52013PC0095

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex jirreġistra d-dejta tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/095 final - 2013/0057 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' Frar 2008 it-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea[1] il-Kummissjoni ssuġġeriet it-twaqqif ta' sistema ta' dħul/ħruġ (EES). Sistema bħal din tinvolvi essenzjalment ir-reġistru elettroniku tad-dati u l-postijiet tad-dħul u l-ħruġ għal kull ċittadin ta' pajjiżi terzi ammessi għal żjara qasira.

Din il-proposta kienet approvata fil-Programm ta' Stokkolma[2] maqbul fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2009.

Wara li l-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011 talab li l-pakkett ta' fruntieri intelliġenti jitmexxa' 'l quddiem b'mod mgħaġġel, jiġifieri b'xogħol fuq il-proposti leġiżlattivi għal sistema ta’ dħul/ħruġ (EES) u Programm ta' Vjaġġaturi Reġistrati (RTP)[3], il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni fil-25 ta' Ottubru 2011[4], dwar l-għażliet għall-implimentazzjoni ta' EES u RTP.

Din il-proposta hija ppreżentata flimkien ma' proposta biex tistabbilixxi Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati u proposta sabiex jiġi emendat il-Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni u sorveljanza fil-fruntiera esterna (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)[5], bl-għan li jiffunzjonaw iż-żewġ sistemi ġodda. Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma ppreżentati għal kull sistema.

· Kuntest ġenerali

Skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, ċittadini tal-UE u persuni oħra li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni (eż. il-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE) li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera esterna għandhom ikunu soġġetti għal iċċekkjar minimu, kemm mad-dħul kif ukoll mal-ħruġ, li jikkonsisti fil-verifika tad-dokument tal-ivvjaġġar sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuna. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi l-oħra kollha madankollu jridu jkunu suġġetti, mad-dħul, għal kontroll dettaljat, li jimplika kontroll tal-għan taż-żjara tagħhom, il-pussess ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, kif ukoll tfittxija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali.

Ma hemm ebda dispożizzjonijiet fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen dwar ir-reġistrazzjoni tal-movimenti transkonfinali tal-vjaġġaturi. Attwalment, l-ittimbrar tad-dokument tal-ivvjaġġar huwa l-uniku metodu biex jindika d-dati tad-dħul u tal-ħruġ li jistgħu jintużaw minn gwardji tal-fruntiera u awtoritajiet tal-immigrazzjoni biex jiġi kkalkulat id-dewmien tas-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fiż-żona Schengen, li m’għandux jaqbeż id-90 jum f'perjodu ta' 180 jum. Miżuri u għodod oħra disponibbli f’punti tal-qsim tal-fruntiera, bħal bażijiet tad-dejta (SIS u s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża – il-VIS), li l-konsultazzjoni tagħhom hija obbligatorja fid-dħul, iżda mhux fil-ħruġ, mhumiex maħsuba għall-iskop ta' rekordjar tal-qsim tal-fruntieri u ma jipprovdux għal din il-funzjonalità. L-iskop ewlieni tal-VIS hu li jippermetti l-verifika tal-istorja tal-applikazzjoni tal-viża u, fid-dħul, biex jivverifika jekk il-persuna li tippreżenta l-viża fil-fruntiera hijiex l-istess persuna li tkun inħarġitilha l-viża.

Bħalissa ma hemmx mezzi elettroniċi biex wieħed jivverifika jekk, fejn u meta ċittadin ta’ pajjiż terz ikunx daħal jew ħareġ miż-żona Schengen. Diffikultajiet fil-monitoraġġ ta' soġġorn awtorizzat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huma wkoll ikkawżati mill-użu u l-kwalità tat-timbri (eż. l-leġġibilità, il-proċess twil tal-kalkolu tas-soġġorn, il-falsifikazzjoni u l-iffalsifikar).

Għal dawn ir-raġunijiet, ma hemm l-ebda rekord konsistenti mal-UE kollha tad-dħul u l-ħruġ tal-vjaġġaturi lejn u miż-żona Schengen u għalhekk l-ebda mezzi affidabbli għall-Istati Membri biex jiddeterminaw jekk ċittadin ta' pajjiż terz ikunx skadielu d-dritt tiegħu/tagħha biex jibqa' fiż-żona. Tlettax-il Stat Membru[6] għandhom is-sistema nazzjonali tagħhom biex jiġbru dejta alfanumerika dwar id-dħul/ħruġ tal-vjaġġaturi. It-13-il Stat Membru kollha jagħtu aċċess lill-awtoritajiet tal-fruntieri u tal-infurzar tal-liġi. Sakemm persuna toħroġ legalment mill-istess Stat Membru li minnu tkun daħlet, permanenza barra ż-żmien tinqabad minn dawn is-sistemi. Lilhinn minn dan, il-possibbiltajiet li jintużaw tali sistemi biex wieħed jinduna b'dawk li jibqgħu, ma jeżistux, minħabba li r-rekords tad-dħul u l-ħruġ ma jistgħux jitqabblu meta persuni jħallu ż-żona Schengen minn Stat Membru ieħor apparti dak li jkunu daħlu minnu u li fih ġie reġistrat id-dħul tagħhom.

Dejta affidabbli dwar in-numru ta' immigranti irregolari li jibqgħu fl-UE ma teżistix lanqas. Stimi konservattivi tan-numru ta' immigranti irregolari fl-UE jvarjaw bejn 1,9 u 3,8 miljun. Hemm qbil ġenerali li maġġoranza ċara ta' immigranti irregolari huma dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih, jiġifieri persuni li jkunu daħlu legalment għal soġġorn qasir, b'viża valida meta meħtieġ, u wara baqgħu fl-UE meta ż-żjara awtorizzata tagħhom tkun skadiet. F'termini tal-għadd ta' immigranti irregolari[7] maqbuda fl-UE, it-total għall-2010 (UE 27) kien 505 220, li juri meta mqabbel mal-istima t'hawn fuq li huwa biss proporzjon żgħir ta' dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih li jinqabdu.

Fil-każ li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jeqirdu d-dokumentazzjoni tagħhom ladarba jkunu daħlu fiż-żona Schengen huwa ferm importanti li l-awtoritajiet ikollhom aċċess għal informazzjoni affidabbli sabiex tiġi stabbilita l-identità ta' tali persuni.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma' din il-proposta hija bbażata fuq l-istudju dwar l-ispejjeż ta' EES u RTP imwettaq minn kuntrattur estern.

L-għanijiet ta’ din il-proposta preżenti għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma:

– li tinħoloq EES u tiġi stabbilita bażi legali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema teknika;

– biex jiġu definiti l-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet għall-użu tal-EES; u

– sabiex tkun konferita fuq l-Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja[8] (l-Aġenzija), l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistema ċentrali.

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-istrument ewlieni għall-qafas legali għall-EES. Biex jikkumplimenta dan il-qafas legali, proposta li temenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen rigward l-użu tas-sistema bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tal-fruntieri, hija ppreżentata fl-istess waqt ma' din il-proposta.

L-iskop tal-EES se jkun li tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntiera esterna u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, billi tipprovdi sistema li se

· Tikkalkola s-soġġorn awtorizzat ta' kull vjaġġatur; dan jinkludi mad-dħul, fil-każ ta' vjaġġatur li jkun żar iż-żona ta' Schengen spiss, li malajr u preċiżament jiġi kkalkulat kemm-il ġurnata fadal mill-massimu ta' 90 jum fi żmien 180 jum; waqt il-ħruġ, biex tivverifika li l-vjaġġatur ikun irrispetta s-soġġorn awtorizzat; u fi ħdan it-territorju, f'relazzjoni biex jitwettqu l-verifiki fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi biex tiġi vverifikata l-legalità tas-soġġorn tagħhom;

· Tgħin fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew ma' tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri; dan jikkonċerna notevolment persuni li matul l-ispezzjonijiet fit-territorju jinstabu li ma jkunux fil-pussess tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, jew ta' xi mezz ieħor ta’ identifikazzjoni;

· Għall-appoġġ tal-analiżi tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi; dan jinkludi partikolarment li wieħed jikseb stampa preċiża tal-flussi tal-vjaġġaturi fil-fruntieri esterni u l-għadd ta' dawk li jiskadilhom il-perjodu intitolati għalih pereżempju skont in-nazzjonalità tal-vjaġġaturi.

L-impatt mistenni ulterjuri tas-sistema huwa vvalutat u deskritt fid-dettall fil-valutazzjoni tal-impatt u tista' tinġabar fil-qosor kif ġej:

· Li tipprovdi informazzjoni preċiża b'mod rapidu waqt il-verifiki lill-gwardji tal-fruntieri, billi tissostitwixxi s-sistema attwali li hija inaffidabbli u tieħu l-ħin, tal-ittimbrar manwali tal-passaporti; dan se jippermetti kemm għal monitoraġġ aħjar ta' soġġorn awtorizzat kif ukoll għal aktar iċċekkjar effiċjenti fil-fruntiera;

· Tipprovdi informazzjoni preċiża lill-vjaġġaturi fuq it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat tagħhom;

· Tipprovdi informazzjoni preċiża dwar min skadielu s-soġġorn awtorizzat, li se tappoġġa l-kontrolli fil-konfini tat-territorju u biex jinqabdu l-migranti irregolari;

· Appoġġ għall-identifikazzjoni ta' migranti irregolari; billi jinħażnu l-bijometriċi fl-EES dwar il-persuni kollha li mhumiex suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u meta jitqies li l-bijometrika tad-detenturi tal-viża hija maħżuna fil-VIS, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ser ikunu jistgħu jidentifikaw kwalunkwe migrant irregolari misjub mingħajr dokumenti fit-territorju li jkun qasam il-fruntiera esterna legalment; dan imbagħad jiffaċilita l-proċess tar-ritorn;

· L-analiżi maħluqa mis-sistema se tippermetti approċċ empiriku għal pereżempju l-politika tal-viża, minħabba li l-EES se tipprovdi informazzjoni preċiża dwar jekk hemmx problema dwar dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih għal nazzjonalità partikolari jew le, li jkun element importanti meta tittieħed deċiżjoni jekk għandux jiġi impost jew jitneħħa, skont il-każ, l-obbligu tal-viża minn fuq il-pajjiż terz inkwistjoni;

· Billi jitneħħa l-element manwali tal-ittimbrar tal-passaporti fil-kontrolli fuq il-fruntiera, isir possibbli li jkun hemm provvediment għal kontrolli awtomatizzati bis-sħiħ tal-fruntieri għal ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-proposta għal Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati preżentat fl-istess waqt ma' din il-proposta.

· Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen).

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1931/2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen;

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 767/2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS);

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja.

2.           KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

· Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Din hija deskritta fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument.

· Il-valutazzjoni tal-impatt

L-ewwel valutazzjoni tal-impatt[9] twettqet fl-2008 fit-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett u t-tieni waħda ġiet ffinalizzata fl-2012[10]. L-ewwel waħda analizzat l-alternattivi ta’ politika u l-impatti tagħhom l-aktar probabbli u kkonkludiet li għandha tkun stabbilita EES.

Wara li saru konsultazzjonijiet u proċess ta' kontroll preventiv, it-tieni valutazzjoni tal-impatt analizzat l-alternattivi prinċipali ta’ implimentazzjoni.

L-analiżi tal-alternattivi u s-sottoalternattivi differenti wriet li s-soluzzjoni ppreferuta għal EES għandha tkun din segwenti:

L-EES se titfassal bħala sistema ċentralizzata li fiha jkun hemm kemm dejta alfanumerika kif ukoll bijometrika. Il-perjodu taż-żamma tad-dejta għal każijiet ordinarji jkun ta' sitt xhur u fil-każ ta' persuni li jaqbżu s-soġġorn awtorizzat, ta' tliet snin.

L-użu tal-bijometriċi jkun suġġett għal perjodu tranżizzjonali ta' tliet snin biex jippermetti għall-proċessi ta' addattament tal-Istati Membri fil-punti tal-qsim tal-fruntiera.

Wara perjodu ta' tliet snin, l-EES għandha tiġi valutata u f'dan il-kunest il-Kummissjoni tevalwa b'mod partikolari l-possibbiltà ta' aċċess għas-sistema għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi kif ukoll il-perjodu ta' żamma, filwaqt li titqies ukoll l-esperjenza ta' aċċess għal finijiet tal-VIS. L-evalwazzjoni se tkun akkumpanjata kif xieraq, minn proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għal tali aċċess.Dawk il-kundizzjonijiet iridu jkunu definiti b'mod strett sabiex jipprovdu reġim preċiż tal-protezzjoni tad-dejta, u jistgħu jkunu mudellati fuq dawk previsiti mill-bażi legali tal-VIS:

Il-Bord tal-Valutazzjoni tal-impatt (IAB) irreveda l-abbozz tal-evalwazzjoni tal-impatt u ta l-opinjoni tiegħu fl-14 ta' Marzu 2012 u (fuq verżjoni riveduta) fit-8 ta’ Ġunju 2012. Ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib ġew akkomodati fil-verżjoni riveduta tar-rapport. B'mod partikolari, saru l-bidliet li ġejjin: informazzjoni ulterjuri hija provduta dwar il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati; il-loġika ġenerali ġiet riveduta u ssimplifikata; id-definizzjoni tal-problema ġiet żviluppata aktar u saret aktar dettaljata, kemm fir-rigward tal-problema ġenerali tal-migrazzjoni irregolari kif ukoll f'relazzjoni ma' problemi speċifiċi tal-implimentazzjoni; ix-xenarju bażiku ġie estiż biex jiddeskrivi aħjar kif ser jevolvi mingħajr azzjoni ulterjuri mill-UE; l-għażliet ġew ristrutturati u ssimplifikati; il-valutazzjoni tal-alternattivi ġiet irfinata u magħmula f'manjiera aktar loġika li turi liema alternattivi huma marbuta u li liema mhumiex; l-ispjegazzjoni tal-metodu użat għall-kalkolu tal-ispejjeż ġiet imwessgħa; l-analiżi u d-deskrizzjoni tal-għażla ppreferuta ġew riveduti u marbuta aktar direttament ma' dejta li se tkun disponibbli fil-futur.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjonijiet proposti

L-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet għall-EES għandhom jiġu ddefiniti. Barra minn hekk, hemm bżonn li jingħata mandat lill-Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja biex tiżviluppa u tamministra operazzjonalment is-sistema. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta għal kull artikolu tinstab f'Karta ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni separata.

