Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* COM/2013/084 final - 2013/0052 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li saret f’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Kienu imposti miżuri provviżorji ta' antidumping fuq l-istess grupp ta' prodotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 845/2012 (ĠU L 252, 19.9.2010, p. 33). Proposta parallela li timponi miżuri definittivi tal-antidumping. Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibilità li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu ta’ għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta' għarfien espert estern. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta' kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Fid-9 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Mill-investigazzjoni rriżulta li l-prodott ikkonċernat kien issussidjat u dan kien ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Mill-investigazzjoni rriżulta wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra s-sussidji ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, hu propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jimponi miżuri definittivi kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku"). Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali. L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jitnaqqas kemm jista' jkun u jkun proporzjonat mal-mira tal-proposta, mhix applikabbli. L-għażla tal-istrumenti L-istrument propost: Regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. 4. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-UE. 2013/0052 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li jimponi dazju kumpensatorju fuq
l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li
joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet
issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[1], u b’mod partikolari
l-Artikolu 17 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: 1. PROĊEDURA 1.1. Bidu (1) Fit-22 ta’ Frar 2012,
il-Kummissjoni Ewropea ħabbret permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[2]
(“Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji
fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar
miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”). (2) Il-proċediment
kontra s-sussidji nbeda wara li fid-9 ta’ Jannar 2012 tressaq
ilment minn EUROFER (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li f’dan il-każ
jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’
ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku. L-ilment kien fih
evidenza prima facie ta’ sussidjar ta’ dan il-prodott u ta’ dannu
materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex jiġi
ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment. (3) Qabel il-bidu tal-proċediment
u skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet
lill-Gvern tar-RPĊ (“il-GTĊ”) li hija kienet irċeviet ilment dokumentat kif
suppost li jallega li l-importazzjonijiet issussidjati ta’ ċerti prodotti
tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-RPĊ kienu qed jikkawżaw
dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTĊ ġie mistieden għall-konsultazzjonijiet
bil-għan li tiġi ċċarata l-qagħda rigward il-kontenut tal-ilment u li tintlaħaq
soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku. Il-GTĊ laqa’ l-offerta
għall-konsultazzjonijiet u għaldaqstant dawn inbdew. Matul
il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.
Madankollu, tqiesu l-kummenti li saru mill-awtoritajiet tal-GTĊ fir-rigward
tal-allegazzjonijiet fl-ilment rigward in-nuqqas ta’ kumpens tal-iskemi. Wara
l-konsultazzonijiet, waslu sottomissjonijiet mill-GTĊ. 1.2. Il-proċediment antidumping (4) Fil-21 ta’ Diċembru 2011,
il-Kummissjoni Ewropea ħabbret permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[3],
il-bidu ta’ proċediment antidumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw
fir-RPĊ. (5) Fl-20 ta’ Settembru 2012,
il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 845/2012[4], imponiet dazju provviżorju
antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija
b’materjal organiku li joriġinaw fir-RPĊ. (6) L-analiżi tad-dannu mwettqa
fl-investigazzjoni preżenti kontra s-sussidji u l-oħra parallela
tal-antidumping huma identiċi, billi d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni,
il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-perjodu tal-investigazzjoni huma
l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, il-kummenti fuq
aspetti ta’ dannu mressqa fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ proċedimenti ġew
ikkunsidrati fiż-żewġ proċedimenti. 1.3. Il-partijiet ikkonċernati
mill-proċediment (7) Il-Kummissjoni uffiċjalment
għarrfet lill-ilmentaturi, lill-produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni,
lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-importaturi,
lill-kummerċjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet
magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu
tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu
l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu
taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu. (8) Minħabba l-ammont
apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u
importaturi mhux relatati, il-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux
relatati magħrufa kollha ntalbu jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u
jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar
l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010
sat-30 ta’ Settembru 2011. Din l-informazzjoni ntalbet skont
l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku sabiex il-Kummissjoni tkun tista’
tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta’ kampjun u jekk iva, biex tagħżel
il-kampjuni. L-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati wkoll. (9) Fil-bidu 19-il produttur
esportatur/gruppi ta’ produtturi Ċiniżi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu
li jkunu inklużi f’kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand
il-produtturi esportaturi u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku,
fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet kampjun ta’ tliet produtturi
esportaturi/gruppi ta’ produtturi esportaturi. Madankollu, wieħed
mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irtira l-kooperazzjoni tiegħu.
Konsegwentement, dan ġie sostitwit mill-produttur esportatur li jmiss u li
kellu l-ogħla volum ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-UE. Wara li ġie nnotifikat,
anki dan il-produttur esportatur irtira l-kooperazzjoni tiegħu. (10) Sabiex
ma jinħoloqx aktar dewmien fil-proċediment, ġie deċiż li l-kampjun ikun limitat
għal żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi, li kellhom l-ogħla volum ta’
esportazzjoni lejn l-Unjoni, jiġifieri Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd
u l-kumpaniji relatati tagħha u Zhejiang Huadong Light Steel Building Material
Co., Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha. Il-kampjun ta’ dawn iż-żewġ gruppi ta’
produtturi esportaturi jservi bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-livell ta’
sussidju għal dawk il-gruppi, kif ukoll il-livell ta’ sussidju għall-produtturi
esportaturi kollha li kkooperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun, kif inhu
stipulat fl-Artikoli 15.2 u 15.3 tar-Regolament bażiku. (11) Fir-rigward tal-produtturi
tal-Unjoni, fin-notifika ta' bidu l-Kummissjoni ħabbret li hi kienet
provviżorjament għażlet kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Dan il-kampjun kien
jikkonsisti minn sitt produtturi tal-Unjoni li kienu magħrufa mill-Kummissjoni li
jipproduċu prodott simili magħżul fuq il-bażi tal-bejgħ, il-volum
tal-produzzjoni, id-daqs u l-lokalità ġeografika fl-Unjoni. Il-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun kienu jipproduċu 46 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 38 %
tal-bejgħ tal-Unjoni. Fin-notifika ta' bidu l-partijiet interessati ġew
mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun provviżorju. Wieħed
mill-produtturi tal-Unjoni ddikjara li ma xtaqx jiġi inkluż fil-kampjun u kien
sostitwit fil-kampjun mill-akbar produttur li kien imiss. (12) Ħames importaturi mhux
relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi
fil-kampjun. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkooperaw,
it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma kienx għadu neċessarju. (13) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lir-rappreżentanti
tar-RPĊ, liż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, lil 14-il
produttur esportatur ieħor fir-RPĊ li talbu dan, lis-sitt produtturi tal-Unjoni
inklużi fil-kampjun, lill-ħames importaturi li kkooperaw fl-Unjoni u
lill-utenti magħrufa. (14) Waslu
tweġibiet mingħand ir-rappreżentanti tar-RPĊ, disa’ produtturi esportaturi u
kumpaniji relatati fir-RPĊ, is-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun,
żewġ importaturi mhux relatati u 10 utenti. (15) Il-Kummissjoni fittxet u
vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex jiġu determinati
s-sussidjar, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’
verifika twettqu fl-uffiċċji tal-awtorità tal-Istat u l-kumpaniji li ġejjin: (a)
Il-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-ĊinaIl-Ministru tal-Kummerċ Ċiniż, Beijing, iċ-Ċina (b)
Produtturi tal-Unjoni –
ArcelorMittal Belgium, il-Belġju u l-kumpanija
tal-bejgħ relatata ArcelorMittal Flat Carbon Europe SA, il-Lussemburgu –
ArcelorMittal Poland, il-Polonja –
ThyssenKrupp Steel Europe AG, il-Ġermanja –
voestalpine Stahl GmbH u voestalpine Stahl Service
Center Gmb, l-Awstrija –
Tata Steel Maubeuge SA (preċedentement magħrufa
bħala Myriad SA), fi Franza –
Tata Steel UK Ltd, ir-Renju Unit (c)
Gruppi ta’ Produtturi esportaturi (u kumpaniji
relatati) fir-RPĊ –
Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd u
l-kumpaniji relatati tagħha: Chongqing
Wanda Steel Strip Co., Ltd, Zhangjiagang Wanda Steel Strip Co., Ltd, Jiangsu
Huasheng New Construction Materials Co. Ltd u Zhangjiagang Free Trade Zone
Jiaxinda International Trade Co., Ltd; –
Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co.
Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company Ltd; (d)
Importaturi fl-Unjoni –
ThyssenKrupp Mannex, il-Ġermanja –
Macrometal, Hamburg, il-Ġermanja (16) Sussegwentement, il-partijiet
interessati kienu informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li
abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta' dazji
kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar
miksija b’materjal organiku, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar
l-iżvelar finali. (17) Il-kummenti kollha ppreżentati
mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u indirizzati fejn kien xieraq. 1.4. Il-perjodu tal-investigazzjoni
u l-perjodu kkunsidrat (18) L-investigazzjoni tas-sussidji
u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011
(il-“perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti
għall-valutazzjoni tal-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008
sa tmiem il-PI (il-“perjodu kkunsidrat”). 2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U
PRODOTT SIMILI 2.1. Il-prodott ikkonċernat (19) Fin-notifika ta’ bidu,
il-prodott soġġett għall-investigazzjoni kien ċerti prodotti tal-azzar miksija
b’materjal organiku (“OCS”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga
jew mhux liga (bl-esklużjoni tal-azzar li ma jissaddadx) li jkunu miżbugħin,
mogħtija l-verniċ jew miksija b’xi plastik fuq mill-anqas naħa waħda,
bl-esklużjoni tal-hekk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip li jintuża
għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsisti minn żewġ folji tal-metall
fuq barra b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni maqbud
bejniethom, u bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti li jkollhom kisja finali ta’
trab taż-żingu (żebgħa b’kontenut għoli ta’ żingu, li bil-piż ikun fiha 70 %
jew aktar ta’ żingu). 2.2. Talbiet għal-esklużjoni tal-prodott (20) L-Assoċjazzjoni Ċiniża
tal-Ħadid u l-Azzar, żewġ importaturi u żewġ utenti, ipproponew l-esklużjoni
ta’ ħames tipi ta’ prodotti. Dawn it-talbiet intlaqgħu u ġew analizzati kif
jidher hawn taħt: 2.2.1. OCS b’kisja metallika ta’ kromju jew landa (21) Utent
tal-OCS issottometta talba għall-esklużjoni tal-OCS b’substrat b’kisja
metallika tal-kromju jew tal-landa mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott.
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kisja metallika tal-kromju jew tal-landa
tirrendi dan it-tip ta’ prodott fiżikament u teknikament differenti mill-OCS li
qed jiġi investigat. Barra minn hekk, l-OCS b’substrat b’kisja metallika
tal-kromju jew tal-landa jintuża kważi esklużivament fl-industriji
tal-ippakkjar tal-ikel u tal-kejbils. Fl-aħħar nett, l-industrija tal-Unjoni
spjegat li ma kinitx l-intenzjoni tagħha li t-tip ta’ prodott imsemmi hawn fuq
jiġi inkluż f’din l-investigazzjoni. Minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq,
l-OCS b’substrat b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa mhuwiex inkluż
fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. 2.2.2. Pjanċi rrumblati bis-sħana bi
primer protettiv, sew jekk organiċi jew inorganiċi (22) Din it-talba ġiet miċħuda
minħabba li l-prodott ma jaqax taħt il-kodiċijiet NM li qed jiġu investigati.
Iż-żebgħa jew il-kisja jintużaw biss bħala protezzjoni mis-sadid u għalhekk
jaqgħu taħt l-intestatura tan-NM 7208 u mhux taħt l-intestatura
tan-NM 7210. Il-pjanċi rrumblati bis-sħana bi primer protettiv, sew jekk
organiku jew inorganiku, mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni u
għaldaqstant ma jistgħux jitneħħew minnu. 2.2.3. OCS bi ħxuna tas-substrat bejn 0,6
u 2,0 mm (23) CISA u żewġ importaturi talbu
l-esklużjoni tal-OCS bi ħxuna tas-substrat bejn 0,6 u 2,0 mm, li
jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina,
bid-dikjarazzjoni li kien hemm biss kompetizzjoni diretta bejn
l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-OCS
bi ħxuna tas-substrat ta’ bejn 0,25 mm u 0,6 mm. (24) Din it-talba ġiet miċħuda,
minħabba li kemm l-esportaturi Ċiniżi u kemm l-industrija tal-Unjoni
jimmanifatturaw u jbigħu l-OCS bi ħxuna tas-substrat ta' bejn 0,6 mm u 2,0 mm
u li, għaldaqstant, dawn il-prodotti qegħdin f'kompetizzjoni evidenti
bejniethom. Ma ġietx preżentata evidenza li turi li l-OCS bi ħxuna tas-substrat
ta’ aktar minn 0,6 mm mhux f’kompetizzjoni mal-OCS bi ħxuna tas-substrat
ta’ anqas minn 0,6 mm u li, għaldaqstant, dan jikkostitwixxi tip
differenti ta' prodott. L-OCS bi ħxuna tas-substrat ta’ anqas u aktar minn 0,6 mm
għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess utenti
aħħarija u, għaldaqstant, huma l-istess prodott. 2.2.4. OCS b’substrat miksi b’liga ta’
aluminju-żingu (25) Iż-żewġ importaturi allegaw li
erba’ produtturi tal-Unjoni biss għandhom il-liċenzja li jipproduċu dan it-tip
ta’ prodott u li, kumpanija waħda biss kienet qed tipproduċih. Huma allegaw
ukoll li dan il-prodott huwa differenti mill-OCS miksi biż-żingu, fir-rigward
tal-karatteristiċi tal-prodott. (26) Din it-talba ġiet miċħuda
billi ż-żewġ tipi ta’ prodotti huma interkambjabbli b’użijiet li jikkoinċidu, u
tal-anqas żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw immanifatturaw dan it-tip ta’
prodott tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għandu jiġi nnutat li produttur
esportatur Ċiniż li kkoopera wieħed esporta dan it-tip ta’ prodott lejn l-Unjoni
tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. 2.2.5. OCS b’substrat miksi b’liga ta’
żingu (27) Din it-talba ġiet miċħuda
minħabba li, bil-maqlub ta’ dak li ddikjara utent wieħed, dan il-prodott huwa
mmanifatturat u mibjugħ fi kwantitajiet sinifikanti minn diversi produtturi
tal-Unjoni u għandu l-istess karatteristiċi essenzjali fiżiċi u tekniċi u
l-istess utenti aħħarija bħal tipi oħra ta’ OCS. 2.3. Talbiet għall-inklużjoni
tal-prodott (28) Assoċjazzjoni waħda talbet li
l-OCS b’kisja metallika ta’ kromju jew landa, klassifikat bil-kodiċijiet TARIC 7210 12 20 10
u 7210 50 00 10 jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni
tal-prodott. Din it-talba ġiet miċħuda minħabba li dawn il-kodiċijiet ma kinux
inklużi fl-ilment oriġinali u l-prodotti koperti minn tali kodiċijiet għandhom
karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti mill-prodotti koperti fl-ilment. 2.4. Il-prodott
ikkonċernat (29) Minħabba l-aċċettazzjoni li
l-OCS b’kisja metallika ta’ kromju jew landa jiġi eskluż, kif inhu deskritt
fil-premessa (21), il-prodott ikkonċernat huwa emendat minn din l-esklużjoni. (30) Il-prodott ikkonċernat
għalhekk huwa ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (“OCS”),
jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (bl-esklużjoni
tal-azzar li ma jissaddadx) li jkunu miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi
plastik fuq mill-anqas naħa waħda, bl-esklużjoni tal-hekk imsejħa “pannelli
sandwich” tat-tip użat għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu f’żewġ
folji tal-metall fuq barra b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal
għall-insulazzjoni maqbud bejniethom, bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti
b’kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa b’kontenut għoli ta’ żingu, li
bil-piż fiha 70 % jew aktar ta’ żingu), u bl-esklużjoni ta’ dawk
il-prodotti b’substrat miksi b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa, li
attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 70 80, ex
7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70,
u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). 2.5. Il-prodott simili (31) L-investigazzjoni wriet li
l-OCS prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-OCS prodott u
mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-OCS impurtat fl-Unjoni mir-RPĊ għandu
l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi finali.
Għalhekk dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala simili fis-sens
tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. 3. IS-SUSSIDJAR 3.1. Il-kummenti
preliminari (32) Kemm il-GTĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi Ċiniżi
fil-kampjun issottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u aċċettaw żjarat fuq
il-post sabiex ikunu vverifikati t-tweġibiet. (33) Fir-rigward
tal-GTĊ, wara l-analiżi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bagħtet
ittra ta’ defiċjenza u żewġ ittri ta’ qabel il-verifika. Il-Kummissjoni ppovdiet
lill-GTĊ bi żmien biżżejjed għall-preparazzjoni u s-sottomissjoni
tar-rappreżentazzjonijiet tiegħu kull meta dan intalab u kien iġġustifikat.
Ingħataw estensjonijiet sinifikanti tal-iskadenzi lill-GTĊ, jiġifieri
estensjoni ta’ 20 jum għat-tweġiba tal-kwestjonarju li rriżultat fi
skadenza eventwali ta’ 57 jum għall-preżentazzjoni tat-tweġiba
għall-kwestjonarju u ta’ 25 jum għat-tweġiba għall-ittra ta’ defiċjenza. (34) Fit-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju, l-ittri ta’
defiċjenza u diversi sottomissjonijiet oħra, il-GTĊ pprovda tweġiba biss
fir-rigward tal-iskemi użati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u
argumenta li ma għandux jintalab tweġibiet għall-mistoqsijiet relatati
mal-iskemi ta’ sussidju allegatement disponibbli għall-produtturi mhux inklużi
fil-kampjun jew produtturi li ma kinux identifikaw ruħhom. (35) Il-Kummissjoni bi prudenza ma qablitx ma’ dan l-approċċ u
spjegat lill-GTĊ li l-għan tal-kwestjonarju mibgħut lill-GTĊ kien biex
il-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar is-ssussidjar tal-industrija li
tipproduċi azzar miksi b’materjal organiku fiċ-Ċina u sabiex jiġi stabbilit
kemm huma ssussidjati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.
Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija meħtieġa informazzjoni usa’ dwar il-livell
tas-sussidju sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni
sinifikanti minn esportaturi li allegatement irċevew benefiċċji minn skemi
partikolari ta’ sussidju mhux użati mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun jew li
kkooperaw u t-talbiet li jista’ jkun hemm għal eżami individwali
mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Madankollu, il-GTĊ ma bidilx
l-approċċ tiegħu u ma pprovdiex informazzjoni dwar il-biċċa l-kbira mill-iskemi
l-oħra ta’ sussidju allegati fl-ilment, iżda mhux użati mill-kumpaniji
fil-kampjun. (36) Qabel
iż-żjara ta' verifika fuq il-post, il-GTĊ talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi
aktar informazzjoni bil-miktub, b'mod partikolari lista tal-mistoqsijiet kollha
li kienet biħsiebha tistaqsi matul iż-żjara ta' verifika flimkien ma' lista
tad-dipartimenti tal-Gvern li kienu mistennija li jipparteċipaw fiż-żjara
tal-post. Fin-nuqqas ta’ dan, ġie argumentat li l-GTĊ "tħalla mingħajr
tweġiba dwar x’kellu jiġi ppreparat jew x’seta’ jkun mistenni matul
il-verifika" u li l-ittra ta’ qabel il-verifika "ċertament li
ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni ta’ dak li beħsiebha tivverifika
l-Kummissjoni…". (37) Il-Kummissjoni
ma setgħetx tilqa’ t-talba tal-GTĊ. F’dan ir-rigward huwa nnotat li
l-Kummissjoni ssodisfat il-kundizzjonijiet kollha rilevanti tal-Artikolu 26
tar-Regolament bażiku. Intbagħtet ittra dettaljata ta’ qabel il-verifika
lill-GTĊ biex tikkonferma l-aġenda (il-jiem u l-gruppi ta’ skemi li għandhom
jiġu diskussi f’kull jum tal-verifika) u biex titlob il-preżenza
tal-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi rilevanti u tal-uffiċjali involuti
fil-preparazzjoni tas-sottomissjonijiet tal-GTĊ. Il-Kummissjoni spjegat ukoll
qabel iż-żjara ta’ verifika fil-post li l-GTĊ biss seta’ jidentifika
l-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi li kien qed jiġu investigati kif ukoll
dawk l-uffiċjali li kienu qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jipparteċipaw
fil-verifika u jwieġbu l-mistoqsijiet. Rigward il-lista ta’ mistoqsijiet
speċifiċi, il-Kummissjoni spjegat li tali lista mhijiex mitluba
mil-leġiżlazzjoni tal-UE (u lanqas mir-rekwiżiti tad-WTO) u li l-għan ta’ din
l-investigazzjoni kien li tiġi verifikata t-tweġiba tal-GTĊ għall-kwestjonarju
u s-sottomissjonijiet supplimentari rilevanti; għalhekk il-verifika se ssegwi
l-istruttura ta' dawn id-dokumenti. Il-Kummissjoni tfittex li tikseb u tiċċara
aktar informazzjoni meħtieġa għall-proċediment li għaddej, iżda l-mistoqsijiet
preċiżi f'dan il-kuntest ikunu jiddependu mit-tweġibiet tal-GTĊ għall-verifika
inizjali tat-tweġibiet tiegħu. Kien spjegat ukoll b'mod ċar lill-GTĊ qabel
iż-żjara ta' verifika fuq il-post li jekk ma tingħatax l-informazzjoni
neċessarja jew l-awtorità ta’ investigazzjoni ma tiġix megħjuna fil-verifika
tal-informazzjoni u d-dejta meqjusa neċessarja għall-iskop tal-proċediment, dan
jista' jkun ta' tfixkil serju għall-proċess tal-investigazzjoni. Il-GTĊ ġie
mfakkar ukoll bil-konsegwenzi tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 28
tar-Regolament bażiku. (38) Matul iż-żjara tal-verifika
fuq il-post tal-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż f'Beijing, il-Kummissjoni għamlet
ħilitha biex tivverifika l-informazzjoni provduta abbażi tad-dokumenti ta'
sostenn li kienu użati għall-preparazzjoni tat-tweġibiet tal-GTĊ, f'konformità
mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 26 tar-Regolament bażiku. B’dan
il-mod, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li n-nuqqas ta’
informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn disponibbli ma ppermettiex verifika
xierqa tat-tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, ċerta informazzjoni ma
kinitx ipprezentata minkejja li ntalbet b'mod speċifiku u ċerti mistoqsijiet
sempliċiment ma tweġbux. Minħabba f’hekk, il-GTĊ ġie infurmat bil-konsegwenzi
tan-nuqqas ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament
bażiku. (39) Il-GTĊ iddikjara wkoll li
l-Kummissjoni kienet qiegħda timponi piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ u kienet
talbet informazzjoni irrelevanti u mhux meħtieġa fil-kwestjonarju u fl-ittra
ta’ defiċjenza sussegwenti. (40) Fir-rigward tal-informazzjoni
mitluba, huwa nnotat li l-Kummissjoni talbet biss informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet
fl-ilment, li kienet meqjusa bħala neċessarja biex tasal għal sejba
rappreżentattiva u baqgħet konsistenti fit-talbiet tagħha billi talbet l-istess
dejta u informazzjoni matul il-proċess tal-investigazzjoni u talbet lill-GTĊ
biex jispjega l-informazzjoni ppreżentata u l-implikazzjoni tagħha għall-iskemi
investigati. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni talbet biss informazzjoni li kienet
neċessarja biex tiġi evalwata l-eżistenza u l-livell tas-sussidju disponibbli
għall-prodott ikkonċernat skont l-iskemi l-oħra ta’ sussidju implikati
fl-ilment. Informazzjoni bħal din kienet tippermetti determinazzjoni xierqa
tal-ammont ta’ sussidju mogħti skont l-iskemi ta’ sussidju l-oħrajn li qed jiġu
investigati u li huma disponibbli għall-produtturi esportaturi li ma
kkooperawx. Billi la r-rappreżentanti tar-RPĊ u lanqas il-produtturi
esportaturi li ma kkooperawx, ma pprovdew l-informazzjoni neċessarja biex jiġi
ddeterminat jekk l-iskemi l-oħra ta’ sussidju kinux disponibbli
għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, abbażi tal-fatti disponibbli,
il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskemi ta’ sussidju l-oħrajn imsemmija kienu
tabilħaqq disponibbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn li ma kkooperawx, u
mbagħad ikkalkolat l-ammonti ta’ benefiċċju mogħtija permezz ta’ dawn l-iskemi,
abbażi tal-aħjar fatti disponibbli. 3.2. Eżami
Individwali ('EI') (41) Kienu ppreżentati talbiet
għall-EI minn żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw skont l-Artikolu 27(3)
tar-Regolament bażiku, jiġifieri Union Steel China (Union Steel) u Shenzhen
Sino Master Steel Co. Ltd. Ma kienx possibbli li jingħataw dawn l-EI liż-żewġ
kumpaniji billi, minħabba l-għadd kbir ta’ skemi ta’ sussidju allegati u t-tul
ta' żmien li tieħu investigazzjoni kontra s-sussidji, dan kien ikun ta’ piż
eċċessiv u seta’ jimpedixxi t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin. (42) Madankollu, Union Steel kienet
diġà ġiet eżaminata individwalment fl-investigazzjoni antidumping parallela u
konsegwentement ġie kkalkolat marġini individwali tad-dannu għal din
il-kumpanija. (43) Barra minn hekk, billi l-GTĊ
ta tweġiba biss rigward l-iskemi użati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun
kif spjegat fil-premessa (34) aktar ’il fuq, kien prattikament impossibbli li
jiġu analizzati xi wħud mill-iskemi ta’ sussidju possibbilment użati minn Union
Steel. Konsegwentement, abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28
tar-Regolament bażiku, ir-rata medja ta’ sussidju applikabbli għal kumpaniji
oħra li kkooperaw kienet attribwita lil din il-kumpanija. 3.3. Skemi speċifiċi (44) Fuq il-bażi tal-informazzjoni
inkluża fl-ilment, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni relatata mal-iskemi li
ġejjin, li allegatement kienu jinvolvu l-għoti ta’ sussidji mill-awtorità
Governattiva: (I) L-Għoti
tal-Oġġetti u s-Servizzi tal-Gvern għal Ħlas mhux Adegwat ("LYAR") –
L-għoti ta’ inputs b’rimunerazzjoni mhix
adegwata: Azzar irrumblat bis-sħana u azzar irrumblat bil-kesħa –
Għoti ta’ drittijiet tal-użu tal-art għal
rimunerazzjoni mhix adegwata –
Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-ilma
għal rimunerazzjoni mhix adegwata –
Programm li jikkonsisti mill-forniment
tal-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata –
Programm li jikkonsisti fl-għoti tal-elettriku u
l-ilma bi ħlas mhux adegwat fil-Provinċja ta’ Jiangsu –
L-għoti ta’ diversi inputs għal rimunerazzjoni
mhix adegwata (II) Self u rati ta’ mgħax preferenzjali
lill-industrija tal-OCS (III) Programmi ta’ ekwità –
Skambji ta’ dejn għal ekwità –
Infużjonijiet ta’ ekwità –
Dividendi mhux imħallsa (IV) Taxxa fuq l-introjtu u taxxi diretti
oħra –
Politiki tat-taxxa għat-tnaqqis tal-ispejjeż fuq
ir-riċerka u l-iżvilupp –
Konċessjonijiet tat-taxxa għar-reġjuni Ċentrali
u tal-Punent –
Kreditu ta’ taxxa fuq l-introjtu għax-xiri ta’
tagħmir tal-produzzjoni mmanifatturat domestikament –
Politiki tat-taxxa preferenzjali għal kumpaniji
mħeġġa biex joperaw bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida –
Konċessjonijiet ta’ taxxa fuq l-introjtu
għall-intrapriżi involuti fl-użu ta’ riżorsi komprensivi (“materja prima
speċjali”) –
Kreditu tat-taxxa fir-rigward tax-xiri ta’
tagħmir speċjali –
Politika ta’ taxxa preferenzjali fuq l-introjtu
għall-intrapriżi fir-reġjun tal-Grigal –
Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu għal
investiment fir-rinnovazzjoni teknoloġika domestika –
Diversi skontijiet lokali fuq it-taxxa
(Provinċja ta’ Shandong, Belt ta’ Chongqing, ir-Reġjun Guangxi ta’ Zhuang,
Privileġġi tat-taxxa biex jiġu żviluppati r-reġjuni ċentrali u tal-Punent) –
Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi
residenti kkwalifikati –
Eżenzjonijiet mit-taxxa skont il-programm tnejn
b’xejn, tlieta nofs għall-FIEs produttivi –
Eżenzjoni mit-taxxa lokali fuq l-introjtu u
programmi ta’ tnaqqis għall-FIEs produttivi –
Kreditu tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs li
jixtru tagħmir prodott domestikament –
Sussidji ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-FIEs
abbażi tal-post ġeografiku (V) Programmi ta’ Taxxa Indiretta u Tariffi
ta’ Importazzjoni –
Eżenzjonijiet mit-tariffi fuq l-importazzjoni u
l-VAT għall-FIEs u ċerti intrapriżi domestiċi li jużaw tagħmir impurtat
f’industriji mħeġġa –
Rifużjonijiet tal-VAT lill-FIEs li jixtru
tagħmir prodott domestikament –
Tnaqqis tal-VAT fuq assi fissi fir-reġjun
Ċentrali –
Privileġġi oħra tat-taxxa ta’ Ma'anshan (VI) Programmi ta’ għotjiet –
Il-programm China World Top Brand –
Il-programm Famous Brands –
Il-Fond Statali għal proġetti teknoloġiċi
ewlenin –
Programmi għar-rifużjoni tat-tariffi legali
antidumping (VII) Ix-xiri ta’ oġġetti mill-Gvern għal
rimunerazzjoni ogħla minn dik adegwata (VIII) Programmi reġjonali oħrajn –
Sussidji pprovduti fiż-Żona Ġdida ta’ Tianjin
Binhai u fiż-Żona ta’ Żvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta’ Tianjin –
Programmi relatati mar-Reġjun tal-Grigal –
Għotjiet mill-Programm tax-xjenza u
t-teknoloġija tal-Provinċja ta’ Jiangsu –
Għotjiet mill-Programm tax-Xjenza u
t-Teknoloġija tal-Provinċja ta’ Hebei (IX) Sussidji ad hoc imsemmija fl-ilment 3.3.1. L-Għoti tal-Oġġetti u
s-Servizzi tal-Gvern għal Ħlas mhux Adegwat ("LYAR") 3.3.1.1. Il-forniment ta’ azzar irrumblat
bis-sħana u azzar irrumblat bil-kesħa (HRS u CRS) għal rimunerazzjoni mhix
adegwata (45) L-allegazzjoni fl-ilment
kienet li l-GTĊ jikkontrolla ċerti industriji u prodotti upstream sabiex
jipprovdi inputs bi prezzijiet favorevoli lill-produtturi tal-OCS. Fuq din
il-bażi l-produtturi tal-OCS jirċievu sussidji kumpensatorji permezz tax-xiri
mingħand intrapriżi tal-istat (SOEs) tal-HRS u s-CRS prodotti mill-gvern bi
prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq u għalhekk għal rimunerazzjoni mhux
adegwata għall-SOEs. Nuqqas ta'
kooperazzjoni (46) Il-Kummissjoni
talbet informazzjoni dettaljata mingħand il-GTĊ dwar l-SOEs li jipprovdu l-HRS
u s-CRS lill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS sabiex tivverifika
l-allegazzjonijiet fl-ilment u sabiex tistabbilixxi jekk dawn l-SOEs humiex
korpi pubbliċi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ħolqot l-Appendiċi B
mal-kwestjonarju għall-GTĊ maħsub għall-SOEs u stiednet lill-GTĊ sabiex
jipprovdi l-informazzjoni mitluba fih. Fl-ittra ta’ defiċjenza l-Kummissjoni
reġgħet talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi l-informazzjoni mitluba
fl-Appendiċi B u ħeġġet lill-GTĊ sabiex jikkoordina t-tweġibiet mal-SOEs
ikkonċernati. (47) Madankollu,
il-GTĊ ma pprovda tweġiba għall-ebda waħda mill-mistoqsijiet
fl-Appendiċi B u naqas ukoll milli jipprovdi l-informazzjoni rilevanti
mitluba fil-kwestjonarju prinċipali (eż. dwar is-sjieda u l-kontroll tal-SOEs
min-naħa tal-gvern fis-settur tal-azzar u l-involviment tiegħu
fir-riorganizzazzjoni tal-industrija tal-azzar Ċiniża). Minflok ma pprovda
l-informazzjoni mitluba, fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ sostna
li l-ilmentaturi naqsu milli juru li l-produtturi tal-HRS u tal-CRS huma korpi
pubbliċi. (48) Minħabba
n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kellha teżamina l-aħjar
informazzjoni l-oħra disponibbli. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ dwar din
l-azzjoni. Fil-valutazzjoni tagħha dwar jekk l-SOEs li jipprovdu l-HRS u s-CRS
lill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS humiex korpi pubbliċi,
il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni limitata pprovduta mill-GTĊ,
l-informazzjoni fl-ilment, l-informazzjoni fattwali pubblikament disponibbli
minn proċedimenti simili mwettqa minn awtoritajiet oħra ta’ investigazzjoni,
kif ukoll informazzjoni oħra pubblikament disponibbli, u bbażat is-sejbiet
tagħha fuq it-totalità tal-informazzjoni fil-fajl. (a)
L-SOEs li jipprovdu lill-produtturi tal-OCS
azzar irrumblat bis-sħana u azzar irrumblat bil-kesħa huma korpi pubbliċi Kummenti preliminari (49) L-ilmentatur
sostna li l-SOEs fiċ-Ċina huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b)
tar-Regolament bażiku, li jipprovdu oġġetti (HRS u CRS) lill-produtturi tal-OCS
bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tas-suq u b’hekk jagħtuhom
benefiċċju. (50) Il-Korp tal-Appell (AB)
tad-WTO, fir-rapport tiegħu fl-Istati Uniti – Dazji AntiDumping u Kumpensatorji
Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina[5]
(ir-rapport tal-AB) iddefinixxa korp pubbliku bħala entità li
"tippossjedi, teżerċita jew tingħata awtorità tal-gvern"[6]. L-AB ikkunsidra wkoll li anki
l-korpi pubbliċi huma kkaratterizzati mit-"twettiq ta’ funzjonijiet
tal-gvern"[7]
li "normalment jitqiesu bħala parti mill-prattika tal-gvern fl-ordni
legali tal-Membru rilevanti"[8]. (51) Fid-dawl tal-konklużjonijiet
tal-AB tad-WTO, hemm żewġ kwistjonijiet għall-analiżi, jiġifieri (a) jekk
l-SOEs inkwistjoni jwettqux funzjonijiet li normalment jitqiesu bħala parti mill-prattika
tal-gvern fiċ-Ċina u (b) jekk dan huwa minnu, eżerċitawx l-awtorità
governattiva meta għamlu dan? It-twettiq ta’ funzjonijiet tal-gvern (52) Fil-kuntest tal-GTĊ, hemm
biżżejjed evidenza biex turi li l-gvern huwa involut bis-sħiħ fil-ġestjoni
tal-ekonomija. Ir-rwol primarju tal-Gvern Ċiniż fl-ekonomija huwa ggarantit
mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-Artikolu 7
tal-Kostituzzjoni jgħid: "L-ekonomija tal-istat hija s-settur
tal-ekonomija soċjalista li huwa proprjetà tal-poplu kollu; huwa l-forza
ewlenija fl-ekonomija nazzjonali. L-istat jassigura l-konsolidazzjoni u
t-tkabbir tal-ekonomija tal-istat." Bl-istess mod l-Artikolu 15
tal-Kostituzzjoni jaqra: "L-istat jipprattika l-ippjanar ekonomiku fuq
il-bażi tas-sjieda pubblika soċjalista." Anki l-Kostituzzjoni
tal-Partit Komunista taċ-Ċina tippreskrivi r-rwol primarju tas-sjieda pubblika,
eż. il-preambolu tal-Kostituzzjoni tal-PKĊ jgħid: "il-Partit irid
isostni u jtejjeb is-sistema ekonomika bażika, bis-sjieda pubblika jkollha rwol
dominanti…" Anki d-diversi pjanijiet għal ħames snin ippromulgati mill-Kummissjoni
tal-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali (NDRC) u adottati mill-ogħla awtorità
legali taċ-Ċina, jiġifieri l-Kunsill tal-Istat, jindikaw ħakma b’saħħitha ħafna
tal-Gvern Ċiniż fuq l-ekonomija. (53) Fir-rigward tas-settur
tal-azzar, l-informazzjoni fil-fajl tissuġġerixxi li l-SOEs li jipproduċu l-HRS
u l-CRS fiċ-Ċina, ħafna drabi jwettqu l-funzjonijiet governattivi deskritti,
fost l-oħrajn, fil-pjanijiet settorjali għall-industrija tal-ħadid u l-azzar.
Dawn il-pjanijiet jikkonfermaw li l-GTĊ għażel li jkun involut mill-qrib
fil-ġestjoni u l-iżvilupp tal-industrija tal-azzar fiċ-Ċina u
l-implimentazzjoni tagħhom mill-SOEs għalhekk tista’ titqies li taqa’ taħt
l-intestatura tal-prattiki governattivi. Il-pjanijiet jipprovdu miri u
għanijiet għall-operaturi kollha fl-industrija tal-ħadid u l-azzar u jidderieġu
lis-settur tal-istat sabiex jipproduċi riżultati speċifiċi. Il-GTĊ qiegħed juża
l-SOEs tal-ħadid u l-azzar bħala fergħa estiża tal-istat sabiex jilħaq
l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-pjanijiet. (54) L-Ordni Nru 35 tal-NDRC –
Politiki għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, fost l-oħrajn,
tippreżenta politika sabiex jitnaqqas in-numru ta’ intrapriżi ta’ tidwib
tal-ħadid u l-azzar u tistabbilixxi miri dwar ir-riżultati għal dawk il-gruppi
ta’ intrapriżi tal-azzar li qegħdin fl-ewwel 10 postijiet fis-suq
domestiku (l-Artikolu 3), għall-kapaċità ta’ produzzjoni tipprojbixxi
l-istabbiliment ta’ intrapriżi ġodda tal-ħadid u l-azzar (l-Artikolu 10),
tippreskrivi l-kundizzjonijiet għall-aċċess fl-industrija tal-ħadid u l-azzar
fuq il-livell tat-tagħmir u tippreskrivi wkoll l-indiċijiet tekniċi u ekonomiċi
li għandhom isegwu l-intrapriżi tal-azzar u l-ħadid (l-Artikolu 12),
tistabbilixxi regoli għall-bidliet fl-istruttura organizzattiva tal-intrapriżi
tal-azzar (l-Artikolu 20), timmaniġġja l-investimenti (l-Artikoli 22,
23), tikkundizzjona l-aċċess għall-fondi finanzjarji (l-Artikoli 25,26),
tagħti lill-istat id-dritt li jintervjeni fix-xiri tal-materja prima
(l-Artikolu 30). (55) It-12-il Pjan ta’ Żvilupp
għal Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar jiġbor fil-qosor il-kisba
tal-għanijiet stabbiliti fil-pjan preċedenti, ikopri l-istrateġija
għall-iżvilupp u jistabbilixxi miri għall-industrija kollha tal-azzar.
Bl-istess mod bħall-Ordni Nru 35 huwa jistabbilixxi miri speċifiċi ħafna
dwar il-livell ta’ raggruppament industrijali (it-Taqsima III.(III).6),
jinkoraġġixxi ċerti proġetti u jiskoraġġixxi oħrajn (it-Taqsima IV(IV)) u
jiddiskrimina favur l-industrija tal-ħadid u l-azzar fi provinċji differenti
(it-Taqsima IV(V), jipprevedi l-appoġġ ta’ industriji tal-azzar fuq skala
kbira u jagħti rwol ewlieni lill-akbar produtturi statali Ċiniżi tal-azzar bħal
Bao Steel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel eċċ[9]. Il-pjan jipprevedi wkoll
it-tisħiħ tar-regolamentazzjoni u l-immaniġġjar tal-operat tal-produzzjoni
tal-intrapriżi tal-azzar eżistenti (it-Taqsima V(IV)). (56) Il-Liġi tar-Repubblika
Popolari taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi tobbliga wkoll lill-SOEs
(jew intrapriżi b’investiment mill-Istat (SIEs) kif jissejħu f’din il-liġi)
sabiex jikkonformaw mal-politiki industrijali nazzjonali[10]. Bl-istess mod il-Miżuri
Provviżorji għas-superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Investimenti
mill-Intrapriżi Ċentrali jobbligaw lill-SOEs (SIEs) sabiex isegwu
l-pjanijiet ta’ żvilupp u l-politiki industrijali tal-istat[11]. Skont il-Miżuri
għall-Amministrazzjoni tal-Istrateġiji għall-Iżvilupp u l-Pjanijiet
tal-Intrapriżi Ċentrali, l-SIEs kollha għandhom jifformulaw pjan ta’
żvilupp u strateġija li l-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni
tal-Assi Statali tal-Kunsill tal-Istat (SASAC) trid teżamina u tapprova. Meta
tkun qiegħda twettaq tali eżami u qabel l-approvazzjoni, is-SASAC trid fost
l-oħrajn tikkunsidra jekk dan il-pjan jikkonformax jew le mal-ippjanar
tal-iżvilupp u l-politiki industrijali nazzjonali u jekk jikkonformax jew le
mal-aġġustament strateġiku tat-tqassim u l-istruttura tal-ekonomija tal-Istat[12]. (57) L-eżempji konkreti
tal-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti fil-pjanijiet bħar-rilokazzjoni
tal-Capital Steel Corporation[13]
jew diversi amalgamazzjonijiet ta’ intrapriżi tal-azzar[14] juru li l-pjanijiet mhumiex
biss dokumenti indikattivi li jservu bħala linji gwida iżda jwasslu għal
azzjonijiet konkreti mill-intrapriżi statali tal-azzar ikkoordinati mill-gvern
(irrappreżentat mill-NDRC u l-Kunsill tal-Istat). (58) L-azzjonijiet speċifiċi kollha
deskritti fil-paragrafi ta’ hawn fuq iridu jiġu segwiti u mwettqa
mill-intrapriżi koperti mill-pjanijiet. Huwa konkluż li permezz ta’ dan
l-involviment dirett tal-gvern fl-imġiba kummerċjali tal-intrapriżi tal-azzar,
l-intrapriżi statali tal-azzar jaġixxu bħala fergħa tal-gvern fit-twettiq ta’
funzjonijiet governattivi li suċċessivament iwasslu għall-kisba tal-għanijiet u
l-miri stabbiliti fil-pjanijiet. Kontroll tal-SOEs mill-Gvern (59) Wara li ġie stabbilit li
l-SOEs qed iwettqu funzjonijiet tal-gvern, tibqa’ l-mistoqsija jekk jeżerċitawx
awtorità governattiva meta jagħmlu dan. F’dan ir-rigward, mistoqsija prinċipali
hija jekk dawn jiġux ikkontrollati b’mod li jagħmel sens mill-gvern[15]. Jekk dan huwa l-każ, huwa
raġonevoli li jiġi determinat, fid-dawl tal-evidenza rilevanti l-oħra kollha
ta’ hawn fuq, li l-SOEs jaġixxu bħala fergħa tal-gvern u effettivament
jimplimentaw il-politika stabbilita fil-pjanijiet ta’ hawn fuq. (60) Il-kontroll governattiv
deskritt hawn isfel jindika li l-SOEs jippossjedu, jeżerċitaw jew huma vestiti
b’awtorità tal-gvern. Il-kontroll jista’ jiġi eżerċitat, fost l-oħrajn, permezz
ta’ sjieda tal-gvern, regolamentazzjoni amministrattiva u l-involviment
tas-SASAC, il-bordijiet tad-diretturi u l-pjanijiet tal-gvern. Sjieda tal-gvern (61) Kif diġà ssemma fit-Taqsima
ta’ hawn fuq dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni (il-premessi minn (46) sa (48),
il-GTĊ ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba dwar l-istruttura tas-sjieda
tal-produtturi tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina. Mat-tweġiba għall-kwestjonarju,
il-GTĊ issottometta lista ta’ 54 kumpanija li fihom il-GTĊ huwa l-akbar
azzjonist, iżda matul iż-żjara ta’ verifika huwa sostna li l-lista mhijiex
korretta u tinkludi wkoll kumpaniji privati. Il-GTĊ ma kkoreġiex il-lista u
lanqas speċifika liema mill-kumpaniji huma privati u liema huma proprjetà
tal-GTĊ. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni kellha teżamina
evidenza oħra fil-fajl u informazzjoni pubblikament disponibbli. (62) L-ilmentatur ipprovda evidenza
li l-produtturi prinċipali tal-HRS u tas-CRS huma tal-istat u ssottometta
informazzjoni dettaljata f’dan ir-rigward fl-Anness 10 tal-ilment[16]. Barra minn hekk,
informazzjoni oħra pubblikament[17]
disponibbli tikkonferma li l-GTĊ għandu sehem ta’ sjieda f’bosta
mill-produtturi tal-HRS u s-CRS. (63) B’kunsiderazzjoni
tal-informazzjoni kollha fil-fajl, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-GTĊ
għandu sehem ta’ sjieda sinifikanti f’ħafna mill-produtturi Ċiniżi tal-HRS u
s-CRS. Ir-regolamentazzjoni
amministrattiva u l-involviment tas-SASAC (64) Is-SASAC
twettaq ir-responsabbiltajiet tal-Istat bħala investitur u timmaniġġja l-assi
tal-istat taħt is-superviżjoni tagħha. Huwa nnotat li għalkemm il-GTĊ fit-tweġiba
tiegħu għall-kwestjonarju u fis-sottomissjonijiet sussegwenti sostna li s-SASAC
mhijiex involuta fl-operazzjonijiet kummerċjali tal-SOEs u appoġġa din
l-affermazzjoni b’referenza għall-Artikolu 7 tal-Miżuri Interim
għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Intrapriżi[18], artikoli oħra tal-istess liġi kif ukoll evidenza oħra fil-fajl[19] jissuġġerixxu mod ieħor. (65) It-tweġiba
tal-GTĊ għall-kwestjonarju kontra s-sussidju turi li s-SASAC, awtorizzata
mill-Kunsill tal-Istat, taħtar u tneħħi l-ogħla uffiċjali eżekuttivi
tal-intrapriżi sorveljati, u tevalwa l-prestazzjonijiet tagħhom permezz ta’
proċeduri legali. Hija wkoll responsabbli biex tħeġġeġ lill-intrapriżi
sorveljati jwettqu l-prinċipji u l-politiki ta’ gwida, għandha r-responsabbiltà
għall-ġestjoni fundamentali tal-assi statali tal-intrapriżi u tidderieġi u
tissorvelja l-ħidma ta’ ġestjoni tal-assi lokali tal-istat skont il-liġi. (66) Is-SASAC
hija responsabbli wkoll għall-ħlas u l-valutazzjoni tal-maniġers tal-SOEs;
barra minn hekk, hija tagħżel u tiddeċiedi dwar il-premjijiet u s-sanzjonijiet
għall-maniġers tal-SOEs[20]. L-evidenza kollha tissuġġerixxi li l-karrieri tal-maniġers tal-SOE
jiddependu fuq is-SASAC. Dawn iċ-ċirkostanzi juru li, huwa ċar li s-SASAC
għandha awtorità Governattiva. Il-bord tad-diretturi (67) Il-kompożizzjoni tal-Bordijiet
tal-SOEs turi wkoll il-livell għoli ta’ kontroll tal-SOEs min-naħa tal-GTĊ.
L-evidenza fil-fajl[21]
turi li ħafna mill-membri tal-bordijiet tad-diretturi u tal-bordijiet
tal-kontrolluri għandhom jew kellhom fl-imgħoddi funzjonijiet tal-gvern u/jew
tal-partit u li l-għażla tagħhom hija influwenzata b’mod qawwi minn
awtoritajiet governattivi bħas-SASAC jew il-Partit Komunista taċ-Ċina (CCP). Il-pjanijiet tal-gvern (68) Il-politiki, l-interessi u
l-għanijiet tal-GTĊ fir-rigward tal-industrija tal-azzar huma stabbiliti
f’diversi pjanijiet governattivi fuq livell ċentrali u kif ukoll sottoċentrali.
