Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li tistabbilixxi programm ta’ appoġġ għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju /* COM/2013/0107 final - 2013/0064 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Is-sistemi bbażati fl-ispazju jippermettu
medda wiesgħa ta’ applikazzjonijiet li għandhom rwol fundamentali
fil-ħajja ta’ kuljum (it-TV, l-Internet jew il-ġeolokalizzazzjoni),
huma kruċjali għall-oqsma ewlenin tal-ekonomija, u jgħinu biex
jiżguraw is-sigurtà tagħna. L-applikazzjonijiet ibbażati
fl-ispazju u s-servizzi derivati kif ukoll ir-riċerka dwar l-ispazju saru
kruċjali għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE,
bħall-ambjent, il-bidla fil-klima, il-politiki marittimi, l-iżvilupp,
l-agrikoltura, il-politiki relatati mas-sigurtà inklużi l-PESK/PSDK, kif
ukoll it-tisħiħ tal-progress tekniku u l-innovazzjoni industrijali u
l-kompetittività. Billi d-dipendenza fuq is-servizzi
bbażati fl-ispazju dejjem qiegħda tiżdied, l-abbità li
wieħed jipproteġi l-infrastruttura spazjali saret essenzjali
għas-soċjetà tagħna. Kwalunkwe waqfien saħansitra anke ta'
parti mill-infrastrutturi spazjali jista’ jkollu konsegwenzi sinifikanti
għall-funzjonament tajjeb tal-attivitajiet ekonomiċi u s-sikurezza
taċ-ċittadini tagħna, u jfixkel il-provvista tas-servizzi
tal-emerġenza. Madankollu, l-infrastrutturi spazjali qed
jiġu mhedda aktar u aktar mir-riskju ta’ kolliżjoni bejn inġenji
tal-ispazju u b'mod aktar importanti, bejn l-inġenji tal-ispazju u
r-residwu spazjali. Fil-fatt, ir-residwu spazjali sar it-theddida l-aktar serja
għas-sostenibbiltà ta’ ċerti attivitajiet tal-ispazju. Sabiex jiġi mmitigat ir-riskju ta’
kolliżjoni huwa meħtieġ li jiġu identifikati u mmonitorjati
s-satelliti u r-residwu spazjali, jiġu kkatagolati l-pożizzjonijiet
tagħhom, u jiġu segwiti l-movimenti tagħhom (trajettorja) meta
jiġi identifikat riskju potenzjali ta’ kolliżjoni, sabiex l-operaturi
tas-satelliti jiġu mwissija biex iċaqilqu s-satelliti tagħhom.
Din l-attività hija magħrufa bħala s-sorveljanza u l-insegwiment
fl-ispazju (space surveillance and tracking - SST), u llum hija bbażata
l-aktar fuq sensers fl-art bħal pereżempju teleskopji u radars. Hemm azzjonijiet oħrajn biex jiġi
mmitigat ir-riskju mill-kolliżjonijiet jew il-konsegwenzi tagħhom.
Dawn jinkludu l-isforzi ta’ riċerka biex is-satelliti jiġu protetti
aħjar kontra l-impatti tal-kolliżjonijiet u biex jiġu
żviluppati teknoloġiji biex jitneħħa r-residwu spazjali
mill-orbiti. Barra minn hekk, hemm bosta inizjattivi li jippruvaw jiżguraw
l-impenn tan-nazzjonijiet li jivvjaġġaw fl-ispazju biex inaqqsu
l-produzzjoni tar-residwu spazjali meta jkunu qed iwettqu attivitajiet
fl-ispazju fil-livell internazzjonali. Il-Kodiċi tal-Kondotta internazzjonali
għall-Attivitajiet fl-Ispazju propost mill-Unjoni u li bħalissa qed
jiġi nnegozjat man-nazzjonijiet li jivvaġġjaw fl-ispazju s’issa
ġie appoġġat ħafna internazzjonalment. Madankollu, ikunu
kemm ikunu importanti dawn l-istrumenti jekk id-dispożizzjonijiet
tagħhom jiġu implimentati, dawn mhux se jeliminaw il-problema li
joħloq ir-residwu spazjali eżistenti u dak futur, iżda se
jnaqqsu biss it-tkabbir esponenzjali tar-residwu spazjali fil-futur. L-unika
soluzzjoni llum hija li jiġu evitati l-kolliżjonijiet u jiġi
mmonitorjat id-dħul mill-ġdid mhux kontrollat tal-inġenji
tal-ispazju jew ir-residwi tagħhom fl-atmosfera tad-Dinja. Madankollu, fl-Ewropa llum hemm
kapaċitajiet limitati għall-monitoraġġ u s-sorveljanza
tas-satelliti u r-residwu spazjali kif ukoll id-dħul mill-ġdid
tal-oġġetti spazjali fl-atmosfera tad-Dinja. Barra minn hekk, ma
jeżistu l-ebda servizzi apposta li jipprovdu twissijiet
tal-kolliżjonijiet lill-operaturi tas-satelliti. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn
strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea” (COM(2011)152) li tirrikonoxxi
kemm l-importanza tal-infrastrutturi tal-ispazju u s-servizzi derivati kif
ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-protezzjoni tagħhom,
tenfasizza li l-Unjoni għandha tiddefinixxi l-organizzazzjoni u
l-governanza ta’ sistema Ewropea għas-sorveljanza u l-insegwiment ta’
inġenji tal-ispazju filwaqt li titqies in-natura doppja tagħha u
l-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu sostenibbli tagħha
kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali adottata
f’Ottubru 2010. L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam hija
ġġustifikata bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona
fl-1.12.2009 li jespandi l-kompetenzi tal-UE fl-ispazju. L-Artikolu 189
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti s-setgħa
lill-UE li tippromwovi inizjattivi konġunti, tappoġġa
r-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi
meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-użu tal-ispazju
fil-kuntest ta’ Politika Spazjali Ewropea. Il-ħtieġa ta' azzjoni mill-UE f'dan
il-qasam ġiet appoġġata mill-Istati Membri f'bosta
Riżoluzzjonijiet u Konklużjonijiet tal-Kunsill[1]. Mill-2008, il-ħames
Kunsill tal-Ispazju kkonferma li l-Ewropa għandha “tiżviluppa
kapaċità Ewropea għall-monitoraġġ u s-sorveljanza
tal-infrastruttura spazjali tagħha u tal-fdalijiet spazjali"[2]. Ikkonferma wkoll li l-Unjoni
għandu jkollha rwol attiv fl-implimentazzjoni tas-sistema SSA u
l-mekkaniżmi ta' governanza tagħha. L-aktar reċentement,
il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2011 dwar il-Komunikazzjoni
tal-UE dwar l-istrateġija spazjali jikkonfermaw il-ħtieġa
għal kapaċità ta’ SST Ewropea biex tissaħħaħ
is-sikurezza tal-assi spazjali Ewropej u l-varar tagħhom. Dawn jistipulaw
li għal dan l-għan, “l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel
l-usa' użu possibbli ta' assi, kompetenzi u ħiliet li diġà huma
eżistenti jew li qed jiġu żviluppati fl-Istati Membri,
fil-livell Ewropew u kif adatt internazzjonalment". Ir-Riżoluzzjoni
talbet lill-UE [il-Kummissjoni Ewropea u l-EEAS], b’kooperazzjoni mill-qrib
mal-ESA u l-Istati Membri, biex tagħti l-proposti tagħha għal
skema ta’ governanza u politika dwar id-dejta li tieħu ħsieb
is-sensittività għolja tad-dejta tal-SST. Dawn l-opinjonijiet huma
kondiviżi wkoll mill-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar
l-istrateġija tal-ispazju għall-UE adottata fit-30 ta' Novembru 2011[3]. Il-progress f’żewġ programmi Ewropej
ewlenin, Galileo u Copernicus (l-isem il-ġdid tal-GMES, il-programm ta’
Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà), ukoll tejjeb
l-għarfien dwar il-ħtieġa li tiġi protetta l-infrastruttura
spazjali tal-UE. Galileo huwa l-ewwel proġett spazjali ewlieni tal-UE u se
jibqa’ wieħed mill-bażijiet ewlenin tal-intervent tal-UE fl-ispazju u
Copernicus għandu komponent kbir ibbażat fl-ispazju (is-satelliti
Sentinel). Copernicus beda bħala proġett tar-riċerka u l-iżvilupp
u reċentement daħal fil-fażi operattiva inizjali tiegħu. B’mod konformi ma’ dak li ntqal hawn fuq,
il-proposta attwali għal Deċiżjoni tikkonċerna t-twaqqif
ta’ servizz Ewropew li l-għan tiegħu jkun li jevita
l-kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ispazju jew bejn l-inġenji
tal-ispazju u r-residwu spazjali u jimmonitorja d-dħul mill-ġdid mhux
ikkontrollat ta’ inġenji tal-ispazju sħaħ jew partijiet minnhom.