· Bażi legali

L-Artikolu 74 u 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa l-bażi legali għal din il-proposta. L-Artikolu 77(2)(b) u (d) huwa l-bażi legali adatta biex jiġu speċifikati aktar il-miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri u l-iżvilupp ta' standards u proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-Istati Membri fit-twettiq ta' kontrolli fuq persuni fil-fruntieri. L-Artikolu 74 jipprovdu l-bażi legali xierqa għat-twaqqif u ż-żamma tal-EES u għal proċeduri għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, u jiżgura kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-oqsma koperti mit-Titolu V tat-Trattat.

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Skont l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha l-poter li tadotta miżuri relatati mal-kontrolli fuq persuni u sorveljanza effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet attwali tal-UE dwar il-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri għandhom jiġu modifikati biex jieħdu inkunsiderazzjoni li attwalment ma hemm l-ebda mezz affidabbli biex jimmonitorja l-movimenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal żjara qasira minħabba l-kumplessità u d-dewmien tal-obbligu attwali tal-ittimbrar, li mhuwiex biżżejjed biex jippermetti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jivvalutaw iż-żjara awtorizzata waqt il-kontrolli fil-fruntiera tal-vjaġġatur jew waqt kontrolli fit-territorju u l-valur limitat ħafna ta’ sistemi nazzjonali għal għanijiet simili f'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.

L-informazzjoni dwar min jinsab fit-territorju tal-UE u min jikkonforma mal-perjodu massimu ta' soġġorn qasir ta’ 90 jum fi żmien 180 jum, għal nazzjonalitajiet u gruppi (eżenti/obbligu għall-viża) ta' vjaġġaturi li ma jitilqux wara l-iskadenza taż-żmien u biex tappoġġja kontrolli każwali fit-territorju biex jinstabu persuni li qegħdin b'mod irregolari għandhom ikunu disponibbli biex tiżdied l-effiċjenza tal-immaniġġjar tal-migrazzjoni.

Hemm bżonn ta' reġim komuni sabiex jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar ir-reġistri ta' movimenti transkonfinali u l-monitoraġġ ta' jiem awtorizzati għaż-żona ta' Schengen kollha kemm hi.

Għalhekk, l-għan tal-proposta ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

L-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jgħid li azzjoni mill-Unjoni m'għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat. Il-forma magħżula għal din l-azzjoni tal-UE għandha tippermetti li l-proposta tilħaq l-għan tagħha u li tkun implimentata bl-iktar mod effettiv possibbli. L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi żvilupp ieħor tal-acquis ta' Schengen sabiex jiġi żgurat li regoli komuni fil-fruntieri esterni huma applikati bl-istess manjiera bħal fl-Istati kollha membri f'Schengen. Hija toħloq strument li jipprovdi lill-Unjoni Ewropea informazzjoni dwar kemm ċittadini minn pajjiżi terzi jidħlu u jitilqu mit-territorju tal-UE, li huwa indispensabbli għal politika bażata fuq is-sostenibbiltà u l-evidenza fil-qasam tal-migrazzjoni u l-viża. Barra minn hekk, hija proporzjonali f'termini tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali fis-sens li ma teħtieġx il-ġbir u l-ħażna ta' aktar dejta għal perjodu itwal milli huwa assolutament meħtieġ biex jippermetti li s-sistema taħdem u tilħaq l-għanijiet tagħha. Hija wkoll proporzjonata f'termini ta' spejjeż, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji li s-sistema se tipprovdi lill-Istati Membri kollha fil-ġestjoni tal-fruntiera esterna komuni u biex isir progress lejn politika komuni tal-UE dwar il-migrazzjoni.

Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

· Għażla tal-istrument

L-istrumenti proposti: Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in:

Il-proposta preżenti se twaqqaf sistema ċentralizzata li permezz tagħha l-Istati Membri jikkooperaw ma' xulxin, ħaġa li tirrikjedi arkitettura u regoli operattivi komuni. Barra minn dan, se jiġu stabbiliti regoli dwar kontrolli fil-fruntieri fuq il-fruntieri esterni li huma uniformi għall-Istati Membri kollha. Bħala konsegwenza, Regolament biss jista’ jintgħażel bħala strument legali.

•           Id-drittijiet fundamentali

Ir-Regolament propost għandu impatt fuq id-drittijiet fundamentali, notevolment dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE), id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà (l-Artikolu 6 tal-Karta), ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18 tal-Karta) u protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni (l-Artikolu 19 tal-Karta).

Il-proposta fiha salvagwardji fir-rigward tad-dejta personali, b’mod partikolari l-aċċess għaliha, li għandhu jkun strettament limitat biss għall-iskop ta' dan ir-Regolament u għalhekk għall-awtoritajiet kompetenti maħturin. Salvagwardji fir-rigward tad-dejta personali jinkludu wkoll id-dritt tal-aċċess għal jew id-dritt ta' korrezzjoni jew tħassir tad-dejta.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (MFF) tinkludi proposta ta' 4,6 biljun EUR għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) għall-perjodu 2014-2020. Fil-proposta, 1,1 biljun EUR huma mwarrba bħala ammont indikattiv għall-iżvilupp tal-EES u RTP jekk wieħed jassumi li l-ispejjeż tal-iżvilupp jibdew mill-2015[11].

Dan l-appoġġ finanzjarju ikun ikopri mhux biss l-ispejjeż ta’ komponenti ċentrali għall-perjodu sħiħ tal-MFF kollu (livell tal-UE, kemm l-iżvilupp kif ukoll l-ispiża operattiva) iżda wkoll l-ispejjeż tal-iżvilupp nazzjonali għall-Istati Membri, nazzjonali, komponenti ta' dawn iż-żewġ sistemi, skont ir-riżorsi disponibbli. Il-provvediment tal-appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż tal-iżvilupp nazzjonali ser jiżgura li ċ-ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli fil-livell nazzjonali ma jipperikolawx jew idewmu l-proġetti. Dan jinkludi ammont ta' EUR 146 miljun għal spejjeż fil-livell nazzjonali relatati mal-ospitar tas-sistemi tal-IT, l-ispazju biex jiġi ospitat it-tagħmir tal-utent aħħari, u l-ispazju għall-uffiċċju tal-operaturi. Jinkludi wkoll l-ammont ta' EUR 341 miljun għal spejjeż fil-livell nazzjonali relatati mal-manutenzjoni għal liċenzji ta' hardwer u softwer.

Ladarba s-sistemi ġodda jkunu operattivi, l-ispejjeż operattivi futuri fl-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġjati mill-programmi nazzjonali tagħhom. Huwa propost li l-Istati Membri jistgħu jużaw 50% tal-allokazzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali għall-appoġġ tal-ispejjeż tal-operat tas-sistemi tal-IT użati għall-ġestjoni tal-flussi migratorji fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu l-ispiża għall-ġestjoni tal-VIS, SIS u sistemi ġodda stabbiliti fil-perjodu, l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tas-servizz, kera ta' bini sigur eċċ. Għalhekk, l-istrument futur jiżgura kontinwità ta' finanzjament, fejn ikun xieraq.

5.           TAGĦRIF IEĦOR

· Il-parteċipazzjoni

Din il-proposta tibni fuq l-acquis ta' Schengen f'dak li jirrigwarda l-qsim tal-fruntieri esterni. Għalhekk għandhom ikunu kkunsidrati l-konsegewenzi li ġejjin konnessi mad-diversi protokolli u ftehimiet mal-pajjiżi assoċjati:

id-Danimarka: Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu V tat-Tielet parti tat-TFUE.

Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, b’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi f’perijodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

Ir-Renju Unit u l-Irlanda : Skont l-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 li tikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'ċertu dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jeħdux sehem fir-Regolament (KE) Nru 562/2006 (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen). Għalhekk ir-Renju Unit u l-Irlanda mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhux marbutin bis-suġġett tar-Regolament jew li japplikawh.

L-Islanda u n-Norveġja: Il-proċeduri stipulati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Kunsill u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-eżekuzzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen huma applikabbli, peress illi l-proposta preżenti hija bbażata fuq l-acquis ta’ Schengen kif imfisser fl-Anness A ta' dan il-Ftehim[12].

L-Isvizzera: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif provdut mill-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[13].

Il-Liechtenstein: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif provdut mill-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[14].

Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija: Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-EES jissostitwixxi l-obbligu rispettiv biex jiġi vverifikat it-tul tal-permanenza u għal timbru fil-passaport ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dawn id-dispożizzjonijiet kellhom jiġu applikati mill-Istati Membri li jissieħbu, mal-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.

2013/0057 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex jirreġistra d-dejta tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 77(2)(b) u (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[15],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[17],

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 intitolata 'it-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea"[18] iddeskriviet il-ħtieġa, bħala parti mill-istrateġija Ewropea integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri, li tiġi stabbilita Sistema ta' Dħul/Ħruġ li tirreġistra elettronikament il-ħin u l-post tad-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir fiż-żona Schengen u li tikkalkula t-tul ta' żmien tas-soġġorn awtorizzat tagħhom.

(2) Il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2008 enfasizza l-importanza li jkompli jsir ix-xogħol fuq l-iżvilupp tal-istrateġija għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri tal-UE, inkluż użu aħjar ta' teknoloġiji moderni biex titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2009, bl-isem 'Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini' titkellem favur it-twaqqif ta' sistema elettronika għar-reġistrazzjoni tad-dħul u l-ħruġ mit-territorju tal-Istati Membri permezz tal-qsim tal-fruntieri esterni li tiżgura ġestjoni aktar effettiva ta' aċċess għal dan it-territorju.

(4) Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011 talab għal xogħol fuq "fruntieri intelliġenti" biex jitmexxa 'l quddiem b'mod mgħaġġel. Il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni "Fruntieri Intelliġenti – alternattivi u t-triq 'il quddiem" fil-25 ta' Ottubru 2011.

(5) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), u l-istruttura teknika tagħha, u li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim u l-użu u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet, il-kategoriji tad-dejta li għandhom jiġu mdaħħla fis-sistema, l-iskopijiet li għalihom għandha tiddaħħal id-dejta, il-kriterji biex jiġu mdaħħla, l-awtoritajiet awtorizzati li jkollhom aċċess għad-dejta, ir-rabta reċiproka bejn allerti u regoli oħra dwar l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta personali.

(6) L-EES m'għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li għandhom karta ta’ residenza kif provdut fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri[19], jew detenturi ta’ permessi ta’ residenza msemmija fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen minħabba li s-soġġorn tagħhom mhuwiex limitat għal 90 jum fi żmien 180 jum.

(7) L-EES għandha jkollha l-għan li ssaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri, tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali u tiffaċilita l-ġestjoni tal-flussi migratorji. L-EES għandha partikolarment tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' li ma tkunx, jew ma tkunx għadha, tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-perjodu tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri

(8) Biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, l-EES għandha tipproċessa dejta alfanumerika u, wara perjodu tranżizzjonali, marki tas-swaba'. L-impatt fuq il-privatezza tal-vjaġġaturi miġjub mit-teħid tal-marki tas-swaba' huwa ġustifikat minn żewġ raġunijiet. Il-marki tas-swaba' huma metodu affidabbli biex jiġu identifikati persuni li jinstabu fit-territorju tal-Istati Membri li mhumiex fil-pussess tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom jew mezzi oħra tal-identifikazzjoni, modus operandi komuni ta' immigranti irregolari. Il-marki tas-swaba' jipprovdu wkoll tqabbil aktar affidabbli tad-dejta tad-dħul u l-ħruġ ta' vjaġġaturi legali.

(9) L-għaxar marki tas-swaba' għandhom jiddaħħlu fl-EES, jekk ikun fiżikament possibbli biex jippermettu verifika u identifikazzjoni preċiża u biex jiggarantixxu li dejta suffiċjenti hija disponibbli f'kull ċirkostanza.

(10) L-użu tal-marki tas-swaba' għandu jkun suġġett għal perjodu ta' transizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw il-proċess tal-kontrolli fil-fruntiera u l-immaniġġjar tal-flussi tal-passiġġieri sabiex jiġi evitat li jiżdied il-ħin ta' stennija fil-fruntieri.

(11) L-iżviluppi tekniċi tas-sistema għandhom jipprovdu għall-possibbiltà ta' aċċess għas-sistema għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi jekk dan ir-Regolament jiġi emendat fil-futur biex jippermetti tali aċċess.

