52013PC0174

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass /* COM/2013/0174 final - 2013/0092 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. GĦAN TAL-PROPOSTA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija" jew "l-EMSA") li ġiet stabbilita fl-2002[1], ġiet assenjata, fl-2004[2], kompiti fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar. Meta titqies in-natura fuq terminu twil tar-responsabbiltà tal-Aġenzija għar-reazzjoni għat-tniġġis, it-tlestija effiċjenti u bir-reqqa tal-kompiti involuti teżiġi sigurtà finanzjarja xierqa abbażi ta' impenn pluriennali. Għalhekk, fl-2006 l-leġiżlatur tal-UE stabbilixxa finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri għall-perjodu mill-2007 sal-2013[3]. Din il-proposta leġiżlattiva tfittex li ġġedded il-finanzjament pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020 fil-qafas tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda[4].

2. ĠUSTIFIKAZZJONI GĦALL-MIŻURA PROPOSTA

2.1. Kuntest

L-aċċident tal-baħar fuq skala kbira tat-tanker taż-żejt ERIKA f'Diċembru 1999 li kien jinvolvi tixrid estensiv ta' żejt wassal għall-ħolqien tal-Aġenzija fl-2002. Fid-dawl tat-tixrid taż-żejt ikkawżat mill-aċċident tat-tanker taż-żejt PRESTIGE f'Novembru 2002, l-Aġenzija ġiet fdata b'kompiti u obbligi speċifiċi fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri. L-Aġenzija adottat Pjan ta' Azzjoni f'Ottubru 2004 għal stat ta' tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt (minn hawn 'il quddiem "il-Pjan ta' Azzjoni taż-Żejt"). F'Ġunju 2007, ġie adottat it-tieni Pjan ta' Azzjoni għal stat ta' tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis minn sustanzi perikolużi u noċivi (minn hawn 'il quddiem "il-Pjan ta' Azzjoni HNS")[5]. Il-Bord Amministrattiv tal-EMSA jaġġorna ż-żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni bħala parti mill-Programmi ta' Ħidma annwali tal-Aġenzija.

F'Marzu 2010, il-Bord Amministrattiv approva strateġija fuq ħames snin[6] li fiha żewġ temi rilevanti għar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri. L-ewwel nett, it-tema nru 8 tiżviluppa r-rwol tal-EMSA fir-rigward ta' rimi illegali minn vapuri (kwistjonijiet ta' infurzar, titjib ulterjuri tal-CleanSeaNet bl-integrazzjoni tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-vapuri). It-tieni nett, it-tema nru 12 tittratta l-istat tat-tħejjija u r-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni pproponiet modifika għar-Regolament dwar l-EMSA f'Ottubru 2010 li, fost oħrajn, jipprevedi estensjoni espliċita tal-attivitajiet ta' reazzjoni għat-tniġġis biex jiġu koperti aċċidenti minn installazzjonijiet taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta[7]. Barra minn hekk, f'din il-proposta ssuġġeriet ukoll biex l-assistenza tal-EMSA tiġi estiża għall-pajjiżi ġirien tal-UE inklużi l-attivitajiet ta' reazzjoni għat-tniġġis. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim dwar il-proposta f'April 2012, u r-Regolament ġie adottat f'Jannar 2013[8] jikkonferma d-dispożizzjonijet imsemmija qabel. .

2.2. Ħidmiet attwali tal-EMSA fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis

F’konformità mar-Regolament 2038/2006 u mad-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri[9], it-tliet kompiti ewlenin tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għal tniġġis ikkawżat minn vapuri huma dawn:

(a) Assistenza operazzjonali lill-Istati Membri

L-Aġenzija toffri netwerk ta’ bastimenti lesti biex jintużaw b’reazzjoni għal tixrid ta' żejt biex jikkumplimentaw il-kapaċità tal-Istati Membri meta jiġu affettwati minn dan it-tip ta' tixrid. Tipprovdi wkoll is-servizz “CleanSeaNet” li huwa servizz ta’ individwazzjoni u monitoraġġ ta’ tixrid ta’ żejt, bl-użu tas-satellita, u n-netwerk “MAR-ICE” li jipprovdi informazzjoni dwar it-tixrid ta’ sustanzi kimiċi. L-istati kostali affettwati jistgħu jitolbu l-intervemt ta' bastimenti ta' reazzjoni f'każ ta' tixrid ta' żejt permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili[10]. Integrazzjoni mingħajr xkiel mal-mekkaniżmi ta' reazzjoni tal-Istati Membri titwettaq permezz ta' parteċipazjoni regolari f'eżerċizzji nazzjonali u reġjonali.

