil-livell
tal-konsumatur u disinjaturi magħrufa mill-Kummissjoni u stednithom jimlew
il-kwestjonarji rilevanti. Xi riċevituri li fil-bidu allegaw li huma bejjiegħa
bl-imnut wieġbu li ma kinux ikkonċernati mill-investigazzjoni minħabba li ma
kinux attivi fin-negozju. Il-Kummissjoni eventwalment irċeviet seba’ risposti
ġodda għall-kwestjonarju tal-bejjiegħa bl-imnut. Dawn is-seba’ bejjiegħa
bl-imnut kienu jirrappreżentaw 1 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul
il-PI. Ħafna minn dawn it-tweġibiet f’ħafna rispetti kienu neqsin iżda xorta
kienu analizzati safejn kien possibbli. Għall-kwestjonarju tad-disinjaturi ma
waslet ebda tweġiba. (205) L-informazzjoni miksuba b’dan
il-mod, ma pprovdiet ebda evidenza ġdida dwar l-interess tas-setturi ekonomiċi
li jista jikkontesta l-konklużjoni milħuqa fil-premessa 217 tar-Regolament
provviżorju. (206) Wara l-pubblikazzjoni ta’ miżuri
provviżorji, is-sottomissjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni fir-rigward ta’
setturi ekonomiċi oħra waslu kemm mill-importaturi inklużi fil-kampjun kif
ukoll minn dawk mhux inklużi fil-kampjun (inkluż importatur Pollakk attiv
fis-settur tal-oġġetti promozzjonali), assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ewropew u
Internazzjonali (Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Barrani), assoċjazzjoni Svediża
tal-importaturi, bejjiegħa bil-grossa u bejjiegħa bl-imnut (Svensk Handel),
diversi bejjiegħa bl-imnut, is-CCCLA u tmien kumpaniji li jinkaljaw il-kafe)
seba’ minnhom jinsabu fl-Italja u waħda għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha
fl-Awstrija). (207) Il-kumpaniji li jinkaljaw
il-kafe allegaw li minħabba n-numru żgħir ħafna ta’ produtturi tal-Unjoni li
jaqdu s-suq tagħhom (massimu 5), li l-biċċa l-kbira minnhom jimportaw mir-RPĊ
jew direttament jew permezz ta’ kumpaniji aħwa, u n-numru kbir ħafna ta’
kumpaniji li jinkaljaw il-kafe (1 500-3 000), il-miżuri fil-livell
propost fl-istadju provviżorju jistgħu jimpedixxuhom milli jfornu l-istess
prodotti eżatt fil-futur. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett,
il-miżuri definittivi huma iktar baxxi mill-miżuri provviżorji. It-tieni nett,
l-investigazzjoni żvlat li l-produtturi tal-Unjoni kienu f’pożizzjoni li
jimmobilzzaw il-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom u jservu b’mod ulterjuri
l-industrija li tinkalja l-kafe, jekk titneħħa l-ħsara kkawżata
mill-importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ. Minħabba l-għadd kbir
ta’ produtturi tal-Unjoni, huwa ferm probabbli li l-għadd ta’ produtturi
tal-Unjoni li jistgħu jieħdu ordnijiet mill-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe jkun
iktar minn ħamsa. (208) Il-kumpaniji li jinkaljaw
il-kafe argumentaw li l-miżuri antidumping jagħmlu ħsara lill-esportazzjonijiet
tagħhom minħabba t-telf tal-kompetittività u minħabba r-retaljazzjoni possibbli
mill-awtoritajiet Ċiniżi. Madankollu, ma hemm ebda evidenza li tindika li
l-livell ta’ miżuri impost iwassal għal tali telf tal-kompetittività,
b’kunsiderazzjoni wkoll li membri oħra tad-WTO għandhom miżuri antidumping oħra
li jaffettwaw dan it-tip ta’ prodott. L-allegazzjoni ta’ azzjoni ta’
retaljazzjoni ukoll ma kinetx sostanzjata. (209) Il-kumpaniji li jinkaljaw
il-kafe ddikjaraw li l-miżuri antidumping inevitabbilment iwasslu għal tnaqqis
ġenerali fin-negozju tagħhom, għal tnaqqis fil-bejgħ tagħhom, għal żieda
ġenerali tal-prezz tal-kafe fis-settur HORECA (lukandi, ristoranti u settur
tal-ospitalità) u għal tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti u s-servizzi.
Allegatament, dan ipoġġi f’riskju għadd konsiderevoli ta’ impjiegi diretti u
indiretti. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għal x’inhu n-negozju ewlien
tal-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe u għall-konklużjonijiet rigward l-effetti
tal-miżuri tal-katina ta’ provvista, dawn l-allegazzjonijiet ma jistgħux jiġu
aċċettati. Għandu jkun innutat ukoll li l-provvediment tal-għadd totali
tal-impjiegi marbuta mal-attivitajiet internazzjonali tal-kumpanija li tinkalja
l-kafe, ma jistax jitqies bħala bażi ta’ kalkolu xieraq għall-għadd ta’
impjiegi li jkunu f’riskju minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping. (210) Żewġ importaturi allegaw li ma
hemmx produzzjoni biżżejjed ta’ oġġetti tal-porċellana ġdida u tal-porċellana
fl-Unjoni u li ma kellhom ebda alternattiva oħra ħlief li jimportaw mir-RPĊ.