(12) L-Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi ta' tagħrif fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011[20], għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni operattiva ċentralizzata tal-EES. Sistema bħal din għandha tikkonsisti f'Unità Ċentrali, Back-Up tal-Unità Ċentrali, Interfaċċi uniformi f'kull Stat Membru, u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn l-EES Ċentrali u l-Punti ta' Dħul fin-Netwerk. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistemi nazzjonali tagħhom stess.

(13) Biex tippermetti sinerġiji u spiża effiċjenti, l-EES għandha, safejn ikun possibbli, tiġi implimentata b'mod parallel mas-Sistema ta' Vjaġġaturi Rreġistrati stabbilita skont ir-Regolament COM(2013) 97 final.

(14) Dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistgħu jiġu awtorizzati li jkollhom aċċess għall-EES biex jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw dejta għall-għanijiet speċifiċi tal-EES u sal-livell meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom.

(15) Kwalunkwe proċessar ta' dejta tal-EES għandu jkun fi proporzjon mal-objettivi mixtieqa u neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti. Meta jużaw l-EES, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dinjità umana u l-integrità tal-persuni li tagħhom tkun intalbet id-dejta, jiġu rrispettati u m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

(16) Id-dejta personali miżmuma fl-EES għandha tinżamm għal mhux aktar minn kemm hu meħtieġ għall-għanijiet tal-EES. Huwa xieraq li d-dejta tinżamm għal sitt xhur, minħabba li dan huwa l-perjodu minimu meħtieġ għall-kalkoli tat-tul tas-soġġorn. Perjodu itwal ta' massimu ta' tliet snin huwa meħtieġ għal persuni li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perjodu tas-soġġorn awtorizzat. Id-dejta għandha titħassar wara perjodu ta’ tliet snin, sakemm m’hemmx raġunijiet għala għandha titħassar qabel.

(17) Regoli preċiżi għandhom jiġu stipulati fir-rigward tar-responsabbiltajiet għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-EES, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għas-sistemi nazzjonali u l-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali.

(18) Regoli dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' dannu li joriġina minn kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament għandu jiġi stipulat. Ir-responsabbilità tal-Kummissjoni fir-rigward ta' tali dannu hija ddeterminata mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-Trattat.

(19) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta[21] tapplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(20) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta’ tali dejta[22] japplika għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji meta jwettqu l-kompiti tagħhom bħala dawk responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-EES.

(21) L-awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-EES.

(22) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8 tal-Karta), id-dritt għal-libertà u s-sigurtà (l-Artikolu 6 tal-Karta), ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18 tal-Karta), il-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni (l-Artikolu 19 tal-Karta), id-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta) u għandu jiġi applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(23) Is-sorveljanza effettiva tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ l-evalwazzjoni f'intervalli regolari. Il-kundizzjonijiet li jagħtu aċċess għad-dejta miżmuma fis-sistema għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi u lejn pajjiżi terzi, u taż-żamma tad-dejta għal perjodi differenti għandhom ikomplu jiġu evalwati biex jiġi valutat, kemm u jekk iva, kif is-sistema tista' tikkontribwixxi b'mod aktar effettiv fil-ġlieda kontra reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. Minħabba l-għadd għoli ta’ dejta personali li tinsab fl-EES u l-ħtieġa li tiġi rispettata bis-sħiħ il-ħajja privata ta’ individwi li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata fl-EES, din l-evalwazzjoni għandha sseħħ tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet u għandha tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-VIS.

(24) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

(25) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[23].

(26) L-istabbiliment ta' EES komuni fil-livell taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u l-ħolqien ta' obbligi, kondizzjonijiet u proċeduri komuni għall-użu tad-dejta, ma jistgħux ikunu suffiċjentament miksuba mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

(27) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(28) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex tipparteċipa f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen[24]; ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(29) Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda mhix tieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen[25]; għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-addozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(30) Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dipożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[26], li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim[27].

(31) Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[28], li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE[29].

(32) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif previst mill-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[30], li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999, meħud flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE[31].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1 Suġġett

Sistema msejħa "Sistema ta' Dħul/Ħruġ" (EES) hija b'dan stabbilita għar-reġistrazzjoni u l-ħażna tal-informazzjoni dwar iż-żmien u l-post tad-dħul u l-ħruġ taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni u ammessi għal żjara qasira fit-territorju tal-Istati Membri, għall-kalkolu tat-tul tas-soġġorn tagħhom, u għall-ġenerazzjoni ta’ allerti lill-Istati Membri meta perjodi awtorizzati għas-soġġorn ikunu skadew.

Artikolu 2 It-twaqqif tal-EES

1.           L-EES għandu jkollha l-istruttura stabbilita fl-Artikolu 6.

2.           L-Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi ta' tagħrif fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (minn hawn 'il quddiem, l-Aġenzija) hija hawnhekk fdata bil-kompiti tal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tal-EES, inkluż il-funzjonalitajiet għall-ipproċessar tad-dejta bijometrika msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 3 Skop

1.           Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi ammessi għal żjara qasira fit-territorju tal-Istati Membri soġġetti għall-kontrolli fil-fruntieri skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

2.           Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-qsim tal-fruntieri esterni minn:

(a)     membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE li jkollhom il-karta ta’ residenza msemmija f'dik id-Direttiva;

(b)     membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom id-dritt skont il-liġi tal-Unjoni għal moviment liberu li għandhom fil-pussess tagħhom il-karta ta’ residenza msemmija fid-Direttiva 2004/38/KE;

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal membri tal-familja msemmija fil-punti (a) u (b) anki jekk dawn ma jkunux qed jakkumpanjaw jew jingħaqdu maċ-ċittadin tal-Unjoni, jew ċittadin ta' pajjiż terż li jgawdi dritt ta’ moviment liberu;

(c)     detenturi ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2 (15) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

(d)     ċittadini ta’ Andorra, Monaco u San Marino.

Artikolu 4 Għan

L-EES għandha jkollha l-iskop li ttejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari, l-implimentazzjoni ta’ politika integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri, il-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-fruntieri u l-immigrazzjoni billi tipprovdi aċċess lill-Istati Membri għall-informazzjoni dwar il-ħin u l-post tad-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u tiffaċilita d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:

– ittejjeb il-kontrolli fil-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni u tikkombatti l-immigrazzjoni irregolari;

– tikkalkula u tissorvelja l-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir;

– tgħin fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li ma tissodisfax, jew m'għadhiex tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, jew toqgħod fit-territorju tal-Istati Membri;

– sabiex tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri jidentifikaw lil dawk li jkun skadielhom il-perjodu tas-soġġorn u biex jieħdu l-miżuri xierqa;

– sabiex tinġabar l-istatistika dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' analiżi.

Artikolu 5 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1) 'fruntieri esterni' tfisser fruntieri esterni kif definiti fl-Artikolu 2(2) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

(2) 'l-awtoritajiet tal-fruntiera' tfisser l-awtoritajiet kompetenti maħtura, f’konformità mal-liġi nazzjonali, biex jagħmlu kontrolli fuq il-persuni fil-punti tal-qsim tal-fruntiera esterna skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen;

(3) 'awtoritajiet tal-immigrazzjoni' tfisser l-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jeżaminaw il-kundizzjonijiet u li jieħdu deċiżjonijiet marbuta ma’ soġġorn ta’ ċittadini minn pajjiż terz fit-territorju tal-Istati Membri;

(4) 'awtoritajiet tal-viża' tfisser l-awtoritajiet li huma responsabbli f'kull Stat Membru biex jeżaminaw u jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet tal-viża jew għal deċiżjonijiet jekk ikunux annullati, revokati jew estiżi viżi, inklużi l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-viżi fil-fruntieri skont il-Kodiċi tal-Viża[32];

(5) ‘ċittadini ta' pajjiż terz' tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tat-Trattat, bl-eċċezzjoni ta' persuni li taħt ftehimiet bejn l-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni;

(6) ‘dokument tal-ivvjaġġar’ tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' tiżdied viża;

(7) "soġġorn qasir" tfisser soġġorni fit-territorji tal-Istati Membri għal żmien ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 ġurnata;

(8) '‘Stat Membru responsabbli’ tfisser l-Istat Membru li daħħal id-dejta fl-EES;

(9) ‘verifika’ tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ dejta biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità mistqarra (verifika ta' wieħed ma' wieħed);

(10) "identifikazzjoni" tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta' persuna permezz ta' tfittxija fil-bażi tad-dejta ma' settijiet multipli ta' dejta (kontroll "wieħed ma' ħafna");

(11) 'dejta alfanumerika' tfisser dejta rrappreżentata minn ittri, numri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;

(12) 'dejta bijometrika' tfisser il-marki tas-swaba';

(13) “persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m'għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet li jirrelataw mat-tul ta’ soġġorn qasir fuq it-territorju tal-Istati Membri;

(14) 'Aġenzija' tfisser l-aġenzija stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011[33];

(15) ‘Frontex' tfisser l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004[34].

(16) 'awtorità superviżorja' tfisser l-awtorità superviżorja stabbilita f'konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE;

(17) 'ġestjoni operattiva' tfisser il-kompiti kollha meħtieġa biex iżommu l-funzjonament tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni li jintużaw minnhom;

(18) 'żvilupp' tfisser il-kompiti kollha meħtieġa biex tinħoloq sistema tal-IT fuq skala kbira, inkluż l-infrastruttura tal-komunikazzjoni użata minnha.

Artikolu 6 Arkitettura teknika tal-EES

L-EES ser tkun magħmula minn:

(a) Sistema ċentrali li tinkludi Unità Ċentrali u l-Unità Ċentrali ta’ Back-Up, kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-Unità Ċentrali fil-każ ta’ nuqqas fis-sistema;

(b) Sistema nazzjonali li tikkonsisti fil-hardware, software u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni nazzjonali meħtieġa biex jitqabbad magħha t-tagħmir tal-utent aħħari tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 7(2) mal-Punti tad-Dħul fin-Network f'kull Stat Membru;

(c) Interfaċċa Uniformi f'kull Stat Membru bażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni u l-istess għall-Istati Membri kollha;

(d) il-Punti tad-Dħul fin-Netwerk, li huma parti minn Interfaċċa Uniformi u huma l-punti ta' aċċess nazzjonali li jikkonnettjaw is-Sistema Nazzjonali ta' kull Stat Membru mas-Sistema Ċentrali u

(e) l-infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Punti ta’ Dħul fin-Netwerk.

Artikolu 7 Aċċess għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni ta' dejta

1.           Skont l-Artikolu 4, l-aċċess għall-EES għad-dħul, emendar, tħassir u konsultazzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikoli 11 u 12 skont dan ir-Regolament għandha tiġi riservata esklussivament għal impjegati awtorizzati kif xieraq tal-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru li huma kompetenti għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 22, limitati sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti skont dan l-għan, u proporzjonati mal-objettivi segwiti.

2.           Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet tal-fruntiera, tal-viża u tal-immigrazzjoni, li l-impjegati awtorizzati tagħhom għandu jkollhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw dejta fl-EES. Kull Stat Membru għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-Aġenzija lista ta' dawn l-awtoritajiet. Din il-lista għandha tispeċifika l-għanijiet li għalihom kull awtorità tista' tipproċessa d-dejta fl-EES.

Fi żmien tliet xhur minn meta l-EES tibda tiffunzjona skont l-Artikolu 41, l-Aġenzija għandha tippubblika lista konsolidata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, l-Aġenzija għandha tippubblika lista kkonsolidata aġġornata darba fis-sena.

Artikolu 8 Prinċipji ġenerali

1.           Kull awtorità kompetenti awtorizzata biex taċċessa l-EES skont dan ir-Regolament għandha tiżgura li l-użu tal-EES huwa neċessarju, xieraq u proporzjonat mat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti.

2.           Kull awtorita' kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-EES, ma tiddiskriminax kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità tal-persuna.

Artikolu 9 Kalkolatur awtomatizzat

L-EES għandha tinkorpora mekkaniżmu awtomatizzat li jindika t-tul massimu awtorizzat tas-soġġorn skont l-Artikolu 5(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen għal kull ċittadin ta' pajjiż terz irreġistrat fl-EES.

Il-kalkolatur awtomatizzat għandu:

(a)          jinforma lill-awtoritajiet kompetenti u ċ-ċittadin tal-pajjiż terz bit-tul tas-soġġorn awtorizzat fil-fruntiera tad-dħul;

(b)          jidentifika ċittadini ta' pajjiżi terzi mal-ħruġ li jkunu qabżu l-perjodu awtorizzat.

Artikolu 10 Mekkaniżmu ta' informazzjoni

1.           L-EES għandha tinkludi mekkaniżmu li għandu awtomatikament jidentifika liema reġistri tad-dħul/ħruġ ma jkollhomx dejta tal-ħruġ wara d-data tal-iskadenza tal-perjodu awtorizzat tas-soġġorn u tidentifika rekords li għalihom il-perjodu ta' soġġorn massimu jkun inqabeż.

2.           Għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura, lista ġġenerata mis-sistema, li jkun fiha d-dejta msemmija fl-Artikolu 11, ta' dawk identifikati li tkun skadielhom il-perjodu tas-soġġorn.