(b) Kooperazzjoni u koordinazzjoni

L-Aġenzija tikkoordina mal-esperti mill-Istati Membri li huma responsabbli għal reazzjoni f'każ ta' tniġġis, kif ukoll ma' Ftehimiet Reġjonali eżistenti u mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

(c) Informazzjoni

L-Aġenżija tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar.

Sommarju tar-riżultati (2007 - Settembru 2012)

L-istat tat-tħejjija għat-tniġġis tal-baħar u s-servizz ta' reazzjoni tal-EMSA kif ukoll ir-riżultati assoċjati ewlenin li saru disponibbli bl-użu tal-qafas ta' finanzjament pluriennali eżistenti huma murija hawn taħt.

Netwerk ta’ bastimenti lesti biex jintużaw b’reazzjoni għal tixrid ta' żejt:

Attwalment hemm 16-il kuntratt attiv biex tiġi pprovduta kopertura għall-baċini tal-ibħra reġjonali kollha madwar l-Unjoni Ewropea. 18-il bastiment, b'kapaċità medja ta' ħżin ta' żejt irkuprat ta' madwar 3500m3 jistgħu jiġu mmobilizzati simultanjament u jkunu lesti biex ibaħħru fi żmien 24 siegħa. || Il-bastimenti tal-EMSA pparteċipaw f'36 eżerċizzju operazzjonali internazzjonali (transfruntier) mill-2007 s'issa. Il-parteċipazzjoni f'eżerċizzji tiffaċilita l-integrazzjoni tas-servizzi tal-EMSA mal-mekkaniżmi ta' reazzjoni tal-Istati Membri.

CleanSeaNet

Ġew ipprovduti iktar minn 12 000 immaġni bis-satellita minn meta tnieda s-servizz f'April 2007, medja ta' iktar minn 2000 immaġni fis-sena. || Ġew immonitorjati iktar minn 1 000 miljun km2. || Madwar 200 okkorrenza ta' rimi fis-sena ġew ikkonfermati mill-Istati Membri wara sorveljanza "fuq il-post".

Reazzjoni għal Inċidenti

Is-servizzi ta' reazzjoni għat-tniġġis tal-EMSA ntużaw f'total ta' 25 inċident mill-2007 s'issa. L-appoġġ ta' emerġenza mogħti lill-istati kostali milquta inkluda: Bastimenti ta' reazzjoni, Immaġnijiet bis-satellita, Attivazzjoni tal-MAR-ICE, u Għarfien espert fuq is-sit. || L-appoġġ ta' emerġenza jinkludi erba' mobilizzazzjonijiet ta' bastimenti ta' reazzjoni fl-Ewropa. || L-appoġġ ta' emerġenza jinkludi pakkett wieħed ta' assistenza lill-Istati Uniti tal-Amerika matul l-inċident tad-Deepwater Horizon.

L-aqwa prattika: Żvilupp u promozzjoni

L-EMSA ospitat 20 laqgħa u grupp ta' ħidma ta' esperti. (Dan minbarra t-taħriġ regolari mal-uffiċjali ta' servizz tal-Istati Membri fir-rigward ta' CleanSeaNet u/jew laqgħat mal-operaturi tal-bastimenti tan-Netwerk.) || Ippubblikat seba' inventarji dwar aspetti differenti tal-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri u l-politiki u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni tagħhom. || Ħadet ħsieb il-ġestjoni tal-programm ta' skambju ta' uffiċjali pubbliċi "EMPOLLEX" li ffaċilita l-iskambju ta' 21 espert bejn l-Istati Membri minn meta nbeda f'Ġunju 2008. || Żviluppat għodda waħda ta' deċiżjoni ta' reazzjoni għall-applikazzjoni ta' aġenti dispersivi matul inċident. Ikkoordinat studji speċifiċi meta kienu meħtieġa (eż. Studju dwar il-faċilitajiet tar-rimi, Studju dwar Pjattaforma sikura: l-iżvilupp ta' rekwiżiti għall-bastimenti biex joperaw f'atmosferi perikolużi)