L-istess allegazzjoni saret minn assoċjazzjoni ta’ importaturi wara
d-divulgazzjoni. L-ewwel nett u b’mod ġenerali għandu jkun innutat li l-miżuri
antidumping għandhom l-għan li jġibu lura l-kummerċ ġust u mhux li jibblukkaw
l-importazzjonijiet. F’dan il-każ, il-livell ta’ miżuri ma jistax ikun meqjus
bħala projbittiv. It-tieni nett, l-investigazzjoni stabbilixxiet li dawn
il-prodotti jistgħu jkunu akkwistati minn diversi sorsi, inklużi produtturi
tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-produtturi tal-Unjoni għandhom il-kapaċità
tal-produzzjoni biex ibigħu iktar fis-suq tal-Unjoni u jistgħu jisfruttaw iktar
il-potenzjal tagħhom, jekk il-miżuri antidumping jiġu definittivament imposti. (211) Biejjiegħ bl-imnut wieħed
allega li l-miżuri jkollhom impatt negattiv fuq ċerti oġġetti li jaqdu s-suq
tat-turisti. Madankollu, ebda informazzjoni sostantiva ma tista’ ssostni dik
l-allegazzjoni. Barra minn hekk, il-piż tal-oġġetti inkwistjoni fis-settur huwa
limitat. (212) Importatur u bejjiegħ
bil-grossa allega li l-impożizzjoni ta’ miżuri se twassal għal konsolidazzjoni
vertikali tas-suq minn xi parteċipanti kbar ewlenin. Madankollu, minħabba
l-għadd attwali ta’ parteċipanti ewlenin, dan mhux probabbli fuq perjodu ta’
żmien qasir-medju. (213) Minbarra l-miżuri li diġà kienu
trattati fir-Regolament provviżorju, għandu jkun innutat li diversi partijiet
sabu li l-interess ta’ kumpaniji iżgħar, bħall-bejjiegħa bl-imnut, distributuri
u negozji li jikkummerċjalizzaw oġġetti promozzjonali, ma kienx ġie kkunsidrat
biżżejjed. Din l-allegazzjoni ġiet imtennija minn diversi partijiet wara
d-divulgazzjoni definittiva. Għandu jkun rikonoxxut li, b’mod ġenerali negozji
mikro u żgħar jistgħu jkunu iktar vulnerabbli għal kwalunkwe żieda fil-prezz
bħal riżultat tad-dazjo antidumping. Madankollu, ma hemmx evidenza li l-livell
ta’ miżuri imposti se jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi
l-oħra li jikkwalifikaw bħala SMEs. Għalhekk, l-allegazzjoni ġiet
definittivament miċħuda. (214) Fin-nuqqas ta’ kummenti
addizzjonali oħra fir-rigward tal-interess ta’ setturi ekonomiċi oħra,
il-premessi 212 sa 217 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 6.5. L-interess tal-konsumaturi
(unitajiet domestiċi) (215) Minkejja li kienu kkuntattjati
direttament mill-Kummissjoni, ebda parti li tirrappreżenta direttament l-interessi
tax-xerrejja finali, bħal assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, ma għamlet xi
rappreżentazzjoni. (216) Diversi partijiet ikkontestaw
il-konklużjoni tal-premessa 222 tar-Regolament provviżorju rigward
prezzijiet ogħla. Wara d-divulgazzjoni definittiva, saru allegazzjonijiet
simili. (217) Fl-eventwalità mhux probabbli
li d-dazju jgħaddi għalkollox fuq il-konsumaturi u, jekk wieħed jassumi li
l-livelli tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet jibqgħu l-istess, id-dazji
antidumping jfissru spejjeż żejda kull sena għal kull unità domestika ta’ inqas
minn EUR 1. Tali kalkolu huwa bbażat fuq il-volumi u l-valuri ta’
importazzjoni PI, il-livell propost tad-dazji u l-għadd ta’ unitajiet domestiċi
tal-Unjoni. (218) Tali effett ma jistax ikun
meqjus li huwa biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-impatt pożittiv fuq
l-industrija tal-Unjoni derivat mil-limitazzjoni tal-ħsara kkawżata
mill-importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ. (219) Parti allegat li bħala
konsegwenza tal-miżuri , se jkun hemm skarsezza ta' oġġetti irħas li jintużaw
fuq il-mejda. Din l-allegazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni
definittiva. Madankollu din l-allegazzjoni ma tistax tkun aċċettata, kif
iddikjarat fil-premessa 157 tar-Regolament provviżorju, l-industrija
tal-Unjoni sservi s-swieq kollha (inklużi l-oġġetti rħas li jintużaw fuq
il-mejda). (220) Fin-nuqqas ta’ kummenti
addizzjonali oħra fir-rigward tal-interess ta’ konsumaturi (unitajiet
domestiċi), il-premessi 218 sa 226 tar-Regolament provviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 6.6. Konklużjoni dwar l-interess
tal-Unjoni (221) Fl-isfond ta’ dak li ntqal hawn
fuq, il-valutazzjoni fir-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. (222) Għalhekk, il-premessi 227
sa 229 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 7. MIŻURI ANTIDUMPING
DEFINITTIVI 7.1. Livell ta’ tneħħija tal-ħsara (223) Intqal li l-marġni ta’ profitt
użat biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti
tad-dumping ta’ ħsara kien għoli wisq. Din l-allegazzjoni ġiet miċħuda kif
spjegat fit-taqsima 4.5.3.3. hawn fuq. (224) Diversi partijiet iddubitaw
il-profitt immirat użat għall-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara. Dawn il-kummenti
qed jiġu indirizzati fil-premessi 135 sa 142 hawn taħt. Abbażi
tal-analiżi ta’ dawk il-kummenti, qed jiġi konkluż li l-profitt immirat ta'
6 % għandu jinżamm. (225) Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra
dwar il-livell tat-tneħħija tad-dannu, il-metodoloġija deskritta fil-premessi
minn 230 sa 234 tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. 7.2. Miżuri definittivi (226) Fid-dawl
tal-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping, il-ħsara, il-kawżalità u interess
tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku,
għandhom jiġu imposti dazji definitivi antidumping fuq importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġini aktar baxxi ta’ dumping u ħsara,
skont ir-regola tal-anqas dazju. Għaldaqstant, ir-rati kollha tad-dazju
għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġini ta’ dumping. (227) L-aġġustament żgħir imsemmi
fil-premessi 115 sa 132 hawn fuq irriżulta f'marġni kemm kemm riveduti ta'
bejgħ bi prezz imqaċċat kif jidher fil-marġni ta' ħsara elenkati hawn taħt.
Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn li ġejjin: Kumpanija || Marġini tad-dumping || Marġni ta' ħsara || Rata tad-dazju definittiva Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd and Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd || 18,3% || 44,8% || 18,3% Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd || 13,1% || 92,6% || 13,1% CHL Porcelain Industries Ltd || 23,4% || 110,1% || 23,4% Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd; Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd; Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd; Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd, and Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd || 17,6% || 79,1% || 17,6% Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd || 22,9% || 45,7% || 22,9% Produtturi esportaturi li jikkoperaw oħra kollha || 17,9% || 79,0% || 17,9% Kumpaniji l-oħra kollha || 36,1% || 110,1% || 36,1% (228) Ir-rati tad-dazju antidumping
tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi
tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu
s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn
il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż
kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament
applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu
prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija.
L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija
oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament
b’isimha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma
tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata
tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. (229) Sabiex jiġu mminimizzati
r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa
kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw
l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu
l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura
kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness II
ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura
se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping residwali applikabbli għall-esportaturi
l-oħra kollha. (230) Jekk l-esportazzjonijiet minn
waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju
individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri
kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala li tikkostitwixxi fiha
nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont
it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi
u sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tibda investigazzjoni kontra
l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa
għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti
ta' dazju għall-pajjiż kollu. (231) Kwalunkwe pretensjoni li titlob
l-applikazzjoni ta' rata ta' dazju antidumping individwali (eż. wara bidla
fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew
bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni[11] flimkien
mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe bidla
fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u
għall-esportazzjoni assoċjata ma', pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik
il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan
ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’
kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju antidumping individwali. (232) Sabiex jiġi żgurat infurzar
xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju għall-pajjiż kollu għandu
japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx iżda wkoll
għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul
il-PI. (233) Sabiex
jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li
kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I ta’ dan
ir-Regolament, għandha ssir dispożizzjoni għad-dazju medju ppiżat divrenzjat
impost fuq il-kumpaniji msemmija l-aħħar li għandha tiġi applikata għal
kwalunkwe esportatur ġdid li jekk mhux hekk ikun intitolat għal reviżjoni skont
l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. (234) Il-partijiet kollha kienu
infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom
huwa maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping
definittiv fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq
il-mejda u fil-kċina, li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti
garantiti permezz tad-dazju provviżorju (divulgazzjoni finali). Il-partijiet
kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar id-divulgazzjoni
finali. (235) Il-kummenti verbali u
bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn
kien xieraq. 7.3. Il-ġbir definittiv ta’ dazji
antidumping provviżorji (236) Fid-dawl tal-kobor tal-marġni
ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tal-ħsara kkawżat lill-industrija
tal-Unjoni, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju
proviżorju antidumping impost mir-Regolament provviżorju jinġabru
definittivament sal-ammont tad-dazji definittivi imposti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Permezz ta’ dan qed jiġi impost dazju
antidumping fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq
il-mejda u fil-kċina minbarra skieken taċ-ċeramika, oġġetti taċ-ċeramika li
jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika
tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika,
senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite
tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż, li bħalissa jaqgħu taħt
il-kodiċijiet tan-NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50
and ex 6912 00 90 (kodiċijiet TARIC 6911 10 00 90, 6912 00 10 11, 6912 00 10
91, 6912 00 30 10, 6912 00 50 10 and 6912 00 90 10) u li joriġinaw mir-Repubblika
Popolari taċ-Ċina. 2. Ir-rata tad-dazju definittiv
tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni,
qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat
mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej: Kumpanija || Dazju || Kodiċi addizzjonali TARIC Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd. || 18,3% || B349 Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd || 13,1% || B350 CHL Porcelain Industries Ltd || 23,4% || B351 Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd; Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd; Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd; Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd; Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd. || 17,6% || B352 Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd || 22,9% || B353 Kumpaniji elenkati fl-Anness I || 17,9% || Kumpaniji l-oħra kollha || 36,1% || B999 3. L-applikazzjoni tar-rati individwali
tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2
gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali
tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi
mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi
ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”. 4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor,
għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali. Artikolu 2 1. L-ammonti garantiti permezz tad-dazju
provviżorju antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2012 fuq
importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen
żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li
jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken
taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami
tal-pizza jew il-ħobż u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom
jiġu rilaxxati. 2. L-ammonti garantiti permezz tad-dazju
provviżorju antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2012 fuq
importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina
minbarra skieken taċ-ċeramika, oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew
imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod
li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken
taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami
tal-pizza jew il-ħobż u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom
jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi
tad-dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati. Artikolu 3 Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid
fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni
li: ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott
deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni (l-1 ta’ Jannar
2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011), - ma jkun relatat mal-ebda wieħed
mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma
soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, - ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni
l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati
l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta
kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, l-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi
jiżdied il-produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex
inklużi fil-kampjun u għaldaqstant suġġetti għar-rata ta’ dazju medja ppiżata
ta’ 17,9 %. Artikolu 4 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada
tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Anness I Produtturi
esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun Isem || Kodiċi addizzjonali TARIC Amaida Ceramic Product Co., Ltd. || B357 Asianera Porcelain (Tangshan) Ltd. || B358 Beiliu Changlong Ceramics Co., Ltd. || B359 Beiliu Chengda Ceramic Co., Ltd. || B360 Beiliu City Heyun Building Materials Co., Ltd. || B361 Beiliu Jiasheng Porcelain Co., Ltd. || B362 Beiliu Quanli Ceramic Co., Ltd. || B363 Beiliu Shimin Porcelain Co., Ltd. || B364 Beiliu Windview Industries Ltd. || B365 Cameo China (Fengfeng) Co., Ltd. || B366 Changsha Happy Go Products Developing Co., Ltd. || B367 Chao An Huadayu Craftwork Factory || B368 Chaoan County Fengtang Town HaoYe Ceramic Fty || B369 Chao'an Lian Xing Yuan Ceramics Co., Ltd. || B370 Chaoan Oh Yeah Ceramics Industrial Co., Ltd. || B371 Chaoan Shengyang Crafts Industrial Co., Ltd || B372 Chaoan Xin Yuan Ceramics Factory || B373 Chao'an Yongsheng Ceramic Industry Co., Ltd. || B374 Chaozhou Baodayi Porcelain Co., Ltd. || B375 Chaozhou Baode Ceramics Co., Ltd, || B376 Chaozhou Baolian Ceramics Co., Ltd. || B377 Chaozhou Big Arrow Ceramics Industrial