F’termini tekniċi dan is-servizz jissejjaħ servizz Ewropew tal-SST. Skont l-approċċ previst fil-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea
għas-servizz taċ-ċittadini” tal-2011[4], din id-Deċiżjoni
tippermetti li tiġi definita sħubija, li permezz tagħha l-Istati
Membri se jikkontribwixxu bl-assi eżistenti u futuri tagħhom
fil-kapaċità tal-SST fil-livell Ewropew u l-Unjoni se tipprovdi qafas
legali u kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet
definiti. Il-qafas legali jiddefinixxi l-iskema ta’ governanza u l-politika
tad-dejta skont il-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas,
is-servizzi Ewropej tal-SST proposti jaħdmu lejn objettiv essenzjali
tal-politika industrijali spazjali tal-UE (identifikat fil-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar l-Elementi għal Politika Industrijali Spazjali tal-UE
li għandha toħroġ fl-2013), jiġifieri li tinkiseb
in-nondipendenza teknoloġika Ewropea f’oqsma kruċjali, u li
l-aċċess għall-ispazju jibqa’ indipendenti . 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-proposta ssegwi konsultazzjoni estensiva
mal-partijiet interessati u mal-pubbliku. Hija akkumpanjata minn valutazzjoni
tal-impatt. Matul dawn l-aħħar snin, id-DĠ
għall-Intrapriża u l-Industrija kkonsulta bosta partijiet interessati
u involuti fl-affarijiet tal-ispazju dwar oqsma varji ta’ attivitajiet
potenzjali futuri tal-UE fl-ispazju u l-aktar dwar l-iżvilupp ta’ servizz
Ewropew għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST). L-iżvilupp
ta’ tali servizz kien ukoll is-suġġett ta' dibattitu politiku fost
il-Ministri tal-UE responsabbli għall-ispazju. Il-konklużjonijiet ewlenin ta’ dawn
il-konsultazzjonijiet jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej: –
Hemm kunsens fost il-Ministri tal-Istati Membri
tal-UE u tal-ESA responsabbli għall-ispazju li l-iżvilupp ta’ servizz
Ewropew tal-STT għandu jitmexxa mill-UE u mhux mill-Aġenzija Spazjali
Ewropea (ESA). Dan il-kunsens huwa rifless fir-Riżoluzzjonijiet
tal-Kunsill imsemmija hawn fuq. Ir-raġuni sottostanti għal dan ħarġet
f’bosta diskussjonijiet: Is-servizz Ewropew tal-SST għandu dimensjoni ta’
sigurtà (jippermetti l-ġbir ta’ intelliġenza dwar l-infrastruttura u
l-operazzjonijiet tal-ispazju ċivili u militari tal-Istati) li l-UE,
għall-kuntrarju tal-ESA, għandha l-kompetenza u hija mgħammra
biex tindirizzaha. It-TFUE tagħti lill-UE l-kompetenza biex tikkoordina
l-użu tas-sistemi spazjali u għandha wkoll kompetenza u
mekkaniżmi stabbiliti biex tindirizza d-dimensjoni tas-sigurtà ta’ tali
servizz; L-Istati Membri jqisu li l-ESA għandha tappoġġa lill-UE
f’dan il-kompitu (u qed tappoġġaha permezz tal-programm ta’
tħejjija SSA tagħha) iżda, bħala organizzazzjoni
tar-Riċerka u l-Iżvilupp, ma għandhiex il-kompetenza u
l-mekkaniżmi meħtieġa biex tistabbilixxi u tmexxi servizzi
Ewropew tal-SST waħedha. –
B’mod partikolari, l-Istati Membri jitolbu lill-UE
biex tiddefinixxi l-politika tal-governanza u tad-dejta għal servizz
Ewropew tal-SST, biex ikollha rwol attiv fit-twaqqif tas-servizz, u biex
tuża s-sensers u l-għarfien espert eżistenti bl-aħjar mod
possibbli. L-Istati Membri huma wkoll espliċiti dwar kif għandu
jitqies it-tħassib dwar is-sigurtà: is-sensers tal-SST għandhom
jibqgħu taħt kontroll nazzjonali. Il-kunfidenzjalità
tal-informazzjoni tal-SST ġiet definita bħala prinċipju ewlieni
għall-politika tad-dejta tal-SST. L-informazzjoni tal-SST għandha
tiġi deklassifikata biss skont il-każ meta jkun hemm
il-ħtieġa. –
Hemm kunsens fost l-Istati Membri u l-esperti
tal-UE u tal-ESA li servizz Ewropew futur tal-SST għandu jikkapitalizza u
jibni fuq l-assi eżistenti tas-sensers li għandhom jitlaqqgħu
flimkien u jiġu operati bħala netwerk. Hemm ukoll qbil fir-rigward
tal-fatt li l-assi attwali mhumiex biżżejjed biex jiżguraw
il-livell mixtieq ta' prestazzjoni. Biex jintlaħaq il-livell mixtieq se
jkun hemm bżonn li jinbnew u jiġu integrati assi ġodda
(bħal pereżempju radars u teleskopji għall-insegwiment u
s-sorveljanza) f’sistema Ewropea tal-SST. L-Istati Membri li għandhom
kapaċità f’termini ta’ sensers u dawk li jixtiequ jiżviluppawha
għandu jkollhom rwol ewlieni fit-twaqqif tas-servizz Ewropew tal-SST. –
Hemm ukoll kunsens fost l-Istati Membri u l-esperti
f’dan il-qasam li t-twaqqif u t-tħaddim ta’ servizz Ewropew tal-SST,
jeħtieġ minn tal-inqas li: · Jitlaqqgħu l-assi limitati eżistenti (l-aktar it-teleskopji u
r-radars bbażati fl-art biex jiġbru l-informazzjoni dwar
il-pożizzjoni tas-satelliti) u jiżdiedu dawn il-kapaċitajiet
billi jinbnew u jitlaqqgħu assi ġodda (funzjoni tas-sensers); · Tiġi żviluppata funzjoni tal-ipproċessar li
tgħaqqad u tanalizza d-dejta tal-SST miġbura (funzjoni
tal-ipproċessar); · Jiġi stabbilit front desk 24/7 li jifforma r-rabta mal-utenti u
joħroġ twissijiet dwar ir-riskji ta’ kolliżjonijiet u dħul
mill-ġdid lill-operaturi tas-satelliti u lill-awtoritajiet pubbliċi
rilevanti. –
Matul diskussjonijiet li ħadu s-snin, l-Istati
Membri li huma fil-pussess ta' assi rilevanti għall-SST insistew fuq
aspett ta' governanza kruċjali wieħed: Minħabba t-tħassib
dwar is-sigurtà, il-funzjonijiet tas-sensers u tal-ipproċessar ta’ sistema
Ewropea futura tal-SST għandhom jibqgħu taħt il-kontroll
tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (f’xi każijiet l-awtoritajiet
militari). Il-maġġoranza tal-Istati Membri jappoġġaw l-idea
li, għall-iskop li jiġi stabbilit servizz Ewropew tal-SST, dawk
l-Istati Membri li għandhom assi eżistenti jew ġodda
jistgħu jiffurmaw konsorzju biex imexxi, bħala netwerk, il-funzjoni
tas-sensers u l-funzjoni tal-ipproċessar. L-Istati Membri huma wkoll
tal-opinjoni li l-funzjoni tal-front desk għandha titmexxa mill-konsorzju
nnifsu jew minn korp ieħor bi kredenzjali xierqa tas-sigurtà, bħal
pereżempju ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess
ħin, għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri
għamluha ċara li mhux se jikkollaboraw ma’ attur kummerċjali
f’dan il-qasam. –
Hemm kunsens li l-iżvilupp ta’ servizz Ewropew
tal-SST għandu jsir b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti
tal-Amerika. –
L-Istati Membri huma lesti li jagħmlu l-assi
tagħhom disponibbli għat-twaqqif tas-servizz Ewropew tal-SST. Huma
tal-opinjoni li, bħala azzjoni reċiproka, l-iżvilupp tas-servizz
għandu jinvolvi l-finanzjament tal-UE u għandu, minn tal-inqas,
ikopri l-operazzjonijiet marbuta direttament mat-twaqqif tas-servizz. Apparti
li jagħmlu l-assi tagħhom disponibbli, l-Istati Membri huma lesti li
jikkontribwixxu għalih finanzjarjament. Il-konsultazzjoni wriet ukoll li l-opinjoni
pubblika hija konxja bil-ħtieġa li tiġi protetta
l-infrastruttura spazjali u tappoġġaha. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-bażi legali għall-proposta
tal-Kummissjoni hija l-Artikolu 189(2) TFUE. Il-proposta tieħu l-forma ta’
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. It-test għandu ambitu
ġenerali u l-kontenut tiegħu għandu japplika direttament
fl-Istati Membri kollha, għalkemm il-parteċipazzjoni fit-twaqqif u
t-tħaddim tas-sistema Ewropea tal-SST mhumiex obbligatorji. Il-proposta tiddefinixxi l-objettivi
tal-azzjoni proposta, jiġifieri, il-provvista ta’ servizzi tas-Sorveljanza
u l-Insegwiment fl-Ispazju, l-ambitu tas-servizzi li għandhom jiġu
pprovduti, l-aspetti tal-governanza, kif ukoll ir-riżorsi baġitarji.
It-test ewlieni jinkludi anness dwar il-prinċipji tal-politika tad-dejta
tal-SST li jifforma parti integrali minnu. Il-proposta tikkonforma mal-prinċipji
tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. L-objettiv tal-proposta, jiġifieri
li tappoġġa it-twaqqif ta’ servizzi Ewropej tal-SST permezz
tal-federazzjoni tal-assi nazzjonali eżistenti, jmur lil hinn
mill-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta’ Stat Membru li
jaġixxi waħdu u jista’ biss jinkiseb b’mod sodisfaċenti
fil-livell tal-Unjoni. Fir-rigward tal-proporzjonalità, l-azzjoni tal-Unjoni ma
tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv
tal-proposta sakemm il-baġit ippjanat jikkorrispondi mal-kostijiet stmati
wara analiżijiet estensivi u meta l-mudell ta’ governanza użat jidher
li jkun l-aktar xieraq. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-programm tal-SST jidħol fil-pakkett
baġitarju globali tal-UE propost mill-Kummissjoni għall-QFP li jmiss.
Ma jsiru l-ebda talbiet għal finanzjament lil hinn mill-proposta tal-QFP.
L-Artikolu 11(1) tal-proposta jispeċifika li l-finanzjament
għall-programm ta’ appoġġ għall-SST għandu
jittieħed minn programmi rilevanti oħra li jikkonformaw bis-sħiħ
mal-bażi legali tagħhom. L-Unjoni se tappoġġa l-attivitajiet
permezz ta’ għotjiet (inklużi somom fissi). Il-benefiċjarji ta’
tali għotjiet se jkunu l-Istati Membri parteċipanti li
jikkontribwixxu lis-sistema Ewropea tal-SST permezz tal-assi nazzjonali kif
ukoll l-EUSC li jikkoopera mal-Istati Membri parteċipanti fit-twaqqif u
t-tħaddim tal-funzjoni tas-servizz tal-SST kif imsemmi
fl-Artikolu 3(c) li jkollu l-funzjoni ta’ “Front Desk” tal-UE.