2.3. Kompiti futuri

Kif spjegat hawn fuq, bid-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-Regolament Kostituttiv f’Jannar 2013, l-EMSA rċeviet il-kompiti l-ġodda li ġejjin fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis.

a) L-azzjonijiet attwali ta' reazzjoni tal-EMSA f'każ ta' "tniġġis ikkawżat mill-vapuri" se jkopri wkoll "tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass",

b) Is-servizz eżistenti tal-EMSA, il-CleanSeaNet se "jimmonitorja wkoll id-daqs u l-impatt ambjentali tat-tniġġis tal-baħar miż-żejt ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass",

c) Il-kopertura ġeografika attwali (l-Istati Membri u l-pajjiżi ta' adeżjoni) hija estiża għall-"Pajjiżi sħab tal-Viċinat Ewropew u għall-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Memorandum ta' Qbil dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port". Permezz ta' dan, il-bastimenti tal-EMSA jistgħu jintużaw fiż-żona kollha tal-baċini tal-ibħra reġjonali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-ammont allokat għandu jestendi biss għall-ewwel żewġ kompiti b’finanzjament inizjali biex jibdew jitwettqu ż-żewġ kompiti mingħajr ma jiġu kompromessi dawk eżistenti. It-tielet kompitu għandu jiġi ffinanzjat minn programmi eżistenti tal-UE għall-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-Politika Ewropea tal-Viċinat (il-programm SAFEMED għall-Baħar Mediterran u l-programmi fl-ambitu tal-inizjattiva TRACECA għall-Baħar l-Iswed). Mil-lat baġitarju u ta' ġestjoni tal-programmi jitqies iktar xieraq li dan il-kompitu l-ġdid jiġi ffinanzjat mill-qafas eżistenti ta' appoġġ tal-UE għal dawn il-pajjiżi.

2.4. Evalwazzjoni tal-attivitajiet attwali tal-EMSA fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis

Skont ir-Regolament 1406/2002, l-Aġenzija ressqet rapporti dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjanijiet ta' azzjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena sal-2012. Dawn ir-rapporti huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-aġenzija. Mill-2013, ir-rappurtar se jiġi integrat fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-Aġenzija.

Barra minn hekk, f'Mejju 2011 il-Kummissjoni ressqet rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament 2038/2006[11]. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq kontribuzzjoni komprensiva mill-Aġenzija, kif approvat mill-Bord Amministrattiv tal-EMSA, inklużi konsultazzjoni mal-partijiet interessati u xenarji dettaljati[12]. Il-Bord Amministrattiv tal-EMSA - b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, il-baġit u r-rapport annwali - il-Qorti tal-Awdituri u l-Awtorità Baġitarja permezz tal-proċedura ta' kwittanza qed jissuperviżaw u jimmonitorjaw l-azzjoni tal-Aġenzija.

Iż-żewġ konklużjonijiet ewlenin minn dawn l-attivitajiet ta' evalwazzjoni huma:

(1) Il-baġit iddedikat għar-reazzjoni għat-tniġġis huwa adegwat u

(2) Il-miżuri ffinanzjati huma kosteffiċjenti, jipprovdu valur miżjud u l-ġestjoni tagħhom hija xierqa.

2.5. Evalwazzjoni ex ante tal-attivitajiet proposti

Twettqet evalwazzjoni ex ante li hija mehmuża ma' din il-proposta (dokument SEC(2013)xxx). Tikkonferma l-utilità u l-effiċjenza tal-qafas finanzjarju pluriennali u tiddetermina l-ammont li għandu jiġi allokat.

3.           Elementi ġuridiċi tal-proposta

3.1.        Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għall-proposta hija l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, li serva ta’ bażi ġuridika għar-Regolament 2038/2006 skont il-verżjoni preċedenti tat-Trattat.