Co., Ltd. || B378 Chaozhou Boshifa Ceramics Making Co., Ltd. || B379 Chaozhou Cantake Craft Co., Ltd. || B380 Chaozhou Ceramics Industry and Trade General Corp. || B381 Chaozhou Chaofeng Ceramic Making Co., Ltd. || B382 Chaozhou Chengxi Jijie Art & Craft Painted Porcelain Fty. || B383 Chaozhou Chengxinda Ceramics Industry Co., Ltd. || B384 Chaozhou Chenhui Ceramics Co., Ltd. || B385 Chaozhou Chonvson Ceramics Industry Co., Ltd. || B386 Chaozhou Daxin Arts & Crafts Co., Ltd. || B387 Chaozhou DaXing Ceramics Manufactory Co., Ltd || B388 Chaozhou Dayi Ceramics Industries Co., Ltd. || B389 Chaozhou Dehong Ceramics Making Co., Ltd. || B390 Chaozhou Deko Ceramic Co., Ltd. || B391 Chaozhou Diamond Ceramics Industrial Co., Ltd. || B392 Chaozhou Dongyi Ceramics Co., Ltd. || B393 Chaozhou Dragon Porcelain Industrial Co., Ltd. || B394 Chaozhou Fairway Ceramics Manufacturing Co., Ltd. || B395 Chaozhou Feida Ceramics Industries Co., Ltd. || B396 Chaozhou Fengxi Baita Ceramics Fty. || B397 Chaozhou Fengxi Dongtian Porcelain Fty. No.2 || B398 Chaozhou Fengxi Fenger Ceramics Craft Fty. || B399 Chaozhou Fengxi Hongrong Color Porcelain Fty. || B400 Chaozhou Fengxi Jiaxiang Ceramic Manufactory || B401 Chaozhou Fengxi Porcelain Industrial Trade Imp & Exp. Corp || B402 Chaozhou Fengxi Shengshui Porcelain Art Factory || B403 Chaozhou Fengxi Zone Jinbaichuan Porcelain Crafts Factory || B404 Chaozhou Fromone Ceramic Co., Ltd. || B405 Chaozhou Genol Ceramics Manufacture Co., Ltd. || B406 Chaozhou Good Concept Ceramics Co., Ltd. || B407 Chaozhou Grand Collection Ceramics Manufacturing Co. Ltd. || B408 Chaozhou Guangjia Ceramics Manufacture Co., Ltd. || B409 Chaozhou Guidu Ceramics Co., Ltd. || B410 Chaozhou Haihong Ceramics Making Co., Ltd. || B411 Chaozhou Hengchuang Porcelain Co., Ltd. || B412 Chaozhou Henglibao Porcelain Industrial Co., Ltd. || B413 Chaozhou Hongbo Ceramics Industrial Co., Ltd. || B414 Chaozhou Hongjia Ceramics Making Co., Ltd. || B415 Chaozhou Hongye Ceramics Manufactory Co., Ltd. || B416 Chaozhou Hongye Porcelain Development Co., Ltd. || B417 Chaozhou Hongyue Porcelain Industry Co., Ltd. || B418 Chaozhou Hongzhan Ceramic Manufacture Co., Ltd. || B419 Chaozhou Hua Da Ceramics Making Co., Ltd. || B420 Chaozhou Huabo Ceramic Co., Ltd. || B421 Chaozhou Huade Ceramics Manufacture Co., Ltd. || B422 Chaozhou Huashan Industrial Co., Ltd. || B423 Chaozhou Huayu Ceramics Co., Ltd. || B424 Chaozhou Huazhong Ceramics Industries Co., Ltd. || B425 Chaozhou Huifeng Ceramics Craft Making Co., Ltd. || B426 Chaozhou J&M Ceramics Industrial Co., Ltd. || B427 Chaozhou Jencymic Co., Ltd. || B428 Chaozhou Jiahua Ceramics Co., Ltd. || B429 Chaozhou Jiahuabao Ceramics Industrial Co., Ltd. || B430 Chaozhou JiaHui Ceramic Factory || B431 Chaozhou Jiaye Ceramics Making Co., Ltd. || B432 Chaozhou Jiayi Ceramics Making Co., Ltd. || B433 Chaozhou Jiayu Ceramics Making Co., Ltd. || B434 Chaozhou Jin Jia Da Porcelain Industry Co., Ltd. || B435 Chaozhou Jingfeng Ceramics Craft Co., Ltd. || B436 Chaozhou Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd. || B437 Chaozhou Jinxin Ceramics Making Co., Ltd || B438 Chaozhou Jinyuanli Ceramics Manufacture Co., Ltd. || B439 Chaozhou Kaibo Ceramics Making Co., Ltd. || B440 Chaozhou Kedali Porcelain Industrial Co., Ltd. || B441 Chaozhou King's Porcelain Industry Co., Ltd. || B442 Chaozhou Kingwave Porcelain & Pigment Co., Ltd. || B443 Chaozhou Lemontree Tableware Co., Ltd. || B444 Chaozhou Lianfeng Porcelain Co., Ltd. || B445 Chaozhou Lianjun Ceramics Co., Ltd. || B446 Chaozhou Lianyu Ceramics Co., Ltd. || B447 ChaoZhou Lianyuan Ceramic Making Co., Ltd. || B448 Chaozhou Lisheng Ceramics Co., Ltd. || B449 Chaozhou Loving Home Porcelain Co., Ltd. || B450 Chaozhou Maocheng Industry Dve. Co., Ltd. || B451 Chaozhou MBB Porcelain Factory || B452 Chaozhou Mingyu Porcelain Industry Co., Ltd. || B453 Chaozhou New Power Co., Ltd. || B454 Chaozhou Ohga Porcelain Co.,Ltd. || B455 Chaozhou Oubo Ceramics Co., Ltd. || B456 Chaozhou Pengfa Ceramics Manufactory Co., Ltd. || B457 Chaozhou Pengxing Ceramics Co., Ltd. || B458 Chaozhou Qingfa Ceramics Co., Ltd. || B459 Chaozhou Ronghua Ceramics Making Co., Ltd. || B460 Chaozhou Ronglibao Porcelain Co., Ltd. || B461 Chaozhou Rui Cheng Porcelain Industry Co., Ltd. || B462 Chaozhou Rui Xiang Porcelain Industrial Co., Ltd. || B463 Chaozhou Ruilong Ceramics Co., Ltd. || B464 Chaozhou Sanhua Ceramics Industrial Co., Ltd. || B465 Chaozhou Sanming Industrial Co., Ltd. || B466 Chaozhou Santai Porcelain Co., Ltd. || B467 Chaozhou Shuntai Ceramic Manufactory Co., Ltd. || B468 Chaozhou Songfa Ceramics Co.,Ltd. || B469 Chaozhou Sundisk Ceramics Making Co., Ltd. || B470 Chaozhou Teemjade Ceramics Co., Ltd. || B471 Chaozhou Thyme Ceramics Co., Ltd. || B472 Chaozhou Tongxing Huajiang Ceramics Making Co., Ltd || B473 Chaozhou Totye Ceramics Industrial Co., Ltd. || B474 Chaozhou Trend Arts & Crafts Co., Ltd. || B475 Chaozhou Uncommon Craft Industrial Co., Ltd. || B476 Chaozhou Weida Ceramic Making Co., Ltd. || B477 Chaozhou Weigao Ceramic Craft Co., Ltd. || B478 Chaozhou Wingoal Ceramics Industrial Co., Ltd. || B479 Chaozhou Wood House