KAPITOLU II  Aċċess u użu ta' dejta mill-awtoritajiet tal-fruntiera

Artikolu 11 Dejta personali għal detenturi tal-viża

1.           Fin-nuqqas ta' reġistrazzjoni preċedenti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fl-EES fejn deċiżjoni biex jiġi awtorizzat id-dħul ta' detentur tal-viża ġiet meħuda skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq fajl individwali tal-persuna billi ddaħħal id-dejta li ġejja:

(a)          kunjom (kunjom tal-familja), kunjom fit-twelid (kunjom(ijiet) preċedenti tal-familja, isem(ismijiet) (isem(ismijiet) mogħtija)); data tat-twelid, post tat-twelid, pajjiż tat-twelid, nazzjonalità jew nazzjonalitajiet u sess;

(b)          it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar jew dokumenti, l-awtorità li ħarġitu jew tirrappreżentahom u d-data tal-ħruġ;

(c)          kodiċi ta’ tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument, id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' validità tad-dokument(i) tal-ivvjaġġar;

(d)          in-numru tal-istiker tal-viża, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru li joħroġha, u d-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-viża, jekk applikabbli;

(e)          fl-ewwel dħul fuq il-bażi tal-viża, in-numru ta' daħliet u l-perjodu awtorizzat tas-soġġorn kif indikat fuq l-istiker tal-viża;

(f)           jekk applikabbli, informazzjoni li l-persuna ngħatat aċċess għall-Programm tal-Vjaġġaturi Rreġistrati skont ir-Regolament COM(2013) 97 final, in-numru ta' indentifikazzjoni uniku u l-istatus ta' parteċipazzjoni.

2.           Ma' kull dħul ta' dik il-persuna d-dejta li ġejja għandha tiġi mdaħħla f'rekord ta' dħul/ħruġ, li għandha tkun marbuta mal-fajl individwali ta' dik il-persuna li tuża n-numru ta’ referenza individwali li nħoloq mill-EES meta jinħoloq dak il-fajl:

(a)          id-data u l-ħin tad-dħul,

(b)          Stat Membru tad-dħul, il-punt tal-qsim tal-fruntiera u l-awtorità li awtorizzat id-dħul;

(c)          il-kalkolu tan-numru ta' jiem tas-soġġorn(i) awtorizzat(i) u d-data tal-aħħar jum ta' soġġorn awtorizzat.

3.           Mal-ħruġ id-dejta li ġejja għandha tiġi mdaħħla fir-rekord tad-dħul/ħruġ marbuta mal-fajl individwali ta' dik il-persuna:

(a)          id-data u l-ħin tal-ħruġ;

(b)          l-Istat Membru u l-punt tal-qsim tal-fruntiera tal-ħruġ.

Artikolu 12 Dejta personali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża

1.           Fin-nuqqas ta' reġistrazzjoni preċedenti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fl-EES fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex tawtorizza d-dħul skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ta' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa eżentat mill-obbligu tal-viża, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq fajl individwali u ddaħħal għaxar marki tas-swaba' fil-fajl individwali ta' dik il-persuna, flimkien mad-dejta msemmija fl-Artikolu 11, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 il-paragrafu 1(d) u (e).

2.           Tfal taħt l-età ta’ 12-il sena għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’ għal raġunijiet legali.

3.           Persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jitteħdulhom il-marki tas-swaba' għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’ għal raġunijiet fattwali.

Madankollu, jekk l-impossibbiltà tkun ta' natura temporanja, l-applikant għandu jkun meħtieġ li jagħti l-marki tas-swaba’ fid-dħul li jmiss. L-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati li jitolbu aktar kjarifiċi dwar l-impossibbiltà temporanja li jingħataw il-marki tas-swaba’.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri adatti li jiggarantixxu d-dinjità tal-persuna f’każ li jkun hemm diffikultajiet fir-reġistrazzjoni fil-ġbir tal-marki tas-swaba'.

4.           Fejn il-persuna kkonċernata hija eżentata mir-rekwiżit li tagħti l-marki tas-swaba’ għal raġunijiet legali jew fattwali skont il-paragrafi 2 jew 3, l-ispazju speċifiku għad-dejta għandu jiġi mmarkat bħala “mhux applikabbli”. Is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każijiet fejn m'hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba' jkunu pprovduti għal raġunijiet legali u każijiet fejn ma jistgħux jiġu pprovduti għal raġunijiet fattwali.

5.           Għal perjodu ta’ tliet snin wara li l-EES tkun bdiet topera, se tkun biss id-dejta alfanumerika msemmija fil-paragrafu 1 li tiġi rreġistrata.

Artikolu 13 Proċeduri għar-reġistrazzjoni tad-dejta fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera fejn fajl preċedenti jkun ġie rreġistrat

Jekk ikun ġie reġistrat fajl preċedenti, l-awtorità tal-fruntiera għandha, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-fajl tad-dejta, iddaħħal ir-rekord tad-dħul/ħruġ għal kull dħul u ħruġ skont l-Artikoli 11 u 12 u torbot dik ir-reġistrazzjoni mal-fajl individwali tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 14 Dejta li għandha tiġi miżjuda meta awtorizzazzjoni ta' soġġorn tiġi revokata jew estiża

1.           Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni li tiġi revokata awtorizzazzjoni ta' soġġorn jew li jiġi estiż il-perjodu ta' soġġorn awtorizzat, l-awtorità kompetenti li tkun ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-dejta li ġejja mar-reġistrazzjoni tad-dħul/ħruġ:

(a)          l-informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għas-soġġorn tkun ġiet revokata jew li t-tul tas-soġġorn awtorizzat ikun ġie estiż

(b)          l-awtorità li rrevokat l-awtorizzazzjoni għas-soġġorn jew tkun estendiet it-tul tas-soġġorn awtorizzat;

(c)          il-post u d-data tad-deċiżjoni li tirrevoka l-awtorizzazzjoni tas-soġġorn jew li testendi l-perjodu tas-soġġorn awtorizzat;

(d)          id-data tal-iskadenza l-ġdida tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn

2.           Ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jindika r-raġuni(jiet) għar-revoka tal-awtorizzazzjoni tas-soġġorn, li għandhom ikunu:

(a)          ir-raġunijiet li għalihom il-persuna tkun qed tiġi espulsa;

(b)          kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, li tirriżulta fit-tneħħija jew it-tluq ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul jew tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

3.           Ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jindika r-raġunijiet għall-estensjoni tat-tul ta' soġġorn awtorizzat.

4.           Meta persuna tkun telqet jew ġiet imneħħija mit-territorji tal-Istati Membri skont deċiżjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), l-awtorità kompetenti għandha ddaħħal id-dejta skont l-Artikolu 13 f’rekord ta’ dħul/ħruġ għal dik ir-reġistrazzjoni speċifika.

Artikolu 15 L-użu tad-dejta għal verifika fil-fruntieri esterni

1.           L-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess għall-EES sabiex jikkonsultaw id-dejta sal-punt li d-dejta hija meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ħidmiet tal-kontroll fil-fruntieri.

2.           Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess biex ifittxu fid-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) flimkien ma’ xi parti jew id-dejta kollha li ġejja:

– id-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(b);

– id-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(c);

– in-numru tal-istiker tal-viża msemmija fl-Artikolu 11(1)(d);

– id-dejta msemmija fl-Artikolu 11(2)(a);

– l-Istat Membru u l-punt tal-qsim tal-fruntiera tad-dħul jew il-ħruġ;

– id-dejta msemmija fl-Artikolu 12,

KAPITOLU III Reġistrazzjoni tad-dejta u l-użu tal-EES minn awtoritajiet oħra

Artikolu 16 L-użu tal-EES għal eżaminazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet tal-viża

1.           L-awtoritajiet tal-viża għandhom jikkonsultaw l-EES għall-għanijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-viża u deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet, inklużi deċiżjonijiet biex jannullaw, jirrevokaw jew jestendu perjodu ta’ validità ta' viża maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

2.           Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-viża għandha tingħata l-aċċess biex tfittex b'wieħed jew aktar mit-tipi ta' dejta li ġejjin:

(a)          id-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c);

(b)          in-numru tal-istiker tal-viża, inkluż il-kodiċi ta' tliet ittri tal-Istat Membru emittenti msemmi fl-Artikolu 11(1)(d);

(c)          id-dejta msemmija fl-Artikolu 12.

3.           Jekk it-tfittxija mad-dejta elenkata fil-paragrafu 2 tindika li d-dejta dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz hija rreġistrata fl-EES, l-awtoritajiet tal-viża għandhom jingħataw l-aċċess biex jikkonsultaw il-fajl tad-dejta individwali ta' dik il-persuna u r-rekords tad-dħul/ħruġ marbuta miegħu biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 17 L-użu tal-EES għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-aċċess tal-RTP

1.           L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament COM(2013) 97 final għandhom jikkonsultaw l-EES għall-għanijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet RTP relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet, inklużi deċiżjonijiet biex jirrifjutaw, jirrevokaw jew jestendu perjodu ta' validità tal-aċċess għall-RTP skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dak ir-Regolament.

2.           Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tfittex f’wieħed jew aktar mid-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c).

3.           Jekk it-tfittxija mad-dejta elenkata fil-paragrafu 2 tindika li d-dejta dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz hija rreġistrata fl-EES, l-awtortità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta l-fajl tad-dejta individwali ta' dik il-persuna u r-rekords tad-dħul/ħruġ marbuta miegħu biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 18 Aċċess għad-dejta għall-verifika fit-territorju tal-Istati Membri

1.           Għall-għanijiet tal-verifika tal-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz u/jew jekk il-kundizzjonijiet ta' dħul jew soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri humiex sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandu jkollhom aċċess biex ifittxu mad-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c), flimkien mal-marki tas-swaba' msemmija fl-Artikolu 12.

2.           Jekk it-tfittxija mad-dejta elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-dejta dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz hija rreġistrata fl-EES, l-awtortità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta l-fajl tad-dejta individwali ta' dik il-persuna u r-rekords tad-dħul/ħruġ marbuta miegħu biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 19 Aċċess għal dejta għall-identifikazzjoni

1.           Unikament għall-iskop tal-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li ma tissodisfax, jew m'għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul fi, il-waqfa jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jew fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk il-kundizzjonijiet tad-dħul fi, il-waqfa jew ir-residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri humiex issodisfati, għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bil-marki tas-swaba' tal-persuna.

2.           Jekk it-tfittxija mad-dejta elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-dejta dwar persuna hija rrekordjata fl-EES, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-dejta tal-fajl individwali u r-rekords tad-dħul/ħruġ marbuta), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

KAPITOLU IV Żamma u emendar tad-dejta

Artikolu 20  Perjodu ta' żamma għall-ħżin tad-dejta

1.           Kull reġistrazzjoni ta' dħul/ħruġ għandha tiġi miżmuma għal massimu ta' 181 jum.

2.           Kull fajl individwali flimkien mar-rekord(s) marbuta tad-dħul/ħruġ għandu jiġi maħżun fl-EES għal massimu ta' 91 jum wara l-aħħar ħruġ irreġistrat, jekk m'hemm l-ebda entrata rreġistrata fi żmien 90 jum wara l-aħħar rekords tal-ħruġ.

3.           B'deroga mill-paragrafu 1, jekk ma jkun hemm l-ebda rekord tal-ħruġ id-data tal-iskadenza tal-perjodu awtorizzat tas-soġġorn, id-dejta għandha tinħażen għal perjodu massimu ta' tliet snin wara l-aħħar jum ta' soġġorn awtorizzat.

Artikolu 21 Emendar tad-dejta

1.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri nnominati skont l-Artikolu 7 għandu jkollhom id-dritt li jemendaw id-dejta li tkun ġiet introdotta fl-EES, billi jikkorreġu jew iħassru t-tali dejta skont dan ir-Regolament.

2            L-informazzjoni dwar persuni msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha titħassar mingħajr dewmien fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz jipprovdi evidenza skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli, li hu jew hi kien sfurzat li jeċċedi t-tul tas-soġġorn awtorizzat minħabba avveniment imprevedibbli u serju, li hu jew hi jkun akkwista dritt legali li toqgħod jew f'każ ta' żbalji. Iċ-ċittadin tal-pajjiż terz għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li d-dejta tiġi emendata.

Artikolu 22 Tħassir tad-dejta bil-quddiem

Fejn, qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 20, ċittadin ta' pajjiż terz ikun akkwista ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, jew jaqa' taħt id-deroga tal-Artikolu 3(2), fajl individwali u r-rekords marbuta miegħu f’konformità mal-Artikoli 11 u 12, għandu jitħassar mingħajr dewmien mill-EES mill-Istat Membru tan-nazzjonalità li hu jew hi jkun akkwista jew l-Istat Membru li ħareġ il-karta ta’ residenza. L-individwu għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li d-dejta titħassar.

KAPITOLU V Żvilupp, Operar u Responsabbiltajiet

Artikolu 23 L-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni qabel l-iżvilupp

              Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni inklużi speċifikazzjonijiet fir-rigward ta’:

(a) l-ispeċifikazzjonijiet għar-reżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal verifikazzjoni bijometrika fl-EES;

(b) il-proġettazzjoni tal-istruttura fiżika tas-sistema inkluż l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha;

(c) ir-reġistrazzjoni tad-dejta skont l-Artikoli 11 u 12;

(d) l-aċċess għad-dejta skont l-Artikoli 15 sa 19;

(e) żamma, emendar, tħassir u tħassir bil-quddiem ta' dejta b'konformità mal-Artikoli 21 sa 22;

(f) żamma u aċċess għar-rekords b'konformità mal-Artikolu 30;

(g) rekwiżiti ta’ prestazzjoni

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom rigward l-Unità Ċentrali, l-Unità Ċentrali ta’ Back-Up, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom ikunu definiti mill-Aġenzija wara li tirċievi opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni.