3.2.        Prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità huma rrispettati bis-sħiħ, peress li l-azzjoni tal-Aġenzija tippreżenta l-livell Ewropew ta' sistema ddifferenzjata ta' reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u minn installazzjonijiet lil hinn mill-kosta. Il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet jinbdew minħabba talbiet li jsiru mill-Istati kostali milquta. Il-fatt li l-UE hija parti kontraenti għall-organizzazzjonijiet reġjonali li ġejjin jista' jispjega l-koordinazzjoni mill-qrib fil-livell reġjonali:

· il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku (il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif irriveduta fl-1992);

· il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran kontra t-Tniġġis (il-Konvenzjoni ta' Barċellona) u għal għadd ta' protokolli tagħha;

· il-Ftehim għall-kooperazzjoni dwar kif għandu jiġi trattat it-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana minn żejt u sustanzi oħra perikolużi (il-Ftehim ta' Bonn);

· il-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar tal-Atlantiku tal-Grigal (il-Konvenzjoni OSPAR);

· il-Ftehim ta' Kooperazzjoni għall-protezzjoni tax-xtut u l-ilmijiet tal-Atlantiku tal-Grigal kontra t-tniġġis, (il-Ftehim ta' Lisbona), flimkien mal-Protokoll Addizzjonali tiegħu, li għadhom ma daħlux fis-seħħ.

L-Unjoni qed tinnegozja wkoll adeżjoni mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed kontra t-Tniġġis (il-Konvenzjoni ta' Bukarest).

3.3.        Għażla tal-istrument

Regolament huwa l-istrument ġuridiku l-iktar xieraq biex jiġi stabbilit qafas finanzjarju pluriennali. Dan l-istrument kien diġà ntgħażel fl-2006.

4.           Implikazzjoni Baġitarja

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq il-Kummissjoni tipproponi li terġa' tipprovdi għal pakkett finanzjarju pluriennali biex jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 li jikkoinċidi mal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Skont il-pakkett tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2011 "Baġit għall-Ewropa 2020" u l-prattika attwali l-ammont għandu jittieħed mill-Intestatura 1 "Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv". Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi l-allokazzjoni ta' ammont ta' EUR 160.5 miljun għall-perjodu ta' referenza. Iktar dettalji jingħataw fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva u fl-evalwazzjoni ex ante mehmuża. L-ammonti annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura baġitarja.

5.           Kontenut tal-proposta

Il-proposta ssegwi mill-qrib l-istruttura tar-Regolament 2038/2006 bl-adattamenti meħtieġa. Tikkonsisti mit-tmien Artikoli li ġejjin:

· Artikolu 1: Għan

· Artikolu 2: Definizzjonijiet

· Artikolu 3: Kamp ta' Applikazzjoni

· Artikolu 4: Finanzjament tal-Unjoni

· Artikolu 5: Monitoraġġ ta' kapaċitajiet eżistenti

· Artikolu 6: Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

· Artikolu 7: Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu

· Artikolu 8: Dħul fis-seħħ

2013/0092 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-proposta ntbagħtet lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[15],

Billi:

(1)       Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002[16] stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis mill-vapuri.

(2)       Ir-Regolament (KE) Nru 724/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004[17], li emenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, assenja lill-Aġenzija kompiti ġodda fl-oqsma tal-prevenzjoni u tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri, wara l-aċċidenti li seħħu f'ilmijiet Ewropej, b'mod partikolari dawk tat-tankers taż-żejt "Erika" u "Prestige".

(3)       Ir-Regolament (UE) Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013[18], li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, assenja lill-Aġenzija kompiti fir-rigward tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass u estenda s-servizzi tal-Aġenzija lill-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(4)       Ir-Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006[19] stabbilixxa finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

(5)       Għall-finijiet li jiġu implimentati l-kompiti ta’ prevenzjoni u ta' reazzjoni għat-tniġġis mill-vapuri, fit-22 ta’ Ottubru 2004 l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta Pjan ta’ Azzjoni għal stat ta' tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt, li jiddetermina l-attivitajiet tal-Aġenzija b'reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt u huwa maħsub għal użu ideali tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Aġenzija. Fit-12 ta' Ġunju 2007, il-Bord Amministrattiv adotta Pjan ta' Azzjoni għal Stat ta' Tħejjija u Reazzjoni għat-Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Noċivi. Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament 1406/2002, iż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni jiġu aġġornati kull sena permezz ta' programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija.

