Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar il-marka kummerċjali Komunitarja /* COM/2013/0161 final - 2013/0088 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Kuntest ġenerali u motivi
għall-proposta Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-marki
kummerċjali kienu parzjalment armonizzati mid-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE
tal-21 ta’ Diċembru 1988, ikkodifikata bħala d-Direttiva 2008/95/KE (minn hawn’
il quddiem imsejħa “id-Direttiva”). Flimkien ma', u marbuta ma’ sistemi
nazzjonali ta’ marki kummerċjali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94
tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark (marka kummerċjali) Komunitarja,
ikkodifikat bħala r-Regolament (KE) Nru 207/2009 (minn hawn’ il quddiem
imsejjaħ “ir-Regolament”), stabbilixxa sistema li topera waħedha
għar-reġistrazzjoni ta’ drittijiet unitarji li għandhom effett indaqs madwar
l-UE. F’dak il-kuntest l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)
twaqqaf biex ikun responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni
tal-marki kummerċjali Komunitarji. Marka kummerċjali sservi biex tiddistingwi
l-prodotti u s-servizzi ta’ kumpanija. Hija l-marka li permezz tagħha negozju
jista’ jattira u jżomm il-lealtà tal-klijent, u joħloq valur u tkabbir. F’dan
il-każ, il-marka taħdem bħala mutur tal-innovazzjoni: il-ħtieġa li tinżamm
rilevanti tippromwovi l-investimenti fl-R & D (riċerka u żvilupp), li jwassal
għal proċess kontinwu ta’ titjib u l-iżvilupp tal-prodott. Dan il-proċess
dinamiku għandu wkoll impatt favorevoli fuq l-impjiegi. F’ambjent dejjem aktar
kompetittiv, kien hawn s’issa żieda kostanti mhux biss fl-irwol kruċjali
tal-marki kummerċjali għas-suċċess fis-suq, iżda wkoll fil-valur kummerċjali u
n-numru tagħhom. Fl-2012, għadd rekord ta’ applikazzjonijiet għal marka
kummerċjali tal-Komunità kienu reġistrati (‘il fuq minn 107 900, kontra
98 217 fl-2010 u 49 503 għaxar snin qabel). L-UASI rċieva wkoll
il-miljun applikazzjoni tiegħu minn mindu beda jopera fl-1996 matul l-2011. Dan
l-iżvilupp kien akkumpanjat minn aspettattivi akbar min-naħa tal-partijiet
interessati għal sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali iżjed
armonizzat u ta’ kwalità għolja, li huma aktar konsistenti, aċċessibbli
pubblikament u aġġornati mil-lat teknoloġiku. Fl-2007, meta indirizza l-kwistjoni
tal-perspettivi finanzjarji ta’ UASI, il-Kunsill[1]
enfasizza li t-twaqqif ta’ UASI kien ta’ suċċess kbir u li kien ikkontribwixxa sostanzjalment
biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE. Huwa fakkar li s-sistema tal-marki
kummerċjali tal-Komunità kienet imfassla biex teżisti flimkien ma’ sistemi
nazzjonali tal-marki kummerċjali li komplew ikunu meħtieġa għal dawk l-impriżi
li ma riedux il-marki kummerċjali tagħhom protetti fil-livell tal-UE.
Il-Kunsill innota wkoll l-importanza tal-ħidma kumplementari tal-uffiċċji
nazzjonali tal-marki kummerċjali, u talab lill-UASI sabiex jespandi
l-kooperazzjoni tiegħu magħhom fl-interess tal-funzjonament ġenerali
tas-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja. Fl-aħħar nett, irrikonoxxa li
kienu għaddew aktar minn għaxar snin minn mindu nħolqot il-marka kummerċjali
Komunitarja, u enfasizza l-ħtieġa għal valutazzjoni ġenerali tal-funzjonament
tas-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja. Huwa stieden lill-Kummissjoni
biex tibda l-ħidma fuq studju korrespondenti, b’mod partikolari, bil-ħsieb li
jsiru l-intensifikazzjoni u t-twessigħ tal-istrumenti eżistenti ta’
kooperazzjoni bejn l-UASI u l-uffiċċji nazzjonali tal-marki kummerċjali. Fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tagħha tal-2008[2] il-Kummissjoni wiegħdet li
tagħmel is-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja aktar aċċessibbli
għall-SMEs. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar Strateġija għall-Ewropa
dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali[3]
enfasizzat l-impenn tal-Kummissjoni għall-protezzjoni effettiva u effiċjenti
tal-marka kummerċjali u għal sistema ta’ marka kummerċjali ta’ kwalità għolja.
Hija kkonkludiet li kien wasal iż-żmien għal valutazzjoni kumplessiva li tista’
tifforma l-bażi għal reviżjoni futura tas-sistema tal-marki kummerċjali
fl-Ewropa u għal aktar titjib tal-kooperazzjoni bejn l-UASI u l-Uffiċċji
Nazzjonali. Fl-2010, fil-Komunikazzjoni dwar l-Ewropa 2020, fil-kuntest tal-Inizjattiva
Ewlenija “Unjoni ta’ Innovazzjoni”, il-Kummissjoni impenjat ruħha biex
timmodernizza l-qafas ta’ marki kummerċjali sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet
qafas għan-negozji biex jinnovaw[4].
Fl-aħħarnett, fl-istrateġija tagħha IPR tal-2011 għall-Ewropa[5], il-Kummissjoni ħabbret
reviżjoni tas-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa bil-ħsieb li tiġi
modernizzata s-sistema, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali,
billi tagħmilha aktar effettiva, effiċjenti u konsistenti b’mod ġenerali. 1.2. Għan tal-proposta Ikkunsidrati flimkien bħala pakkett, l-għan
komuni ewlenin ta’ din l-inizjattiva u tal-proposta parallela għal
riformulazzjoni tad-Direttiva huwa li trawwem l-innovazzjoni u t-tkabbir
ekonomiku billi tagħmel is-sistemi ta’ reġistrazzjoni ta’ marki kummerċjali
madwar l-UE kollha iktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji f’termini ta’
inqas spejjeż u kumplessità, veloċità ikbar, iktar ċertezza u sigurtà legali.
Dawn l-aġġustamenti jingħaqdu mal-isforzi biex tiġi żgurata l-koeżistenza u
l-kumplimentarjetà bejn l-Unjoni u sistemi nazzjonali tal-marki kummerjali. Fir-rigward ta' din l-inizjattiva biex
tirrevedi r-Regolament, il-Kummissjoni mhux qed tipproponi sistema ġdida, iżda
l-immodernizzar immirat tajjeb ta’ dispożizzjonijiet eżistenti, b’dawn
l-għanijiet ewlenin: ·
L-adattament tat-terminoloġija għat-Trattat ta’
Lisbona u dispożizzjonijiet għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji
deċentralizzati (ara t-taqsima 5.1); ·
Simplifikazzjoni ta’ proċedura ta’ applikazzjoni
għal u reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali Ewropea (ara taqsima 5.2); ·
Iż-żieda fiċ-ċertezza legali billi jiġu ċċarati
d-dispożizzjonijiet u jitneħħew l-ambigwitajiet (ara t-taqsima 5.3); ·
It-twaqqif ta’ qafas adattat għal kooperazzjoni
bejn l-UASI u l-uffiċċji nazzjonali għall-promozzjoni tal-konverġenza ta’
prattiki u l-iżvilupp ta’ għodod komuni (ara t-taqsima 5.4); ·
L-allinjament tal-qafas mal-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (ara t-taqsima 5.5). 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni pubblika Din l-inizjattiva hija bbażata fuq
evalwazzjoni tal-mod kif taħdem is-sistema tal-marki kummerċjali fl-Ewropa
kollha kemm hi u ta’ konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati
ewlenin kollha involuti. Il-komponent ewlieni tal-evalwazzjoni kien
studju li sar mill-Istitut Max Planck għall-Proprjetà Intellettwali u l-Liġi
tal-Kompetizzjoni f’isem il-Kummissjoni. Il-valutazzjoni twettqet bejn Novembru
tal-2009 u Frar tal-2011[6].
Minbarra analiżi esperta, l-istudju involva konsultazzjonijiet ma’ diversi
partijiet interessati. Din kienet tinkludi stħarriġ fost l-utenti tas-sistema
Komunitarja tal-marki kummerċjali, kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet
li jirrappreżentaw l-utenti tal-marki kummerċjali fuq livell nazzjonali,
Ewropew u internazzjonali u seduta f’Ġunju 2010 li tinvolvi lil dawn
l-organizzazzjonijiet. Fl-aħħarnett, l-Istitut ikkonsulta l-Uffiċċji Nazzjonali
tal-Istati Membri kollha u l-UASI. Ir-Rapport Finali kkonkluda li l-fatti bażiċi
tas-sistema tal-marka kummerċjali Ewropea huma solidi. B’mod partikolari,
il-proċeduri segwiti minn UASI ġeneralment issodisfaw il-ħtiġijiet u
l-aspettattivi tan-negozji. Kien hemm konsensus ulterjuri li l-koeżistenza ta’
drittijiet tal-marki kummerċjali Komunitarji u nazzjonali hija fundamentali u
meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti ta’ sistema tal-marki kummerċjali li
tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kumpaniji ta’ daqsijiet, swieq u bżonnijiet
ġeografiċi differenti. Ir-Rapport madankollu sab li konverġenza ulterjuri ta’
liġijiet dwar il-marki kummerċjali u prattiki fl-UE kienet meħtieġa. Huwa
kkonferma li ħafna aspetti tas-sistema attwali tal-marki kummerċjali
tal-Komunità kienu qed jaħdmu tajjeb, u għamel numru kbir ta’ proposti għal titjib.
Huwa identifika oqsma speċifiċi li fihom l-UASI u l-Uffiċċji Nazzjonali jistgħu
jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom. Fi tweġiba għar-riżultati interim tal-istudju,
il-Kunsill adotta Konklużjonijiet fil-25 ta’ Mejju 2010[7]. Dawn approvaw il-ftehim li
ntlaħaq f’Settembru 2008 fi ħdan il-korpi governattivi tal-UASI (il-Bord ta’
Tmexxija u l-Kumitat tal-Baġit) fuq sett ta’ miżuri baġitarji maħsuba biex
jibbilanċaw aħjar il-baġit tal-UASI fil-ġejjieni. Il-Kunsill qabel li dawn
il-miżuri baġitarji kkontribwixxew ukoll lejn l-immodernizzar,
is-simplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni u t-tisħiħ tas-sistema għall-marki
kummerċjali fl-Ewropa kollha kemm hi. Hu stieden lill-Kummissjoni biex tinkludi
fir-reviżjoni l-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni speċifika biex tiddefinixxi
l-qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UASI u l-Uffiċċji Nazzjonali. Din għandha
tagħmel espliċitu li l-uffiċċji kollha tal-marki kummerċjali tal-UE għandhom
ifittxu l-armonizzazzjoni tal-prattiki u li l-UASI għandu jiffaċilita l-isforzi
tagħhom għal dan il-għan. Huwa sejjaħ ukoll għall-ħolqien ta’ bażi legali
għad-distribuzzjoni ta’ ammont ekwivalenti għal 50% tal-miżati ta' tiġdid
tal-UASI lill-Uffiċċji Nazzjonali biex jintużaw għall-protezzjoni,
il-promozzjoni u/jew l-infurzar tal-marki kummerċjali. Bħala segwitu għall-istudju, is-servizzi
tal-Kummissjoni sejħu seduta ta’ assoċjazzjonijiet tal-utenti fis-26 ta’ Mejju
2011. Ir-riżultati ffurmaw u kkonfermaw l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni. 2.2. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat
problema waħda ewlenija li r-Regolament rivedut jeħtieġ jindirizza: il-livell
baxx ta’ kooperazzjoni fost l-uffiċċji tal-marki kummerċjali fl-Ewropa. Kif
spjegat fil-valutazzjoni tal-impatt, hemm bosta rabtiet bejn ir-reġimi
tal-marka kummerċjali tal-Komunità u l-marki nazzjonali, b’konsegwenzi diretti
kemm fuq l-utenti tal-marki kummerċjali kif ukoll fuq l-uffiċċji tal-proprjetà
intelletwali. Dawn jeħtieġu ċertu livell ta’ komplementarjetà bejn iż-żewġ
sistemi. Sabiex din tintlaħaq u tkun żgurata, l-UASI u l-Uffiċċji Nazzjonali
għandhom jikkooperaw mill-qrib. Kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn
l-uffiċċji tal-marki kummerċjali fl-Ewropa bħalissa hija mfixkla serjament
minħabba għadd ta’ ostakli: ·
In-nuqqas ta’ bażi legali ċara għall-kooperazzjoni
dwar il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali tal-UE ·
Nuqqas ta’ faċilitajiet tekniċi fl-Uffiċċji
Nazzjonali ·
Nuqqas ta’ finanzjament sostenibbli fuq medda medja
sa medda twila ta’ żmien. L-alternattivi li ġejjin ġew ikkunsidrati biex
jissolvew dawn il-problemi u biex jintlaħqu tliet għanijiet korrispondenti. 1. Il-provvediment ta’ bażi
legali adegwata għal kooperazzjoni: (a)
Għażla 1: L-ebda bażi legali speċifika
għall-kooperazzjoni bejn uffiċċji tal-proprjetà intellettwali fl-Ewropa; (b)
Għażla 2: Bażi legali li tippermetti lill-Uffiċċji
Nazzjonali u l-UASI jikkooperaw ma’ xulxin (kooperazzjoni fakultattiva); (c)
Għażla 3: Bażi legali li tobbliga lill-Uffiċċji
Nazzjonali u l-UASI jikkooperaw ma’ xulxin (kooperazzjoni obbligatorja). 2. Il-bini ta’ kapaċitajiet tekniċi
fl-Uffiċċji Nazzjonali: (d)
Għażla 1: Kull uffiċċju għandu jakkwista u
jiżviluppa l-faċilitajiet u għodod meħtieġa; (e)
Għażla 2: Aċċess fakultattiv għal għodod:
il-faċilitajiet u l-għodod meħtieġa aċċessibbli għall-uffiċċji tal-PI fi ħdan
qafas ta’ kooperazzjoni volontarja; (f)
Għażla 3: Aċċess mandatorju għal għodod:
il-faċilitajiet meħtieġa aċċessibbli permezz ta’ qafas ta’ kooperazzjoni
obbligatorja. Din l-għażla tirkeb fuq l-għażla 3 hawn fuq dwar bażi legali
adegwata u l-għażla 3 hawn taħt dwar finanzjament fit-tul ta’ attivitajiet ta’
kooperazzjoni. 3. L-iżgurar ta’ finanzjament
fit-tul għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni: (g)
Għażla 1: Finanzjament minn Stati Membri; (h)
Għażla 2: Finanzjament mill-baġit tal-UE; (i)
Għażla 3: Finanzjament mill-baġit tal-UASI. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li
l-għażla 3 fil-każijiet kollha tkun proporzjonata u l-iktar adattata biex
jintlaħqu l-għanijiet fil-mira. 3. BAŻI LEGALI U SUSSIDJARJETÀ Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament
tas-suq intern, l-Artikolu 118(1) tat-TFUE jipprovdi għall-ħolqien ta’
drittijiet Ewropej ta’ proprjetà intellettwali li jipprovdu protezzjoni
uniformi għal dawn id-drittijiet madwar l-UE, inkluż l-istabbiliment ta’
arranġamenti ta’ awtorizzazzjoni, koordinazzjoni u superviżjoni ċentralizzati
fil-livell tal-Unjoni. Il-marka kummerċjali Komunitarja hija titolu
tal-proprjetà intellettwali awtonomu tal-UE maħluqa permezz ta’ Regolament
tal-UE. L-analiżi mwettqa bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt uriet li
partijiet mir-Regolament jeħtieġu li jinbidlu biex tittejjeb u tiġi
ssimplifikata s-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità. Biss il-leġiżlatur
tal-UE għandu l-kompetenza li jagħmel dawn l-emendi meħtieġa. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta mhux se jkollha impatt fuq
il-baġit tal-Unjoni Ewropea u għalhekk mhijiex akkumpanjata minn dikjarazzjoni
finanzjarja meħtieġa taħt l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju
(ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit
ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru
1605/2002). 5. SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-PROPOSTA L-emendi proposti għar-Regolament huma
ppreżentati skont l-objettivi stabbiliti fit-taqsima 1.2 hawn fuq. 5.1. L-adattament
tat-terminoloġija u l-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ
tat-Trattat ta’ Lisbona, it-terminoloġija tar-Regolament hija aġġornata. Din
tfisser li “marka kummerċjali Komunitarja” tinbidel għal “marka kummerċjali
Ewropea”. Hemm firxa ta’ miżuri biex jittejbu
l-governanza u l-effiċjenza ta’ aġenziji eżistenti u l-aġenziji li għad iridu
jiġu stabbiliti fl-approċċ komuni dwar l-aġenziji ddeċentralizzati, miftiehma
mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’Lulju 2012. Ir-Regolament
jeħtieġ li jiġi adattat biex iqis l-approċċ komuni fir-rigward
tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-UASI. Rigward l-isem tal-aġenzija, huwa
propost li din tingħata l-isem ġdid ta' “European Union Trade Marks and Designs
Agency” (L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Marki Kummerċjali u d-Disinji)
(minn hawn’ il quddiem “l-Aġenzija”), li ssaħħaħ il-funzjonijiet tal-Bord
tad-Diretturi, li jiġu allinjati l-proċeduri tal-għażla għal uffiċjali għolja u
li jsir provvediment għal programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali u
evalwazzjonijiet fuq bażi regolari. 5.2. Proċeduri ta’
simplifikazzjoni - Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet
(Artikolu 25) L-Uffiċċji Nazzjonali kważi qatt ma għadhom
jirċievu applikazzjonijiet għal marki kummerċjali Ewropej. Kważi
l-applikazzjonijiet kollha (is-96,3 % fl-2012) issa huma direttament
ippreżentati permezz tas-sistema tal-e-filing tal-UASI. Fid-dawl ta’ din
is-sitwazzjoni, minħabba li l-applikazzjonijiet issa jistgħu faċilment jiġu
ffajljati onlajn, l-għażla għall-preżentazzjoni ta’ dawn fil-livell
tal-Uffiċċju Nazzjonali għandha tkun abolita. - Data tal-preżentazzjoni (Artikolu 27) Il-maġġoranza ta’ dawn l-applikazzjonijiet
għal marka kummerċjali Ewropea huma llum il-ġurnata eżaminati qabel ma jiskadi
l-perjodu ta’ xahar qabel l-applikanti jkollhom iħallsu l-miżata
tal-applikazzjoni. Dan jippermetti lill-applikanti jippreżentaw “test ta’
applikazzjonijiet" u ma jħallsux il-miżata jekk jinstab nuqqas jew
titqajjem oġġezzjoni mill-Aġenzija. Il-pagamenti permezz ta’ kontijiet kurrenti
huma meqjusa li jkunu saru fl-aħħar jum tax-xahar, jekk l-applikanti jixtiequ
hekk. L-Artikolu 27 huwa għalhekk emendat biex ineħħi l-perjodu ta’ xahar u
biex jorbot “l-obbligu” tal-ħlas mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, sabiex
l-applikanti jkollhom jipprovdu evidenza li huma sottomettew jew awtorizzaw
il-ħlas tagħhom meta dawn ippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom. - Tiftix (Artikoli 38 u 155) Ir-reġimi preżenti fuq it-tiftix la jipprovdu
għodda affidabbli ta’ approvazzjoni tal-marka kummerċjali, u lanqas monitoraġġ
kompletament komprensiv tar-Reġistru. Id-dgħufijiet ta’ tiftix nazzjonali u
tal-UE saru iktar gravi maż-żmien, filwaqt li l-avvanzi fl-IT llum il-ġurnata
jfissru li l-utenti jistgħu jkollhom aċċess għal alternattivi aħjar, aktar
rapidi u irħas. L-applikanti issa għandhom tassew ftit interess li jiksbu
r-riżultati ta’ tiftix nazzjonali minn Uffiċċji Nazzjonali li qed jieħdu sehem
fis-sistema fakultattiva. L-Aġenzija qiegħda fil-proċess li tiżviluppa,
flimkien mal-Uffiċċji Nazzjonali, għadd ta’ għodod promettenti li joffru mezzi
bil-wisq aħjar ta’ tiftix ta’ prijorità u monitoraġġ tar-reġistru għal ksur.
Ir-reġimi ta’ tiftix attwali għalhekk huma aboliti. - Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni
(Artikolu 39) L-abolizzjoni tas-sistema ta’ tiftix se
tagħmilha wkoll possibbli li jitneħħa l-perjodu ta’ xahar attwali bejn
in-notifika tal-Aġenzija lill-applikant dwar rapporti ta’ riċerka u
l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni. Dan se jħaffef il-proċedura ta’
reġistrazzjoni. - Kummenti minn partijiet terzi (Artikolu
40) Sabiex jiġi ffaċilitat it-tressiq ta’
osservazzjonijiet minn partijiet terzi, l-Artikolu 40 huwa emendat billi jiġi
estiż il-perjodu li matulu l-kummenti jistgħu jiġu rreġistrati. Ir-referenza
għad-data tal-pubblikazzjoni għandha tiġi mħassra, filwaqt li jittieħed kont li
l-applikazzjonijiet għal marka kummerċjali Ewropea diġà huma disponibbli
għall-pubbliku fil-bażi ta’ dejta tal-marki kummerċjali tal-Aġenzija “CTM
online” fi żmien ftit jiem mir-reġistrazzjoni. Sabiex jiġu ssimplifikati
l-proċedimenti, partijiet terzi se jingħataw l-opportunità li jippreżentaw
osservazzjonijiet hekk kif isiru konxji ta’ applikazzjoni. L-iskadenza
għall-preżentazzjoni tal-kummenti se tkun fit-tmiem tal-perjodu ta’
oppożizzjoni jew ladarba l-proċedimenti tal-oppożizzjoni jkunu kkonkludew,
skont il-prattika attwali tal-Aġenzija. - Reviżjoni tad-deċiżjonijiet inter
partes (Artikolu 62) Artikolu 62 irriżulta li ma kien tal-ebda
relevanza prattika. Lanqas Deċiżjoni inter partes waħda ma ġiet riveduta
taħt din il-miżura s’issa. Ir-raġuni ewlenija hija li l-parti l-oħra ma għandha
l-ebda interess fl-għoti tal-approvazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 62(2).