Artikolu 24 Żvilupp u ġestjoni operazzjonali

1.           L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-Unità Ċentrali, l-Unità Ċentrali ta’ Back-Up, l-Interfaċċi Uniformi inkluż il-Punti tad-Dħul fin-Netwerk u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

L-Unità Ċentrali, l-Unità Ċentrali ta’ Back-Up, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom jiġu żviluppati u implimentati mill-Aġenzija malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri provduti fl-Artikolu 23(1).

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

2.           L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-Unità Ċentrali, l-Unità Ċentrali ta’ Back-Up, u l-Interfaċċi Uniformi. Hija għandha tiżgura f’kull ħin, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi ta’ spiża-benefiċċju.

L-Aġenzija għandha wkoll tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-sistema Ċentrali u l-Punti ta’ Dħul fin-Netwerk.

L-immaniġġjar operazzjonali tal-EES għandu jikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex l-EES tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b’mod partikulari x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi meħtieġa biex ikun żgurat li s-sistema tiffunzjona fuq livell sodisfaċenti ta’ kwalità operazzjonali, b’mod partikulari ż-żmien meħtieġ għall-interrogazzjoni tal-bażi tad-dejta mill-punti tal-qsim tal-fruntiera, li għandu jkun qasir kemm jista' jkun.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha tapplika regoli adatti ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità għall-persunal tagħha kollha sabiex jaħdmu bid-dejta tal-EES. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun ħalla l-uffiċċju jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 25 Responsabbiltajiet Nazzjonali

1.           Kull Stat Membru huwa responsabbli għal:

(a)          l-iżvilupp ta' Sistema Nazzjonali u l-konnessjoni mal-EES;

(b)          l-organizzazzjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-Sistema Nazzjonali tiegħu; u

(c)          it-tmexxija u l-arranġamenti għall-aċċess tal-impjegati debitament awtorizzati tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-EES skont dan ir-Regolament u t-twaqqif u l-aġġornament regolari tal-lista ta' dawn il-membri tal-persunal u tal-profili tagħhom.

2.           Kull Stat Membru jrid jaħtar awtorità nazzjonali, li għandha tipprovdi l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 7 tal-EES, u tqabbad lill-awtorità nazzjonali mal-Punt tad-Dħul fin-Netwerk.

3.           Kull Stat Membru għandu josserva proċeduri awtomatizzati għall-ipproċessar tad-dejta.

4.           Qabel ma jkun awtorizzat biex jipproċessa d-dejta maħżuna fl-EES, il-persunal tal-awtoritajiet li jkollu d-dritt ta' aċċess għall-EES għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.

5.           L-ispejjeż imġarrba mis-Sistema Nazzjonali kif ukoll mill-ospitar tal-Interfaċċa Nazzjonali għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 26 Responsabilità għall-użu tad-dejta

1.           Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dejta rreġistrata fl-EES hija pproċessata b’mod legali, u b’mod partikulari jiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-dejta għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikoli 15 sa 19 ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b'mod partikulari li:

(a)          id-dejta hija miġbura b'mod legali;

(b)          id-dejta hija rreġistrata legalment fl-EES;

(c)          id-dejta hija preċiża u aġġornata meta hija trażmessa lill-EES.

2.           L-Aġenzija għandha tiżgura li l-EES hija mħaddma skont dan ir-Regolament u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha:

(a)          tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Punti ta' Dħul fin-Netwerk, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet ta’ kull Stat Membru;

(b)          tiżgura li impjegati debitament awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dejta pproċessata fl-EES għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

3.           L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li hija tieħu skont il-paragrafu 2 għall-bidu tal-operazzjonijiet tal-EES.

Artikolu 27 Il-Komunikazzjoni tad-dejta lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati

1.           Id-dejta maħżuna fl-EES m'għandhiex tkun ittrasferita jew magħmula disponibbli għal pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe parti privata.

2.           B'deroga mill-paragrafu 1, id-dejta msemmija fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 12 (1) tista' tiġi trasferita jew tista' ssir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness jekk dan ikun neċessarju f'każijiet individwali bl-iskop li tkun pruvata l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż għal skopijiet ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)          il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-dejta personali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, jew hemm fis-seħħ ftehima ta' ammissjoni mill-ġdid bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz, jew ikun japplika l-Artikolu 26(1)(d) tad-Direttiva 95/46/KE;

(b)          il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jaqblu li jużaw id-dejta biss għall-għan li għaliha ngħatat;

(c)          li d-dejta tiġi trasferita jew tkun disponibbli skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, partikularment ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li ttrasferixxa jew ikun għamel id-dejta disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti rigward is-sigurtà tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta; u

(d)          l-Istat Membru li daħħal id-dejta fl-EES ikun ta l-kunsens tiegħu.

3.           Tali trasferimenti ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-paragrafu 2 m'għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, partikularment f'dak li jirrigwarda 'non-refoulement'.

Artikolu 28 Sigurtà tad-dejta

1.           L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura s-sigurtà tad-dejta qabel u waqt it-trażmissjoni lill-Punt tad-Dħul fin-Netwerk. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sigurtà tad-dejta li jirċievi mill-EES.

2.           Kull Stat Membru għandu, b’rabta mas-Sistema Nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta’ sigurtà, sabiex ikun jista’:

(a)          jipproteġi b'mod fiżiku d-dejta, inkluż billi joħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)          iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal impjanti nazzjonali fejn l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skont l-għanijiet tal-EES (sorveljanza fid-dħul għall-impjant);

(c)          jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-medja tad-dejta (kontroll tal-medja tad-dejta);

(d)          jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(e)          iwaqqaf l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' dejta fl-EES u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' dejta pproċessata fl-EES (kontroll ta' dħul tad-dejta);

(f)           jiżgura li persuni awtorizzati biex ikollhom aċċess għall-EES ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta’ modi għal aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta’ aċċess għad-dejta);

(g)          jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess ikollhom aċċess biex joħolqu profili fl-EES fejn jiġu deskritti l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jidħlu, jemendaw, iħassru u jfittxu fid-dejta u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji mingħajr dewmien meta jagħmlu t-talba tagħhom (il-profili tal-persunal);

(h)          jiżgura li jkun possibbli li jivverifikaw u jistabbilixxu lil liema korpi tista' tiġi trażmessa dejta personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i)           jiżgura li huwa possibbli li jkun verifikat u stabbilit liema dejta ġiet ipproċessata fl-EES, meta, minn min u għal liema għan (kontroll ta’ rekordjar tad-dejta);

(j)           iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' dejta personali matul it-trażmissjoni ta' dejta personali lejn jew mill-EES jew matul it-trasport ta' medja tad-dejta, b'mod partikulari permezz ta' tekniki xierqa ta' kriptaġġ (kontroll tat-trasport);

(k)          jikkontrolla l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar).

3.           L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 rigward l-operazzjoni tal-EES, inkluża l-adozzjoni ta' pjan ta' sigurtà.

Artikolu 29 Responsabbiltà

1.           Kull persuna jew Stat Membru li, sofra danni kkawżati minn operat ta' ipproċessar illegali jew kull att li mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament tkun/ikun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni li seħħew. Dak l-Istat għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-avveniment li bih tkun seħħet il-ħsara.

2.           Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża danni lill-EES, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-Aġenzija jew Stat Membru ieħor parteċipanti fl-EES ikunu naqsu milli jieħdu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħ id-dannu jew li jnaqqas l-impatt tiegħu.

3.           It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konvenut.

Artikolu 30 Żamma ta' rekords

1.           Kull Stat Membru u l-Aġenzija għandhom iżommu rekord tal-operazzjonijiet kollha ta' pproċessar ta' dejta fl-EES. Dawn ir-rekords għandhom juru l-għan tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 7, id-data u l-ħin, it-tip ta’ dejta trażmessa kif imsemmi fl-Artikoli 11 sa 14, it-tip ta’ dejta użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 15 sa 19 u l-isem tal-awtorità li ddaħħal jew li tirkupra d-dejta. Minnbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm ir-rekords tal-membri tal-persunal debitament awtorizzati biex jirreġistraw jew jaċċessaw id-dejta.

2.           Tali rekords jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-ħarsien tad-dejta tal-ammissibilità tal-ipproċessar tad-dejta, kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-dejta. Ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara perjodu ta' sena wara li jkun skada l-perjodu ta' żamma msemmi fl-Artikolu 20, jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà nbdew.

Artikolu 31 Awto-monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tad-dejta tal-EES għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' dan ir-Regolament u għandha tikkopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità superviżorja.

Artikolu 32 Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-dejta mdaħħla fl-EES ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skont il-liġi nazzjonali, li jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

KAPITOLU VI Drittijiet u sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta

Artikolu 33 Dritt ta' informazzjoni

1.           Persuni li d-dejta tagħhom hija rreġistrata fl-EES għandhom jiġu informati b'li ġej mill-Istat Membru responsabbli:

(a)          l-identità tal-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 37 (4);

(b)          il-fini li għalihom id-dejta ser tkun ipproċessata fl-EES;

(c)          il-kategoriji ta' reċipjenti tad-dejta;

(d)          il-perjodu taż-żamma tad-dejta;

(e)          li l-ġbir tad-dejta huwa mandatorju għall-eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dħul;

(f)           l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal dejta relatata magħhom, u d-dritt li jitolbu li dejta mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar dejta marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u d-dettalji għall-kuntatt tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, jew tas-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jekk applikabbli, li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

2.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi provduta bil-miktub.

Artikolu 34 Dritt ta' aċċess, korrezzjoni u tħassir

1.           Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jipprovdu aktar informazzjoni b'konformità mal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tikseb komunikazzjoni tad-dejta relatata magħha rreġistrata fl-EES u tal-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni lill-EES. Tali aċċess għad-dejta jista' jingħata biss minn Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jirreġistra kull talba għal tali aċċess.

2.           Kull persuna tista’ titlob li d-dejta dwarha li mhix preċiża tiġi kkorreġuta u li d-dejta rrekordjata b’mod illegali titħassar. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu minnufih mill-Istat Membru responsabbli, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.

3.           Jekk it-talba kif previst fil-paragrafu 2 issir lil Stat Membru, li mhux l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu saret it-talba għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' 14-il ġurnata. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-dejta u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fl-EES f'limitu ta' żmien ta' xahar.

4.           Jekk jinstab li d-dejta rrekordjata fl-EES mhix preċiża jew ġiet irrekordjata b’mod illegali, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoreġi jew iħassar id-dejta skont l-Artikolu 21. L-Istat Membru responsabbli għandu jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata minnufih li ħa l-azzjoni sabiex jikkoreġi jew iħassar id-dejta dwarha.

5.           Jekk l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx li d-dejta rrekordjata fl-EES mhix preċiża jew li ġiet irrekordjata b’mod illegali, huwa jrid jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata minnufih ir-raġuni għaliex mhux lest li jikkoreġi jew iħassar id-dejta dwarha.

6.           L-Istat Membru responsabbli għandu jagħti wkoll lill-persuna kkonċernata l-informazzjoni bi spjegazzjoni tal-passi li jista' jieħu jekk ma taċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tinġieb azzjoni jew, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta' dak l-Istat Membru u kull għajnuna, inkluż mill-awtorità superviżorja li hija disponibbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 35 Kooperazzjoni sabiex jiġu żgurati d-drittijiet fuq ħarsien tad-dejta

1.           L-Istati Membri għandhom jikkoperaw b’mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 34.

2.           F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċiżżju tad-drittijiet tagħha sabiex tiġi kkoreġuta jew imħassra dejta dwarha skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE.

3.           L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli li ttrażmetta d-dejta u l-awtoritjiet superviżorji tal-Istati Membri li lilhom saret it-talba għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

Artikolu 36 Rimedji

1.           F'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti ta' dak l-Istat Membru li rrifjuta d-dritt ta' aċċess jew id-dritt ta' korrezzjoni jew tħassir ta' dejta relatata magħha, previst fl-Artikolu 35.

2.           L-assistenza tal-awtoritajiet superviżorji għandha tibqa' disponibbli matul il-proċedimenti.

Artikolu 37 Superviżjoni mill-awtorità superviżorja

1.           L-awtorità superviżorja għandha tissorvelja l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali, msemmija fl-Artikoli 11 sa 14 mill-Istat Membru inkwistjoni, inkluż it-trażmissjoni għal u mill-EES.

2.           L-awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-verifika tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta fis-Sistema Nazzjonali titwettaq skont l-istandards ta' verifika internazzjonali relevanti mill-inqas kull erba' snin.

3.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-ħidmiet afdati lilha taħt dan ir-Regolament.

4.           Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali fl-EES, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid tiġi kkunsidrata bħala kontrollur skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE u li għandu jkollha responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar tad-dejta minn dan l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika din l-awtorità lill-Kummissjoni.

5.           Kull Stat Membru għandu jforni kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji u għandu, b'mod partikolari jipprovdihom b'informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 28 u jagħtihom aċċess għar-rekords tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 30 u jippermettilhom aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħhom.

Artikolu 38 Sorveljanza mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.           Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jivverifika li l-attivitajiet ta' proċessar ta' dejta personali tal-Aġenzija jitwettqu skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom japplikaw kif meħtieġ.

2.           Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' dejta personali tal-Aġenzija skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' awditjar bħal dan għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji. L-Aġenzija għandha tingħata opportunità li tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport.

3.           L-Aġenzija għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, ittih aċċess għad-dokumenti kollha u għar-rekords tagħha msemmija fl-Artikolu 30 u tippermettilu aċċess għall-postijiet tagħha kollha, f'kull ħin.