(6)       L-azzjoni ta' reazzjoni kontra t-tniġġis tal-Aġenzija, kif speċifikata fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni, hija marbuta mal-attivitajiet fl-oqsma tal-informazzjoni, tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni u fuq kollox mal-provvediment ta' assistenza operazzjonali lill-Istati milquta billi jingħataw, fuq talba, bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis biex jiġġieldu kontra t-tniggis taż-żejt u tipi oħra ta' tniġġis, bħal dak ikkawżat minn sustanzi perikolużi u noċivi. L-Aġenzija għandha tagħti attenzjoni partikolari lil dawk iż-żoni identifikati bħala l-iktar vulnerabbli mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żona oħra fil-bżonn.

(7)       L-attivitajiet tal-Aġenzija f'dan il-qasam ma għandhomx jeżoneraw lill-Istati kostali mir-responsabbiltà tagħhom li jkollhom għal-lest mekkaniżmi xierqa ta' reazzjoni għat-tniġġis u għandhom jikkonformaw mal-arranġamenti eżistenti ta' kooperazzjoni billi jipprovdu għal assistenza reċiproka f'każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu. L-Unjoni ngħaqdet ma' organizzazzjonijiet reġjonali varji u qed tħejji l-adeżjoni ma' organizzazzjonijiet reġjonali oħra.

(8)       L-azzjoni tal-Aġenzija għandha tiġi kkoordinata mal-attivitajiet tal-ftehimiet bilaterali u reġjonali li l-Unjoni ngħaqdet magħhom. Fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istat(i) milqut(a), u l-operazzjoni ta' tindif għandha titmexxa taħt l-awtorità ta' dan/dawn l-Istat(i).

(9)       L-Aġenzija għandu jkollha rwol attiv fiż-żamma u l-iżvilupp tas-servizz ta' immaġnijet bis-satellita għas-sorveljanza, l-individwazzjoni bikrija tat-tniġġis u l-identifikazzjoni tal-vapuri jew tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass responsabbli. Din is-sistema għandha ttejjeb id-disponibbiltà tad-dejta u l-effikaċja tar-reazzjoni għat-tniġġis.

(10)     Il-mezzi addizzjonali li għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati affettwati għandhom ikunu disponibbli permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta' Novembru 2007[20].

(11)     Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni, l-Aġenzija għandha tiġi pprovduta b’sistema vijabbli u kosteffettiva għall-finanzjament, b’mod partikolari, l-assistenza operazzjonali lill-Istati milquta.

(12)     Għalhekk għandha tiġi pprovduta sigurtà finanzjarja għall-finanzjament tal-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis u ta' azzjonijiet oħra assoċjati abbażi ta' impenn pluriennali. L-ammonti annwali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura baġitarja annwali.

(13)     L-ammonti li għandhom jiġu impenjati għall-finanzjament għar-reazzjoni kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, skond il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Għalhekk għandu jiġi pprovdut pakkett finanzjarju li jkopri l-istess perjodu.

(14)     L-appoġġ tal-Aġenzija għall-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-Politika Ewropea tal-Viċinat għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni għal dawn il-pajjiżi u għalhekk ma għandux jagħmel parti minn dan il-qafas finanzjarju pluriennali.

(15)     Sabiex ikun hemm allokazzjoni ideali tal-impenji u titqies kwalunkwe bidla li jkollha x'taqsam ma' attivitajiet b'reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri, jeħtieġ li jiġi żgurat monitoraġġ kontinwu tal-bżonnijiet partikolari għal azzjoni sabiex ikun hemm lok għal addattament tal-impenji finanzjarji annwali.

(16)     Skont ir-Regolament (UE) Nru 100/2013 li jemenda r-Regolament 1406/2002, l-Aġenzija għandha tirrapporta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-qafas pluriennali fir-rapport annwali tagħha.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-arranġamenti dettaljati għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta, skont l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "żejt" tfisser żejt mhux maħdum fi kwalunkwe forma inkluż żejt mhux raffinat, żejt kombustibbli, ħama, skart ta' żejt u prodotti raffinati kif stabbilit mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-istat ta' Tħejjija, Reazzjoni u Kooperazzjoni għat-Tniġġis miż-Żejt, 1990;