Porcelain Co., Ltd. || B480 Chaozhou Xiangye Ceramics Craft Making Co., Ltd. || B481 Chaozhou Xin Weicheng Co., Ltd. || B482 Chaozhou Xincheng Ceramics Co., Ltd. || B483 Chaozhou Xinde Ceramics Craft Factory || B484 Chaozhou Xingguang Ceramics Co., Ltd. || B485 Chaozhou Xinhui Porcelain Co., Ltd. || B486 Chaozhou Xinkai Porcelain Co., Ltd. || B487 Chaozhou Xinlong Porcelain Industrial Co., Ltd. || B488 Chaozhou Xinyu Porcelain Industrial Co., Ltd. || B489 Chaozhou Xinyue Ceramics Manufacture Co., Ltd. || B490 Chaozhou Yangguang Ceramics Co., Ltd. || B491 Chaozhou Yaran Ceramics Craft Making Co., Ltd. || B492 Chaozhou Yinhe Ceramics Co., Ltd. || B493 Chaozhou Yongsheng Ceramics Manufacturing Co., Ltd. || B494 Chaozhou Yongxuan Domestic Ceramics Manufactory Co., Ltd. || B495 Chaozhou Yu Ri Ceramics Making Co., Ltd. || B496 Chaozhou Yuefeng Ceramics Ind. Co., Ltd. || B497 Chaozhou Yufeng Ceramics Making Factory || B498 Chaozhou Zhongxia Porcelain Factory Co., Ltd. || B499 Chaozhou Zhongye Ceramics Co., Ltd. || B500 Dabu Yongxingxiang Ceramics Co., Ltd. || B501 Dapu Fuda Ceramics Co., Ltd. || B502 Dapu Taoyuan Porcelain Factory || B503 Dasheng Ceramics Co., Ltd. Dehua || B504 De Hua Hongshun Ceramic Co., Ltd. || B505 Dehua Hongsheng Ceramic Co., Ltd. || B506 Dehua Jianyi Porcelain Industry Co., Ltd. || B507 Dehua Kaiyuan Porcelain Industry Co., Ltd. || B508 Dehua Ruyuan Gifts Co., Ltd. || B509 Dehua Xinmei Ceramics Co., Ltd. || B510 Dongguan Kennex Ceramic Ltd. || B511 Dongguan Shilong Kyocera Co., Ltd. || B512 Dongguan Yongfuda Ceramics Co., Ltd. || B513 Evershine Fine China Co., Ltd. || B514 Excellent Porcelain Co., Ltd. || B515 Fair-Link Limited (Xiamen) || B516 Far East (Boluo) Ceramics Factory Co., Ltd. || B517 Far East (chaozhou) Ceramics Factory Co., Ltd. || B518 Fengfeng Mining District Yuhang Ceramic Co. Ltd. ("Yuhang") || B519 Foshan Metart Company Limited || B520 Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd. || B521 Fujian Dehua Chengyi Ceramics Co., Ltd. || B522 Fujian Dehua Five Continents Ceramic Manufacturing Co., Ltd. || B523 Fujian Dehua Fujue Ceramics Co., Ltd. || B524 Fujian Dehua Full Win Crafts Co., Ltd. || B525 Fujian Dehua Fusheng Ceramics Co., Ltd. || B526 Fujian Dehua Gentle Porcelain Co., Ltd. || B527 Fujian Dehua Guanhong Ceramic Co., Ltd. || B528 Fujian Dehua Guanjie Ceramics Co., Ltd. || B529 Fujian Dehua Hiap Huat Koyo Toki Co., Ltd. || B530 Fujian Dehua Hongda Ceramics Co., Ltd. || B531 Fujian Dehua Hongsheng Arts & Crafts Co., Ltd. || B532 Fujian Dehua Hongyu Ceramic Co., Ltd. || B533 Fujian Dehua Huachen Ceramics Co., Ltd. || B534 Fujian Dehua Huaxia Ceramics Co., Ltd. || B535 Fujian Dehua Huilong Ceramic Co., Ltd. || B536 Fujian Dehua Jingyi Ceramics Co., Ltd. || B537 Fujian Dehua Jinhua Porcelain Co., Ltd. || B538 Fujian Dehua Jinzhu Ceramics Co., Ltd. || B539 Fujian Dehua Lianda Ceramic Co., Ltd. || B540 Fujian Dehua Myinghua Ceramics Co., Ltd. || B541 Fujian Dehua Pengxin Ceramics Co., Ltd. || B542 Fujian Dehua Rongxin Ceramic Co., Ltd. || B543 Fujian Dehua Shisheng Ceramics Co., Ltd. || B544 Fujian Dehua Will Ceramic Co., Ltd. || B545 Fujian Dehua Xianda Ceramic Factory || B546 Fujian Dehua Xianghui Ceramic Co., Ltd. || B547 Fujian Dehua Xingye Ceramic Co., Ltd. || B548 Fujian Dehua Yonghuang Ceramic Co., Ltd. || B549 Fujian Dehua Yousheng Ceramics Co., Ltd. || B550 Fujian Dehua You-Young Crafts Co., Ltd. || B551 Fujian Dehua Zhenfeng Ceramics Co., Ltd. || B552 Fujian Dehua Zhennan Ceramics Co., Ltd. || B553 Fujian Jackson Arts and Crafts Co., Ltd. || B554 Fujian Jiamei Group Corporation || B555 Fujian Profit Group Corporation || B556 Fujian Province Dehua County Beatrot Ceramic Co., Ltd. || B557 Fujian Province Yongchun County Foreign Processing and Assembling Corporation || B558 Fujian Quanzhou Longpeng Group Co., Ltd. || B559 Fujian Quanzhou Shunmei Group Co., Ltd. || B560 Fung Lin Wah Group || B561 Ganzhou Koin Structure Ceramics Co., Ltd. || B562 Global Housewares Factory || B563 Guangdong Baofeng Ceramic Technology Development Co., Ltd. || B564 Guangdong Bening Ceramics Industries Co., Ltd. || B565 Guangdong Daye Porcelain Co., Ltd. || B566 Guangdong Dongbao Group Co., Ltd. || B567 Guangdong Huaxing Ceramics Co., Ltd. || B568 Guangdong Quanfu Ceramics Ind. Co., Ltd. || B569 Guangdong Shunqiang Ceramics Co., Ltd || B570 Guangdong Shunxiang Porcelain Co., Ltd. || B571 Guangdong Sitong Group Co., Ltd. || B572 Guangdong Songfa Ceramics Co.,Ltd. || B573 GuangDong XingTaiYi Porcelain Co., Ltd || B574 Guangdong Yutai Porcelain Co., Ltd. || B575 Guangdong Zhentong Ceramics Co., Ltd || B576 Guangxi Baian Ceramic Co. Ltd || B577 Guangxi Beiliu City Ming Chao Porcelain Co., Ltd. || B578 Guangxi Beiliu Guixin Porcelain Co., Ltd. || B579 Guangxi Beiliu Huasheng Porcelain Ltd. || B580 Guangxi Beiliu Newcentury Ceramic Llc. || B581 Guangxi Beiliu Qinglang Porcelain Trade Co., Ltd. || B582 Guangxi Beiliu Rili Porcelain Co.,Ltd. || B583 Guangxi Beiliu Xiongfa Ceramics Co., Ltd. || B584 Guangxi Beiliu Yujie Porcelain Co., Ltd. || B585 Guangxi Beiliu Zhongli Ceramics Co., Ltd || B586 Guangxi Nanshan Porcelain Co., Ltd. || B587 Guangxi