L-SOEs huma mħeġġa jsegwu dawn il-politiki (il-kumpaniji li ma jikkonformawx
jiġu saħansitra soġġetti għal sanzjonijiet) u mill-azzjonijiet riċenti ta’ xi
wħud mill-SOEs prinċipali tal-azzar fiċ-Ċina huwa evidenti li dawn il-politiki
jiġu mħarsa u li l-SOEs tal-azzar qed jaħdmu biex jilħqu l-miri u l-għanijiet
stabbiliti fil-pjanijiet. (69) Skont it-12-il Pjan ta’
Żvilupp fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, huma biss
l-"intrapriżi li jikkonformaw mal-politiki tan-nazzjon għall-industrija
tal-ħadid u l-azzar u mal-Istandards u l-Kundizzjonijiet għall-Produzzjoni u
l-Operat tal-industrija tal-ħadid u l-azzar li għandhom rwol primarju
fl-amalgamazzjoni u r-riorganizzazzjoni".[22] (70) Numru ta’ pjanijiet fuq livell
provinċjali u lokali jsemmu wkoll SOEs speċifiċi u jistabbilixxu għanijiet u
miri għalihom. L-ilmentatur ipprovda siltiet minn dawn il-pjanijiet[23]. Dawn il-pjanijiet kollha
kienu mitluba mingħand il-GTĊ fil-kwestjonarju u fl-ittra ta’ defiċjenza
għall-iskop ta’ verifika u kjarifika, iżda l-GTĊ ddeċieda li ma jipprovdihomx.
Madankollu huwa nnotat li l-GTĊ ma kkontestax il-preċiżjoni ta’ dawn il-kwotazzjonijiet
matul il-proċediment. Barra minn hekk, il-kumpaniji msemmija fil-pjanijiet
provinċjali u lokali jammettu li kkooperaw mal-awtoritajiet u jiddeskrivu kif
jaġixxu jew kif aġixxew fil-passat f’konformità mal-pjanijiet[24]. (71) Għalkemm il-GTĊ isostni li xi
wħud mill-pjanijiet ta’ hawn fuq huma biss indikattivi, mhux vinkolanti u huma
intiżi li jservu biss ta’ gwida, din l-allegazzjoni mhijiex appoġġata minn
evidenza oħra fil-fajl. Għall-kuntrarju, bosta liġijiet u regolamenti li
ċertament li huma vinkolanti[25]
jagħmlu l-pjanijiet ta’ żvilupp u l-politiki industrijali tal-istat
obbligatorji għall-SOEs. Konklużjoni (72) Il-GTĊ jifformula l-għanijiet u l-miri għall-industrija
tal-ħadid u l-azzar permezz tal-pjanijiet għal ħames snin u dokumenti uffiċjali
rilevanti oħra u jilħaq dawn l-għanijiet permezz tal-funzjonijiet u
l-attivitajiet deskritti fihom. Billi dawn il-pjanijiet u d-dokumenti huma
fformulati minn dipartimenti tal-Gvern Ċiniż bħall-Kunsill Nazzjonali jew
l-NDRC, il-funzjonijiet u l-attivitajiet li għalihom jirreferu għandhom
jitqiesu bħala governattivi. Billi kif deskritt hawn fuq, l-SOEs tal-azzar huma
obbligati li jsegwu l-pjanijiet u l-politiki, huma jaġixxi bħala fergħa
tal-gvern u, billi l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuqhom, ikunu qegħdin
jeżerċitaw awtorità tal-gvern. (73) Minħabba
n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk
l-entitajiet li huma kkunsidrati bħala "korpi pubbliċi" ma ġiex
iddefinit għalkollox. Fi kwalunkwe każ, kull SOE li fiha l-gvern huwa
l-maġġoranza jew l-akbar azzjonist hija korp pubbliku. L-entitajiet li fihom
il-gvern ma jkollu l-ebda parteċipazzjoni azzjonarja huma korpi privati.
Fid-dawl ta’ dan, hawnhekk ma hemmx bżonn tinġibed linja ċara bejn il-korpi
pubbliċi u dawk privati, billi fil-premessi minn (85) sa (98) aktar ’l isfel,
jintwera li l-korpi privati kollha fis-settur tal-azzar huma fdati u diretti
mill-Istat u għalhekk, għall-iskopijiet kollha rilevanti, iġibu ruħhom
bl-istess mod bħall-korpi pubbliċi. (b)
Benefiċċju (korpi pubbliċi) Kunsiderazzjonijiet ġenerali (74) Sabiex jiġi valutat jekk hemmx
benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, huwa neċessarju li
l-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS imħallsa mill-produtturi esportaturi kkonċernati
jiġu pparagunati mal-valur referenzjarju rilevanti. Ir-rapport tal-AB
ikkonferma li f’każ fejn is-suq tal-pajjiż ta’ forniment ikun distort mir-rwol
tal-gvern, kien permess l-użu ta’ valuri referenzjarji esterni. Huwa nnotat
ukoll li "fejn il-gvern ikun il-fornitur predominanti, huwa probabbli
li l-prezzijiet privati jkunu distorti, iżda xorta hija meħtieġa analiżi ta’
każ b’każ".[26]
L-AB sostna wkoll li: "….m’aħniex nissuġġerixxu li hemm livell
limitu li ’l fuq minnu l-fatt li l-gvern ikun il-fornitur predominanti fis-suq
waħdu jsir biżżejjed biex tiġi stabbilita distorsjoni tas-suq, iżda
evidentement, aktar ma jkun predominanti r-rwol tal-gvern fis-suq, aktar ikun
probabbli li dan ir-rwol jirriżulta fid-distorsjoni tal-prezzijiet
privati"[27].
L-AB sostna wkoll li: "meta l-gvern ikun fornitur
"sinifikanti", tkun meħtieġa evidenza dwar fatturi għajr is-sehem
tas-suq tal-gvern, billi r-rwol biss tal-gvern bħala fornitur sinifikanti ma
jistax jagħti prova ta’ distorsjoni tal-prezzijiet privati". Għalhekk,
l-ewwel mistoqsija li għandha titwieġeb hija jekk is-sehem tal-gvern
fil-produzzjoni tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina huwiex predominanti jew sempliċement
sinifikanti. (75) Il-Kummissjoni
talbet lill-GTĊ informazzjoni dwar is-suq tal-HRS u tas-CRS fir-rigward
tal-proporzjon ta’ produzzjoni tal-HRS u s-CRS prodotti mill-SOEs u l-kumpaniji
privati iżda l-GTĊ ma ssottometta l-ebda informazzjoni rilevanti f’dan
ir-rigward[28]. (76) Il-Kummissjoni
użat informazzjoni oħra disponibbli[29] dwar din
il-kwistjoni li fuq il-bażi tagħha ġie stabbilit li mill-anqas 63 %
tal-HRS fiċ-Ċina jiġi prodott minn SOEs tal-azzar. Huwa importanti li jiġi
nutat li dan is-sehem ta’ 63 % tal-SOEs ġie stabbilit wara analiżi tassew
konservattiva u jirrappreżenta ċ-ċifra minima assoluta. Il-fatt li ħafna
mill-allegati fornituri privati rrappurtati mill-esportaturi jidher li qed
ibiddlu l-kumpaniji (li setgħu xtraw mill-prodott mill-SOEs), in-nuqqas ta’
kooperazzjoni tal-GTĊ (ara l-premessi minn (46) sa (48) hawn fuq) u s-sejbiet
ta’ awtoritajiet investigattivi oħrajn (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 32)
iwasslu għall-konklużjoni li s-sehem reali tal-SOEs fis-suq tal-HRS huwa ħafna
ogħla. Barra minn hekk, l-involviment kbir tal-GTĊ f'dan is-settur tas-suq
tal-HRS (ara l-premessi minn (85) sa (94) hawn taħt) jillimita l-manuvri
tal-operaturi privati. (77) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq
ġie stabbilit li l-SOEs huma predominanti fis-suq tal-HRS fiċ-Ċina. Din
il-predominanza tal-SOEs fis-suq tal-HRS hija tant konsiderevoli li
l-produtturi privati ma għandhomx għażla ħlief li jallinjaw il-prezzijiet
tagħhom mal-SOEs, kif muri hawn isfel. (78) Fir-rigward
tas-CRS, is-sehem irrappurtat tal-SOEs mill-produtturi esportaturi Ċiniżi (18 %)
kien aktar baxx milli fil-każ tal-HRS, madankollu dan kien ikkontradut minn
informazzjoni oħra (ara l-premessa (79) hawn taħt). Fid-dawl tan-nuqqas
ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-fatt li ħafna mill-fornituri allegatement
privati rrappurtati mill-esportaturi jidher li qed ibiddlu l-kumpaniji (li
setgħu xtraw il-prodott mill-SOEs) u l-limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet
kummerċjali tal-operaturi privati kkawżati mill-involviment qawwi tal-GTĊ f’dan
is-settur (ara l-premessi minn (85) sa (94) hawn taħt), huwa konkluż
(parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli (ara l-premessa (79) hawn taħt)
fis-sens tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku) li l-SOEs huma
predominanti wkoll fis-suq tas-CRS fiċ-Ċina. (79) Din
il-konklużjoni kienet ikkorroborata mir-Reġistru tal-Kapaċità Dinjija
tal-Azzar, li jikkontradixxi s-sehem ta’ 18 % irrappurtat mill-esportaturi
Ċiniżi u juri li aktar minn 70 % tal-kapaċità kollha tal-produzzjoni
tas-CRS fiċ-Ċina hija tal-Istat[30]. (80) Il-Kummissjoni talbet
informazzjoni mingħand il-GTĊ dwar il-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS minn
kumpaniji tal-istat u privati mibjugħin fis-suq Ċiniż. Fit-tweġiba għall-kwestjonarju,
il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni ta’ dan it-tip. L-investigazzjoni għand
l-esportaturi tal-OCS stabbilixxiet li l-prezzijiet imħallsa mill-erba’
produtturi/gruppi esportaturi matul il-PI għall-HRS u s-CRS miksuba minn
produtturi privati tal-HRS u s-CRS jew mill-kummerċjanti kienu konsistentement
qrib ħafna tal-prezzijiet tal-SOEs[31].
Għalhekk id-dejta osservata, flimkien mal-predominanza tal-SOEs f’dan
is-settur, turi li l-prezz tal-fornituri privati effettivament jittraċċa
l-prezzijiet imħallsa lill-SOEs. Barra minn hekk, fil-kuntratt ippreżentat minn
wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-forniment tal-HRS
minn fornitur privat, hemm saħansitra kundizzjoni sabiex il-prezz jintrabat
mal-prezz tal-fornitur tal-SOE. (81) Fuq il-bażi tal-informazzjoni
kollha fil-fajl ġie stabbilit li l-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS mibjugħa
mill-SOEs fiċ-Ċina huma distorti, b’riżultat tal-predominanza qawwija tal-SOEs
fis-suq tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina. Il-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS
tal-fornituri privati huma allinjati mal-prezzijiet tal-SOEs. Fid-dawl ta’ dan
huwa konkluż li ma hemmx prezzijiet tas-suq kredibbli fiċ-Ċina għall-HRS u
s-CRS. Billi ma hemmx "termini u kundizzjonijiet prevalenti tas-suq"
fis-suq tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina, il-Kummissjoni kellha tfittex valur
referenzjarju alternattiv skont l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku.
Billi s-suq Ċiniż kollu huwa distort, mhuwiex meqjus prattiku li l-kostijiet u
l-prezzijiet fiċ-Ċina jiġu aġġustati b’mod sinifikanti u l-prezzijiet
tal-importazzjoni jidhru li huma distorti bl-istess mod mill-predominanza
tal-SOEs. Għalhekk, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, ġie
mfittex valur referenzjarju estern. (82) L-aktar valur referenzjarju
xieraq jidher li huwa valur referenzjarju maħdum fuq il-bażi tal-prezzijiet
dinjija tas-suq tal-HRS u tas-CRS ippubblikati b’mod regolari f’diversi ġurnali
speċjalizzati dwar l-azzar bħal Steel Business Briefing, MEPS u CRU. (83) It-tqabbil tal-prezzijiet
tal-SOEs mal-valur referenzjarju barra mill-pajjiż (maħdum kif spjegat
fil-premessa (103) aktar ’l isfel) wera li dawn il-prezzijiet kienu inqas
sewwa mill-prezzijiet referenzjarji u konsegwentement irriżultaw f’benefiċċju
għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS fis-sens tal-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku. (c)
Speċifiċità (84) Dan il-programm ta’ sussidju
huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku
minħabba li l-HRS u s-CRS jintużaw biss minn numru limitat ta’ industriji u
intrapriżi fiċ-Ċina fil-produzzjoni tagħhom. (d)
Inkarigu u direzzjoni tal-fornituri privati (85) Il-kwistjoni
li jmiss li trid tiġi indirizzata hija jekk il-produtturi privati tal-HRS u
s-CRS, li mhumiex korpi pubbliċi, humiex xorta waħda inkarigati jew mogħtija
struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu l-HRS u s-CRS lill-produtturi tal-OCS,
fis-sens tal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Il-politika tal-Gvern (86) Fil-bidu,
diġà ġie stabbilit li l-GTĊ għandu politika li jipprovdi l-HRS u s-CRS
lis-settur tal-OCS, minħabba li l-korpi pubbliċi, li huma parti mill-gvern,
huma involuti f’tali forniment u għandhom post predominanti fis-suq, li
jippermettilhom li joffru prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq. U fi kwalunkwe
każ, minkejja l-karatterizzazzjoni ta’ dawk il-korpi bħala “pubbliċi” jew le,
l-istess evidenza turi l-eżistenza ta’ politika tal-gvern li tinterferixxi
sostanzjalment f’dan is-settur. Issa jrid jiġi stabbilit jekk dik il-politika
testendix għall-fornituri privati. Estensjoni tal-politika għall-fornituri
privati tal-HRS u s-CRS Pjanijiet tal-gvern li jipprovdu gwida u
inkoraġġiment (87) F’numru ta’ pjanijiet u
dokumenti ta’ politika tal-gvern hemm indikazzjonijiet li l-produtturi
tal-azzar fiċ-Ċina (kemm SOEs kif ukoll privati) huma mħeġġa u appoġġati
mill-GTĊ. Ċerti taqsimiet ta’ dawn id-dokumenti jissuġġerixxu li hemm rabta
diretta bejn il-gvern u l-imġiba tal-kumpaniji privati tal-azzar u f’numru ta’
okkażjonijiet jista’ jiġi osservat li din il-"gwida" rriżultat
f’azzjoni mill-industrija tal-azzar kif rakkomandat fil-pjanijiet. (88) Pereżempju, l-Ordni
tal-NDRC Nru 35- Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u
l-Azzar tinkoraġġixxi lill-kumpaniji tal-azzar sabiex jaġixxu b’ċertu mod[32], tistabbilixxi kundizzjonijiet
għall-investimenti u tagħmel l-investimenti soġġetti għal approvazzjoni mill-awtoritajiet[33], tinfluwenza l-kompetizzjoni
għar-riżorsi[34]
u saħansitra tipprevedi sanzjonijiet għall-kumpaniji li ma jikkonformawx[35]. Anki t-12-il Pjan ta’ Żvilupp
fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar jinfluwenza d-deċiżjonijiet
tan-negozju tal-kumpaniji tal-azzar li konsegwentement jista’ jkollhom impatt
fuq l-istruttura tal-kostijiet u l-prezzijiet[36]. (89) Flimkien ma’ dan,
fl-Anness 24 tal-ilment, l-ilmentatur ippreżenta ġabra ta’ siltiet minn
diversi dokumenti ta’ politika ta’ organizzazzjonijiet governattivi differenti
li jenfasizzaw l-appoġġ tal-GTĊ għall-industrija tal-azzar b’mod ġenerali jew
għan-negozju tal-kisi organiku b’mod speċifiku[37]. (90) Barra minn hekk, hemm
informazzjoni pubblikament disponibbli li turi li l-kumpaniji privati jaġixxu
skont pjanijiet u dokumenti ta’ politika differenti tal-gvern[38]. Limitazzjonijiet tal-esportazzjoni fuq l-azzar
irrumblat bis-sħana u l-azzar irrumblat bil-kesħa (91) Il-GTĊ ħa passi sabiex
jiskoraġġixxi l-esportazzjoni tal-HRS u s-CRS permezz ta’ limitazzjonijiet
tal-esportazzjoni imposti permezz tas-sistema kkumplikata ta’ rifużjoni
tal-VAT. B’mod aktar speċifiku, l-HRS u s-CRS huma soġġetti għall-ħlas ta’ VAT
b’rata ta’ 17 %. Il-VAT għall-OCS mibjugħ domestikament, prodott mis-CRS
(li huwa prodott mill-HRS) hija rifondibbli bir-rata ta’ 13 %, filwaqt li
jekk il-kumpanija tagħżel li tesporta l-HRS jew is-CRS, ma jkun hemm l-ebda
rifużjoni tal-VAT. Dan ifisser li l-produtturi privati tal-HRS u s-CRS ma
jistgħux jaġixxu b’libertà kummerċjali normali u għandu l-effett li jżid
il-provvista domestika tal-HRS u s-CRS u inevitabbilment iwaqqa’ l-prezz tiegħu
fis-suq Ċiniż. Għalhekk il-produtturi privati tal-HRS u s-CRS (bl-istess mod
bħall-SOEs) ma jistgħux jaġixxu b’mod indipendenti mill-politika tal-GTĊ. Il-prezzijiet tal-fornituri privati (92) Fit-Taqsima ta’ hawn fuq dwar
il-benefiċċju għall-korpi pubbliċi, ġie stabbilit li minħabba l-predominanza
tal-SOEs tal-azzar fis-suq tal-HRS u tas-CRS, il-produtturi privati tal-HRS u
s-CRS ma għandhomx għażla oħra ħlief li jallinjaw il-prezzijiet tagħhom
mal-prezzijiet tal-SOEs. Fi kliem ieħor huma ma jiffissawx il-prezzijiet iżda
pjuttost jeħduhom. Dan huwa sinjal ieħor li l-produtturi privati tal-HRS u
s-CRS ma jistgħux jaġixxu b’mod indipendenti mill-azzjonijiet tal-GTĊ u korpi
pubbliċi oħra. (93) Dan
il-fatt huwa appoġġat ukoll mill-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi
esportaturi Ċiniżi li ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarji kontra
s-sussidji, li turi li l-prezzijiet tal-fornituri privati tal-HRS u s-CRS huma
kważi allinjati ma’ dawk tal-SOEs. Barra minn hekk, fil-kuntratt ippreżentat
minn wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-forniment
tal-HRS minn fornitur privat, hemm saħansitra kundizzjoni sabiex il-prezz
jintrabat mal-prezz tal-fornitur tal-SOE. (94) Fid-dawl
tas-sejba ta’ hawn fuq li l-prezzijiet tal-SOE huma f’livell aktar baxx minn
tas-suq, huwa evidenti li l-prezzijiet tal-fornituri privati, billi huma
allinjati ma’ dawk tal-SOEs, huma wkoll f’livelli aktar baxxi minn tas-suq. (e)
Kontribuzzjoni finanzjarja (95) Skont l-Artikolu 3.1(a)(iv)
- it-tieni inċiż - tar-Regolament bażiku, teżisti kontribuzzjoni finanzjarja
meta gvern: "jinkariga jew jidderieġi korp privat biex iwettaq waħda jew
aktar mit-tipi ta’ funzjonijiet murija fil-punti (i), (ii) u (iii) li
normalment ikunu responsabbiltà tal-gvern, u din il-prattika, fl-ebda sens, ma
tkun differenti mill-prattiki normalment segwiti mill-gvernijiet;".
Il-Korp tal-Appell tad-WTO interpreta "direzzjoni" bħala kelma li
tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu, li
tinkludi xi livell ta’ kompulsjoni, fuq korp privat, u "inkarigu"
bħala kelma li tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn gvern jagħti responsabbiltà
lil korp privat[39].
Barra minn hekk, il-Panil tad-WTO dwar ir-Restrizzjonijiet fuq
l-Esportazzjonijiet tal-Istati Uniti[40],
stabbilixxa test bi tliet pilastri għall-eżistenza ta’ inkarigu u direzzjoni,
li jirrikjedi l-eżistenza ta’ (a) azzjoni tal-gvern, li tkun (b) indirizzata
lil parti partikolari u li (c) l-għan tagħha jkun kompitu jew dmir partikolari[41]. (96) Fuq din il-bażi, l-inklużjoni
ta’ fornituri privati fil-politika tal-GTĊ sabiex jipprovdu l-HRS u s-CRS
tikkostitwixxi "inkarigu" u "direzzjoni" tal-fornituri
privati min-naħa tal-gvern għar-raġunijiet li ġejjin: “Azzjoni” tal-gvern: –
Il-"politika" tal-GTĊ (ara
l-premessa (86) aktar ’il fuq), tikkostitwixxi "azzjoni" jew
"azzjonijiet". Il-politika hija mwettqa minn korpi pubbliċi (SOEs),
li huma predominanti fis-suq u jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq u
mill-GTĊ, permezz ta’ pjanijiet u l-manipulazzjoni ta’ limitazzjonijiet fuq
l-esportazzjoni. L-effett globali huwa li l-fornituri privati huma
effettivament sfurzati jsegwu l-prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq tal-korpi
pubbliċi. "Indirizzata lil parti partikolari": –
Il-politika tal-gvern (b’mod partikolari
l-pjanijiet u l-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni) tapplika għall-produtturi
kollha tal-HRS u tas-CRS, kemm tal-istat kif ukoll privati. F’dan is-sens
il-politika hija "indirizzata" lill-produtturi kollha. Dan jidher
mill-fatt li l-prezzijiet tal-SOEs u privati huma allinjati u li l-fornituri
privati jbigħu bi prezzijiet li kummerċjalment mhumiex raġonevoli. "l-għan tagħha huwa kompitu jew dmir
partikolari": –
L-għan tal-politika tal-gvern, kif jidher
mil-livelli tal-prezzijiet fiċ-Ċina, huwa l-forniment tal-HRS u s-CRS bi
prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq. L-azzjonijiet tal-GTĊ u tal-SOEs ma jħallu
lill-fornituri privati l-ebda għażla oħra ħlief li jsegwu l-prattiki tal-korpi
pubbliċi u dan effettivament jimponi kompitu jew dmir partikolari fuqhom. Il-politika
tal-GTĊ, speċjalment bil-pjanijiet u l-manipulazzjoni tal-VAT, tillimita
severament il-libertà tal-fornituri privati minn dan il-kompitu jew dmir. Konklużjoni (97) Meta jitqiesu l-fatturi kollha msemmija hawn fuq, wieħed
jista’ raġonevolment jikkonkludi li l-limitazzjoni tal-esportazzjoni mill-GTĊ,
l-ippjanar tal-gvern u l-predominanza tal-SOEs jillimitaw il-libertà
tal-fornituri privati tal-HRS u s-CRS, filwaqt li jobbligawhom jaġixxu b’mod
mhux kummerċjali u jaċċettaw prezzijiet (aktar baxxi minn tas-suq)
ekonomikament irrazzjonali, xi ħaġa li kieku ma jagħmlux f’suq liberu u miftuħ.
Dan jikkonferma li l-politika tal-gvern li jforni l-HRS u s-CRS (inkluż
lis-settur tal-azzar miksi b’materjal organiku) testendi għall-fornituri
privati. (98) Barra
minn hekk, fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-evidenza fil-fajl u
informazzjoni oħra pubblikament disponibbli wasslu lill-Kummissjoni
għall-konklużjoni li l-produtturi privati tal-HRS u s-CRS fiċ-Ċina huma
inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu oġġetti skont
l-Artikoli 3.1(a)(iii) u 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku u jaġixxu
bl-istess mod bħall-SOEs tal-azzar. (f)
Benefiċċju (il-fornituri privati) (99) Il-Kummissjoni stabbilixxiet
li l-fornituri privati tal-HRS u s-CRS jaġixxu meta jingħataw l-inkarigu u
l-istruzzjonijiet mill-GTĊ u l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet
tal-fornituri privati tal-HRS u s-CRS huma allinjati mal-prezzijiet tal-SOEs
(ara t-Taqsima aktar ’il fuq). (100) Minħabba f’hekk huwa konkluż li
s-sejbiet rigward il-benefiċċju u l-ispeċifiċità mill-forniment tal-HRS u s-CRS
bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq mill-SOEs japplikaw ukoll
għall-forniment tal-HRS u s-CRS minn fornituri privati. (g)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (101) Żewġ produtturi esportaturi
inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn dan il-programm. Produttur esportatur
wieħed (Panhua Steel Group) ibbenefika mill-forniment tal-HRS għal
rimunerazzjoni inqas minn adegwata u l-produttur esportatur l-ieħor (Huadong
Steel Group) ibbenefika mill-forniment tas-CRS għal rimunerazzjoni mhix
adegwata. (h)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (102) L-ammont
ta’ sussidju kumpensatorju huwa kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti
lir-reċipjent, li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju jiġi kkalkolat
billi jingħaddu d-differenzi bejn il-valuri tax-xiri reali u l-valuri
referenzjarji xierqa tax-xiri tal-HRS u s-CRS. L-ammont li rriżulta mbagħad ġie
allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li
kkooperaw matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament
tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati,
prodotti, esportati jew trasportati. (103) Billi
s-suq Ċiniż għall-HRS u s-CRS huwa mgħawweġ, il-prezzijiet tas-suq dinji
tal-HRS u s-CRS kienu kkunsidrati bħala bażi xierqa sabiex jiġu maħdumin
il-prezzijiet referenzjarji għall-HRS u s-CRS. Fuq il-bażi ta’ diversi ġurnali
dwar is-settur tal-azzar (SBB u MEPS) intgħażlu l-prezzijiet domestiċi,
it-taxxi netti, ta’ ħames pajjiżi/reġjuni (jiġifieri l-Ewropa, l-Istati Uniti
tal-Amerika, it-Turkija, il-Ġappun u l-Brażil). Sabiex jintlaħaq valur
referenzjarju rappreżentattiv, il-Kummissjoni għażlet l-akbar suq għal kull
reġjun ġeografiku rilevanti, jiġifieri l-Ewropa (UE), l-Amerika ta’ Fuq
(l-Istati Uniti tal-Amerika), l-Amerika Latina (il-Brażil), l-Asja (il-Ġappun)
u Lvant Nofsani/l-Afrika ta’ Fuq (it-Turkija). Il-prezzijiet medji ta’ kull
xahar għall-perjodu PI ta’ kull wieħed mill-ħames pajjiżi/reġjuni saritilhom
medja aritmetika sabiex jinkisbu l-prezzijiet referenzjarji ta’ kull xahar.
Il-ħames pajjiżi/reġjuni magħżula ma kellhomx l-ogħla prezzijiet matul il-PI,
huma kollha membri tad-WTO, huma parti mill-akbar 10 produtturi tal-azzar
fid-dinja u jinsabu f’kontinenti differenti. Għalhekk il-prezzijiet referenzjarji
stabbiliti b’dan il-mod huma kkunsidrati bħala raġonevoli u xierqa. (104) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi inklużi
fil-kampjun tammonta għal 23,02 % għall-Huadong Group u 27,63 % għall-Panhua
Group. (105) Ir-rata medja peżata
tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija 25,37 %. (106) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpaniji li kkooperaw inklużi
fil-kampjun, jiġifieri 32,44 %. 3.3.1.2. Għoti ta’ drittijiet tal-użu
tal-artijiet għal rimunerazzjoni mhix adegwata (a)
Introduzzjoni (107) L-ilmentatur allega li ma hemmx
suq tal-artijiet li jiffunzjona fiċ-Ċina u l-ammont imħallas mill-kumpaniji
għall-użu tal-artijiet huwa aktar baxx mir-rata normali tas-suq. Fit-tweġiba
tiegħu għall-kwestjonarju kontra s-sussidji, il-GTĊ sostna li "Skont
il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-RPĊ, l-artijiet f’distretti
urbani għandhom ikunu proprjetà tal-Istat; l-artijiet f’żoni rurali u f’żoni
suburbani, ħlief fejn previst mod ieħor mill-Istat, għandhom ikunu proprjetà
kollettiva tal-bdiewa". Il-GTĊ sostna li hemm suq tal-artijiet
standardizzat u kompetittiv sewwa, id-drittijiet tal-użu tal-artijiet iridu
jiġu negozjati b’mod pubbliku skont il-liġi fis-suq tal-artijiet. Il-GTĊ sostna
wkoll li l-artijiet industrijali u kummerċjali għandhom jinkisbu b’kumpens
għall-użu f’suq miftuħ permezz ta’ offerti, irkanti u kompetizzjoni. Il-GTĊ ma
pprovda l-ebda dejta rigward il-prezzijiet attwali għad-drittijiet tal-użu
tal-artijiet, il-prezzijiet minimi tal-art ifformulati mill-gvern u li ssemmew
fit-tweġiba għall-kwestjonarju kontra s-sussidju u waqt iż-żjara ta’ verifika. (108) Waqt
il-verifika l-Kummissjoni talbet lill-GTĊ jipprovdi evidenza li tappoġġa
d-dikjarazzjoni tiegħu li l-artijiet industrijali kollha fiċ-Ċina jingħataw
permezz ta’ offerti, stima jew irkant. Il-GTĊ ma setax jipprovdi tali evidenza
waqt iż-żjara ta’ verifika, iżda ppreżenta xi informazzjoni f’dan ir-rigward
wara ż-żjara ta’ verifika. Madankollu, kulma turi din l-evidenza huwa li minn 13-il
tranżazzjoni ta’ drittijiet tal-użu tal-artijiet li jirrigwardaw il-produtturi
esportaturi inklużi fil-kampjun, sitta biss kienu soġġetti għal proċess ta’
offerti jew irkant. Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar il-parteċipant
fil-proċess tal-irkant/offerti kif mitlub mill-Kummissjoni u f’kull okkażjoni
l-prezz finali mħallas mill-kumpanija kien l-istess bħall-prezz stabbilit
arbitrarjament mill-awtoritajiet lokali. (109) Il-Kummissjoni
talbet ukoll lill-GTĊ, bis-suppożizzjoni li ma hemm l-ebda prezz tas-suq
għall-artijiet fir-RPĊ, l-opinjonijiet tiegħu dwar valuri referenzjarji
possibbli. Għalkemm din kienet biss suppożizzjoni u bl-ebda mod ma kienet sejba
jew konklużjoni fiż-żmien meta ntbagħat il-kwestjonarju lill-GTĊ, il-GTĊ
esprima l-fehma tiegħu li din is-suppożizzjoni hija falza u ma pprovda l-ebda
valur referenzjarju possibbli. Il-GTĊ irrimarka wkoll dwar l-allegat nuqqas
fl-ilment fejn minn naħa l-ilmentatur jallega li ma hemmx suq għall-artijiet
fiċ-Ċina u li għandu jintuża "valur referenzjarju barra mill-pajjiż",
iżda min-naħa l-oħra jallega li l-SOEs jirċievu art mingħand il-gvern b’termini
favorevoli meta mqabbla mal-industrija privata u ssuġġerixxa li jekk jintuża xi
valur referenzjarju, dan għandu jkun il-prezzijiet li qegħdin iħallsu
l-industriji Ċiniżi "mhux vantaġġati", iżda ma pprovda l-ebda
informazzjoni dwar dawn il-prezzijiet. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnotat li
l-ilmentatur allega li s-suq tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet fiċ-Ċina kien
mgħawweġ b’mod ġenerali u kemm il-produtturi tal-istat u kemm il-produtturi
privati tal-OCS irċevew drittijiet ta’ użu tal-artijiet għal rimunerazzjoni
mhix adegwata. (b)
Il-bażi legali (110) Id-dispożizzjoni tad-drittijiet
tal-użu tal-art fiċ-Ċina taqa’ taħt il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Artijiet
tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika
Popolari taċ-Ċina. (c)
L-implimentazzjoni prattika (111) Skont l-Artikolu 2
tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet, l-artijiet kollha huma proprjetà
tal-gvern billi, skont l-kostituzzjoni Ċiniża u d-dispożizzjonijiet legali relevanti,
l-artijiet jappartjenu kollettivament lill-Poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista’
tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet tal-użu tal-artijiet skont il-liġi.
L-awtoritajiet Statali jistgħu jassenjawha permezz ta’ offerti pubbliċi, stima
jew irkant. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (112) Il-produtturi esportaturi li
kkooperaw irrappurtaw informazzjoni dwar l-artijiet li jippossedu kif ukoll
dwar il-biċċa l-kbira tal-kuntratti/ċertifikati rilevanti tad-drittijiet
tal-użu tal-artijiet, iżda kienet ipprovduta informazzjoni limitata ħafna
mill-GTĊ dwar l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet. (113) Kif issemma aktar ’il fuq,
il-GTĊ sostna li d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina jingħataw permezz ta’
offerti, irkanti u kompetizzjonijiet. Dan huwa previst ukoll fl-Artikolu 137
tal-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina[42]. Panhua Group Co. Ltd (114) Madankollu,
matul il-verifika tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, instab li din
is-sistema, kif ġiet deskritta mill-GTĊ, mhux dejjem taħdem fil-prattika.
Pereżempju minn sitt drittijiet tal-użu tal-artijiet mixtrija minn Chongqing
Wanda Steel Strip Co. Ltd (parti minn Panhua Group Co. Ltd) għal erbgħa
minnhom, kif ikkonfermat minn uffiċjali tal-kumpanija, ma kien hemm l-ebda
proċess ta’ offerti. Chongqing Wanda kienet l-unika parteċipant u l-prezz
finali tat-tranżazzjoni li tħallas mill-kumpanija kien eżattament l-istess
bħall-prezz inizjali stabbilit b’mod arbitrarju mill-Uffiċċju lokali
tar-Riżorsi tal-Artijiet. Għaż-żewġ drittijiet l-oħra ta’ użu tal-artijiet kien
hemm proċess ta’ offerti, iżda la l-kumpanija u lanqas il-GTĊ ma pprovdew
evidenza għal dan. Mid-dokumenti ppreżentati mill-GTĊ wara ż-żjara ta’ verifika
jidher li anki dawn iż-żewġ drittijiet ta’ użu tal-art inxtraw għall-prezz
identiku stabbilit mill-Uffiċċju lokali tar-Riżorsi tal-Artijiet. Zhangjiagang
Panhua Steel Strip Co., Ltd (hija wkoll parti minn Panhua Group Co. Ltd) kisbet
tliet drittijiet ta’ użu tal-artijiet minn kumpaniji privati bi skambju għal
sehem f’Panhua Group Co. Ltd. Zhejiang Huadong Light
Steel Building Material Co., Ltd (115) Zhejiang Huadong Light Steel
Building Material Co., Ltd kisbet tnejn mid-drittijiet tagħha ta’ użu
tal-artijiet mingħand l-Uffiċċju lokali tal-Artijiet u r-Riżorsi, fid-Distrett ta’
Xiaoshan u wieħed mingħand il-kumpanija privata. Ma setgħet tiġi pprovduta
l-ebda evidenza dwar offerti jew irkant billi skont il-GTĊ, għad-drittijiet ta’
użu tal-artijiet mixtrija qabel l-1 ta’ Settembru 2006, ma kien
hemm l-ebda konferma ta’ bejgħ għal tranżazzjonijiet ta’ drittijiet tal-użu
tal-artijiet u l-GTĊ ma kkonfermax jew ċaħad li dawn it-tranżazzjonijiet kienu
soġġetti għal offerti jew irkant. (116) Is-sejbiet
tal-proċediment jikkonfermaw li s-sitwazzjoni rigward il-forniment u l-akkwist
tal-artijiet fiċ-Ċina mhijiex ċara u mhijiex trasparenti u l-prezzijiet ħafna
drabi jiġu stabbiliti arbitrarjament mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet
jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta’ Evalwazzjoni tal-Artijiet
Urbani, li fost kriterji oħra tagħtihom struzzjonijiet sabiex jikkunsidraw
ukoll il-politika industrijali meta jkunu qegħdin jistabbilixxu l-prezz
tal-artijiet industrijali. Barra minn hekk, tal-anqas fis-settur tal-azzar,
l-aċċess għall-artijiet industrijali huwa limitat bil-liġi biss għall-kumpaniji
li jirrispettaw il-politiki industrijali stabbiliti mill-Istat[43]. (117) Barra minn hekk,
l-informazzjoni indipendenti ppreżentata mill-ilmentatur tissuġġerixxi li
l-artijiet fiċ-Ċina jingħataw bi prezz aktar baxx mir-rati normali tas-suq[44]. (e)
Konklużjoni (118) Għaldaqstant,
l-għoti tad-drittijiet tal-użu tal-art mill-GTĊ għandu jitqies bħala sussidju
skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ għoti ta’ oġġetti li jagħtu benefiċċju
lill-kumpaniji li jirċevuh. Kif inhu spjegat fil-premessi (114) – (115) hawn
fuq, ma hemm l-ebda suq tal-artijiet li jiffunzjona fiċ-Ċina u l-użu ta' valur
referenzjarju estern juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet tal-użu
tal-artijiet mill-esportaturi li kkooperaw huwa ferm inqas mir-rata normali
tas-suq. Is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4 2(a) u 4 2(c)
tar-Regolament bażiku, minħabba li l-aċċess għall-artijiet industrijali
bil-liġi huwa limitat biss għal kumpaniji li jirrispettaw il-politiki
industrijali stabbiliti mill-Istat, ċerti tranżazzjonijiet biss ġew soġġetti
għal proċess ta’ offerti, il-prezzijiet ħafna drabi jiġu stabbiliti
mill-awtoritajiet u l-prattiki governattivi f’dan il-qasam mhumiex ċari u
mhumiex trasparenti. (119) Għaldaqstant, dan is-sussidju
jitqies bħala kumpensatorju. (f)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (120) Billi ġie konkluż li s-sitwazzjoni fiċ-Ċina fir-rigward
tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet mhijiex immotivata mis-suq, jidher li ma
hemm l-ebda valur referenzjarju privat disponibbli fiċ-Ċina. Għalhekk,
aġġustament tal-ispejjeż jew l-prezzijiet fiċ-Ċina mhux prattikabbli. F’dawn
iċ-ċirkostanzi ta’ min jikkunsidra li ma hemm l-ebda suq fiċ-Ċina u, skont
l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, l-użu ta’ valuri referenzjarji
esterni biex jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju huwa ġustifikat. Billi l-GTĊ ma
kkooperax jew naqas milli jippreżenta xi proposta għal valur referenzjarju
estern, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi
valur referenzjarju estern xieraq. F’dan ir-rigward huwa kkunsidrat xieraq li
tintuża informazzjoni mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan bħala valur
referenzjarju xieraq. (121) Il-Kummissjoni
tqis li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan huma l-aktar simili għaż-żoni fiċ-Ċina
fejn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma bbażati. Il-biċċa l-kbira
tal-produtturi esportaturi jinsabu fil-parti tal-Lvant taċ-Ċina, f’żoni
żviluppati b’PDG għoli fi provinċji b’densità għolja tal-popolazzjoni. (122) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżisti fil-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji jiġi
kkalkolat bil-kunsiderazzjoni tad-differenza bejn l-ammont imħallas minn kull
kumpanija għall-użu tad-drittijiet tal-artijiet u l-ammont li ġeneralment
jitħallas abbażi tal-valur referenzjarju tat-Tajwan. (123) Meta sar dan il-kalkolu,
il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit
fit-Tajwan, ikkoreġut minħabba d-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni
tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet.
L-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-artijiet industrijali nġabret mis-sit
elettroniku tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi
tat-Tajwan. Id-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG għat-Tajwan ġew
ikkalkolati abbażi tar-rati tal-inflazzjoni u l-PDG per capita fi
prezzijiet kurrenti f’USD għat-Tajwan, kif ġie ppubblikat mill-FMI
fil-Perspettiva Ekonomika Dinjija tal-2011 tiegħu. Skont l-Artikolu 7(3)
tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat matul
il-PI bl-użu tal-ħajja normali tad-dritt tal-użu tal-artijiet għall-użu
tal-artijiet industrijali fiċ-Ċina, jiġifieri, 50 sena. Dan l-ammont
imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi
esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix
mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet
manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. (124) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li
kkooperaw tammonta għal 0,34 % għall-Huadong Group u 1,12 %
għall-Panhua Group. (125) Ir-rata medja peżata
tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,73 %. (126) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpaniji li kkooperaw inklużi
fil-kampjun, jiġifieri 1,36 %. 3.3.1.3. Programm li jikkonsisti
mill-forniment tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata (a)
Introduzzjoni (127) L-ilment allega li l-prezzijiet
tal-ilma fiċ-Ċina huma determinati esklużivament mill-awtoritajiet pubbliċi u
li l-istruttura tal-prezzijiet hija stabbilita skont makropolitiki
industrijali. Huwa rrapporta wkoll li l-prezzijiet tal-ilma kienu differenti
fid-diversi żoni lokali u li kien hemm ukoll differenza fir-rati fuq bażi ta’
kumpanija b’kumpanija. L-ilment allega li kien probabbli li l-produtturi
tal-OCS kienu bbenefikaw minn prezzijiet tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix
adegwata skont il-politika ta’ inkoraġġiment ta’ prodotti tal-azzar b’valur
miżjud għoli. (128) Il-provvista
u s-suq tal-ilma fiċ-Ċina huma amministrati mill-NDRC, il-Ministeru tar-Riżorsi
tal-Ilma u l-Ministeru tal-Ambjent. Is-suq tal-provvista tal-ilma għadu
fil-biċċa l-kbira ddominat minn kumpaniji tal-istat, għalkemm id-dħul ta’
kumpaniji b’investiment barrani f’xi proġetti ta’ provvista tal-ilma ta’ ċerti
bliet kisser il-monopolju tal-fornituri tal-istat. Madankollu, il-GTĊ ma kienx
kapaċi jipprovdi lista dettaljata tal-fornituri tal-ilma biż-żona tagħhom ta’
servizz u l-volumi pprovduti (ara l-premessa (129) hawn isfel), iżda
llimita t-tweġiba tiegħu għal lista ta’ fornituri tal-ilma fiż-żoni
tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. (129) Fir-rigward
tal-prezzijiet, l-NDRC tifformula l-politika prinċipali tal-ipprezzar u
l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezz tal-ilma wara proċedura ta’ smigħ
bil-għan li jsir użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma. Il-prezzijiet
jirriflettu l-kostijiet flimkien ma’ profitt raġonevoli għall-fornituri lokali
tal-ilma. Il-GTĊ ippreżenta l-listi rilevanti tal-prezzijiet applikabbli
fil-muniċipalitajiet fejn kienu jinsabu l-esportaturi produtturi tal-OCS
inklużi fil-kampjun. Ġie ċċarat li d-diversi prezzijiet muniċipali japplikaw
b’mod uniformi għall-utenti industrijali kollha u ma jvarjawx skont
il-kumpanija jew l-utenti. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (130) L-investigazzjoni kkonfermat li
l-NDRC tistabbilixxi l-prezz bażiku tal-ilma, u l-awtoritajiet amministrattivi
tal-prezzijiet muniċipali jistabbilixxu l-prezz għal kull muniċipalità fuq
il-bażi ta’ diversi parametri (eż. kostijiet tad-distribuzzjoni, profitt, u
eċċess raġonevoli). Il-prezz tal-ilma huwa supplimentat minn tariffa
għat-“trattament tad-drenaġġ” stabbilita wkoll fuq livell muniċipali. (131) Filwaqt li l-prezz bażiku
tal-ilma, it-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ u soprataxxi lokali oħra
possibbli huma applikabbli bl-istess mod għall-utenti kollha li jaqgħu
fl-istess kategoriji, instab li wieħed miż-żewġ esportaturi inklużi
fil-kampjun, Zhejiang Huadong Group, ma ħallasx it-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ. (132) L-esportatur sostna li kien
ħallas din it-tariffa bħala somma f’daqqa lill-Uffiċċju għall-Protezzjoni
tal-Ambjent. Madankollu, dan il-pagament mhuwiex ikkunsidrat li sar
għat-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ għat-tliet raġunijiet li ġejjin: (1)
id-dokument uffiċjali jaqra tariffa għall-"ħruġ tal-ilma mormi" u
mhux tariffa għat-"trattament tad-drenaġġ"; (2) il-pagament mhuwiex
proporzjonat meta mqabbel mal-konsum reali tal-ilma; (3) l-ammont totali
mħallas huwa pjuttost baxx meta mqabbel mal-ammont reali li kellu jitħallas li
kieku kienet dovuta t-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ fuq il-konsum reali
tal-ilma. (c)
Kontribut finanzjarju (133) Zhejiang Huadong Group irċeviet
kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament
bażiku billi l-gvern ipprovda l-ilma permezz tal-kumpanija pubblika lokali
tal-forniment tal-ilma (jiġifieri Hangzhou Xiaoshan Water Supply Co. Ltd). Dan
jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-forma ta’ forniment
ta’ oġġetti għajr infrastruttura ġenerali fis-sens tar-Regolament bażiku. B’mod
alternattiv, dan jista’ jitqies bħala dħul mitluf mill-gvern minħabba li korp
pubbliku ma ġabarx id-dħul li kien dovut fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii). (d)
Benefiċċju (134) Huadong Steel Group irċeviet
benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi l-gvern
ipprovda l-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata. Ġie stabbilit li dan
l-esportatur ma ħallasx il-prezz sħiħ għall-provvista tal-ilma li normalment
japplika għall-kategorija ta’ utenti li jagħmel parti minnha, billi ma tħallasx
il-komponent tat-"tariffa għat-trattament tad-drenaġġ" fil-prezz
tal-ilma. (e)
Speċifiċità (135) Is-sussidju fil-forma ta’
forniment tal-ilma lil wieħed mill-esportaturi li kkooperaw huwa speċifiku
fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, billi t-tariffa
għat-trattament tad-drenaġġ mhijiex imneħħija għall-intrapriżi kollha. Minkejja
n-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tillimita dan is-sussidju għal ċerti intrapriżi,
il-possibbiltà li ċerta intrapriża li tipproduċi l-prodott ikkonċernat tikseb
il-provvista tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata, flimkien
mad-diskrezzjoni apparenti mogħtija lill-awtoritajiet lokali sabiex
jirrinunzjaw parti mir-rata normalment imħallsa għall-ilma, tagħmel is-sussidju
wieħed speċifiku. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiġbor aktar evidenza rigward
il-bażi li fuqha ma nġabritx din it-tariffa billi l-produttur esportatur ma
kienx kapaċi jipprovdiha. (f)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (136) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Dak il-benefiċċju jiġi kkunsidrat bħala
t-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ li ma tħallsitx għall-konsum tal-ilma tul
il-PI. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont
tas-sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ totali
tal-produtturi esportaturi li kooperaw tul il-PI, minħabba li s-sussidju ma
jiddependix fuq l-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet
immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. (137) Zhejiang Huadong Group
ibbenefikat min-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ.
Ir-rata tas-sussidju stabbilita għaliha hija ta’ 0,01 %. (138) Ir-rata medja peżata tas-sussidju
għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,01 %. (139) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 0,01 %. 3.3.1.4. Programm li jikkonsisti
mill-forniment tal-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata (a)
Introduzzjoni (140) L-ilment allega li l-GTĊ
ipprovda l-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata permezz ta’ rati
preferenzjali. B’mod partikolari, l-ilment afferma li r-rati tal-elettriku
kienu stabbiliti b’mod differenti fi provinċji differenti u anki li ntużaw rati
preferenzjali bħala għodda ta’ politika industrijali sabiex tinkoraġġixxi
prodotti tal-azzar b’valur miżjud għoli u tiskoraġġixxi kapaċitajiet ta’
produzzjoni skaduti. (141) L-NDRC hija responsabbli sabiex
tirregola s-suq tal-elettriku u tistabbilixxi l-prezzijiet fiċ-Ċina. Il-grilji
transprovinċjali u provinċjali huma operati minn żewġ fornituri tal-istat:
l-Istate Grid Corporation of China u ċ-China Southern Power Grid Corporation.