Il-kontribuzzjoni globali indikattiva tal-Unjoni għall-implimentazzjoni
tal-programm ta’ appoġġ hija ta’ EUR 70 miljun matul
il-perjodu mill-2014 sal-2020 bil-prezzijiet attwali. Madankollu, din
il-kontribuzzjoni globali tiddependi fuq ir-riżultat tal-proċess ta’
kodeċiżjoni li għaddej dwar l-QFP u l-programmi relatati tal-QFP
li minnhom jista’ jittieħed il-finanzjament għall-programm ta’
appoġġ għall-SST. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni se
tiddependi fuq deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu f’kull
wieħed mill-programmi rilevanti li jikkonċernaw l-użu tal-finanzjament
għall-attivitajiet li għandhom jiġu kofinanzjati mill-programm
ta’ appoġġ għall-SST. Il-kostijiet stmati tal-programmi huma
r-riżultat ta’ analiżijiet u diskussjonijiet estensivi ma’ esperti,
b’mod partikolari mill-aġenziji spazjali jew korpi simili mill-Istati
Membri u mill-ESA. 2013/0064 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL Li tistabbilixxi programm ta’
appoġġ għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 189(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[6], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Fil-Komunikazzjoni
tagħha msejħa “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea
għas-servizz taċ-ċittadini”[7],
il-Kummissjoni enfasizzat li l-kompetenza kondiviża fil-qasam tal-ispazju
mogħtija lill-Unjoni bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(TFUE) hija marbuta mill-qrib ma’ sħubija msaħħa mal-Istati
Membri. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-azzjonijiet ġodda kollha
għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżorsi eżistenti u fuq
l-indentifikazzjoni konġunta ta' fejn huma meħtieġa riżorsi
ġodda. (2) Fir-Riżoluzzjoni
tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2008, “Jitwettaq progress
fil-Politika Spazjali Ewropea”[8],
il-Kunsill ifakkar li l-assi spazjali saru indispensabbli għall-ekonomija
tagħna u li s-sigurtà tagħhom għandha tiġi żgurata.
Huwa jenfasizza l-“ħtieġa għall-Ewropa […] li tiżviluppa
kapaċità Ewropea għall-monitoraġġ u s-sorveljanza
tal-infrastruttura spazjali tagħha u tal-fdalijiet spazjali, inizjalment
ibbażata fuq assi eżistenti nazzjonali u Ewropej, waqt li tibbenefika
minn relazzjonijiet li setgħu kienu diġà stabbiliti ma' nazzjonijiet
sħab oħrajn u l-kapaċitajiet tagħhom”. (3) Fir-Riżoluzzjoni
tiegħu “Sfidi globali: nieħdu vantaġġ sħiħ
mis-sistemi spazjali Ewropej”[9]
tal-25 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill jirrikonoxxi
l-ħtieġa għal kapaċità futura ta’ għarfien
tas-sitwazzjonijiet fl-ispazju (aktar 'il quddiem imsejjaħ “SSA”)
bħala attività fil-livell Ewropew għall-iżvilupp u l-użu
tal-assi ċivili u militari nazzjonali u Ewropej eżistenti, u
tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill biex jipproponu skema ta’
governanza u politika tad-dejta li jippermettu lill-Istati Membri
jikkontribwixxu permezz tal-kapaċitajiet nazzjonali rilevanti skont
ir-rekwiżiti u r-regolamenti ta’ sigurtà applikabbli. Tistieden ukoll
“lill-atturi istituzzjonali Ewropej kollha biex jesploraw miżuri adatti”
li jkunu bbażati fuq rekwiżiti ċivili u militari tal-utenti
definiti, jużaw l-assi rilevanti skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà
applikabbli, u jqisu l-iżviluppi bikrija mill-programm ta’ tħejjija
tal-SSA tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). (4) Il-konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2011 dwar il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea
għas-servizz taċ-ċittadini”[10]
u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2011
“Orjentazzjonijiet dwar il-valur miżjud u l-benefiċċji
tal-ispazju għas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej”[11] tennew il-“ħtieġa
għal kapaċità effettiva għal Għarfien tas-Sitwazzjoni
Spazjali (SSA) bħala attività fil-livell Ewropew”, u talbet lill-Unjoni
biex “tagħmel l-usa' użu possibbli ta' assi, kompetenzi u ħiliet
li diġà huma eżistenti jew li qed jiġu żviluppati fl-Istati
Membri, fil-livell Ewropew u kif adatt internazzjonalment”. Filwaqt li
rrikonoxxa n-natura ta’ użu doppju ta’ tali sistema u qies id-dimensjoni
ta’ sigurtà partikolari tagħha, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni
“f'kollaborazzjoni mar-Rappreżentant Għoli [tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà], f'kooperazzjoni
mill-qrib mal-ESA u l-Istati Membri, li huma s-sidien ta' tali assi u
għandhom kapaċitajiet u f'konsultazzjoni mal-atturi kollha involuti,
biex jippreżentaw proposti għall-isfruttament ta' u l-bini fuq dawn
l-assi u l-kapaċitajiet sabiex tiġi żviluppata kapaċità
għal Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali (SSA) bħala attività
fil-livell Ewropew u f'dak il-kuntest, biex jiddefinixxu politika adatta ta'
governanza u dejta b'kont meħud tas-sensittività kbira tad-dejta tas-SSA”. (5) Ir-residwu spazjali sar
l-aktar theddida serja għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju.
Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit programm ta’
appoġġ għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (aktar ’il
quddiem imsejjaħ l-“SST”) bl-għan li jappoġġa t-twaqqif u
t-tħaddim ta’ servizzi li jikkonsistu mill-monitoraġġ u
l-ispezzjoni ta’ oġġetti spazjali bl-għan li tiġi evitata
l-ħsara lill-inġenji tal-ispazju li tirriżulta minn
kolliżjonijiet, kif ukoll biex tiġi evitata l-ħsara lill-infrastruttura
fl-art jew lill-popolazzjoni umana bħala riżultat ta’ dħul
mill-ġdid mhux kontrollat ta’ inġenji tal-ispazju sħaħ jew
ir-residwu spazjali tagħhom fl-atmosfera tad-Dinja. (6) Il-provvista ta’ servizzi
tal-SST se jibbenefikaw minnha l-operaturi pubbliċi u privati kollha
tal-infrastruttura bbażata fl-ispazju, inkluża l-Unjoni fid-dawl
tar-responsabbiltajiet tagħha għall-programmi tal-ispazju tal-EU -
is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u
Galileo implimentati permezz tar-Regolament (KE) Nru 683/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar
implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita
(EGNOS u Galileo)[12]
u Copernicus/GMES stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm
Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali
tiegħu (2011-2013)[13].
It-twissijiet ta’ dħul mill-ġdid se jgawdu wkoll minnhom
l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-protezzjoni ċivili. (7) Is-servizzi tal-SST
għandhom ikunu kumplimentari għall-attivitajiet tar-riċerka
relatati mal-protezzjoni tal-infrastruttura bbażata fl-ispazju mwettqa
taħt il-programm Horizon 2020 stabbilit mir-[referenza
għar-Regolament tal-Horizon 2020 li għandha tiġi
miżjuda ladarba jiġi adottat ir-Regolament], kif ukoll
għall-attivitajiet tal-Aġenzija Spazjali Ewropea f’dan il-qasam. (8) Il-programm ta’
appoġġ għall-SST għandu wkoll ikun kumplimentari
għall-miżuri ta’ mitigazzjoni eżistenti bħal
pereżempju l-linji gwida tan-Nazzjonjiet Uniti (NU)
għall-mitigazzjoni tar-residwu spazjali jew inizjattivi oħra,
bħal pereżempju l-proposta tal-Unjoni għal Kodiċi ta’
Kondotta internazzjonali dwar l-attivitajiet tal-ispazju. (9) Ir-rekwiżiti tal-utent
ċivili u militari tal-SSA ġew definiti fid-dokument ta’ ħidma
tal-persunal “Rekwiżiti tal-utenti ċivili-militari ta’ livell
għoli għall-għarfien tas-sitwazzjonijiet fl-ispazju
Ewropew"[14]
approvati mill-Istati Membri fil-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-Kunsill
tat-18 ta’ Novembru 2011[15].