Artikolu 39 Kooperazzjoni bejn l-awtoritatjiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.           L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, filwaqt li jaġixxu fi ħdan l-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkoperaw b'mod attiv fi ħdan il-qafas tar-responsabblitajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tal-EES u tas-Sistemi Nazzjonali.

2.           Filwaqt li jaġixxu fil-kamp ta' ħidma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, huma għandhom iwettqu skambju tal-informazzjoni relevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi bl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew bl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-persuna li d-dejta tirreferi għaliha, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, skont il-bżonn.

3.           L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jiltaqgħu għal dak il-fini mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn.

4.           Rapport konġunt ta' attivitajiet għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kull sentejn. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitolu ta' kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta' dak l-Istat Membru.

KAPITOLU VII Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 40 L-użu tad-dejta għar-rappurtar u l-istatistika

1.           Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Aġenzija u tal-Frontex għandu jkollhom l-aċċess li jikkonsultaw id-dejta li ġejja, unikament għall-għanijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni individwali:

(a)          informazzjoni dwar l-istatus;

(b)          nazzjonalità taċ-ċittadin tal-pajjiż terz;

(c)          Stat Membru, id-data u l-punt tal-qsim tal-fruntiera tad-dħul u l-Istat Membru, id-data u l-punt tal-qsim tal-fruntiera tal-ħruġ;

(d)          it-tip ta' dokument tal-ivvjaġġar;

(e)          in-numru ta' dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih imsemmija fl-Artikolu 10;

(f)           id-dejta mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe soġġorn revokat jew li l-validità tiegħu hija estiża;

(g)          l-awtorità li ħarġet il-viża, jekk applikabbli;

(h)          in-numru ta’ persuni eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba' skont l-Artikolu 12(2) u (3).

Artikolu 41 Bidu tal-operati

1.           Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-EES għandha tibda l-operat, wara li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)          il-miżuri msemmija fl-Artikolu 23 ikunu ġew adottati;

(b)          l-Aġenzija tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-EES, li għandu jsir mill-Aġenzija flimkien mal-Istati Membri, u;

(c)          l-Istati Membri jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u legali biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikoli 11 sa 14 għall-EES u nnotifikawhom lill-Kummissjoni.

2.           Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-paragrafu 1(b).

3.           Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 42 Proċedura tal-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 43 Notifiki

1.         L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:

(a)          l-awtorità li trid tiġi kkunsidrata bħala kontrollur imsemmija fl-Artikolu 37;

(b)          l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa msemmija fl-Artikolu 41.

2.           L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija bl-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess jidħlu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw jew ifittxu fid-dejta, imsemmija fl-Artikolu 7.

3.           L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fl-Artikolu 41 paragrafu 1 (b).

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1(a) għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta' reġistru elettroniku pubbliku li jkun aġġornat b'mod kostanti.

Artikolu 44 Grupp konsultattiv

Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv mill-Aġenzija u jipprovdiha bit-tagħrif espert relatat mal-EES b'mod partikolari fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tagħha u fir-rapport annwali ta' attività tagħha.

Artikolu 45  Taħriġ

L-Aġenzija għandha twettaq kompiti relatati mat-taħriġ imsemmija fl-Artikolu 25 (4).

Artikolu 46 Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

1.           L-Aġenzija għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-EES ma’ miri relatati mar-rendiment tekniku, benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż, sigurtà u kwalità tas-servizz.

2.           Għall-finijiet ta' manutenzjoni teknika, l-Aġenzija għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-ħidmiet tal-ipproċessar tad-dejta mwettqa fl-EES.

3.           Sentejn wara li l-EES tkun bdiet topera u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Aġenzija trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-iffunzjonar tekniku tal-EES, inkluż tas-sigurtà tagħha.

4.           Tliet snin wara li l-EES tibda topera u kull erba' snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni trid tipprepara evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, stima tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjonijiet għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           L-ewwel evalwazzjoni għandha speċifikament teżamina l-kontribuzzjoni li s-sistema ta' dħul-ħruġ tista' tagħti fil-ġlieda kontra reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra u se tittratta l-kwistjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni maħżuna fis-sistema għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, jekk ikunx hemm aċċess u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet dan l-aċċess jista’ jiġi permess, jekk il-perjodu taż-żamma tad-dejta għandux jiġi modifikat u jekk l-aċċess lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandux jingħata, filwaqt li jitqies l-operar tal-EES u r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-VIS.

6.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u l-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni u/jew l-Aġenzija.

7.           L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-valutazzjonijiet totali msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

Artikolu 47 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

1.           Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.           Għandu japplika mid-data msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41.

3.           L-Artikoli 23 sa 25, 28 u 41 sa 45 għandhom japplikaw mid-data msemmija fil-paragrafu 1.

Dan ir-regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

Anness

Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 27(2)

1.         Organizzazzjonijiet tan-NU (bħall-UNHCR);

2.         Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM);

3.         Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    In-Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu jew metodi ta’ ġestjoni previsti

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata d-dejta tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea soġġett għall-adozzjoni mill-Awtorità Leġiżlattiva tal-proposta li tistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u viża (COM(2011)750) u soġġett għall-adozzjoni mill-Awtorità Leġiżlattiva tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2011)398) u livell suffiċjenti ta’ riżorsi li huma disponibbli taħt il-limitu tan-nefqa ta’ intestatura tal-baġit pertinenti.

1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[35]

Il-qasam ta’ politika: Qasam tal-Affarijiet Interni (Titolu 18)

1.3. In-Natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[36]

¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan jew l-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Programm ta' Stokkolma miftiehem mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2009 afferma mill-ġdid il-potenzjal għal Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) li tippermetti lill-Istati Membri li jaqsmu d-dejta b'mod effettiv filwaqt li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tad-dejta. Il-proposta għat-twaqqif tal-EES ġiet għalhekk inkluża fil-Pjan ta' Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma. Il-finanzjament tal-iżvilupp tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)[37].

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet konċernata/i ABM/ABB

L-EES għandha jkollha l-iskop li ttejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari sabiex:

ikunu reġistrati r-rekords tad-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir;

tikkalkula u tissorvelja l-perjodu tas-soġġorn awtorizzat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir;

sabiex tinġabar l-istatistika dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' analiżi.

L-attività jew l-attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernata/i

Attivitajiet: Solidarjetà — Fruntieri esterni, ritorn, politika tal-viża u l-moviment ħieles tal-persuni (kapitolu 18.02)

1.4.3. Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċfika l-effetti li għandha jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Hija se tiġġenera informazzjoni preċiża dwar dawk li tkun skaditilhom il-viża għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, li ser tgħin biex jinqabdu u jiġu rritornati l-immigranti irregolari u b'hekk tiġi miġġielda l-immigrazzjoni irregolari b'mod ġenerali.

Hija se tipprovdi informazzjoni preċiża dwar l-għadd ta' persuni li jaqsmu l-fruntiera esterna tal-UE kull sena, maqsuma skont in-nazzjonalità u l-post tal-qsim tal-fruntieri. L-istess informazzjoni dettaljata se tiġi pprovduta speċifikament fuq dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih, li se tipprovdi l-bażi ta’ evidenza ħafna iktar qawwija dwar jekk ċittadini ta' pajjiż terz partikolari għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu tal-viża jew le.

Hija se tipprovdi dejta ewlenija għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għall-Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) (ġodda u dawk sussegwenti). Barra minn hekk, hija se tagħti lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn aċċess għal RTP jikkonformaw bis-sħiħ ma' kundizzjonijiet meħtieġa, li jinkludu r-rispett tat-tul tas-soġġorn awtorizzat.

Hija ser tippermetti l-verifika mill-awtoritajiet li vjaġġaturi regolari li jkollhom viżi għal dħul multiplu ma jaqbżux il-perjodu intitolati għalih biex joqogħdu fiż-żona ta’ Schengen.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Matul l-iżvilupp

Wara l-approvazzjoni tal-abbozz tal-proposta u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, is-sistema teknika ser tiġi żviluppata minn kuntrattur estern. L-iżvilupp tas-sistemi se jseħħ fil-livell ċentrali u nazzjonali taħt il-koordinazzjoni ġenerali tal-Aġenzija tal-IT. L-Aġenzija tal-IT se tiddefinixxi qafas ta’ governanza globali b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati kollha. Bħas-soltu fl-iżvilupp ta' tali sistemi, Pjan ta’ Ġestjoni ġenerali tal-Proġett, flimkien ma’ Pjan ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità, se jkunu definiti fil-bidu tal-proġett. Dawn għandhom jinkludu indikaturi speċifiċi relatati b'mod partikolari ma'

          L-istatus tal-proġett globali

l-iżvilupp fil-ħin skont skeda miftiehma (passi importanti), l-immaniġġjar tar-riskji, il-ġestjoni tar-riżorsi (umani u finanzjarji) skont l-allokazzjonijiet mifthiema ta' tħejjija organizzattiva…

Ladarba s-sistema tkun operazzjonali

Skont l-Artikolu 46 dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

"3.      Sentejn wara li l-EES tkun bdiet topera u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Aġenzija trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-EES, inkluż is-sigurtà tagħha.

4.       Sentejn wara li l-EES tibda topera u kull erba' snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni trid tipprepara evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, stima tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjonijiet għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill"

Ta’ importanza partikolari għal dik il-valutazzjoni se jkunu l-indikaturi relatati man-numru ta' dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih u d-dejta dwar il-ħin tal-qsim tal-fruntiera, fejn għal din tal-aħħar, l-informazzjoni għandha tinġabar minn esperjenzi mill-VIS ukoll, kif ukoll minn analiżi dettaljata tal-bżonn li jingħata aċċess għad-dejta għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapporti dwar l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Għan speċifiku: Biex issaħħaħ l-effiċjenza fil-kontrolli fil-fruntiera permezz ta’ monitoraġġ tad-drittijiet għal soġġorn awtorizzat mad-dħul u l-ħruġ, u biex ittejjeb il-valutazzjoni tar-riskju ta' soġġorn barra mill-perjodu awtorizzat;

Indikatur: Il-ħin tal-ipproċessar fil-punti ta' qsim tal-fruntiera

In-numri ta' dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih identifikati f’punti ta’ qsim tal-fruntiera

Disponibbiltà tas-sistema

Għan speċifiku: Biex tiġġenera informazzjoni affidabbli sabiex tippermetti lill-UE u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu għażliet infurmati ta' politika dwar il-viża u l-migrazzjoni;

Indikatur: In-numru ta’ allerti dwar dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih skont il-kategorija viża-meħtieġà/eżentat mill-viża, skont it-tip ta' fruntiera art/baħar/ajru, minn Stat Membru, skont il-pajjiż tal-oriġini/nazzjonalità

Għan speċifiku: Biex tidentifika u ssib immigranti irregolari, speċjalment dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih, ukoll fi ħdan it-territorju u li jiżdiedu l-possibilitajiet għar-ritorn;

Indikatur: Numri ta’ allerti li jwasslu sabiex jinqabdu dawk li jkunu qabżu l-perjodu intitolati għalih

Għan speċifiku: Biex tħares id-drittijiet fundamentali, speċjalment il-ħarsien tad-dejta personali u d-dritt għall-privatezza, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Indikatur: Għadd ta’ tqabbil falz ta' rekords tad-dħul/ħruġ

L-għadd ta’ lmenti minn individwi lill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta

1.5. Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu sodisfatti fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-immigrazzjoni illegali għall-UE tippreżenta sfida lil kull Stat Membru. Il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li jaqbżu l-perjodu awtorizzat, huma persuni li daħlu legalment fl-Unjoni Ewropea, iżda baqgħu hemm wara li l-intitolament tagħhom ikun skada. Il-liġi tal-UE tistipula li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom, bħala regola ġenerali, id-dritt li jidħlu għal soġġorn qasir sa tliet xhur għal kull perjodu ta’ sitt xhur.

L-EES se tkun strument li jipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’informazzjoni bażika dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu u joħorġu mit-territorju tal-UE. Din l-informazzjoni hija indispensabbli biex tifforma politiki sostenibbli u raġonevoli fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-viża. Is-sistema attwali ta' timbri fil-passaport toħloq problema mhux biss għall-infurzar iżda wkoll f'termini biex tinforma lill-persuni bid-drittijiet tagħhom, per eżempju, dwar in-numru eżatt ta’ ġranet li għalihom huma intitolati li jibqgħu fiż-żona Schengen, wara serje ta' soġġorni li jkunu ta' ftit jiem kull wieħed. Barra minn hekk, sakemm id-dejta ma tkunx irreġistrata xi mkien ieħor apparti l-passaport, il-qsim tad-dejta bejn l-Istati Membri huwa fiżikament impossibbli. Dan ifisser ukoll li tali dejta ma tkunx disponibbli f'każ li d-dokumenti tal-ivvjaġġar ittimbrat jiġi sostitwit jew mitluf.

L-EES se tippermetti li jiġi kkalkulat it-tul tas-soġġorni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (TCN – third country national) u biex tivverifika jekk xi ħadd ma jitlaqx wara li jiskadi ż-żmien, anke meta jitwettqu verifiki fi ħdan iż-żona Schengen. Attwalment l-ittimbrar tad-dokument tal-ivvjaġġar jindika li d-dati tad-dħul u tal-ħruġ huwa l-unika strument disponibbli għall-gwardjani tal-fruntieri u l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Iż-żmien li TCN ikun qatta' fiż-żona Schengen huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-timbri, li ta’ spiss huma diffiċli biex wieħed jinterpretahom; jistgħu ma jkunux jistgħu jinqraw jew ikunu oġġett ta' falsifikazzjoni. Kalkolu preċiż taż-żmien li wieħed ikun għadda fiż-żona Schengen abbażi tat-timbri fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar jirrikjedi wisq ħin u huwa wkoll diffiċli biex isir.