(b) "sustanzi perikolużi u noċivi" tfisser kwalunkwe sustanza minbarra ż-żejt li, jekk tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-riżorsi ħajjin u lill-ħajja tal-baħar, tagħmel ħsara lil faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar l-istat ta' Tħejjija, Reazzjoni u Kooperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Noċivi, 2000.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi allokata lill-Aġenzija bl-għan li tiffinanzja l-azzjonijiet fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u minn tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta bħal dawk imsemmija fil-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Aġenzija għall-istat ta' tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt u għall-istat ta' tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis minn sustanzi perikolużi u noċivi, b'mod partikolari dawk relatati ma':

(a) informazzjoni, b'mod partikolari l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet, bħal strumenti għall-monitoraġġ tat-tbattil tat-tankijiet tal-vapuri u għall-monitoraġġ ta' pjattaformi lil hinn mill-kosta għal rilaxxi operazzjonali u tixrid aċċidentali;

(b) kooperazzjoni u koordinazzjoni u l-provvediment lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ta' assistenza teknika u xjentifika fil-qafas tal-attivitajiet rilevanti tal-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u tal-ftehimiet reġjonali rilevanti;

(c) assistenza operazzjonali u appoġġ, fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal vapuri kontra t-tniġġis lesti biex jintużaw, tagħmir tas-satellita u immaġnijiet bis-satellita, azzjonijiet ta' reazzjoni għat-tniġġis tal-Istati milquta fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew apposta ikkawżat minn vapuri jew tniġġis tal-baħar minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta.

Artikolu 4

Finanzjament tal-Unjoni

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 160.500.00 espress fi prezzijiet attwali.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. F'dan ir-rigward, il-finanzjament meħtieġ tal-assistenza operazzjonali lill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(c) għandu jiġi ggarantit.

Artikolu 5

Monitoraġġ ta' kapaċitajiet eżistenti

Sabiex jiġu ddefiniti r-rekwiżiti għall-provvediment ta' assistenza operazzjonali mill-Aġenzija, bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi pubbliċi u, fejn disponibbli, dawk privati ta' reazzjoni għat-tniġġis u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni assoċjati fir-reġjuni varji tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni meħtieġa biex jitsabbilixxu din il-lista.

Il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jqis din il-lista qabel ma jiddeċiedi dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija ta' reazzjoni għat-tniġġis fil-qafas tal-programmi ta' ħidma annwali.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effikaċi u bl-irkupru ta’ kwalunkwe ammont imħallas mhux kif dovut u, fejn jinstabu xi irregolaritajiet, b’penali effikaċi, proporzjonali u dissważivi, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95[21] u (Euratom, KE) Nru 2185/96[22], u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999[23] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2. Għall-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati skont dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew baġits fejn il-ġestjoni tkun f'idejn l-Unjoni Ewropea, minħabba entrata jew nefqa mhux iġġustifikata.

3. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom, kull waħda fl-isfera tal-kompetenza rispettiva tagħha, jiżguraw li jinkiseb l-aqwa valur meta mqabbel mal-ammont minfuq fil-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017. Ir-rapport, li għandu jiġi stabbilit mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, għandu jistabbilixxi r-riżultati tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 fir-rigward tal-impenji u n-nefqa li jkopru l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2016.

Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummisjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament b'mod partikolari sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u t-tniġġis tal-baħar ikkawżat mill-installazzjonijet taż-żejt u tal-gass, speċjalment it-tniġġis ikkawżat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u noċivi.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President […]                                                                […]

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[24]

06: Enerġija u Trasport

0602: Politika tat-trasport intern, bl-ajru u marittimu

060203: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

06020302: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, Miżuri kontra t-tniġġis

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[25]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Għanijiet/valur miżjud tal-UE skont Ewropa 2020.

L-Aġenzija tikkontribwixxi għal trasport marittimu sikur u sostenibbli għall-ekonomija tal-UE u għaċ-ċittadini tal-UE. Dan huwa konformi b'mod sħiħ mat-tliet prijoritajiet ta' Ewropa 2020:

- Tkabbir intelliġenti: l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ogħla standards tekniċi possibbli għall-bastimenti, b'hekk tippromwovi l-għarfien u l-innovazzjoni.

- Tkabbir sostenibbli: il-promozzjoni ta' ekonomija iktar effiċjenti fir-riżorsi, iktar ekoloġika u iktar kompetittiva. L-Aġenzija tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar f'oqsma differenti. It-trasport marittimu se jikkontribwixxi għall-inizjattiva ewlenija "Ewropa effiċjenti fir-riżorsi". L-Aġenzija se jkollha r-rwol tagħha fl-implimentazzjoni tas-settur.