Il-provvista tas-servizzi tal-SST għandha sservi skopijiet ċivili
biss. Ir-rekwiżiti purament militari ma għandhomx jiġu
indirizzati b’din id-Deċiżjoni. (10) It-tħaddim tas-servizzi
tal-SST għandu jkun ibbażat fuq sħubija bejn l-Unjoni u l-Istati
Membri u għandu juża l-għarfien espert u l-assi nazzjonali
eżistenti kif ukoll dawk futuri, bħal pereżempju l-kompetenza
fir-rigward tal-analiżi u l-immudellar matematiċi, radars jew
teleskopji bbażati fl-art magħmula disponibbli mill-Istati Membri
parteċipanti. L-Istati Membri iżommu l-pussess u l-kontroll tal-assi
tagħhom u jibqgħu disponibbli għall-operazzjonijiet,
il-manutenzjoni u t-tiġdid tagħhom. (11) Iċ-Ċentru
Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC), aġenzija tal-Unjoni li twaqqfet
permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill
tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istabbiliment ta' Ċentru
Satellitari tal-Unjoni Ewropea (2001/555/CFSP)[16]
li tipprovdi servizzi u prodotti ta’ informazzjoni dwar l-immaġini
ġeospazjali b’livelli varji ta’ klassifikazzjoni lill-utenti ċivili u
militari, jista’ jkun responsabbli għat-tħaddim u l-provvista
tas-servizzi tal-SST. L-għarfien espert tiegħu
fl-immaniġġjar tal-informazzjoni kunfidenzjali f’ambjent sigur u r-rabtiet
istituzzjonali stretti mal-Istati Membri huwa vantaġġ li
jiffaċilita l-provvista tas-servizzi tal-SST. Prekundizzjoni
għall-parteċipazzjoni tal-EUSC fil-programm ta’ appoġġ
għall-SST hija l-emenda tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill li attwalment
ma tipprevedix azzjoni tal-EUSC fil-qasam tal-SST. (12) Informazzjoni
preċiża dwar in-natura, l-ispeċifikazzjonijiet u
l-pożizzjoni ta’ ċerti oġġetti spazjali tista’ taffettwa
s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha. Għalhekk,
għandhom jitqiesu kunsiderazzjonijiet xierqa dwar is-sigurtà fit-twaqqif u
t-tħaddim tan-netwerk tas-sensers tal-SST, il-kapaċità li tiġi
pproċessata u analizzata d-dejta tal-SST u l-provvista tas-servizzi
tal-SST. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti
dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-użu u l-iskambju sigur
tad-dejta u l-informazzjoni tal-SST bejn l-Istati Membri, l-EUSC u dawk li
jirċievu s-servizzi tal-SST f'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
għandhom jiddefinixxu l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni
meħtieġa biex jiġu indirizzati l-kwisjonijiet relatati
mas-sigurtà tal-programm ta’ appoġġ għall-SST. (13) L-Istati Membri
parteċipanti u l-EUSC għandhom ikunu responsabbli għan-negozjati
u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijeit dwar l-użu u l-iskambju
sigur tad-dejta u l-informazzjoni tal-SST. Id-dispożizzjonijiet dwar
l-użu u l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni tal-SST stabbiliti f'din
id-Deċiżjoni u fil-ftehim bejn l-Istati Membri parteċipanti u
l-EUSC għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà tad-dejta
tal-SST approvati mill-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Kunsill. [17] (14) Il-Kumitat dwar is-Sigurtà
tal-Kunsill irrakkomanda l-ħolqien ta’ struttura
għall-immaniġġjar tar-riskji sabiex jiġi żgurat li
l-kwistjonijiet dwar is-sigurtà tad-dejta jitqiesu kif dovut
fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ għall-SST. Għal
dan l-iskop, l-istrutturi u l-proċeduri xierqa
għall-immaniġġjar tar-riskji għandhom jiġu stabbiliti
mill-Istati Membri parteċipanti u l-EUSC. (15) Il-programm ta’
appoġġ għall-SST għandu jiġi ffinanzjat mill-Unjoni
skont ir-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[18]. Il-finanzjament tal-Unjoni
għall-programm ta’ appoġġ għall-SST għandu
jittieħed mill-programmi rilevanti previsti fil-qafas finanzjarju
pluriennali għall-2014-2020. (16) L-interessi finanzjarji
tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri
proporzjonali tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludu
l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta'
fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin
u, fejn xieraq, sanzjonijiet. (17) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din
id-Deċiżjoni fir-rigward l-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma
pluriennali u l-konformità tal-Istati Membri mal-kriterji
għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ appoġġ
għall-SST, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni
lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati
skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati
Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’
implimentazzjoni[19]. (18) Billi l-objettivi ta’ din
id-Deċiżjoni, jiġifieri l-appoġġ tal-azzjonijiet li
fil-mira għandhom it-twaqqif u t-tħaddim tan-netwerk ta' sensers,
l-istabbiliment tal-kapaċità li tiġi pproċessata u analizzata
d-dejta tal-SST, u t-twaqqif u t-tħaddim tas-servizzi tal-SST, ma
jistgħux jinkisbu sa livell sodisfaċenti mill-Istati Membri
minħabba li jmorru lil hinn mill-kapaċitajiet finanzjarji u
tekniċi tal-Istati Membri li jaġixxu waħedhom, u għalhekk,
minħabba l-iskala tad-Deċiżjoni, jistgħu jinkisbu
aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont
il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5
tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Stabbiliment tal-programm Programm ta’
appoġġ għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (aktar ’il
quddiem imsejjaħ l-“SST”) huwa stabbilit għall-perjodu
mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2020. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din
id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li
ġejjin: (1)
“Oġġett spazjali” tfisser kwalunkwe
oġġett magħmul mill-bniedem jew naturali fl-ispazju. (2)
“Inġenju tal-ispazju” tfisser kwalunkwe
oġġett magħmul mill-bniedem li jkollu skop speċifiku,
inklużi s-satelliti artifiċjali; (3)
“Residwu spazjali” tfisser l-inġenji
tal-ispazju jew il-partijiet tagħhom li ma għadx għandhom skop
speċifiku, inklużi l-partijiet ta’ rokits jew satelliti
artifiċjali, jew satelliti artifiċjali inattivi; (4)
“Senser tal-SST” tfisser mezz jew kumbinazzjoni ta’
mezzi, bħal pereżempju radars u teleskopji bbażati fl-art jew
fl-ispazju, bil-kapaċità li jkejlu parametri fiżiċi relatati
mal-oġġetti spazjali, bħad-daqs, il-pożizzjoni u
l-veloċità; (5)
“Dejta tal-SST” tfisser parametri fiżiċi
tal-oġġetti spazjali miksuba mis-sensers tal-SST. (6)
“Informazzjoni tal-SST” tfisser dejta tal-SST
ipproċessata li tkun tista’ tinftiehem malajr minn min qed jirċeviha. Artikolu 3 Objettivi tal-programm ta’
appoġġ għall-SST L-objettivi tal-Programm ta’ Appoġġ
għall-SST għandhom ikunu l-appoġġ ta’ azzjonijiet immirati
lejn l-istabbiliment ta’ kapaċità tal-SST u, b’mod partikolari: (a)
it-twaqqif u t-tħaddim ta’ funzjoni
tas-sensers li tikkonsisti minn netwerk ta’ sensers nazzjonali eżistenti
bbażati fl-art jew fl-ispazju biex jispezzjonaw u jsegwu
l-oġġetti spazjali; (b)
it-twaqqif u t-tħaddim ta’ funzjoni
tal-ipproċessar għall-ipproċessar u l-analiżi tad-dejta
tal-SST miġbura mis-sensers, inkluża l-kapaċità li tikxef u
tidentifika l-oġġetti spazjali u li tibni u żżomm katalogu
tagħhom; (c)
it-twaqqif u t-tħaddim ta’ funzjoni
tas-servizzi biex tipprovdi s-servizzi tal-SST lill-operaturi tal-inġenji
tal-ispazju u lill-awtoritajiet pubbliċi. Artikolu 4 Servizzi tal-SST 1. Is-servizzi msemmija
fil-punt (c) tal-Artikolu 3 għandhom jikkonsistu f’dawn li
ġejjin: (a)
il-valutazzjoni tar-riskji ta’ kolliżjoni bejn
inġenji tal-ispazju jew bejn inġenju tal-ispazju u r-residwu spazjali
u l-ġenerazzjoni ta’ twissijiet għall-evitar tal-kolliżjonijiet
matul il-varar u t-tħaddim fl-orbita tal-inġenji tal-ispazju; (b)
il-kxif u l-valutazzjoni tar-riskji
tal-esplożjonijiet, it-tifrik jew il-kolliżjonijiet fl-orbita; (c)
il-valutazzjoni tar-riskji u t-twissijiet relatati
mad-dħul mill-ġdid ta’ oġġetti spazjali u residwu spazjali
fl-atmosfera tad-Dinja u l-previżjoni tal-ħin u l-pożizzjoni
tal-impatt; 2. Is-servizzi tal-SST
għandhom jiġu pprovduti lill-Istati Membri, lill-Kunsill,
lill-Kummissjoni, lill-EEAS, lill-operaturi tal-inġenji tal-ispazju
pubbliċi u privati u lill-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli
għall-protezzjoni ċivili. Is-servizzi tal-SST għandhom jiġu
pprovduti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-użu u
l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni tal-SST stabbiliti fl-Artikolu 9. 3. L-Istati Membri
parteċipanti, l-EUSC u l-Kummissjoni ma għandhomx ikunu responsabbli
għal kwalunkwe ħsara li tirriżulta min-nuqqas jew
l-interruzzjoni tal-provvista tas-servizzi tal-SST, minn dewmien fil-provvista
tagħhom jew min-nuqqas ta' eżattezza tal-informazzjoni pprovduta
permezz tas-servizzi tal-SST. Artikolu 5 Azzjonijiet li għandhom jiġu
appoġġati mill-programm 4. Il-programm ta’
appoġġ għall-SST għandu jipprovdi appoġġ
għall-azzjonijiet immirati lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti
fl-Artikolu 3, previsti fil-programm ta’ ħidma msemmi
fl-Artikolu 6(2) u bil-kundizzjonijiet speċifiċi msemmijin
fl-Artikolu 7. 5. Il-Programm ta’
Appoġġ għall-SST ma għandux jipprovdu appoġġ
għall-iżvilupp ta’ sensers tal-SST ġodda. 6. L-Unjoni għandha
tikkofinanza l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, inkluż permezz
ta’ għotjiet skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012. Artikolu 6 Rwol tal-Kummissjoni Ewropea 1. Il-Kummissjoni għandha: (a)
tamministra l-fondi li għandhom jingħataw
lill-programm ta’ appoġġ għall-SST u tiżgura
l-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ għall-SST; (b)
tieħu l-miżuri meħtieġa biex
tidentifika, tikkontrolla, timmitiga u timmonitorja r-riskji assoċjati
mal-programm; (c)
tistabbilixxi, b’kooperazzjoni mas-Servizzi Ewropew
għall-Azzjoni Esterna, il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni
meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-programm. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu programm ta’ ħidma
pluriennali għall-programm ta’ appoġġ għall-SST li
jikkumplimenta, kif xieraq, il-programmi ta’ ħidma previsti fil-programmi
msemmijin fl-Artikolu 11(1). Il-programm ta’ ħidma għandu
jispeċifika l-objettivi li għandhom jinkisbu, ir-riżultati
mistennija, l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, l-iskeda ta'
żmien għall-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, il-metodu
tal-implimentazzjoni, ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-Unjoni u
l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-għotjiet
tal-Unjoni fil-programm ta’ appoġġ għall-SST. Dawk l-atti ta'
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta'
eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). Artikolu 7 Parteċipazzjoni tal-Istati Membri 1. L-Istati Membri li jixtiequ
jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti
fl-Artikolu 3 għandhom iressqu applikazzjoni lill-Kummissjoni li turi
l-konformità mal-kriterji li ġejjin: (d)
il-pussess ta’ sensers tal-SST u riżorsi umani
u tekniċi xierqa biex iħaddmuhom jew kapaċitajiet
tal-ipproċessar tad-dejta; (e)
it-twaqqif ta’ pjan ta’ azzjoni
għall-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-konformità
tal-Istati Membri mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta'
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta'
eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). 3. L-Istati Membri li
jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom
jikkonkludu l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 10. 4. L-Istati Membri li
jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u li huma partijiet
fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 10 għandhom ikunu eliġibbli
għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-programm ta’ appoġġ
għall-SST. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna
l-lista tal-Istati Membri fil-websajt tagħha. Artikolu 8 Parteċipazzjoni
taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni
Ewropea (EUSC) għandu jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-objettiv
stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3 u għandu jkun
eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-programm ta’
appoġġ għall-SST bil-kundizzjoni li jiġi konkluż
il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 10. Artikolu 9 Użu u skambju tad-dejta u
l-informazzjoni tal-SST L-użu u l-iskambju tad-dejta u
l-informazzjoni tal-SST għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni
tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 3 għandhom ikunu
soġġetti għar-regoli li ġejjin: (d)
Il-kxif mhux awtorizzat ta’ dejta u informazzjoni
għandu jiġi evitat filwaqt li jitħallew isiru
biżżejjed operazzjonijiet u jiġi massimizzat l-użu
tal-informazzjoni ġġenerata; (e)
is-sigurtà tad-dejta tal-SST għandha tiġi
żgurata; (f)
L-informazzjoni ġġenerata fil-qafas
tal-programm ta’ appoġġ għall-SST għandha tkun disponibbli
fuq bażi ta' x'hemm bżonn li jiġi magħruf, skont
l-istruzzjonijiet u r-regoli ta' sigurtà ta' min jagħti l-informazzjoni u
tas-sid tal-oġġett spazjali kkonċernat. Artikolu 10 Koordinazzjoni tal-attivitajiet
operattivi L-Istati Membri li jikkonformaw mal-kriterji
stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u l-EUSC għandhom jikkonkludu ftehim li
jistabbilixxi r-regoli u l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni
tagħhom fl-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
B’mod partikolari, dak il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet
dwar dan li ġej: (g)
l-użu u l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni
tal-SST filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet "Politika tad-dejta
dwar l-Għarfien tas-Sitwazzjonijiet fl-Ispazju - Rakkomandazzjonijiet dwar
l-aspetti tas-sigurtà” approvati mill-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Kunsill[20]; (h)
it-twaqqif ta’ struttura
għall-immaniġġjar tar-riskji biex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-iskambju
sigur tad-dejta u l-informazzjoni tal-SST. Artikolu 11 Finanzjament tal-programm ta’
appoġġ għall-SST 1. Il-finanzjament tal-Unjoni
għall-programm ta’ appoġġ għall-SST għandu
jittieħed minn programmi oħra previsti fil-qafas finanzjarju
pluriennali għall-2014-2020 b’konformità sħiħa mal-bażi legali
tagħhom. Il-programmi rilevanti li minnhom jista’
jittieħed il-finanzjament jinkludu l-programmi stabbiliti permezz ta’ dawn
l-atti li ġejjin: (a)
Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi
Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita[21],
l-Artikoli 1, 3(c) u (d) u 4; (b)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru […] li
tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020[22], l-Artikolu 2(2)(b) u
(c), il-Parti II tal-Anness, il-punt 1.6.2(d) u il-Parti III
tal-Anness, il-punt 6.3.4; (c)
ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond
għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju
għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra
l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji[23],
l-Artikolu 3(2)(b) u (3)(e). 2. L-approprjazzjonijiet annwali
għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti
previsti għal din l-attività fil-programmi li minnhom ittieħed
il-finanzjament. Artikolu 12 Protezzjoni tal-interessi
finanzjarji tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu
implementati l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni,
l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta'
miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe
attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, fejn jinqabdu
irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u,
fejn xieraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. Il-Kummissjoni jew
ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom
is-setgħa ta’ awditjar, abbażi ta’ dokumenti u kontrolli fuq il-post,
fuq il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew
fondi tal-Unjoni skont il-Programm. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fil-konfront ta’ operaturi
ekonomiċi li huma direttament jew indirettament ikkonċernati minn dak
il-finanzjament b’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament
tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[24]
bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew
kwalunkwe attività oħra illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja jew
deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt li jikkonċerna
l-finanzjament tal-Unjoni. Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni
sottoparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u
organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet ta’ għotja,
id-deċiżjonijiet ta’ għotja u l-kuntratti li jirriżultaw
mill-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom espressament
jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF
biex iwettqu t-tali awditjar, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. 3. Il-benefiċjarju
tal-appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 3 għandu jżomm disponibbli għall-Kummissjoni,
għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar ħlas
fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni, id-dokumenti ta' appoġġ kollha li
jirrigwardaw in-nefqa għal dik l-azzjoni. Artikolu 13 Monitoraġġ u evalwazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Appoġġ
għall-SST. 2. Sal-1 ta’ Lulju 2018,
il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għall-SST
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi r-rakkomandazzjonijiet
dwar it-tiġdid, it-tibdil jew is-sospensjoni tal-azzjonijiet
appoġġati mill-Programm ta' Appoġġ għall-SST filwaqt
li jitqies dan li ġej: (d)
il-kisba tal-objettivi tal-Programm ta’
Appoġġ għall-SST, mill-perspettiva tar-riżultat u tal-impatti
tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm ta’ Appoġġ
għall-SST; (e)
l-effettività tal-użu tar-riżorsi. Artikolu 14 Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha
tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont
it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal
dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Artikolu 15 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni
tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv/i
1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
taż-żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta’ monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema
ta' ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Deċiżjoni
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’
appoġġ għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[25]
Titolu XX – Nefqa amministrattiva Titolu 02 – Intrapriża u Industrija Titolu 18 – Affarijiet Interni 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ý Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni
ta’ tħejjija[26]
¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i)
strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva L-objettiv
tal-proposta huwa li jiġi stabbilit qafas għall-istabbiliment
tal-istrutturi meħtieġa għas-salvagwardja tad-disponibbiltà u
s-sigurtà fuq żmien twil tal-infrastrutturi u s-servizzi tal-ispazju Ewropej
u dawk nazzjonali li huma essenzjali għat-tħaddim bla tfixkil
tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Ewropa u għas-sigurtà
taċ-ċittadini Ewropej permezz tal-għotja ta’ servizz ta’
“sorveljanza u insegwiment fl-ispazju” (SST). B’mod
aktar speċifiku, l-istruttura stabbilita għandha l-għan li
żżid il-kapaċità tal-UE li i)
Tnaqqas ir-riskji relatati mal-varar ta’ inġenji tal-ispazju Ewropej; ii)
Tivvaluta u tnaqqas ir-riskji għall-operazzjonijiet fl-orbita
tal-inġenji tal-ispazju Ewropej f’termini ta’ kolliżjonijiet, u biex
l-operaturi tal-inġenji tal-ispazju jkunu jistgħu jippjanaw u jwettqu
l-miżuri ta’ mitigazzjoni b’mod aktar effiċjenti (pereżempju
manuvri aktar preċiżi għall-evitar tal-kolliżjonijiet;
l-evitar ta’ manuvri mhux meħtieġa li huma riskjużi u li jnaqqsu
it-tul tal-ħajja tas-satellita); iii)
Tikkontrolla d-dħul mill-ġdid mhux kontrollat tal-inġenji
tal-ispazju jew tar-residwu spazjali tagħhom fl-atmosfera tad-Dinja u
tipprovdi twissijiet bikrija aktar preċiżi u effiċjenti
lill-amministrazzjonijiet nazzjonali ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni
ċivili/ġestjoni tad-diżastri, sabiex jitnaqqsu r-riskji
potenzjali għas-sigurtà u s-saħħa taċ-ċittadini
Ewropej u tiġi mitigata l-ħsara potenzjali lill-infrastruttura
terrestri kruċjali. Għalhekk,
din il-proposta tikkontribwixxi għall-iżgurar tas-suċċess
tal-programmi ewlenin tal-UE Galileo, EGNOS u Copernicus/GMES li huma parti
integrali mill-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki għat-tkabbir
sostenibbli. 1.4.2. Objettiv/i
speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Objettiv speċifiku Nru 1 Jiġi
stabbilit il-qafas regolatorju għat-twaqqif u t-tħaddim ta’ funzjoni
tas-sensers tal-SST (netwerk ta’ sensers tal-SST fil-pussess tal-Istati
Membri), u ta’ funzjoni tal-ipproċessar Objettiv speċifiku Nru 2 Jiġi
stabbilit il-qafas regolatorju għat-twaqqif u t-tħaddim tas-servizzi
tal-SST lill-operaturi pubbliċi u privati tal-inġenji tal-ispazju u
lill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati Attività/ attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i Kapitolu XX