Il-fornituri tal-elettriku fuq livell muniċipali huma sussidjarji ta’ dawn
il-kumpaniji. Bħalissa jinsab fil-proċess li jiġi introdott mekkaniżmu ta’
kompetizzjoni fiċ-Ċina permezz ta’ diversi proġetti pilota, iżda l-impatt
tiegħu għadu negliġibbli f’dan l-istadju. (142) Il-prezzijiet tal-elettriku
huma stabbiliti mill-NDRC fuq il-bażi ta’ proċedura li tinkludi investigazzjoni
tal-kostijiet, valutazzjoni minn esperti, seduti ta’ smigħ pubbliċi, u
stabbiliment finali u pubblikazzjoni tal-prezzijiet. L-NDRC tippubblika
l-prezzijiet applikabbli għal kull provinċja f’Avviżi, u mbagħad l-uffiċċji
lokali tal-prezzijiet jippubblikaw avviż korrispondenti fuq livell lokali li
jimplimenta l-prezzijiet deċiżi mill-NDRC ċentrali. Il-prezz finali jirrifletti
l-kost tax-xiri, il-kostijiet tat-trażmissjoni u t-telf, u s-soprataxxi
tal-gvern. Il-prezzijiet huma differenzjati skont il-provinċja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni
lokali u l-għanijiet ta’ politika segwiti fid-diversi provinċji. Huma jiġu
stabbiliti għal kategoriji differenti ta’ utenti finali (eż. utenti
residenzjali, industrijali). Teżisti differenza addizzjonali fil-prezzijiet
għal utenti industrijali differenti li jsegwu l-politiki industrijali
stabbiliti mill-GTĊ u riflessi fil-katalgu li jinsab fid-Deċiżjoni Nru 40
(2005) tal-NDRC (l-ispjegazzjoni tkompli fil-premessa (182)). L-utenti li
jaqgħu taħt il-kategorija tal-intrapriżi “mħeġġa” skont il-katalgu tal-NDRC
iħallsu r-rata bażika għall-elettriku, filwaqt li l-utenti li jaqgħu
fil-kategorija tal-intrapriżi “skaduti” jew “projbiti” jħallsu soprataxxa fuq
ir-rata bażika. L-utenti li ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija elenkata
fil-katalgu jaqgħu fil-kategorija awtomatika tal-intrapriżi “permessi” u
jħallsu wkoll ir-rata bażika mingħajr soprataxxi. Il-produtturi tal-OCS
normalment jaqgħu fil-kategorija tal-intrapriżi “mħeġġa” skont id-Deċiżjoni
Nru 40 tal-NDRC. (b)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni (143) Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ
il-qafas regolatorju tas-suq u tal-prezzijiet tal-elettriku u r-rwol li
għandhom il-korpi jew l-entitajiet kollha rilevanti. Il-GTĊ naqas milli
jissottometti s-sett sħiħ tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-ipprezzar maħruġa
mill-NDRC u l-uffiċċju lokali tal-prezzijiet, mhux biss fir-rigward
tal-esportaturi produtturi mhux inklużi fil-kampjun, iżda wkoll fir-rigward
tal-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-GTĊ naqas ukoll milli jiddeskrivi
b’mod preċiż ir-rwol tal-NDRC u tal-uffiċċji lokali tal-prezzijiet fl-iffissar
tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ b’dawn in-nuqqasijiet
fir-rigward tal-esportaturi produtturi inklużi fil-kampjun fl-ittra tagħha tat-12 ta’ Awwissu 2012.
Wara ż-żjarat ta’ verifika nstab ukoll li l-GTĊ indika rata ħażina
tal-elettriku applikabbli għal wieħed mill-esportaturi li kkooperaw inklużi
fil-kampjun. (c)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (144) L-investigazzjoni kkonfermat li
hija l-NDRC li tistabbilixxi l-prezzijiet tal-elettriku applikabbli fid-diversi
provinċji. Ġie vverifikat li l-uffiċċju lokali tal-prezzijiet jaġixxi
sempliċement bħala fergħa eżekuttiva tad-deċiżjoni meħuda f’livell ċentrali
mill-NDRC. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-NDRC toħroġ Avviżi li fihom
tistabbilixxi l-prezzijiet proprji stabbiliti għal kull provinċja u mbagħad
dawn l-avviżi jiġu formalment trasposti f’avviżi lokali adottati mill-uffiċċji
lokali tal-prezzijiet u implimentati f’livell lokali. L-investigazzjoni
stabbilixxiet ukoll li r-rati differenti tal-elettriku applikabbli għal ċerti
setturi u/jew fuq livell provinċjali u lokali huma stabbiliti skont ċerti
fatturi, li jinkludu b’mod partikolari l-insegwiment tal-għanijiet tal-politika
industrijali stabbiliti mill-gvernijiet ċentrali u lokali fil-pjanijiet tagħhom
għal ħames snin u fil-pjanijiet settorjali. (145) L-investigazzjoni
tal-esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun uriet li wieħed minnhom,
jiġifieri Chongqing Wanda Steel Strip ("CWSS") ibbenefika minn rata
tal-elettriku aktar baxxa mir-rata ġeneralment applikabbli għall-utenti
industrijali l-kbar. Instab li fiż-żona speċifika fejn kien jinsab dan
l-esportatur, sottokategorija ta’ ċerti utenti industrijali, inklużi dawk li
jipproduċu l-prodott ikkonċernat, kienu intitolati għal din ir-rata aktar
baxxa. (d)
Kontribut finanzjarju (146) Wieħed
mill-esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun (CWSS) irċieva kontribuzzjoni
finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku billi
l-gvern ipprovda l-elettriku permezz tal-kumpanija pubblika lokali
tal-forniment tal-elettriku. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni mill-gvern
fil-forma ta’ forniment ta’ oġġetti għajr l-infrastruttura ġenerali fis-sens
tar-Regolament bażiku. (e)
Benefiċċju (147) CWSS irċeviet benefiċċju
fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi l-gvern ipprovda
l-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata. Ġie stabbilit li dan
l-esportatur kien intitolat għal rata aktar baxxa mir-rata li ġeneralment
tapplika għal utenti industrijali kbar oħra. (f)
Speċifiċità (148) Is-sussidju fil-forma ta’ forniment tal-elettriku lil wieħed
mill-esportaturi li kkooperaw huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a)
u 4(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rata aktar baxxa tal-elettriku hija stabbilita
fl-Avviż rilevanti tal-NDRC u inkorporata fl-Avviż maħruġ mill-Uffiċċju lokali
tal-Prezzijiet, jiġifieri hija mandata b’awtorità ċentrali u amministrata fuq
livell lokali. Din ir-rata aktar baxxa hija limitata għal ċerti intrapriżi
f’ċerti setturi speċifiċi (prinċipalment produtturi ta’ ferroliga f’forn
elettroniku u kumpaniji tal-fertilizzanti) inklużi f’sottokategorija ta’ utenti
industrijali fuq skala kbira. Għalhekk, din ir-rata aktar baxxa hija limitata de
jure biss għal kumpaniji li jaqgħu f’dawn il-kategoriji fis-sens
tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. (149) Is-sussidju
huwa limitat ukoll għal ċertu reġjun billi japplika biss f’ċerta żona
ġeografika magħżula fejn jinsab il-produttur esportatur. Din iż-żona hija
mħeġġa skont il-leġiżlazzjoni maħruġa mill-Gvern Ċentrali, jiġifieri ċ-Ċirkulari
tal-Kunsill tal-Istat li Tirrigwarda Diversi Politiki dwar it-Twettiq
tal-Iżvilupp tar-Reġjuni Vasti tal-Punent taċ-Ċina (għal aktar dettalji ara
l-premessa (233) aktar ’l isfel). Din iċ-Ċirkulari ssemmi espliċitament
il-mekkaniżmu tal-prezzijiet fit-trażmissjoni u l-forniment tal-elettriku bħala
waħda mill-għodod sabiex jinkiseb żvilupp f’ċerti setturi. Billi r-rati
tal-elettriku applikabbli f’din iż-żona huma stabbiliti minn awtorità ċentrali,
dan is-sussidju huwa speċifiku wkoll b’mod reġjonali fis-sens
tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku. (g)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (150) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeisti tul il-PI. Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi
ġie kkalkolat b’kunsiderazzjoni tad-differenzi bejn ir-rata tal-elettriku
mħallsa realment għal kull Kwhu r-rata li kellha tiġi mħallsa għal kull Kwh
għall-utenti industrijali kbar, immultiplikata bil-volum tal-elettriku użat tul
il-PI. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont
(numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ totali tal-produtturi
esportaturi li kooperaw tul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq
l-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet
immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati (151) Wieħed mill-produtturi
esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun li jagħmel parti mill-Grupp ta’
kumpaniji ta’ Panhua (jiġifieri CWSS) ibbenefika minn din ir-rata aktar baxxa
tal-elettriku. Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-Panhua Group hija ta’ 0,14 %. (152) Ir-rata medja peżata
tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,07 %. (153) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpaniji li kkooperaw inklużi
fil-kampjun, jiġifieri 0,17 %. 3.3.1.5. Forniment ta’ diversi oġġetti
għal rimunerazzjoni mhix adegwata (154) L-ilment irrefera għal numru
ta’ oġġetti oħra pprovduti mill-GTĊ lill-produtturi tal-OCS permezz tal-SOEs
tiegħu. B’mod partikolari, l-ilment elenka numru ta’ tranżazzjonijiet speċifiċi
li jirrigwardaw il-forniment ta’ diversi prodotti tal-azzar immanifatturati
mill-SOEs, fosthom konċentrat ta’ minerali tal-ħadid, pelits, minerali
sinterizzati, ruttam, billetti, ligi u bosta oħrajn. L-ilment wera li l-prezz
għall-forniment ta’ dawn l-oġġetti kien stabbilit b’referenza għal elementi
u/jew valuri referenzjarji differenti, u li kien hemm limiti massimi
tal-prezzijiet jew aġġustamenti skont l-oġġetti differenti u skont jekk
it-tranżazzjoni kinitx tirrigwarda partijiet relatati. (155) Il-GTĊ wieġeb li ma kellux dan
il-programm għal min jagħmel l-azzar tul il-PI. Minħabba n-nuqqas ta’ aktar
informazzjoni mogħtija mill-GTĊ dwar dan il-programm, il-Kummissjoni bbażat
is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont
l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (156) Billi l-prezzijiet għad-diversi
oġġetti msemmija hawn fuq ma jirriflettux rimunerazzjoni adegwata, dan
il-programm huwa kumpensatorju skont l-Artikolu 3(1)(a)(iii) u
l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-kumplessità
tad-diversi tranżazzjonijiet għall-forniment ta’ dawn l-oġġetti u tal-kuntratti
sottostanti li ma kinux disponibbli fil-fajl tal-proċediment, ma ppermettietx
lill-Kummissjoni li tasal għal konklużjoni soda dwar dan il-programm. Għalhekk,
il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix tivvaluta dan il-programm. 3.3.2. Self u rati ta’ mgħax
preferenzjali lill-industrija tal-OCS (a)
Introduzzjoni (157) L-ilmentatur
allega li l-produtturi tal-OCS jibbenefikaw minn rati tal-imgħax baxxi
(sussidjati) minn banek kummerċjali tal-istat u banek tal-gvern skont
il-politika tal-GTĊ li jappoġġa u jiżviluppa l-industrija tal-azzar Ċiniża
skont il-pjanijiet imfasslin għal ħames snin. (b)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti
disponibbli (158) Il-Kummissjoni
talbet lill-GTĊ informazzjoni dwar il-proporzjon tas-self mogħti mill-banek
fejn il-GTĊ huwa l-akbar jew l-uniku azzjonist, banek fejn il-GTĊ għandu
interess azzjonarju iżda mhuwiex l-akbar azzjonist, banek fejn il-GTĊ mhuwiex
azzjonist u banek bi sjieda barranija, kemm lill-industrija sħiħa u kemm
lill-industrija kkonċernata minn dan il-proċediment. Il-GTĊ wieġeb li ma jżommx
rekords tal-ammonti u l-perċentwali tas-self mogħti mill-banek tal-istat u li
l-GTĊ lanqas iżomm ir-rekords tas-self lill-industrija tal-azzar. Il-GTĊ ma
ssuġġerixxa l-ebda sors alternattiv għal din l-informazzjoni. (159) Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar is-sjieda
statali tal-banek u tal-istituzzjonijiet finanzjarji iżda l-GTĊ ma pprovdiex
l-informazzjoni, filwaqt li sostna li ma jżommx tali rekords. Huwa nnotat li
skont l-informazzjoni pubblikament disponibbli[45][46], il-GTĊ
huwa azzjonist ewlieni f’ħafna mill-banek prinċipali stabbiliti fiċ-Ċina u
għalhekk, bħal fil-każ tal-SOEs li jipproduċu l-HRS u s-CRS, huwa għandu aċċess
għall-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-banek, fejn hija deskritta fid-dettall
l-informazzjoni dwar l-azzjonisti. F’dan ir-rigward huwa nnotat ukoll li skont
l-Artikolu 61 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [2003] il-banek "għandhom
jirrappurtaw il-karti tal-bilanċ, id-dikjarazzjonijiet tal-profitti, u
dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapporti u dokumenti statistiċi oħra
lill-organu regolatorju bankarju tal-Kunsill tal-Istat u lill-Bank Popolari
taċ-Ċina". (160) Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni (permezz ta’
kwestjonarju speċifiku – l-Appendiċi A) dwar l-istruttura tal-kontroll
tal-gvern fil-banek Ċiniżi kkonċernati u s-segwitu tal-politiki jew
tal-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija tal-azzar (jiġifieri l-bord
tad-diretturi u l-bord tal-azzjonisti, il-minuti tal-laqgħat
tal-azzjonisti/diretturi, iċ-ċittadinanza tal-azzjonisti/diretturi, il-politiki
tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tas-self mogħti
lill-produtturi esportaturi li kkooperaw). Madankollu, fit-tweġiba
għall-kwestjonarju, il-GTĊ ssottometta biss Appendiċi A wieħed li kien fih
xi informazzjoni ġenerali (fil-biċċa l-kbira miġbura mis-siti elettroniċi
tal-banek). Ħafna mill-informazzjoni speċifika mitluba fl-Appendiċi A ma
ngħatatx. L-GTĊ wieġeb li ma kellux tali informazzjoni f'dak il-waqt għal uħud
mill-mistoqsijiet, u għal ċerti mistoqsijiet oħra pprovda biss informazzjoni
dwar ċerti banek (pereżempju l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni ngħataw biss għal
tmien banek). Fl-ittra ta’ defiċjenza l-Kummissjoni tenniet it-talba tagħha u
stiednet lill-GTĊ sabiex jipprovdi l-informazzjoni kollha oriġinarjament
mitluba fil-kwestjonarju. Fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta’ defiċjenza, il-GTĊ
ppreżenta xi informazzjoni addizzjonali. Madankollu, it-tweġiba kien għadha
tassew inkompleta u ma ngħatatx ħafna mill-informazzjoni mitluba (eż.
il-perċentwali ta’ sjieda tal-gvern fil-banek tal-istat, l-Artikoli ta’
Assoċjazzjoni ta’ xi banek elenkati fil-kwestjonarju, tweġibiet sħaħ
għall-mistoqsijiet fl-Appendiċi A). (161) Fil-kwestjonarju, fl-ittra ta’ defiċjenza u għal darba oħra
matul iż-żjara ta’ verifika fuq il-post, il-Kummissjoni talbet iċ-ċirkularijiet
tal-Bank Popolari taċ-Ċina (PBOC) fir-rigward tal-politika tal-istituzzjonijiet
finanzjarji dwar ir-rata tal-imgħax fuq is-self (YinFa [2003] Nru 250 u
YinFa [2004] Nru 251). Il-Kummissjoni saret taf bl-eżistenza ta’ dawn
iċ-ċirkularijiet matul investigazzjoni preċedenti[47].
Madankollu, minflok ma pprovda dawn iċ-ċirkularijiet, il-GTĊ irrefera
lill-Kummissjoni għas-sit elettroniku tal-PBOC sabiex tiskopri l-politika
tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tar-rata tal-imgħax fuq is-self.
Matul il-verifika kienu ppreżentati żewġ esebiti f’dan ir-rigward, iżda għal
darba oħra dan kien biss materjal stampat mis-sit elettroniku. Huwa nnotat li
ma seta’ jinstab l-ebda kontenut sħiħ ta’ dawn iċ-Ċirkularijiet fuq is-sit
elettroniku tal-PBOC. (162) Il-Kummissjoni talbet ukoll iċ-Ċirkulari tal-PBOC rigward
il-bidliet tat-8 ta’ Ġunju 2012 li kellha tiġi ppreżentata waqt
il-verifika fuq il-post. Il-GTĊ ma pprovdiex iċ-Ċirkulari u minflok ipprovda
biss informazzjoni ġenerali stampata mis-sit elettroniku tal-PBOC rigward
l-aġġustament tar-rati tal-imgħax referenzjarji. (163) Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-GTĊ sabiex jorganizza laqgħat
ma’ banek speċifiċi sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni dwar is-self
preferenzjali lill-industrija tal-OCS. Madankollu l-GTĊ naqas milli jorganizza
dawn il-laqgħat u sostna li ma setax jintervjeni fir-rigward tal-banek
tal-istat sabiex jorganizza dawn il-laqgħat. Huwa nnotat ukoll li fl-ittra ta’
qabel il-verifika tas-7 ta’ Ġunju 2012 il-Kummissjoni spjegat li
kienet lesta li tibda l-verifika ġurnata qabel u tippermetti aktar żmien
għall-verifika jekk il-GTĊ jħoss li l-banek qegħdin fl-aħjar pożizzjoni sabiex
jipprovdu kjarifiki u spjegazzjonijiet rigward is-self preferenzjali. Il-Kummissjoni
għalhekk talbet lill-GTĊ biex jikkonferma l-preżenza tal-banek qabel
il-verifika sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa mit-tim
tal-verifika. Fl-ittra tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2012, il-GTĊ qal
li kien se jkompli jitlob lill-banek jikkooperaw, iżda li ma setax jisfurzahom
jagħmlu dan. Eventwalment, kien biss fl-ewwel ġurnata tal-verifika li t-tim
tal-Kummissjoni ġie infurmat li r-rappreżentant tal-Bank tal-Kostruzzjoni
taċ-Ċina kien disponibbli biex iwieġeb il-mistoqsijiet u jagħti spjegazzjonijiet.
Billi l-Kummissjoni ma kinitx ġiet infurmata dwar dan (għalkemm mitlub
speċifikament fl-ittra ta’ qabel il-verifika) ma kienx possibbli li jiġu
indirizzati mistoqsijiet speċifiċi dwar il-kuntratti u t-termini tas-self iżda
biss mistoqsijiet ta’ natura ġenerali. Fi kwalunkwe każ, ma ngħatat l-ebda
dokumentazzjoni ta’ sostenn għad-dikjarazzjonijiet magħmula mir-rappreżentant
tal-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina bl-ispjegazzjoni li d-dokumenti kollha li
talbet il-Kummissjoni huma kunfidenzjali u ta’ natura interna. (164) Il-GTĊ
kien informat bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont
l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ dan in-nuqqas
ta’ kooperazzjoni, kien meħtieġ, flimkien mal-kunsiderazzjoni tad-dokumenti
relevanti tal-GTĊ ippreżentati mill-partijiet l-oħrajn, li tintuża
informazzjoni minn sorsi sekondarji, inklużi l-ilment u l-informazzjoni
pubblikament disponibbli li ttieħdet minn fuq l-internet. (c)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni L-involviment tal-Istat fis-settur bankarju (165) L-investigazzjoni stabbilixxiet li s-suq finanzjarju Ċiniż huwa
kkaratterizzat minn interventi tal-gvern minħabba li ħafna mill-banek ewlenin
huma proprjetà tal-istat. L-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew biss xi informazzjoni
limitata ħafna dwar l-azzjonisti/sjieda tal-banek fiċ-Ċina. Madankollu, kif
inhu spjegat hawn isfel, il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni disponibbli
sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Fit-twettiq tal-analiżi tagħha dwar
jekk il-banek humiex entitajiet vestiti jew li jeżerċitaw awtorità tal-gvern
(korpi pubbliċi), il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni mhux biss dwar
is-sjieda mill-gvern tal-banek iżda wkoll karatteristiċi oħra bħall-preżenza
tal-gvern fil-bord tad-diretturi, il-kontroll tal-gvern fuq l-attivitajiet
tagħhom, is-segwitu ta’ politiki jew interessi tal-gvern u jekk l-entitajiet
inħolqux bi statut. (166) Mill-informazzjoni
disponibbli ġie konkluż li l-banek statali fiċ-Ċina għandhom l-akbar sehem
mis-suq u huma atturi predominanti fis-suq finanzjarju Ċiniż. Skont ir-Riċerka
tad-Deutsche Bank tal-2006 dwar is-settur bankarju fiċ-Ċina[48], is-sehem tal-banek statali jista' jammonta għal aktar minn 2/3
tas-suq Ċiniż. Dwar l-istess suġġett, l-Analiżi tal-Politika Kummerċjali
taċ-Ċina mid-WTO nnotat li: “Il-livell għoli ta’ sjieda mill-istat huwa
karatteristika notevoli oħra tas-settur finanzjarju fiċ-Ċina”[49] u "ftit sar tibdil fl-istruttura tas-suq tas-settur bankarju
taċ-Ċina, li huwa ddominat mill-banek tal-istat"[50]. Huwa pertinenti li jiġi nnutat li l-akbar ħames banek statali
(il-Bank Agrikolu, il-Bank taċ-Ċina, il-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina, il-Bank
tal-Komunikazzjoni u l-Bank Industrijali u Kummerċjali) jidhru li
jirrappreżentaw aktar minn nofs is-settur bankarju Ċiniż[51]. (167) Il-Kummissjoni
talbet ukoll informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontroll tal-gvern f’dawk
il-banek Ċiniżi u s-segwitu tal-politiki jew l-interessi tal-gvern fir-rigward
tal-industrija tal-azzar (jiġifieri l-bord tad-diretturi u l-bord
tal-azzjonisti, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/diretturi, iċ-ċittadinanza
tal-azzjonisti/diretturi, il-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju
fir-rigward tas-self mogħti lill-produtturi esportaturi li kkooperaw).
Madankollu, kif inhu nnotat fil-premessa (160) aktar ’il fuq, il-GTĊ
pprovda biss informazzjoni limitata ħafna f’dan ir-rigward. Konsegwentement,
il-Kummissjoni kellha tuża l-informazzjoni disponibbli. Hija kkonkludiet abbażi
tad-dejta disponibbli li dawk il-banek huma kkontrollati mill-gvern u
jeżerċitaw l-awtorità tal-gvern b’tali mod li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu
jiġu attribwiti lill-Istat. Id-dejta relevanti użata biex inkisbu s-sejbiet
imsemmija hawn fuq ġejja minn informazzjoni ppreżentata mill-GTĊ, ir-rapporti
annwali tal-banek Ċiniżi li kienu ppreżentati mill-GTĊ jew li huma disponibbli
pubblikament, informazzjoni miksuba mit-2006 Deutsche Bank Research dwar
is-settur bankarju taċ-Ċina, ir-reviżjoni tal-Politika tad-WTO dwar iċ-Ċina (2010
u 2012), iċ-China 2030 World Bank Report, informazzjoni sottomessa
mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u informazzjoni eżistenti fl-ilment.
Fir-rigward tal-banek barranin, sorsi indipendenti jistmaw li dawn
jirrappreżentaw parti żgħira tas-settur bankarju taċ-Ċina u konsegwentement
għandhom sehem insinifikanti fis-self politiku; b’informazzjoni relevanti li
tissuġġerixxi li dan jista’ jirrappreżenta biss 1 % tas-suq Ċiniż[52]. L-informazzjoni pubblika relevanti disponibbli tikkonferma wkoll li
l-banek Ċiniżi, partikolarment il-banek kummerċjali l-kbar, għadhom jiddependu
fuq l-azzjonisti statali u l-gvern biex ikabbru l-kapital meta hemm nuqqas ta'
adegwatezza tal-kapital b'riżultat tal-espansjoni tal-kreditu[53]. (168) Fir-rigward
tal-banek li pprovdew self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw,
il-maġġoranza l-kbira tagħhom huma banek tal-istat. Fuq il-bażi
tal-informazzjoni disponibbli nstab li mill-anqas 14 mis-17-il bank
irrappurtati huma banek tal-istat, inklużi l-banek Kummerċjali l-kbar fiċ-Ċina
bħall-Bank taċ-Ċina, il-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina u l-Bank Industrijali u
Kummerċjali taċ-Ċina. Fir-rigward tal-bqija tal-banek tal-istat ikkonċernati,
għal darba oħra l-Kummissjoni talbet l-istess informazzjoni msemmija hawn fuq
dwar il-kontroll tal-gvern u s-segwitu tal-politiki u tal-interessi tal-gvern
fir-rigward tal-industrija tal-azzar. Għal darba oħra, ma ngħatat l-ebda
informazzjoni dettaljata bħal din. Dan kollu li ntqal hawn fuq jikkonferma li
l-banek huma kkontrollati mill-gvern u jeżerċitaw awtorità tal-gvern b’mod li
l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat. Għal din ir-raġuni
l-banek kummerċjali tal-istat fiċ-Ċina għandhom jitqiesu bħala korpi pubbliċi. (169) Sinjal
ieħor tal-involviment tal-GTĊ fis-suq finanzjarju Ċiniż huwa r-rwol tal-PBOC
fl-iffissar tal-limiti speċifiċi fuq il-mod kif jiġu stabbiliti u jiċċaqilqu r-rati
tal-imgħax. Tabilħaqq, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-PBOC għandha regoli
speċifiċi li jirregolaw il-mod kif ir-rati ta’ interess jiċċaqalqu. Skont
l-informazzjoni disponibbli, dawn ir-regoli huma ffissati fiċ-Ċirkolari
tal-PBOC fuq il-Kwistjonijiet dwar l-Aġġustament tar-Rati ta’ Interess fuq
id-Depożiti u s-Self – Yinfa (2004) Nru 251 ("iċ-Ċirkolari 251").
L-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jagħtu rati ta’ self f’ċerta firxa
tar-rata ta’ interess tas-self tal-valur indikattiv tal-PBOC. Għas-self
tal-bank kummerċjali u s-self tal-bank politiku ġestit kummerċjalment ma hemmx
l-ogħla limitu ta’ firxa iżda limitu ta’ firxa baxxa biss. Għall-kooperattivi
tal-kreditu urbani u l-kooperattivi tal-kreditu rurali hemm il-firxiet
tal-limitu massimi kif ukoll minimi. Għas-self preferenzjali u s-self li għalih
il-Kunsill tal-Istat għandu regolamenti speċifiċi, ir-rati ta’ interess ma
jiċċaqilqux ’il fuq. Il-Kummissjoni fittxet kjarifiki mill-GTĊ fuq
id-definizzjoni u l-kliem li jidher fiċ-Ċirkolari 251 kif ukoll dwar
il-leġiżlazzjoni preċedenti tagħha (iċ-Ċirkolari tal-PBOC dwar l-espansjoni
tal-Firxa taċ-Ċaqliq tar-Rata ta’ Interess tas-Self tal-Istituzzjoni
Finanzjarja – YinFa [2003] Nru 250). Madankollu kif deskritt
fil-premessi (161) u (162) aktar ’il fuq, il-GTĊ irrifjuta li jipprovdi
dawn iċ-Ċirkularijiet u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika
l-kontenut tagħhom u tfittex spjegazzjonijiet. Billi l-GTĊ ma pprovda l-ebda
informazzjoni rilevanti f’dan ir-rigward, li tissuġġerixxi li s-sitwazzjoni
nbidlet minn Mejju 2011 ’il hawn meta l-Kummissjoni kkonkludiet
l-investigazzjoni tagħha kontra s-sussidju fir-rigward tal-Karta Fina Miksija[54], ġie stabbilit li l-PBOC huwa involut u jinfluwenza l-istabbiliment
tar-rati tal-imgħax mill-bank kummerċjali tal-istat. Il-GTĊ ma pprovdiex
evidenza li s-sitwazzjoni kif stabbilita fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina
Miksija nbidlet, għaldaqstant abbażi tal-fatti disponibbli u evidenza oħra
msemmija hawn fuq, ġie konkluż li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-metodoloġija
biex jiġu determinati r-rati tal-imgħax għandhom jibqgħu l-istess tul il-PI
kollu. Inkarigu u direzzjoni (170) Il-Kummissjoni
ppruvat tanalizza wkoll jekk il-banek kummerċjali privati fiċ-Ċina humiex
inkarigati jew mogħtija struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu self
preferenzjali (sussidjat) lill-produtturi tal-azzar miksi b’materjal organiku,
fis-sens tal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Il-politika tal-GTĊ (171) Mit-Taqsima ta’ hawn fuq dwar
l-involviment tal-istat fis-settur bankarju (il-premessi minn (165) sa (169))
huwa evidenti li l-GTĊ għandu politika li jipprovdi self preferenzjali
lis-settur tal-azzar miksi b’materjal organiku, minħabba li korpi pubbliċi
(banek kummerċjali tal-istat)[55]
huma involuti f’tali forniment u għandhom post predominanti fis-suq, li
jippermettilhom li joffru rati tal-imgħax aktar baxxi minn tas-suq. Issa jrid
jiġi stabbilit jekk dik il-politika testendix għall-fornituri privati. Estensjoni tal-politika għall-banek privati (172) Il-Liġi dwar il-banek kummerċjali
[2003] tapplika bl-istess mod għall-banek kummerċjali tal-istat u għall-banek
kummerċjali privati. Pereżempju l-Artikolu 38 ta’ din il-liġi jagħti
struzzjonijiet lill-banek kummerċjali kollha (jiġifieri anki dawk privati)
sabiex "jiddeterminaw ir-rata tas-self skont l-ogħla u l-inqas limitu
tar-rata tas-self stabbilita mill-PBOC", l-Artikolu 34 tal-Liġi
dwar il-Banek Kummerċjali jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali sabiex "iwettqu
n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u
l-iżvilupp soċjali u bl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-istat". (173) Barra minn hekk l-Ordni
Nru 35 – Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar,
b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 25 li jillimitaw l-għoti tas-self lil
dawk il-kumpaniji biss li jikkonformaw mal-politiki nazzjonali tal-iżvilupp
għall-industrija tal-Ħadid u l-azzar, ma jiddistingwux bejn il-banek
kummerċjali tal-istat u dawk privati. (174) Barra
minn hekk iċ-Ċirkularijiet tal-PBOC imsemmija aktar ’il fuq (il-premessi (161)
u (162)) huma vinkolanti wkoll għall-banek kummerċjali privati. (175) Il-kwotazzjonijiet
ta’ hawn fuq minn liġijiet u regolamenti rilevanti għas-settur bankarju juru li
l-politika tal-GTĊ li jipprovdi self preferenzjali lill-produtturi tal-azzar
miksi b’materjal organiku testendi wkoll għall-banek kummerċjali privati u
l-GTĊ jordnalhom biex "iwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont
il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u bl-ispirtu
tal-politiki industrijali tal-istat".[56] Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu (176) Il-Kummissjoni talbet
informazzjoni rilevanti mingħand il-GTĊ sabiex tivvaluta kif il-banek fiċ-Ċina
qegħdin iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji tal-OCS
qabel ma jiddeċiedu jekk jagħtuhomx self jew le u jiddeċiedu dwar
il-kundizzjonijiet tas-self li jingħata. Fl-Appendiċi A tal-kwestjonarju
l-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kif il-banek iqisu r-riskju meta jagħtu
s-self, kif tiġi valutata l-kredibbiltà kreditizja tal-mutwatarju, x’inhuma
l-primjums tar-riskju ċċarġjati lil kumpaniji/industriji differenti fiċ-Ċina
mill-bank, liema huma l-fatturi li jikkunsidra l-bank meta jivvaluta
l-applikazzjoni għas-self, id-deskrizzjoni tal-applikazzjoni għas-self u
l-proċess tal-approvazzjoni, eċċ. Madankollu, la l-GTĊ u lanqas il-banek
individwali identifikati fil-kwestjonarju ma pprovdew evidenza f’dan
ir-rigward. Il-GTĊ pprovda biss tweġibiet ta’ natura ġenerali li ma kienu
appoġġati minn ebda evidenza li ssir xi valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu. (177) Il-Kummissjoni
talbet ukoll l-informazzjoni simili mingħand il-produtturi esportaturi li
kkooperaw u ppruvat tivverifikaha waqt iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post
tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ gruppi ta’ produtturi
esportaturi inklużi fil-kampjun wieġbu li l-banek jitolbu ċerti dokumenti u
jwettqu tip ta’ analiżi tar-riskju tal-kreditu qabel ma jingħata s-self.
Madankollu, huma ma setgħux jappoġġaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom bl-evidenza.
Waqt il-verifika fuq il-post il-Kummissjoni staqsiet għall-evidenza li l-banek
jitolbu dawn id-dokumenti jew li dawn id-dokumenti kienu pprovduti lill-banek
mill-kumpaniji jew xi tip ta’ rapport maħruġ mill-banek li jipprova li saret
din l-analiżi tar-riskju ta’ kreditu. Madankollu l-gruppi ta’ produtturi
esportaturi inklużi fil-kampjun ma setgħux jipprovdu tali evidenza u lanqas
setgħu jipprovdu xi evidenza oħra li tappoġġa d-dikjarazzjonijiet tagħhom. Huwa
nnotat ukoll li l-ebda wieħed mill-gruppi ta’ produtturi esportaturi
fil-kampjun jew mill-kumpaniji individwali f’dawn il-gruppi ma ngħata
klassifikazzjoni tal-kreditu. (178) L-informazzjoni
rigward il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ntalbet ripetutament
mill-partijiet interessati billi hija kkunsidrata bħala kruċjali fost oħrajn
fid-dawl ta’ (i) is-sejba tar-rapport tal-FMI tal-2006 li ssuġġerixxa li
l-liberalizzazzjoni tal-banek fiċ-Ċina mhijiex kompluta u r-riskju tal-kreditu
mhuwiex rifless sewwa[57], (ii) ir-rapport tal-FMI tal-2009 li ssottolinja n-nuqqas ta’
liberalizzazzjoni tar-rati tal-imgħax fiċ-Ċina[58], (iii)
ir-Rapport tal-Pajjiżi tal-FMI tal-2010 li sostna li l-kost tal-kapital
fiċ-Ċina huwa relattivament baxx, l-allokazzjoni tal-kreditu xi kultant tkun
iddeterminata b’mezzi mhux marbuta mal-prezzijiet u l-iffrankar korporattiv
kbir huwa parzjalment marbut mal-kost baxx ta’ diversi inputs ta’ fatturi
(inklużi l-kapital u l-art)[59] u (iv) l-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD tal-2010 dwar iċ-Ċina[60] u d-Dokument ta’ Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru 747
dwar ir-Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina[61] fejn
intqal li s-sjieda tal-istituzzjonijiet finanzjarji għadha ddominata mill-Istat
u dan iqajjem tħassib dwar kemm id-deċiżjonijiet tas-self mill-banek jittiħdux
purament fuq konsiderazzjonijiet kummerċjali filwaqt li r-rwol tradizzjonali
tal-banek jidher li huwa dak tal-aġenziji tal-gvern b'rabtiet mal-gvern. (d)
Kontribuzzjonijiet Finanzjarji (179) Wara li
tqieset l-evidenza kollha, ġie konkluż li l-maġġoranza l-kbira tas-self liż-żewġ
gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ingħata minn banek tal-istat li
huma kkunsidrati bħala korpi pubbliċi minħabba li għandhom awtorità tal-gvern u
li jeżerċitaw funzjonijiet tal-gvern. Hemm aktar evidenza li dawn il-banek
jeżerċitaw awtorità tal-gvern billi kif spjegat fil-premessa (169) hemm
intervent ċar mill-Istat (jiġifieri l-PBOC) fil-mod kif il-banek kummerċjali
jieħdu d-deċiżjonijiet dwar ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-kumpaniji
Ċiniżi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prattiki tas-self ta’ dawn l-entitajiet huma
attribwibbli direttament lill-gvern. Il-fatt li l-banek jeżerċitaw awtorità
tal-gvern huwa kkonfermat ukoll mill-mod kif l-Ordni Nru 35- Politiki
għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar[62], id-Deċiżjoni 40 u l-Artikolu 34
tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali tal-NDRC jaġixxu fir-rigward tat-twettiq
tal-politiki industrijali tal-gvern. Hemm ukoll ammont kbir ta’ evidenza
ċirkostanzjali, appoġġata minn studji u rapporti oġġettivi, li għad hemm
intervent qawwi min-naħa tal-gvern fis-sistema finanzjarja Ċiniża kif diġà
spjegat fil-premessa (178) aktar ’il fuq. Fl-aħħar nett, il-GTĊ naqas
milli jipprovdi informazzjoni li tippermetti fehim aħjar tar-relazzjoni
tal-banek tal-istat mal-gvern kif spjegata fil-premessi minn (159) sa (164).
Għalhekk, fil-każ tas-self mogħti mill-banek kummerċjali tal-istat fiċ-Ċina,
il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontribuzzjoni finanzjarja lill-produtturi
tal-azzar miksi b’materjal organiku fil-forma ta' trasferiment dirett ta’ fondi
mill-gvern fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Barra
minn hekk, l-istess evidenza turi li l-SOCBs (kif ukoll il-banek privati) jiġu
inkarigati jew jingħataw struzzjonijiet mill-gvern u dan, konsegwentement,
ifisser li teżisti kontribuzzjoni finanzjarja fis-sena tal-Artikolu 3(1)(a)(iv)
tar-Regolament bażiku. (180) Fid-dawl
tal-analiżi fil-premessi minn (170) sa (175) aktar ’il fuq, ġie stabbilit ukoll
li l-banek privati huma inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex
jipprovdu self lill-produtturi tal-OCS u li teżisti kontribuzzjoni finanzjarja
skont l-Artikoli 3(1)(a)(i) u 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. (e)
Benefiċċju (181) Ikun hemm benefiċċju fis-sens
tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku jekk is-self mill-gvern
jingħata b’termini aktar favorevoli minn dawk li l-benefiċjarju jista’ jikseb
mis-suq. Billi kien stabbilit li s-self mhux mill-gvern fiċ-Ċina ma jipprovdix
valur referenzjarju xieraq tas-suq (il-banek privati huma inkarigati u mogħtija
struzzjonijiet mill-GTĊ), tali valur referenzjarju ġie kostruwit bl-użu tal-metodu
deskritt fil-premessi (191) u (192) aktar ’l isfel. (f)
Speċifiċità (182) L-industrija
tal-azzar tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40.
Id-Deċiżjoni Nru 40, hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla
korp amministrattiv fir-RPĊ u f’dak ir-rigward id-deċiżjoni hija legalment
vinkolanti għal korpi pubbliċi oħra u għall-operaturi ekonomiċi. Din
tikklassifika s-setturi industrijali fi “Proġetti Mħeġġin, Restrittivi u
Eliminati”. Dan l-Att jirrappreżenta linja gwida tal-politika industrijali li
flimkien mal-Katalgu tad-Direttorju turi kif il-GTĊ iżomm politika li tħeġġeġ u
ssostni lil gruppi ta’ intrapriżi jew industriji, bħalma hija l-industrija
tal-azzar/OCS, ikklassifikata mill-Katalgu tad-Direttorju bħala “Industrija
mħeġġa”. Fir-rigward tan-numru ta' industriji elenkati bħala
"Imħeġġin", huwa nnotat li dawn jirrappreżentaw biss porzjon
tal-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, ċerti attivitajiet biss f’dawn
is-setturi mħeġġa għandhom status ta’ "mħeġġin". Id-Deċiżjoni
Nru 40 tistipula wkoll skont l-Artikolu 17 li l-“Proġetti mħeġġa ta’
investiment” għandhom jibbenefikaw minn privileġġi u inċentivi speċifiċi, fost
l-oħrajn, minn appoġġ finanzjarju. Min-naħa l-oħra, b’referenza għall-“Proġetti
Restrittivi u Eliminati”, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti s-setgħa
lill-awtoritajiet tal-istat li jintervjenu direttament biex jirregolaw is-suq.
L-Artikoli 18 u 19 jistipulaw li l-awtorità rilevanti timpedixxi
lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jagħtu self għal tali “Proġetti
Restrittivi u Eliminati”. Minn dan ta’ hawn fuq huwa ċar li d-Deċiżjoni
Nru 40 tipprovdi regoli li jorbtu lill-istituzzjonijiet ekonomiċi kollha
fil-forma ta’ direttivi dwar il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji mħeġġin,
li waħda minnhom hija l-parti tal-industrija tal-OCS: (183) Barra minn hekk, l-Ordni
Nru 35 tal-NDRC - Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u
l-Azzar, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 25, jillimitaw l-għoti
tas-self biss lil intrapriżi tal-azzar li jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki
ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar. (184) L-ilmentatur ipprovda wkoll
evidenza li xi pjanijiet u dokumenti oħra tal-gvern qegħdin jinkoraġġixxu u
jagħtu struzzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-industrija tal-azzar b’mod
ġenerali u anki f’reġjuni ġeografiċi speċifiċi taċ-Ċina[63][64]. (185) Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn
fuq, jidher evidenti li l-awtoritajiet jippermettu biss lill-istituzzjonijiet
finanzjarji li jipprovdu self preferenzjali lil numru limitat ta’
industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki ta’ żvilupp tal-GTĊ. Fuq
il-bażi tal-evidenza fil-fajl u fin-nuqqas tal-kooperazzjoni mill-GTĊ dwar din
il-kwistjoni, huwa konkluż li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali
mhumiex disponibbli b’mod ġenerali u għalhekk huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a)
tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk ma kien hemm ebda evidenza ppreżentata
minn xi waħda mill-partijiet interessati li tissuġġerixxi li s-sussidju huwa
bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b)
tar-Regolament bażiku. (186) L-investigazzjoni wriet li
ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw mis-self
preferenzjali fil-perjodu tal-investigazzjoni. (g)
Konklużjoni (187) Għalhekk, il-finanzjament
tal-industrija tal-azzar miksi b’materjal organiku għandu jitqies bħala
sussidju. (188) Fid-dawl tal-eżistenza ta’
kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju lill-produtturi esportaturi u
l-ispeċifiċità, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju. (h)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (189) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeisti tul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament
bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-reċipjenti huwa kkunsidrat bħala d-differenza
bejn l-ammont li l-kumpanija tħallas fuq is-self mill-gvern u l-ammont li
l-kumpanija kieku tħallas għal self kummerċjali kumparabbli li jista’ jinkiseb
fis-suq. (190) Kif
kien spjegat hawn fuq (il-premessi minn (165) sa (178)), billi s-self provdut
mill-banek Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern fis-settur
bankarju u ma jirriflettix ir-rati li jistgħu jinstabu f’suq li jiffunzjona,
inbena valur indikattiv xieraq tas-suq bl-użu tal-metodu deskritt hawn taħt.
Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni
użat ukoll il-fatti disponibbli sabiex tkun stabbilita rata ta’ interess skont
valur indikattiv xieraq. (191) Meta jinħoloq valur indikattiv xieraq, l-applikazzjoni tar-rati
ta’ interess Ċiniżi titqies raġonevoli, aġġustati biex jirriflettu r-riskju
normali tas-suq. F’kuntest fejn il-qagħda finanzjarja attwali tal-esportaturi
tkun ġiet stabbilita f’suq mgħawweġ u ma jkun hemm l-ebda informazzjoni
kredibbli mill-banek Ċiniżi dwar il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu, huwa meqjus neċessarju li l-kredibbiltà kreditizja tal-esportaturi
Ċiniżi ma titteħidx fuq il-valur li jidher, iżda tiġi applikata żieda biex
tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq mgħawweġ Ċiniż fuq is-sitwazzjoni
finanzjarja tagħhom. (192) Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq kif spjegat fil-premessi (160),
(163) u (164), kemm il-GTĊ u kemm il-produtturi esportaturi li kkooperaw
intalbu jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki tas-self tal-banek Ċiniżi u
l-mod kif ingħata s-self lill-produtturi esportaturi. Il-partijiet naqsu milli
jipprovdu din l-informazzjoni, għalkemm kienu mitluba ripetutament biex jagħmlu
dan, u rrifjutaw l-aċċess għall-banek tal-istat. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan
in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-fatti kollha disponibbli, u f’konformità
mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, jitqies
xieraq li jiġi kkunsidrat li l-azjendi kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad
ta’ bonds "Mhux ta’ livell ta’ investiment" biss (BB skont Bloomberg)
u li jiġi applikat il-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-azjendi
b’din il-klassifikazzjoni lir-rata ta’ self standard tal-People’s Bank of
China. Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie kkalkulat billi ttieħed
id-differenzjali tar-rata tal-imgħax, espress bħala perċentwali, immultiplikat
bl-ammont pendenti tas-self, jiġifieri l-imgħax mhux imħallas matul il-PI. Dan
l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-produtturi esportaturi
li kkooperaw. (193) Ir-rata
tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI
għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal 0,25 % għall-grupp
ta’ kumpaniji ta’ Huadong u 0,89 % għall-grupp ta’ kumpaniji ta’ Panhua. (194) Ir-rata medja peżata
tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,58 %. (195) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpaniji li kkooperaw inklużi
fil-kampjun, jiġifieri 0,97 %. 3.3.3. Programmi
ta’ Ekwità (196) Numru ta’ programmi ta’ sussidju allegati li jirrigwardaw
l-ekwità kienu deskritti fl-ilment b’rabta ma’ produtturi esportaturi mhux
inklużi fil-kampjun u/jew li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni
talbet lill-GTĊ sabiex jippreżenta informazzjoni dwar dawn il-programmi
fil-kwestjonarji oriġinali u supplimentari, u suċċessivament tat opportunità
suffiċjenti lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet dwar dawn il-programmi. Il-GTĊ
iddeċieda li jipprovdi tweġibiet biss dwar l-allegati programmi ta’ sussidju
fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u kkonferma din
il-pożizzjoni matul il-proċediment. (197) Il-livell
sinifikanti ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-proċediment xekkel
il-possibbiltà li l-Kummissjoni tikseb informazzjoni u evidenza mingħand
il-produtturi esportaturi dwar dawn il-programmi inklużi fl-ilment.
Il-Kummissjoni kkonfermat li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma
għamlux użu minn dawn il-programmi. Għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddetermina
l-eżistenza ta’ programmi ta’ sussidju u tistabbilixxi d-dazju residwu
fir-rigward tal-programmi l-oħra kollha, li dwarhom il-GTĊ ma ppreżentax informazzjoni
u li ma kinux disponibbli għal jew intużaw mill-produtturi esportaturi
fil-kampjun fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl skont
id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. 3.3.3.1. Skambji ta’ dejn għal ekwità (a)
Deskrizzjoni (198) L-ilment kien jinkludi evidenza
li diversi produtturi tal-azzar kienu involuti fi skambji ta’ dejn għal ekwità
fis-sena 2000 għal total kombinat ta’ RMB 62,5 biljun ta’ djun. Huwa
allegat li d-dejn sovran dovut mill-produtturi statali tal-azzar lill-banek
kummerċjali tal-Istat ("SOCBs") ġie mħassar bi skambju għal ekwità
permezz tal-involviment ta’ erba’ Kumpaniji Ċiniżi tal-Immaniġġjar tal-Assi
("AMCs") li ma kienx ibbażat fuq konsiderazzjonijiet tas-suq.