Minħabba li hemm biżżejjed rimedji għall-korrezzjoni ta’ deċiżjoni inter
partes żbaljata, l-Artikolu 62 huwa mħassar. - Kontinwazzjoni tal-proċedimenti
(Artikolu 82) L-applikazzjoni tal-Artikolu 82 wassal għal xi
problemi fil-prattika u ta lok għal komunikazzjoni tal-President tal-Aġenzija,
Nru 06/05[8].
L-Artikolu 82 huwa emendat biex jissimplifika l-applikazzjoni tiegħu u biex
jinkorpora l-kontenut ta’ dik il-Komunikazzjoni. Billi kemm l-Artikolu 25(3)
kif ukoll l-Artikolu 62 huma mħassra, kull referenza għalihom hija wkoll
imħassra mil-lista ta’ limiti ta’ żmien esklużi. Ir-referenza għall-Artikoli 42
hija wkoll imħassra biex tippermetti l-limiti kollha ta’ żmien fi proċedimenti
ta’ oppożizzjoni jkomplu, bl-eċċezzjoni tal-perjodu ta’ oppożizzjoni stabbilit
fl-Artikolu 41(1) u l-perjodu għall-ħlas tal-miżata ta’ oppożizzjoni stabbilit
fl-Artikolu 41(3). - Il-perjodu ta’ oppożizzjoni għal
Reġistrazzjonijiet Internazzjonali (Artikolu 156) Minħabba li ma hemm l-ebda ħtieġa li jinżamm
il-perjodu ta’ sitt xhur li għalih hemm dispożizzjoni attwaliment, l-Artikolu
156 huwa emendat biex jitqassar iż-żmien bejn il-pubblikazzjoni skont
l-Artikolu 152(1) u l-bidu tal-perjodu ta’ oppożizzjoni għal reġistrazzjonijiet
internazzjonali għal xahar. 5.3. Żieda fiċ-ċertezza legali - Definizzjoni ta’ marka kummerċjali
Ewropea (Artikolu 4) L-Artikolu 4 huwa emendat biex ineħħi
r-rekwiżit ta’ “kapaċità għar-rappreżentazzjoni grafika”. Il-prerekwiżit li
għandu jkun possibbli li tipproduċi rappreżentazzjoni grafika tal-marka li
għaliha tkun saret applikazzjoni hija skaduta. Hija toħloq ħafna inċertezza
legali fir-rigward ta’ ċerti marki mhux tradizzjonali, bħal sempliċi ħsejjes.
Fil-każijiet tal-aħħar, rappreżentanza għajr minn mezzi grafiċi (eż. permezz
ta’ fajl tal-ħoss) tista’ anki tkun preferibbli minn rappreżentanza grafika,
jekk tippermetti identifikazzjoni iktar preċiża tal-marka u b’hekk isservi
l-għan ta’ titjib taċ-ċertezza legali. Id-definizzjoni l-ġdida proposta tħalli
lok għal reġistrazzjoni ta' materjal li jista’ jiġi rrappreżentat b’mezzi
teknoloġiċi li joffru garanziji sodisfaċenti. L-idea hi li ma jkunx hemm
estensjoni bla limiti tal-modi ammissibbli biex jiġi rrappreżentat sinjal iżda
li jkun hemm lok għal iktar flessibilità f’dak ir-rigward filwaqt li tiġi
żgurata iktar ċertezza legali. - Il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet
ġeografiċi u termini tradizzjonali (Artikolu 7) L-Artikolu 7(1)(j) u (k) ma joffrix l-istess
grad ta’ protezzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi kif provdut f’dan li ġej: ·
L-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru
1151/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti
agrikoli u l-oġġetti tal-ikel[9]; ·
L-Artikoli 118l u 118m tar-Regolament (KE) Nru
1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’
swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli,
kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009[10]; ·
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008
tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’
xorb spirituż[11].
Sabiex ikun żgurat li l-liġi tal-UE li
tipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi tingħata effett sħiħ fi proċedimenti
li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali Ewropej,
ir-raġunijiet assoluti rilevanti għal rifjut huma kompletament allinjati
mal-liġi tal-UE dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u simplifikati
fir-Regolament. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ koerenza, raġunijiet għal
rifjut huma estiżi biex ikopru termini tradizzjonali protetti għall-inbid u
l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. - Id-drittijiet mogħtija minn marka
kummerċjali Ewropea (Artikoli 9 u 9a) 1. Drittijiet mogħtija mingħajr
preġudizzju għal drittijiet ta’ qabel La r-Regolament u lanqas id-Direttiva ma fihom
regola ċara li tgħid li l-proprjetarju ta’ marka kummerċjali ma jistax jinvoka b’suċċess
id-drittijiet tiegħu kontra l-użu tal-istess sinjal jew wieħed simili li huwa
diġà s-suġġett ta’ dritt preċedenti. F’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim
TRIPS[12],
l-Artikolu 9 tar-Regolament huwa emendat biex jikkjarifika li pretensjonijiet
ta’ ksur huma mingħajr preġudizzju għal drittijiet preċedenti. 2. Każijiet ta’ identità doppja Ir-rikonoxximent ta’ funzjonijiet addizzjonali
ta’ marka kummerċjali skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva (l-Artikolu
9(1)(a) tar-Regolament) ħoloq inċertezza legali. B’mod partikolari,
ir-relazzjoni bejn każijiet ta’ identità doppja u l-protezzjoni estiża mogħtija
bl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (l-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament) lil marki
kummerċjali li għandhom reputazzjoni saret sfukata[13]. Fl-interess taċ-ċertezza u
l-konsistenza legali, ġie ċċarat li f’każijiet kemm ta’ identità doppja skont
l-Artikolu 9(1)(a) u similarità skont l-Artikolu 9(1)(b) hija biss il-funzjoni
tal-oriġini li hija relevanti. 3. Użu bħala isem kummerċjali jew isem
il-kumpanija Skont il-Qorti tal-Ġustizzja[14], l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva
huwa applikabbli fejn il-pubbliku jikkunsidra l-użu ta’ isem ta’ kumpanija li
jirrigwarda (wkoll) l-oġġetti jew is-servizzi offruti mill-kumpanija. Għalhekk
huwa adatt li l-użu tal-isem kummerċjali ta’ marka kummerċjali protetta jiġi
ttrattat bħala att ta’ ksur, jekk il-ħtiġiet ta’ użu għal oġġetti jew servizzi
huma sodisfatti. 4. Użu f’reklamar komparattiv Id-Direttiva 2006/114/KE tat-12 ta’ Diċembru
2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[15]
tirregola l-kundizzjonijiet li taħthom reklamar, li espliċitament jew
b’deduzzjoni jidentifika kompetitur jew merkanzija jew servizzi offruti minn
kompetitur, huwa permissibbli. Ir-relazzjoni ta’ dan l-istrument
mal-leġiżlazzjoni dwar il-marki kummerċjali tat lok għal dubji. Huwa għalhekk
xieraq li jiġi ċċarat li l-proprjetarju tal-marka kummerċjali jista’
jipprevjeni l-użu tal-marka kummerċjali tiegħu f’reklamar komparattiv fejn tali
reklamar komparattiv ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Direttiva
2006/114/KE. 5. Kunsinni minn fornituri kummerċjali Huma proposti emendi biex jiġi ċċarat li
oġġetti ma jistgħux ikunu importati lejn l-UE anke jekk biss il-konsenjatur qed
jaġixxi għal skopijiet kummerċjali. Dan sabiex ikun żgurat li l-proprjetarju
tal-marka kummerċjali jkollu d-dritt li jipprevjeni li n-negozji (kemm jekk
jinsabu fl-UE kif ukoll jekk le) jimportaw oġġetti li jinsabu barra l-UE li
jkunu nbiegħu, ġew offruti, reklamati jew mibgħuta lil konsumaturi privati, u
biex jiġi skoraġġit l-ordnar u l-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati fuq l-internet.
6. Merkanzija mdaħħla fit-territorju
doganali Skont il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Philips/Nokia[16], id-dħul, il-preżenza u
l-moviment ta’ oġġetti li mhumiex mill-UE fit-territorju doganali tal-UE taħt
proċedura sospensiva, skont l-acquis eżistenti, ma jiksrux id-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali bħal dawk mogħtija minn liġi sostantiva tal-Unjoni
u tal-Istati Membri tagħha. Oġġetti bħal dawn jistgħu biss jiġu klassifikati
bħala ffalsifikati ladarba jkun hemm prova li huma suġġetti ta’ att kummerċjali
indirizzat lill-konsumaturi tal-UE, bħal bejgħ, l-offerta għal bejgħ jew
ir-reklamar. L-implikazzjonijiet tas-sentenza Philips/Nokia ltaqgħu ma'
kritika qawwija mill-partijiet interessati li jqiegħdu oneru tal-prova
eżaġeratamet għoli fuq id-detenturi tad-drittijiet, u li jfixklu l-ġlieda
kontra l-iffalsifikar. Huwa evidenti li hemm bżonn urġenti li jkun hemm
fis-seħħ qafas legali Ewropew li jippermetti ġlieda iktar effettiva kontra
l-iffalsifikar ta’ merkanzija bħala attività li qed tikber b’rata mgħaġġla.
Huwa għalhekk propost li jimtela l-vojt li jeżisti billi jiġu intitolati
d-detenturi tad-drittijiet biex jipprevjeni lil partijiet terzi milli jġibu
merkanzija, minn pajjiżi terzi, li jkollhom marka kummerċjali mingħajr
awtorizzazzjoni li tkun essenzjalment identika għal marka kummerċjali
rreġistrata fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti, fit-territorju doganali tal-Unjoni,
independentement minn jekk dawn jiġux rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. 7. Atti preparatorji La r-Regolament u lanqas id-Direttiva ma fihom
xi dispożizzjonijiet li jippermettu proċeduri kontra d-distribuzzjoni u l-bejgħ
ta’ tikketti u l-ippakkjar jew oġġetti simili li jistgħu sussegwentement jiġu
kkombinati ma’ prodotti illeċiti. Xi liġijiet nazzjonali għandhom regoli
espliċiti li jkopru din l-attività. L-inklużjoni ta’ regola dwar dan
fir-Regolament u d-Direttiva hija xierqa biex jiġi pprovdut kontribut prattiku,
relevanti u effiċjenti fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar. - Il-limitazzjoni tal-effetti ta’ marka
kummerċjali Ewropea (Artikolu 12) Il-limitazzjoni fl-Artikolu 12(1)(a) hija
ristretta biex tkopri l-użu ta’ ismijiet personali biss skont id-Dikjarazzjoni
Konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni[17].
Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-limitazzjoni fl-Artikolu 12(1)(b) hija
estiża biex tkopri l-użu ta’ sinjali jew indikazzjonijiet mhux distintivi. Huwa
wkoll meqjus xieraq, li jsir provvediment fl-Artikolu 12(1)(c) għal
limitazzjoni espliċita li tkopri l-użu referenzjali b’mod ġenerali. Fl-aħħar
nett, paragrafu separat jiċċara l-kundizzjonijiet li taħthom l-użu ta’ marka
kummerċjali ma titqiesx bħala konformi ma’ prattiki onesti tan-negozju. - L-għażla u l-klassifikazzjoni ta’
prodotti u servizzi (Artikolu 28) L-Artikolu 28 huwa emendat sabiex jipprovdi
regoli essenzjali li jirrigwardaw l-għażla u l-klassifikazzjoni ta’ prodotti u
servizzi fir-Regolament. Dawn ir-regoli huma introdotti fid-Direttiva. Dawn
isegwu l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja[18] skont liema prodotti u
servizzi li għalihom tintalab il-protezzjoni jeħtieġ li jiġu identifikati
mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni li tippermetti
lill-awtoritajiet rilevanti u n-negozji biex jistabbilixxu l-livell ta’
protezzjoni li tagħti l-marka kummerċjali. L-indikazzjonijiet ġenerali
tal-intestatura tal-Klassifikazzjoni Nice jistgħu jintużaw biex jidentifikaw
oġġetti jew servizzi sakemm dawn l-identifikazzjonijiet ikunu ċari u preċiżi
biżżejjed. Din l-emenda tiċċara li l-użu ta’ termini ġenerali għandu jiġi
interpretat bħala li jinkludi l-oġġetti jew is-servizzi kollha koperti b’mod
ċar mit-tifsira litterali tat-terminu. Finalment, l-emenda tippermetti
lill-proprjetarji ta’ marki kummerċjali Ewropej li kienu reġistrati qabel
id-data tal-pubblikazzjoni tal-prattika ta’ klassifikazzjoni ġdida tal-Aġenzija[19] biex jadattaw
l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom tal-oġġetti u s-servizzi b’mod konformi
mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiżgura li l-kontenut tar-reġistru
jissodisfa l-istandards meħtieġa ta’ ċarezza u preċiżjoni. - Il-marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej
(Artikoli 74b - 74K) Waqt li diversi sistemi nazzjonali joffru
protezzjoni għal marki ta’ ċertifikazzjoni, is-sistema Ewropea tal-marki
kummerċjali bħalissa tipprevedi biss ir-reġistrazzjoni ta’ marki kollettivi u
individwali. Xi korpi pubbliċi u privati li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet
biex ikunu eliġibbli biex jiksbu l-protezzjoni kollettiva tal-marka kummerċjali
jeħtieġu wkoll sistema għall-protezzjoni ta’ marki ta’ ċertifikazzjoni
fil-livell tal-UE. Sistema bħal din għandha wkoll tirrimedja l-iżbilanċ attwali
bejn is-sistemi nazzjonali u s-sistema Ewropea tal-marki kummerċjali. Huwa
propost li jiżdied mar-Regolament sett speċifiku ta’ regoli li jkopru
r-reġistrazzjoni ta’ marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej. - Kompiti tal-Aġenzija (Artikolu 123b) Biex jiżguraw kopertura komprensiva, ċertezza
legali u trasparenza ikbar, il-kompiti kollha tal-Aġenzija huma ddefiniti
fl-Artikolu 123b ġdid, inklużi dawk li jirriżultaw minn atti legali oħra u li
ma għandhomx x’jaqsmu mas-sistema tal-marki kummerċjali tal-UE. 5.4. Il-qafas għall-kooperazzjoni
(Artikolu 123c) L-Artikolu 123c jipprovdi qafas ċar għal
kooperazzjoni mandatorja bejn l-Aġenzija u l-uffiċċji tal-proprjetà
intellettwali tal-Istati Membri bil-għan li tinġieb ’il quddiem il-konverġenza
ta’ prassi u l-iżvilupp ta’ għodod komuni. Dan jiddikjara li l-uffiċċji
tal-Aġenzija u tal-Istati Membri huma obbligati li jikkooperaw, u jistipula
l-oqsma ewlenin għall-kooperazzjoni u proġetti speċifiċi komuni ta’ interess
għall-Unjoni li l-Aġenzija se tikkoordina. Huwa jkompli jistabbilixxi
mekkaniżmu ta’ finanzjament li jagħti lill-Aġenzija l-possibbiltà li
tiffinanzja dawk il-proġetti komuni permezz ta’ għotjiet. Din l-iskema ta’
finanzjament tirrappreżenta alternattiva legalment u finanzjarjament vijabbli
għall-approċċ issuġġerit mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Mejju
2010. 5.5. L-allinjament mal-Artikolu
290 tat-TFUE Ir-Regolament jagħti setgħat lill-Kummissjoni
sabiex tadotta ċerti regoli. Dawk ir-regoli attwalment jiġu pprovduti
fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li
jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar il-marka kummerċjali
Komunitarja[20],
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 dwar
il-miżati pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern[21], u r-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96 tal-5 ta’ Frar 1996 li jistipula r-regoli ta’
proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq
Intern[22].
Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona issa jagħmilha neċessarja li jiġu
allinjati s-setgħat konferiti lill-Kummissjoni skont ir-Regolament mal-Artikolu
290 tat-Trattat (Artikoli ġodda 24a, 35a, 45a, 49a, 57a, 65a, 74a, 74k, 93a,
114a, 144a u 161a). 2013/0088 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
207/2009 dwar il-marka kummerċjali Komunitarja (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118(1)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja[23], fl-2009 kodifikat bħala
r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade
mark Komunitarja[24],
ħoloq sistema ta’ protezzjoni ta’ trade marks speċifika għall-Unjoni Ewropea li
provvdiet għall-protezzjoni tat-trade marks fil-livell tal-Unjoni Ewropea,
b’mod parallel għall-protezzjoni tat-trade marks disponibbli fil-livell
tal-Istati Membri skont sistemi nazzjonali tat-trade marks armonizzati
mid-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex tapprossima
l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks[25], ikkodifikata bħala
d-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru
2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks[26]. (2) Bħala konsegwenza tad-dħul
fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, it-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru
207/2009 għandu jiġi aġġornat. Dan jimplika s-sostituzzjoni ta’ ‘trade mark
Komunitarja” b’“marka kummerċjali Ewropea”. F’konformità mal-approċċ komuni
dwar l-Aġenziji deċentralizzati, miftiehem f’Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni, l-isem “Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq
Intern (trade marks u disinji)” għandu jiġi sostitwit bi “L-Aġenzija tal-Unjoni
Ewropea għal marki kummerċjali u disinji” (minn hawn’ il quddiem “l-Aġenzija”). (3) Wara l-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar Strateġija għall-Ewropa dwar
id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali[27],
il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament ġenerali
tas-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa kollha kemm hi, li tkopri
l-livelli tal-Unjoni u dawk nazzjonali u l-interrelazzjoni bejn dawn. (4) Fil-konklużjonijiet tiegħu
tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tal-marki
kummerċjali fl-Unjoni Ewropea[28],
il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għar-reviżjoni
tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u d-Direttiva 2008/95/KE. (5) L-esperjenza akkwistata minn
mindu twaqqfet is-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja wriet li l-impriżi
minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema, li saret
alternattiva ta' suċċess u vijabbli għall-protezzjoni tal-marki kummerċjali
fil-livell tal-Istati Membri. (6) Il-marki kummerċjalii
nazzjonali jibqgħu madankollu meħtieġa għal dawk l-impriżi li ma jkunux
jixtiequ l-protezzjoni tal-marki kummerċjali tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew
li ma jkunux jistgħu jiksbu protezzjoni madwar l-Unjoni filwaqt li
l-protezzjoni nazzjonali ma tiffaċċjax ostakli. Għandu jitħalla f’idejn
id-deċiżjoni ta’ kull persuna li titlob il-protezzjoni tal-marka kummerċjali
jekk tintalabx il-protezzjoni biss bħala marka nazzjonali fi Stat Membru wieħed
jew iktar, jew biss bħala marka kummerċjali Ewropea, jew it-tnejn. (7) Filwaqt li l-evalwazzjoni
tal-funzjonament kumplessiv tas-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja
kkonfermat li bosta aspetti ta’ dik is-sistema, inklużi l-prinċipji
fundamentali li fuqhom hija bbażata, għaddew mill-eżami taż-żmien u jkomplu
jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi kummerċjali, il-Kummissjoni
kkonkludiet, fil-Komunikazzjoni tagħha “Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà
Intellettwali” tal-24 ta’ Mejju 2011[29]
li hemm neċessità li tiġi modernizzata s-sistema tal-marki kummerċjali
fl-Unjoni billi tagħmilha iktar effettiva, effiċjenti u konsistenti b’mod
ġenerali u billi din tiġi adattata għall-era tal-internet. (8) B’mod parallel għat-titjib u
l-emendi tas-sistema Komunitarja tal-marki kummerċjali, il-liġijiet u
l-prattiki nazzjonali tal-marki kummerċjali għandhom jiġu armonizzati iktar u
jsiru konformi mas-sistema tal-marka kummerċjali tal-Unjoni safejn huwa xieraq
sabiex jinħolqu kemm jista’ jkun kundizzjonijiet ugwali għar-reġistrazzjoni u
l-protezzjoni tal-marki kummerċjali fl-Unjoni kollha. (9) Sabiex tkun permessa iktar
flessibilità filwaqt li tkun żgurata iktar ċertezza legali b’rabta mal-mezzi
ta’ rappreżentazzjoni tal-marki kummerċjali, ir-rekwiżit tal-kapaċità
għar-rappreżentazzjoni grafika għandu jitneħħa mid-definizzjoni ta’ marka
kummerċjali Ewropea. Għandu jkun permess li sinjal ikun rappreżentat fi
kwalunkwe format xieraq, u b’hekk mhux neċessarjament b’mezzi grafiċi, sakemm
ir-rappreżentanza tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u l-pubbliku biex
jiddeterminaw bi preċiżjoni u ċarezza s-suġġett preċiż ta’ protezzjoni. (10) Id-dispożizzjonijiet attwali
tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 ma joffrux l-istess grad ta’ protezzjoni għal
denominazzjonijiet tal-oriġini u għal indikazzjonijiet ġeografiċi bħal
strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu ċċarati
r-raġunijiet assoluti għal rifjut li għandhom x’jaqsmu mad-denominazzjonijiet
tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u li tiġi żgurata konsistenza sħiħa
mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tipprovdi għall-protezzjoni
tal-proprjetà intellettwali ta’ dawk it-titoli. Għal raġunijiet ta’ koerenza
ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-ambitu ta’ dawk ir-raġunijiet assoluti
għandu jiġi estiż biex ikopri wkoll termini tradizzjonali protetti għall-inbid
u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. (11) Il-marki kummerċjali li
għalihom issir applikazzjoni b’kitba jew f’lingwa mhux intelliġibbli fl-Unjoni
ma għandhomx jistħoqqilhom protezzjoni jekk ir-reġistrazzjoni tagħhom tkun trid
tiġi rifjutata għal raġunijiet assoluti meta tradotta jew traskritta fi
kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istati Membri. (12) Huwa kunsiljabbli li
l-approprjazzjoni diżonesta tal-marki kummerċjali issir iktar diffiċli permezz
tal-estensjoni tal-possibbiltajiet li wieħed jopponi l-applikazzjonijiet ta’
marki kummerċjali Ewropea ppreżentati in mala fede. (13) Bil-għan li tinżamm
protezzjoni qawwija tad-drittijiet f’denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet
ġeografiċi protetti fil-livell tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li
dawk id-drittijiet jintitolaw li titressaq oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni
iktar tard ta’ marka kummerċjali Ewropea, irrispettivament minn jekk hemmx
ukoll raġunijiet għar-rifjut li għandhom jitqiesu ex officio mill-eżaminatur. (14) Sabiex tiġi żgurata ċertezza
legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta’ prijorità, li taħtu marka
kummerċjali reġistrata preċedentement tieħu preċedenza fuq marki kummerċjali
rreġistrati iktar tard, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li l-infurzar
tad-drittijiet mogħtija minn marka kummerċjali Ewropea għandhom ikunu mingħajr
preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetarji miksuba qabel id-data
tal-applikazzjoni jew tal-prijorità tal-marka kummerċjali Ewropea. Dan huwa
f’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim dwar l-aspetti relatati mal-kummerċ
tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-15 ta’ April 1994[30]. (15) Sabiex ikunu żgurati ċertezza
u ċarezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li mhux biss f’każ ta’
similarità iżda anke fil-każ ta’ sinjal identiku li jintuża għal prodotti u
servizzi identiċi, il-protezzjoni għandha tingħata lil marka kummerċjali
Ewropea biss jekk u sal-punt li l-funzjoni prinċipali tal-marka kummerċjali Ewropea,
li l-għan tagħha hu li tiggarantixxi l-oriġini kummerċjali tal-oġġetti jew
servizzi, tkun affettwata b’mod negattiv. (16) Konfużjoni rigward is-sors
kummerċjali li minnu l-oġġetti jew servizzi joħorġu tista’ sseħħ meta kumpanija
tuża l-istess sinjal jew wieħed simili bħala marka kummerċjali b’mod li tiġi
stabbilita rabta bejn il-kumpanija li jkollha l-isem u l-oġġetti jew
is-servizzi li ġejjin minn dik il-kumpanija. Il-vjolazzjoni ta’ marka
kummerċjali Ewropea għandha għalhekk tinkludi wkoll l-użu tas-sinjal bħala isem
kummerċjali jew denominazzjoni simili sakemm l-użu huwa intiż għall-iskop ta’
distinzjoni ta’ oġġetti jew servizzi fir-rigward tal-oriġini kummerċjali
tagħhom. (17) Sabiex tiġi żgurata ċertezza
legali u konsistenza sħiħa ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, huwa xieraq
li jiġi pprovdut li l-proprjetarju ta’ marka kummerċjali Ewropea għandu jkun
intitolat li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża sinjal f’reklamar
komparattiv fejn tali reklamar komparattiv huwa kuntrarju għad-Direttiva
2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar
reklamar qarrieqi u komparattiv[31].