01 – Nefqa amministrattiva allokata lill-oqsma tal-politika 1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i)
mistenni/ja Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Huwa
mistenni li, bħala konsegwenza tal-proposta, se jiġu pprovduti servizzi
effettivi u fil-ħin lill-operaturi pubbliċi u privati
tal-inġenji tal-ispazju kif ukoll lill-Istati Membri li se jippermettulhom
jevitaw l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali li jirriżulta minn: i)
ħsarat jew tkissir ta’ inġenji tal-ispazju minħabba
kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ispazju u oġġetti
spazjali oħra, kif ukoll dħul mill-ġdid mhux kontrollat; ii)
kostijiet minħabba mitigazzjoni mhux meħtieġa jew manuvri
għall-evitar tal-kolliżjonijiet minħabba l-inċertezza
tal-valutazzjonijiet tar-riskji (kull manuvra għall-evitar
tal-kolliżjonijiet tqassar it-tul tal-ħajja tas-satellita); iii)
ħsarat jew tkissir fid-Dinja minħabba dħul mill-ġdid mhux
kontrollat tal-inġenji tal-ispazju jew ir-residwi tagħhom. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi
tar-riżultati u tal-impatt tal-programmi li minnhom se jittieħed
il-finanzjament għall-programm ta’ appoġġ għall-SST se
japplikaw kif xieraq. Meta dawn ma jkunux speċifiċi
biżżejjed biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-proposta,
jistgħu jiġu applikati l-indikaturi ta’ hawn taħt: Skont
il-qafas regolatorju stabbilit b’din il-proposta, grupp ta’ Stati Membri
parteċipanti li għandhom kapaċitajiet rilevanti għandu
jieħu azzjoni biex jimplimenta l-objettivi tal-programm ta’
appoġġ stabbilit fl-Artikolu (3)(a) u (b), jiġifieri
t-twaqqif u t-tħaddim tal-funzjoni tas-sensers tal-SST u l-funzjoni
tal-ipproċessar tal-SST skont struttura ta’ governanza xierqa. Objettiv speċifiku Nru 1: Indikaturi tar-riżultati relatati
mat-twaqqif u t-tħaddim tas-sensers tal-SST u l-funzjoni
tal-ipproċessar: - Il-lista
tal-Istati Membri parteċipanti hija stabbilita skont l-Artikolu 7
tad-Deċiżjoni sat-tmiem tal-2014; - Il-funzjoni
tas-sensers tal-SST (ibbażata fuq sensers fil-pussess tal-Istati Membri
parteċipanti u magħmula disponibbli minnhom): it-tnedija
tal-fażi operattiva inizjali sat-tmiem tal-2015; - Il-funzjoni
tal-ipproċessar ibbażata fuq il-kapaċitajiet eżistenti
tal-Istati Membri (pereżempju ċentri tad-dejta eżistenti):
it-tnedija tal-fażi operattiva inizjali sat-tmiem tal-2015; - Katalogu
ta’ oġġetti spazjali huwa stabbilit sat-tmiem tal-2015; - Il-funzjoni
tas-sensers u tal-ipproċessar: it-tnedija tal-fażi operattiva sħiħa
sat-tmiem tal-2016; Objettiv speċifiku Nru 2: Skont
il-qafas regolatorju stabbilit b’din il-proposta, is-servizzi reali tal-SST
huma pprovduti b’mod effettiv u fil-ħin lil għadd wiesa’ ta’ atturi
kummerċjali/pubbliċi u privati nazzjonali u Ewropej li jkollhom
bżonn informazzjoni tal-SST. Għal dan l-għan, l-Istati Membri
parteċipanti msemmija fl-Artikolu 7, u ċ-Ċentru Satellitari
tal-Unjoni Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 8, għandhom jieħdu
azzjoni biex jimplimentaw l-objettiv tal-programm stabbilit fl-Artikolu 3(c),
jiġifieri it-twaqqif u t-tħaddim tal-funzjoni tas-servizzi tal-SST. Indikaturi tar-riżultati relatati
mat-twaqqif u t-tħaddim tal-funzjoni tas-servizzi tal-SST: - Il-kapaċitajiet
meħtieġa għat-twaqqif u t-tħaddim tal-funzjoni tas-servizzi
tal-SST u s-servizzi tal-SST huma definiti u mifthiema b'mod formali sat-tmiem
tal-2014; - Il-ftehim
li jistipula r-regoli u l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn
l-Istati Membri u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea jitfassal
sat-tmiem tal-2014; - L-istandards
tal-kwalità u l-mekkaniżmi għall-ġbir tar-reazzjonijiet
mill-operaturi dwar il-kwalità tas-servizzi tal-SST huma stabbiliti sat-tmiem
tal-2014; - Is-servizzi
tal-SST: bidu tal-fażi operattiva inizjali fit-tmiem tal-2015 u
l-fażi operattiva finali fit-tmiem tal-2016; L-indikaturi
tal-impatt għall-objettivi 1 u 2 jistgħu jinkludu: - In-nuqqas
ta’ kolliżjonijiet; - In-nuqqas
ta’ tfixkil għas-satelliti jew fl-operazzjonijiet tal-varar minħabba
diffikultajiet jew inċertezzi fl-analiżi tar-riskji; - L-indikaturi
tal-impatt jistgħu jinkludu r-reazzjoni pożittiva tal-operaturi u
l-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta permezz
tas-servizzi tal-SST u l-azzjonijiet għall-mitigazzjoni
tal-kolliżjonijiet imwettqa fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-SST
ipprovduta. 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien Is-settur
tal-ispazju huwa settur strateġiku għall-Ewropa. L-ekonomija,
is-soċjetà, is-sigurtà u l-indipendenza politika tal-UE jiddependu
ħafna fuq sistemi u infrastrutturi bbażati fl-ispazju. Din hija
r-raġuni għaliex l-UE ħadet l-impenn li twettaq proġetti
tal-ispazju għaljin u fuq skala kbira bħal pereżempju Galileo,
EGNOS u Copernicus. Dawn is-sistemi u l-infrastrutturi għandhom jiġu
protetti kontra l-ħsara jew it-tkissir li jirriżulta minn
kolliżjonijiet jew dħul mill-ġdid mhux kontrollat sabiex
jiġu żgurati t-tħaddim tanġibbli tagħhom u l-għotja
tas-servizzi. Tali protezzjoni hija rekwiżit permanenti. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Minn
diskussjonijiet mal-partijiet interessati matul dawn l-aħħar snin,
deher ċar li t-twaqqif ta’ servizzi tal-SST Ewropej operattivi se
jirrikjedu l-intervent tal-UE. Hemm
kunsens fost il-Ministri tal-Istati Membri tal-UE u tal-Aġenzija Spazjali
Ewropea (ESA) responsabbli għall-ispazju li l-iżvilupp ta’ dan
is-servizz għandu jitmexxa mill-UE u mhux mill-ESA. Dan il-kunsens huwa
rifless f’bosta Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ispazju
(ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-Ispazju
tas-26 ta’ Novembru 2010, il-punt 24;
il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività
tal-31 ta’ Mejju 2011, il-punti 14-15; ir-Riżoluzzjoni
tal-Kunsill dwar l-Ispazju tas-6 ta’ Diċembru 2011,
il-Kapitolu II). B’mod partikolari,
l-Istati Membri jitolbu lill-UE biex tiddefinixxi l-politika tal-governanza u
tad-dejta għal servizz Ewropew tal-SST, biex ikollha rwol attiv
fit-twaqqif tas-servizz Ewropew, u biex tuża bl-aħjar mod is-sensers
u l-għarfien espert diġà eżistenti fil-livell nazzjonali u
Ewropew. L-Istati Membri kienu wkoll espliċiti ħafna dwar kif
għandu jitqies it-tħassib dwar is-sigurtà: is-sensers tal-SST
għandhom jibqgħu taħt kontroll nazzjonali. Il-kunfidenzjalità
tal-informazzjoni tal-SST ġiet definita bħala l-prinċipju
ewlieni għall-politika tad-dejta tal-SST (pereżempju l-informazzjoni
kollha għandha tiġi kklassifikata u għandha tiġi
deklassifikata biss fuq bażi skont il-każ). Ir-raġuni
għal tali pożizzjoni mhijiex irreġistrata b’mod formali
iżda ħarġet f'bosta diskussjonijiet: Is-servizz Ewropew tal-SST
għandu dimensjoni ta’ sigurtà (jippermetti li jkun hemm ġbir
tal-intelliġenza dwar l-infrastruttura u l-operazzjonijiet tal-ispazju
ċivili u militari tal-Istati) li l-UE, bil-kuntrarju għall-ESA,
għandha l-kompetenza u hija mgħammra biex tindirizzaha. It-TFUE
tagħti lill-UE l-kompetenza li tikkoordina l-ġestjoni
tal-attivitajiet spazjali u t-TUE tagħti lill-UE l-kompetenza
fil-kwistjonijiet tas-sigurtà bħal pereżempju dawk li jitqajmu fil-kuntest
tal-SST. L-UE għandha l-kapaċità leġiżlattiva
meħtieġa biex tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ governanza u politika
tad-dejta għall-SST. L-ESA,
min-naħa l-oħra, hija aġenzija tar-Riċerka u
l-Iżvilupp fuq klassi dinjija mfassla biex tiddefinixxi u timplimenta
programmi għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet xjentifiċi,
teknoloġiċi u spazjali. L-ESA la hija ideata biex tagħmel
ix-xogħol kumpless ta’ leġiżlazzjoni u ta’ politika li huwa
meħtieġ biex tiġi stabbilita sistema tal-SST fejn l-assi huma
l-aktar f’idejn il-militar, u lanqas ma tfasslet biex topera s-servizzi
bbażati fl-ispazju (fatt li l-ESA nnifisha tenfasizza fid-dokumenti ta’
politika tagħha). Possibbilment,
l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu organizzazzjoni ġdida biex
timmaniġġja l-SSA. Tali organizzazzjoni jrid ikollha ħafna
mill-karatteristiċi li diġà għandha l-UE. Għalhekk tali
organizzazzjoni ġdida se tiġġenera duplikazzjonijiet u
ineffiċjenza. Barra minn hekk, xi Stati Membri esprimew it-tħassib li
kwalunkwe soluzzjoni 'l barra mill-qafas tal-UE tista' tiġi ddominata minn
dawk l-Istati Membri li llum diġà għandhom xi kapaċità f’termini
ta’ sensers u ma jħallux lill-oħrajn jiżviluppaw
il-kapaċità tagħhom fil-qafas ta’ servizz ġenwinament Ewropew. Fl-aħħar
nett, l-UE ma tipprovax tissostitwixxi l-inizjattivi meħuda mill-Istati
Membri individwalment jew fil-qafas tal-ESA. Hija tipprova tikkumplimenta
l-azzjonijiet meħuda fil-livell tagħhom u ssaħħaħ
il-koordinazzjoni meta tali koordinazzjoni tkun meħtieġa biex
jinkisbu l-objettivi komuni. L-involviment
tal-UE huwa meħtieġ biex jiġi aggregat l-investiment
meħtieġ għall-finanzjament ta’ ċerti proġetti
tal-ispazju, biex jiġu stabbiliti l-arranġamenti tal-governanza,
tiġi definita politika tad-dejta u jiġi żgurat li l-kapaċitajiet
eżistenti u futuri jintużaw b’mod ikkoordinat u effiċjenti
filwaqt li tiġi żgurata sistema soda u interoperabbli li jibbenefikaw
minnha l-partijiet interessati Ewropej rilevanti kollha. Barra
minn hekk, l-azzjoni proposta tal-UE ma tipprovax tissostitwixxi jew tirdoppja
l-miżuri ta’ mitigazzjoni eżistenti fil-livell internazzjonali jew
multilaterali, bħal pereżempju l-linji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti
għall-mitigazzjoni tar-residwu spazjali jew il-proposta tal-UE għal
Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali dwar l-attivitajiet tal-ispazju. Dawn
il-miżuri mhux se jsolvu l-problema, iżda jnaqqsu ż-żieda
tar-residwu spazjali fit-tul. 1.5.3. Tagħlimiet miksuba minn
esperjenzi simili fil-passat Ma
hemm l-ebda esperjenza preċedenti f’dan il-qasam. Madankolu, kull fejn
l-informazzjoni u d-dejta jkunu kondiviżi, il-valur miżjud huwa
inkontestabbli. 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn Il-proposta
COM(2011) 814 finali għal Regolament dwar l-implimentazzjoni u
l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita ssemmi
l-ħtieġa li tiġi protetta s-sistema permezz ta’ sistema tal-SSA
(il-premessa 15 tal-Artikolu 3c) u tipprevedi l-finanzjament
għal tali attivitajiet (Artikolu 7.1a), mingħajr ħsara
għall-eżitu tal-proċedura leġiżlattiva u tal-QFP li
jmiss. Is-segment
tal-ispazju ta’ Copernicus għandu ħtiġijiet simili ta’
protezzjoni. Għalhekk, Copernicus jista’ jikkontribwixxi
għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-SST skont l-eżitu tal-QFP li
jmiss. Barra
minn hekk, din il-proposta hija koerenti u se toħloq sinerġiji mal-objettivi