L-ilment afferma wkoll li l-AMCs inħolqu speċifikament sabiex jiddisponu minn
self improduttiv enormi f’industriji ewlenin fosthom is-settur tal-azzar u
sabiex jirristrutturaw id-djun tal-SOEs fost l-oħrajn permezz ta’ skambji ta’
dejn għal ekwità. Billi l-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar dan
il-programm, il-Kummissjoni waslet għas-sejbiet tagħha fuq il-bażi
tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament
bażiku (ara l-premessi (33) – (35) aktar ’il fuq). Għall-istess raġuni,
l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku ġie applikat fir-rigward tal-programmi
ta’ Infużjoni ta’ Ekwità u ta’ Dividendi Mhux Imħallsa deskritti fil-premessi (204)
– (215) aktar ’l isfel. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (199) Is-sejbiet dwar dan il-programm
huma bbażati fuq l-informazzjoni inkluża fl-ilment. L-iskambji ta’ dejn għal
ekwità jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ infużjoni ta’
ekwità u/jew self fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku
jew fil-forma ta’ dħul mitluf li jirriżulta minn dejn imħassar jew mhux imħallas
fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din
il-kontribuzzjoni finanzjarja kienet ipprovduta mill-gvern permezz tal-korpi
pubbliċi involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet, jiġifieri l-erba’ AMCs u diversi SOCBs
(irreferi għall-premessa (168) aktar ’il fuq). Fin-nuqqas ta’
kooperazzjoni mill-GTĊ, l-evidenza rreġistrata turi li l-AMCs huma korpi
pubbliċi għax inħolqu speċifikament mill-GTĊ sabiex jiddisponu minn self
improduttiv enormi f’industriji ewlenin fosthom is-settur tal-azzar u sabiex
jirristrutturaw id-djun tal-SOEs. Għaldaqstant, huma kkunsidrati li jeżerċitaw
awtorità tal-gvern. (200) Barra minn hekk, l-ilmentatur
ipprovda evidenza prima facie li l-ammont enormi ta’ tħassir tad-dejn ma kienx
soġġett għal konsiderazzjonijiet kummerċjali normali billi l-GTĊ ma wettaqx
valutazzjoni li investitur privat normali kieku jwettaq fir-rigward tar-rata
ta’ redditu raġonevoli mistennija li dawn l-iskambji ta’ ekwità jiġġeneraw
maż-żmien. Minflok, il-GTĊ skambja ammonti enormi ta’ dejn ma’ ekwità bil-għan
li jnaqqas il-proporzjon tal-obbligazzjonijiet meta mqabbla mal-assi
tal-produtturi tal-azzar sabiex iżid il-kompetittività tagħhom mingħajr
il-konsiderazzjonijiet kummerċjali li investitur privat kieku jagħmel.
Il-Kummissjoni, wara analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni mogħtija fl-ilment u
fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra fil-fajl, ikkonkludiet li l-miżuri huma,
għaldaqstant, ikkunsidrati bħala miżuri li jagħtu benefiċċju fis-sens
tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku. (201) Dan is-sussidju huwa speċifiku
fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat biss
għal entitajiet magħżula b’parteċipazzjoni mill-Istat u l-għoti ta’ dan
il-finanzjament huwa diskrezzjonarju u ma jeżistux kriterji oġġettivi. Għalhekk
huwa konkluż li dan il-programm jikkostitwixxi sussidju kumpensatorju
għall-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (202) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa
benefiċċju mhux rikorrenti u huwa kkunsidrat bħala l-ammont sħiħ tad-dejn
mibdul b’ekwità, jiġifieri tad-dejn maħfur. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra
għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju ppreżentata mill-GTĊ, il-Kummissjoni
bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni inkluża fl-ilment. Skont
l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkulat
b’dan il-mod ġie allokat għall-PI fuq il-bażi tal-perjodu normali ta’
deprezzament tal-assi tal-kumpaniji benefiċjarji. L-ammont kien aġġustat billi
żdied l-imgħax matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju
maż-żmien u b’hekk jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ ta’ din l-iskema
għall-benefiċjarji. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan
l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-livell ta’ produzzjoni tal-prodott
ikkonċernat matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament
tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati,
prodotti, esportati jew trasportati. (203) Ir-rata tas-sussidju miksuba
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,05 %.
Ma kienx meħtieġ li tiġi kkalkulata r-rata tas-sussidju għall-produtturi li
kkooperaw inklużi fil-kampjun u oħrajn għar-raġunijiet deskritti
fil-premessi (196) u (197). 3.3.3.2. Infużjonijiet ta’ ekwità (a)
Deskrizzjoni (204) L-ilment
jallega li matul is-snin il-GTĊ pprovda ammonti sostanzjali ta’ flus
lill-produtturi tal-azzar permezz ta’ infużjonijiet ta’ ekwità. Skont l-ilment,
il-GTĊ kiseb ishma f’kumpaniji (permezz ta’ diversi entitajiet tal-istat) fejn
diġà kien l-azzjonist prinċipali mingħajr ma kiseb drittijiet azzjonarji
addizzjonali. L-ilment jagħti dettalji wkoll dwar tranżazzjonijiet speċifiċi li
jinvolvu entitajiet kkontrollati mill-Istat, fosthom iċ-China International
Capital Corporation (CICC) u s-SASAC. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (205) Billi l-GTĊ ma pprovdiex
informazzjoni dwar dan il-programm (ara l-premessi (196) u (197) aktar 'il
fuq), is-sejbiet dwar dan il-programm huma bbażati fuq l-informazzjoni inkluża
fl-ilment, appoġġata minn sorsi xierqa. L-infużjonijiet ta’ ekwità
jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’ fondi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kienu pprovduti
mill-gvern permezz tal-korpi pubbliċi involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet,
fosthom is-CICC u s-SASAC. L-ilment jinkludi evidenza speċifika dwar
infużjonijiet ta’ ekwità li jirrigwardaw produttur tal-azzar SOE fejn is-CICC
aġixxiet bħala s-sottoskrittur u maniġer prinċipali tal-ħruġ tal-ishma. Skont
l-informazzjoni fl-ilment, is-CICC hija 51 % tal-istat u hija fl-aħħar
mill-aħħar ikkontrollata mis-SASAC, li fit-tranżazzjonijiet speċifiċi
dokumentati fl-ilment aġixxiet ukoll bħala entità tal-GTĊ li tikkontrolla
l-produttur tal-azzar SOE (għall-analiżi tal-funzjonijiet tas-SASAC ara
l-premessi minn (64) sa (66) aktar ’il fuq). Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet
twettqu mill-GTĊ permezz ta’ korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b)
tar-Regolament bażiku u l-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. (206) Dawn l-infużjonijiet ta’ ekwità
huma kkunsidrati li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens
tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku billi mhumiex konsistenti
mal-prattika normali ta’ investiment tal-investituri privati. L-inkonsistenza
ta’ dawn l-infużjonijiet ta’ ekwità mal-prattika tal-investituri privati hija
ppruvata fid-dettall fl-ilment. Fir-rigward ta’ dawn it-tranżazzjonijiet
speċifiċi, l-ilment l-ewwel nett juri li l-produttur tal-azzar SOE ħallas prezz
sopravalutat tal-porzjon tiegħu tal-ħruġ il-ġdid ta’ ishma b’mod mhux konformi
ma’ kundizzjonijiet ġusti tas-suq, u t-tieni nett li uża l-fondi miġbura biex
jixtri assi tal-istat u investiment ta’ ekwità bi prezzijiet aktar baxxi minn
tas-suq. L-ilment juri wkoll li l-GTĊ ħallas l-istess prezz bħal investituri
oħra minkejja li l-ishma tiegħu kienu jiswew anqas billi kellhom drittijiet u
prospetti differenti mill-ishma mibjugħa lil azzjonisti oħra. (207) Dawn is-sussidji huma speċifiċi
fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li ngħataw
lil numru limitat ta’ entitajiet magħżula li fihom il-gvern kien parteċipant.
Għalhekk huwa konkluż li dan il-programm jikkostitwixxi sussidju kumpensatorju
għall-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (208) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa
kkunsidrat bħala l-ammont tal-infużjonijiet tal-ekwità. Fin-nuqqas ta’
informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju ppreżentata
mill-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni inkluża
fl-ilment. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont
tas-sussidju kkalkulat b’dan il-mod ġie allokat għall-PI fuq il-bażi
tal-perjodu normali ta’ deprezzament tal-assi tal-kumpaniji benefiċjarji.
L-ammont kien aġġustat billi żdied l-imgħax matul dan il-perjodu sabiex
jirrifletti l-valur tal-benefiċċju maż-żmien u b’hekk jiġi stabbilit
il-benefiċċju sħiħ ta’ din l-iskema għall-benefiċjarji. Skont l-Artikolu 7(2)
tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-livell ta’
produzzjoni tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq, minħabba li
s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax
b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew
trasportati. (209) Ir-rata tas-sussidju miksuba
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,08 %.
Ma kienx meħtieġ li tiġi kkalkulata r-rata tas-sussidju għall-produtturi li
kkooperaw inklużi fil-kampjun u oħrajn għar-raġunijiet deskritti
fil-premessi (196) u (197). 3.3.3.3. Dividendi mhux imħallsa (a)
Deskrizzjoni (210) L-ilment allega li skont
il-politika tal-GTĊ, l-intrapriżi tal-istat, fosthom il-kumpaniji li jipproduċu
l-OCS, ma għandhomx għalfejn iħallsu dividendi lill-gvern bħala s-sid tagħhom
anki meta jagħmlu l-profitti. Minħabba f’hekk, il-produtturi tal-azzar SOE
jistgħu jiffinanzjaw investiment massiv permezz tal-profitti miżmuma mhux
imqassma bħala dividendi skont dan il-programm. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (211) Billi l-GTĊ ma pprovdiex
informazzjoni dwar dan il-programm (ara l-premessi (196) u (197) aktar 'il
fuq), is-sejbiet dwar dan il-programm huma bbażati fuq l-informazzjoni inkluża
fl-ilment, appoġġata minn sorsi xierqa. Id-dividendi mhux imħallsa jridu
jitqiesu bħala għotja moħbija fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament
bażiku jew bħala dħul mitluf skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament
bażiku billi l-GTĊ ma jiġborx dividendi li normalment jitħallsu
lill-investituri privati fuq l-ishma tagħhom. Dawn l-għotjiet moħbija kienu
pprovduti mill-gvern permezz tal-entità li għandha direttament l-ishma
fil-produtturi tal-azzar SOE, jiġifieri wisq probabbli s-SASAC. L-analiżi
fir-rigward tas-SASAC turi li din twettaq funzjonijiet tal-Gvern (għad-dettalji
ara l-premessi minn (64) sa (66) aktar ’il fuq). (212) L-ammont sħiħ tad-dividendi
mhux imħallsa huwa kkunsidrat li jagħti benefiċċju lill-produtturi tal-azzar
SOE benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku billi
dan mhuwiex konsistenti mal-prattika normali ta’ investiment tal-investituri
privati li teħtieġ it-tqassim tad-dividendi normalment marbutin mal-ishma
tagħhom. Fil-każ tal-SOEs bi sjieda parzjali minn investituri privati, l-ammont
tal-benefiċċji huwa daqs l-ammont tad-dividendi mhux imħallsa distribwiti
lilhom fuq bażi pro rata. (213) Dawn is-sussidji huma speċifiċi
skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku għax ingħataw lil numru
limitat ta’ entitajiet magħżula li fihom ipparteċipa l-gvern. Għalhekk huwa
konkluż li dan il-programm jikkostitwixxi sussidju kumpensatorju
għall-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (214) L-ammont
ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti
lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti
lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tad-dividendi mhux imħallsa.
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju,
il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq informazzjoni finanzjarja
pubblikament disponibbli dwar il-benefiċjarji. Skont l-Artikolu 7(2)
tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkolat kien ġie allokat fuq
il-fatturat totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq,
minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma
ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew
ittrasportati. (215) Ir-rata
tas-sussidju miksuba b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
tammonta għal 1,36 %. Ma kienx meħtieġ li tiġi kkalkulata r-rata
tas-sussidju għall-produtturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u oħrajn
għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (196) u (197). 3.3.4. Programmi ta’ taxxa fuq
l-introjtu u taxxi diretti oħra 3.3.4.1. Politiki tat-Tassazzjoni
għat-tnaqqis tal-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) (216) Din l-iskema tipprovdi
benefiċċju għall-kumpaniji li jintroduċu teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda jew
tekniki ġodda fil-produzzjoni tagħhom. Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jnaqqsu
t-taxxa fuq l-introjtu korporattiva tagħhom b’50 % tal-ispejjeż proprji
għall-proġetti approvati. (217) Huwa nnotat li għalkemm il-GTĊ
illimita t-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u l-ittra ta’ defiċjenza
għall-iskemi użati mill-kumpaniji fil-kampjun, huwa ma pprovda l-ebda
informazzjoni dwar din l-iskema, minkejja li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun
irrappurtat benefiċċji taħt din l-iskema fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju.
Meta reġa’ ntalab waqt iż-żjara ta’ verifika sabiex jipprovdi l-informazzjoni
neċessarja, il-GTĊ pprovda tweġiba supplimentari parzjali dwar dan il-programm.
Minkejja li din l-informazzjoni ngħatat tard, it-tim ta’ verifika talab
kjarifika dwar diversi kwistjonijiet (ara l-premessa (219) aktar ’l
isfel), iżda din ma ngħatatx. Minħabba f’hekk il-Kummissjoni kellha tibbaża
s-sejbiet tagħha fuq l-aħjar fatt disponibbli. (a)
Il-bażi Legali (218) Din l-iskema hija pprovduta
bħala trattament fiskali preferenzjali mill-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar
it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpaniji tar-RPĊ (l-Ordni Nru 63
tal-President tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, effettiva mill-1 ta’ Jannar 2008),
l-Artikolu 95 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar
it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpaniji tar-RPĊ (id-Digriet Nru 512
tal-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ) u l-Gwida għall-Oqsma Ewlenin (in-Notifika
Nru 6, 2007). Il-GTĊ ma pprovdiex id-Digriet Nru 512 u n-Notifika
Nru 6 f’dan il-proċediment. (b)
Eliġibbiltà (219) Kif
innotat hawn fuq, il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni rilevanti għal din
l-iskema fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u għall-ittra ta’ defiċjenza.
Fid-dokument ippreżentat waqt il-verifika fuq il-post, il-GTĊ sostna li huma
biss it-“tariffi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp li jġarrbu l-Intrapriżi
fl-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida, prodotti ġodda u ħiliet ġodda” li
jistgħu jiġu komputati fid-dħul taxxabbli għall-finijiet ta’ tnaqqis.
Madankollu, il-GTĊ ma elaborax dwar it-tifsira tat-termini “teknoloġija ġdida”,
“prodotti ġodda” u “ħiliet ġodda”. Il-Kummissjoni ppruvat ukoll issib
it-tifsira preċiża ta’ dawn it-termini waqt il-verifika ta’ Zhejiang Huadong
iżda l-kumpanija ma kienet kapaċi tipprovdi l-ebda spjegazzjoni konkreta u
wieġbet li dawn huma biss termini ġenerali. (220) Madankollu, fl-investigazzjoni
dwar il-Karta Fina Miksija, kien stabbilit li għal din l-iskema huma eliġibbli
biss proġetti ta’ R&D tal-kumpaniji tas-Setturi tat-Teknoloġija Ġdida u
Avvanzata li Qegħdin Jirċievu Appoġġ Primarju mill-Istat u proġetti elenkati
fil-Gwida għall-Oqsma Ewlenin tal-Industrijalizzazzjoni tat-Teknoloġija
Avvanzata skont il-Prijorità tal-Iżvilupp attwali promulgata mill-NDRC[65]. Billi ma kienet ipprovduta
l-ebda informazzjoni rilevanti ġdida f’dan il-proċediment li tista’ tirribatti
din il-konklużjoni, ġie stabbilit li din l-iskema mhijiex disponibbli b’mod
ġenerali, billi huma eliġibbli biss industriji/kumpaniji/proġetti partikolari. (c)
L-implimentazzjoni prattika (221) Skont il-GTĊ, il-kumpaniji li
jkollhom il-ħsieb li japplikaw għal din il-konċessjoni tat-taxxa jridu
jippreżentaw id-Dikjarazzjoni tat-Taxxa fuq l-Introjtu tagħhom u “dokumenti
rilevanti oħra” lill-awtorità tat-taxxa mingħajr ma speċifika x’inhuma dawn
id-dokumenti rilevanti l-oħra. Fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija
kien stabbilit li kwalunkwe kumpanija li jkollha l-ħsieb li tapplika
għall-benefiċċju minn din l-iskema trid tippreżenta informazzjoni dettaljata dwar
il-proġetti tal-R&D lill-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali u li
huwa biss wara eżami li l-Uffiċċju tat-Taxxa joħroġ l-avviż tal-approvazzjoni.
Wara l-approvazzjoni, l-ammont soġġett għat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji
jitnaqqas b’50 % tal-ispejjeż proprji għall-proġetti approvati[66]. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (222) Din l-iskema intużat minn
wieħed mill-produtturi esportaturi li kkoopera, Zhejiang Huadong Light Steel
Building Material Co. Ltd tul il-PI. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni
mill-GTĊ u minħabba t-tweġiba tiegħu, li kienet inkompleta u waslet tard,
fir-rigward ta’ din l-iskema, ma kienx possibbli li tiġi determinata
l-proċedura ta’ applikazzjoni u approvazzjoni li trid issir mill-kumpaniji li
jibbenefikaw minn din l-iskema. Kif innotat aktar ’il fuq, il-Kummissjoni
kellha tiddependi parzjalment fuq il-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni dwar
il-Karta Fina Miksija. (e)
Konklużjoni (223) Din l-iskema għandha titqies
bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju
lill-kumpaniji benefiċjarji. (224) Il-GTĊ intalab jipprovdi
informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà sabiex jinkisbu benefiċċji minn
din l-iskema u dwar l-użu tas-sussidju, bil-għan li jiġi stabbilit sa liema
punt l-aċċess għas-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk huwiex
speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma pprovdiex
informazzjoni ta’ din ix-xorta għall-kwestjonarju u għall-ittra ta’ defiċjenza.
Barra minn hekk, l-informazzjoni mressqa f’dan ir-rigward waqt iż-żjara ta’
verifika fuq il-post jidher li hi inkompleta fid-dawl tas-sejbiet rigward
l-istess skema li nstab li qed tintuża mill-kumpaniji fl-investigazzjoni dwar
il-Karta Fina Miksija. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit
tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe stabbiliment
tal-ispeċifiċità għandu jkun “issostanzjat b’mod ċar” fuq il-bażi ta’ evidenza
pożittiva, għalhekk kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli
skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. L-aħjar fatti disponibbli kienu
jinkludu s-sejbiet tal-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija. (225) Din l-iskema ta’ sussidju hija
speċifika fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li
l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, kienet
tillimita l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti intrapriżi u industriji biss
ikklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-OCS.
Barra minn hekk, ma jidhirx li hemm kriterji oġġettivi li jillimitaw
l-eliġibbiltà u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika
skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Huwa nnotat li n-nuqqas
ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix lill-Kummissjoni li
tivvaluta l-eżistenza ta’ tali kriterji oġġettivi. (226) Għaldaqstant, dan is-sussidju
għandu jitqies bħala kumpensatorju. (f)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (227) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu
kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali
tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta' dak li jitħallas flimkien ma' tnaqqis ta' 50 %
addizzjonali tal-ispejjeż proprji fuq l-R&D għall-proġetti approvati. Skont
l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju
(numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi
esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix
mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet
manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. (228) Wieħed mill-produtturi
esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri l-Grupp ta’ kumpaniji
Huadong, ibbenefika minn din l-iskema. Ir-rata tas-sussidju stabbilita
għall-Huadong Group hija ta’ 0,19 %. (229) Ir-rata medja peżata
tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,09 %. (230) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 0,19 %. 3.3.4.2. Konċessjonijiet
tat-taxxa għar-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent (231) Din
l-iskema tipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji li jinsabu fir-Reġjuni Ċentrali u
tal-Punent. Il-kumpaniji eliġibbli huma soġġetti għal rata preferenzjali ta’
taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 % minflok ir-rata tat-taxxa normali fuq
l-introjtu ta’ 25 % applikabbli fiċ-Ċina. (232) Il-GTĊ intalab jipprovdi
informazzjoni dwar din l-iskema fil-kwestjonarju, fl-ittra ta’ defiċjenza u
mill-ġdid matul iż-żjara ta’ verifika fil-post. Fit-tweġibiet
għall-kwestjonarju u l-ittra ta’ defiċjenza, il-GTĊ ma wieġeb l-ebda waħda
mill-mistoqsijiet u ddikjara li dan il-programm ma kienx għadu validu billi
skada fil-31 ta’ Diċembru 2010, u żied jgħid ukoll li l-ebda
waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ma bbenefikat minn din l-iskema tul il-PI.
Madankollu, dan kien f’kuntradizzjoni mat-tweġibiet ta’ wieħed mill-produtturi
esportaturi (Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd) u mal-evidenza miġbura waqt
iż-żjara ta’ verifika fuq il-post ta’ din il-kumpanija. (a)
Il-bażi Legali (233) Din l-iskema
hija prevista bħala trattament fiskali preferenzjali mill-Avviż dwar
Politiki Fiskali Favorevoli għall-Iżvilupp tar-Reġjun tal-Punent (maħruġ
mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Uffiċċju Ġenerali tat-Taxxa u l-Uffiċċju Ġenerali
tad-Dwana, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2001) li kien aġġornat
mill-Avviż dwar l-Implimentazzjoni Ulterjuri tal-Politiki Fiskali
tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Punent (maħruġ mill-Ministeru
tal-Finanzi, l-Uffiċċju Ġenerali tat-Taxxa u l-Uffiċċju Ġenerali tad-Dwana,
effettiv mill-1 ta’ Jannar 2011 ’il quddiem) li jestendi
l-perjodu ta’ validità ta’ dan il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2020. (b)
Eliġibbiltà (234) Huwa nnotat li l-GTĊ ma pprovda
tweġibiet għall-ebda waħda mill-mistoqsijiet dwar din l-iskema fit-tweġiba
tiegħu għall-kwestjonarju, fl-ittra ta’ defiċjenza u waqt iż-żjara ta’ verifika
fuq il-post. Madankollu, skont l-Avviż dwar Politiki tat-Tassazzjoni
Favorevoli għall-Iżvilupp tar-Reġjun tal-Punent dan it-trattament
tat-tassazzjoni preferenzjali huwa disponibbli għat-tip ta’ intrapriżi mħeġġa
fir-Reġjun tal-Punent (imħeġġa tirreferi għal dawk l-intrapriżi b’negozju
maġġuri li jammonta għal 70 % jew aktar tad-dħul totali kif deskritt
fil-Katalgu tal-industrija, il-prodotti u t-teknoloġiji mħeġġa mill-Istat).
Waqt il-verifika fuq il-post ta’ Chongqing Wanda, il-kumpanija kkonfermat li
r-raġuni għat-trattament tat-tassazzjoni preferenzjali hija li huma jappartjenu
għall-kategorija mħeġġa ta’ industriji fir-reġjun Ċentrali u tal-Punent. (c)
L-implimentazzjoni prattika (235) La l-GTĊ u lanqas Chongqing
Wanda Steel Strip Co., Ltd ma pprovdew informazzjoni dwar it-tħaddim u
l-amministrazzjoni ta’ dan il-programm. Skont iċ-Ċirkulari tal-Kunsill
tal-Istat fir-Rigward ta’ Diversi Politiki dwar it-Twettiq tal-Iżvilupp
fir-Reġjuni Kbar tal-Punent taċ-Ċina, hija meħtieġa l-approvazzjoni
tal-gvernijiet tal-poplu fil-livell provinċjali għat-tnaqqis tar-rata tat-taxxa
normali ta’ 25 % għar-rata preferenzjali ta’ 15 %. Fuq il-formola
tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu annwali tal-kumpanija, l-ammont
imnaqqas (eżentat) tat-taxxa fuq l-introjtu huwa elenkat taħt il-partita 28
– taxxa mnaqqsa. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (236) L-iskema ntużat minn wieħed
mill-produtturi esportaturi li kooperaw, Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd
tul il-PI. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, huwa diffiċli li jiġi
konkluż x’inhi l-proċedura ta’ applikazzjoni u approvazzjoni li għandha ssir
mill-kumpaniji li jibbenifikaw minn din l-iskema. Il-Kummissjoni kellha tislet
il-konklużjonijiet proprji tagħha mid-dokumenti ppreżentati li jiffurmaw
il-bażi legali għal din l-iskema mingħajr ma setgħet tfittex
l-ispjegazzjonijiet mingħand il-GTĊ. (e)
Konklużjoni (237) Din l-iskema għandha titqies
bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju
lill-kumpaniji benefiċjarji. (238) Il-GTĊ intalab jipprovdi
informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà sabiex jinkisbu benefiċċji minn
din l-iskema u dwar l-użu tas-sussidju sabiex jiġi stabbilit sa liema punt
l-aċċess għas-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk huwiex
speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta l-ebda
tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5)
tar-Regolament bażiku li kwalunkwe stabbiliment tal-ispeċifiċità għandu jkun
“issostanzjat b’mod ċar” fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva, għalhekk kellha
tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28
tar-Regolament bażiku. (239) Din l-iskema ta’ sussidju hija
speċifika fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku
minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti,
kienet tillimita l-aċċess għal din l-iskema biss għal ċerti intrapriżi u
industriji kklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li jappartjenu
għall-industrija tal-OCS, u barra minn hekk li jinsabu f’ċerti reġjuni
taċ-Ċina. Barra minn hekk, ma jidhirx li hemm kriterji oġġettivi li jillimitaw
l-eliġibbiltà u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika
skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Huwa nnotat li n-nuqqas
ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix lill-Kummissjoni li
tivvaluta l-eżistenza ta’ tali kriterji oġġettivi. (240) Għaldaqstant, dan is-sussidju
għandu jitqies bħala kumpensatorju. (f)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (241) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu
kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali
tat-taxxa, wara t-tnaqqis tal-ammont tat-taxxa mħallas skont ir-rata tat-taxxa
fuq l-introjtu preferenzjali. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku,
dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali
tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, minħabba li
s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax
b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew
trasportati. (242) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
għall-Panhua Group hija ta’ 0,03 %. (243) Ir-rata medja peżata
tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,02 %. (244) Minħabba l-livell baxx ta’
kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din
l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpaniji li kkooperaw inklużi
fil-kampjun, jiġifieri ta’ 0,04 %. 3.3.5. Programmi oħra ta’ taxxa fuq
l-introjtu li għalihom il-GTĊ ma pprovdiex tweġibiet jew ipprovda biss
tweġibiet insuffiċjenti (245) L-ilment iddeskriva numru ta’
allegati programmi ta’ sussidju fir-rigward ta’ produtturi esportaturi mhux
inklużi fil-kampjun u/jew li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni
talbet lill-GTĊ sabiex jissottometti informazzjoni dwar dawn il-programmi
fil-kwestjonarji oriġinali u supplimentari, u suċċessivament tat opportunità
suffiċjenti lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet dwar dawn il-programmi. Il-GTĊ
iddeċieda li jipprovdi tweġibiet biss dwar l-allegati programmi ta’ sussidju
fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u kkonferma din
il-pożizzjoni matul il-proċediment. Madankollu, il-GTĊ ppreżenta informazzjoni
u evidenza għal xi wħud minn dawn il-programmi li kienet tindika li dawn kienu
ġew itterminati u ma kinux fis-seħħ matul il-PI. Il-Kummissjoni qieset din
l-evidenza mressqa mill-GTĊ fis-sejbiet tagħha. (246) Għall-programmi l-oħra kollha,
il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni jew evidenza. Il-livell sinifikanti
ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-proċediment xekkel il-possibbiltà li
l-Kummissjoni tikseb informazzjoni u evidenza mingħand il-produtturi
esportaturi dwar dawn il-programmi inklużi fl-ilment. Il-Kummissjoni kkonfermat
li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma kinux eliġibbli jew ma użawx
dawn il-programmi (prinċipalment minħabba li kienu privati, jew billi kienu
barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, jew minħabba d-daqs
relattivament limitat tagħhom). Għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddetermina
l-eżistenza ta’ dan il-programm u tistabbilixxi d-dazju residwu fir-rigward
tal-programmi l-oħra kollha, li dwarhom il-GTĊ ma ppreżentax informazzjoni u li
ma kinux disponibbli għal jew intużaw mill-produtturi esportaturi fil-kampjun
fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl skont id-dispożizzjonijiet
tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. 1.1.1.1 Kreditu ta’ taxxa fuq l-introjtu
għax-xiri ta’ tagħmir tal-produzzjoni mmanifatturat domestikament (a)
Deskrizzjoni (247) Dan il-programm jippermetti li
kumpanija titlob krediti ta’ taxxa fuq ix-xiri ta’ tagħmir domestiku jekk
proġett ikun konsistenti mal-politiki industrijali tal-GTĊ. Jista’ japplika
kreditu tat-taxxa sa 40 % tal-prezz tax-xiri ta’ tagħmir domestiku
għaż-żieda inkrimentali fl-obbligazzjoni tat-taxxa mis-sena ta’ qabel. (b)
Il-bażi legali (248) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma l-miżuri provviżorji dwar il-kreditu ta’ taxxa fuq l-introjtu
tal-intrapriżi għall-investiment f’tagħmir immanifatturat domestikament għal
proġetti ta’ rinnovazzjoni teknoloġika tal-1 ta’ Lulju 1999 u
l-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif
tal-Implimentazzjoni tat-Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi u
l-Politika ta’ Eżenzjoni tal-Investimenti ta’ Intrapriża fix-Xiri ta’ Tagħmir
immanifatturat Domestikament, Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali
tat-Tassazzjoni, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2008. (c)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni (249) Il-GTĊ wieġeb li dan
il-programm ġie tterminat minn Jannar 2008, skont l-Avviż imsemmi
Nru 52, u li sa fejn kien jaf l-ebda programm ma ħa post dan il-programm.
Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni addizzjonali
rilevanti, b’mod partikolari dettalji tal-iskeda għall-eliminazzjoni gradwali
tal-benefiċċji. Il-GTĊ ma pprovdiex din l-informazzjoni u llimita t-tweġiba
tiegħu dwar il-benefiċċji proprji akkumulati għall-produtturi kollha tal-OCS
billi rrefera sempliċement għat-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi
fil-kampjun. Il-Kummissjoni diġà spjegat ir-raġunijiet għaliex il-GTĊ kien
meħtieġ jipprovdi informazzjoni dwar il-produtturi kollha tal-OCS u mhux biss
dwar il-produtturi fil-kampjun (ara l-premessi (34) u (35) aktar ’il fuq).
Barra minn hekk, il-GTĊ naqas ukoll milli jipprovdi informazzjoni dwar
il-produtturi inklużi fil-kampjun billi rrefera biss għat-tweġibiet tagħhom.
Il-Kummissjoni tħoss li dan mhuwiex suffiċjenti biex tiġi pprovduta evidenza
tat-terminazzjoni ta’ programm mingħajr ma tiġi pprovduta evidenza addizzjonali
dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji proprji skont il-programm u
programmi potenzjali ta’ sostituzzjoni. Fir-rigward ta’ dan il-programm, jista’
jkun ukoll il-każ li benefiċċju fiskali (jiġifieri kreditu ta’ taxxa) akkumulat
f’sena partikolari jista’ jintuża f’sena fiskali differenti u għalhekk
il-benefiċċji jistgħu jestendu lil hinn mill-perjodu ta’ validità tiegħu anki
jekk il-programm sadanittant ikun ġie tterminat. Irriżulta li programmi
tat-taxxa oħra “tterminati” komplew jagħtu benefiċċji għal xi snin wara d-data
ta’ skadenza uffiċjali tagħhom. Jista’ jkun il-każ ukoll li ammonti
insolitament kbar ta’ benefiċċju jistgħu jiġu allokati tul iż-żmien. Fin-nuqqas
ta’ informazzjoni pprovduta mill-GTĊ f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tibbaża
s-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni fil-fajl (f’dan il-każ l-ilment) skont
l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (250) Dan il-programm jikkostitwixxi
sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf
mill-GTĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan
il-programm jipprovdi benefiċċju lill-benefiċjarji għal ammont daqs l-iffrankar
tat-taxxa fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan
is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku
billi l-iffrankar tat-taxxa jiddependi mill-użu ta’ oġġetti domestiċi minflok
oġġetti importati. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (251) L-ammont
ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti
lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsti tul il-PI. Billi dan il-programm
għadu ma ġiex eżaminat fi proċediment kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet
tal-Unjoni, u fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar
sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli mill-awtoritajiet
tal-Istati Uniti. Meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq
is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni jitqies,
fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u
jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont
ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil
jew tnaqqis tal-ammont ta' sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni
inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta' sussidju fil-każ preżenti. (252) Ir-rata
tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI
għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,38 % li hija r-rata
għal din l-iskema kif stabbilit fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 rigward is-Circular
Welded Carbon Quality Steel Line Pipe (Paġna Nru 26) (Ir-Reġistru Federali
/ Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008).
Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti,
huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju
mill-programmi fiskali hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[67]. 3.3.5.1. Politiki fiskali preferenzjali
għal kumpaniji rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida (a)
Deskrizzjoni (253) Dan il-programm jippermetti li
intrapriża li tapplika għal Ċertifikat ta’ Intrapriża ta’ teknoloġija Avvanzata
u ġdida tibbenefika minn rata tat-taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu ta’ 15 %
meta mqabbla mar-rata normali ta’ 25 %. Dan il-programm instab bħala
kumpensatorju mill-UE fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija u anki
mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti[68]. (b)
Il-bażi legali (254) Il-bażi legali ta’ dan
il-programm huma l-Artikolu 28 tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq
l-Introjtu tal-Intrapriżi (Nru 63 promulgata fis-16 ta’ Marzu 2007)
flimkien mal-Miżuri Amministrattivi għall-Istabbiliment tal-Intrapriżi ta’
Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u l-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali
tat-Tassazzjoni dwar il-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-Ħlas tat-Taxxa fuq
l-Introjtu tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Shui Han [2008]
Nru 985). (c)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni (255) Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda
mill-kumpaniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera
għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni rigward kwalunkwe
benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi
għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex
jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun
(il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet
tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl
(is-sejbiet dwar il-Karta Fina Miksija u l-ilment f’dan il-każ) skont
l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (256) Dan il-programm jikkostitwixxi
sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf
mill-GTĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju
għall-benefiċjarju huwa daqs l-iffrankar tat-taxxa provdut permezz ta’ dan
il-programm skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju
huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi
huwa limitat għal ċerti intrapriżi u industriji kklassifikati bħala mħeġġa,
bħal dawk li joperaw fis-settur tal-azzar. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda
kriterji oġġettivi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni jew mill-awtorità tal-għoti
dwar l-eliġibbiltà tal-iskema u din mhijiex awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b)
tar-Regolament bażiku. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (257) L-ammont tas-sussidju kumpensatorju
jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li
kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat
bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara
t-tnaqqis ta’ dak li tħallas bir-rata tat-taxxa preferenzjali mnaqqsa.
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi
l-programm diġà ġie eżaminat fi proċediment preċedenti kontra s-sussidji
mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni
għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet
il-valutazzjoni li saret dwar dan il-programm fir-Regolament ta’
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011
li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta
fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, aġġustat kif xieraq
fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq. (258) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata għal 0,9 %
li hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm
fir-Regolament imsemmi fil-premessa preċedenti. 3.3.5.2. Konċessjonijiet ta’ taxxa fuq
l-introjtu għall-intrapriżi involuti fl-użu ta’ riżorsi komprensivi (“materja
prima speċjali”) (a)
Deskrizzjoni (259) Dan il-programm tat-taxxa
jippermetti lill-kumpaniji li jużaw xi wieħed mill-materjali elenkati
fil-Katalgu tal-Konċessjonijiet ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-Intrapriżi
involuti fl-użu ta’ Riżorsi Komprensivi bħala l-materja prima prinċipali
tagħhom u li jimmanifatturaw prodotti elenkati fl-istess Katalgu b’mod li
jissodisfa l-istandards nazzjonali u industrijali rilevanti, li jinkludu
l-introjtu li huma jiksbu b’dan il-mod fl-introjtu totali bir-rata mnaqqsa ta’ 90 %.
Għalhekk jista’ jitnaqqas 10 % tal-introjtu meta l-kumpaniji jikkalkulaw
it-taxxa fuq l-introjtu. Din l-eżenzjoni hija mogħtija għal ħames snin. (b)
Il-bażi legali (260) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma: l-Artikolu 33 tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq
l-Introjtu tal-Intrapriżi, l-Artikolu 99 tar-Regolamenti dwar
l-Implimentazzjoni tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi
mill-Kunsill tal-Istat u l-Katalgu tal-Konċessjonijiet ta’ Taxxa fuq l-Introjtu
għall-Intrapriżi involuti fl-Użu ta’ Riżorsi Komprensivi. (c)
Nuqqas ta' kooperazzjoni (261) Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda
mill-kumpaniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera
għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni dwar kwalunkwe
benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi
għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex
jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun
(il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni tibbaża
s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl
(f’dan il-każ l-ilment) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (262) Dan il-programm jikkostitwixxi
sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf
mill-GTĊ skont it-termini tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.
L-iskema tipprovdi benefiċċju lill-benefiċjarju daqs l-ammont ta’ ffrankar
tat-taxxa skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju
huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi
huwa limitat biss għal ċerti intrapriżi li jużaw bħala materja prima prinċipali
r-riżorsi elenkati fil-Katalgu ta’ Konċessjonijiet tat-Taxxa msemmi hawn
fuq sabiex jimmanifatturaw il-prodotti elenkati f’dak il-Katalgu. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (263) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu
kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali
tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta’ dak li tħallas bir-rata tat-taxxa preferenzjali
mnaqqsa. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan
il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni
inkluża fl-ilment. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont
ta’ sussidju kkalkulat b’dan il-mod ġie allokat fuq il-fatturat totali
tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq minħabba li s-sussidju ma
jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza
għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. (264) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,01 %. 3.3.5.3. Kreditu tat-taxxa fir-rigward
tax-xiri ta’ tagħmir speċjali (a)
Deskrizzjoni (265) Dan il-programm jippermetti
t-tpaċija mill-kumpaniji ta’ 10 % tal-kost tax-xiri ta’ tagħmir speċjali
użat għall-ħarsien tal-ambjent, l-iffrankar tal-enerġija u l-ilma u s-sigurtà
tal-produzzjoni, mat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji pagabbli fis-sena
tax-xiri. Il-parti li tifdal mill-10 % tal-ammont investit tista’ tiġi
riportata għall-ħames snin ta’ wara. (b)
Il-bażi legali (266) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma: l-Artikolu 34 tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq
l-Introjtu tal-Intrapriżi, l-Artikolu 100 tar-Regolamenti dwar
l-Implimentazzjoni tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi
mill-Kunsill tal-Istat. (c)
Nuqqas ta' kooperazzjoni (267) Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda
mill-kumpaniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera
għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni rigward kwalunkwe
benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi
għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex
jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun
(il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni tibbaża
s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl
skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (268) Dan il-programm jagħti sussidju
billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ,
fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-iskema tagħti
benefiċċju lill-benefiċjarju daqs l-ammont tal-iffrankar ta’ taxxa skont
l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. (269) Fir-rigward tal-ispeċifiċità
ta’ dan il-programm, huwa kkunsidrat li ma hemmx informazzjoni biżżejjed
fil-fajl sabiex il-Kummissjoni tagħmel aktar sejbiet u sussegwentement tasal
għal sejba definittiva dwar l-ispeċifiċità tal-programm. Għalhekk
il-Kummissjoni ma setgħetx tkompli tivvaluta dan il-programm. 3.3.5.4. Politika fiskali preferenzjali
fuq l-introjtu għall-intrapriżi fir-reġjun tal-Grigal (a)
Deskrizzjoni (270) Dan il-programm jippermetti
lill-kumpaniji li jinsabu fir-Reġjun tal-Grigal (inklużi Liaoning, Jilin, u
l-Provinċji ta’ Heilongjiang, u l-Muniċipalità ta’ Dalian), l-ewwel nett li
jnaqqsu l-perjodu ta’ deprezzament tal-assi fissi b’sa 40 % għall-finijiet
ta’ taxxa, u b’hekk iżidu l-ammont annwali ta’ deprezzament li jitnaqqas
mit-taxxa fuq l-introjtu u, it-tieni nett, li jqassru l-perjodu
tal-amortizzament tal-assi intanġibbli b’sa 40 % għall-finijiet ta’ taxxa,
li jirriżulta fi tnaqqis annwali akbar. Skont dokument maħruġ mill-Ministeru
tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni, kontribwenti
korporattivi f’ċerti setturi speċifikati, fosthom is-settur metallurġiku,
jistgħu jibbenefikaw ukoll minn vantaġġi oħra relatati mal-VAT, it-taxxa fuq
ir-riżorsi, u t-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji, b’mod partikolari b’rabta
max-xiri ta’ assi fissi. (b)
Il-bażi legali (271) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma l-Politiki preferenzjali li jirrigwardaw it-taxxa fuq
l-introjtu tal-intrapriżi għar-rivitalizzazzjoni tal-kumpaniji tal-bażi
industrijali l-qadima fil-Grigal (Caishui, Nru 153, l-20 ta’ Settembru 2004),
l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni
dwar id-Deprezzament tal-Assi u l-Kalibru tal-Implimentazzjoni tal-Politika
tal-Amortizzament fil-Bażi Industrijali l-Qadima fil-Grigal (Caishui, Nru 17,
it-2 ta’ Frar 2005). Il-GTĊ issottometta l-bażi legali li turi
t-terminazzjoni ta’ dan il-programm fl-1 ta’ Jannar 2008,
jiġifieri l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali
tat-Tassazzjoni dwar Diversi Politiki Preferenzjali fir-rigward tat-Taxxa fuq
l-Introjtu tal-Intrapriżi (Nru 1 [2008]). (c)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni (272) Apparti milli pprovda l-bażi
legali msemmija hawn fuq li turi t-terminazzjoni tal-programm, il-GTĊ irrefera
sempliċement għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni
rigward kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont il-programm. Il-Kummissjoni
tirreferi għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba
lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi
fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Barra minn hekk,
il-Kummissjoni tinnota li billi dan il-programm jipprevedi sussidji marbuta
max-xiri ta’ assi fissi li jistgħu jiġu amortizzati fuq diversi snin u l-GTĊ
naqas milli jipprovdi dettalji dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji
mogħtija skont dan il-programm jew dwar il-benefiċċji pendenti li kienu għadhom
mhux amortizzati b’mod sħiħ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża s-sejbiet
tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl (f’dan
il-każ l-ilment u s-sejbiet rilevanti tal-Istati Uniti) skont l-Artikolu 28
tar-Regolament bażiku. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (273) Dan il-programm jipprovdi
sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii)
tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament
bażiku jammonta għall-iffrankar tat-taxxa ġġenerat għall-kumpaniji eliġibbli
bit-tnaqqis tad-deprezzament aċċellerat u l-ispejjeż ta’ amortizzament marbuta
max-xiri ta’ assi fissi. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(3)
tar-Regolament bażiku billi huwa limitat għal intrapriżi li jinsabu f’żona
ġeografika speċifikata, jiġifieri r-Reġjun tal-Grigal. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (274) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu
kkunsidrat bħala d-differenza bejn l-ammont tat-taxxa li kieku kellu jitħallas
tul il-PI bl-iskeda ta’ depprezzament normali għall-assi kkonċernati u l-ammont
li jitħallas bid-deprezzament aċċellerat. Billi dan il-programm għadu ma ġiex
eżaminat fi proċediment kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u
fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’
informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi
kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażata fuq ix-xebh fin-natura tal-programm[69]) mill-awtoritajiet tal-Istati
Uniti. Kif inhu nnutat fil-premessa (252) aktar ’il fuq, meta l-ammonti ta’
sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul
din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet
sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul
iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma
jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta'
sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala
l-ammont ta' sussidju fil-każ preżenti. (275) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma
kkooperawx hija ffissata għal 0,08 % li hija r-rata għall-Iskema
tal-“Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Introjtu għal Investituri f’Reġjuni Ġeografiċi
Speċifikati f’Liaoning” kif stabbilit fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Wire Decking
(Paġna Nru 25) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 111,
paġna 32902 / l-10 ta’ Ġunju 2010). Fir-rigward
tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li
l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi
fiskali hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[70]. 3.3.5.5. Eżenzjoni mit-taxxa fuq
l-introjtu għall-investiment f’innovazzjoni teknoloġika domestika (a)
Il-bażi legali (276) Il-bażijiet legali għal dan
il-programm huma l-ġestjoni tal-Kreditu għall-Investiment fit-Trasformazzjoni
Teknoloġika tat-Tagħmir Domestiku tal-Awditu tat-Taxxa fuq l-Introjtu
tal-Intrapriżi, adottata mill-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni,
Nru 13 tas-17 ta’ Jannar 2000, u l-Avviż li jirrigwarda
l-Promulgazzjoni u ċ-Ċirkolazzjoni ta’ Miżuri għall-Amministrazzjoni ta’
Proġetti nazzjonali Ewlenin ta’ Rinnovazzjoni Teknoloġka. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (277) Il-GTĊ wieġeb li dan
il-programm kien itterminat fl-1 ta’ Jannar 2008 bl-Avviż
tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif
tal-Implimentazzjoni tat-Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi u
l-Politika ta’ Eżenzjoni għall-Investimenti ta’ Intrapriża fix-Xiri ta’ Tagħmir
immanifatturat domestikament Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali
tat-Tassazzjoni. Billi dan il-programm jipprovdi benefiċċji fiskali rikorrenti
li kienu tterminati mill-2008 u ma hemm l-ebda evidenza dwar benefiċċji pendenti
li kienu għadhom qed jiġu amortizzati matul il-PI, il-Kummissjoni tikkonkludi
li dan il-programm mhuwiex kumpensatorju. 3.3.5.6. Diversi skontijiet lokali
tat-taxxa (a)
Deskrizzjoni (278) L-ilment jelenka diversi
skontijiet lokali tat-taxxa disponibbli f’diversi provinċji (jiġifieri
Shandong, il-Muniċipalità ta’ Chongqing, ir-Reġjun Guangxi ta’ Zhuang,
ir-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent) fil-forma ta’ rata tat-taxxa tal-kumpaniji
mnaqqsa ta’ 15 % meta mqabbla mar-rata tat-taxxa ġeneralment applikabbli
ta’ 25 %. (b)
Il-bażi legali (279) L-ilment jirrapporta l-bażi
legali tat-tnaqqis tat-taxxa f’Shandong, jiġifieri t-Taxxi Mnaqqsa fuq
l-Introjtu fuq il-bażi tal-Pożizzjoni Ġeografika (il-Provinċji ta’ Zheijang u
Shandong): il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tar-RPĊ għall-Intrapriżi
b’Investiment Barrani u l-Intrapriżi Barranin, l-Artikolu 7, adottata fid-9 ta’ April 1991,
Nru 45. (c)
Nuqqas ta' kooperazzjoni (280) Il-GTĊ sempliċement sostna li
l-ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u
rrefera għat-tweġibiet tal-kumpaniji fil-kampjun għal informazzjoni dwar
il-benefiċċji li setgħu rċevew. Minbarra l-argumenti dwar l-obbigu tal-GTĊ li
jipprovdi tweġibiet sħaħ (ara l-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq),
il-Kummissjoni tinnota li wieħed mill-esportaturi li kkooperaw ibbenefika minn
tal-anqas waħda mir-rati tat-taxxa aktar baxxi elenkati f’din it-Taqsima (ara
l-premessi (231) u ta’ wara aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda
tuża l-informazzjoni disponibbli fil-fajl (f’dan il-każ l-ilment u s-sejbiet
rilevanti tal-Istati Uniti) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku
għall-valutazzjoni ta’ dan il-programm. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (281) Dan il-programm jagħti sussidju
fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii)
tar-Regolament bażiku. Dan il-benefiċċju rikorrenti huwa daqs l-ammont
tal-iffrankar tat-taxxa ġġenerat mir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu aktar baxxa
skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku
billi huwa limitat għal kumpaniji li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi
fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (282) L-ammont
tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti
lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti
lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont
ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis tal-ammont imħallas skont ir-rata
tat-taxxa preferenzjali. Billi dan il-programm għadu ma ġiex eżaminat fi
proċediment kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u fin-nuqqas
ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’
informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi
kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażata fuq ix-xebh fin-natura tal-programm)
mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Kif ġie nnutat qabel, meta l-ammonti ta’
sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul
din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet
sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul
iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma
jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta'
sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala
l-ammont ta' sussidju fil-każ preżenti. (283) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma
kkooperawx hija 0,66 % li hija r-rata għall-iskema tat-“Taxxi Mnaqqsa fuq
l-Introjtu fuq il-Bażi tal-Pożizzjoni Ġeografika” kif stabbilita fil-Memorandum
tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti fuq on
Certain Tow Behind Lawn Groomers and Certain Parts Thereof (Paġna Nru 11)
(Ir-Reġistru Federali / Vol. 74, Nru 117, paġna 29180 / id-19 ta’ Ġunju 2009).
Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti,
huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju
mill-programmi fiskali hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[71]. 3.3.5.7. Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn
l-intrapriżi residenti ikkwalifikati (a)
Deskrizzjoni (284) Dan il-programm jikkonsisti
minn trattament tat-taxxa preferenzjali għal intrapriżi residenti Ċiniżi li
jkunu azzjonisti f’intrapriżi residenti Ċiniżi oħra fil-forma ta’ eżenzjoni
mit-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti dividendi, bonusijiet u investimenti oħra
ta’ ekwità għall-intrapriżi residenti prinċipali. Dan il-programm kien
ikkumpensat mill-UE fil-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-Karta
Fina Miksija[72] (b)
Il-bażi legali (285) Il-bażi legali hija
l-Artikolu 26 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi
tar-RPĊ, l-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi
dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ, id-Digriet Nru 512
tal-Kunsill tal-Istat, ippromulgat fis-6 ta’ Diċembru 2007. (c)
Nuqqas ta' kooperazzjoni (286) Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda
mill-kumpaniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet
tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe benefiċċju
li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi
għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ
(il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk iddeċidiet li tibbaża
s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl
skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jiġifieri s-sejbiet kif inklużi
fid-deċiżjoni dwar il-Karta Fina Miksija. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (287) Dan il-programm jagħti sussidju
fil-forma ta’ dħul mitluf fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament
bażiku. Dan il-benefiċċju huwa daqs l-ammont ta’ ffrankar tat-taxxa mogħti
mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dividendi, il-bonusijiet u investimenti oħra
ta’ ekwità għal intrapriżi residenti Ċiniżi skont l-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku de jure fis-sens
tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni li
skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita l-aċċess tiegħu biss għal
intrapriżi residenti fiċ-Ċina li jirċievu dħul ta’ dividendi minn intrapriżi
residenti oħra, għall-kuntrarju tal-intrapriżi li jinvestu f’intrapriżi mhux
residenti. Il-programm huwa speċifiku wkoll skont l-Artikolu 4(2)(b)
tar-Regolament bażiku minħabba li dan il-programm huwa riservat esklussivament
għal industriji u proġetti importanti mħeġġa mill-Istat, bħall-industrija
tal-azzar (ara pereżempju l-premessa (182) aktar ’il fuq) u anki li ma hemm
l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà għal dan il-programm u
l-ebda evidenza konklużiva li dik l-eliġibbiltà hija awtomatika. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (288) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu
kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli bl-inklużjoni tal-introjtu
minn dividendi li jiġi minn intrapriżi residenti fiċ-Ċina, wara t-tnaqqis ta’ dak
li tħallas bl-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi. Fin-nuqqas ta’
informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà
kien eżaminat fi proċediment preċedenti kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet
tal-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni
tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret
għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija,
aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar
’il fuq. (289) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija 0,77 % li hija
l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm fil-proċediment
dwar il-Karta Fina Miksija. 3.3.5.8. Programm Fiskali Preferenzjali
għal Entitajiet b’Investiment Barrani (FIEs) (290) L-ilment jelenka dawn l-iskemi
ta’ taxxa preferenzjali fuq l-introjtu favur l-FIEs: –
Eżenzjonijiet mit-taxxa skont il-programm tnejn
b’xejn, tlieta nofs għall-FIEs produttivi –
Eżenzjoni mit-taxxa lokali fuq l-introjtu u
programmi ta’ tnaqqis għall-FIEs produttivi –
Kreditu tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs li
jixtru tagħmir prodott domestikament –
Sussidji ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-FIEs
abbażi tal-post ġeografiku (291) Il-GTĊ issottometta l-bażijiet
legali rilevanti biex juri li l-programmi li jirrigwardaw l-FIEs kienu ġew
itterminati bl-adozzjoni, fis-16 ta’ Marzu 2007, tal-Liġi
dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpaniji tal-2008 fil-ħames Sessjoni tal-10 Kungress
Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jiġifieri: –
L-Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar
l-Implimentazzjoni tal-Politiki Preferenzjali Transnazzjonali fir-rigward
tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Nru 39 [2007] tal-Kunsill
tal-Istat; –
L-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali
tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tat-Tnaqqis fit-Taxxa fuq
l-Introjtu tal-Intrapriżi u l-Politika ta’ Eżenzjoni għall-Investimenti ta’
Intrapriża fix-Xiri ta’ Tagħmir prodott Domestikament,
Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni (292) Dawn id-dispożizzjonijiet juru
li l-benefiċċji tat-taxxa fuq l-introjtu għall-FIEs ġew progressivament
eliminati b’mod gradwali sal-aħħar tal-2011. Il-GTĊ sostna wkoll li ma hemm
l-ebda programm ta’ sostituzzjoni għall-FIEs u t-trattament tat-tassazzjoni
tal-FIEs issa huwa l-istess bħal ta’ kontribwenti korporattivi oħra.
Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-programmi ta’ taxxa preferenzjali fuq
l-introjtu fir-rigward tal-FIEs għadhom kumpensatorji billi l-produtturi
tal-OCS xorta jistgħu jgawdu benefiċċji pendenti tal-anqas għal parti mill-PI
sal-aħħar tal-2011 u ma jistax jiġi eskluż li jeżisti programm ta’
sostituzzjoni għall-FIEs mill-2012. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma
tivvalutahomx aktar fid-dawl tal-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv
għall-partijiet kollha kkonċernati, anki fid-dawl tat-tmiem imminenti
tal-perjodu progressiv ta’ eliminazzjoni gradwali u n-nuqqas ta’
indikazzjonijiet dwar programm possibbli ta’ sostituzzjoni. 3.3.6. Programmi ta’ Taxxa
Indiretta u Tariffi ta’ Importazzjoni 3.3.6.1. Eżenzjonijiet mit-tariffi fuq
l-importazzjoni u l-VAT għall-FIEs u ċerti intrapriżi domestiċi li jużaw
tagħmir impurtat f’industriji mħeġġa (a)
Deskrizzjoni (293) Dan il-programm jipprovdi
eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi fuq l-importazzjoni favur FIEs jew intrapriżi
domestiċi għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni
tagħhom. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jridx ikun f’lista
ta’ tagħmir mhux eliġibbli u l-intrapriża li tagħmel it-talba trid tikseb
Ċertifikat ta’ proġetti Mħeġġa mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew
mill-NDRC skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-investiment, it-taxxa u
d-dwana. Dan il-programm kien ikkumpensat mill-Unjoni fil-proċediment kontra
s-sussidji fir-rigward tal-Karta Fina Miksija[73]. (b)
Il-bażi legali (294) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament
tal-Politiki Fiskali dwar Tagħmir Impurtat, Guo Fa Nru 37/1997, l-Avviż
tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u
l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC
dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jirrigwardaw l-ittra tal-Amministrazzjoni
tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew b’Finanzjament Barrani mħeġġa sabiex
jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316 2006 tat-22 ta’ Frar 2006 u
l-Katalgu dwar l-Oġġetti tal-importazzjoni li ma jistgħux jiġu eżentati
mid-dazju kemm għall-FIEs, kif ukoll għall-intrapriżi domestiċi, 2008. (c)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni (295) Il-GTĊ sostna li l-ebda waħda
mill-kumpaniji fil-kampjun ma bbenefikat minn dan il-programm matul il-PI u
rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni relatata
ma’ kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni
tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi
tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) u ta’ wara aktar ’il fuq), u għalhekk se
tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli
fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jiġifieri s-sejbiet
tagħha fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (296) Dan il-programm huwa kkunsidrat
bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii)
billi l-FIEs u intrapriżi domestiċi oħra eliġibbli huma meħlusa milli jħallsu
l-VAT u/jew tariffi li kienu jkunu dovuti li kieku ma kisbux iċ-ċertifikat
rilevanti mill-NDRC ta’ proġett imħeġġeġ mill-Istat. Għalhekk jagħti benefiċċju
lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament
bażiku. Dan il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a)
tar-Regolament bażiku billi l-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità
tal-għoti tillimita l-aċċess tiegħu għall-intrapriżi li jinvestu taħt kategoriji
ta’ negozju speċifiċi definiti b’mod eżawrjenti mil-liġi u li jiksbu
ċ-Ċertifikat ta’ Proġetti mħeġġa mill-Istat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda
kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà u l-ebda evidenza konklużiva li
l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament
bażiku. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (297) L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini
tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI.
Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u
d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni
għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat
fi proċediment preċedenti CVD mill-UE, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni
għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet
il-valutazzjoni li saret għal dan il-programm fl-investigazzjoni dwar il-Karta
Fina Miksija, aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi
fil-premessa (252) aktar ’il fuq. (298) Ir-rata
tas-sussidju stabbilita għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata
għal 0,89 % li hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan
il-programm fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija. 3.3.6.2. Rifużjonijiet tal-VAT lill-FIEs
li jixtru tagħmir prodott domestikament (a)
Deskrizzjoni (299) Dan il-programm jipprovdi
benefiċċji fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ tagħmir
prodott domestikament mill-FIEs. It-tagħmir ma jridx ikun fil-Katalgu tat-Tagħmir
Mhux eżentabbli u l-valur tat-tagħmir ma jridx jaqbeż il-limitu totali ta’
investiment fuq FIE skont il-“Miżuri Amministrattivi bi prova dwar ix-Xiri ta’
Tagħmir Prodott Domestikament”. Dan il-programm kien ikkumpensat mill-UE
fil-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-Karta Fina Miksija[74] u mill-awtoritajiet
tal-Istati Uniti fi proċediment dwar dazju kumpensatorju fir-rigward ta’ Folja
Libera Miksija mir-RPĊ[75]. (b)
Il-bażi legali (300) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar
il-ħruġ tal-miżuri provviżorji għall-Amministrazzjoni tar-rifużjonijiet
tat-taxxa għax-xiri ta’ tagħmir immanifatturat domestikament mill-FIEs
Nru 171, 199, 20.09.1999; l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni
Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tal-Politika ta’
Rifużjoni tat-Taxxa lil Intrapriżi b’finanzjament Barrani għax-Xiri tagħhom ta’
Tagħmir Immanifatturat Domestikament, Nru 176 [2008] tal-Ministeru
tal-Finanzi. (c)
Nuqqas ta' kooperazzjoni (301) Il-GTĊ sostna li dan
il-programm ġie tterminat bl-Avviż Nru 176 [2008] li saret referenza
għalih aktar ’il fuq, mill-1 ta’ Jannar 2009. Il-Kummissjoni
talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni dwar it-terminazzjoni attwali tal-benefiċċji
li jkunu jridu jiġu allokati fuq perjodu itwal ta’ żmien billi dan il-programm
huwa marbut max-xiri ta’ assi mmanifatturati domestikament. Il-GTĊ irrefera
sempliċement għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni dwar
kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni
tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi
tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) u ta’ wara aktar ’il fuq). Il-Kummissjoni
tinnota wkoll li l-Avviż Nru 176 jipprovdi għal perjodu tranżitorju
għax-xiri ta’ assi fissi eliġibbli u sabiex tintbagħat l-applikazzjoni
għall-ksib tal-benefiċċji sat-30 ta’ Ġunju 2009. Billi l-GTĊ
naqas milli jipprovdi informazzjoni dwar l-eliminazzjoni gradwali
tal-benefiċċji u minħabba li dawn il-benefiċċji, billi huma marbuta ma’ assi
fissi, jistgħu jiġu allokati maż-żmien u jkomplu fil-PI, il-Kummissjoni tibbaża
s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli
skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jiġifieri s-sejbiet
fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (302) Dan il-programm huwa kkunsidrat
bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii)
u b’hekk jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens
tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku
fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li
l-leġiżlazzjoni nnifisha li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita
l-aċċess tiegħu għal ċerti intrapriżi (FIEs) għax-xiri ta’ tagħmir mhux inkluż
fil-Katalgu ta’ tagħmir mhux eżentabbli. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ nuqqas
ta’ speċifiċità skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku minħabba li
ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà għal dan
il-programm u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika.
Barra minn hekk, il-programm huwa speċifiku wkoll fis-sens tal-Artikolu 4(4)(b)
tar-Regolament bażiku billi s-sussidju jiddependi aktar fuq l-użu ta’ oġġetti
domestiċi milli fuq dawk impurtati. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (303) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa
kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT rimborżat fuq ix-xiri ta’ tagħmir prodott
domestikament. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan
il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat fi proċediment preċedenti
CVD mill-UE, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni
tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret
għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija,
aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar
’il fuq. (304) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,04 % li
hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm
fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija. 3.3.6.3. Tnaqqis tal-VAT fuq assi fissi
fir-reġjun Ċentrali (a)
Deskrizzjoni (305) Dan il-programm ikopri
kontribwenti tal-VAT prinċipalment attivi f’ċerti industriji elenkati, fosthom
l-industrija metallurġika. Il-programm jistipula li l-kontribwenti tal-VAT
eliġibbli li jinsabu f’26 belt tal-bażijiet industrijali l-qodma
tar-reġjun ċentrali, li jagħmlu investimenti f’ċerti assi fissi, jistgħu
jnaqqsu l-ammont ta’ VAT imħallas fuq l-assi fissi mill-VAT totali pagabbli
tagħhom. (b)
Il-bażi legali (306) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm huma l-Avviż dwar il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni
Statali tat-Tassazzjoni li joħorġu l-Miżuri Interim għat-Twessigħ
tal-Kamp ta’ Applikazzjoni tat-Tpaċija għat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud
fir-Reġjun Ċentrali, Nru 75, 2007, l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u
l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar l-Implimentazzjoni Nazzjonali
tar-riforma tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Nru 170 [2008] tal-Ministeru
tal-Finanzi. (c)
Nuqqas ta' kooperazzjoni (307) Il-GTĊ sostna li dan
il-programm ġie tterminat bl-Avviż Nru 170 [2008] fl-1 ta’ Jannar 2009
u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi inklużi fil-kampjun għal informazzjoni
dwar kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm.
Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex
jipprovdi tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) u ta’ wara aktar ’il fuq).
Il-Kummissjoni tinnota li l-Avviż Nru 170 jgħid li l-benefiċċji relatati
mal-VAT għall-kumpaniji li jinsabu fir-Reġjun Ċentrali jintemmu fl-aħħar tal-2008
u jistgħu jiġu riportati biss sa Jannar 2009. Madankollu, dawn
il-benefiċċji, billi huma marbuta ma’ assi fissi, jistgħu jiġu allokati
maż-żmien u jkomplu fil-PI; barra minn hekk, l-Avviż jidher li jinkludi sistema
preferenzjali oħra tal-VAT għal dawk l-intrapriżi li jinsabu fir-Reġjun
Ċentrali, minn Jannar 2009, li tikkonsisti minn nofs ir-rati tal-VAT
applikabbli. Fin-nuqqas ta’ kjarifika mill-GTĊ dwar l-eliminazzjoni gradwali
tal-benefiċċji pendenti taħt dan il-programm jew dwar id-dettalji ta’ kwalunkwe
programm ta’ sostituzzjoni, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan
il-programm fuq l-evidenza disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28
tar-Regolament bażiku. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (308) Dan il-programm huwa kkunsidrat
bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii)
u għalhekk jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens
tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku daqs l-ammont tal-iffrankar ta’
VAT iġġenerat mit-tnaqqis fuq ix-xiri tal-assi fissi. Il-programm huwa
speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li
l-leġiżlazzjoni tillimita l-aċċess għal ċerti intrapriżi, jiġifieri
l-industriji li joperaw fis-setturi elenkati. Dan il-programm huwa speċifiku
wkoll skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat
għal ċerti żoni speċifikati, jiġifieri l-ibliet tal-bażijiet industrijali
l-qodma tar-Reġjun Ċentrali. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (309) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa
kkunsidrat bħala l-ammont ta’ ffrankar ta’ VAT iġġenerat mit-tnaqqis fuq
ix-xiri tal-assi fissi. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan
il-benefiċċju u billi diġà kien eżaminat programm komparabbli tal-VAT f’dan
il-proċediment, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni
tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret
fl-premessi (297) u (298). (310) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,89 %. 3.3.6.4. Privileġġi oħra tat-taxxa ta’
Ma'anshan (a)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (311) L-ilment elenka privileġġi
tat-taxxa mixxellanji mill-2008 sal-2010 li bbenefikaw minnhom produtturi
tal-OCS f’Ma'anshan u Wuhan, fosthom eżenzjonijiet mit-taxxa tal-belt
tal-manutenzjoni u l-kostruzzjoni, u imposti addizzjonali fuq il-fondi
tal-edukazzjoni. Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jipprovdilha informazzjoni
dwar dawn il-benefiċċji tat-taxxa. Il-GTĊ wieġeb li l-informazzjoni mitluba
kienet irrilevanti għall-investigazzjoni minħabba li l-ebda wieħed
mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien jinsab f’Ma'anshan.
Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni tagħha li l-GTĊ intalab
jissottometti informazzjoni wkoll dwar l-allegazzjonijiet ta’ sussidju
fir-rigward tal-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35)
aktar ’il fuq). (312) Fin-nuqqas ta’ informazzjoni
pprovduta mill-GTĊ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-privileġġi tat-taxxa
disponibbli f’Ma'anshan u Wuhan għandhom jitqiesu bħala sussidju fil-forma ta’
dħul mitluf mill-GTĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii). Huma jagħtu benefiċċju
lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku
billi jipprovdu ffrankar ta’ taxxa daqs id-differenza bejn it-taxxa mħallsa u
l-ammont ta’ taxxa normalment pagabbli fin-nuqqas ta’ dan il-programm.
Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament
bażiku billi huwa limitat għall-intrapriżi stabbiliti f’ċerti reġjuni jew
muniċipalitajiet speċifikati f’Ma'anshan. (b)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (313) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra
għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet
tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija fl-ilment. Skont l-Artikolu 7(2)
tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkolat kien ġie allokat fuq il-fatturat
totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq, minħabba li
s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax
b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew
ittrasportati. (314) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,08 %. 3.3.7. Programmi ta’ għotjiet (315) L-ilment allega li mis-sena 2005
sa ftit ilu (inkluża s-sena 2009) il-kumpaniji li jipproduċu l-prodott
ikkonċernat irċevew benefiċċji taħt diversi programmi u sottoprogrammi ta’
għotjiet. Ma jistax jiġi eskluż li l-pagamenti taħt dan il-programm għadhom
għaddejjin jew saru fuq bażi mhux rikorrenti b’rabta ma’ investiment kapitali u
għalhekk għad hemm benefiċċji kontinwi mhux amortizzati għalkollox matul
il-perjodu magħżul ta’ amortizzament fuq 15-il sena. Il-GTĊ intalab
jissottometti informazzjoni dwar dawn il-programmi iżda naqas milli jipprovdi
tweġiba utli dwar xi wieħed minn dawn il-programmi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ tweġibiet
mill-GTĊ dwar dawn l-aspetti kollha, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża s-sejbiet
tagħha fuq l-aħjar evidenza disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament
bażiku. 3.3.7.1. Il-programm China World Top
Brand (a)
Il-bażi legali (316) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm kif irrappurtati fl-ilment huma dawn li ġejjin: –
Iċ-Ċirkolari dwar it-Twettiq tal-Evalwazzjoni
tal-Prodotti li għandhom jiġu Rikonoxxuti bħala China World Top Brand, GZJH [2005]
Nru 95 –
L-Avviż Nru 5, 2005 tal-Kumitat ta’
Promozzjoni Ċiniż għall-Istrateġija Top Brand, li Jippromulga l-Lista taċ-China
Top Brand Products –
Iċ-Ċirkolari dwar l-applikazzjoni taċ-China
World Top Brands fl-2006, ZJZH [2006] Nru 11; –
L-Avviż Nru 6, 2006 tal-Kumitat ta’
Promozzjoni Ċiniż għall-Istrateġija Top Brand, li Jippromulga l-Lista taċ-China
Top Brand Products –
L-Avviż Nru 6, 2007 tal-Kumitat ta’
Promozzjoni Ċiniż għall-Istrateġija Top Brand, li Jippromulga l-Lista taċ-China
Top Brand Products –
Iċ-Ċirkolari dwar l-applikazzjoni taċ-China
World Top Brands fl-2008, ZJZH [2008] Nru 23; –
Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni taċ-Chinese
Top-Brand Products maħruġa mill-GTĊ (b)
Eliġibbiltà (317) Għall-benefiċċji ta’ dan
il-programm huma intitolati biss il-produtturi mogħtija l-isem ta’ "China
World Top Brand". L-ilment jirrapporta li numru ta’ prodotti tal-azzar
magħmula mill-kumpaniji tal-azzar soġġetti għal din l-investigazzjoni qed
jingħataw dan l-isem. (c)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (318) Minħabba n-nuqqas ta’
kooperazzjoni tal-GTĊ, is-sejbiet huma bbażati fuq l-informazzjoni preżenti
fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (319) Dan il-programm jipprovdi
kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ għotjiet, self taħt il-livell
tas-suq u inċentivi oħra, li jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’ fondi li
jagħti benefiċċju lill-benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u
l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. (320) Dan is-sussidju huwa speċifiku
fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li
l-leġiżlazzjoni tillimita l-aċċess għal ċerti intrapriżi biss, jiġifieri
l-intrapriżi li ntgħażlu bħala "China World Top Brand" għall-prodotti
tagħhom. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi stabbiliti
mill-awtorità tal-għoti fir-rigward tal-eliġibbiltà għal din l-iskema, li
mhijiex awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. (d)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (321) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienu deċiżjonijiet komparabbli tal-awtoritajiet
tal-Istati Uniti. Kif intqal qabel, meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu
bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni
jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema
inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat
li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod.
Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta' sussidju, ir-rata oriġinali
mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta' sussidju fil-każ
preżenti. (322) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpaniji kollha li
ma kkooperawx hija 0,13 % li hija l-medja aritmetika għal programmi simili
kif stabbilita fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-6 ta’ April 2009
dwar l-Aċidu Ċitriku u Ċerti Mluħa taċ-Ċitrat (Paġna Nru 6) (Ir-Reġistru
Federali Vol. 74, Nru 69, paġna 16836 / it-13 ta’ April 2009),
il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010
dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing (Paġna
Nru 29) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 98, paġna 28557
/ il-21 ta’ Mejju 2010), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar Ċerti Gradi
tal-Azzar (Paġna Nru 18) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 109,
paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010), il-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Marzu 2011 dwar
l-Estrużjonijiet tal-Aluminju (Paġna Nru 19) (Ir-Reġistru Federali
Vol. 76, Nru 64, paġna 18521 / l-4 ta’ April 2011)
u l-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-11 ta’ Ottubru 2011
dwar Pavimenti tal-Injam b’Ħafna Saffi (Paġna Nru 17) (Ir-Reġistru
Federali Vol. 76, Nru 201, paġna 64313 / it-18 ta’ Ottubru 2011).
Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati
Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’
benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik
użata mill-UE[76]. 3.3.7.2. Il-programm u s-sottoprogrammi
Famous Brands (Famous Brands ta’ Chongqing, Famous Brands tal-Provinċja ta’
Hubei, Famous Brands ta’ Ma'anshan, Top Brands tal-Provinċja ta’ Shandong,
Famous Brands ta’ Wuhan) (a)
Il-bażi legali (323) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm kif irrappurtati fl-ilment fir-rigward tas-sottoprogramm ta’
Shandong huma dawn li ġejjin: –
L-Avviż dwar l-Istampar u d-Distribuzzjoni
tal-Politiki tal-2003 għall-Inkoraġġiment u l-espansjoni tal-Esportazzjoni
tal-Kummerċ Barrani lejn Shandong, LWJMJCZ, [2003] Nru 180; –
Il-Politiki tal-2004 għall-Inkoraġġiment
tal-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni Ekonomika f’Shandong,
LWJMJCZ, [2003] Nru 1037; –
Il-Politiki tal-2005 għall-Inkoraġġiment
tal-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni Ekonomika f’Shandong; –
L-Avviż dwar l-Istampar u d-Distribuzzjoni
tal-Politiki tal-2006 għall-Inkoraġġiment tal-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani u
l-Kooperazzjoni Ekonomika f’Shandong, LCQ [2006] Nru 5. –
Il-Baġit Speċjali tal-Fond ta’ Għoti
għall-Iżvilupp tal-Marki li Jesportaw lilhom infushom, Lucaiqizhi, 2008,
Nru 75 (b)
Eliġibbiltà (324) Dan il-programm jagħti
benefiċċji lill-produtturi ta’ prodotti indikati bħala "Famous
Brands" u maħsuba għas-swieq tal-esportazzjoni. L-ilment jirreferi għal
numru ta’ produtturi tal-prodott ikkonċernat li bbenefikaw minn dan il-programm
tal-anqas sal-2009. (c)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (325) L-ilment jafferma li dan
il-programm ġie mfassal sabiex jippromwovi l-industriji domestiċi avvanzati u
jinkoraġġixxi l-esportazzjonijiet tal-prodotti tagħhom lejn is-swieq dinjija.
Il-qafas prinċipali ta’ dan il-programm huwa stabbilit fil-programm ċentrali, u
l-gvernijiet provinċjali u lokali jiżviluppaw il-programmi “famous brands”
tagħhom b’mod konsistenti mal-programm ċentrali sabiex jippromwovu
l-esportazzjoni tal-prodotti lokali. L-Istati Uniti kkuntestaw dan il-programm
tal-għotjiet fid-WTO (DS 387). Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati
Uniti kkumpensaw għal dan il-programm f’diversi proċedimenti msemmija
fl-ilment. Il-Kummissjoni kkumpensat ukoll għall-benefiċċji skont dan
il-programm fil-każ tal-Karta fina miksija[77]. (326) Il-programm “famous brands”
jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ self b’imgħax
issussidjat, finanzjament għall-R&D, u għotjiet ta’ flus
għall-esportazzjoni. Dawn l-inċentivi jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’
fondi li jagħti benefiċċju lill-benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. (327) Dan is-sussidju huwa speċifiku
skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni
tillimita l-aċċess biss għal dawk l-intrapriżi rikonoxxuti li jesportaw
prodotti indikati bħala “famous brands”. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas
apparenti ta’ kriterji u kundizzjonijiet oġġettivi għall-applikazzjoni ta’ dan
il-programm mill-awtorità tal-għoti, l-ispeċifiċità tinstab ukoll skont
l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. It-trattament preferenzjali
skont dan il-programm huwa speċifiku wkoll skont l-Artikolu 4(4)(a)
tar-Regolament bażiku minħabba li l-benefiċċji tiegħu jiddependu mill-andament
tal-esportazzjoni tal-prodotti “famous brand” rilevanti. (d)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (328) L-ammont
ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti
lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’
kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni
għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienu
deċiżjonijiet komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm)
tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Kif intqal qabel, meta l-ammonti ta’ sussidju
jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din
ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet
sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul
iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma
jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta'
sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala
l-ammont ta' sussidju fil-każ preżenti. (329) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpaniji kollha li
ma kkooperawx hija 0,13 % li hija l-medja aritmetika għal programmi simili
kif stabbilita fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-6 ta’ April 2009
dwar l-Aċidu Ċitriku u Ċerti Mluħa taċ-Ċitrat (Paġna Nru 6) (Ir-Reġistru
Federali Vol. 74, Nru 69, paġna 16836 / it-13 ta’ April 2009),
il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010
dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing (Paġna
Nru 29) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 98, paġna 28557
/ il-21 ta’ Mejju 2010), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar Ċerti Gradi
tal-Azzar (Paġna Nru 18) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 109,
paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010), il-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Marzu 2011 dwar
l-Estrużjonijiet tal-Aluminju (Paġna Nru 19) (Ir-Reġistru Federali
Vol. 76, Nru 64, paġna 18521 / l-4 ta’ April 2011)
u l-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-11 ta’ Ottubru 2011
dwar Pavimenti tal-Injam b’Ħafna Saffi (Paġna Nru 17) (Ir-Reġistru
Federali Vol. 76, Nru 201, paġna 64313 / it-18 ta’ Ottubru 2011).
Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati
Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’
benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik
użata mill-UE[78]. 3.3.7.3. Il-Fond Statali għal proġetti
teknoloġiċi ewlenin (a)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-Gvern taċ-Ċina (330) Fit-tweġiba tiegħu
għall-kwestjonarju, il-GTĊ sostna biss li dan il-programm ġie tterminat fl-2003
u li l-ebda wieħed mill-esportaturi fil-kampjun ma bbenefika minnu. Billi l-GTĊ
ma ssupplimenta din it-tweġiba bl-ebda evidenza sottostanti jew xi kjarifika
oħra, il-Kummissjoni tanalizza dan il-programm fuq il-bażi tal-fatti
disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (b)
Il-bażi legali (331) Il-bażijiet legali ta’ dan
il-programm li hemm referenza għalihom fl-ilment huma dawn li ġejjin: –
Iċ-Ċirkularijiet tal-Istat: Guojingmao Touzi
Nru 886 tal-1999, Guojingmao Touzi Nru 122 tal-1999, Guojingmao Touzi
Nru 1038 tal-1999, Guojingmao Touzi Nru 822 tal-2000 u –
Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Fond
Speċjali Nazzjonali tad-Dejn għal Proġetti Nazzjonali ta’ Rinnovazzjoni
Teknoloġika Ewlenin (c)
Eliġibbiltà (332) Skont il-kwotazzjonijiet
tal-bażi legali prinċipali inklużi fl-ilment, l-intrapriżi appoġġati skont dan
il-programm “għandhom jintgħażlu prinċipalment mill-intrapriżi possedenti
l-kbar tal-istat minn fost 512-il intrapriża, 120 grupp ta’ intrapriżi bi
prova u l-intrapriża prinċipali fl-industrija.” Hemm ukoll preferenza
ġeografika għall-intrapriżi li jinstabu fil-bażijiet industrijali l-qodma
fil-Grigal, fiċ-Ċentru u fil-Punent. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (333) Minħabba n-nuqqas ta’
kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni qiegħda tiddependi fuq l-elementi
inklużi fl-ilment u/jew fuq is-sorsi l-oħra msemmija fl-ilment[79]. (334) L-ilment jirrapporta li dan
il-programm fittex li jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-intrapriżi eliġibbli
sabiex jippromwovi: ir-rinnovazzjoni teknoloġika f’industriji, intrapriżi u
prodotti ewlenin; l-iffaċilitar tat-titjib fit-teknoloġija; it-titjib
tal-istruttura tal-prodotti; it-titjib fil-kwalità; iż-żieda fil-provvista;
l-espansjoni tad-domanda domestika; l-iżvilupp kontinwu u sod tal-ekonomija
tal-Istat. Skont l-ilment, il-fond għen 47 industrija tal-ħadid u l-azzar
fir-rigward ta’ investimenti li laħħqu RMB 75 biljun. L-awtoritajiet
tal-Istati Uniti kkumpensaw għal dan il-programm tal-anqas f’żewġ proċedimenti. (335) Il-programm jikkostitwixxi
sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ għotjiet
għall-akkwiżizzjoni ta’ assi fissi skont l-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku, li jagħti benefiċċju lill-benefiċjarju. Billi s-sussidju
huwa marbut ma’ assi fissi u jiġi allokat maż-żmien, ġie konkluż, fuq il-bażi
tal-fatti disponibbli, li dan il-benefiċċju kompla fil-PI. (336) Dan is-sussidju huwa speċifiku
fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-appoġġ huwa
limitat għal ċerti intrapriżi kbar tal-istat u intrapriżi possedenti tal-istat
fost 512-il intrapriżi ewlenija u 120 grupp ta’ intrapriżi pilota. Fejn
il-proġett jiffoka fuq kumpaniji li jinsabu f’reġjuni ġeografiċi speċifikament
indikati tal-bażi industrijali l-qadima fiż-żoni tal-Grigal, ċentrali u
tal-Punent, huwa speċifiku wkoll fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament
bażiku. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (337) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
lill-produtturi esportaturi kien deċiżjoni simili li ttieħdet mill-awtoritajiet
tal-Istati Uniti, jiġifieri l-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti
tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar Ċerti Prodotti ta’ Karbonju Bla
Saldaturi u Standard tal-Azzar Liga, Linji, u Pajpijiet tal-Pressa (Paġni
Nru 19) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 182, paġna 57444
/ il-21 ta’ Settembru 2010). (338) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma
kkooperawx hija 0,01 % li hija r-rata għal skema simili kif stabbilita fid-deċiżjoni
tal-Istati Uniti msemmija fil-premessa preċedenti. 3.3.7.4. Programmi għar-rifużjoni
tat-tariffi legali antidumping (a)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ (339) L-ilment irrefera għal diversi
investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet[80]
tal-Istati Uniti u l-Kummissjoni (il-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija)
li sabu bħala kumpensatorji diversi programmi provinċjali li bihom 40 %
tat-tariffi legali għall-parteċipazzjoni ta’ kumpanija fi proċediment
antidumping tħallsu lura mill-uffiċċju finanzjarju lokali. Billi l-GTĊ ma
weġibx għall-mistoqsijiet dwar dan il-programm, fejn sostna biss li
l-esportaturi inklużi fil-kampjun ma kinux ibbenefikaw minnu, il-Kummissjoni
tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-evidenza disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28
tar-Regolament bażiku. (b)
Il-bażi legali (340) Skont l-ilment u d-deċiżjoni
tal-Kummissjoni dwar il-Karta Fina Miksija (il-premessa (193)), il-bażi
legali ta’ dan il-programm hija din li ġejja: –
Ir-Regoli għall-Implimentazzjoni tal-Politika ta’
Sostenn tal-Antidumping, Kontra s-sussidju, Rispondent tal-investigazzjoni ta’
Salvagwardja (c)
Eliġibbiltà (341) Dan il-programm huwa
disponibbli għall-kumpaniji involuti fl-investigazzjonijiet antidumping u li
jaħdmu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Ministeru tal-Kummerċ u
l-awtoritajiet provinċjali. (d)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (342) Dan il-programm jikkostitwixxi
sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment
dirett ta’ fondi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku
sabiex ikopri t-tariffi legali fi proċedimenti antidumping u jagħti benefiċċju
fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa
speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u (c) tar-Regolament bażiku minħabba li
huwa limitat għal ċerti intrapriżi li huma soġġetti għal proċedimenti
antidumping barranin. Barra minn hekk, dan il-programm huwa speċifiku wkoll
fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat
għal ċerti intrapriżi rreġistrati fir-reġjuni ġeografiċi indikati rregolati
mill-awtoritajiet provinċjali rilevanti li jimplimentaw dan il-programm. (e)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (343) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni
ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat fi proċediment
preċedenti kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aktar sors
xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi
esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret għal dan il-programm
fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija, aġġustat kif xieraq u fejn
ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq. (344) Ir-rata tas-sussidju stabbilita
b’dan il-mod għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,01 % fuq
il-bażi tas-sejbiet dwar il-Karta Fina Miksija[81]. 3.3.8. Ix-xiri ta’ oġġetti mill-Gvern
għal rimunerazzjoni ogħla minn dik adegwata (345) L-ilment kien jinkludi evidenza
li l-GTĊ kien xtara mingħand l-SOEs prodotti tal-azzar li kienu manifatturati
minn produtturi tal-OCS. L-ilment irrefera għax-xiri mill-GTĊ ta’ għadd ta’
prodotti tal-azzar, inkluż folja miksija bil-kulur, kojls ta’ folji llaminati
bis-sħana, folji llaminati bil-kesħa, medium plates, folja ggalvanizzata u
ħafna oħrajn. L-ilment wera li l-prezz għax-xiri ta’ dawn il-prodotti mill-SOEs
kien stabbilit b’referenza għal elementi u/jew valuri referenzjarji differenti,
u li kien hemm limiti massimi jew aġġustamenti fil-prezzijiet skont il-prodotti
differenti u skont jekk it-tranżazzjoni kinitx tikkonċerna partijiet relatati. (346) Il-GTĊ wieġeb b’referenza
għall-argumenti ġenerali mressqa f’dan l-ilment dwar l-SOEs, jiġifieri li ma
kienx intwera li l-SOEs li xtraw dawn il-prodotti tal-azzar kienu korpi
pubbliċi skont it-tifsira tal-Ftehim WTO SCM u li kien impossibbli għall-GTĊ li
jiġbor dejta dwar it-tranżazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ entitajiet mhux
magħrufa. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-ilment ma rrefera għall-ebda xiri ta’ prodotti
li kien jinvolvi lill-esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni tirreferi
għall-konklużjonijiet tagħha dwar l-akkwirenti tal-OCS u ta’ prodotti oħrajn
tal-azzar li huma SOEs (il-premessi (49) – (73) aktar ’il fuq) u għat-talba
lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni wkoll dwar l-esportaturi li mhumiex
inklużi fil-kampjun (ara l-premessi (34) u (35) aktar ’il fuq). Minħabba
n-nuqqas ta’ informazzjoni ulterjuri pprovduta mill-GTĊ dwar dan il-programm,
il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli
fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (347) Fejn il-prezzijiet huma ogħla
mill-prezzijiet tas-suq u jiġi konferit benefiċċju mill-Istat fuq il-produtturi
tal-OCS permezz tal-SOEs akkwirenti, dan il-programm huwa kumpensatorju skont
l-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku.
Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll li l-allegazzjoni tal-ilment li ma jeżisti
ebda prezz privat kredibbli fis-suq minħabba l-predominanza tas-settur pubbliku
fis-suq tal-azzar ġiet ikkonfermata mill-investigazzjoni, minħabba li l-SOEs
għandhom sehem predominanti fis-suq tal-azzar fiċ-Ċina mill-inqas fir-rigward
tal-azzar illaminat bis-sħana u l-azzar illaminat bil-kesħa (ara l-premessi
minn (76) sa (79)). Dan is-sussidju huwa speċifiku wkoll fis-sens
tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat biss għal
entitajiet magħżula b’parteċipazzjoni mill-Istat fis-settur tal-azzar.
Madankollu, il-kumplessità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u tal-kuntratti
sottostanti, flimkien man-nuqqas tad-dettalji meħtieġa fir-reġistru, ma
ppermettietx lill-Kummissjoni li tasal għal konklużjoni definittiva dwar dan
il-programm. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix tivvaluta dan
il-programm. 3.3.9. Programmi reġjonali oħrajn (a)
Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ (348) Il-Gvern taċ-Ċina wieġeb li
billi ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma kien jinsab fiż-żoni
tal-applikazzjoni tal-programmi reġjonali inklużi f’din it-taqsima,
l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni kienet irrilevanti
għall-investigazzjoni. Minħabba r-rilevanza ta’ din l-informazzjoni għall-investigazzjoni
(ara l-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq), fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-GTĊ,
il-Kummissjoni qiegħda tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar il-programmi reġjonali
kollha msemmija f’din it-taqsima fuq il-fatti disponibbli fil-fajl skont
l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. 3.3.9.1. Sussidji pprovduti fiż-Żona
Ġdida ta’ Tianjin Binhai u fiż-Żona ta’ Żvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta’
Tianjin (a)
Il-bażi legali (349) Il-bażi legali tal-iskema ta’
Deprezzament Aċċellerat hija ċ-Ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi u
tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar il-Politiki Preferenzjali
Relatati mat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Intrapriżi għas-Sostenn tal-Iżvilupp u l-Ftuħ
ta’ Binhai ż-Żona l-Ġdida ta’ Tianjin. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (350) L-ilment allega li l-programm
huwa maħsub biex jippromwovi l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tax-xjenza u
t-teknoloġija fiż-Żona l-Ġdida ta’ Tianjin Binhai (TBNA) u fiż-Żona tal-Iżvilupp
Teknoloġiku u Ekonomiku ta’ Tianjin (TETDA) u jibni sistema ta’ rinnovazzjoni
tax-xjenza u t-teknoloġija u l-kapaċitajiet tas-servizz. Skont l-ilment,
il-benefiċċji finanzjarji f’dan il-programm ingħataw mill-Fond tax-Xjenza u
t-Teknoloġija u mill-Programm ta’ Deprezzament Aċċellerat. Dawn il-benefiċċji
għandhom ikunu limitati għall-intrapriżi stabbiliti fil-ġurisdizzjoni
tal-Kumitat Amministrattiv tat-TBNA, inklużi kumpaniji li jipproduċu/jesportaw
il-prodott ikkonċernat. L-ilment irrefera għad-deċiżjoni meħuda
mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fil-proċediment kumpensatorju dwar ċerti
prodotti ta’ karbonju bla saldaturi u standard tal-azzar liga, linji u
pajpijiet tal-pressa mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li sab dan il-programm
bħala wieħed kumpensatorju[82]. (351) Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni
mill-GTĊ, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar dan il-programm fuq
l-aqwa informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku
fl-ilment u fid-deċiżjoni msemmija mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. (352) Dan il-programm jagħti
benefiċċju mhux rikorrenti lill-kumpaniji benefiċjarji fil-forma ta’ għotjiet
mill-Fond tax-Xjenza u t-Teknoloġija fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku (trasferiment dirett ta’ fondi) u fil-forma ta’ dħul
mitluf skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku fir-rigward
tal-Programm ta’ Deprezzament Aċċellerat. (353) Is-sussidji mill-Fond
tax-Xjenza u t-Teknoloġija u mill-Programm ta’ Deprezzament Aċċellerat huma
speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku billi huma
limitati għal ċerti intrapriżi li jinsabu f’reġjuni denominati ġeografikamenti
(jiġifieri t-TBNA u/jew it-TETDA). (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (354) L-ammont tas-sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
lill-produtturi esportaturi kien deċiżjoni kumparabbli li ttieħdet
mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, jiġifieri l-Memorandum tad-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar Ċerti Prodotti
ta’ Karbonju Bla Saldaturi u Standard tal-Azzar Liga, Linji, u Pajpijiet
tal-Pressa (Paġni Nru 20 u 21) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75,
Nru 182, paġna 57444 / il-21 ta’ Settembru 2010).
Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti,
huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju
mill-programmi fiskali u ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik
użata mill-UE[83]. (355) Ir-rata tas-sussidju totali
stabbilita għal dan il-għan matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ta’ 0,61 %, li tikkorrespondi għar-rata akkumulata għall-iskemi
kkonċernati kif stabbilita fid-deċiżjoni msemmija fil-premessa preċedenti. 3.3.9.2. Programmi relatati mar-Reġjun
tal-Grigal Il-Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal (a)
Il-bażi legali (356) Il-bażi legali hija ċ-Ċirkulari
tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa tal-Istat dwar
l-Istampar u t-Tqassim tar-Regolamenti dwar Kwistjonijiet Rilevanti f’dak li
għandu x’jaqsam mal-Espansjoni tal-Kamp ta’ Applikazzjoni tat-Tnaqqis tal-VAT
fiż-Żoni tal-Grigal, li ġiet ippubblikata fl-14 ta’ Settembru 2004.
(b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (357) L-ilmentatur afferma li l-GTĊ
stabbilixxa l-Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal fl-2003 bil-għan li
jerġa’ jagħti l-ħajja lill-bażi industrijali l-antika tal-Belt ta’ Dalian u
t-tliet Provinċji fil-Grigal ta’ Liaoning, Jilin u Heilongjiang, li jagħmlu
parti miċ-ċentru tradizzjonali tal-industrija tal-azzar taċ-Ċina. Skont
l-ilment, il-GTĊ ħoloq bank speċjali, il-Bank tar-Rivitalizzazzjoni tal-Grigal
(Northeast Revitalisation Bank - NRB) taħt il-kontroll tal-Kunsill tal-Istat
b’mandat li jiffinanzja l-appoġġ għar-rivitalizzazzjoni taċ-ċentru industrijali
kkonċentrat u antik tal-Grigal. (358) L-ilment
irrefera wkoll għas-sussidji pprovduti minn dan il-programm mill-Bank
tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni taċ-Ċina (“ExIm Bank”) permezz tal-fergħa
tiegħu f’Dalian għal ammont totali ta’ RMB 5 biljun fi kreditu
tal-esportazzjoni u “kreditu bi prezz baxx” ieħor fil-valur ta’ RMB 150 miljun
iffrankati mill-intrapriżi lokali minn Novembru 2003. L-ilment irrapporta
wkoll li s-self ġie estiż ukoll għal dawk l-intrapriżi mingħajr kredibbiltà
kreditizja sabiex itejbu l-kompetittività tal-SOEs f’diffikultà, li gawdew minn
aċċess sproporzjonat għal riżorsi finanzjarji minkejja li għandhom l-ogħla
sehem ta’ self improduttiv fil-pajjiż. (359) Fin-nuqqas
ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar dan
il-programm fuq l-informazzjoni inkluża fl-ilment u fil-Memorandum
tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar
Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Line
Pipe) (Paġni 21 u 22) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227,
paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008), aġġustata kif xieraq
u jekk ikun hemm bżonn kif inhu msemmi fil-premessa (252) aktar 'il fuq. (360) Dan il-programm jagħti vantaġġ
lill-kumpaniji benefiċjarji fil-forma ta’: (i) għotjiet bħala sussidji fuq
l-imgħax tal-esportazzjoni; (ii) rifużjonijiet tal-VAT għax-xiri ta’ assi
fissi. (361) Fir-rigward ta’ (i) is-sussidji
fuq l-imgħax tal-esportazzjoni, l-għoti ta’ sussidji fuq l-imgħax
jikkostitwixxi sussidju fil-forma ta’ għotja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku. Id-deċiżjoni tal-Istati Uniti tirreferi għal dan
il-programm bħala "Il-Fond għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani"
minflok bħala l-"Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal", kif
issemma wkoll fl-ilment. Dan il-programm huwa ġestit mill-awtoritajiet
provinċjali ta’ Liaoning (jiġifieri l-Uffiċċju Provinċjali ta’ Liaoning
għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali Barranija u d-Dipartiment
tal-Finanzi ta’ Liaoning). Il-proġetti eliġibbli jinkludu dawk imwettqa
mill-intrapriżi esportaturi bil-għan li, fost l-oħrajn, itejbu l-kompetittività
tal-bażi tal-esportazzjoni tagħhom u jesploraw is-swieq internazzjonali.
Minħabba li dawn l-għotjiet jiddependu mill-andament tal-esportazzjoni, dan
il-programm huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. (362) Fir-rigward ta’ (ii)
ir-rifużjonijiet tal-VAT, għax-xiri ta’ assi fissi, huma jikkostitwixxu
sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-Istat skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii)
tar-Regolament bażiku. Dan il-programm jistabbilixxi li l-kontribwenti tal-VAT
ta’ ċerti industriji jistgħu jnaqqsu l-VAT għax-xiri ta’ assi fissi mill-VAT
għall-bejgħ ta’ prodotti lesti. Dan it-tnaqqis tal-VAT huwa limitat għal dawk
l-intrapriżi li jinsabu fir-reġjun tal-Grigal u għalhekk huwa speċifiku fuq
livell reġjonali fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku. (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (363) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh
fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. (364) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
totali stabbilita b’dan il-mod għall-Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal
matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,18 %, li
tikkorrespondi għar-rata akkumulata għall-għotjiet u r-rifużjonijiet tal-VAT
mogħtija mill-Programm tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani kif
stabbilit fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008
dwar Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Line
Pipe) (Paġni 21 u 22) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227,
paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward
tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li
l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi
simili hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[84]. Sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni (a)
Il-bażi legali (365) Il-bażi legali hija l-Miżuri
Amministrattivi Provviżorji dwar l-Għajnuna Finanzjarja fuq l-imgħax
tal-Esportazzjoni tat-Tagħmir għall-Manifattura tal-Prodotti u Prodotti
tat-Teknoloġija Avvanzata tal-Provinċja ta’ Liaoning, li ġew stabbiliti fis-16 ta’ Diċembru 2004. (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (366) L-ilment allega li dan
il-programm jipprovdi għajnuna lill-kumpaniji sabiex jespandu l-esportazzjoni
ta’ prodotti tat-teknoloġija avvanzata u jappoġġa l-iżvilupp tal-intrapriżi li
jinsabu fil-Provinċja ta’ Liaoning. Il-programm huwa ġestit mill-Uffiċċju Provinċjali
ta’ Liaoning għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali Barranija,
mid-Dipartiment tal-Finanzi ta’ Liaoning u mill-Kummissjoni Ekonomika
tal-provinċja ta’ Liaoning. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu li dan
il-programm kien kumpensatorju fid-deċiżjoni msemmija fuq dwar il-Pajp
tal-Linja (ara l-premessa (359)). (367) Dan il-programm jagħti
benefiċċju fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ li jintużaw
sabiex jitħallas l-imgħax fuq is-self mill-banek fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku. Self għall-esportazzjoni jfisser self għal perjodu ta’
żmien qasir miksub mill-intrapriżi li jipproduċu prodotti ta’ teknoloġija
avvanzata u tagħmir għall-manifattura tal-prodotti fil-provinċja minn banek u
istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji minħabba n-nuqqas ta’ fondi meħtieġa
għall-produzzjoni u l-operat bejn id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni
tal-prodotti u meta jsir il-ħlas. L-intrapriżi eliġibbli għandu jkollhom valur
annwali tal-esportazzjoni ta’ aktar minn $ 1 miljun u jkunu esportaw
prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-“Katalogu tal-Esportazzjoni
ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata miċ-Ċina” jew fil-kamp ta’ applikazzjoni
tat-tagħmir għall-manifattura tal-prodotti. Għalhekk, dan il-programm huwa speċifiku
skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat għal
dawk l-intrapriżi li jissodisfaw dawn il-kriterji. Dan il-programm jiddependi
wkoll mill-andament tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 4(4)(a)
tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-programm huwa speċifiku fuq livell
reġjonali fis-sens tal-Artikolu 4(3) minħabba li huwa limitat
għall-intrapriżi li jinsabu fir-reġjun denominat ġeografikament fil-Grigal
taċ-Ċina. (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (368) L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju
jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li
jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor,
l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh
fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. (369) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita b’dan il-mod matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ta’ 0,43 %, li tikkorrispondi għar-rata tal-iskema tas-sussidji fuq
l-imgħax tal-esportazzjoni kif stabbilita fil-Memorandum tad-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar Pajp tal-Linja
tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġna
Nru 23) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961
/ l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjoni
mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata
għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi simili hija
sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[85]. Self għall-esportazzjoni (a)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (370) L-ilment jirreferi
għall-programm preċedenti tas-sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni, li huwa
eliġibbli biss b’rabta mas-"self għall-esportazzjoni" pendenti.