- Tkabbir inklużiv: it-trawwim ta' ekonomija b'ħafna impjiegi li twassal għal koeżjoni soċjali u territorjali. Fir-rigward tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi, it-trasport marittimu huwa element essenzjali biex jiġu żgurati l-integrazzjoni u l-koeżjoni territorjali fl-UE. L-Aġenzija tikkontribwixxi biex it-trasport marittimu jkun sikur u sostenibbli għall-UE.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Qasam tal-baġit 06 02 Għan speċifiku Nru 3   Titjib fis-sikurezza tat-trasport

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i 06020302 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistenni/ja

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Tipprovdi sigurtà finanzjarja f'perspettiva pluriennali lill-azzjoni tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-EMSA żviluppat indikaturi tal-prestazzjoni, li jiġu ppubblikati fil-programmi ta' ħidma annwali tagħha. Dawn jiġu mmonitorjati b'mod kostanti mill-Bord Amministrattiv. Ir-rapporti annwali tal-Aġenzija huma l-għodda ewlenija ta' monitoraġġ.

1.5.        Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Li l-EMSA tkun tista' tikkonkludi l-kuntratti pluriennali u tagħmel l-ippjanar baġitarju meħtieġ.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-involviment tal-UE huwa stipulat fir-Regolament Kostituttiv tal-EMSA 1406/2002 kif emendat; din il-proposta se tipprovdi valur miżjud billi tippermetti ppjanar u nfiq aħjar tal-flus tal-UE.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

L-evalwazzjoni speċifika tal-EMSA fl-2008 kif ukoll l-evalwazzjoni ġenerali tal-Aġenziji tal-UE fl-2009 t-tnejn li huma wrew valur miżjud ipprovdut mill-Aġenzija.

F’Mejju 2011 il-Kummissjoni ssottomettiet ir-rapport tagħha ta' nofs it-terminu bir-referenza COM(2011)286 kif previst bl-Artikolu 8 tar-Regolament 2038/2006.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu għal dan il-għan fl-2009 fir-rigward tan-netwerk ta' bastimenti ta' reazzjoni lesti f'każ ta' tixrid ta' żejt.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-proposta hija koerenti mal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza marittima tal-UE, b'mod partikolari mar-Regolament Kostituttiv tal-EMSA 100/2013 għar-rieżami tal-mandat tal-Aġenzija. Il-proposta hija segwitu għar-Regolament 2038/2006 li se jiskadi fl-aħħar tal-2013.

1.6.        Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

– x Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 (flimien ma' pagamenti pendenti)

o Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien illimitat

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[26]

¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

x Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– x korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[27]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta' servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-aġenziji kollha tal-UE jaħdmu skont sistema stretta ta' monitoraġġ li tinvolvi kapaċità ta' awditjar intern, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Awtorità Baġitarja. Din is-sistema stipulata fir-Regolament Kostituttiv tal-EMSA se tibqa' tapplika.

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

L-ebda riskju.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Mhux applikabbli

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-miżuri kontra l-frodi skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Kostituttiv tal-EMSA jibqgħu japplikaw. Barra minn hekk, il-proposta għandha Artikolu speċifiku dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...…….] || AD/AMD ([28]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[29] || mill-pajjiżi kandidati[30] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a || 06.02.03.02 [Kontribuzzjoni lill-EMSA Titolu III Miżuri kontra t-Tniġġis] || AD || IVA || LE || LE || LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) espressi fi prezzijiet attwali

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv ||

|| DĠ: MOVE || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

|| Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

|| Numru tal-linja tal-baġit 06.02.03.02 || Impenji || (1) || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500

|| Pagamenti || (2) || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004

|| Approprjazzjonijiet iffinanzjati ta' natura amministrattiva Mill-pakkett ta' programm speċifiċi[31] || || || || || || || ||

|| Numru tal-linja tal-baġit: Mhux applikabbli || || (3) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| TOTAL tal-approprjazzjonijet għal DĠ MOVE || Impenji || = 1 + 3 || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500

|| Pagamenti || = 2 + 3 || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004

|| Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijet operazzjonali || Impenji || (4) || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500

|| Pagamenti || (5) || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004

|| Ÿ TOTAL tal-approprazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| TOTAL tal-approprjazzjonijet taħt l-INTESTAURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || = 4 + 6 || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500

|| Pagamenti || = 5 + 6 || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

DĠ: MOVE ||

Ÿ Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL DĠ MOVE || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL tal-approprjazzjonijet taħt l-INTESTAURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500