tar-riċerka dwar l-ispazju u s-sigurtà fil-qafas propost
"Orizzont 2020" (COM(2011) 809 final), kif ukoll ma’ dawk dwar
il-protezzjoni tal-infrastruttura kruċjali fil-“Fond għas-Sigurtà
Interna” (COM(2011)753 final). Il-finanzjament huwa disponibbli
għall-attivitajiet tal-SST biż-żewġ strumenti,
mingħajr ħsara għall-eżitu tal-proċedura
leġiżlattiva u tal-QFP li jmiss. 1.6. Tul taż-żmien u
impatt finanzjarju ý Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien limitat –
ý Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014
sal-31/12/2020 –
ý Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020. ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita bi tħaddim fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu/metodi ta’
ġestjoni previst(i)[27] ý Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
¨ l-aġenziji eżekuttivi –
¨ il-korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[28] –
¨ il-korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta' servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament
Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu
speċifikati) Jekk jiġi indikat
aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok
agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti". Kummenti 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Il-finanzjament
tal-Unjoni għall-programm ta’ appoġġ għall-SST se
jittieħed minn programmi rilevanti oħra previsti fil-QFP b’konformità
sħiħa mal-bażi legali tagħhom. Il-programmi rilevanti
jistgħu jinkludu Galileo, Orizzont 2020 u l-Fond għas-Sigurtà
Interna. Se japplikaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ dawn il-programmi. Irrispettivament
mir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u rappurtar tal-programmi li
jipprovdu finanzjament għall-programm tal-SST, se tiġi stabbilita
sistema ta’ monitoraġġ speċifika biex tiżgura
riżultati tal-aħjar kwalità u l-użu l-aktar effiċjenti
tar-riżorsi. Il-monitoraġġ se jibqa' għaddej tul il-perjodu
kollu tal-programm. Se jkun ibbażat fuq ir-reazzjonijiet dwar il-programm
mill-benefiċjarji. Twettqet
valutazzjoni tal-impatt estiża li tintegra r-rekwiżiti ta'
evalwazzjoni ex-ante. Wara li saret valutazzjoni komparattiva
tal-għażliet politiċi disponibbli, l-għażla politika
preferuta ġiet identifikata u ġew ivvalutati l-impatt, ir-riskji,
is-suppożizzjonijiet u l-kost-effettività assoċjati magħha. Din
il-proposta hija konsistenti għalkollox mal-konklużjonijiet
tal-valutazzjoni. Se
titwettaq evalwazzjoni ta’ nofs is-sena tal-programm fil-ħames sena
tal-implimentazzjoni tiegħu, jiġifieri fil-ħin
għat-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.
L-evalwazzjoni se tiffoka fuq ir-riżultati miksuba u l-aspetti
kwalitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm. Se titwettaq ukoll evalwazzjoni
ex-post. 2.2. Sistema ta' ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i L-implimentazzjoni
tal-ftehimiet tal-għotja ffirmati mal-Istati Membri parteċipanti u
l-EUSC: Il-livell tar-riskju huwa meqjus baxx, billi l-benefiċjarji huma
amministrazzjonijiet pubbliċi. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst(i) Billi
l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ
għall-SST se jittieħed mill-programmi eżistenti fil-QFP li
jmiss, se japplikaw il-mekkaniżmi ta’ kontroll previsti f’dawn
il-programmi. Irrispettivament minn dawn il-mekkaniżmi, il-ftehim
tal-għotja ffirmat mal-benefiċjarji tal-programm ta’ appoġġ
(l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti u
l-EUSC) jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-finanzjament ta’
dawn l-attivitajiet li jibbenefikaw mill-għotja, inkluż kapitolu dwar
il-metodi ta’ kontroll. L-amministrazzjonijiet parteċipanti kollha
impenjaw ruħhom li jirrispettaw ir-regoli finanzjarji u amministrattivi
tal-Kummissjoni dwar l-ispejjeż. Għall-Kummissjoni,
id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju japplikaw fir-rigward
tal-verifika ex-ante tal-impenji u l-ħlasijiet mill-unità
finanzjarja, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet bil-miktub li għandhom
jagħtu l-AOSD. Il-monitoraġġ amministrattiv tal-għotjiet u
l-ħlasijiet relatati se jkunu r-responsabbiltà tas-servizzi ċentrali
tal-Kummissjoni. Se tingħata attenzjoni partikolari għan-natura
tan-nefqa (eliġibbiltà) u għall-verifika tad-dokumenti ta’ appoġġ
u d-dokumentazzjoni rilevanti. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti. Billi
l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ
għall-SST se jittieħed mill-programmi eżistenti fil-QFP li
jmiss, il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
previsti f’dawn il-programmi se jiġu japplikati kif xieraq.
Irrispettivament minn dawn il-miżuri, il-ftehimiet li jirriżultaw
minn din id-Deċiżjoni jipprevedu s-segwitu u l-kontroll finanzjarju
mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe rappreżentant bis-setgħa, kif
ukoll l-awditjar imwettaq mill-Qorti tal-Awdituri jew l-OLAF, jekk ikun
meħtieġ anke fil-post. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju
pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i · Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti (mhux applikabbli) Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji
tal-qafas finanzjarju pluriennali. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE · Linji baġitarji ġodda mitluba Skont l-ordni
tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja * || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux Diff. ([29]) || minn pajjiżi tal-EFTA[30] || minn pajjiżi kandidati[31] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1.1 || 02.04.01.01 [02.02.02.01] Riċerka dwar l-ispazju || Diff. || IVA || LE || IVA || LE 1.1 || 02.04.01.02 [02.02.03.02] Riċerka dwar is-sigurtà || Diff. || IVA || LE || IVA || LE 1.1 || 02.05.01 Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) || Diff. || IVA || LE || IVA || LE 1.1 || 02.01.05.03 Nefqa oħra ta' ġestjoni għar-riċerka || Mhux diff. || IVA || LE || IVA || LE 1.1 || 02.01.04.05 Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) - nefqa għall-ġestjoni amministrattiva || Mhux diff. || IVA || LE || IVA || LE 3.1 || 18.05.08 Prevenzjoni, tħejjija u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu || Diff. || IVA || LE || LE || LE 5 || XX.01.01.01 Nefqa relatata mall-persunal f’impjieg attiv li jaħdmu mal-istituzzjoni || Mhux diff. || IVA || LE || LE || LE 5 || XX.01.02.01 Persunal estern li jaħdem mal-istituzzjoni || Mhux diff || IVA || LE || LE || LE 5 || XX.01.02.11 Nefqa oħra għall-ġestjoni tal-istituzzjoni || Mhux diff || IVA || LE || LE || LE 5 || XX.01.03.01 Nefqa relatata mat-tagħmir, l-għamara u s-servizzi tal-Kummissjoni || Mhux diff || IVA || LE || LE || LE * Il-linji baġitarji huma
indikati skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013 u bla ħsara
għall-qafas finanzjarju pluriennali li ġej 2014-2020. Barra minn
hekk, il-linji baġitarji tan-nomenklatura huma indikati skont il-proposti
leġiżlattivi għall-Orizzont 2020, Galileo u l-Fond
għas-Sigurtà Interna u jista’ jkun li jinbidlu għal dawk ekwivalenti
skont in-nomenklatura finali tal-baġit. 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1.1 || “Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv” DĠ: ENTR * || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || 02.04.01.01 [02.02.02.01] || Impenji || (1) || 0,640 || 0,960 || 1,280 || 1,600 || 1,760 || 1,920 || 1,920 || 10,080 || Ħlasijiet || (2) || 0,640 || 0,960 || 1,280 || 1,600 || 1,760 || 1,920 || 1,920 || 10,080 || 02.04.01.02 [02.02.03.02] || Impenji || (1) || 0,480 || 0,720 || 0,960 || 1,200 || 1,320 || 1,440 || 1,440 || 7,560 || Ħlasijiet || (2) || 0,480 || 0,720 || 0,960 || 1,200 || 1,320 || 1,440 || 1,440 || 7,560 || 02.05.01 || Impenji || (1) || 2,880 || 4,320 || 5,760 || 7,200 || 7,920 || 8,640 || 8,640 || 45,360 || Ħlasijiet || (2) || 2,880 || 4,320 || 5,760 || 7,200 || 7,920 || 8,640 || 8,640 || 45,360 || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[32].** || || || || || || || || || 02.01.05.03 || || (3) || 0,072 || 0,072 || 0,072 || 0,072 || 0,072 || 0,072 || 0,072 || 0,504 02.01.04.05 || || || 0,028 || 0,028 || 0,028 || 0,028 || 0,028 || 0,028 || 0,028 || 0,196 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ENTR || Impenji || =1+1a +3 || 4,100 || 6,100 || 8,100 || 10,100 || 11,100 || 12,100 || 12,100 || 63,700 || Ħlasijiet || =2+2a +3 || 4,100 || 6,100 || 8,100 || 10,100 || 11,100 || 12,100 || 12,100 || 63,700 || * It-tabella tindika l-finanzjament għall-programm ta’
appoġġ għall-SST li għandu jittieħed mill-programmi
rilevanti previsti fil-QFP li jmiss. Dawn iċ-ċifri huma indikattivi u
bla ħsara għall-ftehim finali dwar id-distribuzzjoni tal-fondi
fl-oqsma ta’ riċerka u l-attivitajiet tal-Orizzont 2020. Ma huwa
previst l-ebda programmar mill-ġdid. L-ammonti annwali indikati għal
kull linja baġitarja jirriżultaw minn tqassim tal-ammonti totali
annwali meħtieġa għal din il-proposta. It-tqassim huwa
bbażat fuq il-piż relattiv ta’ kull programm fir-rigward tal-ammont
totali previst fil-proposti tal-Kummissjoni rispettivi (Galileo 72 %,
ir-riċerka dwar l-ispazju 16 %, ir-riċerka dwar is-sigurtà
12 %). Madankollu, l-ammonti kollha huma indikattivi. Dawn jistgħu
jkollhom bżonn jiġu aġġustati skont l-eżitu finali
tal-proċedura leġiżlattiva dwar il-programmi rilevanti u d-diskussjonijiet
dwar il-QFP li jmiss. Fl-istess linja, il-finanzjament jista’ wkoll
jittieħed mill-programm Copernicus skont l-eżitu finali
tad-diskussjonijiet dwar il-QFP. ** Analiżi bejn il-linji baġitarji: 72 % 02.01.05.03 u
28 % 02.01.04.05. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 3.1 || “Libertà, sigurtà u ġustizzja” DĠ: HOME * || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || 18.05.08 || Impenji || (1) || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 7,000 Ħlasijiet || (2) || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 7,000 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[33]. || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja || || (3) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ HOME || Impenji || =1+1a +3 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 7,000 Ħlasijiet || =2+2a +3 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 1,000 || 7,000 * Il-proposta
tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jistabbilixxi “bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna,
l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni
tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u
l-ġestjoni tar-riskji” (COM(2011) 753 final of 15.11.2011) tipprevedi
l-finanzjament għall-protezzjoni tal-infrastruttura kruċjali.