L-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu wkoll li dan il-programm kien
kumpensatorju fid-deċiżjoni dwar il-Line Pipe. (371) Il-bażi legali hija l-“Miżuri
Amministrattivi Provviżorji dwar l-Għajnuna Finanzjarja fuq l-imgħax
tal-Esportazzjoni tat-Tagħmir li Jimmanifattura l-Prodotti u Prodotti
tat-Teknoloġija Avvanzata tal-Provinċja ta’ Liaoning”, li ġew stabbiliti fis-16 ta’ Diċembru 2004. (372) Dan il-programm jikkostitwixxi
benefiċċju fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ fis-sens
tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Is-sussidju jagħti
benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku ugwali
għad-differenza bejn dak li jħallsu l-benefiċjarji u l-ammont li kienu jħallsu
għal self kummerċjali komparabbli fin-nuqqas tal-programm. Dan is-self huwa
pprovdut mill-gvern permezz tal-banek politiċi tiegħu u l-SOCBs tiegħu (ara
l-analiżi fil-premessi (157) – (180) aktar ’il fuq). Dan is-self
għall-esportazzjoni huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament
bażiku minħabba li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni, kif ukoll skont
l-Artikolu 4(3) minħabba li huwa limitat għal dawk l-intrapriżi li jinsabu
f’reġjun li huwa ġeografikament denominat fiċ-Ċina. (b)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (373) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh
fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. (374) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 1,05 %,
li tikkorrespondi għall-ogħla waħda mir-rati għall-iskema ta’ self
għall-esportazzjoni kif stabbilita fil-Memorandum tad-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar Pajp tal-Linja
tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Iwweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġna
Nru 23) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961
/ l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjoni
mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata
għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi simili hija
sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[86]. Għotjiet tal-Provinċja ta’ Liaoning –
Il-Programm “Five Point One Line” (a)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (375) L-ilment jgħid li l-programm
"Five Points, One Line Coastal Belt" kien introdott fil-21 ta’ Jannar 2006
mill-Gvern Provinċjali ta’ Liaoning. Il-gvern ta’ Liaoning jipprovdi sussidji
għal ċerti intrapriżi li jinsabu fiż-żona. L-ewwel prijorità tingħata lil dawk
l-intrapriżi stabbiliti fil-ħames żoni ewlenin bħala bażijiet tal-manifattura għall-esportazzjoni.
It-trattament preferenzjali jinkludi għadd ta’ benefiċċji, inkluża rata ta’
taxxa mnaqqsa fuq id-dħul ta’ 15 % għal dawk l-intrapriżi li huma
ċċertifikati bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata; eżenzjoni ta’ taxxa
fuq id-dħul għal intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata “b’investiment
domestiku”; prijorità għas-sussidji fuq l-imgħax; privileġġi fil-ġestjoni
ekonomika; u eżenzjonijiet mill-ħlasijiet dovuti lill-gvern. Skont l-ilment,
iċ-China Development Bank (CDB), li huwa bank politiku tal-Istat, ipprovda self
preferenzjali b’dan il-programm. (376) L-awtoritajiet tal-Istati Uniti
sabu li dan il-programm kien kumpensatorju fid-deċiżjoni msemmija fuq dwar
il-Line Pipe. (377) Il-bażi legali ta’ dan
il-programm hija l-“Opinjoni tal-Provinċja ta’ Liaoning li Tinkoraġġixxi
l-Espansjoni tal-Liberalizzazzjoni f’Żoni Kostali Ewlenin li Qegħdin
Jiżviluppaw.” Il-Kummissjoni tar-Riforma u l-Iżvilupp ta’ Liaoning u l-Uffiċċju
tal-Finanzi ta’ Liaoning jiġġestixxu s-sussidji fuq l-imgħax, filwaqt li l-Park
Industrijali ta’ Huludao Beigang, l-Industrija u l-Awtorità tal-Kummerċ
jamministraw l-eżenzjonijiet mill-ħlasijiet previsti f’dan il-programm. (378) Dan il-programm jipprovdi
vantaġġi finanzjarji fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ fis-sens
tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u/jew dħul mitluf jew mhux
miġbur fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dawn
is-sussidji jikkostitwixxu benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament
bażiku ugwali għall-ammont tal-għotja u/jew għall-eżenzjonijiet
mit-taxxa/mill-ħlasijiet dovuti. Dawn is-sussidji huma speċifiċi fis-sens
tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li huma limitati għal
ċerti intrapriżi li jinsabu fil-ġurisdizzjoni nnominata tal-awtorità Provinċjali
ta’ Liaoning. L-ewwel prijorità għall-għoti ta’ dawn is-sussidji tingħata lil
dawk l-intrapriżi li huma stabbiliti fil-ħames żoni ewlenin bħala bażijiet ta’
manifattura għall-esportazzjoni u, għalhekk, tali sussidji huma speċifiċi
wkoll, skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, sa fejn jiddependu
mill-andament tal-esportazzjoni. (b)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (379) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh
fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. (380) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,30 %,
li tikkorrespondi għar-rata stabbilita għal din l-iskema fil-Memorandum
tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar
il-Pajp tal-Lajn tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Iwweldjat għat-Tond (Line
Pipe) (Paġna Nru 23) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227,
paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward
tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa
nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju
mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[87]. 3.3.9.3. Għotjiet mill-Programm
tax-xjenza u t-teknoloġija tal-Provinċja ta’ Jiangsu (a)
Il-bażi legali (381) Il-bażi legali ta’ dan
il-programm hija l-Miżuri Amministrattivi fuq il-Pjattaforma ta’ Servizzi
Pubbliċi tax-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ Jiangsu (Sukeji (2006) Nru. 102;
Sucaijiao (2006) Nru 22). (b)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (382) L-ilment jgħid li dan
il-programm jipprovdi, fost l-oħrajn, għotjiet lil ċerti intrapriżi.
Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-Gvern taċ-Ċina ddikjara li ebda
kumpanija inkluża fil-kampjun ma użat jew ibbenifikat minn dan il-programm.
Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti li l-GTĊ kien mistenni jipprovdi
tweġibiet sħaħ anki għal mistoqsijiet li jikkonċernaw kumpaniji mhux inklużi
fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Barra minn hekk,
il-Kummissjoni tinnota li l-ilment jelenka bħala benefiċjarji potenzjali kemm
dawk il-kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjun kif ukoll produtturi tal-OCS
oħrajn li ma ġewx inklużi fil-kampjun li jinsabu fiż-żona ta’ applikazzjoni
rilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti
disponibbli fir-reġistru skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u,
b’mod partikolari, fuq l-informazzjoni inkluża fl-ilment u s-sejbiet
mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti li għamlu dan il-programm kumpensatorju
fid-deċiżjoni li tikkonċerna s-Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit
tal-Prestressing mir-Repubblika Poplolari taċ-Ċina[88]. (383) Il-vantaġġi finanzjarji
mogħtija fil-forma ta’ għotjiet jipprovdu kontribuzzjoni fis-sens
tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Dawn is-sejbiet huma
speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba, li
jidher li ma hemmx kriterji oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw
l-eliġibbiltà għall-benefiċċji minn din l-iskema (kif inhu sti’ulat
fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament) u, abbażi tal-fatti disponibbli,
jidher li ma ġietx eżerċitata diskrezzjoni mid-Dipartiment ta’ Jiangsu
tax-Xjena u t-Teknoloġija b’mod oġġettiv. (c)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (384) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien
ieħor, l-aktar sors xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju
għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh
fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. (385) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita b’dan il-mod matul il-PI għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
hija ta’ 0,01 %, li tikkorrespondi għar-rata stabbilita għal din l-iskema
fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010
dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing (Paġna
Nru 35) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 98, paġna 28557
/ il-21 ta’ Mejju 2010). Fir-rigward tal-investigazzjonijiet
imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija
użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija
sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-UE[89]. 3.3.9.4. Għotjiet mill-Programm
tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Provinċja ta’ Hebei (a)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (386) L-ilment jirreferi għal żewġ
għotjiet ipprovduti mill-programm tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-provinċja ta’
Hebei lil produttur tal-OCS fl-2009 skont dan il-programm għal ammont ta’
RMB 700 000 u RMB 2 080 000. Fit-tweġiba tiegħu
għall-kwestjonarju, il-Gvern taċ-Ċina ddikjara li l-ebda waħda mill-kumpaniji
inklużi fil-kampjun ma kienet stabbilita f’Hebei u, għalhekk, l-informazzjoni
mitluba kienet irrilevanti għall-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti
tagħha li l-GTĊ kellu jipprovdi tweġibiet sħaħ anki dwar il-kumpaniji li ma
ġewx inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk,
is-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq il-fatti disponibbli (f’dan il-każ
l-ilment) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (387) Il-vantaġġi finanzjarji
pprovduti minn dan il-programm fil-forma ta’ għotjiet jikkostitwixxu sussidji
minħabba li jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku. Huma jikkostitwixxu benefiċċju skont l-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku ugwali għall-ammont tal-għotjiet. Dawn is-sussidji huma
speċifiċi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li jiġu
pprovduti biss lil dawk il-kumpaniji li jinsabu fil-provinċja ta’ Hebei. (b)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (388) L-ammont ta’ sussidju
kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji,
li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra
għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet
tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija fl-ilment. Skont l-Artikolu 7(2)
tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkolat kien ġie allokat fuq
il-fatturat totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq,
minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma
ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew
ittrasportati. (389) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija waħda negliġibbli
(inqas minn 0,01 %). 3.3.10. Sussidji ad hoc (a)
Is-sejbiet tal-investigazzjoni (390) L-ilment elenka għadd ta’
sussidji ad hoc li allegatament ingħataw lil ċerti produtturi tal-OCS,
kemm SOEs kif ukoll intrapriżi privati. Dawn is-sussidji kienu għotjiet jew
inkella eżenzjonijiet jew tnaqqis ieħor tat-taxxa, fost l-oħrajn, sabiex jiġu
ffinanzjati proġetti jew assi partikolari. Huma ngħataw fil-kuntest
tal-politika strateġika ġenerali għat-tisħiħ tal-industrija tal-azzar. (391) Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ
sabiex jipprovdi informazzjoni dwar dawn is-sussidji ad hoc. Il-GTĊ
wieġeb li l-allegazzjonijiet fl-ilment kienu bbażati fuq kwotazzjonijiet
mir-rapporti annwali u kien jidher li l-ebda waħda minnhom ma kienet
tikkonċerna kumpaniji inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-GTĊ ikkonkluda li ma
kienx hemm bżonn li jiġu indirizzati l-allegazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet
speċifiċi dwar provinċji u kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk,
il-GTĊ reġa’ tenna wieħed mill-kummenti ġenerali tiegħu li s-sempliċi elenkar
ta’ ċerti tranżazzjonijiet bħala “sussidji” f’rapport annwali ta’ kumpanija ma
jistax jitqies bħala evidenza biżżejjed sabiex tiġi mnedija investigazzjoni
dwarhom minħabba li huwa "ma jikkostitwixxix biżżejjed evidenza prima
facie skont l-Artikolu 11.2 tal-Ftehim WTO SCM". (392) Il-Kummissjoni tirreferi
għall-argumenti tagħha fejn spjegat għaliex il-GTĊ intalab jissottometti
informazzjoni wkoll dwar l-allegazzjonijiet ta’ sussidju fir-rigward
tal-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq).
Il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dawn is-sussidji ad hoc fuq
il-fatti disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (393) Is-sussidji ad hoc
elenkati fl-ilment jikkostitwixxu sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i)
tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ trasferiment dirett tal-fondi fir-rigward
tal-għotjiet u trasferimenti simili ta’ riżorsi u, skont it-tifsira
tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul mitluf
għad-diversi eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi u/jew ħlasijiet dovuti
f’livell ċentrali, provinċjali jew muniċipali. Il-Kummissjoni tinnota li
r-rapporti annwali tad-diversi produtturi tal-OCS innifishom jirreferu għal
dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala “sussidji”. Mal-ewwel daqqa
t’għajn, uħud minn dawn is-sussidji jidhru li huma speċifiċi de jure jew de
facto, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku minħabba li,
fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, huma jitqiesu bħala li ngħataw lil numru
limitat ta’ kumpaniji tal-azzar fis-settur tal-azzar imħeġġeġ, u/jew minħabba
l-mod kif ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet awtorizzanti
għall-għoti tagħhom. Barra minn hekk, uħud minn dawn is-sussidji jidhru li huma
speċifiċi wkoll skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li
l-aċċess għalihom kien limitat għal ċerti intrapriżi li jinsabu f’reġjuni
ġeografikament denominat fit-territorju ta’ provinċja partikolari. (b)
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju (394) Il-Kummissjoni studjat
bir-reqqa l-informazzjoni disponibbli fir-reġistru dwar kull wieħed minn dawn
is-sussidji ad hoc għad-diversi produtturi tal-OCS. Il-Kummissjoni sabet
li wħud minn dawn is-sussidji ma jfixklux il-kummerċ u/jew jagħtu ammonti
relattivament żgħar lill-produtturi tal-OCS. B’kuntrast ma’ dan, hemm ukoll
numru ta’ sussidji speċifiċi li jidhru li jagħtu ammonti sinifikanti ta’
sussidji lill-produtturi tal-OCS. Fid-dawl ta’ dan u tal-informazzjoni preżenti
fil-fajl, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li d-dazju kumpensatorju
applikabbli jiġi kkalkolat b’referenza għall-medja sempliċi li tirriżulta
mill-għotjiet u l-programmi tat-taxxa kumpensatorji f’dan il-proċediment
minkejja n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi rilevanti
tal-OCS. (395) Għalhekk, ir-rata tas-sussidju
stabbilita għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,5 %. 3.4. Il-kummenti tal-partijiet wara
l-iżvelar definittiv (396) Il-GTĊ, produttur esportatur
wieħed inkluż fil-kampjun (Zhejiang Huadong) u l-ilmentatur provdew il-kummenti
tagħhom wara l-iżvelar definittiv. 3.4.1. Il-kummenti tal-GTĊ wara
l-iżvelar definittiv (397) Fid-dawl tal-għadd
tal-argumenti f’ħafna dettall li ppreżenta l-GTĊ u l-fatt li jkun
imprattikabbli (anki minħabba l-preżenza ta’ ċerta informazzjoni kunfidenzjali)
li jiġu inklużi kollha f’dan ir-regolament, il-Kummissjoni spjegat b’mod
bilaterali bil-miktub lill-GTĊ l-elementi legali u fattwali kollha li
jenfasizzaw iċ-ċaħda ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. 3.4.1.1. Kwistjonijiet proċedurali (398) F’numru ta’ argumenti minn
tiegħu dwar it-tnedija tal-investigazzjoni, il-GTĊ deher li kien qed
jikkunsidra r-rapport tal-panil tal-GOES[90] bħala influwenti fl-interpretazzjoni ta’
ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim SCM u r-Regolament Bażiku tal-UE. Pereżempju,
il-GTĊ jgħid li ċerti dubji "tneħħew” mill-panil tal-GOES[91]. Filwaqt li l-Kummissjoni nnutat is-sejbiet
tal-panil f’dan u taqbel ma’ għadd ta’ konklużjonijiet tiegħu, dawn is-sejbiet
ma jemendawx t-Trattat rilevanti jew il-lingwaġġ leġiżlattiv, notevolment
l-Artikoli 11.2 u 11.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji jew
l-Artikoli 9(2) u 9(3) tar-Regolament bażiku dwar is-CVD, li huma
rilevanti u vinkolanti għall-Kummissjoni fil-proċedimenti kontra s-sussidji
kollha. (399) Il-GTĊqal li l-Kummissjoni qed tikser l-Artikolu 11.2
tal-Ftehim SCM (ASCM) billi nediet din l-investigazzjoni abbażi ta’ lment li ma
kellu l-ebda evidenza dwar “l-eżistenza, l-estent u l-effett ta’ kwalunkwe
(/kull) sussidju allegat” u għaldaqstant il-Kummissjoni kienet kisret l-obbligu
tagħha skont l-Artikolu 11.3 biex tirrevedi l-preċiżjoni u l-adegwatezza
tal-evidenza.
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Ir-referenza tal-GTĊ għall-“eżistenza, l-estent
u l-effett” tas-sussidju hija kwotazzjoni mill-Artikolu 11.1 tal-ASCM u
tiddeskrivi l-għan ta’ investigazzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan
mhuwiex marbut mal-Artikolu 11.2 tal-ASCM, li jirrikjedi li l-ilmentatur
jipprovdi “biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ sussidju u, jekk ikun
possibbli, l-ammont tiegħu” u l-ilmentatur għandu jinkludi “tali informazzjoni
hekk kif inhi “disponibbli b’mod raġonevoli” lill-ilmentatur.
Il-Kummissjoni analizzat l-evidenza mressqa mill-ilmentatur, li kienet
sostanzjali, kif jidher b’mod ċar mill-verżjoni li tista’ tiġi spezzjonata
mill-partijiet interessati tal-ilment. Is-servizzi tal-Kummissjoni proponew
biss it-tnedija ta’ investigazzjoni wara li kienu analizzaw kif xieraq
lil-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza li huma jqisu prima facie biżżejjed. (400) Il-GTĊ
issuġġerixxa li kull element (kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju u
speċifiċità) ta’ kull skema ta’ sussidju għandu jiġi determinat individwalment.
Il-Kummissjoni taqbel mal-GTĊ li l-allegazzjonijiet dwar is-sussidji għandhom
jiġu eżaminati individwalment. Madankollu, mhuwiex il-każ li l-evidenza
preżentata fir-rigward ta’ kull element ta’ kull programm ta’ sussidju, għandha
tiġi eżaminata f’iżolament. Pereżempju, l-evidenza tal-eżistenza ta’
speċifiċità għal programm wieħed tista’ tkun tassew rilevanti
għad-determinazzjoni tal-ispeċifiċità fir-rigward ta’ programm ieħor, inter
alia, skont kemm ikun hemm informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar
il-programmi inkwistjoni, kif ukoll sa fejn dawn il-programmi huma marbutin
mill-qrib u jiddependu fuq l-istess leġiżlazzjoni. (401) Il-GTĊ argumenta li għandu jkun
hemm l-evidenza tal-ammont (de minimis imsemmi fuq) ta’ sussidju tul
il-PI għal kull programm u li għandu jkun hemm biżżejjed evidenza tas-sussidjar
attwali għal kull sussidju, mhux tal-benefiċċji "potenzjali" jew
"probabbli". Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-GTĊ dwar dan il-punt,
billi ma hemmx rekwiżit fir-Regolament bażiku jew il-Ftehim tad-WTO SCM li juri
li s-sussidji għal programm partikolari huma 'l fuq mill-ammont de minimis. Ma
hemmx argument li sussidju għandu jagħti benefiċċju tul il-PI sabiex jiġi
kkumpensat u li l-ilmentaturi għandhom jagħmlu minn kollox biex jipprovdu tali
evidenza. Madankollu, l-Artikolu 11.2 tal-ASCM jirrikjedi “biżżejjed
evidenza” tas-sussidjar abbażi tal-informazzjoni “raġonevolment disponibbli”
għall-ilmentatur. Billi ma hemmx ħafna informazzjoni dwar il-benefiċċji
tas-sussidji (pereżempju eżenzjonijiet mit-taxxa, għotjiet, forniment
tal-oġġett) disponibbli għall-pubbliku, ħafna drabi jkun possibbli
għall-ilmentaturi li jistabbilixxi b’ċertezza li s-sussidju jkun ta benefiċċju
lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. F’sitwazzjonijiet bħal dawn,
l-ilmentatur huwa mitlub jipprovdi l-aħjar evidenza li turi li, pereżempju,
il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma eliġibbli għas-sussidju u li
l-programm għadu fis-seħħ jew għadu jipprovdi l-benefiċċji. Il-livell ta’
evidenza meħtieġ jiddependi ħafna fuq il-fatti tal-każ inkwistjoni u fuq kemm
ikun hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur. (402) Il-GTĊ iddikjara li n-Notifika
ta’ Bidu tikser l-Artikolu 22.2(iii) tal-ASCM, filwaqt li argumenta li ma
jistax jiġi kkunsidrat li s-sempliċi ripetizzjoni tal-ismijiet mogħtija
lid-diversi programmi hija “deskrizzjoni” tagħhom. Il-Kummissjoni tikkunsidra
li biex il-prattiki tas-sussidju li għandhom jiġu investigati, ġew deskritti
adegwatement fin-Notifika ta' Bidu billi ġew speċifikati l-iskemi kkonċernati u
għaldaqstant in-Notifika ma tmur kontra l-Artikolu 22.2(iii) tal-ASCM. (403) Il-GTĊ argumenta li
l-Kummissjoni bdiet, b'mod żbaljat, għadd ta' programmi ta' sussidju minħabba
li qieset l-ilment "ħolistikament" jew “fit-totalità tiegħu” minflok
eżaminat kull programm; il-GTĊ qal ukoll li s-sejbiet ta’ awtoritajiet
investigattivi oħrajn dwar diversi programmi waħdehom mhumiex evidenza
biżżejjed għall-bidu. Kif ġie spjegat aktar ’il fuq (il-premessa (400)),
is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw kull programm. L-estent sa fejn is-sejbiet
ta’ awtoritajiet oħra dwar programm partikolari jistgħu jikkostitwixxu
biżżejjed evidenza għall-bidu, huwa kwistjoni ta’ każ b’każ u tiddependi, sa
ċertu punt, fuq x’informazzjoni hija disponibbli b'mod raġonevoli
għall-ilmentatur. (404) Il-GTĊ (li kkwota
preżentazzjoni mill-Istati Uniti fil-każ ta’ GOES[92]) iddikjara li
l-istatus "imħeġġa" tal-produtturi tal-OCS fid-dokument ta' ppjanar
tal-gvern, seta' kien użat bħala "għata" biex jindika l-ispeċifiċità.
Dan ma jirrappreżentax ir-realtà Il-leġiżlazzjoni li tikklassifika l-produtturi
tal-OCS bħala “mħeġġa”[93]
(u l-konsegwenzi li jirriżultaw minn dan) mhijiex (kif jgħid il-GTĊ) “informazzjoni
ġenerali dwar il-politika tal-gvern, mingħajr rabta diretta mal-programm
inkwistjoni”. Minħabba li dan jillimita b’mod espliċitu l-aċċess
għall-programmi għal ċerti intrapriżi (jew jagħti benefiċċji preferenzjali),
huwa ovvju li t-tali leġiżlazzjoni għandha rabta tassew diretta mal–programm
inkwistjoni. (405) Il-GTĊ
iddikjara li għandu jkun hemm evidenza ta’ benefiċċju attwali minn programm ta’
sussidju u li l-fatt li l-programmi ġew ikkumpensati f’każijiet oħra huwa
biżżejjed, is-sejbiet huma marbutin ma’ PI differenti. Ħadd ma jargumenta li
sussidju għandu jagħti benefiċċju tul il-PI sabiex jiġi kkumpensat u li
l-ilmentaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu evidenza bħal din.
Madankollu, minħabba l-bidu, l-evidenza tal-użu ta' programm f'perjodu
raġonevolment reċenti tista' tkun tassew rilevanti, pereżempju jekk ma hemmx
informazzjoni disponibbli pubblikament li l-programm ġie tterminat jew
immodifikat. Ir-referenza tal-panil ta’ GOES[94] mill-GTĊ (għall-Paragrafu 7.72
tar-rapport tal-panil) hija inkonklużiva, minħabba li tirreferi għal
sitwazzjonijiet fejn huwa “ċar” li ma hemmx sussidjar preżentement, li mhuwiex
il-każ hawnhekk. (406) Il-GTĊ iddikjara li għandu jkun hemm evidenza li wħud
mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat irċevew benefiċċju mill-programm,
sabiex ikun hemm bidu. Din it-talba ma setgħetx tintlaqa’. Ma jeżistix rekwiżit
fir-Regolament bażiku u lanqas huwa rekwiżit tal-Artikolu 11.2 tal-ASCM,
li jirrikjedi “biżżejjed evidenza tal-eżsitenza ta’ sussidju...", jew
evidenza espliċita ta' utilizzazzjoni li tkun saret minn ċerti produtturi.
Billi ma hemmx ħafna informazzjoni dwar il-benefiċċji tas-sussidji (pereżempju
eżenzjonijiet mit-taxxa, għotjiet, forniment tal-oġġett) disponibbli
għall-pubbliku, ħafna drabi jkun possibbli għall-ilmentaturi li jistabbilixxi
b’ċertezza li s-sussidju jkun ta benefiċċju lill-produtturi tal-prodott
ikkonċernat. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ilmentatur huwa mitlub jipprovdi
l-aħjar evidenza li turi li, pereżempju, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat
huma eliġibbli għas-sussidju u li l-programm għadu fis-seħħ jew għadu
jipprovdi l-benefiċċji. Il-livell ta’ evidenza meħtieġ jiddependi ħafna fuq
il-fatti tal-każ inkwistjoni u fuq kemm ikun hemm informazzjoni raġonevolment
disponibbli għall-ilmentatur. L-impożizzjoni ta’ rekwiżit bħal dan fuq
l-ilmentaturi jiffavorixxi effettivament is-sistemi li mhumiex trasparenti fuq
dawk trasparenti li jagħti l-istess tip ta’ sussidju. (407) Il-GTĊ
argumenta li l-Kummissjoni ma pprovdietx “perjodu raġonevoli” biex il-GTĊ
jissottometti l-informazzjoni neċessarja skont l-Artikolu 12.7 tal-Ftehim
SCM. Il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni ma tatx “opportunità biżżejjed” lill-GTĊ
biex jippreżenta bil-miktub l-evidenza rilevanti kollha rigward
l-investigazzjoni skont l-Artikolu 12.1 tal-Ftehim SCM. Dawn l-argumenti
għandhom jiġu miċħuda billi l-Kummissjoni tat perjodu raġonevoli u opportunità
biżżejjed biex il-GTĊ jissottometti l-informazzjoni rilevanti skont
id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-WTO u tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni
tinnota li tat estensjonijiet eċċezzjonalment ġenerużi għall-iskadenza
għat-tweġibiet oriġinali għall-kwestjonarju, u b’hekk il-perjodu totali għal
tweġiba ġie estiż minn 37 jum għal kważi xahrejn. Fir-rigward tal-proċess
ta’ defiċjenza, il-GTĊ kellu aktar minn tliet xhur mill-bidu biex jipprovdi
l-informazzjoni mitluba. Il-GTĊ ingħata wkoll l-opportunità li jipprovdi
l-informazzjoni nieqsa saż-żmien taż-żjara ta' verifika. Il-Kummissjoni tinnota
wkoll li “perjodu raġonevoli” għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest proċedurali li
bih il-Kummissjoni tingħata mandat mir-Regolament bażiku kontra s-sussidji biex
tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien 13-il xahar. Li kieku ngħataw skadenzi
itwal, kif talab il-GTĊ, kienet tiġi affettwata negattivament il-possibbiltà li
l-Kummissjoni tkompli taħdem bil-ħeffa sabiex tikkonforma mal-iskadenzi legali
rilevanti. (408) Il-GTĊ irrefera wkoll
għat-talba tiegħu għal assistenza mingħand il-Kummissjoni biex iħejji t-tweġiba
għall-kwestjonarju, li fl-opinjoni tal-GTĊ ġiet miċħuda mill-Kummissjoni. Dan
ma jikkorrispondix għar-realtà minħabba li t-talba tal-GTĊ għall-assistenza
tant kienet vasta u vaga (jiġifieri kopriet kull mistoqsija
fil-kwestjonarju u fl-appendiċi) li l-Kummissjoni setgħet toffri biss
assistenza fir-rigward ta' problemi speċifiċi li kien qed jiltaqa'
magħhom il-GTĊ fit-tweġibiet u mhux assistenza fil-mistoqsijiet individwali.
Il-GTĊ iddeċieda li ma jilqax din l-offerta għal aktar assistenza.
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Artikolu 12.11 ASCM jiddikjara li
l-assistenza mitluba għandha tkun “prattikabbli”, li mhuwiex il-każ fir-rigward
ta’ talbiet vagi li jimponu piż tassew kbir fuq l-awtorità investigattiva,
partikolarment meta l-kwestjonarju jispjega ruħu. Il-Kummissjoni tinnota li
l-GTĊ huwa tassew esperjenzat fl-investigazzjoni kontra s-sussidji u juża
s-servizzi ta’ avukati esterni. (409) Fir-rigward tal-programmi ta’
sussidju li jinsabu fl-ilment u li ma ntużawx mill-esportaturi inklużi
fil-kampjun, il-GTĊ argumenta li ma kienx se jkun jista’ jipprovdi
l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-programmi kollha fiż-żmien allokat
mill-Kummissjoni, minħabba l-frammentazzjoni tal-industrija tal-azzar. Il-GTĊ
iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma tatux x’jifhem sa tard fil-proċediment,
il-konsegwenzi potenzjali jekk l-informazzjoni mitluba ma tingħatax dwar dawn
il-programmi, meta tqis li dawn kienu jikkonċernaw il-kumpaniji mhux inklużi
fil-kampjun. Mill-bidu l-Kummissjoni tinnota inkonsistenza fil-pożizzjoni
tal-ĠTC, minħabba li d-dikjarazzjoni tiegħu li ma kellux ħin biżżejjed biex
jipprovdi t-tweġibiet fiż-żmien allokat jidher li hija kunfliġġenti mal-għażla
li gaħmel deliberatement li ma jirrispondix għall-programmi kollha li ma
ntużawx mill-esportaturi inklużi fil-kampjun minħabba li allegatement ma fehemx
l-iskop tat-talba tal-Kummissjoni u l-konsegwenzi tar-rifjut li tingħata
l-informazzjoni mitluba. F’kull każ, kif ġie speċifikat fuq (il-premessa (407)),
il-Kummissjoni tat diversi estensjonijiet fl-iskadenzi lill-GTĊ sabiex ikun
jista’ jissottometti l-informazzjoni mitluba dwar il-programmi kollha.
Għaldaqstant, il-ħin kollu allokat (jiġifieri aktar minn tliet xhur, meta
wieħed iqis il-proċess ta’ defiċjenza) kien aktar minn biżżejjed biex tingħata
l-informazzjoni mitluba. Il-GTĊ stess jirrikonoxxi espliċitement fil-kummenti
tiegħu li huwa veru li hu assuma l-pożizzjoni tiegħu li ma kellux jintalab
jissottometti l-informazzjoni dwar dawn il-programmi l-oħra, u dan jintwera
wkoll mill-fatt li huwa lanqas biss prova jissottometti tweġiba parzjali jew
inkompleta biex juri r-rieda tiegħu li jikkoopera, iżda sempliċement ma
ssottometta l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward. (410) Il-Kummissjoni ma tistax
taċċetta l-argument tal-GTĊ li ma kienx fehem il-konsegwenzi jekk ma jipprovdix
l-informazzjoni mitluba dwar il-programmi mhux użati mill-esportaturi
fil-kampjun. Il-Kummissjoni ċċarat dawn il-konsegwenzi f’diversi istanzi
mill-bidu tal-proċediment. B’mod aktar speċifiku, il-konsegwenzi għan-nuqqas
ta’ kooperazzjoni huma espliċitement indikati b’referenza għall-pożizzjonijiet
rilevanti kollha tar-Regolament bażiku fin-Notifika ta’ Bidu u fl-ewwel paġna
tal-kwestjonarju. Il-Kummissjoni wieġbet fit-tul ukoll dwar l-għan tat-teħid
ta’ kampjun u dwar il-bżonn li l-GTĊ jipprovdi l-informazzjoni mitluba minħabba
l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-eżamijiet possibbli tat-talbiet
għal trattament individwali fl-ittri tad-19 ta’ Marzu, il-11 ta’ April,
l-4 ta’ Mejju (ittra ta’ defiċjenza), is-7 ta' Ġunju (ittra
ta' qabel iż-żjara ta' verifika), u l-14 ta' Awwissu 2012.
Għaldaqstant, il-GTĊ ma setax ma kienx konxju jew ma fehemx il-konsegwenzi
tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ dawn il-programmi mhux
użati mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun. B’mod fundamentali,
il-GTĊ jidher li injora li, bħala dak li jagħti l-iskemi ta’ sussidju
allegati, kien meħtieġ li jikkoopera u jipprovdi l-informazzjoni dwar l-iskemi
kollha ta’ sussidju ali allegatement huma disponibbli għall-prodott li qed jiġi
investigat. (411) Il-GTĊ għamel ukoll għadd ta’
argumenti fir-rigward tal-proċess ta’ verifika u ż-żjara ta’ verifika nnifisha.
Il-GTĊ oġġezzjona li mill-ittra ta’ qabel il-verifika tal-Kummissjoni ma setax
jistabbilixxi l-estent tal-verifika tal-informazzjoni rilevanti u jilmenta dwar
iċ-ċaħda allegata mill-Kummissjoni li tipprovdi taqsira aktar speċifika
tal-verifika. Il-GTĊ żied li, bħala minimu, kien intitolat għal ċertu
"tnaqqis" tal-kamp ta' applikazzjoni possibbli tal-verifika
(pereżempju, permezz ta' lista bil-miktub bil-quddiem tal-mistoqsijiet kollha
li l-uffiċjali tal-Kummissjoni jkunu se jistaqsu)[95] li fl-opinjoni tal-GTĊ ma
setgħetx tkun eżawrjenti minħabba li ż-żjara kienet qasira. Fir-rigward ta’ dan
l-argument tal-aħħar, il-Kummissjoni tiċħad l-argument tal-GTĊ billi ma hemmx
bażi legali fl-ASCM tad-WTO jew fir-Regolament bażiku kontra s-sussidji tal-UE
li jagħti dritt ċar għal dan it-tnaqqis fil-kamp ta’ applikazzjoni taż-żjara.
Lanqas teżisti deċiżjoni tad-WTO li tissuġġerixxi li dritt bħal dan irid ikun
interpretat biex ikun jeżisti.
Fir-rigward tal-argumenti l-oħra tal-GTĊ,
il-Kummissjoni tinnota li bagħtet ittra dettaljata ta’ qabel il-verifika fis-7 ta’ Ġunju 2012,
li tindika b’mod ċar (i) skeda proposta li qabel kienet maqbula informalment
mal-GTĊ, (ii) l-għan taż-żjara ta’ verifika, (iii) il-kamp ta’ applikazzjoni,
il-kontenut u l-għan taż-żjara, u (iv) l-użu possibbli tal-fatti disponibbli
għal programmi mhux użati mill-esportaturi inklużi fil-kampjun (ara aktar ’il
fuq). Sabiextillimita l-ħtieġa għall-preżenza tal-uffiċjali rilevanti tal-GTĊ,
indikat ukoll f’liema jum kull programm kien se jiġi indirizzat. Il-Kummissjoni
kompliet takkomoda, iktar ma kien hemm fl-ordni, it-talbiet għal aktar dettalji
dwar iż-żjarat ta’ verifika mill-GTĊ fi spirtu ta’ kooperazzjoni sħiħa, billi ltaqgħet
mar-rappreżentanti tal-GTĊ f’qasir żmien biex tagħti l-kjarifiki mitlubin dwar
id-dettalji taż-żjarat ta’ verifika. Il-Kummissjoni mbagħad għamlet segwitu
bil-miktub ta’ din il-laqgħa, billi wieġbet aktar talbiet għal kjarifika
mill-GTĊ f’għadd ta’ e-mails skambjati mal-GTĊ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni
għamlet dak kollu possibbli biex tiżgura żjara ta’ verifika li tirnexxi, iżda
madankollu l-GTĊ jidher li injora dawn l-isforzi kollha. 3.4.1.2. L-għoti tal-HRS u s-CRS għal
rimunerazzjoni mhix adegwata (412) Il-GTĊ iddikjara li
l-Kummissjoni messha stabbilixxiet determinazzjoni “referenzjarja”
tal-eżistenza ta’ korp pubbliku qabel ma talbet informazzjoni speċifika
għat-tranżazzjoni fl-Appendiċi fil-kwestjonarju tal-GTĊ. Din it-talba ma tiġix
aċċettat, billi jkun imprattiku li tissepara l-investigazzjoni f'żewġ stadji
b'dan il-mod, billi l-Kummissjoni jkollha tagħmel żewġ talbiet separati
għall-informazzjoni u twettaq żewġ żjarat ’a' verifika separati fiċ-Ċina. Barra
mill-implikazzjonijiet dwar ir-riżori, fil-prattika dan jagħmilha virtwalment
impossibbli li titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi. F’kull każ, it-totalità
tal-evidenza (inkluża d-dejta speċifika għat-tranżazzjonijiet dwar
il-prezzijiet u l-kwantitajiet) tista’ tkun rilevanti għad-determinazzjoni
tal-korp pubbliku. (413) Il-GTĊ iddikjara li n-nuqqas
tiegħu li jipprovdi tweġibiet għall-Appendiċi B maħsuba għall-SOEs li
jfornu l-HRS u s-CRS lill-produtturi tal-OCS, ma għandux iwassal
għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u l-fatt li
l-Kummissjoni applikat il-fatti disponibbli jikser l-Artikolu 12.7
tal-ftehim ASCM. Il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni talbet li l-Appendiċi B
jimtela minn ħafna kumpaniji irrilevanti għall-investigazzjoni. Dan l-argument
għandu jiġi miċħud. Il-Kummissjoni fasslet l-Appendiċi B b’tali mod biex
tivverifika l-allegazzjonijiet fl-ilment u għamlet dan f’konformità mas-sejbiet
tal-Korp tal-Appell tad-WTO f’DS379, li stabbilixa ċerti linji gwida
għad-determinazzjoni ta' korp pubbliku. Id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li
“l–Appendiċi B ma kienx jappartjeni biss għall-SOEs” ma tirrappreżentax
ir-realtà. Huwa minnu li fil-bidu l-Kummissjoni talbet lill-produtturi
tal-HRS/CRS biex jimlew l-Appendiċi B, iżda wara t-tweġiba tal-GTĊ
għall-kwestjonarju l-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita x-xogħol tal-GTĊ
fit-tweġibiet tiegħu għall-Appendiċi B, illimitat it-talba tagħha biss
għall-SOEs ikkonċernati[96].
Minkejja dan l-isforz mill-Kummissjoni, il-GTĊ u l-SOEs ikkonċernati ma weġbux
għall-Appendiċi B għalkemm huwa ċar (notevolment mill-ilment) li l-SOEs li
jfornu l-HRS/is-CRS lill-produtturi esportaturi tal-OCS huma milqutin minn din
l-investigazzjoni. (414) Meta wieħed iqis li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma kellhiex
alternattiva ħlief li tapplika l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku u
għamlet dan f’konformità sħiħa mal-Artikolu 12.7 tal-ASCM. (415) Il-GTĊ
qal li l-fatti disponibbli użati mill-Kummissjoni ma jappoġġawx il-konklużjoni
li l-“linji gwida” dwar l-industrija tal-azzar li ġew kwotati huma legalment
vinkolanti. Id-dokument ta’ ppjanar prinċipali tal-industrija tal-azzar, li
abbażi tiegħu l-Kummissjoni għamlet is-sejbiet tagħha dwar l-eżistenza ta’ korp
pubbliku huwa l-Ordni Nru 35 tal-NDRC – Politiki ta’ Żvilupp tal-Industrija
tal-Ħadid u tal-Azzar. Il-Kummissjoni staqsiet mistoqsija diretta dwar
l-istatus legali tal-ordnijiet tal-NDRC u kien ikkonfermat li l-ordnijiet
fil-leġiżlazzjoni Ċiniża huma legalment vinkolanti jekk jaqgħu f’waħda minn
erbgħa kategoriji tal-liġi fiċ-ĊinaGħaldaqstant din id-dikjarazzjoni hija f’kuntradizzjoni
mal-informazzjoni rilevanti fil-fajl. (416) Il-GTĊ qal li t-tagħwiġ tas-suq
misjub mill-Kummissjoni fis-settur tal-azzar huwa irrelevanti
għad-determinazzjoni tal-korp pubbliku tal-produtturi tal-HRS/is-CRS u li
d-determinazzjoni tal-korp pubbliku kellha ssir speċifikament għall-entitajiet
li jfornu l-HRS/is-CRS liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun u
mhux biss għall-SOEs li jipproduċu l-HRS/is-CRS fiċ-Ċina b’mod ġenerali. Skont
il-GTĊ, jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex informazzjoni fuq dawn l-entitajiet,
ma tkunx tista’ tagħmel determinazzjoni; inkella tkun qed tibbaża fuq inferenza
avversa impermissibbli. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma din id-dikjarazzjoni. L-eżistenza
ta’ tagħwiġ fis-suq hija rilevanti, għalkemm mhix fattur determinanti
fl-analiżi. Is-sejba ta’ “korp pubbliku” tal-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ dan
il-proċediment tikkonċerna l-produtturi kollha tal-HRS/CRS li huma kompletament
jew parzjalment tal-istat, billi saret abbażi ta’ evidenza relatata ma’
politika wiesgħa u fatturi mifruxin mal-industrija kollha u ma kinitx
determinazzjoni speċifika għal kumpanija. L-entitajiet tal-istat li jfornu
l-HRS/is-CRS liż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jaqgħu b’mod
ċar fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sejba tal-korp pubbliku u, għaldaqstant, ma
kienx ikkunsidrat neċessarju li ssir determinazzjoni speċifika limitata
għalihom. F’kull każ, il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni li tista’ tkun
utli f’determinazzjoni bħal din speċifika għal kumpanija bħala tweġiba għall-kwestjonarju
tal-Kummissjoni.
L-argument tal-GTĊ li l-Kummissjoni ma tistax tagħmel determinazzjoni
fin-nuqqas ta’ “fatti reali” dwar l-SOEs speċifiċi kkonċernati, ifisser li
l-GTĊ kieku fil-fatt jibbenefika min-nuqqas ta’ kooperazzjoni (billi kien irrifjuta
li jagħti l-“fatti”) u għalhekk jikseb riżultat “aktar favorevoli” milli kieku
kkoopera, li huwa l-oppost ta’ inferenza avversa. (417) Il-GTĊ oġġezzjona li kien
innotifikat mill-Kummissjoni dwar l-analiżi ta’ “inkarigu u direzzjoni” biss
fl-istadju tal-iżvelar finali u għaldaqstant id-drittijiet tad-difiża tiegħu
kienu nkisru. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tkun taf li kienet se
tasal għal din il-konklużjoni fi stadju aktar bikri tal-investigazzjoni. Din
is-sejba hija r-riżultat tal-informazzjoni kollha u d-dejta kollha miġbura tul
il-proċediment u kienet żvelata hekk kif saret id-determinazzjoni finali,
jiġifieri meta sar l-iżvelar definittiv. L-ilment allega sussisji relatati
mal-forniment ta’ oġġetti tal-gvern mill-SOEs. L-investigazzjoni wriet li
l-politika tal-gvern inkwistjoni, li inizjalment kienet tikkonċerna l-SOEs,
kienet tapplika wkoll għall-entitajiet privati, u dan wassal għal konklużjoni
ta’ inkarigu jew direzzjoni mill-gvern. (418) Il-GTĊ
iddikjara li l-fatti diskussi mill-Kummissjoni bl-ebda mod ma jiġġustifikaw
il-konklużjoni li kwalunkwe korp privat fl-industrija tal-azzar jiġi inkarigat
u mogħti struzzjonijiet mill-istat biex jipprovdi s-sussidji kkumpensati. Dan
l-ilment kellu jiġi miċħud. Fl-analiżi tagħha dwar l-inkarigu u d-direzzjoni,
il-Kummissjoni rreferiet għal għadd ta’ pjanijiet governattivi u dokumenti
politiċi u taqsimiet kwotati minn dawn id-dokumenti li juru rabta diretta bejn
il-gvern u l-kondotta ta’ dawn il-kumpaniji privati tal-azzar u appoġġat
is-sejbiet tagħha b’eżempji ta’ azzjonijiet minn dawn l-operaturi privati. (419) Il-GTĊ
qal li l-Kummissjoni naqset milli tiddistingwi bejn il-konsegwenzi ta’ azzjoni
governattiva u l-intenzjoni ta’ azzjoni governattiva waqt l-analiżi
tal-inkarigu u d-direzzjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’
politika tal-gvern biex tappoġġa l-industrija tal-azzar u tipprovdi
l-HRS/is-CRS permezz ta’ korpi pubbliċi (SOEs) bi prezzijiet aktar baxxi minn
dawk tas-suq. Kien stabbilit ukoll li din il-politika (permezz tal-predominanza
tal-SOEs u d-disważjoni tal-esportazzjonijiet tal-HRS/is-CRS) sforzat b’mod
effettiv lill-produtturi privati biex ifornu lill-industrija domestika tal-OCS
bl-istess prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq tal-SOEs. Tabilħaqq, hemm
evidenza li l-prezzijiet tal-fornituri privati huma marbutin espliċitement ma’
dawk tal-SOEs. Għaldaqstant, il-Kummissjoni stabbilixxiet li waħda milli-miri
tal-politika kienet li tinkariga u tagħti struzzjonijiet lill-korpi privati
biex iwettqu l-istess prattiki bħall-SOEs. Dan huwa każ klassiku tal-gvern,
waħdu u permezz tal-SOEs, “jeżerċita l-awtorità tiegħu”
fuq il-fornituri privati. Il-politika għandha l-elementi meħtieġa kollha
għall-inkarigu u d-direzzjoni, jiġifieri “azzjoni tal-gvern”, “indirizzata lil
parti partikolari”, “li l-għan tagħha huwa kompitu jew obbligu partikolari.” Bħala
turija tal-intenzjonijiet tal-gvern, ċerti dispożizzjonijiet tal-Ordni Nru 35
jippenalizzaw lill-kumpaniji li ma jaġixux skont il-politiki deskritti fih. Dan
juri li l-GTĊ beħsiebu jidderieġi l-industrija kollha tal-azzar f’ċerta
direzzjoni u li jekk ikun hemm kumpaniji li ma jaqblux ma din l-intezjoni
jkollhom ibatu l-konsegwenzi. (420) Il-GTĊ
qal ukoll li l-Kummissjoni ma stabbilietx li l-GTĊ għandu politika li jipprovdi
l-HRS u s-CRS lis-settur tal-OCS u li l-Kummissjoni ma waslitx għal konklużjoni
f’dan ir-rigward. Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Kif intwera fl-analiżi
fil-premessi (49) – (72) hawn fuq, l-SOEs li jipprovdu l-HRS/is-CRS
lill-produtturi tal-OCS huma korpi pubbliċi, il-fergħa estiża tal-GTĊ u huwa
ċar li dawn jipprovdu l-HRS/is-CRS lill-produtturi esportaturi tal-OCS. Kien
stabbilit ukoll li l-prezzijiet ta’ dawn l-inputs ma jirriflettux il-valuri
tas-suq. Għaldaqstant huwa konkluż li permezz ta’ dawn l-SOEs, il-GTĊ jeżerċita
politika ta’ forniment ta’ HRS u CRS bl-irħis. (421) Il-GTĊ qal li l-Kummissjoni
waslet għall-konklużjoni żbaljata li hemm kontroll tal-gvern dominanti
tas-settur tal-azzar b’mod ċenerali u li l-industrija tal-azzar tikkonforma ma’
ċerti linji gwida, iżda ma kkonkludietx li l-forniment tal-azzar lis-settur
tal-OCS bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq huwa l-għan tal-politika. Dan
l-ilment kellu jiġi miċħud. Kif ġie spjegat fil-premessa (419) hawn fuq,
il-Kummissjoni sabet li l-politika tal-gvern tinvolvi intenzjoni li l-fornituri
privati jingħataw struzzjonijiet biex isegwu l-prattiki tal-SOEs tal-forniment
bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq. (422) Il-GTĊ iddikjara li
l-Kummissjoni ma għamlitx sejba li hemm ħsieb speċifiku mill-GTĊ li jipprovdi kontribuzzoni
finanzjarja proprja, li hija l-kwistjoni fil-każ tal-forniment tal-HRS u s-CRS
kif inhu preskritt mir-Rapport tal-AB fl-Istati Uniti – Investigazzjoni dwar
id-Danzju Kumpensatorju fuq DRAMS mill-Korea[97].