(18) Bil-għan li tissaħħaħ
il-protezzjoni tal-marka kummerċjali u jiġu miġġielda b’mod iktar effettiv
il-falsifikazzjoni, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali Ewropea għandu jkunu
intitolat li jimpedixxi lil partijiet terzi milli jġibu oġġetti fit-territorju
doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera
hemmhekk, fejn oġġetti bħal dawn jiġu minn pajjiżi terzi u jkollhom marka
kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni, li tkun essenzjalment identika għal marka
kummerċjali Ewropea rreġistrata fir-rigward ta’ oġġetti bħal dawn. (19) Sabiex ikun hemm prevenzjoni
iktar effettiva tad-dħul ta’ prodotti mhux konformi, b’mod partikolari
fil-kuntest ta’ bejgħ fuq l-internet, il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li
jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ oġġetti bħal dawn fl-Unjoni, fejn huwa biss
dak li jikkonsenja l-oġġetti li jaġixxi għal skopijiet kummerċjali. (20) Sabiex il-proprjetarji ta’
marka kummerċjali Ewropea jkunu jistgħu jiġġieldu l-falsifikazzjoni b’mod iktar
effettiv, għandhom ikunu intitolati li jipprojbixxu t-twaħħil ta’ marka mhux
konformi fuq oġġetti u atti preparatorji qabel it-twaħħil. (21) Id-drittijiet esklużivi mogħtija
minn marka kummerċjali Ewropea ma għandhomx jagħtu d-dritt lill-proprjetarju li
jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw b’mod ġust u
skont prattiċi onesti f’materji industrijali jew kummerċjali. Sabiex jinħolqu
kundizzjonijiet ugwali għal ismijiet kummerċjali u marki kummerċjali f’każ ta’
kunflitti fl-isfond li ismijiet kummerċjali huma regolarment mogħtija
protezzjoni mhux ristretta kontra marki kummerċjali iktar tard, dan l-użu
għandu jiġi kkunsidrat li jinkludi l-użu tal-isem personali ta' dak li jkun
biss. Għandu jinkludi wkoll l-użu ta’ sinjali deskrittivi jew nondeskrittivi
jew indikazzjonijiet b’mod ġenerali. Barra minn hekk, il-proprjetarju ma
għandux ikun intitolat li jipprevjeni l-użu ġenerali ġust u onest ta’ marka kummerċjali
Ewropea li tintuża sabiex jiġu identifikati jew biex issir referenza għal
oġġetti jew servizzi bħala dawk tal-proprjetarju. (22) Sabiex tiġi żgurata ċertezza
legali u jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-marki kummerċjali miksuba b’mod
leġittimu, huwa xieraq u neċessarju li jiġu stabbiliti, mingħajr ma jiġi
affettwat il-prinċipju li l-marka kummerċjali sussegwenti ma tistax tiġi
infurzata kontra l-marka kummerċjali preċedenti, li proprjetarji ta’ marka
kummerċjali Ewropea ma għandhomx ikunu intitolati li jopponi l-użu ta’ marka
kummerċjali sussegwenti meta l-marka kummerċjali sussegwenti ġiet akkwistata fi
żmien meta l-marka kummerċjali preċedenti ma setgħetx tiġi infurzata kontra
l-marka kummerċjali sussegwenti. (23) Għal raġunijiet ta’ ekwità u
ċertezza legali l-użu ta’ marka kummerċjali Ewropea f’forma li hija differenti
fl-elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma kif hija
ġiet reġistrata għandu jkun biżżejjed biex jippreserva d-drittijiet mogħtija
irrispettivament minn jekk il-marka kummerċjali fil-forma kif użata hijiex
ukoll irreġistrata. (24) Ir-Regolament (KE) Nru
207/2009 jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta regoli li jimplimentaw
dak ir-Regolament. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ
li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE)
Nru 207/2009 jiġu allinjati mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. (25) Huwa ta’ importanza
partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma
preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji
u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha
u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (26) Sabiex tiġi żgurata
r-reġistrazzjoni effiċjenti ta’ atti legali li jikkonċernaw il-marka
kummerċjali Ewropea bħala oġġett ta’ proprjetà u sabiex tiġi żgurata
trasparenza sħiħa tar-reġistru tal-marki kummerċjali Ewropew, is-setgħa li jiġu
adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta’ ċerti obbligi
tal-applikant rigward marki kummerċjali speċifiċi, id-dettalji dwar
il-proċeduri għad-dħul tat-trasferiment ta’ marki kummerċjali Ewropej,
il-ħolqien u t-trasferiment ta’ dritt in rem, l-imposta ta’ eżekuzzjoni,
l-involviment fi proċediment ta’ insolvenza u l-għoti jew it-trasferiment ta’
liċenzja fir-Reġistru u biex jiġu kkanċellati jew modifikati l-entrati
rilevanti. (27) Fid-dawl tat-tnaqqis gradwali
u n-numru insinifikanti ta’ applikazzjonijiet għal marka kummerċjali
Komunitarja ppreżentati f’uffiċċji tal-proprjetà intellettwali ċentrali
tal-Istati Membri (“l-uffiċċji tal-Istati Membri”), għandha tiġi permessa biss
l-applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea fl-Aġenzija. (28) Il-protezzjoni tal-marka
kummerċjali Ewropea tingħata fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi speċifiċi li
n-natura u n-numru tagħhom jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni mogħti
lill-proprjetarju tal-marka kummerċjali. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu
stabbiliti regoli għall-għażla u l-klassifikazzjoni ta’ prodotti u servizzi
fir-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tiġi żgurata ċertezza legali u
amministrazzjoni tajba billi jkun meħtieġ li l-oġġetti u s-servizzi li għalihom
qed tintalab il-protezzjoni tal-marki kummerċjali huma identifikati
mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni li tippermetti
lill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi, fuq il-bażi
tal-applikazzjoni biss, biex jiddeterminaw il-grad ta’ protezzjoni li għaliha
tkun saret l-applikazzjoni. L-użu ta’ termini ġenerali għandu jiġi interpretat
bħala li jinkludi biss l-oġġetti u s-servizzi kollha koperti bit-tifsira
litterali tat-terminu. Proprjetarji ta’ marki kummerċjali Ewropej, li minħabba
l-prattika preċedenti tal-Aġenzija huma rreġistrati fir-rigward ta’ intestatura
sħiħa ta’ klassi tal-Klassifikazzjoni Nice, għandhom jingħataw il-possibbiltà
li jadattaw l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom ta’ prodotti u servizzi sabiex jiġi
żgurat li l-kontenut tar-reġistru jissodisfa l-istandards meħtieġa ta’ ċarezza
u preċiżjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(29) Sabiex ikun hemm proviżjoni
għal reġim effettiv u effiċjenti għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal
marka kummerċjali Ewropea inkluż talbiet ta’ prijorità u anzjanita, is-setgħa
biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha
tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-mezzi u
l-modalitajiet ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali
Ewropea, id-dettalji rigward ir-rekwiżiti formali ta’ applikazzjoni għal marka
kummerċjali Ewropea, il-kontenut ta’ dik l-applikazzjoni, it-tip ta’ miżata ta’
applikazzjoni, kif ukoll dettalji dwar il-proċeduri biex tkun żgurata
r-reċiproċità, li jitolbu l-prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti,
il-prijorità ta’ wirja u l-anzjanità ta’ marka kummerċjali nazzjonali. (30) Ir-reġim attwali tal-marka
kummerċjali Ewropea u tiftix nazzjonali la huwa affidabbli u lanqas effiċjenti.
Għandu għalhekk ikun sostitwit minn tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ magni
tat-tiftix rapidi, qawwija u li jinkludi kollox għall-użu liberu tal-pubbliku
fil-kuntest ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-uffiċċji tal-Istati Membri. (31) Sabiex jiġu żgurati
l-eżaminazzjoni u r-reġistrazzjoni effettivi, effiċjenti u mħaffa ta’
applikazzjonijiet għal marka kummerċjali Ewropea mill-Aġenzija permezz ta’
proċeduri li huma trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa biex l-atti
delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tad-dettalji dwar il-proċeduri
marbuta mal-eżaminazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti dwar id-data
tal-preżentazzjoni u mal-kundizzjonijiet formali ta’ applikazzjoni,
il-proċeduri għall-verifikazzjoni tal-ħlas ta’ drittijiet għal kull klassi u
l-eżami ta’ raġunijiet assoluti għal rifjut, id-dettalji dwar il-pubblikazzjoni
tal-applikazzjoni, il-proċeduri biex jiġu korretti żbalji
fil-pubblikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet, id-dettalji dwar il-proċeduri
relatati ma’ osservazzjonijiet ta’ parti terza, id-dettalji dwar il-proċedura
tal-oppożizzjoni, id-dettalji dwar il-proċeduri għall-preżentazzjoni u
eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni u dawk li jirregolaw l-emendi u diviżjoni
tal-applikazzjoni, id-dettalji li għandhom jitniżżlu fir-Reġistru meta marka
kummerċjali Ewropea tiġi reġistrata, il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni
tar-reġistrazzjoni u l-kontenut u l-modalitajiet tal-ħruġ ta’ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni. (32) Sabiex il-marki kummerċjali
Ewropej ikunu jistgħu jiġġeddu b’mod effettiv u effiċjenti u sabiex jiġu
applikati d-dispożizzjonijiet b’mod sikur dwar l-alterazzjoni jew id-diviżjoni
ta’ marka kummerċjali Ewropea fil-prattika mingħajr ma tkun kompromessa
ċ-ċertezza legali, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tal-ispeċifikazzjoni tal-modalitajiet għat-tiġdid ta’ marka kummerċjali Ewropea
u proċeduri li jirregolaw it-tibdil u d-diviżjoni ta’ marka kummerċjali
Ewropea. (33) Sabiex il-proprjetarju ta’
marka kummerċjali Ewropea jkun jista’ faċilment iċedi marka kummerċjali
Ewropea, filwaqt li jirrispetta d-drittijiet ta’ partijiet terzi mdaħħla
fir-reġistru b’relazzjoni għal dik il-marka, u sabiex ikun żgurat li kull marka
kummerċjali Ewropea tista’ tiġi revokata jew iddikjarata invalida b’mod
effettiv u effiċjenti permezz ta’ proċeduri trasparenti, dettaljati, ġusti u
ekwi, u biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament,
is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat
għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar
tal-proċedura li tirregola ċ-ċediment ta’ marka kummerċjali Ewropea kif ukoll
il-proċeduri għal revoka u ta’ invalidità. (34) Sabiex tkun tista’ ssir
reviżjoni effettiva, effiċjenti u kompleta ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija
mill-Bordijiet tal-Appell permezz ta’ proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta
u ekwa li tqis il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 207/2009,
is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat
għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tad-dettalji
dwar il-kontenut tal-avviż tal-appell, il-proċedura għall-preżentazzjoni u
l-eżaminazzjoni ta’ appell, il-kontenut u l-forma ta’ deċiżjonijiet tal-Bord
tal-Appell u r-rimborż tal-ħlas tal-appell. (35) Bħala komplement
mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar marki kollettivi Komunitarji u bħala
rimedju għall-iżbilanċ attwali bejn is-sistemi nazzjonali u s-sistema tal-marka
kummerċjali Ewropea, huwa meħtieġ li jiżdied sett ta’ dispożizzjonijiet
speċifiċi għall-iskop li tiġi pprovduta protezzjoni għal marki ta’
ċertifikazzjoni Ewropej li jippermettu istituzzjoni jew organizzazzjoni li
tiċċertifika sabiex tippermetti aderenti mas-sistema ta’ ċertifikazzjoni jużaw
il-marka bħala sinjal għal oġġetti jew servizzi li jikkonformaw mal-ħtiġijiet
taċ-ċertifikazzjoni. (36) Sabiex tippermetti l-użu
effettiv u effiċjenti ta’ marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej kollettivi,
is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat
għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-perjodi
għat-tressiq tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ dawk il-marki u l-kontenut
taghħom. (37) L-esperjenza miksuba
fl-applikazzjoni tas-sistema attwali ta’ marki kummerċjali Komunitarji żvelat
il-potenzjal għal titjib ta’ ċerti aspetti ta’ proċedura. Konsegwentement,
ċerti miżuri għandhom jittieħdu biex jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri fejn
xieraq u biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u l-previdibilità fejn meħtieġ. (38) Sabiex tiġi żgurata
operazzjoni bla xkiel, effettiva u effiċjenti tas-sistema tal-marki kummerċjali
Ewropej, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290
tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar
tar-rekwiżiti rigward il-forma ta’ deċiżjonijiet, id-dettalji dwar
il-proċedimenti orali u l-modalitajiet ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda,
il-modalitajiet tan-notifika, il-proċedura ta’ notazzjoni tat-telf ta’
drittijiet, il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw
mill-partijiet fil-proċedimenti, ir-regoli għall-kalkolu u t-tul tal-limiti
taż-żmien, il-proċeduri għar-revoka ta’ deċiżjoni jew għat-tħassir ta’ dħul
fir-Reġistru u għall-korrezzjoni ta’ żbalji ovvji fid-deċiżjonijiet u żbalji
attribwibbli lill-Aġenzija, il-modalitajiet tal-interruzzjoni tal-proċedimenti
u l-proċeduri dwar qsim u ffissar ta’ spejjeż, id-dettalji li għandhom jiddaħħlu
fir-reġistru, id-dettalji dwar l-ispezzjoni u żamma ta’ fajls, il-modalitajiet
ta’ pubblikazzjonijiet fil-Bulettin tal-Marki Kummerċjali Ewropej u fil-Ġurnal
Uffiċjali tal-Aġenzija, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn
l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u d-dettalji dwar
ir-rappreżentazzjoni quddiem l-Aġenzija. (39) Għal raġunijiet ta’ ċertezza
legali u trasparenza ikbar, huwa xieraq li jiġu definiti b’mod ċar il-kompiti
kollha tal-Aġenzija inklużi dawk li mhumiex relatati mal-ġestjoni tas-sistema
tal-marki kummerċjali tal-Unjoni. (40) Bil-għan li tinġieb ’il
quddiem il-konverġenza ta’ prattiki u ta’ żvilupp ta’ għodod komuni, huwa
meħtieġ li jiġi stabbilit qafas adatt għal kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u
l-uffiċċji tal-Istati Membri, li jiddefinixxi b’mod ċar l-oqsma ta’
kooperazzjoni u li jippermetti lill-Aġenzija biex tikkoordina proġetti komuni
rilevanti ta’ interess tal-Unjoni u tiffinanzja, sa ammont massimu, dawk
il-proġetti komuni permezz ta’ għotjiet. Dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni
għandhom ikunu ta’ benefiċċju għal impriżi li jużaw is-sistemi tal-marki
kummerċjali fl-Ewropa. Għall-utenti tar-reġim tal-Unjoni stabbiliti f’dan
ir-Regolament, il-proġetti komuni, partikolarment il-bażijiet ta’ dejta għal
skopijiet ta’ tiftix u konsultazzjoni, għandhom jipprovdu għodod addizzjonali,
inklusivi, effiċjenti u mingħajr ħlas biex jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi
li joħorġu mill-karattru unitarju tal-marka kummerċjali Ewropea. (41) Ċerti prinċipji fir-rigward
tal-governanza tal-Aġenzija għandhom ikunu adattati għall-approċċ komuni dwar
l-aġenziji deċentralizzati tal-UE adottat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni f’Lulju 2012. (42) Fl-interess ta’ iktar ċertezza
legali u trasparenza, huwa meħtieġ li jiġu aġġornati ċerti disposizzjonijiet
dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija. (43) Fl-interess ta’ ġestjoni
finanzjarja soda, l-akkumulazzjoni ta’ bilanċi baġitarjipożittivi sinifikanti
għandha tiġi evitata. Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żamma ta’ riżerva
finanzjarja mill-Aġenzija li tkopri sena waħda tan-nefqa operazzjonali tagħha
biex tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tagħha u l-eżekuzzjoni
tal-kompiti tagħha. (44) Sabiex tippermetti għal
konverżjoni effettiva u effiċjenti ta’ applikazzjoni jew reġistrazzjoni ta’
marka kummerċjali Ewropea f’applikazzjoni ta’ marka kummerċjali nazzjonali
filwaqt li tiżgura eżami bir-reqqa tar-rekwiżiti rilevanti, is-setgħa biex
l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-kundizzjonijiet formali li
magħhom talba għal konverżjoni għandha tikkonforma u d-dettalji
tal-eżaminazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha. (45) Sabiex jiġi żgurat metodu
effettiv u effiċjenti biex jiġi riżolt it-tilwim, sabiex tiġi żgurata
konsistenza mar-reġim tal-lingwa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 207/2009,
it-twettiq ta’ malajr ta’ deċiżjonijiet dwar suġġett sempliċi, u
l-organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Bordijiet tal-Appell, u sabiex ikun
hemm garanzija ta’ livell adattat u realistiku tal-piżijiet li jridu jiġu
imposti mill-Aġenzija, filwaqt li jkun hemm konformità mal-prinċipji tal-baġit
stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 207/2009, is-setgħa biex l-atti delegati
jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar ta’ dettalji dwar il-lingwi li
għandhom jintużaw mal-Aġenzija, il-każijiet fejn deċiżjonijiet ta' oppożizzjoni
u kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn membru wieħed, id-dettalji dwar
l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell, l-ammonti tal-miżati li għandhom
jitħallsu lill-Aġenzija u d-dettalji relatati mal-ħlas tagħhom. (46) Sabiex tiġi żgurata
r-reġistrazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ marki kummerċjali internazzjonali
f’konsistenza sħiħa mar-regoli tal-Protokoll relatati mal-ftehim ta’ Madrid
dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki, is-setgħa biex l-atti
delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar ta’ dettalji dwar il-proċeduri li
jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki kummerċjali. (47) Ir-Regolament (KE) Nru
207/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 huwa emendat
kif ġej: (1)
Fit-Titolu, “trade mark Komunitarja” hija
sostitwita b'“marka kummerċjali Ewropea”; (2)
Fir-Regolament kollu, il-kliem “trade mark
Komunitarja” huma sostitwiti b’“marka kummerċjali Ewropea” u għandu jsir
kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; (3)
Fir-Regolament kollu, il-kliem “il-qorti tal-marki
kummerċjali Komunitarji” huma sostitwiti bi “il-qorti tal-marki kummerċjali
Ewropej” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; (4)
Fir-Regolament kollu, il-kliem “marka kollettiva
Komunitarja” huma sostitwiti b“marka kollettiva Ewropea” u għandu jsir
kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; (5)
Fir-Regolament kollu, ħlief fil-każijiet imsemmija
fil-punti (2), (3) u (4), il-kliem “Komunità”, “il-Komunità Ewropea” u
“Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “Unjoni” u għandhom
isiru wkoll kwalunkwe tibdiliet grammatikali neċessarji; (6)
Fir-Regolament kollu, il-kelma “Uffiċċju”, sakemm
din tirreferi għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki
kummerċjali u disinji) stipulata fl-Artikolu 2 tar-Regolament, għandha tkun
sostitwita minn “Aġenzija” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali
neċessarju; (7)
Fir-Regolament kollu, il-kelma “President” hija
ssostitwita b'“Direttur Eżekuttiv”, u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali
neċessarju; (8)
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
2
Aġenzija 1. Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal marki
kummerċjali u disinji, minn hawn’ il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”, hija b’dan
stabbilita. 2. Ir-referenzi kollha fil-liġi tal-Unjoni
għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki kummerċjali u
disinji) għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Aġenzija.”; (9)
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
4
Sinjali li minnhom marka kummerċjali tista’ tikkonsisti Marka kummerċjali Europea tista’ tikkonsisti
f’kwalunkwe sinjali, b’mod partikolari kliem, fosthom ismijiet personali,
disinji, ittri, numri, kuluri bħala tali, il-forma ta’ oġġetti jew
tal-imballaġġ tagħhom, jew ħsejjes, sakemm tali sinjali jistgħu (a) jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi ta’
impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra; (b) jiġu rrappreżentati b’mod li jippermetti
lill-awtoritajiet kompetenti u l-pubbliku biex jiddeterminaw is-suġġett preċiż
tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tagħhom.”; (10)
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: (a)
Fil-paragrafu 1, il-punti (j) u (k) huma sostitwiti
b'dan li ġej: “(j) marki kummerċjali li huma esklużi
mir-reġistrazzjoni u ma għandhomx jibqgħu jintużaw skont il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalihom, li
jipprovdu għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u
l-indikazzjonijiet ġeografiċi; (k) marki kummerċjali li huma esklużi
mir-reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali
li l-Unjoni hija parti tagħhom, li jipprovdu għall-protezzjoni ta’ termini
tradizzjonali għall-inbid u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti; (l) marki kummerċjali li fihom jew jikkonsistu
minn varjetà ta’ denominazzjoni preċedenti reġistrata skont ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’
varejetajiet ta’ pjanti fil-Komunità fir-rigward tal-istess tip ta’ prodott.”; (b)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: '2. Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet
ta’ nonreġistrabilità huma applikabbli: (a) biss f’parti tal-Unjoni; (b) biss meta marka kummerċjali f’lingwa barranija
jew kitba hija tradotta jew traskritta fi kwalunkwe kitba jew lingwa uffiċjali
ta’ Stat Membru.”; (11)
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: '3. Malli ssir oppożizzjoni minn proprjetarju ta’
marka kummerċjali, il-marka kummerċjali ma għandhiex tiġi reġistrata: (a) fejn aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju
tal-marka kummerċjali japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f’ismu mingħajr
l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma
jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu; (b) fejn il-marka kummerċjali tista’ tkun konfuża
ma’ marka kummerċjali preċedenti protetta barra l-Unjoni, diment li, fid-data
tal-applikazzjoni, il-marka kummerċjali preċedenti kienet għadha f’użu ġenwin u
l-applikant kien qed jaġixxi in mala fede.”; (b)
fil-paragrafu 4, il-frażi inizjali hija sostitwita
b'dan li ġej: '4. Malli
ssir oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ marka kummerċjali mhux reġistrata jew
ta' xi sinjal ieħor użat fil-kors tal-kummerċ ta' iktar minn sempliċement
sinifikanza lokali, il-marka kummerċjali li tkun saret applikazzjoni dwarha ma
għandhiex tkun reġistrata safejn u sal-limitu li, skont il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni li tipprovdi protezzjoni għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u
indikazzjonijiet ġeografiċi, jew il-liġi tal-Istat Membru li tirregola dak
is-sinjal:” (c)