Għalhekk, il-finanzjament għall-programm ta’ appoġġ
għall-SST jista’ wkoll jittieħed mill-Fond għas-Sigurtà Interna.
Ma huwa previst l-ebda programmar mill-ġdid. Barra minn hekk, l-ammonti
huma biss indikattivi. Jista’ jkun li jkollhom jiġu aġġustati,
b’rabta mill-qrib mad-DĠ HOME, fid-dawl tal-eżitu finali
tal-proċedura leġiżlattiv dwar il-programm u d-diskussjoni dwar
il-QFP li jmiss. TOTAL tal-approprjazzjonijet operattivi || Impenji || (4) || 5,000 || 7,000 || 9,000 || 11,000 || 12,000 || 13,000 || 13,000 || 70,000 Ħlasijiet || (5) || 5,000 || 7,000 || 9,000 || 11,000 || 12,000 || 13,000 || 13,000 || 70,000 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,700 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || 5,100 || 7,100 || 9,100 || 11,100 || 12,100 || 13,100 || 13,100 || 70,700 Ħlasijiet || =5+ 6 || 5,100 || 7,100 || 9,100 || 11,100 || 12,100 || 13,100 || 13,100 || 70,700 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “Nefqa amministrattiva” miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL DĠ: ENTR || Riżorsi umani || 0.096 || 0.191 || 0.0191 || 0.0191 || 0.0191 || 0.0191 || 0.0191 || 1.242 Nefqa amministrattiva oħra || 0.059 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 1.061 TOTAL DĠ ENTR || Approprjazzjonijiet || 0.155 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 2.303 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 0.155 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 2.303 miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 5.255 || 7.458 || 9.458 || 11.458 || 12.458 || 13.458 || 13.458 || 73.003 Ħlasijiet || 5.255 || 7.458 || 9.458 || 11.458 || 12.458 || 13.458 || 13.458 || 73.003 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprazzjonijiet operattivi –
ý Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip ta’ riżultat || Kost medju tar-riżultat || Numru ta’ riżultati || Kost || Numru ta’ riżultati || Kost || Numru ta’ riżultati || Kost || Numru ta’ riżultati || Kost || Numru ta’ riżultati || Kost || Numru ta’ riżultati || Kost || Numru ta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 It-twaqqif u t-tħaddim ta' netwerk ta' sensers u ta' funzjoni tal-ipproċessar || || || || || || || || || || || || || || || || - funżjoni tas-sensers || Prodott || || || 4,000 || || 5,500 || || 7,000 || || 9,000 || || 9,500 || || 10,000 || || 10,000 || || 55,000 - ipproċessar tad-dejta || Servizz || || || || || || || || || Sottototal tal-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 It-twaqqif u t-tħaddim ta’ servizzi tal-SST || || || || || || || || || || || || || || || || - Provvista tas-servizzi || Servizz || || || 1,000 || || 1,500 || || 2,000 || || 2,000 || || 2,500 || || 3,000 || || 3,000 || || 15,000 Sottototal tal-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || KOST TOTALI || || 5,000 || || 7,000 || || 9,000 || || 11,000 || || 12,000 || || 13,000 || || 13,000 || || 70,000 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprazzjonijiet amministrattivi –
ý Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: miljuni ta' EUR (sa
tliet ċifri wara l-punt deċimali) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.096 || 0.191 || 0.191 || 0.191 || 0.191 || 0.191 || 0.191 || 1.242 Nefqa amministrattiva oħra || 0.059 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 0.167 || 1.061 Sottototal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.155 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 2.303 Barra mill-INTESTATURA 5[34] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || || Sottototal barra mill- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || TOTAL || 0.155 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 0.358 || 2.303 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta'
riżorsi umani –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
riżorsi umani –
ý Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi
umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha titfisser f’ammonti
sħaħ (jew l-aktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || || Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[35] || || XX 01 02 01 (CA, INT, ENS mill-"pakkett globali") || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 04 yy [36] || - fil-Kwartieri ġenerali[37] || || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || || TOTAL || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu
tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li
diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew
allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ,
kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ
tal-ġestjoni taħt il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u
fid-dawl tal-limiti baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jsiru: Uffiċjali u aġenti temporanji || Uffiċjal AD wieħed biex imexxi l-funzjonijiet tal-Kummissjoni fil-programm bħal pereżempju l-provvista tas-segretarjat taż-żewġ kumitati (inkluża t-tħejjija tad-dokumenti li għandhom jiġu adottati), it-tħejjija tal-programm ta’ ħidma u l-baġit annwali, it-tmexxija tal-proċedura annwali tas-sussidji, l-immaniġġjar tar-relazzjonijiet internazzjonali. Persunal estern || Aġent Kuntrattwali wieħed biex jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-uffiċjal AD. 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju plurienneali attwali –
ý Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura
rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa, billi
tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[38]. Spjega dak li hu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet
terzi –
ý Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Il-programm ta’ appoġġ
għall-SST jipprevedi kofinanzjament mill-Istati Membri inklużi
l-kontribuzzjonijiet in natura. L-ammonti eżatti jiddependu fuq
l-Istati Membri parteċipanti u jridu jiġu definiti fi stadju aktar
tard. Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa tliet
ċifri wara l-punt deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
ý Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq id-dħul mixxellanju miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[39] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja tan-nefqa
affettwat/i. Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] Ara l-Kunsill tal-Unjoni Ewropew, Riżoluzzjoni dwar
il-Politika Spazjali Ewropea, Brussell, il-25 ta’ Mejju 2007,
10037/07 li nediet il-Politika Spazjali Ewropea; Riżoluzzjoni tal-Kunsill
“Jitwettaq progress fil-Politika Spazjali Ewropea”
tas-26 ta’ Settembru 2008 (Dokument tal-Kunsill 13569/08);
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar “Il-Kontribut tal-ispazju
għall-innovazzjoni u l-kompetittività fil-kuntest tal-Pjan Ewropew ta'
Rilanċ Ekonomiku, u aktar passi” tad-29 ta’ Mejju 2009
(10500/09); Riżoluzzjoni tal-Kunsill “Sfidi globali: Nieħdu
vantaġġ sħiħ mis-sistemi spazjali Ewropej”
tal-25 ta’ Novembru 2010 (16864/10); Konklużjonijiet
tal-Kunsill "Lejn strateġija spazjali tal-Unjoni Ewropea
għas-servizz taċ-ċittadini” tal-31 ta’ Mejju 2011;
u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Orjentazzjonijiet dwar il-valur
miżjud u l-benefiċċji tal-ispazju għas-sigurtà
taċ-ċittadini Ewropej” tas-6 ta’ Diċembru 2011
(18232/11). [2] Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Riżoluzzjoni
“Jitwettaq progress fil-Politika Spazjali Ewropea”, Brussell,
is-26 ta’ Settembru 2008, 13569/08. [3] Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar strateġija tal-ispazju għall-Unjoni Ewropea li
hija ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tagħha
(2011/2148(INI)). [4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill,
lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u
lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni
Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini”, COM(2011) 152 final
tal-4.4.2011. [5] ĠU C , , p. . [6] ĠU C , , p. . [7] COM(2011) 152 tal-4 ta’ April 2011. [8] CS 13569/08, 29.09.2008. [9] CS 16864/10, 26.11.2010. [10] CS 10901/11, 31.05.2011. [11] ĠU C 377, 23.12.2011, p. 1. [12] ĠU L 196, 27.4.2008,
p. 1. [13] ĠU L 276, 20.10.2010,
p. 1. [14] SEC(2011) 1247 final, 12.10.2011. [15] Dokument tal-Kunsill 15715/11,
24.10.2011. [16] ĠU L 200, 25.7.2001,
p. 5. [17] Dokument tal-Kunsill 14698/12,
09.10.2012 [18] ĠU L 298,
26.10.2012, p. 1. [19] ĠU L 55, 28.2.2011,
p. 13. [20] CS 14698/12, 09.10.2012 [21] COM (2011) 814 final, 31.11.2011. Ir-referenza
għandha tiġi aġġornata wara l-adozzjoni. [22] COM(2011) 811 final, 30.11.2011. Ir-referenza għandha
tiġi aġġornata wara l-adozzjoni. [23] COM(2011) 753 final, 15.11.2011. Ir-referenza għandha
tiġi aġġornata wara l-adozzjoni. [24] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [25] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB:
Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività. [26] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [27] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-internet tal-baġit
(BudgWeb): http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [28] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [29] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff.=
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati [30] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [31] Il-pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, il-pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [32] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), ta’ riċerka
indiretta, ta’ riċerka diretta. [33] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), ta’ riċerka
indiretta, ta’ riċerka diretta. [34] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), ta’ riċerka
indiretta, ta’ riċerka diretta. [35] CA= Aġent Kuntrattwali; INT= Persunal ta’ Aġenzija ("Intérimaire");
JED = espert żagħżugħ fid-delegazzjonijiet (“Jeune
Expert en Délégation”) LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali
Sekondat; [36] Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern skont
l-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”). [37] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew
għas-Sajd (FES). [38] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [39] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali,
imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti,
jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.