Xin Fu Yuan Co. Ltd. || B588 Guangxi Yulin Rongxing Ceramics Co., Ltd. || B589 Guangzhou Chaintime Porcelain Co., Ltd. || B590 Haofa Ceramics Co., Ltd. of Dehua Fujian || B591 Hebei Dersun Ceramic Co., Ltd. || B592 Hebei Great Wall Ceramic Co., Ltd. || B593 Henan Ruilong Ceramics Co., Ltd || B594 Henghui Porcelain Plant Liling Hunan China || B595 Huanyu Ceramic Industrial Co., Ltd. Liling Hunan China || B596 Hunan Baihua Ceramics Co., Ltd. || B597 Hunan Eka Ceramics Co., Ltd. || B598 Hunan Fungdeli Ceramics Co., Ltd. || B599 Hunan Gaofeng Ceramic Manufacturing Co., Ltd. || B600 Hunan Huari Ceramic Industry Co., Ltd || B601 Hunan Huawei China Industry Co., Ltd || B602 Hunan Huayun Ceramics Factory Co., Ltd || B603 Hunan Liling Tianxin China Industry Ltd. || B604 Hunan Provincial Liling Chuhua Ceramic Industrial Co., Ltd. || B605 Hunan Quanxiang Ceramics Corp. Ltd. || B606 Hunan Rslee Ceramics Co., Ltd || B607 Hunan Taisun Ceramics Co., Ltd. || B608 Hunan Victor Imp. & Exp. Co., Ltd || B609 Hunan Wing Star Ceramic Co., Ltd. || B610 Hunan Xianfeng Ceramic Industry Co.,Ltd || B611 Jiangsu Gaochun Ceramics Co., Ltd. || B612 Jiangsu Yixing Fine Pottery Corp., Ltd. || B613 Jiangxi Global Ceramic Co., Ltd. || B614 Jiangxi Kangshu Porcelain Co.,Ltd. || B615 Jingdezhen F&B Porcelain Co., Ltd. || B616 Jingdezhen Yuanjing Porcelain Industry Co., Ltd. || B617 Jiyuan Jukang Xingxing Ceramics Co., Ltd. || B618 Joyye Arts & Crafts Co., Ltd. || B619 Junior Star Ent's Co., Ltd. || B620 K&T Ceramics International Co., Ltd. || B621 Kam Lee (Xing Guo) Metal and Plastic Fty. Co., Ltd. || B622 Karpery Industrial Co., Ltd. Hunan China || B623 Kilncraft Ceramics Ltd. || B624 Lian Jiang Golden Faith Porcelain Co., Ltd. || B625 Liling Gaojia Ceramic Industry Co., Ltd || B626 Liling GuanQian Ceramic Manufacture Co., Ltd. || B627 Liling Huahui Ceramic Manufacturing Co., Ltd. || B628 Liling Huawang Ceramics Manufacturing Co., Ltd. || B629 Liling Jiahua Porcelain Manufacturing Co., Ltd || B630 Liling Jialong Porcelain Industry Co., Ltd || B631 Liling Jiaxing Ceramic Industrial Co., Ltd || B632 Liling Kaiwei Ceramic Co., Ltd. || B633 Liling Liangsheng Ceramic Manufacture Co., Ltd. || B634 Liling Liuxingtan Ceramics Co., Ltd || B635 Liling Minghui Ceramics Factory || B636 Liling Pengxing Ceramic Factory || B637 Liling Quanhu Industries General Company || B638 Liling Rongxiang Ceramic Co., Ltd. || B639 Liling Ruixiang Ceramics Industrial Co., Ltd. || B640 Liling Santang Ceramics Manufacturing Co., Ltd. || B641 Liling Shenghua Industrial Co., Ltd. || B642 Liling Spring Ceramic Industry Co., Ltd || B643 Liling Tengrui Industrial and Trading Co.,Ltd. || B644 Liling Top Collection Industrial Co., Ltd || B645 Liling United Ceramic-Ware Manufacturing Co., Ltd. || B646 Liling Yonghe Porcelain Factory || B647 Liling Yucha Ceramics Co., Ltd. || B648 Liling Zhengcai Ceramic Manufacturing Co., Ltd || B649 Linyi Jinli Ceramics Co., Ltd. || B650 Linyi Pengcheng Industry Co., Ltd. || B651 Linyi Wanqiang Ceramics Co., Ltd. || B652 Linyi Zhaogang Ceramics Co., Ltd. || B653 Liveon Industrial Co., Ltd. || B654 Long Da Bone China Co., Ltd. || B655 Meizhou Gaoyu Ceramics Co., Ltd. || B656 Meizhou Lianshunchang Trading Co., Ltd. || B657 Meizhou Xinma Ceramics Co., Ltd. || B658 Meizhou Yuanfeng Ceramic Industry Co., Ltd. || B659 Meizhou Zhong Guang Industrial Co., Ltd. || B660 Miracle Dynasty Fine Bone China (Shanghai) Co., Ltd. || B661 Photo USA Electronic Graphic Inc. || B662 Quanzhou Allen Light Industry Co., Ltd. || B663 Quanzhou Chuangli Craft Co., Ltd. || B664 Quanzhou Dehua Fangsheng Arts Co., Ltd. || B665 Quanzhou Haofu Gifts Co., Ltd. || B666 Quanzhou Hongsheng Group Corporation || B667 Quanzhou Jianwen Craft Co., Ltd. || B668 Quanzhou Kunda Gifts Co., Ltd. || B669 Quanzhou Yongchun Shengyi Ceramics Co., Ltd. || B670 Raoping Bright Future Porcelain Factory ("RBF") || B671 Raoping Sanrao Yicheng Porcelain Factory || B672 Raoping Sanyi Industrial Co., Ltd. || B673 Raoping Suifeng Ceramics and Glass Factory || B674 Raoping Xinfeng Yangda Colour Porcelain FTY || B675 Red Star Ceramics Limited || B676 Rong Lin Wah Industrial (Shenzhen) Co., Ltd. || B677 Ronghui Ceramic Co., Ltd Liling Hunan China || B678 Shandong Futai Ceramics Co., Ltd. || B679 Shandong Gaode Hongye Ceramics Co., Ltd. || B680 Shandong Kunlun Ceramic Co., Ltd. || B681 Shandong Zhaoding Porcelain Co., Ltd. || B682 Shantou Ceramics Industry Supply & Marketing Corp. || B683 Sheng Hua Ceramics Co., Ltd. || B684 Shenzhen Baoshengfeng Imp. & Exp. Co., Ltd. || B685 Shenzhen Bright Future Industry Co., Ltd. ("SBF") || B686 Shenzhen Donglin Industry Co., Ltd. || B687 Shenzhen Ehome Enterprise Ltd || B688 Shenzhen Ever Nice Industry Co., Ltd. || B689 Shenzhen Fuliyuan Porcelain Co., Ltd. || B690 Shenzhen Full Amass Ind. Dev. Co. Ltd || B691 Shenzhen Fuxingjiayun Ceramics Co., Ltd. || B692 Shenzhen Good-Always Imp. & Exp. Co. Ltd || B693 Shenzhen Gottawa Industrial Ltd. || B694 Shenzhen Hiker Housewares Ltd. || B695 Shenzhen Hua Mei Industry Development Ltd || B696 Shenzhen Mingsheng Ceramic Ltd. || B697 Shenzhen Senyi Porcelain Industry Co. Ltd. || B698 Shenzhen