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: '5. Malli ssir oppożizzjoni minn proprjetarju ta’
marka kummerċjali reġistrata preċedentement fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 2,
il-marka kummerċjali li tkun saret applikazzjoni dwarha ma għandhiex tkun
reġistrata meta tkun identika bħal, jew simili għal, marka kummerċjali
preċedenti irrispettivament ta’ jekk l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tiġi
applikata humiex identiċi għal, simili għal jew mhux simili għal dawk li
għalihom il-marka kummerċjali preċedenti hi reġistrata, meta, fil-każ ta’ marka
Ewropea preċedenti, il-marka kummerċjali għandha reputazzjoni fl-Unjoni jew,
fil-każ ta’ marka kummerċjali nazzjonali preċedenti, il-marka kummerċjali
għandha reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat, u fejn l-użu mingħajr raġuni
valida tal-marka kummerċjali li tkun saret applikazzjoni dwarha tieħu vantaġġ
inġust fuq, jew tkun detrimentali għal, il-karattru distintiv jew
ir-reputazzjoni tal-marka kummerċjali preċedenti.”; (12)
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
9
Drittijiet mogħtija minn marka kummerċjali Ewropea 1. Ir-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali Ewropea
għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklużivi. 2. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’
proprjetarji akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta’
prijorità tal-marka kummerċjali Ewropea, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali
Ewropea għandu jkun intitolat li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma
għandhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw matul il-kummerċ kull sinjal li għandu
x’jaqsam ma’ oġġetti jew servizzi fejn: (a)
is-sinjal huwa identiku għall-marka kummerċjali
Ewropea u jintuża fejn għandhom x’jaqsmu oġġetti jew servizzi li huma identiċi
għal dawk li għalihom il-marka kummerċjali Ewropea hija reġistrata, u fejn tali
użu jaffettwa jew aktarx li jaffettwa l-funzjoni tal-marka kummerċjali Ewropea
li tiggarantixxi lill-konsumaturi l-oriġini tal-oġġetti jew servizzi; (b)
is-sinjal huwa identiku, jew simili għal, marka
kummerċjali Ewropea u jintuża għal oġġetti jew servizzi li huma identiċi għal
jew simili għall-oġġetti jew servizzi li għalihom il-marka kummerċjali Ewropea
hija reġistrata, jekk teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa
tal-pubbliku; il-probabilità ta' konfużjoni tinkludi wkoll il-probabilità li
ssir assoċjazzjoni bejn is-sinjal u l-marka kummerċjali; (c)
is-sinjal huwa identiku għall-marka kummerċjali
Ewropea jew simili għaliha, irrispettivament minn jekk hijiex użata fejn
għandhom x’jaqsmu oġġetti jew servizzi li huma identiċi għal, simili għal jew
mhux simili għal dawk li għalihom marka kummerċjali Ewropea hi reġistrata, fejn
din tal-aħħar ikollha r-reputazzjoni fl-Unjoni u fejn l-użu ta’ dak is-sinjal
mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ inġust minn, jew huwa ta’ detriment għal,
il-karattru distintiv jew il-fama tal-marka kummerċjali Ewropea. 3. Dawn li ġejjin, b’mod partikolari, huma
projbiti taħt il-paragrafu 2: (d)
it-twaħħil ta' sinjal mal-prodotti jew
mal-imballaġġ tiegħu; (e)
l-offerta ta’ prodotti, it-tqegħid fis-suq jew
il-ħżin tagħhom għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew l-offerta jew
il-provvista ta’ servizzi b’dak l-istess sinjal; (f)
l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodotti
b'dak is-sinjal; (g)
l-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew isem
ta’ kumpanija jew parti minn isem kummerċjali jew isem ta’ kumpanija; (h)
l-użu tas-sinjal f'gazzetta kummerċjali u
fir-riklamar; (i)
l-użu tas-sinjal f’reklamar komparattiv b’mod li
huwa kuntrarju għad-Direttiva 2006/114/KE. 4. Il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali Ewropea
għandu wkoll ikun intitolat li jimpedixxi l-importazzjoni ta’ prodotti msemmija
fil-paragrafu 3(c) fejn biss dak li jikkonsenja l-prodotti jaġixxi għal
skopijiet kummerċjali. 5. Il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali Ewropea
għandu jkun intitolat li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha minn importazzjoni
ta’ prodotti, fil-kuntest ta’ attività kummerċjali, fit-territorju doganali
tal-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk, fejn
tali prodotti, inkluż l-ippakkjar, jiġu minn pajjiżi terzi u jkollhom marka
kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni, li tkun identika għall-marka kummerċjali
Ewropea reġistrata fir-rigward ta’ tali prodotti, jew li ma tistax tingħaraf
fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik il-marka kummerċjali.”; (13)
Jiddaħħlu l-Artikoli 9a u 9b li ġejjin: “Artikolu 9a
Ksur tad-drittijiet ta’ proprjetarju bl-użu ta’ preżentazzjoni, ippakkjar
jew mezzi oħra Fejn huwa probabbli li l-preżentazzjoni,
l-ippakkjar jew mezzi oħra li fuqhom titwaħħal il-marka se jintużaw għal
prodotti jew servizzi u l-użu f’relazzjoni ma’ dawk il-prodotti jew servizzi
jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju skont l-Artikolu 9(2) u
(3), il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali Ewropea għandu jkollu d-dritt li
jipprojbixxi dan li ġej: (a)
it-twaħħil fil-kors tal-kummerċ ta' sinjal identiku
jew simili għall-marka kummerċjali Ewropea fuq preżentazzjoni, ippakkjar jew
mezzi oħra li fuqhom il-marka tista’ titwaħħal; (b)
l-offerta jew it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin għal
dawk il-finijiet, jew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-preżentazzjoni,
l-ippakkjar jew mezzi oħra li fuqhom titwaħħal il-marka. Arikolu 9b
Data ta’ prevalenza ta' drittijiet kontra partijiet terzi 1. Id-drittijiet li jirriżultaw minn marka
kummerċjali Ewropea għandhom jipprevalu kontra terzi persuni mid-data ta'
pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali. 2. Jista' jintalab kumpens raġonevoli fir-rigward
ta' atti li jiġru wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal marka
kummerċjali Ewropea, jekk dawn ikunu atti li, wara l-pubblikazzjoni
tar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali, ikunu projbiti bis-saħħa tal-istess
pubblikazzjoni. 3. Il-qorti li quddiemha jiġi każ ma tistax
tiddeċiedi fuq il-merti tal-każ qabel ma tiġi ppubblikata r-reġistrazzjoni.”; (14)
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
12
Limitazzjoni tal-effetti ta’ marka kummerċjali Ewropea 1. Marka kummerċjali Ewropea ma tagħtix jedd
lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fil-kummerċ: (a)
l-isem jew l-indirizz tagħha stess; (b)
sinjali jew indikazzjonijiet li mhumiex distintivi
jew li jirrigwardaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat,
il-valur, l-oriġini ġeografiku jew il-ħin ta’ produzzjoni tal-prodotti jew ta’
meta ngħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi; (c)
il-marka kummerċjali għall-iskop li jiġu
identifikati jew issir referenza għal prodotti jew servizzi bħal dawk ta’ proprjetarju
ta’ marka kummerċjali, b’mod partikolari, fejn l-użu tal-marka kummerċjali huwa
meħtieġ sabiex wieħed jindika l-għan intenzjonat tal-prodott jew servizz, b’mod
partikolari bħala aċċessorji jew spare parts. L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fejn
l-użu magħmul mill-parti terza hija skont prattika onesta f’materji
industrijali jew kummerċjali. 2. L-użu minn parti terza għandu jkun meqjus bħala
mhux f’konformità mal-użi onesti, b’mod partikolari fi kwalunkwe mill-każijiet
li ġejjin: (d)
jagħti l-impressjoni li hemm konnessjoni
kummerċjali bejn il-parti terza u l-proprjetarju tal-marka kummerċjali; (e)
jieħu vantaġġ inġust ta’, jew huwa ta’ detriment
għal, il-karattru distintiv jew reputazzjoni tal-marka kummerċjali mingħajr
raġuni valida.”; (15)
Fl-Artikolu 13(1), il-kliem “fil-Komunità” huma
ssostitwiti bi “Iż-Żona Ekonomika Ewropea”; (16)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej: “Artikolu 13a
Dritt ta’ intervenzjoni tal-proprjetarju ta’ marka kummerċjali reġistrata
sussegwentement bħala difiża għal proċedimenti ta’ ksur 1. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’
marka kummerċjali Ewropea ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxu l-użu ta’
marka kummerċjali reġistrata sussegwentement fejn dik il-marka kummerċjali ma
għandhiex tiġi dikjarata invalida skont l-Artikoli 53(3) u (4), 54(1) u (2) u
57(2). 2. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’
marka kummerċjali Ewropea ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’
marka kummerċjali nazzjonali reġistrata sussegwentement fejn dik il-marka
nazzjonali reġistrata sussegwentement ma għandhiex tiġi dikjarata invalida
skont l-Artikoli 8, 9(1) u (2) u 48(3) tad-Direttiva [xxx]. 3. Fejn il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali
Ewropea ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxu l-użu ta’ marka kummerċjali
reġistrata sussegwentement skont il-paragrafi 1 jew 2, il-proprjetarju ta’ dik
il-marka kummerċjali reġistrata sussegwentement ma għandux ikun intitolat li
jipprojbixxi l-użu tal-marka kummerċjali Ewropea preċedenti fi proċedimenti ta’
ksur.”; (17)
Fl-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu huwa
ssostitwit b’dan li ġej: “Dan li ġej jikkostitwixxi wkoll użu fi ħdan
it-tifsira tal-ewwel subparagrafu: (a)
l-użu ta’ marka kummerċjali Ewropea f’forma li hija
differenti fl-elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma
li fiha kienet reġistrata, irrispettivament minn kemm jekk il-marka kummerċjali
f’forma kif użata hijiex ukoll irreġistrata; (b)
it-twaħħil tal-marka kummerċjali Ewropea ma'
prodotti jew mal-ippakkjar tagħhom fl-Unjoni għal skopijiet ta' esportazzjoni
biss.”; (18)
Fl-Artikolu 16(1), il-frażi introduttorja tiġi
sostitwita b’dan li ġej: '1. Sakemm l-Artikoli 17 sa 24 ma jipprovdux
mod ieħor, marka kummerċjali Ewropea bħala oġġett ta' proprjetà għandha titqies
fit-totalità tagħha, u fit-territorju kollu tal-Unjoni, bħala marka
kummerċjali nazzjonali reġistrata fl-Istat Membru fejn, skont ir-Reġistru
tal-marki kummerċjali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “ir-Reġistru”).”, (19)
Fl-Artikolu 17, għandu jitħassar
il-paragrafu 4; (20)
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
18
It-trasferiment ta’ marka kummerċjali reġistrata f’isem aġent 1. Meta marka kummerċjali Ewropea tkun reġistrata
f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li jkun il-proprjetarju ta' dik
il-marka kummerċjali, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan
tal-aħħar huwa intitolat li jitlob iċ-ċessjoni tal-imsemmija reġistrazzjoni
favurih, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu. 2. Il-proprjetarju jista’ jissottometti talba għal
assenjazzjoni skont il-paragrafu 1 għal dawn li ġejjin: (a)
l-Aġenzija, minflok applikazzjoni għal
dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 53(1)(b); (b)
il-qorti tal-marki kummerċjali Ewropej kif imsemmi
fl-Artikolu 95, minflok kontrotalba għal dikjarazzjoni tal-invalidità bbażata
fuq l-Artikolu 100(1).”; (21)
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: '2. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet,
id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew it-trasferiment ta’ dawk
id-drittijiet għandu jitniżżel fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat.”; (b)
jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: '3. Annotazzjoni fir-Reġistru effettwata skont
il-paragrafu 2 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta’ waħda
mill-partijiet.”; (22)
Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu 4
li ġej: '4. Annotazzjoni fir-Reġistru effettwata skont
il-paragrafu 3 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta’ waħda
mill-partijiet.”; (23)
Fl-Artikolu 22, għandu jiżdied il-paragrafu 6
li ġej: '6. Annotazzjoni fir-Reġistru effettwata skont
il-paragrafu 5 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta’ waħda
mill-partijiet.”; (24)
Fit-Titolu II għandha tiżdied
it-Taqsima 5 li ġejja: "TAQSIMA 5
Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 24a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
l-obbligu tar-rikorrenti biex jipprovdi traduzzjoni
jew traskrizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b) fil-lingwa tal-applikazzjoni; (b)
il-proċedura għad-dħul ta’ trasferiment kif imsemmi
fl-Artikolu 17(5) fir-Reġistru; (c)
il-proċedura għad-dħul tal-ħolqien jew
it-trasferiment ta’ dritt in rem kif imsemmi fl-Artikolu 19(2)
fir-Reġistru; (d)
il-proċedura għad-dħul ta’ imposta ta’ ezekuzzjoni
kif imsemmi fl-Artikolu 20(3) fir-Reġistru; (e)
il-proċedura għad-dħul tal-involviment fi proċedura
ta’ insolvenza kif imsemmi fl-Artikolu 21(3) fir-Reġistru; (f)
il-proċedura għad-dħul tal-għotja jew
it-trasferiment ta’ liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 22(5) fir-Reġistru; (g)
il-proċedura ta’ kanċellazzjoni jew modifika
tad-dħul fir-Reġistru ta’ dritt in rem, l-imposta fuq l-eżekuzzjoni jew
liċenzja, kif imsemmi fl-Artikoli 19(3), 20(4) u 22(6) rispettivament.”; (25)
L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
25
Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet Applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea
għandha tkun ippreżentata fl-Aġenzija.”; (26)
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit
b’dan li ġej: “(d) rappreżentazzjoni tal-marka li tissodisfa
r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(b).”; (b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: '3. Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1
u 2, applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea għandha tikkonforma
mal-kundizzjonijiet formali stabbiliti skont l-Artikolu 35a(b). Jekk dawk
il-kundizzjonijiet jipprovdu li l-marka kummerċjali tkun rappreżentata b’mod
elettroniku, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jiddetermina l-format u
d-daqs massimu ta’ tali fajl elettroniku.”; (27)
L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
27
Id-data ta' preżentazzjoni Id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal
marka kummerċjali Ewropea għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun
fihom l-informazzjoni speċifikata f’Artikolu 26(1) ikunu ppreżentati
mal-Aġenzija mill-applikant, soġġetti għal ħlas ta’ miżata għall-applikazzjoni li
għaliha l-ordni għall-ħlas għandha tkun ingħatat mhux iktar tard minn dik
id-data.”; (28)
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
28
L-għażla u l-klassifikazzjoni ta’ prodotti u servizzi 1. Prodotti u servizzi li fir-rigward tagħhom tkun
qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandhom ikunu klassifikati skont
is-sistema ta’ klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta’ Nice dwar
il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-iskopijiet
ta’ Reġistrazzjoni ta’ Marki tal-15 ta’ Ġunju 1957 (minn hawn’ il quddiem
imsejjaħ il-“Klassifikazzjoni ta’ Nice”). 2. Il-prodotti u servizzi li għalihom hija mitluba
l-protezzjoni tal-marka kummerċjali jridu jiġu identifikati mill-applikant
b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni li tippermetti l-awtoritajiet kompetenti u
l-operaturi ekonomiċi, fuq dik l-unika bażi, sabiex jiddeterminataw il-firxa
ta’ protezzjoni mixtieqa. Il-lista ta’ prodotti u servizzi għandha tippermetti
li kull prodott jew servizz jiġi klassifikat fi klassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni
Nice. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2,
l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fil-klassi tal-intestaturi
tal-Klassifikazzjoni Nice jew termini ġenerali oħrajn jistgħu jintużaw, diment
li jkunu konformi mal-istandards meħtieġa ta’ ċarezza u preċiżjoni. 4. L-Aġenzija
għandha tirrifjuta l-applikazzjoni fir-rigward ta’ indikazzjonijiet jew termini
li mhumiex ċari jew mhux preċiżi, jekk l-applikant ma jissuġġerixxix kliem
aċċettabbli fi żmien perjodu stabbilit mill-Aġenzija għal dak il-għan. 5. L-użu
ta’ termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta’
klassijiet tal-Klassifikazzjoni Nice, għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi
l-prodotti jew servizzi kollha koperti mit-tifsira litterali tal-indikazzjoni
jew terminu. L-użu ta’ termini jew
indikazzjonijiet bħal dawn ma għandux jiġi interpretat bħala li jinkludi
pretensjoni għal prodotti jew servizzi li ma jistgħux ikunu mifhuma. 6. Fejn ir-rikorrent jitlob reġistrazzjoni għal
iktar minn klassi waħda, il-prodotti u s-servizzi għandhom jiġu miġbura skont
il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni Nice, b’kull grupp ikun preċedut bin-numru
tal-klassi li fih jaqa’ dak il-grupp ta’ prodotti jew servizzi u ppreżentat
fl-ordni tal-klassijiet. 7. Il-klassifika ta' prodotti u servizzi għandha
sservi esklużivament għal għanijiet amministrattivi. Prodotti u servizzi ma
għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin fuq il-bażi li jidhru fl-istess
klassi skont il-klassifikazzjoni Nice, u prodotti u servizzi ma għandhomx
jitqiesu bħala differenti minn xulxin fuq il-bażi li jidhru fi klassijiet
differenti skont il-Klassifikazzjoni Nice. 8. Proprjetarji ta’ marki kummerċjali Ewropej li
għalihom tkun saret applikazzjoni qabel it-22 ta’ Ġunju 2012 li huma
rreġistrati biss fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta’ klassi Nice, jistgħu
jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li
jfittxu protezzjoni fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi lil hinn minn dawk li
jaqgħu taħt it-tifsira litterali tal-intestatura ta’ dik il-klassi, sakemm
il-prodotti jew is-servizzi hekk maħtura jkunu inklużi fil-lista alfabetika
għal dik il-klassi ta’ edizzjoni tal-klassifikazzjoni Nice fis-seħħ fid-data
tal-preżentazzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi preżentata
lill-Aġenzija fi żmien erba’ (4) xhur mid-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandha tindika, b’mod ċar, preċiż u
speċifiku, il-prodotti u servizzi, għajr dawk koperti b’mod ċar mit-tifsira
litterali tal-indikazzjonijiet tal-intestatura tal-klassi, oriġinarjament
koperti mill-intenzjoni tal-proprjetarju. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri
xierqa biex temenda r-Reġistru kif xieraq. Din il-possibbiltà hija mingħajr
preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 15, 42(2), 51(1)(a) u 57(2). Marki kummerċjali Ewropej li għalihom ma ssir
l-ebda dikjarazzjoni fi żmien il-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu għandhom
jinftehmu li japplikaw ukoll, minn meta jiskadi dak il-perjodu, biss għal
prodotti jew servizzi koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali
tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.”; (29)
Fl-Artikolu 29(5), tiżdied is-sentenza li
ġejja: “Jekk neċessarju, id-Direttur Eżekuttiv
tal-Aġenzija għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tistaqsi jekk
Stat fi ħdan it-tifsira tal-ewwel sentenza jagħtix dak it-trattament reċiproku.”; (30)
L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
30
Pretensjonijiet ta' prijorità 1. Pretensjonijiet
ta’ prijorità għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ applikazzjoni għal marka
kummerċjali Ewropea, u għandhom jinkludu d-data, in-numru u l-pajjiż
tal-applikazzjoni preċedenti. 2. Id-Direttur
Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jistabbilixxi li informazzjoni u dokumentazzjoni
addizzjonali li għandha tiġi pprovduta mill-applikant f’appoġġ ta’ talba ta’
priorità tista’ tikkonsisti f’inqas milli huwa meħtieġ skont ir-regoli adottati
skont l-Artikolu 35a(d), bil-kundizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa tkun
disponibbli għall-Aġenzija minn sorsi oħra.”; (31)
L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 1, tiddaħħal is-sentenza li ġejja: “It-talba ta’ priorità għandha tiġi ppreżentata
flimkien ma’ applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea.”; (b)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: '2. Applikant li jixtieq jitlob prijorità skont
il-paragrafu 1 għandu jippreżenta prova tal-wirja ta' prodotti jew servizzi
taħt il-marka li għaliha qiegħed japplika.”; (32)
Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan
li ġej: '3. L-anzjanità
mitluba għall-applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea għandha tiskadi meta
l-marka kummerċjali preċedenti li għaliha tkun saret it-talba għal anzjanità
tiġi ddikjarata invalida jew revokata. Meta l-marka kummerċjali preċedenti hi
revokata, l-anzjanità għandha tiskadi sakemm ir-revoka tidħol fis-seħħ qabel
id-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tal-marka kummerċjali Ewropea.”; (33)
Fit-Titolu III għandha tiżdied
it-Taqsima 5 li ġejja: "TAQSIMA 5
Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 35a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
il-mezzi u l-modalitajiet ta’ preżentazzjoni ta’
applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea mal-Aġenzija skont l-Artikolu 25; (b)
id-dettalji dwar il-kontenut tal-applikazzjoni għal
marka kummerċjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 26(1), it-tip ta’ miżati
pagabbli għall-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), inkluż in-numru ta’
klassijiet ta’ prodotti u servizzi koperti minn dawk il-miżati, u
l-kundizzjonijiet formali tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(3); (c)
il-proċeduri biex tkun żgurata r-reċiproċità skont
l-Artikolu 29(5); (d)
il-proċedura u r-regoli dwar l-informazzjoni u
d-dokumentazzjoni ta’ talba għal prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti skont
l-Artikolu 30; (e)
il-proċedura u r-regoli fuq evidenza ta’ talba għal
prijorità ta’ esibizzjoni skont l-Artikolu 33(1); (f)
il-proċedura għal talba għal anzjanità ta’ marka
kummerċjali nazzjonali skont l-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 35(1).”; (34)
Fl-Artiklu 36(1), il-punt (b) jiġi
sostitwit b’dan li ġej: “(b) l-applikazzjoni għal marka kummerċjali
Ewropea hija konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u
mal-kundizzjonijiet formali msemmija fl-Artikolu 26(3).”; (35)
Fl-Artikolu 37, għandu jitħassar
il-paragrafu 2. (36)
Fit-Titolu IV, it-Taqsima 2 hija mħassra; (37)
L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: '1. Jekk il-kundizzjonijiet li l-applikazzjoni