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. L-azzjonijiet tal-gvern inkwistjoni huma
bbażati fuq politika tal-gvern maħsuba li tagħti struzzjonijiet lill-fornituri
privati li jsegwu l-prattiki tal-SOEs ta’ forniment bi prezz aktar baxx minn
tas-suq. Din mhix “konsegwenza” jew “prodott sekondarju” tal-intervent
tal-gvern; dan huwa l-għan tal-intervent. Huwa ċar li f’dan il-każ il-fornituri
privati tal-HRS/is-CRS mhumiex qed jeżerċitaw l-“għażla libera” fis-suq, billi
s-suq huwa magħweġ mill-predominanza tal-SOEs u l-esportazzjoni tal-HRS/is-CRS
hija skoraġġuta. (423) Il-GTĊ jgħid li l-Kummissjoni
ma għamlitx sejbiet dwar korpi privati li fornew l-HRS/is-CRS lill-kumpaniji
fil-kampjun. Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Bħal fil-każ ta’ ċerti korpi
pubbliċi, il-Kummissjoni għamlet determinazzjoni għas-settur kollu ta’ inkarigu
u direzzjoni li tapplika għall-fornituri privati kollha. Billi l-politika
tal-gvern inkwistjoni tapplika għall-entitajiet kollha bħal dawn, ma hemmx
għalfejn issir determinazzjoni speċifika għal kumpanija. (424) Il-GTĊ qal li l-Kummissjoni rrifjutat
l-evidenza tal-GTĊ dwar il-proporzjon ta’ produzzjoni Ċiniża ta’ HRS u CRS li
ġej mingħad l-SOEs. It-tabella mogħtija mill-GTĊ f’dan ir-rigward ma tista
titqies bħala evidenza. Il-GTĊ irrifjuta li jagħti dejta mis-sors qabel u waqt
il-verifika għal din it-tabella u għalhekk ma tistax titqies bħala
informazzjoni kredibbli. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni użat informazzjoni
mir-Reġistru Dinji tal-Azzar, li ġeneralment huwa aċċettat mill-industrija
dinjija tal-azzar. (425) Il-GTĊ
qal li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex il-prezzijiet tas-suq dinji tal-HRS u
s-CRS huma l-aktar valur referenzjarju xieraq u rrefera għad-deċiżjoni tal-AB
fil-US-Softwood Lumber IV li l-valur referenzjaru barra mill-pajjiż “għandu
jirrelata jew jirreferi għal, biex ikun marbut mall-kondizzjonijiet prevalenti
tas-suq fil-pajjiż tal-forniment u għandu jirrifletti l-prezz, il-kwalita,
id-disponibbilta, il-kummerċjabbilta, it-trasportazzjoni u kondizzjonijiet oħra
għax-xiri jew il-bejgħ". Il-GTĊ jgħid ukoll li l-“predominanza governattiva”
ma tistax twassal għal ġurisprudenza aktar laxka, billi li kieku din kienet
għażla l-użu ta' valur referenzjarju barra mill-pajjiż ma kienx ikun
disponibbli. Il-GTĊ jgħid li l-Kummissjoni ma mxietx f’konformità mar-rekwiżiti
tal-Artikolu 14 tal-ASCM. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma din
id-dikjarazzjoni. Il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina huma magħwġa,
kif sabet il-Kummissjoni u spjegat fil-premessi (49) – (97) hawn fuq. Minħabba
li l-azzar jiġi prodott madwar id-dinja bi proċessi simili u jiġi
kummerċjalizzat madwar id-dinja, l-aktar valur referenzjarju raġonevoli estern
huwa prezz dinji, billi ċ-Ċina għandha tkun f’sitwazzjoni tas-suq mhix magħwġa,
billi huwa probabbli li l-prezzijiet ikunu allinjati mal-prezzijiet dinjija.
Il-GTĊ pprova ftit informazzjoni dwar is-suq tal-azzar fiċ-Ċina, Anki jekk
intalab li jagħmel dan speċifikament mill-Kummissjoni. Barra minn hekk iċ-Ċina
ma pproponietx valuri referenzjari oħra barra mill-valur referenzjarju
tal-pajjiż li ma kienx adattat minħabba t-tagħwiġ li nstab.
Il-GTĊ qal lu l-Kummissjoni bbażat is-sejbien tal-ispeċifiċità fir-rigward
tal-forniment tal-HRS/is-CRS għal rimunerazzjoni mhix adegwata fuq, xejn ħlief,
dikjarazzjoni tawtoloġika li saret mill-ilmentaturi fl-ilment u dan mhuwiex
biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ASCM. Dan l-ilment kellu jiġi
miċħud. Kemm l-HRS u s-CRS jintużaw bħala inputs minn għadd limitat ta’
kumpaniji biss, billi l-kumpaniji f’ħafna setturi ma jkollhomx użu għal dawn
il-prodotti. Il-GTĊ innifsu, fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, ikkonferma
li l-HRS u s-CRS jintużaw biss minn għadd limitata ta’ industriji. Il-GTĊ ma
argumentax dwar dan il-fatt fil-kummenti għall-iżvelar definittiv.
Għaldaqstant, huwa kkonfermat li dan is-sussidju huwa speċifiku fit-tifsira
tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, li huwa riproduzzjoni
tal-Artikolu 2.1.(c) tal-ASCM. 3.4.1.3. Self u rati ta’ mgħax
preferenzjali lill-industrija tal-OCS (426) Il-GTĊ
iddikjara li l-banek mhumiex mitluba li jsegwu l-linji gwida tal-industrija, ma
jsirux jafu bid-deċiżjonijiet individwali tan-negozju mill-gvern, u li s-settur
bankarju mhuwiex predominat mill-gvern. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat.
L-Artikoli 24 u 25 tal-Ordni Nru 35 jillimitaw l-għoti ta’ self biss
għal dawk il-kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki nazzjonali tal-iżvilupp
għall-industrija tal-ħadid u l-azzar, għaldaqstant id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li
l-banek ma jridux isegwu l-politiki industrijali hija kuntrarju għal din
l-evidenza. Huwa ċar, li dawn id-dispożizzjonijiet jirrestrinġu l-kumpaniji li
jistgħu jiġu ffinanzjati mill-banek u dawk li ma jistgħux. Anki d-dikjarazzjoni
li s-settur bankarju mhuwiex dominat mill-Gvern għandha tiġi mwarrba. F’dan
ir-rigward huwa nnutat li l-GTĊ pprova biss informazzjoni tassew limitata dwar
l-istruttura tas-sjieda fis-settur bankarju, filwaqt li ddikjara li ma kellux
tali informazzjoni, għalkemm skont l-Artikolu 24 tal-Liġi tal-Banek
Kummerċjali, il-banek kollha huma obbligati li jirrappurtaw tali informazzjoni
lill-Kummissjoni Regolatorja tal-Banek fiċ-Ċina, aġenzija tal-istat awtorizzata
mill-Kunsill tal-Istat. L-informazzjoni l-oħra fil-fajl kwotata f’dan
ir-regolament wasslet għall-konklużjoni li s-settur bankarju fiċ-Ċina huwa
tassew iddominat mill-gvern (ara l-premessi (166)-(169) hawn fuq). Barra
mis-sorsi mdsemmija f’dan ir-regolament, ir-Rapport ta’ kull Pajjiż tal-FMI
Nru 11/321 dwar iċ-Ċina ta’ Novembru 2011 jiddikjara li l-istat huwa
wkoll direttament u indirettament involut fis-settur finanzjarju u
jirrakkomanda l-orjentazzjoni mill-ġdid fir-rwol u r-responsabbiltajiet
tal-gvern fis-settur finanzjarju f’direzzjoni oħra mill-użu tas-sistema
bankarja biex jintlaħqu għanijiet politiċi tal-gvern wesgħin u biex
id-deċiżjonijiet ta’ self ikunu bbażati fuq għanijiet kummerċjali[98] [99]. (427) Il-GTĊ
iddikjara li l-fatt li ma setax jikkonforma mal-esiġenzi tal-Appendiċi A
mal-kwestjonarju tal-GTĊ ma setax iwassal għall-użu tal-fatti disponibbli,
minħabba li l-Kummissjoni ma setgħetx iżżomm il-GTĊ responsabbli biex jipprovdi
dejta interna, sensittiva u speċifika għat-tranżazzjonijiet rigward il-banek,
li ħafna minnhom ma kinu tal-gvern bl-ebda mod. Kif ġie spjegat fil-premessa (426)
hawn fuq il-GTĊ kellu aċċess tal-anqas għal xi ftit mill-informazzjoni mitluba
iżda rrifjuta li jipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet fl-Appendiċi A.
F’dan ir-rigward huwa nnutat ukoll li billi l-GTĊ irrifjuta li jipprovdi dejta
dwar is-sjieda l-Kummissjoni, fil-każ ta’ ħafna mill-banek, ma kinitx taf liema
banek huma tal-istat u liema mhumiex. (428) B’rabta ma’ ċerti Ċirkularijiet
tal-PBOC, il-GTĊ jiddikjara li s-sommarji disponibbli għall-pubbliku
tal-kontenut taċ-ċirkolarijiet rilevanti, flimkien mat-testimonji tal-uffiċjali
tal-PBOC huma biżżejjed biex jissostitwixxu ċ-Ċirkolarijiet proprji u l-ebda fatt
disponibbli ma għandu jiġi applikat minħabba n-nuqqas tal-GTĊ li jipprovdihom.
Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni rrifjutat l-informazzjoni mogħtija
b’rieda tajba, jiġifieri t-testimonjanza tal-uffiċjal tal-PBOC flimkien
mal-astratt taċ-ċirkularijiet inkwistjoni u rrefera għall-Artikolu 28
tar-Regolament Bażiku li jistipula li l-informazzjoni li hija falza jew
qarrieqa biss tista’ tiġi injorata. Barra minn hekk il-GTĊ iddikjara li
l-Kummissjoni ma bbażatx is-sejbiet tagħha fuq fatti reali disponibbli jew fuq
l-informazzjoni mogħtija, iżda obbligat lill-GTĊ jagħti prova li l-qagħda
tal-affarijiet eżaminata waqt il-każ tal-Karta Fina Miksija ma kienx għadha
kurrenti. F’dan il-każ, skont il-GTĊ, is-sejbiet tal-Karta Fina Miksija lanqas
biss jikkuntradixxu l-informazzjoni mogħtija mill-GTĊ, billi dawn kienu bbażati
fuq l-informazzjoni relatata ma’ perjodu ta’ żmien kompletament differenti.
Fir-rigward tal-estratti mogħtija mill-PBOC u l-websajt u t-testimonjanza
tal-uffiċjal tal-PBOC, dawn ma setgħux jiġu vverifikati mingħajr id-dokumenti
sors, jiġifieri ċ-Ċirkularijiet infushom. Il-Kummissjoni ma tifhimx għaliex,
minn naħa waħda, il-GTĊ jikkunsidra li din hija dokumentazzjoni interna
kunfidenzjali u kif, min-naħa l-oħra, is-sommarju tal-kontenut huwa allegatement
ippubblikat fuq il-websajt tal-PBOC. Is-sejbiet fil-każ tal-Karta Fina Miksija
huwa tassew rilevanti għall-każ preżenti. Il-fatt li l-informazzjoni kienet
relatata ma’ perjodu ta’ żmien differenti huwa ta’ rilevanza limitata, minħabba
li l-fatti rreġistrati (inkluż l-ilment) juru li l-prattiki inkwistjoni ma
nbidlux minn dakinhar. Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-GTĊ li l-Kummissjoni
qed taqleb il-piż tal-prova, huwa nnutat li s-sejbiet fil-każ tal-Karta Fina
Miksija huma parti mit-totalità tal-evidenza kkunsidrata, iżda li l-GTĊ mhuwiex
mitlub li “jiddiżapprovahom”. Il-kooperazzjoni f’investigazzjonijiet bħal dawn
hija proċess b’żewġ naħat u l-partijiet kollha jistgħu joffru evidenza jew
argumenti biex jikkontradixxu evidenza oħra fil-fajl. (429) Il-GTĊ jargumenta li
l-Kummissjoni ma sabitx li r-rati tal-valuri referenzjari jirriflettu tagħwiġ
mhux kummerċjali (u b’hekk jammettu li r-rati ta’ interess tas-suq Ċiniż
ġeneralment jirriflettu rimunerazzjoni adegwata) u li l-fatt li hemm biss
limitu aktar baxx fuq ir-rati ta’ interess għas-self kummerċjali
jikkontribwixxi għad-detriment tal-produtturi esportaturi li jużaw self bħal
dan u mhux il-benefiċċju. Mingħajr il-limitu l-aktar baxx imponut mill-PBOC,
dawk ir-rati setgħu jkunu ħafna aktar baxxi. Dan l-argument mhuwiex f'loku.
Il-fatt li l-GTĊ (PBOC) jistabbilixxi r-rati referenzjarji b’mod arbitrarju,
fl-ewwel post, jenfasizza mġiba mhux kummerċjali. Dan huwa kkonfermat ukoll
mir-Rapport ta' kul Pajjiż tal-FMI Nru 11/321[100] dwar iċ-Ċina ta’
Novembru 2011 li jirreferi għar-regolament dwar l-interess. (430) Il-GTĊ iddikjara li
l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-kredibbiltà kreditizja tal-partijiet li
kienu involuti, kif għamlet fil-każ tal-Karta Fina Miksija. Bħala tweġiba,
l-kredibbiltà kreditizja tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma
ġietx ivvalutata, minħabba li f’kull każ hija influwenzata mill-politiki
industrijali u mill-appoġġ u l-intervent tal-istat. Billi nstab li s-sistema
finanzjarja fiċ-Ċina hija magħwġa, dan ikun eżerċizzju inutli. Fil-każ dwar
il-Karta Fina Miksija ma kinitx saret valutazzjoni tal-kredibbiltà kreditizja. (431) Il-GTĊ joġġezzjona wkoll
għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni, billi jallega li hija “purament
punittiva” u li “f’kull każ ir-raġunijiet tal-Kummissjoni għal din l-għażla ma
ġewx żvelati b’mod li jippermetti skrutinju". Għall-GTĊ, jekk
il-Kummissjoni ssib li l-valur referenzjarju flimkien mal-primjum tar-riskju BB
ikun ir-rata, imbagħad għandha tispjega r-raġunar tagħha f’dak ir-rigward u fuq
bażi speċifika għall-produtturi u s-self. Dan l-ilment kellu jiġi miċħud.
Minħabba t-tagħwiġ u n-nuqqas ta’ valutazzjoni xierqa tal-kredibbiltà
kreditizja jew tar-riskju tal-produtturi tal-OCS mill-banek tas-self,
il-Kummissjoni ma setgħetx tqis il-klassifikazzjoni tal-kreditu (jekk din
kienet teżisti) tal-produtturi esportaturi b’mod superfiċjali.
Il-klassifikazzjoni BB f’dan il-każ mhix sfavorevoli għall-produtturi
esportaturi minħabba li hija l-aqwa klassifikazzjoni mhux ta’ investiment
fis-suq. 3.4.1.4. L-għoti ta’ LURs għal
rimunerazzjoni mhix adegwata (432) Il-GTĊ iddikjara li
l-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-dikjarazzjonijiet tal-GTĊ li l-LURs jingħataw
b’referenza għall-kompetizzjoni huma tali li ma jneħħux il-bżonn għal valur
referenzjarju estern. Il-GTĊ iddikjara wkoll li tul l-ispjegazzjoni dwar
għaliex id-dikjarzzzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda, il-Kummissjoni ffukat biss
fuq l-evidenza tal-GTĊ u mhux fuq il-fatti li kienu disponibbli. Il-GTĊ jitlob
li l-Kummissjoni tiżvela l-bażi reali fattwali li użat biex tiddetermina li
l-prezzijiet stabbiliti mill-awtoritajiet lokali kienu arbitrarji, jiġifieri li
ma kinux jirreferu jew jirrelataw għall-provvista u d-domanda għall-artijiet
industrijali.
Il-mod kif il-GTĊ fehem din il-kwistjoni mhuwiex korrett. Il-Kummissjoni ma
sabitx li l-LURs jingħataw b’referenza għall-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni
sabet minn 13-il tranżazzjoni LUR 6 biss kellhom jiġu suġġetti għal
proċess ta' offerti jew irkant. Fir-rigward ta’ dawn is-sitta, l-evidenza
ppreżentata f’dan ir-rigward uriet li l-offerti ma kinux kompetittivi billi ma
kienx hemm offerta waħda u l-prezz kien stabbilit mill-awtoritajiet.
Il-Kummissjoni ma fehmitx it-talbiet tal-GTĊ għall-fatti disponibbli użati
fir-rigward tan-nuqqas ta’ suq għal-LURs biex jiġi żvelat meta l-ebda fatti
disponibbli ma ntużaw biex jiġu rrifjutati d-dikjarazzjonijiet tal-GTĊ f’din
il-kwistjoni u l-analiżi saret abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-GTĊ u
mill-produtturi esportaturi f’dan ir-rigward. Il-bażi fattwali
għad-determinazzjoni li l-prezzijiet huma stabbiliti b’mod arbitrarju hija
msemmija fil-premessi (114)-(116) hawn fuq, jiġifieri l-informazzjoni dwar
it-tranżazzjonijiet li saru ppreżentati mill-produtturi esportaturi inklużi
fil-kampjun, is-Sistema tal-Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani u l-Ordni
Nru 35. (433) Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma
ddeterminatx l-ispeċifiċità skont l-Artkoli 2.1 u 2.2 tal-ASCM, u lanqas
issostanzjat b’mod ċar id-determinazzjonijiet tagħha tal-ispeċifiċità abbażi
ta’ evidenza pożittiva, kif inhu mitlub fl-Artikolu 2.4 tal-ASCM. Barra
minn hekk, hija ma ssostanzjatx il-ħtieġa li jibbaża l-benefiċċju l-ammont fuq
valur referenzjarju ta’ barra mill-pajjiż u lanqas ħadmet il-valur
referenzjarju magħżul b’mod konsistenti mal-Artikolu 14 (d) tal-ASCM. Dawn
id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Il-bażi tal-Kummissjoni għas-sejbiet
tal-ispeċifiċità hija l-fatt li l-kumpaniji kollha li ma jikkonformawx
mal-politiki industrijali stabbiliti mill-ista huma esklużi mill-forniment
tal-LUR, il-prezzijiet ħafna drabi jiġu stabbiliti b’mod arbitrarju
mill-awtoritajiet u l-prattiki tal-gvern mhumiex ċari u mhumiex trasparenti.
Il-bżonn ta’ valur referenzjarju barra mill-pajjiż kien spjegat u ġġustifikat
fil-paragrafi (109), (118) u (120), (121) hawn fuq. Billi nstab li s-suq
tal-LURs fiċ-Ċina huwa magħweġ, mhuwiex possibbli li jiġi applikat valur
referenzjarju tal-pajjiż kif ippropona l-GTĊ. Il-Kummissjoni ma taqbilx
mad-dikjarazzjoni li l-valur referenzjarju nħadem b’mod inkonsistenti
mal-Artikolu 14(d) tal-ASCM. Il-valur referenzjarju tat-Tajwan huwa
kkunsidrat bħala l-aħjar valur disponibbli għall-Kummissjoni u huwa konsistenti
mar-rakkomandazzjonijiet tal-AB f’DS 379. (434) Il-GTĊ jiddikjara li huwa ssuġġerixxa li kull valur
referenzjarju possibbli jkun wieħed fil-pajjiż u jkun ibbażat fuq il-prezzijiet
li kienu qed iħallsu l-industriji Ċiniżi “mhux iffavoriti”; skont il-GTĊ, dan
huwa preċiżament minħabba li ma hemmx distizjoni fl-ewwel post, u li għalhekk
l-ammont ta’ sussidju ġustament ikun żero. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma
din id-dikjarazzjoni u, f’kull każ, il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni dwar
il-prezzijiet tal-LUR tal-industriji “mhux iffavoriti” li, fit-teorija, jistgħu
jintużaw biex jinħadem il-valur referenzjarju. (435) Il-GTĊ jiddikjara wkoll li
l-ilmentatur ma pprovda l-ebda indikazzjoni jew evidenza li l-LURs ingħataw,
b’mod partikolari, lil sottogrupp ta’ intrapriżi limitati u l-UE ma għamiltx
is-sejba kriċjali li l-forniment tal-LURs huwa espliċitament limitat għal ċerti
intrapriżi/ intrapriżi mħeġġa. Il-Kummissjoni għamlet sejba li
l-forniment tal-LUR huwa limitat għall-kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki
industrijali stabbiliti mill-GTĊ fl-Ordni Nru 35 tal-NDRC (il-premessa (116)
hawn fuq). (436) Il-GTĊ
iddikjara li l-Kummissjoni ma għamlitx eżami rigoruż biex issib valur
referenzjarju li jirreferi jew jirrelata għas-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li
l-Kummissjoni ma għamlitx ħilitha biex tidentifika valur referenzjarju li
japprossima l-kundizzjonijiet tas-suq li jiddominaw fin-nuqqas tat-tagħwiġ, jew
jekk għamlet dan ma spjegatx kif dan huwa hekk. Id-dikjarazzjoni kellha tiġi
miċħuda. Il-Kummissjoni, tabilħaqq, eżaminat bir-reqqa d-diversi indikaturi u
qabblet it-Tajwan u r-RPĊ, b’mod ġenerali, kif ukoll il-provinċiji Ċiniżi
individwali kkonċernati. Wara analiżi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis lit-Tajwan[101] bħala punt ta' riferiment minħabba t-totalità tal-informazzjoni
fil-fajl, jiġifieri (i) il-livell ta' żvilupp ekonomiku u l-istruttura
ekonomika prevalenti fit-Tajwan u l-provinċji Ċiniżi relevanti fejn huma stabbiliti
l-produtturi esportaturi u l-belt[102], (ii)
il-prossimità fiżika ta' dawn iż-żewġ provinċji Ċiniżi mat-Tajwan, (iii)
il-livell għoli ta' infrastruttura li għandhom kemm it-Tajwan kif ukoll iż-żewġ
provinċji Ċiniżi, (iv) ir-rabtiet ekonomiċi b'saħħithom u l-kummerċ
transkonfinali bejn it-Tajwan u r-RPĊ, (v) id-densità tal-popolazzjoni simili
fil-provinċji Ċiniżi kkonċernati u fit-Tajwan, (vi) is-similarità bejn it-tip
ta' art u t-tranżazzjonijiet użati għall-bini tal-punt ta' riferiment relevanti
fit-Tajwan ma' dawk fir-RPĊ u (vii) il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi
u kulturali komuni fit-Tajwan u r-RPĊ. Barra minn hekk, il-provinċji ta’
Jiangsu u Zhejiang, flimkien mal-Belt ta’ Chongqing, huma kkunsidrati bħala
provinċji bl-aqwa manifattura fir-RPĊ. Għalhekk il-PDG per capita tat-Tajwan u
tal-provinċji Ċiniżi u l-Belt ta’ Chongqing mhux identiku, il-PDG ta’ dawn
il-provinċji Ċiniż u l-Belt ta’ Chongqing kiber b'mod rapidu f'dawn l-aħħar
snin, jiġifieri qed ilaħħqu mat-Tajwan.
Barra minn hekk, id-dejta reċenti tissuġġerixxi li r-RPĊ kollha kemm hi,
iż-żewġ provinċji u l-belt ta’ Chongqing għandhom tkabbir ta’ PDG ħafna akbar
minn tat-Tajwan[103], jiġifieri qed ilaħħqu b’pass tassew mgħaġġel. Madankollu, huwa
importanti li wieħed jinnota li t-tqabbil eżatt bejn il-PDG ta’ ekonomija mhux
tas-suq (ir-RPĊ) u l-PDG ta’ ekonomija tas-suq stabbilita sew (it-Tajwan)
mhuwiex fatt deċiżiv billi huwa normali għal ekonomija mhux tas-suq li tkun
f’livell inqas avvanzat minn ekonomija tas-suq stabbilita fejn jidħol il-PDG.
Barra minn hemm, ħafna fatturi oħra, eż. ir-regoli tal-ippjanar, il-politika
ambjentali, eċċ. jistgħu jaffettwaw il-provvista u d-domanda tal-art
industrijali. Il-kwistjoni reali hija xi jkunu “il-kundizzjonijiet prevalenti
tas-suq” fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ li kieku din kienet
ekonomija tas-suq operattiva u, fuq il-bażi tal-evidenza kollha, dawn ikun
simili ħafna għal dawk fit-Tajwan. (437) Il-GTĊ jiddikjara wkoll li
l-Kummissjoni, fil-kalkoli tagħha, użat il-perjodu ta’ deprezzement ta’ 50 sena,
filwaqt li mhux il-kuntratti kollha ta’ drittijiet tal-użu tal-artijiet kienu
bbażati fuq it-termini ta’ 50 sena. Dan ma kienx korrett. L-LURs
kollha, li l-forniment tagħhom kien ikkumpensat f’din l-investigazzjoni, kienu
bbażati fuq termini ta’ 50 sena. 3.4.1.5. Programm li jikkonsisti
mill-forniment tal-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata (438) Il-GTĊ iddikjara li
l-konklużjoni rigward l-ispeċifiċità hija “totalment artifiċjali” minħabba li
l-firxa tal-attività ekonomika li tħallas ir-rata mhux penalizzati, tkopri
l-maġġoranza assoluta tal-ekonomija Ċiniża. Il-GTĊ iddubita wkoll mis-sejba
tal-Kummissjoni dwar l-“ispeċifiċità reġjonali” u, b’mod partikolari,
il-konklużjoni li dan is-sussidju huwa disponibbli biss fiż-żoni ġeografiċi
fejn jinsab il-produttur esportatur. Skont il-GTĊ, il-penali tapplika għal
kulħadd fiż-żoni ġeografiċi kollha, li fihom jinsabu l-produtturi esportaturi
kollha u għaldaqstant ma hemmx speċifiċità reġjonali. Dan l-argument kellu jiġi
miċħud. Il-Kummissjoni tinnota li l-GTĊ jidher li jibbaża l-kummenti tiegħu
esklużivament fuq is-sistema ta’ prezzar differenti għall-kategoriji ta’
intrapriżi “mħeġġa”, “ristretti”, “projbiti” un “permessi” skont id-deċiżjoni
Nru 40. Madankollu, il-Kummissjoni nbbażat is-sejbiet tagħha fuq
is-sistema speċjali tal-ipprezzar tal-elettriku disponibbli fiż-żona muniċipali
usa’ ta’ Chongqing, fejn wieħed mill-esportaturi li kkooperaw u li ġew inklużi
fil-kampjuni għandu impjant ta’ produzzjoni. Dan l-esportatur jibbenefika minn
rata aktar baxxa tal-elettriku li tapplika b’mod speċifiku għal sottogrupp ta’
kumpaniji li jappartjenu għal ċerti setturi (jiġifieri l-forn elettroniku
tal-ferroliga u l-kumpaniji tal-fertilizzanti) fl-istess kaegorija ta’ utenti
industrijali kbar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rata aktar
baxxa ta’ elettriku li tapplika biss għal dan is-sett tassew ristrett ta’
kumpaniji li japprtjenu biss għal dawk is-setturi speċifiċi eliġibbli hija de
jure speċifika.
Fir-rigward tal-ispeċifiċità “reġjonali”, il-premessa (149) ma tirreferi
għall-ebda sistema ta’ penali kif jindika l-GTĊ fil-kummenti tiegħu. Dan
il-paragrafu jiċċara li din r-rata ta’ elettriku ta’ benefiċċju tapplika
għas-sottogrupp ristrett ta' kumpaniji, inkluż il-produttur tal-prodott
ikkonċernat, huwa limitat għal żona ġeografika magħżula (jiġifieri
l-muniċipalità usa' ta' Chongqing) li hija parti mir-Reġjun tal-Punent Usa'
taċ-Ċina, imħeġġeġ skont il-liġi msemmija fl-istess premessa u li tkompli tiġi
spjegat fil-premessa (233) hawn fuq. Kif ikompli jiġi ddikjarat fil-premessa (149),
din il-leġiżlazzjoni tirreferi għall-ipprezzar tal-elettriku bħala wieħed
mill-għodod biex jintlaħaq l-għan politiku prinċipali biex jitrawwem l-iżvilupp
ta' dan ir-reġjun. Is-sejba tal-Kummissjoni li dan is-sussidju huwa wkoll
speċifiku għar-reġjuni, hija b’dan ikkonfermata. (439) Il-GTĊ iddubita wkoll
mill-konklużjoni fil-premessa (146) hawn fuq rigward l-ispeċifiċità abbażi
tas-sistema tal-ipprezzar differenti bejn il-kategoriji ta’ intrapriżi “mħeġġa”,
“ristretti”, “projbiti” u dawk “permessi”. Il-GTĊ jispjega għal darba oħra li
d-differenza fil-prezz tal-elettriku mħallsa bejn il-proġett skoraġġut
speċifikament u l-bqija, topera bħala penali, jew soprataxxa, biex
tiskoraġġixxi l-proġetti speċifiċi u mhux “skont” imħallas biex jiskoraġġixxi
l-proġetti. Il-GTĊ jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha ssib liema
rimunerazzjoni tkun ikkunsidrata adegwata u f’dan il-każ il-Kummissjoni
assumiet li l-prezz tal-penali jkun rimunerazzjoni adegwata. Dan l-ilment kellu
jiġi miċħud. Kif ġie spjegat fit-tul hawn fuq, is-sejba tal-Kummissjoni ta’
kontribuzzjoni finanzjarja tirreferi għar-rata aktar baxxa ta’ elettriku li din
il-kumpanija tista’ tuża bħala parti mis-sottogrupp ristrett ta’ kumpaniji fi
ħdan il-kategorija tal-utenti industrijali akbar. L-argumenti tal-GTĊ,
għaldaqstant, mhumiex rilevanti fir-rigward tas-sejbiet mill-Kummissjoni. 3.4.1.6. Programmi oħra ta’ introjtu u
taxxa mhux użati mill-produtturi inklużi fil-kampjun ikkumpensata
għall-finijiet tar-“rata residwa”. (440) Il-GTĊ argumenta li
l-Kummissjoni ma applikatx b’mod konsistenti r-regoli rilevanti tad-WTO rigward
it-teħid ta’ kampjun li jinsabu fil-Ftehim tad-WTO tal-Antidumping (jiġifieri
l-Artikoli 6.10, 9.2 u 9.3), u minħabba li l-għan tat-teħid tal-kampjun
ikun li jiġi llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Dan
l-argument kien marbut mal-Artikolu 19.4 tal-ASCM tad-WTO, li jillimita
l-ammont ta' dazju kumpensatorju għall-ammont ta' sussidju li "jinstab li
jeżisti". Il-GTĊ ikkonkluda li jekk il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-estent
tas-sussidjar li ġie maqbud mill-kampjun magħżul adegwat, is-soluzzjoni kienet
li jiġu inklużi fil-kampjun aktar kumpaniji. Fl-ewwel post
il-Kummissjoni tinnota li l-analoġija bejn it-teħid ta’ kampjun fl-investigazzjonijiet
tal-anti-dumping u ta’ kontra s-sussidji għandha ċerti limiti, minħabba li
bil-kontra tal-investigazzjonijiet tal-antidumping fl-investigazzjonijiet CVD,
ma teżistix regola ġenerali li kull esportatur jirċievi dazju individwali u
l-hekk imsejħa każijiet “aggregati” huma permessi espliċitament. Barra minn
hekk, differenti mill-każijiet tal-antidumping, il-gvern huwa parteċipant u
rispondent meħtieġ f'każ CVD u l-gvern, għalhekk, huwa inkluż b'mod impliċitu
fil-kamp ta' applikazzjoni ta' kull "kampjun" għall-finijiet ta'
determinazzjo’i ta’ CVD. Fi kliem ieħor, l-azzjonijiet tal-gvern bħala dak li
jagħti s-sussidju allegat, dejjem jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni
tal-investigazzjoni CVD, irrilevanti mill-użu ta’ kampjun ta’ produtturi esportaturi. (441) Fir-rigward tal-kumment tal-GTĊ
li r-rikors huwa li “jiġu inklużi aktar kumpaniji fil-kampjun”, il-Kummissjoni
tinnota li dan huwa preċiżament dak li għamlet f'dan il-każ. Barra mill-irtirar
tal-kooperazzjoni minn wieħed mill-esportaturi li oriġinarjament kien qabel li
jikkoopera, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi esportatur ieħor fil-kampjun.
Minkejja dan, ftit wara li l-kumpanija ġiet infurmata bl-inklużjoni tagħha
fil-kampjun, hija nnotifikat lill-Kummissjoni li ma kienx għadha beħsiebha
tikoopera fl-investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kienet sfurzata
tillimita l-kampjun għaż-żewġ esportaturi li kien fadal u li oriġinarjament
kienu inklużi fil-kampjun u ma kinux irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom, sabiex
tevita aktar dewmien li seta’ jxekkel it-tlestija minnufih tal-investigazzjoni
fi żmien l-iskadenzi legali preskritti. Il-Kummissjoni tinnota li dan
it-tentattiv li ma rnexxiex u li ddgħajjef esklużivament minħabba l-imġiba
tal-esportaturi, juri eżattament li d-dikjarazzjoni tal-GTĊ hija bla mertu
minħabba li ma tindirizzax il-problema tal-kumpaniji li ma jidentifikawx ruħhom
biex jiġu inklużi fil-kampjun, fl-ewwel post, jew li jirtiraw mill-kampjun jekk
jintgħażlu. (442) Fir-rigward tal-applikazzjoni
tal-fatti disponibbli, il-GTĊ irrefera għall-Artikolu 12.7 tal-ASCM u
kkwota l-ġurisprudenza tad-WTO li tenfasizza li l-fatti fil-fajl ma jistgħux
jintużaw biex jissostitwixxu informazzjoni nieqsa, u li n-nuqqas ta’
kooperazzjoni ma jiġġustifikax id-determinazzjonijiet mingħajr bażijiet
fattwali. Il-Kummissjoni ma tifhimx il-loġika ta’ din id-dikjarazzjoni, meta
wieħed iqis li fid-determinazzjoni tagħha kienet użat il-fatti fil-fajl, kif
inhu previst fid-dispożizzjoni tad-WTO u r-Regolament bażiku f’konformità sħiħa
mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. Billi l-GTĊ irrikonoxxa wkoll, li
s-sejbiet tal-Karta Fina Miksija u fid-diversi deċiżjonijiet dwar id-DOC
tal-Istati Uniti jikkostitwixxu l-aħjar fatti disponibbli
għall-Kummissjoni u jintużaw preċiżament biex jimlew il-lakuni fl-informazzjoni
kkawżata min-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ.
Il-GTĊ iddubita wkoll mill-użu ta’ dawn il-fatti, billi dawn ma jirriflettux
sussidju preżenti u lanqas ma huma marbutin b’mod speċifiku mal-prodott
ikkonċernat. Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li ħafna minn dawn
il-programmi ta’ sussidju jikkonċernaw is-sussidji mhux rikorrenti (pereżempju,
għotjiet, vantaġġi fiskali marbutin mal-investiment fl-assi) li normalment jiġu
amortizzati tul għadd ta’ snin u għalhekk il-benefiċċji tagħhom ikomplu jeżistu
sew fil-futur u, għaldaqstant, lil hinn mill-PI f’dan il-każ. Meta jkunu
involuti s-sussidji rikorrenti, ma hemmx evidenza li dawn il-programmi ma
jkunux inbidlu mill-investigazzjoni inkwistjoni. Fir-rigward tar-rabta bejn
dawn il-programmi u l-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni tfakkar li dawn
il-programmi kollha jkopru s-settur tal-azzar (mhumiex speċifiċi
għall-prodott), jew japplikaw fir-reġjun fejn l-esportaturi tal-OCS ikollhom
il-fabbriki tagħhom. Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja fil-fajl, il-Kummissjoni
ddeċidiet li huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-benefiċċji ta’ dawn
il-programmi xorta jirriflettu l-aħjar proxy għas-sussidji preżenti
għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat. Huwa enfasizzat li l-GTĊ kellu
opportunità biżżejjed biex jippreżenta evidenza kuntrarja fuq dawn il-programmi
kollha, iżda deliberatement iddeċieda li ma jippreżentahiex u, b’riżultat ta’
dan, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli fil-fajl kif inhu preskritt
mir-Regolament bażiku tal-ASCM tad-WTO. 3.4.1.7. Programmi ta’ ekwità (443) Il-ĠTĊ iddikjara li dawn
il-programmi kollha (dividendi mhux imħallsa, bdil ta’ dejn għal ekwità u
infużjonijiet tal-ekwità) ma nbdewx skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 11.2 u
11.3 tal-ASCM.
Dan l-argument kellu jiġi miċħud. Kif diġà ġie spjegat fit-taqsima dwar
it-tweġiba tal-kummenti tal-GTĊ dwar il-bidu (il-premessi (399) - (406) hawn
fuq) is-servizzi tal-Kummissjoni analizzaw l-evidenza ppreżentata
mill-ilmentatur, li kienet sostanzjali, kif jidher ċar mill-verżjoni miftuħa
għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment. Is-servizzi
tal-Kummissjoni proponew biss it-tnedija ta’ investigazzjoni dwar skemi
speċifiċi wara li kienu analizzaw kif xieraq lil-preċiżjoni u l-adegwatezza
tal-evidenza li huma jqisu biżżejjed fuq bażi prima facie. (444) Fl-opinjoni tal-GTĊ
il-programmi tal-ekwità huma sussidji uniċi ad-hoc, sal-estent li jeżistu,
billi japplikaw biss għal benefiċjarju partikolari u mhux skont leġiżlazzjoni
partikolari u billi “il-Kummissjoni taf fiċ-ċert li l-kumpaniji soġġetti għal
dazju residwu mhux talli ma rċevewx dawn is-sussidji, talli ma setgħux
jirċevuhom minħabba n-natura ad-hoc tagħhom”, ma għandhomx jiġu kkumpensati.
Barra hekk, il-GTĊ saħaq li sal-punt li fatti huma disponibbli jsiru
deċiżjonijiet, imma jridu jkunu bbażati fuq fatti attwali. Għal din ir-raġuni
l-kumpensatorju ta’ sussidji ad hoc lil kumpaniji għajr dawk li
allegatament verament irċevewhom huwa ksur tal-Artikolu 12.7 tal-ASCM.
Kien innotat li l-GTĊ ma weġibx għal mistoqsija waħda fil-kwestjonarju jew
fl-ittra ta’ nuqqasijiet li tikkonċerna dawn l-iskemi. B’hekk l-istqarrija
tal-GTĊ li “l-Kummissjoni taf bħala fatt li kumpaniji soġġetti għad-dazju
residwali mhux biss ma rċevewx imma ma setgħux jirċievu minħabba n-natura ad
hoc tagħhom" dawn is-sussidji, ma tirrappreżentax ir-realtà.
Għall-kuntrarju, l-ilment niżżel bosta kumpaniji li bbenefikaw minn dawn
l-iskemi ta' ekwità u ma stqarrx li din il-lista hija eżawrjenti. Billi l-GTĊ
ma pprovdiex kwalunkwe informazzjoni fuq in-natura jew l-eliġibbiltà ta’ dawn
l-iskemi l-Kummissjoni ma għandha l-ebda għażla imma li tapplika l-fatti
disponibbli. 3.4.2. Kummenti ta’ Zhejiang Huadong 3.4.2.1. L-għoti ta’ LURs għal
rimunerazzjoni mhux adegwata (445) Zhejiang Huadong stqarret li hi
pprovdiet lill-Kummissjoni bil-leġiżlazzjonijiet kollha rilevanti li jirregolaw
il-mod ta' ħidma u t-twaqqif ta’ valuri għall-bejgħ ta’ LURs fiċ-Ċina u
rreferiet għad-Dispożizzjonijiet dwar l-Għoti tad-Dritt tal-Użu tal-Art
Statali għall-Bini permezz ta’ sejħa għall-offerti, irkant u stima biex
turi li hemm suq immobiljari li jiffunzjona sew fiċ-Ċina, fejn l-istimi u
l-prezzijiet imħallsa huma pubbliċi. Stqarret ukoll li s-suq immobiljari li
jeżisti llum fiċ-Ċina, u l-istatistika uffiċjali eżawrjenti fuq il-prezzijiet
LUR disponibbli, tifforma l-aħjar evidenza għall-valutazzjoni tal-prezz
tal-LURs fiż-zmien li dan l-produttur esportatur xtrahom.
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Il-Kummissjoni tispjega s-sejbiet b’rispett
għal-LURs ta’ Zhejiang Huadong fil-premessa (115) hawn fuq. Dawn is-sejbiet ma
ġewx argumentati fil-kummenti tagħha għall-iżveler definittiv. Evidenza
disponibbli turi li s-suq LUR fiċ-Ċina huwa mfixkel hekk kif l-offerti
investigati fuq il-post mill-Kummissjoni ma kinux kompetittivi u l-prezzijiet
kienu arbitrarjament imwaqqfa mill-awtoritajiet. Il-bażi fattwali
għad-determinazzjoni li l-prezzijiet huma stabbiliti b’mod arbitrarju hija
msemmija fil-premessi (114) - (116) hawn fuq, jiġifieri l-informazzjoni dwar
it-tranżazzjonijiet li saru ppreżentati mill-produtturi esportaturi inklużi
fil-kampjun, is-Sistema tal-Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani u l-Ordni
Nru 35. (446) Zhejiang Huadong stqarret li
skont l-Artikolu 14(d) tal-Ftehim WTO SCM prezzijiet referenzjarji xierqa
għandhom jirrelataw jew jirreferu għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq
fil-pajjiż tal-provvista fl-ewwel istanza jew fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet
bħal dawn. Stqarret ukoll li fuq il-bażi tal-paragrafu 15(b) tal-Protokoll
ta’ Adeżjoni Ċina-WTO, meta t-termini u l-kundizzjonijiet prevalenti fiċ-Ċina
mhumiex disponibbli bħala punti referenzjarji xierqa, il-Membru importatur WTO
għandu jaġġusta t-termini u l-kundizzjonijiet prevalenti fejn pratikabbli,
qabel ma jikkunsidra l-użu tat-termini u kundizzjonijiet prevalenti 'l barra
miċ-Ċina. Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel mal-biċċa l-kbira tat-teorija legali
li hemm f’din it-talba, hija kkonkludiet ukoll li ma hemmx suq funzjonanti
għall-art fiċ-Ċina u għal din ir-raġuni ntuża l-punt referenzjarju
għall-artijiet. Il-ħtieġa għal punt referenzjarju 'l barra mill-pajjiż kien
spjegat u ġustifikat fil-premmesi (109), (118) u (120)- (121) hawn fuq. Hekk
kif instab li s-suq LUR fiċ-Ċina huwa mxekkel ma kienx possibbli li jiġi
applikat punt referenzjarju fil-pajjiż kif suġġerit minn Zhejiang Huadong u ma
hemmx bażi fejn dan il-punt referenzjarju jista' jiġi aġġustat. Barra hekk,
mill-informazzjoni mitfugħa b’rabta mal-punt referenzjarju ssuġġerit minn
Zhejiang Huadong (Xiaoshan tal-Provinċja ta’ Zhejiang) mhuwiex ċar u mhuwiex
verifikabbli jekk l-informazzjoni tal-prezzijiet issuġġerita hijiex
allegatament limitata mal-prezzijiet tal-LUR tal-industriji “mhux iffavoriti”. (447) Zhejiang Huadong stqarret li
l-għażla ta’ Tajwan bħala punt referenzjarju ma kinetx raġonevoli u objettiva
għar-raġunijiet li ġejjin: 1) Zhejiang Province ma kinetx reġjun ta’ żvilupp
għoli PGD simili għat-Tajwan fiż-żmien meta nxtraw l-LURs; 2) l-għażla
tal-Kummissjoni tal-prezzijiet attwali tal-art fit-Tajwan kienet ibbażata fuq
offerti għall-bejgħ ta’ art industrijali u mhux fuq il-bażi ta’ prezzijiet
attwali għal propjeta' mogħtija b'kiri għal użu industrijali li huwa simili
għal-LUR assenjat lil Zhejiang Huadong.
Din l-istqarrija trid tiġi miċħuda. Fir-rigward ta' 1) kif mistqarr hawn fuq
fil-premessa (436) il-Kummissjoni ħarset fid-dettall lejn l-indikaturi varji u
qablet lil Tajwan u lir-RPĊ bħala ħaġa sħiħa kif ukoll provinċji Ċiniżi
individwali kkonċernati. Wara analiżi bħal din il-Kummissjoni tikkunsidra
lit-Tajwan bħala punt referenzjarju xieraq konsistenti mar-Regolament bażiku
mar-regoli WTO. Fir-rigward ma’ 2) għandu jkun innotat li l-Kummissjoni użat
l-aħjar informazzjoni li kienet raġonevolment disponibbli lilha. (448) Zhejiang Huadong saħqet fuq
żball aritmetiku fil-kalkolu tar-rati ta’ inflazzjoni wżati fl-aġġustament għall-inflazzjoni
tal-punt referenzjarju. Il-Kummissjoni kkunsidrat din it-talba u rrevediet
il-kalkolu kkonċernat. (449) Zhejiang Huadong stqarret li ma
hemmx speċifiċità fix-xiri tagħha ta’ LURs billi l-kumpaniji kollha fiċ-Ċina
huma trattati fl-istess mod skont il-leġiżlazzjoni. Zhejiang Huadong stqarret
ukoll li l-Kummissjoni ma indirizzatx b’mod adegwat il-kwistjoni ta’
speċifiċità u ma kien hemm l-ebda raġunament fl-iżvelar definittiv rigward
ir-raġunijiet dwar għalfejn il-prezz imħallas minn Zhejian Huadong jirriżulta
f’benefiċċju.
