Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE /* COM/2013/091 final - 2013/0054 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Sabiex jiġu żgurati
ċ-ċertezza legali u l-omoġenjità meħtieġa tas-Suq
Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra
l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-UE fil-Ftehim taż-ŻEE
mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tiegħu. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill
proposta) għandu l-għan li jemenda l-Anness XXI (Statistika)
għall-Ftehim taż-ŻEE billi jinkorpora r-Regolament
tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012 tat-22 ta' Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti,
kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani,
fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti tad-dejta u
d-definizzjonijiet. L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE jistipula eżenzjonijiet
għan-Norveġja u l-Islanda sabiex ma jirrappurtawx id-dejta
tal-bilanċ tal-pagamenti kull xahar lill-Eurostat kif meħtieġ
fit-Tabella 1 tal-Anness 1 fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012
tat-22 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tali dejta jew mhix prodotta f’tali
frekwenza jew tkun teħtieġ riorganizzazzjoni sħiħa
tal-qafas tal-ġbir tad-dejta, filwaqt li l-Liechtenstein huwa eżentat
mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-punt 19s
tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA L-Artikolu 1(3) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti
għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li, fuq
proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li
għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet
bħal dawn. Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz
tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli. 2013/0054 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
dwar emenda għall-Anness XXI
tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1),
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar
l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea[1],
u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea[2]
(“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. (2) Skont l-Artikolu 98
tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista'
jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XXI tiegħu. (3) L-Anness XXI
għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u
arranġamenti speċifiċi rigward l-Istatistika (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni
(KE) Nru 555/2012 tal-22 ta' Ġunju 2012 li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ
internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani, fir-rigward
tal-aġġornament tar-rekwiżiti tad-dejta u d-definizzjonijiet[3] għandu jiġi
inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, b'ċerti adattamenti
għan-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein. (5) Għalhekk,
l-Anness XXI tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat
kif xieraq. (6) Il-pożizzjoni tal-Unjoni
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq
l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi
adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
dwar l-emenda proposta tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE
għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz DEĊIŻJONI
TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
No ta' li
temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari
l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012
tal-22 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq
il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u
investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament
tar-rekwiżiti tad-dejta u d-definizzjonijiet[4] għandu jiġi
inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. (2)
L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE
għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim
taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej huwa
miżjud: ‘- 32012 R 0555: Ir-Regolament
tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012 tat-22 ta' Ġunju 2012
(ĠU L 166, 27.6.2012, p. 22).’ 2. It-test tal-adattament huwa
sostitwit b'dan li ġej: ‘(a) Il-punti 1 u 2 tat-Tabella 1
tal-Anness I ma japplikawx għan-Norveġja. (b) It-Tabella 1 tal-Anness I ma tapplikax
għall-Islanda qabel Mejju 2017. (c) Dan ir-Regolament ma japplikax
għal-Liechtenstein.” Artikolu 2 It-testi tar-Regolament (UE) Nru 555/2012
bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu
ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ f'[…], dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont
l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE*. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE
tiegħu. Magħmul fi Brussell,. Għall-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [1] ĠU L 305, 30.11.1994,
p. 6. [2] ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3. [3] ĠU L 166, 27.6.2012, p. 22. [4] ĠU L 166, 27.6.2012, p. 22. * [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.]
[Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]