għal marka kummerċjali Ewropea għandha tissodisfa jkunu ġew imwettqa,
l-applikazzjoni għandha tkun ippublikata għall-finijiet tal-Artikolu 42 sakemm
din ma tkunx ġiet rifjutata skont l-Artikolu 37. Il-pubblikazzjoni
tal-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal informazzjoni diġà
disponibbli għall-pubbliku mod ieħor skont dan ir-Regolament jew b’atti
ddelegati adottati skont dan ir-Regolament.”; (b)
jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: '3. L-Aġenzija għandha tikkoreġi kwalunkwe żbalji
fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni.”; (38)
L-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
40
Osservazzjonijiet minn terzi persuni 1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u
kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lill-manifatturi, produtturi,
fornituri ta’ servizzi, negozjanti jew konsumaturi jistgħu jissottomettu
lill-Aġenzija osservazzjonijiet bil-miktub, li jispjegaw fuq liema bażi skont
l-Artikoli 5 u 7, il-marka kummerċjali ma għandhiex tiġi reġistrata ex officio.
Huma ma jistgħux ikunu partijiet fil-proċedimenti
quddiem l-Aġenzija. 2. L-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi
għandhom jiġu ssottomessi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ oppożizzjoni jew, meta
oppożizzjoni kontra l-marka kummerċjali tkun ġiet ippreżentata, qabel ma
tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni. 3. Is-sottomissjoni li tissemma fil-paragrafu 1
għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Aġenzija li tiftaħ mill-ġdid
l-eżaminazzjoni ta’ raġunijiet assoluti fuq inizjattiva tagħha stess fi
kwalunkwe ħin qabel ir-reġistrazzjoni, fejn xieraq. 4. L-osservazzjonijiet imsemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jiġu notifikati lill-applikant li jista'
jikkummenta dwarhom.”; (39)
Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan
li ġej: '3. L-oppożizzjoni għandha tiġi espressa
bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom tkun qiegħda ssir.
L-oppożizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma
jsir il-ħlas tal-miżata tal-oppożizzjoni. 4. Fi żmien perjodu stabbilit mill-Aġenzija,
l-opponent jista' jissottometti fatti, evidenza u argumenti sabiex isaħħaħ
il-każ tiegħu.”; (40)
Fl-Artikolu 42(2), l-ewwel sentenza, il-frażi
“matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni” jiġi
sostitwit b'“matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data tal-preżentazzjoni
jew id-data tal-prijorità”; (41)
L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej: (a)
Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan
li ġej: “(b) qabel id-data tal-preżentazzjoni msemmija
fl-Artikolu 27 ma tkun mogħtija mill-Aġenzija u matul il-perjodu ta’
oppożizzjoni previst fl-Artikolu 41(1).”; (b)
il-paragrafu 3 jitħassar. (42)
L-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
45
Ir-reġistrazzjoni 1. Meta applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’
dan ir-Regolament u fejn l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni ma tkun ingħatat fi
ħdan il-perjodu msemmi fl-Artikolu 41(1) jew meta l-oppożizzjoni tkun ġiet
rifjutata b’deċiżjoni finali, il-marka kummerċjali għandha tiġi reġistrata
bħala marka kummerċjali Ewropea. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi ppubblikata. 2. L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni. Iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ b’mezzi elettroniċi. 3. Il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali Ewropea reġistrata
għandu jkollu d-dritt li juża, f’konnessjoni mal-prodotti u servizzi koperti
mir-reġistrazzjoni, simbolu eżatt ħdejn il-marka kummerċjali li jattesta li
l-marka kummerċjali hi reġistrata fl-Unjoni biss sakemm ir-reġistrazzjoni
tibqa’ fis-seħħ. Il-konfigurazzjoni eżatta ta’ dak is-simbolu għandha tkun
deċiża mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. 4. Is-simbolu tal-marka tal-kummerċjali reġistrata
ma għandux jintuża minn kwalunkwe persuna għajr il-proprjetarju tal-marka, jew
mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju. Il-proprjetarju tal-marka kummerċjali ma
għandux juża s-simbolu tal-marka kummerċjali qabel ma tkun reġistrata l-marka
jew wara r-revoka, dikjarazzjoni ta’ invalidità, skadenza jew ċessjoni
tal-marka kummerċjali.”; (43)
Fit-Titolu IV għandha tiżdied
it-Taqsima 7 li ġejja: "TAQSIMA 7
Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 45a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
il-proċedura għall-eżaminazzjoni tal-konformità
mar-rekwiżiti għal data ta’ preżentazzjoni msemmi fl-Artikolu 36(1)(a) u
mal-kundizzjonijiet formali msemmija fl-Artikolu 26(3) u l-proċedura
għall-verifikazzjoni tal-ħlas tal-miżati tal-klassi msemmija fl-Artikolu
36(1)(c); (b)
il-proċedura għall-eżaminazzjoni tar-raġunijiet
assoluti għal rifjut, kif inhu msemmi fl-Artikolu 37; (c)
id-dettalji li l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni
msemmija fl-Artikolu 39(1) għandu jkun fiha; (d)
il-proċedura biex ikunu korretti żbalji
fil-pubblikazzjonijiet ta’ applikazzjonijiet għal marka kummerċjali Ewropea
msemmija fl-Artikolu 39(3); (e)
il-proċedura għas-sottomissjoni ta’
osservazzjonijiet minn partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 40; (f)
id-dettalji dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni
u l-eżaminazzjoni ta’ oppożizzjoni stipulati fl-Artikoli 41 u 42; (g)
il-proċeduri li jirregolaw l-emenda
tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 43(2) u d-diviżjoni tal-applikazzjoni skont
l-Artikolu 44; (h)
id-dettalji li għandhom jitniżżlu fir-Reġistru meta
tiġi reġistrata marka kummerċjali Ewropea u l-modalitajiet tal-pubblikazzjoni
tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1), il-kontenut u l-modalitajiet ta’
ħruġ taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).”; (44)
Fl-Artikolu 49, għandu jitħassar
il-paragrafu 3. (45)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 49a li ġej: “Artikolu 49a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
il-modalitajiet proċedurali għat-tiġdid tal-marka
kummerċjali Ewropea skont l-Artikolu 47, inkluż it-tip ta’ miżati li għandhom
jitħallsu; (b)
il-proċedura li tirregola t-tibdil
tar-reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali Ewropea prevista fl-Artikolu 48(2); (c)
il-proċedura li tirregola d-diviżjoni ta’ marka
kunmerċjali Ewropea prevista fl-Artikolu 49.”; (46)
Fl-Artikolu 50, il-paragrafi 2 u 3 jiġu
sostitwiti b'dan li ġej: '2. Iċ-ċessjoni għandha tiġi ddikjarata
lill-Aġenzija bil-miktub mill-proprjetarju tal-marka kummerċjali. Ma għandhiex
ikollha effett qabel ma tiddaħħal fir-Reġistru. Il-validità taċ-ċessjoni ta’
marka kummerċjali Ewropea li hija dikjarata lill-Aġenzija wara s-sottomissjoni
ta’ applikazzjoni għal revoka ta’ dik il-marka kummerċjali skont l-Artikolu
56(1) għandha tkun kundizzjonali għar-rifjut finali jew l-irtirar
tal-applikazzjoni għal revoka.”; '3. Iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal biss bi ftehim
mal-proprjetarju ta’ dritt imdaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet
reġistrata, iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal fir-Reġistru biss jekk
il-proprjetarju tal-marka kummerċjali juri li huwa jkun għarraf lil-liċenzjat
bil-ħsieb tiegħu li jċedi; din l-entrata għandha ssir meta jiskadi l-perjodu
stabbilit skont l-Artikolu 57a(a).”; (47)
Fl-Artikolu 53(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u
(c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu sodisfatti fid-data tal-preżentazzjoni
jew id-data ta’ prijorità tal-marka kummerċjali Ewropea.”; (48)
Fl-Artikolu 54(1) u (2), il-kliem “jew” u “jew biex
jopponi l-użu ta’ marka kummerċjali sussegwenti” huma mħassra; (49)
L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 1, il-punt (c), “skont il-liġi
tal-Istat Membru konċernat” huwa sostitwit bi “skont il-liġi tal-Unjoni jew
il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat”; (b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: '3. Applikazzjoni għal revoka jew għal
dikjarazzjoni ta’ invalidità hija inammissibli jekk applikazzjoni li
tirrigwarda l-istess materja u l-istess kawża, u li tinvolvi lill-istess
partijiet, tkun ġiet aġġudikata fuq il-merti tagħha, jew mill-Aġenzija jew
permezz ta’ qorti tal-marki kummerċjali Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 95 u
d-deċiżjoni tal-Aġenzija jew dik il-qorti dwar dik l-applikazzjoni tkun kisbet
l-awtorità ta’ deċiżjoni finali.”; (50)
Fl-Artikolu 57(2), it-tieni sentenza, “ġiet
ippubblikata” hija sostitwita b’“kienet preżentata jew fid-data ta’ priorità
ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea”; (51)
Fit-Titolu VI għandha tiżdied
it-Taqsima 6 li ġejja: "TAQSIMA 6
Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 57a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
il-proċedura li tirregola ċ-ċessjoni ta’ marka
kummerċjali Ewropea stabbilita fl-Artikolu 50, inkluż il-perjodu msemmi
fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu; (b)
il-proċeduri li jirregolaw revoka u invalidità ta’
marka kummerċjali Ewropea msemmija fl-Artikoli 56 u 57.”; (52)
L-Artikolu 58(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: '1. Għandu jkun hemm dritt ta’ appell
mid-deċiżjonijiet ta’ każijiet tat-tehid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija
elenkati fl-Artikolu 130 il-punti (a) sa (d). Kemm il-perjodu ta’ appell
previst fl-Artikolu 60, kif ukoll id-depożitu tal-Appell għandu jkollhom effett
sospensiv.”; (53)
L-Artikolu 62 huwa mħassar; (54)
L-Artikolu 64(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: '3. Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell jiġu
fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 65(5) jew,
jekk tkun infetħet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien dak il-perjodu,
mid-data ta’ meta tiġi miċħuda dik il-kawża jew ta’ kwalunkwe appell
ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.”; (55)
L-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: '1. Azzjonijiet jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti
Ġenerali kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell fuq appelli.”; (b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: '3. Il-Qorti Ġenerali għandu jkollha
l-ġuriżdizzjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata.”; (c)
il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li
ġej: '5. Il-kawża għandha tinġieb quddiem il-Qorti
tal-Ġustizzja fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord
tal-Appell. 6. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa
sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew, fil-każ ta’ appell
kontra dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja.”; (56)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 65a li ġej: “Artikolu 65a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
il-kontenut tal-avviż tal-appell imsemmi
fl-Artikolu 60 u l-proċedura għat-tressiq u l-eżaminazzjoni ta’ appell; (b)
il-kontenut u l-forma ta’ deċiżjonijiet tal-Bord
tal-Appell imsemmi fl-Artikolu 64; (c)
ir-rimborż tal-ħlas tal-appell imsemmija
fl-Artikolu 60.”; (57)
It-titolu tat-Titolu VIII jġi sostitwit b’dan li
ġej: “DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR MARKI KOLLETTIVI
EWROPEJ U MARKI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI”; (58)
Bejn it-titolu tat-Titolu VIII u l-Artikolu 66,
l-intestatura li ġejja hija mdaħħla: "TAQSIMA 1
Il-marki kollettivi komunitarji”; (59)
Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan
li ġej: '3. It-Titoli I sa VII u IX sa XIV għandhom
japplikaw għal marki kolletivi Ewropea safejn din it-Taqsima ma tipprovdix
xort’ oħra."; (60)
Fl-Artikolu 67(1), il-kliem ‘fi żmien il-perjodu
preskritt” huma sostitwiti bi “fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 74a”; (61)
L-Artikolu 69 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
69
Osservazzjonijiet minn terzi persuni Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka
kollettiva Ewropea huma sottomessi lill-Aġenzija skont l-Artikolu 40, dawk
l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari
li fuqhom l-applikazzjoni għal marka kollettiva Ewropea għandhom jiġu miċħuda
skont l-Artikolu 68.”; (62)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 74a li ġej: “Artikolu 74a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika l-perjodu msemmi
fl-Artikolu 67(1) għall-preżentazzjoni tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’
marka kollettiva Ewropea lill-Aġenzija u l-kontenut ta’ dawk ir-Regolamenti kif
stabbilit fl-Artikolu 67(2).”; (63)
Fit-Titolu VIII għandha tiżdied
it-Taqsima 2 li ġejja: "TAQSIMA 2
Marki Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni Artikolu 74b
Marki Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni 1. Il-marka Ewropea ta’ ċertifikazzjoni għandha
tkun marka kummerċjali Ewropea li hija deskritta b’dan il-mod meta ssir
l-applikazzjoni u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew servizzi li huma
ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-oriġini ġeografika,
il-materjal, il-metodu ta’ manifattura ta’ oġġetti jew tat-twettiq
tas-servizzi, il-kwalità, il-preċiżjoni jew karatteristika oħra minn prodotti u
servizzi li mhumiex ċertifikati b’dan il-mod. 2. Kwalunkwe persuna ġuridika, inklużi
istituzzjonijiet, awtoritajiet u korpi rregolati mil-liġi pubblika, jistgħu
japplikaw għal marki ta’ ċertifikazzjoni sakemm: (a)
il-persuna ġuridika ma tagħmilx negozju li jinvolvi
l-forniment ta’ oġġetti jew servizzi tat-tip iċċertifikat; (b)
il-persuna ġuridika hija kompetenti biex
tiċċertifika l-prodotti jew servizzi li għalihom il-marka għandha tkun
reġistrata. 3. B'deroga mill-Artikolu 7(1)(c), sinjali jew
indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini
ġeografika tal-prodotti jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki ta’
ċertifikazzjoni Ewropej skont it-tifsira tal-paragrafu 1. Marka ta’
ċertifikazzjoni ma tagħtix jedd lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil parti
terza milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm
il-parti terza tużahom skont il-prattika onesta fl-oqsma tal-industrija u
tal-kummerċ; Marka ta’ ċertifikazzjoni ma tistax tiġi invokata kontra parti terza
li hija intitolata li tuża isem ġeografiku. 4. It-Titoli I sa VII u IX sa XIV għandhom
japplikaw għal marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej safejn din it-Taqsima ma
tipprovdix xort’ oħra. Artikolu 74c
Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka 1. Applikant għal marka ta’ ċertifikazzjoni
Ewropea għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka ta’
ċertifikazzjoni fil-perjodu preskritt f’konformità mal-Artikolu 74k. 2. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom
jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-karatteristiċi li
għandhom ikunu ċċertifikati mill-marka, kif il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu
jittestja dawk il-karatteristiċi u jissorvelja l-użu tal-marka kif ukoll
il-kundizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Artikolu 74d
Rifjut tal-applikazzjoni 1. Minbarra raġunijiet għal rifjut ta’
applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea previsti fl-Artikoli 36 u 37,
applikazzjoni għal marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandha tiġi rrifjutata
fejn l-Artikoli 74b u 74c mhumiex sodisfatti, jew fejn ir-regolamenti li
jirregolaw l-użu huma kuntrarji għall-politika pubblika jew għall-prinċipji
aċċettati tal-moralità. 2. Applikazzjoni għal marka ta’ ċertifikazzjoni
Ewropea għandha wkoll tiġi rifjutata jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku
fir-rigward tal-karattru jew sinifikat tal-marka, b'mod partikolari jekk aktarx
tista' tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka ta’ ċertifikazzjoni. 3. Applikazzjoni ma għandhiex tiġi rifjutata jekk
l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu,
jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2. Artikolu 74e
Osservazzjonijiet minn partijiet terzi Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka ta’
ċertifikazzjoni Ewropea huma sottomessi lill-Aġenzija skont l-Artikolu 40, dawk
l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari
li fuqhom l-applikazzjoni għal marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandha tiġi
rifjutata skont l-Artikolu 74d. Artikolu 74f
L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka 1. Il-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni
Ewropea għandu jippreżenta lill-Aġenzija kull regolamenti emendati li
jirregolaw l-użu. 2. L-emenda ma għandhiex tissemma fir-Reġistru
jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 74c jew
jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 74d. 3. L-Artikolu 74e għandu japplika għal
regolamenti emendati li jirregolaw l-użu. 4. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu
fis-seħħ biss mid-data ta’ meta referenza għall-emenda titniżżel fir-Reġistru. Artikolu 74g
Trasferiment B’deroga mill-Artikolu 17(1), marka ta’
ċertifikazzjoni Ewropea tista' tiġi trasferita biss lil persuna ġuridika li tissodisfa
r-rekwiżiti tal-Artikolu 74b(2). Atikolu 74h
Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta’ vjolazzjoni 1. Biss il-proprjetarju ta’ marka ta’
ċertifikazzjoni Ewropea jew kwalunkwe persuna speċifikament awtorizzata minnu
għal dak l-għan għandhom ikunu intitolati jiftħu kawża ta’ vjolazzjoni. 2. Il-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni
Ewropea huwa intitolat li jitlob kumpens f’isem persuni li għandhom awtorità li
jużaw il-marka jekk dawn ikunu sofrew danni b’konsegwenza ta’ użu mhux
awtorizzat tal-marka. Artikolu 74i
Ir-raġunijiet għal revoka Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija
fl-Artikolu 51, id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni
Ewropea għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Aġenzija jew fuq il-bażi
ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, meta kwalunkwe
mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta: (c)
il-proprjetarju ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti
tal-Artikolu 74b(2); (d)
il-proprjetarju ma jiħux passi raġonevoli sabiex
jimpedixxi li l-marka tintuża b'mod li huwa inkumpatibbli mal-kundizzjonijiet
tal-użu stabbiliti fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, u l-emendi ta' liema,
fejn xieraq, huma msemmija fir-Reġistru; (e)
il-mod kif il-marka ntużat mill-proprjetarju wassal
sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod msemmi fl-Artikolu 74d(2); (f)
tkun saret referenza fir-Reġistru għal emenda
tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dana bi ksur
tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 74f(2), sakemm il-proprjetarju
tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu billi jemenda
ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu. Artikolu 74j
Ir-raġunijiet għal invalidità Minbarra r-raġunijiet għal invalidità previsti
fl-Artikoli 52 u 53, marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea li hija rreġistrata bi
ksur tal-Artikolu 74d għandha tkun iddikjarata invalida mal-applikazzjoni
lill-Aġenzija jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni,
sakemm il-proprjetarju tal-marka, billi jemenda r-Regolamenti li jirregolaw
l-użu, ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 74d. Artikolu 74k
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifikaw il-perjodu msemmi
fl-Artikolu 74c(1) għas-sottomissjoni tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka
ta’ ċertifikazzjoni Ewropea lill-Aġenzija u l-kontenut ta’ dawk ir-regolamenti
kif stabbilit fl-Artikolu 74c(2).”; (64)
L-Artikolu 75 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
75
Forma ta' deċiżjonijiet u kommunikazzjonijiet tal-Aġenzija 1. Id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija għandhom
jistqarru r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Għandhom ikunu msejsa biss fuq
raġunijiet jew evidenza li fuqhom il-partijiet interessati jkollhom
l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. 2. Kwalunkwe deċiżjoni, komunikazzjoni jew avviż
mill-Aġenzija jrid jindika d-dipartiment jew diviżjoni tal-Aġenzija kif ukoll
l-isem jew l-ismijiet tal-uffiċċjal jew uffiċjali responsabbli. Huma jridu jiġu
ffirmati mill-uffiċċjal jew uffiċjali, jew, minflok firma, jkun hemm siġill
stampat jew ittimbrat tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina
li l-mezz l-ieħor li jidentifika dipartiment jew diviżjoni tal-Aġenzija u
l-isem tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli jew identifikazzjoni minbarra
siġill jistgħu jintużaw fejn id-deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet jew avviżi
mill-Aġenzija huma trażmessi permezz ta’ telecopier jew kull mezz tekniku ta’
komunikazzjoni ieħor.”; (65)
Fl-Artikolu 76(1), tiżdied is-sentenza li
ġejja: “Fi proċedimenti ta’ invalidità skont l-Artikolu
52, l-Aġenzija għandha tillimita l-eżaminazzjoni tagħha għar-raġunijiet u
l-argumenti ppreżentati mill-partijiet.”; (66)
Fl-Artikolu 78, għandu jiżdied il-paragrafu 5
li ġej: '5. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu
jiddetermina l-ammonti ta’ spejjeż, li għandhom jitħallsu, inklużi dawk
bil-quddiem, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ kumpilazzjoni ta’ evidenza msemmija
fl-Artikolu 93a(b).”; (67)
L-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
79
In-notifikazzjoni 1. L-Aġenzija għandha, fil-prattika, tinnotifika
lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar
kull notifika jew kull komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi ikkalkulat terminu
ta' żmien, jew li dwarhom dawk konċernati għandhom jiġu notifikati skont
id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta’ atti delegati adottati skont
dan ir-Regolament, jew li tagħhom tkun ġiet ordnata n-notifika mid-Direttur
Eżekuttiv tal-Aġenzija. 2. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina liema
dokumenti minbarra deċiżjonijiet soġġetti għal limitu ta’ żmien għall-appell u
ċitazzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati b’ittra rreġistrata b’avviż tal-wasla.