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-ebda Stat Membru mhu kapaċi jibni, sistema komuni interoperabbli ta' dħul/ħruġ waħdu. Bħall-attivitajiet kollha marbuta mal-ġestjoni tal-flussi migratorji u t-theddid għas-sigurtà, dan huwa qasam fejn hemm valur miżjud ovvju fil-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE.

It-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni trid tiġi akkompanjata minn miżuri komuni għall-kontroll u s-sorveljanza effettivi tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Xi Stati Membri jġorru piż tqil minħabba s-sitwazzjoni ġeografika speċifika tagħhom u t-tul tal-fruntieri esterni tal-Unjoni li jridu jamministraw. Il-kundizzjonijiet tad-dħul u l-kontrolli fuq il-fruntiera għal ċittadini ta' pajjiżi terzi huma armonizzati permezz tal-liġi tal-UE. Minħabba li l-persuni jistgħu jidħlu fiż-żona Schengen minn punt tal-qsim tal-fruntiera fi Stat Membru fejn jintuża reġistru nazzjonali ta' dħul/ħruġ, iżda joħorġu minn punt tal-qsim tal-fruntiera fejn l-ebda sistema bħal din ma hija użata, ebda azzjoni ma' tista' tinkiseb mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom iżda biss f’livell tal-UE.

1.5.3. It-tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza fl-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viżi (il-VIS) tat it-tagħlimiet li ġejjin:

1) Bħala salvagwardja possibbli kontra żieda fl-ispejjeż u dewmien li jirriżulta minn bidla fil-kundizzjonijiet, kull sistema tal-informazzjoni ġdida fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, partikolarment jekk tkun tinvolvi sistema tal-IT fuq skala kbira, ma tiġix żviluppata qabel mal-istrumenti legali li jistabbilixxu l-għanijiet, l-iskop, il-funzjonijiet u d-dettalji tekniċi tagħha jkunu ġew adottati b'mod definittiv.

2) Kien diffiċli biex jiġu finanzjati żviluppi nazzjonali għall-Istati Membri li għadhom ma pprevedewx l-attivitajiet rispettivi tagħhom fil-programm multi-annwali jew nuqqas ta' preċiżjoni fl-ipprogrammar tagħhom fil-qafas tal-Fondi għall-Fruntieri Esterni (EBF). Għalhekk, issa qed ikun propost li dawn l-ispejjeż tal-iżvilupp jiġu inklużi fil-proposta.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti relevanti oħrajn

Din il-proposta għandha titqies bħala parti tal-iżvilupp kontinwu tal-Istrateġija Integrata għall-Ġestjoni tal-Fruntieri tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Komunikazzjoni dwar Fruntieri Intelliġenti[38], kif ukoll flimkien mal-proposta tal-frunieri tal-ISF[39], bħala parti tal-MFF. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni emendata għall-Aġenzija[40], tkopri l-ispejjeż għas-sistemi eżistenti tal-IT EURODAC, SIS II, VIS iżda mhux għas-sistemi futuri tal-ġestjoni tal-fruntieri li għadhom mhumiex fdati lill-Aġenzija permezz ta' qafas legali. Għalhekk, fl-anness għall-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[41], taħt intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza ” huwa previst li jkunu koperti sistemi tal-IT eżistenti fir-rubrika "sistemi tal-IT (EUR 822 M) u s-sistemi futuri għall-ġestjoni tal-fruntieri fir-rubrika "Sigurtà Interna '(EUR 1.1 M minn EUR 4.648 M). Fi ħdan il-Kummissjoni, id-DĠ AFFARIJIET INTERNI huwa d-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-istabbiliment ta' żona ta' moviment ħieles li fiha l-persuni jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni mingħajr ma jkunu sottomessi għal kontrolli fil-fruntiera u l-fruntieri esterni jkunu kkontrollati u amministrati b'mod koerenti fil-livell tal-UE. Is-sistema għandha s-sinerġiji segwenti mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża:

a) Għad-detenturi tal-viża, is-Sistema tat-Tqabbil Bijometriku tintuża wkoll għall-għan ta' Dħul/Ħruġ;

b) Is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ se tikkumplimenta l-VIS. Il-VIS fiha biss l-applikazzjonijiet tal-viża u viżi maħruġa, filwaqt li għad-detenturi tal-viża l-EES se taħżen ukoll dejta konkreta dwar id-dħul u l-ħruġ relatati mal-ħruġ tal-viżi;

c) Se jkun hemm ukoll sinerġiji mal-RTP, peress li d-dħul u l-ħruġ ta' vjaġġaturi reġistrati se jiġi rrekordjat fl-EES, li se tissorvelja l-perjodu tas-soġġorn awtorizzat tagħhom fi ħdan iż-żona Schengen. Mingħajr l-EES, il-qsim totalment awtomatizzat tal-fruntieri ma jistax jiġi implimentat għall-vjaġġaturi rreġistrati. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda riskju ta' koinċidenza ma’ inizjattivi simili mwettqa f'DĠs oħrajn.

1.6. It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien illimitat

– Perjodu preparatorju mill-2013 sal-2015 (l-istabbiliment tal-qafas legali)

– Il-perjodu tal-iżvilupp mill-2015 sal-2017,

– segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i)[42]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

x Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– x korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[43]

– ¨  korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Maniġġjar deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi

¨ Il-ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

Jekk hemm indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża għall-perjodu 2014-2020 (COM(2011)750), tipprevedi l-finanzjament tal-iżvilupp tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fl-Artikolu 15 tagħha. Skont l-Artikoli 58 1c) u 60 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid (ġestjoni indiretta ċentralizzata) il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-programm finanzjarju msemmi hawn fuq se jkunu delegati lill-Aġenzija tal-IT.

Matul il-perjodu 2015-2017, l-attivitajiet kollha ta’ żvilupp se jkunu fdati lill-Aġenzija tal-IT permezz ta' ftehim ta' delega. Dan se jkopri l-iżvilupp ta' parti tal-oqsma kollha tal-proġett, jiġifieri s-Sistema ċentrali, is-sistemi tal-Istati Membri, in-netwerks u l-infrastruttura fl-Istati Membri.

Fl-2017, fiż-żmien tal-analiżi ta' nofs it-terminu, huwa previst li jiġi trasferit il-kreditu li jifdal mill-EUR 513 000 miljun lill-Aġenzija tal-IT għal-linja tal-ispejjeż operattivi u ta' manutenzjoni tas-sistema ċentrali u tan-netwerk u għall-programmi nazzjonali għall-ispejjeż operattivi u ta' manutenzjoni tas-sistemi nazzjonali inkluż spejjeż tal-infrastruttura (ara t-tabella hawn taħt). Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva se tkun riveduta skont dan, sal-aħħar tal-2016.

Blokok || Il-mod ta' tmexxija || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

L-iżvilupp tas-sistema ċentrali || Indirett ċentralizzat || X || X || X || || ||

L-iżvilupp fl-Istati Membri || Indirett ċentralizzat || X || X || X || || ||

Manutenzjoni tas-sistema ċentrali || Indirett ċentralizzat || || || X || X || X || X

Manutenzjoni tas-Sistemi Nazzjonali || Indirett ċentralizzat || || || X || X || X || X

Network (1) || Indirett ċentralizzat || X || X || X || X || X || X

L-infrastruttura fl-Istati Membri || Indirett ċentralizzat || X || X || X || X || X || X

(1) l-iżvilupp tan-netwerk 2015-2017, l-operazzjonijiet tan-netwerk fl-2017-2020

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EES huma previsti fl-Artikolu 46 tal-proposta tal-EES

Artikolu 46     Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

1. L-Aġenzija għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-EES ma’ miri relatati mar-rendiment tekniku, il-benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2. Għall-finijiet tal-manteniment tekniku, l-Aġenzija għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mwettqa fl-EES.

3. Sentejn wara li l-EES tkun bdiet topera u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Aġenzija trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-iffunzjonar tekniku tal-EES, inkluż is-sigurtà tagħha.

4. Tliet snin wara li l-EES tibda topera u kull erba' snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni trid tipprepara evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, stima tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjonijiet għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. L-ewwel evalwazzjoni għandha speċifikament teżamina l-mod li bih is-sistema ta' dħul-ħruġ tista' tikkontrobwixxi bl-aħjar mod fil-ġlieda kontra reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra u se tittratta l-kwistjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni maħżuna fis-sistema għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, taħt liema kundizzjonijiet dan l-aċċess jista’ jiġi permess, jekk il-perjodu taż-żamma tad-dejta għandux jiġi modifikat u jekk l-aċċess lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandux jingħata, filwaqt li jitqies l-operar tal-EES u r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-VIS.

6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u l-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni u/jew l-Aġenzija.

7. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-valutazzjonijiet totali msemmija fil-paragrafu 4.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Ir-riskju jew riskji identifikati

1) Diffikultajiet bl-iżvilupp tekniku tas-sistema

L-Istati Membri għandhom sistemi tal-IT nazzjonali teknikament differenti. Barra minn hekk, il-proċessi tal-kontroll tal-fruntieri jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi lokali (spazju disponibbli fil-punt tal-qsim tal-fruntiera, il-flussi tal-vjaġġaturi, eċċ.). L-EES jeħtieġ li tiġi integrata f’arkitettura tal-IT nazzjonali u l-proċessi nazzjonali tal-kontroll tal-fruntiera. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-komponenti nazzjonali tas-sistema jeħtieġ li jkun kompletament konformi mar-rekwiżiti ċentrali. Hemm żewġ riskji ewlenin identifikati f’dan il-qasam:

a) Ir-riskju li l-aspetti tekniċi u legali tal-EES jistgħu jiġu implimentati b'modi differenti minn Stati Membri differenti, minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni bejn in-naħa ċentrali u dik nazzjonali.

b) Ir-riskju ta’ inkonsistenza f'kif din is-sistema futura tintuża li jiddependi fuq kif l-Istati Membri jimplimentaw l-EES fil-proċessi eżistenti ta’ kontroll tal-fruntieri.

2) Diffikultajiet rigward l-iżvilupp fil-ħin

Mill-esperjenza miksuba matul l-iżvilupp tal-VIS u s-SIS II, wieħed jista' jantiċipa li fattur kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-EES se jkun l-iżvilupp fil-ħin tas-sistema minn kuntrattur estern. Bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-Aġenzija tal-IT se tkun responsabbli wkoll għall-għoti u l-ġestjoni tal-kuntratti, partikolarment għas-sottokuntrattar tal-iżvilupp tas-sistema. Hemm diversi riskji relatati mal-użu ta' kuntrattur estern għal din il-ħidma ta' żvilupp:

a) b'mod partikolari, ir-riskju li l-kuntrattur jonqos milli jalloka biżżejjed riżorsi għall-proġett jew li jfassal u jiżviluppa sistema li mhijiex l-iktar avvanzata;

b) ir-riskju li t-tekniki u metodi amministrattivi li jimmaniġġjaw proġetti tal-IT fuq skala kbira ma jiġux rispettati bis-sħiħ bħala mezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż mill-kuntrattur;

c) fl-aħħarnett, fil-kriżi ekonomika attwali, ir-riskju li l-kuntrattur jaffaċċja diffikultajiet finanzjarji għal raġunijiet esterni għal dan il-proġett ma jistax jiġi eskluż kompletament.

2.2.2. Il-metodu jew metodi ta’ kontroll previsti

1) L-Aġenzija hija maħsuba li ssir ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira. Hija għandha tkun inkarigata mill-iżvilupp u l-operazzjonijiet tal-parti ċentrali tas-sistema inklużi interfaċċi uniformi fl-Istati Membri. Dan ser jippermetti li jiġu evitati ħafna mill-iżvantaġġi li l-Kummissjoni affaċċjat meta kienet qed tiżviluppa s-SIS II u l-VIS.

Matul il-fażi ta' żvilupp (2015-2017), il-Kummissjoni se żżomm ir-responsabbiltà ġenerali, minħabba li l-proġett se jiġi żviluppat permezz ta' ġestjoni ċentrali indiretta. L-Aġenzija se tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika u finanzjarja, notevolment l-għoti u l-ġestjoni tal-kuntratti. Il-ftehim tad-delegazzjoni se jkopri l-parti ċentrali permezz ta' għoti ta' kuntratti u l-parti nazzjonali permezz ta' għotjiet. Skont l-Artikolu 40 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tikkonkludi Ftehim li jistipula l-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Kummissjoni. Ftehim ta' dan it-tip se jinkludi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 40. Għalhekk dan se jippermetti lill-Kummissjoni li timmaniġġja r-riskji deskritti f'2.2.1.

Fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu (prevista fl-2017 fil-qafas ta' Fond għas-Sigurtà Interna, l-Artikolu 15 tar-Regolament orizzontali) il-mod ta' ġestjoni se jerġa' jkun eżaminat.