SMF Investment Co., Ltd || B699 Shenzhen Tao Hui Industrial Co., Ltd. || B700 Shenzhen Topchoice Industries Limited || B701 Shenzhen Trueland Industrial Co., Ltd. || B702 Shenzhen Universal Industrial Co., Ltd. || B703 Shenzhen Zhan Peng Xiang Industrial Co., Ltd. || B704 Shijiazhuang Kuangqu Huakang Porcelain Co., Ltd. || B705 Shun Sheng Da Group Co., Ltd. Quanzhou Fujian || B706 Stechcol Ceramic Crafts Development (Shenzhen) Co., Ltd. || B707 Taiyu Ceramic Co., Ltd. Liling Hunan China || B708 Tangshan Beifangcidu Ceramic Group Co., Ltd. || B709 Tangshan Boyu Osseous Ceramic Co., Ltd. || B710 Tangshan Chinawares Trading Co., Ltd || B711 Tangshan Daxin Ceramics Co., Ltd. || B712 Tangshan Golden Ceramic Co., Ltd. || B713 Tangshan Haigelei Fine Bone Porcelain Co., Ltd. || B714 Tangshan Hengrui Porcelain Industry Co., Ltd. || B715 Tangshan Huamei Porcelain Co., Ltd. || B716 Tangshan Huaxincheng Ceramic Products Co., Ltd. || B717 Tangshan Huyuan Bone China Co., Ltd. || B718 Tangshan Imperial-Hero Ceramics Co., Ltd. || B719 Tangshan Jinfangyuan Bone China Manufacturing Co., Ltd. || B720 Tangshan Keyhandle Ceramic Co., Ltd. || B721 Tangshan Longchang Ceramics Co., Ltd. || B722 Tangshan Masterwell Ceramic Co., Ltd. || B723 Tangshan Redrose Porcelain Products Co., Ltd. || B724 Tangshan Shiyu Commerce Co., Ltd. || B725 Tangshan Xueyan Industrial Co., Ltd. || B726 Tangshan Yida Industrial Corp. || B727 Tao Yuan Porcelain Factory || B728 Teammann Co., Ltd. || B729 The China & Hong Kong Resources Co., Ltd. || B730 The Great Wall Group Holding Co., Ltd. Guangdong || B731 Tienshan (Handan) Tableware Co., Ltd. ("Tienshan") || B732 Topking Industry (China) Ltd. || B733 Weijian Ceramic Industrial Co., Ltd. || B734 Weiye Ceramics Co., Ltd. || B735 Winpat Industrial Co., Ltd. || B736 Xiamen Acrobat Splendor Ceramics Co., Ltd. || B737 Xiamen Johnchina Fine Polishing Tech Co., Ltd. || B738 Xiangqiang Ceramic Manufacturing Co., Ltd. Liling City Hunan || B739 Xin Xing Xian XinJiang Pottery Co., Ltd. || B740 Xinhua County Huayang Porcelain Co., Ltd. || B741 Xuchang Jianxing Porcelain Products Co., Ltd. || B742 Yangjiang Shi Ba Zi Kitchen Ware Manufacturing Co., Ltd. || B743 Yanling Hongyi Import N Export Trade Co., Ltd. || B744 Ying-Hai (Shenzhen) Industry Dev. Co., Ltd. || B745 Yiyang Red Star Ceramics Ltd. || B746 Yong Feng Yuan Industry Co., Ltd. ("Yong Feng Yuan Industry") || B747 Yongchun Dahui Crafts Co., Ltd. || B748 Yu Yuan Ceramics Co., Ltd. || B749 Yuzhou City Kongjia Porcelain Co., Ltd. || B750 Yuzhou Huixiang Ceramics Co., Ltd. || B751 Yuzhou Ruilong Ceramics Co., Ltd. || B752 Zeal Ceramics Development Co., Ltd, Shenzhen, China || B753 Zhangjiakou Xuanhua Yici Ceramics Co., Ltd. ("Xuanhua Yici") || B754 Zhejiang Nansong Ceramics Co., Ltd. || B755 Zibo Boshan Shantou Ceramic Factory || B756 Zibo CAC Chinaware Co., Ltd. || B757 Zibo Fortune Light Industrial Products Co., Ltd. || B758 Zibo Fuxin Porcelain Co., Ltd. || B759 Zibo GaoDe Ceramic Technology & Development Co., Ltd. || B760 Zibo Hongda Ceramics Co., Ltd. || B761 Zibo Jinxin Light Industrial Products Co., Ltd. || B762 Zibo Kunyang Ceramic Corporation Limited || B763 Anness II Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija
fl-Artikolu 1(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn
uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format
li ġej: (1)
L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li
toħroġ il-fattura kummerċjali. (2)
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt
iffirmat, niċċertifika li (l-volum) ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u
tal-kċina mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u li huma koperti
minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz
tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena
niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”. (3)
Data u firma. [1] ĠU L 343,
22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 318,
15.11.2012, p. 28 [3] ĠU 44,
16.2.2012, p. 22. [4] Sentenza
tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Frar 2012 fil-kawża C-249/10
P, Brosmann Footwear HK u oħrajn vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-sentena
tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2012 fil-kawża
C-247-10 P, Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd vs.il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. [5] Ir-Regolament
UE Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru
2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni
kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux
membri tal-Komunità Ewropea , ĠU L 344, 14.12.2012, p.1. [6] Ibid. [7] Ara
n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4. [8] L-istatistiki
tal-Eurostat dwar l-impjieg marbuta mal-manifattura tat-tessuti, ilbies,
prodotti tal-ġilda/injam/sufra/karti u l-istampar u r-riproduzzjoni ta’ midja
rrekordjata. [9] Il-kompetittività
tas-Settur taċ-Ċeramika, rapport finali 13 ta’ Ottubru 2008,
p.29 [10] ĠU L 238, 15.09.2011,
p. 1. [11] European
Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office: NERV-105, 08/020, 1049 Bruxelles/Brussel,
BELGIQUE/ BELGIË.