Pagamenti || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprazzjonijiet operazzjonali

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

L-approprazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika għanijiet u riżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd totali ta' riżultati || Kost totali

Titjib fis-Sikurezza tat-Trasport || || || || || || || || || || || || || || || ||

Netwerk ta' Bastimenti ta' Reazzjoni[32] || Għadd ta' bastimenti disponibbli għal mobilizzazzjoni simultanja || Madwar EUR 0.95 M/bastiment/sena || 19 || 15,620 || 19 || 16,150 || 19 || 17,100 || 19 || 17,600 || 19 || 19,975 || 19 || 20,000 || 19 || 21,000 || 19 || 127,445

CleanSeaNet || Għadd ta' immaġnijiet bis-satellita pproċessati fis-sena || Madwar EUR 2.05 / immaġni bis-satellita || 2000 || 3,605 || 2000 || 3,850 || 2000 || 3,900 || 2000 || 4,550 || 2000 || 4,050 || 2000 || 4,350 || 2000 || 4,400 || 14,000 || 28,705

Kooperazzjoni u koordinazzjoni / Informazzjoni || Attivitajiet mal-Istati Membri inklużi t-taħriġ u l-istudji || Mhux kwantifikabbli || MHUX APPLIKABBLI || 0,450 || MHUX APPLIKABBLI || 0,600 || MHUX APPLIKABBLI || 0,600 || MHUX APPLIKABBLI || 0,650 || MHUX APPLIKABBLI || 0,650 || MHUX APPLIKABBLI || 0,700 || MHUX APPLIKABBLI || 0,700 || MHUX APPLIKABBLI || 4,350

KOST TOTALI || || 19,675 || || 20,600 || || 21,600 || || 22,800 || || 24,675 || || 25,050 || || 26,100 || || 160,500

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprazzjonijiet amministrattivi

– o  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

– x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani

– o  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– o  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Il-proposta tikkonċerna l-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[33].

Spjega dak li hu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Kontribuzzjoni tal-EFTA min-Norveġja u l-Islanda kkalkulata bħala 2 % tal-baġit || 0,472 || 0,407 || 0,466 || 0,407 || 0,481 || 0,481 || 0,496 || 3,210

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 20,147 || 21,007 || 22,066 || 23,207 || 25,156 || 25,531 || 26,596 || 163,710

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

[1]               Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

[2]               Ir-Regolament (KE) Nru 724/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 (ĠU L 129, 31.4.2004, p. 1).

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1. Ara wkoll ir-rettifika fil-ĠU L 30, 3.2.2007, p. 12).

[4]               "Baġit għall-Ewropa 2020" COM(2011)500 u COM(2011)398, it-tnejn bid-data 29.6.2011.

[5]               Iż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EMSA taħt:  http://www.emsa.europa.eu/opr-documents/action-plans.html

[6]               Id-dokument huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EMSA fil-link li ġej:            http://www.emsa.europa.eu/documents/item/145-emsa-5-year-strategy.html

[7]               COM(2010)611, 28.10.2010.

[8]               Regolament (UE) Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 30).

[9]               Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).

[10]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9).

[11]             COM(2011) 286, 23.5.2011.

[12]             Il-kontribuzzjoni tal-EMSA hija disponibbli fuq: http://www.emsa.europa.eu/opr-documents/item/617-multi-annual-funding-mid-term-report-emsas-contribution.html

[13]             ĠU C , , p. .

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

[17]             ĠU L 129, 31.4.2004, p. 1.

[18]             ĠU L 39 of 9.2.2013, p.30. .

[19]             ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1.

[20]             ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

[21]             ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[22]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[23]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[24]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[25]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[26]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[27]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[28]             AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[29]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[30]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[31]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[32]             Dan jinkludi ammonti għal eżerċizzji fuq il-baħar kif ukoll EUR 6.02 M għall-adattament ta' għadd ta' bastimenti eżistenti għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.

[33]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.