3. Notifika tista’ ssir b’mezzi elettroniċi, li
d-dettalji tagħha għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur Eżekuttiv. 4. Fejn notifika ssir permezz ta’ avviż pubbliku,
id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kif għandu jingħata l-avviż pubbliku
u għandu jiffissa l-bidu tal-perjodu ta’ xahar li meta jiskadi, id-dokument
għandu jitqies li jkun ġie notifikat.”; (68)
L-Artikoli li ġejjin 79a, 79b, 79c u 79d huma
mdaħħla: “Artikolu 79a
Notifika ta’ telf ta’ drittijiet Meta l-Aġenzija ssib li t-telf ta’ kwalunkwe
drittijiet irriżulta minn dan ir-Regolament jew l-atti delegati adottati skont
dan ir-Regolament mingħajr ma ttieħdet ebda deċiżjoni, għandu jikkomunika dan
lill-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 79. Din tal-aħħar tista’ tapplika
għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni. L-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni bħal din
fejn ma taqbilx mal-persuna li titlobha; inkella l-Aġenzija għandha temenda
s-sejba tagħha u tinforma lill-persuna li tkun qed titlob id-deċiżjoni. Artikolu 79b
Komunikazzjonijiet lill-Aġenzija Komunikazzjonijiet indirizzati lill-Aġenzija
jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi
l-firxa u l-kundizzjonijiet tekniċi li bihom dawk il-komunikazzjonijiet jistgħu
jitressqu elettronikament. Artikolu 79c
Limiti ta’ żmien 1. Il-kalkolu u t-tul tal-limiti taż-żmien
għandhom ikunu suġġetti għar-regoli adottati skont l-Artikolu 93a(f). 2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu
jistabbilixxi qabel il-bidu ta’ kull sena kalendarja l-jiem li fihom l-Aġenzija
ma tkunx miftuħa biex tirċievi d-dokumenti jew li fihom il-posta ordinarja ma
tiġix ikkonsenjata fil-lokalità li fihom l-Aġenzija tinsab. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina
d-dewmien tal-perjodu ta’ waqfien f’każ ta’ interruzzjoni ġenerali fit-twassil
ta’ posta fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija tinsab jew f’każ veru ta’
interruzzjoni ta’ konnessjoni tal-Aġenzija ma’ mezzi elettroniċi ta’
komunikazzjoni. 4. F’każ li avveniment straordinarju bħal diżastru
naturali jew strajk jinterrompi jew ifixkel il-komunikazzjoni
bejn il-partijiet fil-proċedimenti u l-Aġenzija jew viċi-versa,
id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista' jiddetermina li għall-partijiet
fil-proċedimenti li għandhom ir-residenza tagħhom jew uffiċċju reġistrat
fl-Istat ikkonċernat jew li appuntaw rappreżentant li għandu post ta'
negozju fl-Istat ikkonċernat, il-limiti kollha ta' żmien li kellhom
jiskadu fid-data jew wara d-data li fiha jkun beda dan l-avveniment,
kif iddeterminati minnu, għandhom jiġu estiżi sa data ddeterminata minnu.
Fid-determinazzjoni ta' dik id-data, huwa għandu jevalwa meta l-avveniment
eċċezzjonali jasal fi tmiem. Jekk l-avveniment jaffettwa s-sede tal-Aġenzija,
din id-determinazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv għandha tispeċifika li tapplika
fir-rigward tal-partijiet kollha fil-proċedimenti. Artikolu 79d
Korrezzjoni ta’ żbalji u żvisti manifesti L-Aġenzija għandha tikkoreġi kwalunkwe żbalji
lingwistiċi jew żbalji ta’ traskrizzjoni u żvisti manifesti fid-deċiżjonijiet
tal-Aġenzija jew żbalji tekniċi attribwibbli lill-Aġenzija fir-reġistrazzjoni
ta’ marka kummerċjali jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha.”; (69)
L-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza, il-frażi
“deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali ovvju” jiġi sostitwit b'“deċiżjoni li
jkun fiha żball ovvju”; (b)
Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza hi
sostitwita bit-test li ġej: "Il-kanċellazzjoni tad-dħul fir-reġistru jew
ir-revoka tad-deċiżjoni għandhom isiru fi żmien sena mid-data li fiha d-dħul
ikun seħħ fir-Reġistru jew li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, wara konsultazzjoni
mal-partijiet tal-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta’ drittijiet ta’
marka kummerċjali Ewropea in kwistjoni li jkunu mdaħħla fir-Reġistru.”; (c)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: '3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr
preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu appell skont l-Artikoli 58 u
65, jew għall-possibbiltà li jiġu korretti l-iżbalji u żvisti manifesti taħt
Artikolu 79d. Fejn ikun ġie ppreżentat appell kontra deċiżjoni tal-Aġenzija li
fih żball, il-proċeduri tal-appell għandhom isiru mingħajr skop meta tirrevoka
d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”; (70)
L-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: '2. Dan l-Artikolu ma għandux japplika
għall-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 29(1), l-Artikolu 33(1),
l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 41(1) u (3), l-Artikolu 47(3), l-Artikolu 60,
l-Artikolu 65(5), l-Artikolu 81, l-Artikolu 112, jew għal-limiti ta’ żmien
stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew il-limitu taż-żmien għal
pretensjoni ta’ prijorità skont l-Artikolu 34 wara li l-applikazzjoni tkun ġiet
preżentata.”; (b)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: '4. Jekk l-Aġenzija taċċetta l-applikazzjoni,
il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni tal-limitu taż-żmien għandhom ikunu
meqjusa bħala li ma kinux seħħew. Jekk ittieħdet deċiżjoni bejn l-iskadenza
tal-limitu taż-żmien li ma jkunx ġie osservat u t-talba għal-kontinwazzjoni tal-proċedimenti,
id-dipartiment kompetenti li għandu jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu
jirrevedi d-deċiżjoni u, meta l-ikkompletar tal-att imħolli barra nnifsu huwa
biżżejjed, jieħu deċiżjoni differenti. Jekk id-deċiżjoni oriġinali ma għandhiex
tinbidel, dan għandu jiġi kkonfermat bil-miktub.”; (71)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 82a li ġej: “Artikolu 82a
Interruzzjoni tal-proċedimenti Meta tinterrompi jew tkompli bil-proċedimenti,
l-Aġenzija għandha tikkonforma mal-modalitajiet stabbiliti skont Artikolu 93a(i).”;
(72)
L-Artikolu 83 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
83
Referenza għall-prinċipji ġenerali Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet proċedurali f’dan
ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija
għandha tqis il-prinċipji ta’ liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti
mill-Istati Membri.”; (73)
Fl-Artikolu 85(1), il-kliem “skont l-istess
kundizzjonijiet li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni” huwa
sostitwit bi “taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti skont Artikolu 93a(j).”; (74)
Fl-Artikolu 86(2), it-tieni sentenza għandha
tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika
responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni u għandu jikkomunika
d-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Aġenzija, il-Qorti tal-Ġustizzja u
l-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar tad-deċiżjoni għandha tiġi annessa
mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, mingħajr ebda formalità oħra ħlief
il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni.”; (75)
L-Artikolu 87 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
87
Ir-reġistru tal-marki kummerċjali Ewropej 1. L-Aġenzija għandha żżomm Reġistru, li għandu
jkun fih dawk id-dettalji li għandhom jiġu reġistrati jew inklużi skont dan
ir-Regolament jew b’att delegat adottat skont dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha
żżomm ir-Reġistru aġġornat. 2. Ir-Reġistru għandu jkun miftuħ għall-ispezzjoni
pubblika. Dan jista’ jinżamm b’mod elettroniku. 3. L-Aġenzija għandha żżomm bażi ta’ dejta
elettronika li jkun fiha l-partikolaritajiet ta’ applikazzjonijiet għal
reġistrazzjoni ta’ marki kummerċjali Ewropej u l-entrati li saru fir-Reġistru.
Il-kontenut ta’ dik il-bażi ta’ dejta jista’ jsir disponibbli għall-pubbliku.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ aċċess
għall-bażi ta’ dejta u l-mod li bih il-kontenut ta’ din il-bażi ta’ dejta
jista’ jsir disponibbli f’forma li tista’ tinqara minn magna, inklużi
l-ħlasijiet korrispondenti.”; (76)
L-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej: (a)
it-titolu “Spezzjoni ta’ fajls” jiġi sostitwit bi
“Spezzjoni u żamma ta’ fajls”; (b)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: '4. Meta l-fajls jiġu spezzjonati skont
il-paragrafi 2 jew 3, ċerti dokumenti fil-fajl jistgħu jinżammu milli jiġu
spezzjonati. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi ta’ spezzjoni. 5. L-Aġenzija għandha żżomm il-fajls ta’ kull
proċedura dwar applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea jew reġistrazzjoni
ta’ marka kummerċjali Ewropea. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina
l-għamla li fiha dawk il-fajls għandhom jinżammu. Meta l-fajls jiġu miżmuma fil-forma
elettronika, id-dokumenti oriġinali li jiffurmaw il-bażi ta’ dawn il-fajls
elettroniċi għandhom jintremew wara perjodu ta’ żmien minn meta tirċevihom
l-Aġenzija, li għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.”; (77)
L-Artikolu 89 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
89
Pubblikazzjonijiet perjodiċi 1. L-Aġenzija għandha tippubblika perjodikament: (a)
Bulettin tal-marki kummerċjali Ewropej li fih ikunu
jinsabu l-entrati mniżżla fir-Reġistru kif ukoll dettalji oħrajn li għandhom
jiġu pubblikati skont dan ir-Regolament jew permezz ta’ atti delegati adottati
skont dan ir-Regolament; (b)
Ġurnal Uffiċjali li jkun fih avviżi
u informazzjoni ta' karattru ġenerali maħruġa mid-Direttur Eżekuttiv
tal-Aġenzija, kif ukoll kull informazzjoni oħra relevanti għal dan ir-Regolament
jew għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u
(b) jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi. 2. Il-Bulettin tal-Marki Kummerċjali Ewropej
għandu jiġi ppubblikat bil-mod u l-frekwenza stabbilita mid-Direttur Eżekuttiv.
3. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li
ċerti oġġetti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fil-lingwi
uffiċjali kollha tal-Unjoni.”; (78)
L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: '2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3,
it-tieni sentenza, persuni naturali jew ġuridiċi li ma għandhom la domiċilju u
lanqas post prinċipali ta' kummerċ jew stabbiliment reali u effettiv
industrijali jew kummerċjali fl-Unjoni għandhom jiġu rappreżentati quddiem
l-Aġenzija skont l-Artikolu 93(1) f'kull proċedimenti stabbiliti minn dan
ir-Regolament, ħlief fil-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal marka
kummerċjali Ewropea. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-persuni
naturali jew ġuridiċi msemmija f’dak is-subparagrafu m’hemmx għalfejn jiġu
rappreżentati quddiem l-Aġenzija fil-każijiet previsti skont Artikolu 93a(p).”; (b)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: '4. Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti skont
Artikolu 93a(p) huma sodisfatti, għandu jinħatar rappreżentant komuni.”; (79)
L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: '1. Ir-rappreżentanza ta’ persuni naturali jew
ġuridiċi quddiem l-Aġenzija tista’ ssir biss minn; (a)
kwalunkwe prattikant legali kwalifikat fi Stat
Membru u li għandu l-post tan-negozju tiegħu ġewwa l-Unjoni, sakemm huwa
intitolat, fl-Istat imsemmi, li jaġixxi bħala rappreżentant fi kwistjonijiet
ta’ marki kummerċjali; (b)
rappreżentanti professjonali li l-ismijiet tagħhom
jidhru fil-lista aġġornata għal dan l-iskop mill-Aġenzija. Ir-rappreżentanti li jidhru quddiem l-Aġenzija
għandhom, fuq it-talba mill-Aġenzija, jippreżentawha b'awtorizzazzjoni ffirmata
li għandha tiddaħħal fil-fajls.”; (b)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: '4. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’
jagħti eżenzjoni minn: (a)
ir-rekwiżit tal-paragrafu 2(c), it-tieni
sentenza, jekk l-applikant iġib prova li huwa akkwista l-kwalifika rikjesta
b'mod ieħor; (b)
ir-rekwiżit tal-paragrafu 2(a) f’każ ta’
professjonisti kwalifikati ħafna, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti tal-paragrafi
2(b) u (c) jiġu sodisfatti.”; (c)
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: '5. Persuna tista’ titneħħa mil-lista ta’
rappreżentanti professjonali taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti skont
l-Artikolu 93a(p).”; (80)
Fit-Titolu IX għandha tiżdied it-Taqsima 5
li ġejja: "TAQSIMA 5
Konferiment tas-setgħat Artikolu 93a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-forma
tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 75; (b)
il-modalitajiet tal-proċedimenti orali u t-teħid
ta’ evidenza msemmija fl-Artikoli 77 u 78; (c)
il-modalitajiet tan-notifika msemmija fl-Artikolu
79; (d)
il-proċedura ta’ notament tat-telfa ta’ drittijiet
imsemmija fl-Artikolu 79a; (e)
ir-regoli dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni, inklużi
l-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi msemmija fl-Artikolu 79b, li għandhom
jintużaw mill-partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Aġenzija u l-formoli li
għandhom ikunu disponibbli mill-Aġenzija; (f)
ir-regoli għall-kalkolu u t-tul ta’ żmien stipulat
imsemmi fl-Artikolu 79c(1); (g)
il-proċedura għall-korrezzjoni ta’ żbalji
lingwistiċi jew żbalji ta’ traskrizzjoni u żbalji manifesti fid-deċiżjonijiet
tal-Aġenzija u żbalji tekniċi attribwibbli lill-Aġenzija fir-reġistrazzjoni ta'
marka kummerċjali jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha kif imsemmi
fl-Artikolu 79d; (h)
il-proċedura għar-revoka ta’ deċiżjoni jew
għall-kanċellament ta’ annotazzjoni fir-Reġistru kif imsemmi fl-Artikolu 80(1); (i)
il-modalitajiet ta’ interruzzjoni u tkomplija
tal-proċedimenti quddiem l-Aġenzija kif imsemmija fl-Artikolu 82a; (j)
il-proċeduri li jirrigwardaw il-qsim u l-ffissar
ta’ spejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 85(1); (k)
id-dettalji msemmija fl-Artikolu 87(1); (l)
il-proċedura għal spezzjoni tal-fajls prevista
fl-Artikolu 88, inklużi l-partijiet tal-fajl esklużi minn ispezzjoni, u
l-modalitajiet ta’ żamma ta’ fajls tal-Aġenzija previsti fl-Artikolu 88(5); (m)
il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni tad-dettalji u
annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 89(1)(a) fil-Bulettin tal-Marki
Kummerċjali Ewropej, inkluż it-tip ta’ informazzjoni, u l-lingwi li bihom dawk
id-dettalji u entrati għandhom ikunu ppubblikati; (n)
il-frekwenza, il-forma u lingwi li fihom
pubblikazzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu
89(1)(b) għandhom isiru; (o)
il-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni u
l-komunikazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri u spezzjoni
ta’ fajls minn jew permezz ta’ qrati jew awtoritajiet tal-Istati Membri skont
l-Artikolu 90; (p)
derogi mill-obbligu ta’ rappreżentazzjoni quddiem
l-Aġenzija skont l-Artikolu 92(2), il-kundizzjonijiet li taħthom rappreżentant
komuni għandu jinħatar skont l-Artikolu 92(4), il-kundizzjonijiet li taħthom
impjegati msemmija fl-Artikolu 92(3) u rappreżentanti professjonali msemmija
fl-Artikolu 93(1) għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija awtorizzazzjoni ffirmata
sabiex ikunu jistgħu jwettqu rappreżentanza, il-kontenut ta’ dik
l-awtorizzazzjoni, u l-kundizzjonijiet li taħthom persuna tista’ titneħħa
mil-lista ta’ rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(5).”; (81)
Fit-Titolu X, it-titlu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit
b’dan li ġej: “Applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar
ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u
kummerċjali”; (82)
L-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej: (a)
It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar
ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u
kummerċjali”; (b)
fil-paragrafu 1, “Regolament (KE) Nru 44/2001” jiġi
sostitwit minn “regoli tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u
l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali”; (c)
jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: '3. Referenzi f’dan ir-Regolament għar-Regolament
(KE) Nru 44/2001 għandhom jinkludu, fejn xieraq, il-ftehim bejn il-Komunità
Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u
eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali magħmul fid-19 ta’
Ottubru 2005.”; (83)
Fl-Artikolu 96(c), “Artikolu 9(3), it-tieni
sentenza” hija sostitwita bl-“Artikolu 9b (2)”; (84)
Fl-Artikolu 99, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan
li ġej: '3. Fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 96(a) u
(c), stqarrija relatata ma’ revoka jew invalidità ta’ marka kummerċjali Ewropea
mressqa b’mezz ieħor u mhux permezz ta’ kontrotalba għandha tkun ammissibbli
sakemm il-konvenut jiddikjara li d-drittijiet tal-proprjetarju ta’ marka
kummerċjali Ewropea jistgħu jiġu revokati minħabba nuqqas ta’ użu ġenwin
fiż-żmien meta saret l-azzjoni ta’ vjolazzjoni.”; (85)
L-Artikolu 100 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: '4. Il-qorti tal-marki kummerċjali Ewropej li
permezz tagħha kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
tal-marka kummerċjali Ewropea tkun ġiet preżentata ma għandhiex tipproċedi
b’eżami tal-kontrotalba, sakemm jew il-parti interessata jew il-qorti jkunu
infurmaw lill-Aġenzija dwar id-data ta’ meta tkun ġiet preżentata
l-kontrotalba. L-Aġenzija għandha tirreġistra dik l-informazzjoni fir-Reġistru.
Jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ marka
kummerċjali Ewropea hija pendenti quddiem l-Aġenzija, il-qorti għandha tkun
infurmata minnufih mill-Aġenzija u twaqqaf il-proċedimenti sakemm id-deċiżjoni
dwar l-applikazzjoni tkun finali jew sakemm l-applikazzjoni tiġi rtirata.”; (b)
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: '6. Fejn qorti ta’ marki kummerċjali Ewropej tkun
tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal revoka jew għal
invalidità ta’ marka kummerċjali Ewropea, kopja tas-sentenza għandha tintbagħat
lill-Aġenzija mingħajr dewmien, jew mill-qorti jew minn kwalunkwe
mill-partijiet tal-proċeduri nazzjonali. L-Aġenzija jew kull parti interessata
oħra, tista’ titlob informazzjoni dwar din it-trażmissjoni. L-Aġenzija għandha
ssemmi s-sentenza fir-Reġistru u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex
tikkonforma mal-parti operattiva tagħha.”; (86)
Fl-Artikolu 102, il-paragrafu 2 huwa sostitwit
b'dan li ġej: '2. Il-qorti ta’ marki kummerċjali Ewropej tista’
wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li
jkun jidhrilha xieraq skont iċ-ċirkostanzi tal-każ.”; (87)
L-Artikolu 108 huwa mħassar; (88)
Fl-Artikolu 113 (3), il-frażi “flimkien
mal-kundizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni”
jinbidel bi “flimkien mal-kundizzjonijiet formali stabbiliti skont l-Artikolu
114a”; (89)
Fl-Artikolu 114(2), il-kliem ‘ir-Regolament
tal-Implimentazzjoni’ huma sostitwiti bi ‘atti delegati adottati skont dan
ir-Regolament”; (90)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 114a li ġej: “Artikolu 114a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti formali
li magħhom applikazzjoni għal konverżjoni ta’ applikazzjoni għal marka
kummerċjali Ewropea għandhom ikunu konformi, id-dettalji tal-eżaminazzjoni
tagħha, u dawk li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni tagħha.”; (91)
Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 2 huwa sostitwit
b'dan li ġej: '2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1,
l-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali ssekondati jew persunal
ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta
deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali
fl-Aġenzija.”; (92)
Fl-Artikolu 117, il-kliem “lill-Uffiċċju” huwa
sostitwit bi “lill-Aġenzija u l-persunal tagħha”; (93)
L-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, it-tieni
sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej: “It-traduzzjoni għandha tiġi ppreżentata fiż-żmien
preskritt skont Artikolu 144a(b).”; (b)
jiżdied il-paragrafu 8 li ġej: '8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina
l-mod li bih għandhom jiġu ċċertifikati t-traduzzjonijiet.”; (94)
Fl-Artikolu 120(1), il-kliem “ir-Regolament
tal-Implimentazzjoni” huma sostitwiti b'“atti delegati adottati skont dan
ir-Regolament”; (95)
L-Artikolu 122 huwa mħassar; (96)
L-Artikolu 123 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
123
Trasparenza 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma
mill-Aġenzija. 2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli
dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. 3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont
l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta'
lment lill-Ombudsman jew azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea, skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat
rispettivament. 4.
L-ipproċessar tad-dejta personali mill-Aġenzija għandha tkun suġġetta
għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**). (*) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. (**) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.'; (97)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 123a li ġej: “Artikolu 123a
Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u
informazzjoni sensittiva mhux klassifikata L-Aġenzija
għandha tapplika l-prinċipji ta’ sigurtà li jinsabu fir-regoli ta’ sigurtà
tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-Unjoni
Ewropea (IKUE) u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit
fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (*).
L-applikazzjoni tal-prinipji tas-sigurtà għandha tkopri, fost l-oħrajn,
dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ informazzjoni
bħal din. (*) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.”; (98)
Fit-Titolu XII għandha tiżdied
it-Taqsima 1a li ġejja: “TAQSIMA 1a
Kompiti tal-Aġenzija u kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza Artikolu 123b
Kompiti tal-Aġenzija 1. L-Aġenzija għandu jkollha dawn il-kompiti li
ġejjin: (a)
l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema Ewropea
tal-marki kummerċjali Ewropej stabbilita f’dan ir-Regolament; (b)
l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema
Ewropea tad-disinn stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (*); (c)
il-promozzjoni ta’ konverġenza ta’ prattiċi u
għodod fl-oqsma tal-marki kummerċjali u d-disinnji b’kooperazzjoni mal-uffiċċji
ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju
għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux; (d)
il-kompiti msemmija fir-Regolament (UE) Nru
386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**). 2. L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’
istituzzjonijiet, awtoritajiet, korpi, uffiċċji tal-proprjetà industrijali,
organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi fir-rigward
tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1. 3. L-Aġenzija tista’ tipprovdi servizzi ta’
medjazzjoni volontarja sabiex tgħin lill-partijiet biex jilħqu ftehim
amikevoli. Artikolu 123c
Kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza ta’ prattiki u għodod 1. L-Aġenzija u l-uffiċċji għall-proprjetà
industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali
tal-Benelux għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jippromwovu l-konverġenza ta’
prattiki u għodod fil-qasam tal-marki kummerċjali u d-disinji. Din il-kooperazzjoni għandha tkopri l-oqsma ta’
attività li ġejjin: (e)
l-iżvilupp ta’ standards tal-eżaminar komuni; (f)
il-ħolqien ta’ bazijiet ta’ dejta komuni jew
konnessi u portali għal konsultazzjoni, tiftix u skopijiet ta’ elenkar
mal-Unjoni kollha; (g)
il-proviżjoni kontinwa u skambju ta’ dejta u
informazzjoni, inklużi l-għoti ta’ informazzjoni lill-bazijiet ta’ dejta u
portali msemmija fil-punt (b); (h)
l-istabbiliment ta’ standards u prattiki komuni,
bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn proċeduri u sistemi fl-Unjoni
kollha u t-titjib tal-konsistenza l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom; (i)
il-qsim ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet
tal-proprjetà industrijali u l-proċeduri, inkluż l-appoġġ reċiproku għal
helpdesks u ċentri ta’ informazzjoni; (j)
l-iskambju ta’ għarfien espert tekniku u għajnuna
b’rabta maż-żoni stabbiliti fil-paragrafi (a) sa (e). 2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, telaboraw u
tikkoordina proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni fir-rigward tal-oqsma
msemmija fil-paragrafu 1. Id-definizzjoni tal-proġett għandu jkun fiha
l-obbligi u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta' kull uffiċċju tal-proprjetà
industrijali parteċipanti tal-Istati Membri u tal-Uffiċċju għall-Proprjetà
Intellettwali tal-Benelux. 3. L-uffiċċju tal-proprjetà industrijali
tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux
għandhom jipparteċipaw b’mod effettiv fi proġetti komuni msemmija fil-paragrafu
2 bil-għan li jiġu żgurati l-iżvilupp, il-funzjonament, u l-interoperabbiltà
tagħhom, u jinżammu aġġornati. 4.
L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għal proġetti ta’ interess
komuni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2 sakemm dan ikun meħtieġ biex tiġi
żgurata parteċipazzjoni effettiva tal-uffiċċji tal-proprjetà industrijali
tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux
fil-proġetti skont it-tifsira tal-paragrafu 3. Dan l-appoġġ finanzjarju jista’
jieħu l-forma ta’ għotjiet. L-ammont totali tal-finanzjament ma għandux jaqbeż
10% tad-dħul annwali tal-Aġenzija. Il-benefiċjarji ta’ għotjiet għandhom ikunu
l-uffiċċju tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju
għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux. L-għotjiet jistgħu jingħataw
mingħajr sejħiet għall-proposti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-Aġenzija u l-prinċipji ta’ proċeduri tal-għotja li jinsabu fir-Regolament
Finanzjarju (UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) u
fir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (****). (*) ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1. (**) ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1. (***) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. (****) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.'; (99)
Fit-Titolu XII, it-Taqsimiet 2 u 3 huma sostitwiti
b’dan li ġej: "TAQSIMA 2
Bord ta’ Tmexxija Artikolu 124
Funzjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija 1. Mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet
attribwiti lill-Kumitat tal-Baġit fit-Taqsima 5, il-Bord ta’ Tmexxija għandu
jkollu l-funzjonijiet li ġejjin: (a)
fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur
Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(c), il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta
l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija għas-sena li ġejja, billi jieħu kont
tal-opinjoni tal-Kummissjoni, u għandu jgħaddi l-programm ta’ ħidma annwali
adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; (b)
fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur
Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(d) u filwaqt li jikkunsidra l-opinjoni
tal-Kummissjoni, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta programm strateġiku
pluriennali għall-perjodu l-Aġenzija, li jinkludi l-istrateġija tal-Aġenzija
għall-kooperazzjoni internazzjonali, wara skambju ta’ opinjonijiet bejn
id-Direttur Eżekuttiv u l-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew, u għandu
jgħaddi l-programm strateġiku pluriennali adottat lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; (c)
fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur
Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(f), il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta
r-rapport annwali u għandu jgħaddi r-rapport annwali adottat lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri; (d)
fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur
Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(g), il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta
l-pjan pluriennali fil-qasam tal-politika tal-persunal; (e)
il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta regoli dwar
il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-Aġenzija; (f)
f'konformità mal-paragrafu 2, għandu jeżerċita,
fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra
mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u
tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità Mogħtija
s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg ("is-setgħat tal-awtorità
tal-ħatra"); (g)
il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta l-miżuri ta’
implimentazzjoni adatti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’
Impjieg ta’ Aġenti Oħra, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; (h)
il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaħtar u jista’ jneħħi
d-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv jew Deputat Direttur Eżekuttiv
mill-kariga skont l-Artikolu 129, u għandu jaħtar il-President, il-presidenti u
l-membri tal-Bordijiet tal-Appell skont l-Artikolu 136; (i)
il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiżgura segwitu adegwat
għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-verifika
interna jew esterna u l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 165a, kif ukoll
minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF); (j)
il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun ikkonsultat qabel
l-adozzjoni ta’ linji ta’ gwida għall-eżaminazzjoni fl-Aġenzija u fil-każijiet
l-oħra msemmija f’dan ir-Regolament; (k)
il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jagħti opinjonijiet u
jagħmel talbiet għal informazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Kummissjoni
jekk huwa jqis li dan huwa meħtieġ. 2. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, skont
l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal u 142 tal-Kundizzjonijiet
tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, deċiżjoni msejsa fuq l-Artikolu 2(1)
tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
tal-Aġenti l-Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità li taħtar
lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din
id-delega ta’ poteri tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat biex
jgħaddi permezz ta’ sottodelega dawk is-setgħat. Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord
ta’ Tmexxija jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament
id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u
dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom
lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur
Eżekuttiv. Artikolu 125
Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija 1. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun kompost minn
rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti
tal-Kummissjoni u l-alternati tagħhom. 2. Bla ħsara għar-regoli proċedurali, il-membri
tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. 3. It-tul tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin.
Dan il-mandat jista' jiġġedded. Artikolu 126
Il-President tal-Bord ta’ Tmexxija 1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi president u
viċi president minn fost il-membri tiegħu. Il-viċi president għandu ex officio
jissostitwixxi liċ-chairman f'każ li dan ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet
tiegħu. 2. It-terminu tal-mandat tal-president u tal-viċi
president għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat tagħhom ikun jista’
jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija
tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu
jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku. Artikolu 127
Laqgħat 1. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom
jissejħu mill-president tiegħu. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem
fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord ta’ Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor. 3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jorganizza laqgħa
ordinarja darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva
tal-president tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew terz tal-Istati Membri. 4. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta regoli ta'
proċedura. 5. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet
tiegħu permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madanakollu,
maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu għandhom ikunu meħtieġa għal
deċiżjonijiet li l-Bord ta’ Tmexxija għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu
124(1)(a) u (b), l-Artikolu 126(1) u l-Artikolu 129(2) u (4). Fiż-żewġ każijiet
kull membru għandu biss vot wieħed. 6. Il-Bord ta’ Tmexxija jista' jistieden
osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu. 7. Is-Segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija għandu
jiġi pprovdut mill-Aġenzija. TAQSIMA 2a
Bord Eżekuttiv Artikolu 127a
Twaqqif Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jistabbilixxi Bord
Eżekuttiv. Artikolu 127b
Funzjonijiet u organizzazzjoni 1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord ta’
Tmexxija. 2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet
li ġejjin: (l)
iħejji deċiżjonijiet li jiġu adottati mill-Bord ta’
Tmexxija; (m)
jiżgura, flimkien mal-Bord ta’ Tmexxija, segwitu
adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u
evalwazzjonijiet ta’ awditi interni jew esterni, kif ukoll minn
investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF); (n)
mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet
tad-Direttur Eżekuttiv, kif stipulat fl-Artikolu 128, li jassisti u jagħti
pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord
ta’ Tmexxija, bil-għan li tissaħħaħ is-sorveljanza tal-ġestjoni
amministrattiva. 3. Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord
Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord ta’
Tmexxija, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva,
inklużi s-sospensjoni tad-delega ta’ setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra. 4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul
mill-President tal-Bord ta’ Tmexxija, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni
fil-Bord ta’ Tmexxija u tliet membri oħra maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija minn
fost il-membri tiegħu. Il-President tal-Bord ta’ Tmexxija għandu wkoll ikun
il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem
fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot. 5. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord Eżekuttiv
għandu jkun ta’ erba’ snin. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord Eżekuttiv
għandu jintemm meta s-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tieqaf. 6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jorganizza mill-inqas
laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, hu għandu jiltaqa’ fuq
l-inizjattiva tal-president tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu. 7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonforma mar-regoli
ta’ proċedura stabbiliti mill-Bord ta’ Tmexxija. TAQSIMA 3
Id-Direttur Eżekuttiv Artikolu 128
Funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv 1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur
Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti kont lill-Bord ta’ Tmexxija. 2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri
tal-Kummissjoni, il-Bord ta’ Tmexxija, u l-Kumitat għall-Baġit, id-Direttur
Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri u la għandu jfittex u
lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun
ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. 4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu b’mod
partikolari l-funzjonijiet li ġejjin: (o)
għandu jieħu kull pass meħtieġ, inkluż l-adozzjoni
ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta'
notifiki, sabiex jiżgura li l-Aġenzija tiffunzjona sew; (p)
huwa għandu jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati
mill-Bord ta’ Tmexxija; (q)
għandu jħejji abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali
li jindika r-riżorsi umani u finanzjarji stmati għal kull attività, u jressqu
quddiem il-Bord ta’ Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni; (r)
huwa għandu jħejji abbozz ta’ programm strateġiku
pluriennali, inkluża l-istrateġija tal-Aġenzija għall-kooperazzjoni
internazzjonali, u jressqu quddiem il-Bord ta’ Tmexxija wara konsultazzjoni
mal-Kummissjoni u wara skambju ta’ fehmiet mal-kumitat relevanti fil-Parlament
Ewropew; (s)
hu għandu jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali
u l-programm strateġiku pluriennali u jirrapporta lill-Bord ta’ Tmexxija dwar
l-implimentazzjoni tagħhom; (t)
huwa għandu jħejji rapport annwali dwar
l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija
għall-approvazzjoni; (u)
huwa għandu jħejji abbozz ta’ pjan pluriennali
tal-politika tal-persunal u jressaqu quddiem il-Bord ta’ Tmexxija wara
konsultazzjoni mal-Kummissjoni; (v)
huwa għandu jipprepara pjan ta’ azzjoni li jsegwi
l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditi interni jew
esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra
l-Frodi (OLAF), u għandu jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni
u lill-Bord ta’ Tmexxija; (w)
huwa għandu jipproteġi l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi u
kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk
jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u,
fejn ikun xieraq, permezz ta’ impożizzjoni ta’ pieni amministrattivi u
finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; (x)
huwa għandu jħejji strateġija kontra l-frodi
tal-Aġenzija u għandu jippreżentaha lill-Kumitat tal-baġit għall-approvazzjoni; (y)
sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi
tar-Regolament, huwa jista’ jirreferi għall-mistoqsijiet tal-Bord tal-Appell
imkabbar dwar punt ta’ liġi, b’mod partikolari jekk il-Bordijiet ta’ Appell
ikunu ħarġu deċiżjonijiet differenti dwar dak il-punt; (z)
huwa għandu jħejji l-estimi tad-dħul u tal-infiq
tal-Aġenzija u għandu jimplimenta l-baġit; (aa)
hu għandu jeżerċita s-setgħat fdati lilu
fir-rigward tal-persunal mill-Bord ta’ Tmexxija f’konformità mal-Artikolu
124(1)(f); (bb)
huwa għandu jeżerċita l-poteri mogħtija lilu
mill-Artikoli 26(3), 29(5), 30(2), 45(3), 75(2), 78(5), 79, 79b, 79c, 87(3),
88, 89, 93(4), 119(8) u 144 skont il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament u
fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament; (cc)
huwa jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu. 5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn
Viċi Direttur Eżekuttiv wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun
assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew wieħed mill-Viċi Diretturi
Eżekuttivi għandu jieħu postu skont il-proċedura stabbilita mill-Bord ta’
Tmexxija. Artikolu 129
Ħatra u tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u l-estensjoni tat-tul tal-kariga
tiegħu 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi impjegat
bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a)
tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord
ta’ Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara
proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Qabel ma jinħatar, il-kandidat
magħżul mill-Bord ta’ Tmexxija jista’ jkun mistieden jagħmel dikjarazzjoni
quddiem kwalunkwe kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb
mistoqsijiet li jsiru mill-membri tiegħu. Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur
Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord ta’
Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga
biss b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni. 3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun
ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq
valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur
Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija. 4. Il-Bord ta’ Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta
tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3,
jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn
ħames snin. 5. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie
estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga
fit-tmiem tal-perjodu globali. 6. Id-Deputat Direttur Eżekuttiv jew Deputati
Diretturi Eżekuttivi għandhom jinħatru jew jitneħħew mill-kariga kif previst
fil-paragrafu 2, wara konsultazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv jew, fejn
applikabbli, id-Direttur Eżekuttiv elett. Il-mandat tad-Deptutat Direttur
Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Dan jista’ jiġi estiż darba għal mhux
aktar minn ħames snin mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni kif
previst fil-paragrafu 4, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv.”; (100)
L-Artikolu 130 huwa emendat kif ġej: (a)
il-punt c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “(c) dipartiment fdat biż-żamma tar-Reġistru;” (b)
jiżdied il-punt (f) li ġej: “(f) kwalunkwe unità oħra jew persuna maħtura
mid-Direttur Eżekuttiv għal dak l-għan.”; (101)
Fl-Artikolu 132(2), it-tieni sentenza tiġi
sostitwita b’dan li ġej: “F’każijiet speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu
144a(c), id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.”; (102)
L-Artikolu 133 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
133
Dipartiment fdat biż-żamma tar-Reġistru 1. Id-Dipartiment fdat biż-żamma tar-Reġistru
għandu jkun responsabbli għal deċiżjonijiet li jirrigwardaw entrati
fir-Reġistru. 2. Huwa responsabbli wkoll għaż-żamma ta’ lista ta’
rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(2). 3. Id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment għandhom
jittieħdu minn membru wieħed.”; (103)
L-Artikolu 134 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: '1.
Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għandha tkun responsabbli għat-teħid ta’
deċiżjonijiet li jirrigwardaw: (a)
applikazzjoni għar-revoka jew dikjarazzjoni ta’
invalidità ta’ marka kummerċjali Ewropea, (b)
talba għal assenjament ta’ marka kummerċjali
Ewropea kif previst fl-Artikolu 18.”; (b)
fil-paragrafu 2, it-tielet sentenza tiġi sostitwita
minn dan li ġej: “F’każijiet speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu
144a(c), id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.”; (104)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 134a li ġej: “Artikolu 134a
Kompetenza Ġenerali Id-deċiżjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament
li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ eżaminatur, ta’ Diviżjoni
tal-Oppożizzjoni, ta’ Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew id-Dipartiment fdati
biż-żamma tar-Reġistru, għandhom jittieħdu minn kull uffiċjal jew unità waħda
maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak l-għan.”; (105)
L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej: (a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: '1. Il-bordijiet ta’ Appell għandhom ikunu
responsabbli sabiex jiddeċiedu dwar appelli mid-deċiżjonijiet meħuda skont
l-Artikoli 131 sa 134a.”; (b)
fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan
li ġej: “(a) mill-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell
imsemmijin fl-Artikolu 136(4)(a); jew”; (c)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: '4. Il-Bord imkabbar għandu wkoll ikun responsabbli
biex jagħti opinjonijiet motivati dwar kwistjonijiet tal-liġi riferiti lilu
mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(k).”; (d)
fil-paragrafu 5, titħassar l-aħħar sentenza; (106)
L-Artikolu 136 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
136
L-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell 1. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u
l-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, b'konformità mal-proċedura
stabbilita fl-Artikolu 129 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, għal terminu
ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux ikunu mneħħija mill-kariga matul dan
it-terminu, sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u sakemm
il-Qorti tal-Ġustizja, b'applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, ma
tkunx ħadet deċiżjoni dwar dan l-aspett. 2. Il-mandat tal-President tal-Bordijiet
tal-Appell jista’ jiġi estiż darba għal perjodu addizzjonali wieħed ta’ ħames
snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tkun milħuqa matul il-mandat
il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tiegħu
mill-Bord ta’ Tmexxija. 3. Il-mandat tal-presidenti tal-Bordijiet jista’
jiġi estiż għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin, jew sal-età tal-irtirar
jekk din l-età tkun milħuqa matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret
valutazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord ta’ Tmexxija,
soġġetti għal opinjoni favorevoli mill-President tal-Bordijiet tal-Appell. 4. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu
jkollu l-funzjonijiet maniġerjali u organizzazzjonali li ġejjin: (a)
jippresjedi l-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell
responsabbli għall-istabbiliment tar-regoli u l-organizzazzjoni tal-ħidma
tal-Bordijiet; (b)
jassigura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet
tal-awtorità; (c)
jalloka l-każijiet lil Bord fuq il-bażi ta'
kriterji oġġettivi determinati mill-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell; (d)
jgħaddi lid-Direttur Eżekuttiv tal-Bordijiet
il-ħtiġiet ta’ nfiq, bil-għan li jħejji l-estimi tan-nefqa. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu
jippresjedi fuq il-Bord imkabbar. 5. Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom
ikunu maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija għal terminu ta' ħames snin. Dan il-mandat
jista’ jiġi estiż għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin, jew sal-età
tal-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid wara li tkun saret
evalwazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord ta’ Tmexxija,
soġġetti għal opinjoni favorevoli mill-President tal-Bordijiet tal-Appell. 6. Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx
ikunu mneħħija mill-kariga sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija
u l-Qorti tal-Ġustizzja, wara li l-każ ikunu ġie referut lilha mill-Bord
ta’ Tmexxija fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet tal-Appell,
wara li jkun ikkonsulta mal-president tal-Bord li tiegħu l-membru jappartieni,
jieħu deċiżjoni għal dan l-iskop. 7. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u
l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu independenti.
Fid-deċiżjonijiet tagħhom dawn ma għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet. 8. Deċiżjonijiet meħuda minn Bord imkabbar dwar
appelli jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-liġi riferiti lilu mid-Direttur
Eżekuttiv skont l-Artikolu 135 għandhom jorbtu fuq l-istanzi tat-teħid
tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 130. 9. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u
l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma jistgħux ikunu
l-eżaminaturi jew il-membri tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Dipartiment
fdati biż-żamma tar-Reġistru jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellament.”; (107)
L-Artikolu 138 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
138
Il-Kumitat tal-Baġit 1. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jkollu
l-funzjonijiet assenjati lilu f'din it-Taqsima. 2. L-Artikoli 125, 126 u 127(1) sa (4), (6) u (7)
għandhom japplikaw għall-Kumitat tal-Baġit mutatis mutandis. 3. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jieħu
d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu.
Madanakollu, maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu għandhom ikunu
meħtieġa għad-deċiżjonijiet li l-Kumitat tal-Baġit għandu s-setgħa li jieħu
skont l-Artikoli 140(3) u 143. Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu biss vot
wieħed.”; (108)
Fl-Artikolu 139 għandu jiżdied il-paragrafu 4
li ġej: '4. L-Aġenzija għandha tħejji fuq bażi ta’ kull
sentejn rapport lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Fuq
il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni
finanzjarja tal-Aġenzija.”; (109)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 141a li ġej: “Artikolu 141a
Ġlieda kontra l-frodi 1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra
l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE)
Nru 1073/1999 l-Aġenzija għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali
tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew
ta’ kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati
kollha tal-Aġenzija bl-użu ta’ template stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim. 2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha
s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq
il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li
jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija. 3. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet,
inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u
l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament
(Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi,
korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2
u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet
internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’
għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa
lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dan l-awditjar u
l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. 5. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jadotta strateġija
kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji tal-frodi wara li jikkunsidra
l-benefiċċju relatat mal-kost tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.”; (110)
L-Artikolu 144 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu
144
Miżati 1. Minbarra l-miżati imsemmija fl-Artikoli 26(2),
36(1)(c), 41(3), 44(4), 47(1) u (3), 49(4), 56(2), 60, 81(3), 82(1), 113(1) u
147(5), għandhom jiġu imposti miżati fil-każijiet li ġejjin: (a)
il-ħruġ ta’ kopja ta’ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni; (b)
ir-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor
fir-rigward ta’ marka kummerċjali Ewropea; (c)
ir-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew ta' dritt ieħor
fir-rigward ta' applikazzjoni għal marka kummerċjali Ewropea; (d)
il-kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni ta' liċenzja
jew dritt ieħor; (e)
it-tibdil ta’ marka kummerċjali Ewropea reġistrata; (f)
il-ħruġ ta’ silta mir-Reġistru; (g)
l-ispezzjoni tal-fajls; (h)
il-ħruġ ta’ kopji ta’ dokumenti mill-fajl; (i)
il-ħruġ ta' kopji attestati tal-applikazzjoni; (j)
il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni f'fajl; (k)
reviżjoni tal-kalkoli tal-ispejjeż proċedurali li
għandhom jiġu rimborsati. 2. L-ammonti tal-miżati msemmija fil-paragrafu 1
għandhom jiġu stabbiliti f’livell sabiex jiġi żgurat li d-dħul fir-rigward
tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti biex il-baġit tal-Aġenzija jiġi
bbilanċjat filwaqt li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ eċċessi sinifikanti.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 139(4), il-Kummissjoni għandha tirrevedi
l-livell ta’ miżati jekk bilanċ favorevoli sinifikanti jsir rikorrenti. Jekk
din ir-reviżjoni ma twassalx għal tnaqqis jew modifika fil-livell ta’ miżati li
għandu l-effett li jipprevjeni akkumulazzjoni ulterjuri ta’ bilanċ favorevoli
sinifikanti, il-bilanċ favorevoli akkumulat wara r-reviżjoni għandu jiġi
trasferiti għall-baġit tal-Unjoni. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi
l-ammont li għandu jitħallas għal servizzi pprovduti mill-Aġenzija għajr dawk
imsemmija fil-paragrafu 1 u għal pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija
f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-att delegat adottat skont Artikolu
144a(d). L-ammont tat-tariffa ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri
l-ispejjeż ta’ servizz speċifiċi mogħtija mill-Aġenzija. 4. Skont il-kriterji stabbiliti fl-att delegat
adottat skont Artikolu 144a(d), id-Direttur Eżekuttiv jista’ jieħu l-miżuri li
ġejjin: (l)
jista’ jistabbilixxi liema metodi speċifiċi ta’
ħlas għajr dawk stabbiliti skont l-Artikolu 144a(d) jistgħu jintużaw, b’mod
partikolari permezz ta’ depożiti f’kontijiet kurrenti miżmumin mal-Aġenzija; (m)
jista’ jiddetermina l-ammonti li taħthom somma
eċċessiva mħallsa biex tkopri dritt jew ħlas ma titħallasx lura; (n)
jista’ jirrinunzja għall-azzjoni għall-infurzar
tal-irkupru ta’ kwalunkwe somma dovuta meta s-somma li għandha tinġabar hija
minima jew fejn dan l-irkupru huwa inċert iżżejjed. Meta l-metodi ta’ ħlas imsemmija fil-punt (a)
jistgħu jintużaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha
tali pagamenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala li saru lill-Aġenzija.”; (111)
It-taqsima 6 li ġejja hi miżjuda: "TAQSIMA 6
Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 144a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 sabiex tistabbilixxi: (a)
il-kriterji speċifiċi tal-użu tal-lingwi msemmija
fl-Artikolu 119; (b)
il-każijiet li fihom deċiżjonijiet ta’ oppożizzjoni
u kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn membru wieħed skont l-Artikolu 132(2)
u l-Artikolu 134(2); (c)
id-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet
tal-Appell, inkluż it-twaqqif u r-rwol tal-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell
imsemmija fl-Artikolu 135(3)(a), il-kompożizzjoni tal-Bord imkabbar u r-regoli
tad-diferimenti lilu kif imsemmija fl-Artikolu 135(4), u l-kundizzjonijiet li
taħthom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed skont l-Artikolu
135(2) u (5); (d)
is-sistema ta’ miżati u ħlasijiet pagabbli
lill-Aġenzija skont l-Artikolu 144, inkluż l-ammont ta’ miżati, il-metodi
tal-ħlas, il-muniti, id-data tal-għeluq għal miżati u ħlasijiet, id-data ta’
meta għandu jsir il-pagament u l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ ħlas jew ħlas tard,
u kumpens nieqes jew żejjed, is-servizzi li jistgħu jkunu mingħajr ħlas, u l-kriterji
li jiddeterminaw jekk id-Direttur Eżekuttiv jistax jeżerċita s-setgħat
stipulati fl-Artikolu 144(3) u (4).”; (112)
Fl-Artikolu 145, il-kliem “ir-Regolamenti ta’
Implimentazzjoni tiegħu” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “atti delegati
adottati skont dan ir-Regolament”; (113)
Fl-Artikolu 147, il-paragrafi 4, 5 u 6 huma
sostitwiti b’dan li ġej: '4. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni
internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' miżata lill-Aġenzija. Fejn
ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq marka kummerċjali
Ewropea ladarba tkun reġistrata, il-miżata għandha tkun dovuta fid-data ta’
reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali Ewropea. L-applikazzjoni għandha tkun
meqjusa li ma ġietx ippreżentata sakemm il-miżata meħtieġa tkun ġiet imħallsa. 5. L-applikazzjoni internazzjonali għandha
tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti skont l-Artikolu 161a(a). 6. L-Aġenzija għandha teżamina jekk
l-applikazzjoni internazzjonali tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti
fl-Artikolu 146 u fil-paragrafi 1, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu. 7. L-Aġenzija għandha tibgħat l-applikazzjoni
internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali malajr kemm jista' jkun.”; (114)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 148a li ġej: “Artikolu 148a
Notifika tal-invalidità tal-applikazzjoni jew reġistrazzjoni bażika Fi żmien ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni
internazzjonali, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Bureau Internazzjonali dwar
il-fatti u d-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-validità ta’ applikazzjoni għal
marka kummerċjali Ewropea jew ir-reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali Ewropea
li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata.”; (115)
Fl-Artikolu 149, tiżdied is-sentenza li ġejja: “It-talba għandha tissodisfa r-rekwiżiti formali
stabbiliti skont l-Artikolu 161a(c).”; (116)
L-Artikolu 154(4) huwa mħassar; (117)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 154a li ġej: “Artikolu 154a
Marki kollettivi u ta’ ċertifikazzjoni Fejn reġistrazzjoni internazzjonali hija bbażata
fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka
ta’ ċertifikazzjoni jew marka ta’ garanzija, l-Aġenzija għandha tikkonforma
mal-proċeduri previsti skont Artikolu 161a(f).”; (118)
L-Artikolu 155 huwa mħassar; (119)
L-Artikolu 156 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 2, il-kliem “sitt xhur” huma
ssostitwiti b’ “xahar”; (b)
il-paragrafu 4 jitħassar. (120)
L-Artikoli li ġejjin 158a, 158b u 158c huma
mdaħħla: “Artikolu 158a
Effett legali tar-reġistrazzjoni tat-trasferiment Ir-rekordjar ta’ tibdil fil-pussess
tar-reġistrazzjoni internazzjonali fuq ir-Reġistru Internazzjonali għandu
jkollu l-istess effett bħall-entrata tat-trasferiment fir-Reġistru skont
l-Artikolu 17. Artikolu 158b
Effetti legali ta reġistrazzjoni ta' liċenzi u drittijiet oħra Ir-rekordjar ta’ liċenzja jew restrizzjoni
tad-dritt tal-kontroll tad-detentur fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali
fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħar-reġistrazzjoni
ta’ liċenzja, dritt in rem, taxxa ta’ eżekuzzjoni jew proċedimenti ta’
insolvenza fir-reġistru skont l-Artikoli 19, 20, 21 u 22 rispettivament. Artikolu 158c
Eżaminazzjoni ta' talbiet għal reġistrazzjonijiet ta’ trasferimenti,
liċenzji u restrizzjonijiet tad-dritt tal-kontroll tad-detentur L-Aġenzija għandha tittrażmetti talbiet biex tiġi
rreġistrata bidla fil-pussess, liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt tal-kontroll
tad-detentur, l-emenda jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja jew it-tneħħija ta’
restrizzjoni tad-dritt tal-kontroll tad-detentur li ġew iffajljati miegħu
lill-Bureau Internazzjonali fil-każijiet speċifikati skont Artikolu 161a(h).”; (121)
L-Artikolu 159 huwa emendat kif ġej: (a)
fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan
li ġej: “(b) f’nomina ta’ Stat Membru parti fil-Protokoll
ta’ Madrid, sakemm fid-data meta l-konverżjoni kienet mitluba kien possibbli li
jinħatar dak l-Istat Membru direttament skont il-Protokoll ta’ Madrid.
L-Artikoli 112, 113 u 114 japplikaw.”; (b)
fil-paragrafu 2, il-kliem “jew il-Ftehim ta’
Madrid” huma mħassra; (122)
Fit-Titolu XIII għandha tiżdied
it-Taqsima 4 li ġejja: "TAQSIMA 4
Konferiment tas-setgħat Artikolu 161a
Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika: (a)
ir-rekwiżiti formali ta’ applikazzjoni
internazzjonali msemmija fl-Artikolu 147(5), il-proċedura għall-eżaminazzjoni
tal-applikazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 147(6) u l-modalitajiet
tat-trażmissjoni tal-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali
skont l-Artikolu 147(4); (b)
il-modalitajiet tan-notifika previsti fl-Artikolu
148a; (c)
ir-rekwiżiti formali ta’ talba għal estensjoni
territorjali kif imsemmi fl-Artikolu 149(2), il-proċedura għall-eżaminazzjoni
ta’ dawk il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għat-talba għal
estensjoni territorjali lill-Bureau Internazzjonali; (d)
il-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ talba għal
anzjanita skont l-Artikolu 153; (e)
il-proċeduri għall-eżaminazzjoni ta’ raġunijiet
assoluti għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 154 u għall-applikazzjoni u
l-eżaminazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 156, inkluż
il-komunikazzjonijiet kollha neċessarji li għandhom isiru lill-Uffiċċju
Internazzjonali; (f)
il-proċeduri rigward ir-reġistrazzjonijiet
internazzjonali msemmija fl-Artikolu 154a; (g)
il-każijiet fejn l-Aġenzija għandha tinnotifika
lill-Bureau Internazzjonali bl-invalidazzjoni tal-effetti ta’ reġistrazzjoni
internazzjonali skont l-Artikolu 158 u l-informazzjoni li din in-notifika
għandu jkun fiha; (h)
il-modalitajiet tat-trażmissjoni tat-talbiet
imsemmija fl-Artikolu 158c lill-Bureau Internazzjonali; (i)
il-kundizzjonijiet li magħhom talba għal
konverżjoni skont Artikolu 159(1) għandhom ikunu konformi; (j)
il-kundizzjonijiet formali ta’ applikazzjoni għal
trasformazzjoni msemmija fl-Artikolu 161 u l-proċeduri għal din
it-trasformazzjoni; (k)
il-modalitajiet ta’ komunikazzjonijiet bejn
l-Aġenzija u l-Uffiċċju Internazzjonali, inklużi l-komunikazzjonijiet li
għandhom isiru skont l-Artikoli 147(4), 148a, 153(2) u 158c.”; (123)
L-Artikolu 162 huwa mħassar; (124)
L-Artikolu 163 huwa mħassar; (125)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 163a li ġej: “Artikolu 163a
Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija
mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan
l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 24a,
35a, 45a, 49a, 57a, 65a, 74a, 74k, 93a, 114a, 144a u 161a għandha tiġi
konferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat. 3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija
fil-paragrafu 2 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament
Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa
speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara
l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità
ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 24a, 35a,
45a, 49a, 57a, 65a, 74a, 74k, 93a, 114a, 144a u 161a għandu jidħol fis-seħħ
biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew u lanqas
mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn (2)
min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk,
qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu
t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak
il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq
inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; (126)
L-Artikolu 164 huwa mħassar; (127)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 165a li ġej: “Artikolu 165a
Evalwazzjoni u reviżjoni 1. Sal-2019, u kull ħames snin minn hemm’ il
quddiem, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni dwar
l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. l-evalwazzjoni għandha tirrevedi l-qafas legali
għall-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà
industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali
tal-Benelux, b’attenzjoni partikolari għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament.
L-evalwazzjoni għandha tkompli tivvaluta l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza
tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod
partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat
tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal
din. 3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’
evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni
għandhom isiru pubbliċi. 4. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni,
għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija wara li
jitqiesu l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li
t-tkomplija tal-Aġenzija ma għadhiex iġġustifikata fir-rigward tal-għanijiet,
il-mandat u l-kompiti assenjati tagħha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament
jiġi revokat.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ
[speċifika data 90 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea]. Artikolu 1(9), (10)(b), (21), (22), (23),
(25), (26), (27), (29), (30), (31), (34), (37), (38), (41), (44), (46), (57),
(58), (59), (60), (61), (63), (64), (66), (67), (68), (69), (70), (71), (72),
(73), (75), (76), (77), (78), (79), (88), (89), (93), (94), (99) ħlief sa fejn
dan ikollu x’jaqsam mal-Artikolu 128(4)(n), (101), (103)(b), (105)(d), (112),
(113), (114), (115), (117), (120), (123) u (124) għandhom japplikaw mill-ewwel
xahar wara t-18-il xahar wara d-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu]. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President
[1] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività
tal-21 u t-22 ta’ Mejju 2007, Dokument tal-Kunsill 9427/07. [2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Aħseb l-Ewwel
fiż-Żgħir”, “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, COM (2008) 394 finali
tal-25 ta’ Ġunju 2008. [3] COM(2008)465 finali tas-16 ta’
Lulju 2008. [4] COM (2010) 546 finali tas-6 ta’
Ottubru 2010. [5] Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Li
jagħti spinta lill-kreattivita u innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir
ekonomiku, impjiegi ta’ kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell
fl-Ewropa - COM(2011) 287. [6] Ara l-aħħar studju MPI, inklużi l-Annessi, fuq
http://ec.europa.eu/internal_market/indprop/tm/index_en.htm. [7] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-25
ta’ Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tat-Trade Marks kummerċjali
fl-Unjoni Ewropea, ĠU C 140, 29.5.2010, P. 22. [8] ĠU UASI 2005, p. 1402. [9] ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1. [10] ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1. [11] ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16. [12] Il-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet
tal-Proprjetà Intellettwali, ĠU L 336, 23.12.1994, p. 213. [13] Opinjoni ta’ AG Jääskinen fil-Każ C-323/09, Interflora,
para. 9. [14] Sentenza tal-11 ta’ Settembru 2007,
il-Kawża C-17/06, Céline, Ġabra I-07041. [15] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21. [16] Is-sentenza tal-1 ta’ Diċembru 2011, Il-Kawżi C-446/09 Philips
u C-495/09 Nokia. [17] Id-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Kunsill u l-Kummissjoni
tal-Komunitajiet Ewropej imdaħħla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill, dwar
l-ewwel Direttiva tal-Kunsill li tapprossima l-liġijiet tal-Istati Membri dwar
il-marki kummerċjali adottati fil-21 ta’ Diċembru 1988. [18] Sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2012, Il-Kawża C-307/10, “IP
Translator”. [19] Il-Komunikazzjoni Nru 2/12
tal-President tal-Uffiċċju, ĠU UASI 7/2012. [20] ĠU L 303, 15.12.1995, p. 1. [21] ĠU L 303, 15.12.1995, p. 33. [22] ĠU L 28, 6.2.1996, p. 11. [23] ĠU
C 146 E, 12.6.2008, p. 79. [24] ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1. [25] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. [26] ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25. [27] COM(2008) 465. [28] ĠU C 140, 29.5.2010, p. 22. [29] COM(2011) 287. [30] ĠU L 336, 23.12.1994, p. 214. [31] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.