2) Sabiex jiġi evitat id-dewmien fil-livell nazzjonali, hija prevista governanza effiċjenti bejn il-partijiet interessati kollha. Il-Kummissjoni pproponiet fl-abbozz tar-Regolament li Grupp Konsultattiv magħmul minn esperti nazzjonali tal-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Aġenzija bit-tagħrif espert relatat mal-EES/RTP. Dan il-grupp konsultattiv għandu jiltaqa' fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tas-sistema, jaqsam l-esperjenza miksuba u jipprovdi pariri lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni biħsiebha tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jistabbilixxu grupp tal-proġett nazzjonali/grupp tal-infrastruttura għall-iżviluppi tekniċi u operazzjonali inkluż infrastruttura ta’ komunikazzjoni affidabbli b’punti ta' kuntatt uniċi.

2.3. Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-miżuri previsti kontra l-frodi huma stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 1077/2011 li jipprovdi kif ġej:

1.       Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandu japplika.

2.       L-Aġenzija għandha tkun parti mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mingħajr dewmien, għandha toħroġ id-dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija.

3.       Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tagħha.

Skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni b'relazzjoni mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali detrimentali għall-interessi tal-Unjoni kienet adottata fit-28 ta’ Ġunju 2012.

Aktar minn hekk, DĠ AFFARIJIET INTERNI bħalissa qed jabbozza l-istrateġija għall-prevenzjoni u s-sejba tal-frodi.

3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

Permezz tal-ftehim tad-delegazzjoni, l-Aġenzija se tkun fdata bix-xogħol li jitwaqqfu l-għodod fil-livell tas-sistemi finanzjarji lokali tagħha sabiex ikun garantit monitoraġġ effiċjenti, is-segwitu u r-rappurtar tal-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tal-EES skont l-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Hija se tieħu miżuri xierqa, sabiex tkun tista' tirrapporta tkun xi tkun in-nomenklatura tal-baġit finali.

· Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru    [Deskrizzjoni ... …... …... …... …... …... ….] || AD/AMD ([44]) || minn pajjiżi tal-EFTA[45] || minn pajjiżi kandidati[46] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.SS.SS.SS] || AD/ || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru    [Intestatura … … … … … … … … … …] || Diff/Mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3 || [18.02.CC] Fruntieri ISF || AD/ || LE || LE || IVA || LE

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 3 || Sigurtà u Ċittadinanza

DĠ: AFFARIJIET INTERNI || || || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017[47] || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Is-snin ta’ wara || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit – 18.02.CC || Impenji || (1) || 122.566 || 30.142 || 119.477 || 80.272 || 80.272 || 80.271 || || 513.000

Pagamenti || (2) || 61.283 || 82.382 || 92.677 || 83.993 || 80.271 || 80.271 || 32.122 || 513.000

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[48] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ AFFARIJIET INTERNI || Impenji || =1+1a +3 || 122.566 || 30.142 || 119.477 || 80.272 || 80.272 || 80.271 || || 513.000

Pagamenti || =2+2a +3 || 61.283 || 82.382 || 92.677 || 83.993 || 80.271 || 80.271 || 32.122 || 513.000

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || ||

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva:

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Is-snin ta' wara || TOTAL

DĠ: AFFARIJIET INTERNI || || || ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.254 || 0.254 || 0.254 || 0.190 || 0.190 || 0.190 || 0.191 || 0.191 || || 1.715

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.201 || 0.201 || 0.201 || 0.200 || 0.200 || 0.200 || 0.200 || 0.200 || || 1.602

TOTAL DĠ AFFARIJIET INTERNI || Approprjazzjonijiet || 0.455 || 0.455 || 0.455 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.391 || 0.391 || || 3.317

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0.455 || 0.455 || 0.455 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.391 || 0.391 || || 3.317

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Is-snin ta' wara || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.455 || 0.455 || 123.021 || 30.533 || 119.867 || 80.662 || 80.662 || 80.662 || || 516.317

Pagamenti || 0.455 || 0.455 || 61.738 || 82.773 || 93.067 || 84.383 || 80.662 || 80.662 || 32.122 || 516.317

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-Direttorat Ġenerali li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie trasferit lejn id-Direttorat Ġenerali, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– x Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ pagament f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL ||

||

Tip ta’ eżitu[49] || Medja ta’ kemm jiswa r-riżultat || Numru totali ta’ eżitu || Spiża || Numru totali ta’ eżitu || Spiża || Numru totali ta’ eżitu || Spiża || Numru totali ta’ eżitu || Spiża || Numru totali ta’ eżitu || Spiża || Numru totali ta’ eżitu || Spiża || Numru totali ta’ eżitu || Totali ta’ tal-ispiża ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[50]: L-iżvilupp tas-Sistema (Ċentrali u Nazzjonali) || || || || || || || || || || || || || || ||

Output || 1 || 122.566 || 1 || 30.142 || 1 || 43.143 || || || || || || || 1 || 195.851 ||

Sub-total għall-għan speċifiku Nru 1[51] || || 122.566 || || 30.142 || || 43.143 || || || || || || || || 195.851 ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2: L-iżvilupp tas-Sistema (Ċentrali u Nazzjonali) || || || || || || || || || || || || || || ||

Output || || || || || 1 || 76.334 || 1 || 80.271 || 1 || 80.272 || 1 || 80.272 || 1 || 317.149 ||

[52]Sub-total għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || 76.334 || || 80.271 || || 80.272 || || 80.272 || || 317.149 ||

SPIŻA TOTALI || 1 || 122.566 || 1 || 30.142 || 2 || 119.477 || 1 || 80.271 || 1 || 80.272 || 1 || 80.272 || 2 || 513.000 ||

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tesiġix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– x Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 Qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.254 || 0.254 || 0.254 || 0.190 || 0.190 || 0.190 || 0.191 || 0.191 || 1.715

Nefqa amministrattiva oħra || 0.201 || 0.201 || 0.201 || 0.200 || 0.200 || 0.200 || 0.200 || 0.200 || 1.602

Subtotal INTESTATURA 5 Qafas finanzjarju pluriennali || 0.455 || 0.455 || 0.455 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.391 || 0.391 || 3.317

Barra l-INTESTATURA 5[53] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || || ||

Subtotal INTESTATURA 5 Qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || ||

TOTAL || 0.455 || 0.455 || 0.455 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.391 || 0.391 || 3.317

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

– x Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi mfissra f’unitajiet sħaħ tal-ħin ekwivalenti (jew sa mhux aktar minn punt deċimali wieħed)

|| Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

· Karigi fit-tabella tal-persunalt (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 2 || 2 || 2 || 1,5 || 1,5 || 1,5 || 1,5 || 1,5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || ||

· Il-persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: – FTE)[54]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || || || || || || || ||

XX 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

XX 01 04 yy[55] || - fil-Kwartieri Ġenerali[56] || || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || || ||

XX 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka indiretta) || || || || || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || || ||

TOTAL || 2 || 2 || 2 || 1,5 || 1,5 || 1,5 || 1,5 || 1,5

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-Direttorat Ġenerali li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie trasferit lejn id-Direttorat Ġenerali, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || 2 matul il-perjodu ta' tħejjija mill-2013 sal-2015 1 amministratur għal negozjati leġiżlattiv, koordinazzjoni tal-ħidmiet mal-Aġenzija u s-superviżjoni tal-ftehim ta' delega 0,5 amministratur għas-superviżjoni ta' attivitajiet finanzjarji u għarfien espert dwar il-kontroll tal-fruntieri u kwistjonijiet tekniċi 0,5 assistent għal attivitajiet amministrattivi u finanzjarji 1,5 matul il-perjodu ta' żvilupp mill-2016 sal-2020 1 amministratur għas-segwitu tal-ftehim ta' delega (rapporti, it-tħejjija tal-komitoloġija, il-validazzjoni tal-speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, superviżjoni tal-attivitajiet finanzjarji u l-koordinazzjoni tal-Aġenzija), kif ukoll għarfien espert dwar il-kontroll tal-fruntieri u kwistjonijiet tekniċi 0,5 assistent għal attivitajiet amministrattivi u finanzjarji

Persunal estern || 0

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u ma’ dak li jmiss.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’tip ta’ programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva tesiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.[57]

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– x Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– x Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

i. ¨         fuq ir-riżorsi proprji

ii. x        fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġi li jinsab għaddej bħalissat || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[58]

Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Is-snin ta’ wara

L-Artikolu 6313........... || || 3,729 || 5,013 || 5,639 || 5,111 || 4,884 || 4,884 || 1,954

Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit milquta.

18.02.CC ISF borders

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Il-baġit għandu jinkludi kontribut mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC kif stabbilit fi ftehimiet rispettivi. L-estimi pprovduti huma purament indikattivi u huma bbażati fuq kalkoli reċenti għal dħul għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen mill-Istati li jikkontribwixxu attwalment (l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera) għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (ħlasijiet ikkunsmati) somma annwali għas-sena finanzjarja relevanti, ikkalkolata skont il-prodott domestiku gross bħala perċentwal tal-prodott domestiku gross tal-Istati parteċipanti kollha. Il-kalkolu huwa bbażat fuq iċ-ċifri ta' Ġunju 2012 mill-Eurostat, li huma suġġetti għal varjazzjoni konsiderevoli skont il-qagħda ekonomika tal-Istati parteċipanti.

[1]               COM(2008) 69 finali. Il-Komunikazzjoni kienet akkumpanjata minn Valutazzjoni tal-Impatt SEC (2008) 153.

[2]               'Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' 4.5.2010, C 115/1.

[3]               EUCO 23/11.

[4]               COM(2011) 680 finali.

[5]               ĠU L 105, 13.4.2006

[6]               Il-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Finlandja,

[7]               http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/population/data/database Din iċ-ċifra tinkludi dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih kif ukoll persuni li daħlu irregolarment, u tinkludi dawk li twaqqfu fuq il-fruntiera kif ukoll fit-territorju ta' Schengen.

[8]               ĠU L 286, 1.11.2011.

[9]               SEC (2008) 153.

[10]             SWD (2013) 47.

[11]             Soġġett għall-adozzjoni mill-Awtorità Leġiżlattiva tal-proposta li tistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viżi (COM(2011) 750 finali) u soġġett għall-adozzjoni mill-Awtorità Leġiżlattiva tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennal għas-snin 2014-2020 (COM(2011)398) u li jkun hemm livell suffiċjenti ta’ riżorsi disponibbli taħt il-limitu tan-nefqa ta’ intestatura tal-baġit pertinenti.

[12]             ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[13]             ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[14]             ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             ĠU C , , p. .

[17]             ĠU C , , p. .

[18]             COM(2008) 69 finali

[19]             ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

[20]             ĠU L 286, 1.11.2011, p 1.

[21]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[22]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[23]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[24]             ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

[25]             ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

[26]             ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[27]             ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

[28]             ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[29]             ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

[30]             ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

[31]             ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

[32]             ĠU L 243,15.9.2009, p.1

[33]             ĠU L 286,1.11.2011,p.1

[34]             ĠU L 349,25.11.2004,p.1

[35]             ABM: Ġestjoni Bażata fuq l-Attività (Activity-Based Management) – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività (Activity-Based Budgeting).

[36]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[37]             Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (COM(2011)750.

[38]             Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Fruntieri Intelliġenti – alternattivi u t-triq 'il quddiem (COM (2011) 680.

[39]             Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (COM(2011)750.

[40]             COM(2010)93 tad-19 ta' Marzu 2010.

[41]             COM(2011)398 tad-29 ta' Ġunju 2011.

[42]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[43]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[44]             AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[45]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[46]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[47]             Il-varjazzjoni tal-ispejjeż u speċjalment l-ispejjeż għoljin fl-2015 u l-2017 tista’ tiġi spjegata kif ġej: fil-bidu tal-perjodu ta' żvilupp, fl-2015, se jsiru impenji għall-iżvilupp (spejjeż ta’ darba biex ikopru tliet snin ta' hardware, software u l-ispejjeż tal-kuntrattur). Fi tmiem il-perjodu tal-iżvilupp, fl-2017, se jsiru l-impenji meħtieġa għall-operazzjonijiet. L-ispejjeż għall-amministrazzjoni ta’ hardware u software jvarjaw skont il-perjodu.

[48]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u tar-riċerka diretta.

[49]             L-eżitu huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż. għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).

[50]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi...”

[51]             Dan l-ammont ikopri l-ispejjeż meħtieġa sabiex is-sistema ċentrali tkun stabbilita u tibda tiffunzjona, b'mod partikolari t-tmexxija tan-netwerk, il-manutenzjoni tas-sistema ċentrali minn kuntrattur estern u l-hardware u l-liċenzji tas-software meħtieġa. Għal operazzjonijiet nazzjonali, ikopri l-ispejjeż meħtieġa għat-tmexxija tas-sistemi nazzjonali, partikolarment liċenzji għal hardware u software, ġestjoni tal-inċidenti, u l-ispejjeż għal kuntratturi esterni meħtieġa.

[52]             Dan l-ammont ikopri l-ispejjeż meħtieġa sabiex is-sistema ċentrali tkun stabbilita u tibda tiffunzjona, b'mod partikolari t-tmexxija tan-netwerk, il-manutenzjoni tas-sistema ċentrali minn kuntrattur estern u l-hardware u l-liċenzji tas-software meħtieġa. Għal operazzjonijiet nazzjonali, ikopri l-ispejjeż meħtieġa għat-tmexxija tas-sistemi nazzjonali, partikolarment liċenzji għal hardware u software, ġestjoni tal-inċidenti, u l-ispejjeż għal kuntratturi esterni meħtieġa.

[53]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u tar-riċerka diretta.

[54]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat;

[55]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (qabel kienu linji "BA").

[56]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[57]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali

[58]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.