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Il-bażi tas-sejbiet ta’ speċifiċità
tal-Kummissjoni hija l-fatt li l-kumpaniji kollha li ma jkunux konformi
mal-politiki industrijali mwaqqfa mill-istat huma esklużi mid-dispożizzjoni ta’
LUR, il-prezzijiet huma ta’ spiss imwaqqfa b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet u
prattiki tal-gvern mhumiex ċari u mhux trasparenti. Il-Kummissjoni għamlet
is-sejba li d-dispożizzjoni tal-LUR hija limitata lil kumpaniji li huma
konformi mal-politiki industrijali mwaqqfa mill-GTĊ fl-Ordni Nru 35
tal-NDRC (premessa (116) hawn fuq. 3.4.2.2. L-għoti tas-CRS għal
rimunerazzjoni mhux adegwata (450) Zhejiang Huadong stqarret li
għar-raġuni ta’ raġonevolezza u imparzjalità u għal raġunijiet ta’ konsistenza
l-Kummissjoni kellha ġġib d-dejta tal-prezz tal-azzar mill-istess sors ta’
dejta (jiġifieri l-Bullettin ta’ Negozju tal-Azzar (SBB) għar-reġjuni kollha
rrappreżentati fil-basket tal-punt referenzjarju għall-wasla tal-punt
referenzjarju. Stqarret ukoll li l-SBB jipprovdi varjetà ta’ swieq għal
prezzijiet CRS barra dawk magħżula mill-Kummissjoni u ssuġġeriet li żżid
il-Messiku u l-Arġentina billi dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw is-suq emerġenti
tal-azzar fil-kontinent Amerikan. Din it-talba kellha titwarrab hekk kif fit-tfassil
tal-punt referenzjarju l-Kummissjoni użat dejta ta' prezzijiet li tirrifletti
s-sitwazzjoni attwali tas-suq f'kull pajjiż jew reġjun b'mod l-aktar preċiż
possibbli. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-Ewropa (il-biċċa l-kbira minnhom huma
pajjiżi tal-UE) il-Kummissjoni kkunsidrat li kellha aktar dejta dettaljata
tal-prezzijiet disponibbli minn MEPS. Li kieku kienet fil-pussess ta’ dejta
MEPS għall-pajjiżi l-oħra magħżula, kienet tużaha. Fir-rigward tal-inklużjoni
ta’ prezzijiet fil-Messiku u l-Arġentina, huwa nnotat li dawn huma
relattivament swieq żgħar meta mqabbla maċ-Ċina kif ukoll ma’ pajjiżi/reġjuni
oħrajn fil-basket tal-punt referenzjarju użat mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni rrivediet il-kalkolu tal-marġini tas-sussidju residwu għal din
l-iskema wara korrezzjoni lill-prezzijiet imfassla ta’ punt referenzjarju għal
HRS u CRS. Il-korrezzjoni kkonċernat il-prezzijiet tal-azzar għal-Brażil użati
fit-tfassil tal-punt referenzjarju li bi żball inkluda taxxi fil-kalkoli
żvelati lill-partijiet. (451) Zhejiang Huadong stqarret ukoll
li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fuq l-ispeċifiċità mhijiex sostanzjata
(l-ebda evidenza pożittiva) u bla bażi, b’hekk is-sussidju allegat
mid-dispożizzjoni ta' CRS għal LTAR ma kinetx kumpensata. Zhejiang Huadong
ammettiet li l-benefiċċju, jekk jeżisti, ta’ dispożizzjoni ta’ HRS u CRS għal
LTAR mhuwiex limitat għal ċerti impriżi jew setturi, imma universalment mogħti
lil xerrejja u konsumaturi potenzjali kollha mis-setturi ekonomiċi kollha.
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Il-GTĊ għamel l-istess
kumment u l-Kummissjoni tindirizzaha fil-premessa tagħha (415) hawn fuq.
Ix-“xerrejja” potenzjali b’definizzjoni huma limitati għal ċerti intrapriżi. 3.4.3. Kummenti mill-ilmentatur 3.4.3.1. L-għoti ta’ ilma u elettriku
għal rimunerazzjoni mhux adegwata (452) L-ilmentatur stqarr li minħabba
d-distorsjonijiet u l-influwenza tal-istat fis-swieq Ċiniżi tal-ilma u
l-elettriku, il-Kummissjoni kellha tuża punti referenzjarji internazzjonali u
tikkalkula l-benefiċċji għal dawn l-iskemi skont l-Artikolu 6(d)(ii)
tar-Regolament bażiku.
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. F’dan il-każ partikolari, l-evidenza tar-rekord
ma ppermettietx lill-Kummissjoni biex issib li s-swieq tal-ilma u l-elettriku
huma mxekla sal-punt li jiġġustifika rikors għal punt referenzjarju 'l barra
mill-pajjiż. 3.4.3.2. Ċerti programmi tat-Taxxa li
jikkonċernaw Intrapriżi b’investiment barrani (FIEs) (453) L-ilmentatur stqarr li
l-Kummissjoni kellha tikkwantifika l-ammont tas-sussidju għal żewġ programmi
tat-taxxa relatati ma' FIEs, jiġifieri Kreditu mit-taxxa fuq id-dħul għax-xiri
ta’ tagħmir immanifatturat lokalment u l-programm ta’ eżenzjoni mit-taxxa Tnejn
b’xejn u Tlieta bin-nofs (Two free, Three half-tax exemption) għal FIEs
produttivi, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-fatt li l-GTĊ
kellu jipprovdi evidenza li ma ngħataw l-ebda benefiċċji għal dawn il-programmi
li produtturi OCS fil-PI.
Dan l-ilment kellu jiġi miċħud. Kif diġà spjegat fil-premessi (282) hawn fuq,
għall-għan tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-partijiet kollha
kkonċernati u għall-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari b’rabta
mat-tmiem pendenti ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma
tikumpensax għalihom. 3.5. L-ammont ta’ sussidji
kumpensabbli (454) L-ammonti ta’ sussidji
kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad
valorem, għall-kumpaniji investigati, jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt: Produttur esportatur || MARĠINI TAS-SUSSIDJU DEFINITTIV HUADONG GROUP || 23,8 % PANHUA GROUP || 29,7 % UNION STEEL CHINA || 26,8 % KUMPANIJI LI KKOOPERAW IŻDA LI MA ĠEWX INKLUŻI FIL-KAMPJUN || 26,8 % IL-KUMPANIJI L-OĦRAJN KOLLHA || 44,7 % (455) Skont l-Artikolu 15(3)
tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju totali għall-kumpaniji li
kkooperaw iżda li ma ġewx inklużi fil-kampjun jiġi kkalkolat fuq il-bażi
tal-marġini tas-sussidju medju peżat totali stabbilit għall-kumpaniji li
kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 26,8 %. (456) Fir-rigward tal-esportaturi
l-oħrajn kollha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kummissjoni l-ewwel
stabbilixxiet il-livell ta’ kooperazzjoni. It-tqabbil bejn id-dejta
tal-importazzjoni tal-Eurostat u l-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni
tal-prodott ikkonċernat irrapportat għall-perjodu ta’ investigazzjoni
mill-kumpaniji li kkooperaw juri li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi
fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienet baxxa, jiġifieri ta’ 58 %.
Minħabba dan il-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju totali
għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija stabbilita fil-livell tar-rati
tas-sussidju totali kif stabbilita għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx
fl-iskemi kollha li ġew investigati, jiġifieri 44,7 %. 4. DANNU 4.1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u
l-industrija tal-Unjoni (457) L-informazzjoni kollha
disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta
fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu
tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati
tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita
l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat. (458) Matul il-PI, l-OCS kien immanifatturat minn 22 produttur
fl-Unjoni. Abbażi ta' dak imsemmi fil-premessa ta' qabel, il-produzzjoni totali
tal-Unjoni kienet stmata li hi madwar 4 018 310 tunnellata matul
il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li jagħmlu tajjeb għall-produzzjoni totali
tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira
tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem huma
msejħa "l-industrija tal-Unjoni". 4.2. Determinazzjoni tas-suq
rilevanti tal-Unjoni (459) Waqt
l-investigazzjoni nstab li parti sostanzjali tal-produzzjoni tal-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun kienet destinata għall-użu ristrett, jiġifieri spiss
ittrasferita (mingħajr fattura) u/jew imwassla bil-prezzijiet tat-trasferiment
fl-istess kumpanija jew grupp ta' kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream. (460) Sabiex jiġi stabbilit jekk
l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu jew le u sabiex jiġi determinat
il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi diversi relatati mas-sitwazzjoni
tal-industrija tal-Unjoni, ġie eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni
tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kienx ikkunsidrat fl-analiżi u
jekk iva sa liema punt. (461) Sabiex tingħata stampa sħiħa
kemm jista' jkun tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ittieħdet u ġiet
analizzata dejta għall-attività kollha tal-OCS u wara ġie determinat jekk
il-produzzjoni kinetx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles. (462) Għall-volum tal-bejgħ u
l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq, instab li analiżi
u evalwazzjoni siewja ta’ dawn l-indikaturi kellha tiffoka fuq is-sitwazzjoni
prevalenti fis-suq ħieles. (463) Madankollu l-indikaturi
ekonomiċi l-oħra setgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli biss billi ssir
referenza għall-attività sħiħa, li tinkludi l-użu ristrett u l-bejgħ.
Il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokkijiet,
l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-abilità li jiżdied il-kapital
jiddependu fuq l-attività sħiħa, sew jekk il-produzzjoni tkun ristretta kif
ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. 4.3. Il-konsum tal-Unjoni (464) Il-prodott simili jinbiegħ
mill-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati kif ukoll jinbiegħ/jiġi
trasferit lil kumpaniji relatati għal aktar ipproċessar downstream, eż.
f'ċentri ta' servizzi tal-azzar. (465) Fil-kalkolu tal-konsum
apparenti tal-Unjoni għall-OCS, l-istituzzjonijiet żiedu l-volum
tal-importazzjonijiet totali ta’ OCS fl-Unjoni kif irrappurtat mill-Eurostat u
l-volum tal-bejgħ u l-użu ristrett tal-prodott simili fl-Unjoni mmanifatturat
mill-industrija tal-Unjoni kif irrappurtat fl-ilment u vverifikat matul
iż-żjarat ta’ verifika għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. (466) Madankollu, id-dejta
tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet hija bbażata fuq il-kodiċijiet NM sħaħ, u
huwa evidenti li għal parti minn dawn il-kodiċijiet NM, l-importazzjoni mhijiex
il-prodott ikkonċernat. (467) Abbażi ta' dan, il-konsum
totali tal-Unjoni żviluppa kif ġej: || 2008 || 2009 || 2010 || PI Konsum (f’tunnellati) || 5 197 716 || 3 879 380 || 4 548 528 || 4 811 310 Indiċi (2008=100) || 100 || 75 || 88 || 93 (468) Il-konsum totali fis-suq tal-UE
naqas b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm
tnaqqis ta' madwar 25 % l-aktar bħala riżultat tal-effetti negattivi
globali tal-kriżi ekonomika, speċjalment fuq l-industrija tal-kostruzzjoni.
Wara dan il-konsum beda jirkupra u żdied fit-total b'24 % bejn l-2009 u
l-PI iżda xorta kien għadu taħt il-livell inizjali tal-2008. 4.4. Importazzjonijiet
mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem tas-suq (469) L-importazzjonijiet lejn
l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati) || 472 988 || 150 497 || 464 582 || 702 452 Indiċi (2008=100) || 100 || 32 || 98 || 149 Sehem mis-suq || 9,1 % || 3,9 % || 10,2 % || 14,6 % Indiċi (2008=100) || 100 || 43 || 112 || 160 Sors : Il-Eurostat (470) Minkejja t-tnaqqis fil-konsum,
il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod sinifikanti b’49 %
matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika,
il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas drastikament fl-2009. Madankollu,
l-importazzjonijiet mir-RPĊ bdew jirkupraw b'pass mgħaġġel ħafna, biex kien
hemm żieda impressjonanti ta' 367 % mill-2009 sal-PI. (471) Bl-istess mod, is-sehem fis-suq
miżmum minn dawk l-importazzjonijiet żdied b’60 % matul il-perjodu
kkunsidrat. Għalkemm dan naqas b’iktar minn nofs bejn l-2008 sal-2009, wera
tendenza ta’ żieda impressjonanti bejn l-2009 u l-PI u żdied b'275 %. 4.4.1. Il-prezzijiet
tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz L-importazzjonijiet mir-RPĊ || 2008 || 2009 || 2010 || PI Prezz medju f’EUR/tunnellata || 875 || 728 || 768 || 801 Indiċi (2008=100) || 100 || 83 || 88 || 91 Sors : Il-Eurostat (472) Il-prezz medju tal-importazzjoni
mir-RPĊ naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009,
naqas b’mod sinifikanti bi 17 %, imbagħad żdied b'ħames punti perċentwali
bejn l-2009 u l-2010 u bi tliet punti perċentwali oħra fil-PI. (473) Il-prezzijiet tal-importazzjoni
mir-RPĊ baqgħu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni matul il-perjodu kollu meqjus. Kif muri fit-tabella hawn fuq,
filwaqt li fl-2009 fl-aqwa tal-kriżi ekonomika, anki t-twaqqigħ fil-prezz ta' 17 %
ma setax jgħin l-importazzjonijiet Ċiniżi biex iżommu s-sehem tas-suq
f'sitwazzjoni ta' konsum li naqas f'daqqa waħda u t-tnaqqis sinifikanti
fis-suq, it-twaqqigħ kontinwu fis-snin sussegwenti jispjega ż-żieda stabbli
impressjonanti fis-sehem mis-suq miżmuma mill-importazzjoni mir-RPĊ bejn l-2009
u l-PI. (474) Sabiex jiġi ddeterminat
it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal
kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba
lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell
ex-works, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti
tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent
indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti
adegwati għal-kosti ta’ wara l-importazzjoni. (475) Il-kostijiet ta’ wara
l-importazzjoni msemmija fil-premessa ta’ hawn fuq ġew ikkalkulati fuq il-bażi
ta’ dejta verifikata mingħand żewġ importaturi mhux relatati tal-prodott
ikkonċernat. (476) Dan it-tqabbil tal-prezzijiet
sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati
kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet.
Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat
tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta'
twaqqigħ b'medja peżata ta' 20,2 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li
kkooperaw. (477) Wara l-iżvelar produttur
esportatur wieħed talab aktar informazzjoni fuq il-kalkolu tat-twaqqigħ
tal-prezz, fejn ma kienx hemm qbil eżatt bejn it-tip ta’ prodott esportat
mir-RPĊ u t-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija
tal-Unjoni. Huma talbu wkoll għal informazzjoni dwar jekk sarx aġġustament għal
differenzi fiżiċi fejn ma nstabx qbil eżatt. (478) Fejn ma kienx hemm qbil eżatt bejn it-tip ta’ prodott esportat
u t-tip ta’ prodott mibjugħ fl-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qabblet
it-tip ta’ prodott esportat mat-tip ta’ prodott li l-aktar hu simili mibjugħ
mill-industrija tal-Unjoni. F’dawn il-każijiet sar tqabbil lit-tip ta’ prodott
li hu l-aktar simili fejn l-unika differenza kienet il-ħxuna tas-substrat. (479) Fejn kien hemm iktar minn tip
wieħed ta’ prodott li hu l-aktar simili, il-Kummissjoni qabblet it-tip
tal-prodott esportat mal-irħas tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq tal-Unjoni,
minkejja jekk dan l-irħas tip ta' prodott kellux substrat eħxen jew irqaq.
B'hekk, l-ebda aġġustament għal differenzi fiżiċi kien meqjus neċessarju. 5. SITWAZZJONI EKONOMIKA
TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI 5.1. Il-kummenti preliminari (480) Skont l-Artikolu 8(4)
tar-Regolament bażiku, l-istituzzjonijiet eżaminaw il-fatturi ekonomiċi u
l-indiċijiet rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. (481) Id-dejta ppreżentata
mill-ilmentatur għall-produtturi kollha tal-OCS fl-Unjoni, ivverifikata ma'
sorsi oħra disponibbli u ma' dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni
fil-kampjun, intużat biex jiġu stabbiliti indikaturi makroekonomiċi,
bħall-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu
tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-bejgħ
ristrett, l-impjiegi u l-produttività. (482) Id-dejta ppreżentata u
vverifikata mis-sitt produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun intużat sabiex jiġu
stabbiliti indikaturi mikroekonomiċi, bħalma huma l-prezz tal-bejgħ tal-unità,
il-kost unitarju tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-fluss tal-flus,
l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-abbiltà ta’ żieda tal-kapital,
l-istokkijiet u l-kostijiet lavorattivi. 5.2. Dejta relatata mal-industrija
tal-Unjoni bħala entità sħiħa 5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità
tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (483) L-informazzjoni kollha
disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni
ppreżentata fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara
l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet vverifikati tal-kwestjonarju
tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita
l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat. || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum tal-produzzjoni (tunnellati) || 4 447 780 || 3 514 965 || 3 992 209 || 4 018 310 Indiċi (2008=100) || 100 || 79 || 90 || 90 Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) || 6 007 536 || 6 128 301 || 6 099 587 || 5 923 311 Indiċi (2008=100) || 100 || 102 || 102 || 99 L-użu tal-kapaċità || 74 % || 57 % || 65 % || 68 % Indiċi (2008=100) || 100 || 77 || 88 || 92 Sors : L-ilment,
it-tweġibiet għall-kwestjonarju (484) It-tabella ta' hawn fuq turi li
l-produzzjoni naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'konformità ma’
tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset sew fl-2009, u wara rkuprat
parzjalment fl-2010. Għalkemm il-konsum żdied matul il-PI, il-volum
tal-produzzjoni baqa’ tista’ tgħid fl-istess livell tal-2010. (485) Il-kapaċità tal-produzzjoni
baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità
segwiet ix-xejra tal-produzzjoni u naqset bi 8 % matul il-perjodu
kkunsidrat. 5.2.2. Volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq
u tkabbir || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum tal-bejgħ (tunnellati) || 2 951 468 || 2 280 304 || 2 643 923 || 2 592 540 Indiċi (2008=100) || 100 || 77 || 90 || 88 Sehem mis-suq (tunnellati) || 56,8 % || 58,8 % || 58,1 % || 53,9 % Indiċi (2008=100) || 100 || 104 || 102 || 95 Sors : L-ilment,
it-tweġibiet għall-kwestjonarju (486) Fl-2009 il-volum tal-bejgħ
tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas drastikament bi 23 %.
Fl-2010, il-volum tal-bejgħ żdied bi 13-il punt perċentwali, iżda mbagħad naqas
b’żewġ punti perċentwali fil-PI. (487) Is-sehem tas-suq tal-industrija
tal-Unjoni naqas bi 2.9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Wara
żieda fis-sehem mis-suq fl-2009, l-industrija tal-Unjoni rat is-sehem tagħha
jonqos fl-2010 u fil-PI bir-riżultat li s-sehem tagħha mis-suq kien 5 punti
perċentwali anqas matul il-PI milli fl-2009. Dan ġara fl-isfond ta’ żieda ta’
aktar minn 24 % fil-konsum mill-2009 sal-aħħar tal-PI. Għaldaqstant,
l-industrija ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum u ma setgħetx tikseb
mill-ġdid il-volum tal-bejgħ li kienet tilfet qabel. (488) Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni
naqas b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-volum tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati naqas bi 12 %, is-sehem tas-suq
tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 2,9 punti perċentwali minn 56,8 %
fl-2008 għal 53,9 % fil-PI. 5.2.3. L-impjiegi u l-produttività || 2008 || 2009 || 2010 || PI Impjiegi (FTE) || 7 088 || 6 470 || 6 097 || 6 046 Indiċi (2008=100) || 100 || 91 || 86 || 85 Produttività (tunnellati/FTE) || 627 || 543 || 655 || 665 Indiċi (2008=100) || 100 || 87 || 104 || 106 Sors: L-ilment,
it-tweġibiet għall-kwestjonarju, Eurofer (489) L-impjiegi fl-industrija
tal-Unjoni segwew xejra progressivament 'l isfel. Għalhekk, in-numru totali ta'
impjegati, imkejjel f'ekwivalenti ta' full time (FTE), fl-industrija naqas bi 15 %
fuq il-perjodu kkunsidrat u laħaq l-anqas livell tiegħu fil-PI. Madankollu,
il-produttività żdiedet b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li
l-industrija kienet qed tipprova tirrazzjonalizza l-kosti tal-produzzjoni
tagħha. 5.2.4. Użu ristrett u bejgħ intern || 2008 || 2009 || 2010 || PI Użu ristrett u bejgħ ristrett (tunnellati) || 1 135 987 || 914 412 || 986 386 || 970 757 Indiċi (2008=100) || 100 || 80 || 87 || 85 Sehem mis-suq (%) || 22 % || 24 % || 22 % || 20 % Indiċi (2008=100) || 100 || 108 || 99 || 92 Sors: L-ilment u
tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi fil-kampjun (490) Kif indikat fil-premessa (459),
hemm suq sinifikanti għall-OCS fl-UE li huwa ffurmat mill-użu downstream
tal-OCS mill-industrija tal-Unjoni. (491) Instab li l-użu ristrett u
l-bejgħ ristrett kienu destinati għal aktar trasformazzjoni mill-kumpaniji
nfushom jew mill-kumpaniji relatati tagħhom li għandhom x’jaqsmu prinċipalment
ma’ negozju relatat mal-materjali tal-kostruzzjoni, jiġifieri li huma utenti
finali tal-OCS. (492) Abbażi ta' dak identifikat hawn fuq, ġie stabbilit li l-użu
ristrett u l-bejgħ ristrett tal-industrija tal-Unjoni jammonta għal 24 %
tal-volum totali tal-produzzjoni fil-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu
ristrett u l-volumi relatati tal-bejgħ naqsu bi 15 % u s-sehem mis-suq
tagħha naqas bi 8 %. (493) L-investigazzjoni
sabet li ma kienx hemm differenza materjali bejn l-użu ristrett u l-bejgħ
ristrett f'termini tal-użu aħħari tal-prodott. L-użu ristrett kien irrappurtat
mill-kumpaniji fejn il-produzzjoni downstream kienet qed isseħħ bl-istess
entità legali, madankollu, il-bejgħ ristrett kien il-bejgħ lil entitajiet
legali oħra relatati ma' fattura. Barra minn hekk, il-metodu tal-ipprezzar kemm
fl-użu u kemm fil-bejgħ ristrett lil partijiet relatati kien simili, jiġifieri
ntalab valur ġust (il-metodu "kost b'addenda") tal-prodott kemm
lill-kumpaniji relatati kif ukoll lill-unitajiet interni ta' produzzjoni
downstream tal-kumpaniji fil-kampjun. (494) Il-valur medju għal kull
tunnellata baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u kien 3 % aktar baxx
mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-PI tal-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun. Din id-differenza fil-prezzijiet ma kinitx ikkunsidrata
bħala sinifikanti u x-xejra fil-prezz tal-bejgħ ristrett issegwi x-xejra
fil-prezz lill-klijenti mhux relatati. || 2008 || 2009 || 2010 || PI Użu ristrett u bejgħ ristrett (EUR/tunnellata) || 962 || 802 || 901 || 965 Indiċi (2008=100) || 100 || 83 || 94 || 100 Sors : It-tweġibiet
ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun (495) Meta jitqies li l-biċċa l-kbira
tal-bejgħ ristrett u l-użu ristrett kienu destinati għan-negozju downstream
tal-materjal tal-kostruzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, dak il-bejgħ u l-użu
ristrett kien indirettament espost ukoll għall-kompetizzjoni minn atturi oħra
fis-suq, inklużi l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. Id-domanda interna
tal-produzzjoni downstream kienet tiddependi fuq l-opportunità li jinbiegħu
l-prodotti downstream fis-suq ħieles li ma kienx affettwat
mill-importazzjonijiet issussidjati tal-OCS. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li
t-tnaqqis fil-volumi u fis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat kien
minħabba l-kompetizzjoni minn importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. 5.3. Dejta relatata mal-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun 5.3.1. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ
tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni || 2008 || 2009 || 2010 || PI Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata) || 1 023 || 805 || 911 || 994 Indiċi (2008=100) || 100 || 79 || 89 || 97 Spiża tal-unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata) || 925 || 884 || 893 || 978 Indiċi (2008=100) || 100 || 95 || 97 || 106 Sors: It-tweġibiet
ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun (496) Il-prezzijiet medji tal-bejgħ
tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-UE naqas bi
3 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-akbar tnaqqis ta’ 21 % seħħ fl-2009
bi qbil mat-tnaqqis fil-konsum. Fil-perjodu mill-2009 sal-PI, f’konformità ma’
żieda fil-konsum u fil-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet irkupraw bi 23 %
iżda ma laħqux il-livell tal-2008. (497) B’mod parallel, il-kostijiet
medji għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili żdiedu b’6 % matul
il-perjodu kkunsidrat minħabba żieda fil-kost tal-materja prima. (498) Wara
l-waqgħa ta’ 21 % fil-prezz ta’ unità lil klijenti mhux relatati fl-2009,
il-prezz ta’ unità beda jiżdied. Fl-2010 u matul il-PI, meta mqabbel mal-2009,
l-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda fil-kosti u setgħet iżżid
il-prezzijiet moderatament kemm tkopri dawn iż-żidiet, biżżejjed kemm iżżommhom
profittabbli fuq l-istess livell baxx għall-2010 u l-PI. Madankollu, dan
irriżulta f'aktar telf fis-sehem mis-suq billi l-prezzijiet Ċiniżi
tal-importazzjoni kienu dejjem irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. 5.3.2. Il-profittabbiltà, il-fluss ta'
flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied
il-kapital || 2008 || 2009 || 2010 || PI Profittabilità tal-bejgħ fl-UE lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ) || 6,7 % || -9,3 % || 2,8 % || 2,6 % Indiċi (2008=100) || 100 || -138 || 41 || 39 Fluss ta' flus (EUR) || 328 190 880 || 211 298 356 || 152 030 083 || 204 650 414 Indiċi (2008=100) || 100 || 64 || 46 || 62 Investimenti (EUR) || 55 717 957 || 4 537 128 || 12 530 132 || 15 302 264 Indiċi (2008=100) || 100 || 8 || 22 || 27 Redditu fuq l-investimenti || 13,8 % || -13,9 % || 5,9 % || 6 % Indiċi (2008=100) || 100 || -101 || 43 || 44 Sors : It-tweġibiet
ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun (499) Il-profittabilità
tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa
mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati ġie espress bħala
perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Fl-2009 il-profittabilità
tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku u rriżultat f'telf ta’ 9,3 %.
Mill-2010 din bdiet tirkupra, iżda ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ma
ħallewhiex tilħaq il-livell ikkunsidrat tajjeb u sostenibbli għall-industrija (6,7 %).
Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-profittabilità naqset b'61 %. (500) Ix-xejra fil-fluss tal-flus
segwiet sa ċertu punt ix-xejra negattiva fil-profittabilità. L-anqas livell
inkiseb fl-2010. Bl-istess mod, ir-redditu fuq l-investiment naqas b'56 %
minn 13,8 % fl-2008 għal 6 % fil-PI. (501) L-evoluzzjoni
tal-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment matul
il-perjodu kkunsidrat illimitaw l-abbilità tal-industrija tal-Unjoni li
tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu l-iżvilupp tagħha. L-industrija
tal-Unjoni rnexxielha tagħmel investiment sostanzjali fil-bidu tal-perjodu
kkunsidrat, madankollu, minn hemm 'il quddiem l-investimenti niżlu drastikament
fl-2009 u b'mod ġenerali naqsu bi 73 % matul il-perjodu kkunsidrat. (502) Minħabba n-natura
tal-industrija tal-Unjoni, li sa ċertu punt hija ffurmata minn kumpaniji kbar
multinazzjonali integrati tal-azzar, l-abbiltà ta’ dawn il-kumpaniji li jżidu
l-kapital ma kinitx affettwata mill-prestazzjoni finanzjarja fqira tas-settur
tal-OCS. 5.3.3. Il-ħażniet || 2008 || 2009 || 2010 || PI Ħażniet tal-għeluq (tunnellati) || 116 852 || 97 533 || 124 848 || 130 593 Indiċi (2008=100) || 100 || 83 || 107 || 112 Sors: It-tweġibiet
ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun (503) Għas-sitt produtturi tal-Unjoni
fil-kampjun, l-istokks kienu jirrappreżentaw 8 % tal-volum tal-produzzjoni
fil-PI. Il-livell tal-istokk tal-għeluq żdied bi 12 % matul il-perjodu
kkunsidrat. Għalkemm, għandu jiġi nnotat li l-istokkijiet mhumiex indikatur
importanti għall-industrija billi l-produzzjoni sseħħ prinċipalment meta ssir
ordni, iż-żieda ewlenija fl-istokkijiet seħħet mill-2009 sal-PI u ħabtet
maż-żieda fl-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. 5.3.4. Impjiegi, pagi u produttività Il-kosti medji tax-xogħol għal kull impjegat (EUR, produtturi tal-UE fil-kampjun) || 60 959 || 57 892 || 58 637 || 62 347 Indiċi (2008=100) || 100 || 95 || 96 || 102 (504) L-ispejjeż medji tax-xogħol
tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu bi 2 % biss matul il-perjodu
kkunsidrat li huwa aktar baxx mir-rata tal-inflazzjoni. L-investigazzjoni wriet
li l-produtturi fil-kampjun għamlu tnaqqis sinifikanti, speċjalment
fil-kostijiet ġenerali u amministrattivi, u għalhekk għamlu sforzi biex ikunu
aktar effiċjenti. 5.3.5. L-effetti ta’ dumping
fil-passat jew is-sussidjar (505) Billi dan huwa l-ewwel
proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, ma hemm
l-ebda dejta disponibbli sabiex jiġu valutati l-effetti possibbli ta’ dumping
jew sussidji passati. 5.4. Id-daqs tal-marġini
tas-sussidju attwali (506) Il-marġini kollha stabbiliti u
speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar is-sussidji huma konsiderevolment ogħla
mil-livell de minimis. Minħabba l-volum u l-prezzijiet
tal-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE,
tal-marġini attwali ta’ sussidju, ma jistax jitqies bħala negliġibbli. 5.5. Konklużjoni dwar id-dannu (507) L-investigazzjoni wriet li
l-indikaturi kollha tad-dannu (għajr il-produttività) marru għall-agħar jew ma
żviluppawx bi qbil mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. (508) Matul il-perjodu kkunsidrat,
fil-kuntest tat-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
żdied b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni b'mod ġenerali naqas bi 12 % u s-sehem tiegħu mis-suq niżel
minn 56,8 % fl-2008 għal 53,9 % fil-PI. Għalkemm il-konsum irkupra b'24 %,
mill-2009 sal-PI, wara s-sena tal-kriżi ekonomika li affettwat id-domanda,
is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos. L-industrija
tal-Unjoni ma rnexxilhiex terġa’ tikseb is-sehem mis-suq li kienet tilfet
minħabba t-tkabbir sinifikanti tal-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ
fis-suq tal-UE. L-importazzjonijiet irħas issussidjati żdiedu matul il-perjodu
kkunsidrat, waqt li waqqgħu b'mod kostanti l-prezzijiet tal-industrija
tal-Unjoni. (509) Barra minn hekk, l-indikaturi
ta' dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni,
bħalma huma l-fluss tal-flus u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Dan
ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex tiffinanzja l-kapital u
biex tinvesti naqset ukoll. (510) Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar
’il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali
fil-kuntest tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku. 6. KAWŻALITÀ 6.1. Introduzzjoni (511) Skont l-Artikolu 8(5) u 8(6)
tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati li
joriġinaw mir-RPĊ ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni f’livell li jista'
jiġi kklassifikat bħala materjali. Ġew eżaminati fatturi magħrufa minbarra
l-importazzjonijiet issussidjati, li setgħu fl-istess waqt ikkawżaw dannu
lill-industrija tal-Unjoni, sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn
dawk il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet issussidjati. 6.2. L-effett tal-importazzjonijiet
issussidjati (512) L-investigazzjoni wriet li
l-konsum tal-Unjoni naqas b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li
l-volum tal-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ żdied b'madwar 49 %,
is-sehem mis-suq tagħhom ukoll żdied b’60 % minn 9,1 % fl-2008 għal 14,6 %
fil-PI. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %
u s-sehem mis-suq niżel bi 2,9 % minn 56,8 % fl-2008 għal 53,9 %
fil-PI. (513) Filwaqt li l-importazzjonijiet
mir-RPĊ kienu wkoll affettwati mill-kriżi ekonomika u waqgħu bi 68 % mill-2008
sal-2009, huma rkupraw b'ritmu mgħaġġel ħafna bejn l-2009 u l-PI b'żieda ta’ 367 %
sal-aħħar tal-PI, għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied biss b’24% matul dan
il-perjodu. Permezz tat-tnaqqis ta' 9 % fil-prezz unitarju meta mqabbel
mal-2008 u t-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’sa 20,2 %
matul il-PI, l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem tagħhom tas-suq b’60 %
għal 14,6 % mill-2008 sal-PI. (514) Fl-istess ħin, mill-2008 sal-PI
l-volumi tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati b'mod
ġenerali naqas bi 12 %. Fiż-żmien tal-irkupru tas-suq, mill-2009 sal-PI, l-industrija
tal-Unjoni setgħet iżżid il-volumi tal-bejgħ tagħha lil partijiet mhux relatati
bi 13 % biss iżda tilfet 8 % mis-sehem tas-suq biex b'hekk
ibbenefikat b'mod limitat miż-żieda fil-konsum. Kienu l-importazzjonijiet
Ċiniżi li bbenefikaw l-aktar mill-irkupru fil-konsum biex ħallew parteċipanti
oħra fis-suq lura ħafna. (515) Il-prezzijiet ta’ importazzjoni
medji mir-RPĊ naqsu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm hemm
tendenza li qed jiżdiedu wara l-waqgħa drastika fl-2009, bejn l-2009 u l-PI,
baqgħu kostantament taħt il-livelli mitluba mill-industrija tal-Unjoni.
Il-prezz tal-unità lil klijenti mhux relatati fl-UE naqas bi 3 % biss,
ħaġa li turi xi reżistenza għall-pressjoni tal-prezz eżerċitata
mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Madankollu, dawn il-prezzijiet kienu ovvjament
sostnuti akkost ta' volumi tal-bejgħ anqas u tnaqqis fil-profitti fuq dak
il-bejgħ billi dawn niżlu b’61 % minn 6,7 % fl-2008 għal 2,6 %
fil-PI. (516) Abbażi ta’
dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ż-żieda fl-importazzjonijiet issussidjati
mir-RPĊ bi prezzijiet li kostantement waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni,
kellha rwol deċiżiv fid-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, li
żamm lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika b’mod sħiħ mill-irkupru
fil-konsum tal-Unjoni. 6.3. L-effett ta’ fatturi oħra 6.3.1. L-importazzjonijiet minn
pajjiżi terzi Pajjiż || || 2008 || 2009 || 2010 || PI Il-Korea t'Isfel || Volum (tunnellati) || 228 123 || 226 568 || 173 935 || 237 164 || Indiċi (2008=100) || 100 || 99 || 76 || 104 || Sehem mis-suq (%) || 4,4 % || 5,8 % || 3,8 % || 4,9 % || Indiċi (2008=100) || 100 || 133 || 87 || 112 || Prezz medju || 901 || 727 || 846 || 903 || Indiċi (2008=100) || 100 || 81 || 94 || 100 l-Indja || Volum (tunnellati) || 159 999 || 149 138 || 155 384 || 141 391 || Indiċi (2008=100) || 100 || 93 || 97 || 88 || Sehem mis-suq (%) || 3,1 % || 3,8 % || 3,4 % || 2,9 % || Indiċi (2008=100) || 100 || 125 || 111 || 95 || Prezz medju || 932 || 667 || 773 || 824 || Indiċi (2008=100) || 100 || 72 || 83 || 88 Pajjiżi Oħra || Volum (tunnellati) || 249 151 || 158 461 || 124 319 || 167 007 || Indiċi (2008=100) || 100 || 64 || 50 || 67 || Sehem mis-suq (%) || 4,8 % || 4,1 % || 2,7 % || 3,5 % || Indiċi (2008=100) || 100 || 85 || 57 || 72 || Prezz medju || 951 || 809 || 924 || 955 || Indiċi (2008=100) || 100 || 85 || 97 || 100 Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ || Volum (tunnellati) || 637 274 || 534 167 || 453 637 || 545 562 || Indiċi (2008=100) || 100 || 84 || 71 || 86 || Sehem mis-suq (%) || 12,3 % || 13,8 % || 10,0 % || 11,3 % || Indiċi (2008=100) || 100 || 112 || 81 || 92 || Prezz medju || 929 || 735 || 842 || 898 || Indiċi (2008=100) || 100 || 79 || 91 || 97 Sors: Il-Eurostat (517) Filwaqt li l-importazzjonijiet
mir-RPĊ kienu jikkostitwixxu 56 % tal-importazzjonijiet kollha fl-UE matul
il-PI, sorsi importanti oħra tal-importazzjonijiet kienu mir-Repubblika
tal-Indja ("l-Indja") (11 %) u l-Korea t'Isfel (19 %).
Għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet mill-Indja,
għalkemm il-prezz medju tagħhom naqas b’mod drastiku bi 12 %, b'mod
ġenerali naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u tilef 5 %
tas-sehem tas-suq. L-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel żdiedu b’4 %
biss bil-prezz medju jibqa' fuq l-istess livell bħal dak tal-2008. Is-sehem
mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja kien 2,9 % fil-PI, filwaqt li
l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel kellhom sehem ta' 4,9 %. (518) Importazzjonijiet oħra, li
jirrappreżentaw 14 % tal-importazzjonijiet totali, naqsu bi 33 % u
l-prezz medju tagħhom baqa' fl-istess livell bħal dak tal-2008. (519) Għalkemm il-prezz medju
tal-importazzjoni l-oħra kollha kien taħt il-livell tal-prezz tal-industrija
tal-Unjoni, l-effett ta' dawn l-importazzjonijiet, jekk kien hemm, jista'
possibbilment ikun biss marġinali. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma rċeviet
l-ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn sorsi oħra kienu kkummerċjalizzati
inġustament. It-tieni, b'kuntrast mal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-livell
ġenerali tal-prezz ta' sorsi ewlenin ta' importazzjonijiet oħra kien aktar
stabbli matul il-perjodu kkunsidrat kollu, u għalhekk juri li l-industrija
tal-Unjoni tista' tikkompeti b'suċċess ma' dawk l-importazzjonijiet
fis-segmenti tas-suq. It-tielet nett, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
ġeneralment naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u għadhom f’livell baxx, kemm
b'mod ġenerali kif ukoll għall-pajjiżi esportaturi ewlenin individwalment.
Barra minn hekk, it-tnaqqis tas-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet oħra
jikkonferma li dawk l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw dannu
lill-industrija tal-Unjoni. 6.3.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet
tal-industrija tal-Unjoni || 2008 || 2009 || 2010 || PI Esportazzjonijiet, Eurostat (tunnellati) || 669 790 || 612 204 || 580 477 || 605 760 Indiċi (2008=100) || 100 || 91 || 87 || 90 Prezz medju (EUR/tunnellata) || 1 068 || 937 || 995 || 1 092 Indiċi (2008=100) || 100 || 88 || 93 || 102 Esportazzjonijiet minn produtturi tal-Unjoni fil-kampjun || 53 542 || 46 516 || 48 102 || 46 228 Indiċi (2008=100) || 100 || 87 || 90 || 86 Medja tal-prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata) || 1 086 || 826 || 984 || 1 132 Indiċi (2008=100) || 100 || 76 || 91 || 104 Sors: Il-Eurostat u
t-tweġibiet għall-kwestjonarji (520) It-total tal-esportazzjonijiet
tal-OCS mill-industrija tal-Unjoni lil pajjiżi terzi skont l-Eurostat naqas b’10 %
matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezz medju kien relattivament
għoli u żdied bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet
kienu jirrappreżentaw 15 % tal-produzzjoni totali tal-UE u għalhekk għenu
lill-industrija tal-Unjoni biex tikseb ekonomiji ta' skali u tnaqqas l-ispejjeż
globali tal-produzzjoni. Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li l-attività
tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkun il-kawża
potenzjali ta' dannu materjali. (521) Din l-istampa ġenerali hija
riflessa mis-sitwazzjoni fl-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni
inklużi fil-kampjun lejn klijenti mhux relatati f'pajjiżi terzi. Dawn naqsu b’14 %
matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu, il-prezz tal-esportazzjoni għal kull
unità kien kontinwament ogħla (b'medja ta' minn 2 sa 14 % skont is-sena)
mill-prezz tal-UE. 6.3.3. Importazzjonijiet mir-RPĊ
mill-ilmentaturi (522) Matul l-investigazzjoni u wara
l-iżvelar finali, ġie sostnut li l-ilmentaturi (permezz tal-kumpaniji relatati
tagħhom) kienu involuti huma nfushom fl-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat
mir-RPĊ u li dawk l-importazzjonijiet allegatement kienu jikkostitwixxu bejn 20 %
u 40 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Madankollu, ma ngħatat l-ebda
evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. Wara investigazzjoni ta' dawn
l-allegazzjonijiet, billi ġiet eżaminata d-dejta vverifikata mill-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun, instab li dawn impurtaw biss madwar 10 000 tunnellata
matul il-PI, li b’mod ġenerali kien jaqbel mad-dejta fl-ilment. Volum pjuttost
simili, li ma ġiex żvelat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku,
instab li ġie importat minn kumpaniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni
fil-kampjun. Dawn l-importazzjonijiet flimkien ammontaw għal madwar 2-3 %
tat-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li
l-importaturi kienu qegħdin jimpurtaw kwantitajiet bħal dawn u b'dan il-mod
mir-RPĊ sabiex iqumu dubji dwar l-istatus tagħhom bħala produtturi tal-Unjoni
skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament bażiku, jew biex jikkawżaw dannu
għalihom infushom. Għaldaqstant l-argument huwa miċħud. 6.3.4. Użu ristrett u bejgħ intern (523) Ġie allegat minn ċerti partijiet interessati li d-dannu
lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ingaġġ tagħha stess fin-negozju
downstream tal-produzzjoni ta' materjali tal-kostruzzjoni (eż. pannelli
sandwich, folji trapezojdi eċċ.) jew direttament jew permezz tal-kumpaniji
relatati fi ħdan il-gruppi. Kien allegat speċifikament li l-industrija
tal-Unjoni għamlet l-OCS disponibbli għan-negozji downstream tagħha stess bi
prezzijiet orħos minn dawk għal kumpaniji mhux relatati, b'hekk kienet qed
"tissussidjahom" fi ħdan il-grupp u tippermettilhom li jwaqqgħu
l-prezzijiet għad-deterrent tal-kompetituri tagħhom fis-segment downstream. (524) Kif
jidher hawn fuq, il-valur medju ta' użu ristrett u bejgħ ristrett għal kull
tunnellata kien ta' 3 % biss anqas mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux
relatati fil-PI. L-investigazzjoni wriet li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett
probabbilment kienu affettwati indirettament minn kompetizzjoni inġusta
minħabba importazzjonijiet issussidjati. Kieku kien hemm xi
vantaġġ għan-negozju downstream kif allegat, dan kien jidher fit-tqabbil bejn
il-prezzijiet tal-bejgħ ristrett u l-prezzijiet tal-bejgħ mhux relatat.
Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud. (525) Wara l-iżvelar finali CISA reġa
stqarr li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel OCS disponibbli
għan-negozji downstream relatat bi prezz "sussidjat", b'hekk iwaqqgħu
l-prezz tal-kompetituri tagħhom fis-segment downstream. Madankollu, ma ġiet
provduta l-ebda evidenza biex tbiddel il-konklużjoni tal-Kummissjoni
fil-premessa (524), jiġifieri li d-differenza fil-prezz bejn bejgħ relatat u
mhux relatat kien żgħir (2 %) u dan ma kienx każ ta’ dannu li wettaq lilu
nnifsu. (526) CISA sfida wkoll id-dejta fuq
il-kost ta’ produzzjoni ta’ OCS u, b’estensjoni, il-prezz ta’ OCS lil partijiet
relatati. Minħabba l-prezz ta’ bejgħ ta' kojls iggalvanizzati imniżżel
fil-jaħraq, materja prima fil-manifatturar ta’ OCS, huma jallegaw li l-kost ta’
produzzjoni ta’ OCS fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma jistax jaqbeż EUR 900/it-tunnellata. (527) L-ewwel nett, ma kienx ċar sa
liema punt il-kostijiet bħal SG&A u l-kostijiet finanzjarji kienu inklużi
fil-kost totali li CISA qed jagħmel referenza għalihom. It-tieni nett,
il-Kummissjoni vverifikat il-kost ta’ prodizzjoni ta’ OCS fil-produtturi kollha
tal-kampjun tal-Unjoni u hija sodisfatta li l-kost kollu tal-produzzjoni inkluż
fil-materja prima, l-ipproċessar, il-kisi, SG&A, il-kostijiet ta’
finanzjament eċċ. (528) Is-CISA mbagħad stqarr li
l-bejgħ ta’ OCS lil partijiet relatati qed isir b’telf u b’hekk qed jikkawża
dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan huwa bbażat fuq tqabbil tal-kost totali
ta’ produzzjoni (EUR 978/tunnellata) meta mqabbel mal-prezz medju ta’
bejgħ relatat (EUR 965/tunnellata). (529) Filwaqt li huwa korrett li
tqabbil matematiku sempliċi jista’ jissuġġerixxi li bejgħ relatat qed isir
b’telf, dawn iwassal għas-suppożizzjoni li l-industrija tal-Unjoni jkollha
l-istess livell ta' SG&A u spejjeż ġenerali oħrajn ta' bejgħ u bejgħ
ristrett hekk kif ukoll fuq dawk relatati tagħhom. Kif mistqarr fil-premessa (493),
bejgħ lil partijiet sar fuq bażi ta’ “kost u żieda” u b’hekk l-Industrija
tal-Unjoni kienet qed tirkupra l-kostijiet tagħha fuq dak il-bejgħ. 6.3.5. Il-kriżi ekonomika (530) Il-kriżi ekonomika u l-effett
tagħha fuq in-negozju tal-kostruzzjoni tal-anqas jispjegaw parzjalment
it-tnaqqis fid-domanda u l-pressjoni tal-prezzijiet matul il-perjodu
kkunsidrat. Kif imsemmi hawn fuq, fl-2009 il-konsum naqas b’25 %.
Madankollu, mill-2010 'l quddiem, is-suq beda jirkupra u, bejn l-2009 u t-tmiem
tal-PI, il-konsum żdied b'24 %. (531) Madankollu, l-analiżi tad-danni
u l-kawżalità sseparat l-analiżi tas-suq tal-2009 minn mal-irkupru ta' wara
mill-2009 sal-PI. Fl-analiżi tad-danni u l-kawżalità intwera b'mod ċar li
l-importazzjonijiet mir-RPĊ ħadu vantaġġ kbir mill-konsum li kien qed jirkupra
u barra minn hekk waqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, biex b'hekk
dawru l-possibilità ta' opportunitajiet ugwali biex l-atturi kollha jirkupraw
mill-waqgħa f'battalja kontinwa għall-għajxien. (532) Wara l-iskadenza għal kummenti
għall-iżvelar finali parti interessat nnotat li l-għeluq imħabbar ta’ impjant
fil-Belġju, u li force majeure kien qed jikkawża diffikultajiet
għall-produzzjoni u l-konsenja normali minn faċilitajiet oħrajn fil-Belġju.
Il-parti interessata allegat li dan juri n-nuqqas ta’ sigurtà fil-provvista ta’
OCS mill-UE u kienet raġuni li tippermetti lil importaturi u utenti biex jġibu
b’mod liberu l-OCS tagħhom mill-UE u ċ-Ċina. (533) Dawn l-argumenti ġew rifjutati.
Minħabba li l-użu tal-kapaċità fl-UE huwa baxx, il-kwistjoni mhijiex waħda ta’
problema ta’ provvista hekk kif l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità
adegwata disponibbli. F’kwalunkwe każ il-faċilitajiet li qed jingħalqu
fil-Belġju ma manifatturawx OCS. Is-sigurtà tal-provvista hija ovvjament
importanti, imma d-dazji proposti f’dan il-każ mhumiex imfassla biex iwaqqfu
l-provvista ta’ OCS miċ-Ċina, biss biex jipprevjenu li l-provvista titgħabba
fis-suq tal-UE. 6.3.6. L-eċċess ta’ kapaċità
strutturali (534) Ġie ddikjarat minn ċerti
partijiet interessati li l-kawża tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, li
ħafna drabi hija produtturi tal-azzar integrati vertikalment, ma kinitx
l-importazzjonijiet mir-RPĊ iżda li kien minħabba problemi strutturali
fl-industrija tal-azzar tal-UE bħal pereżempju l-kapaċità żejda. Kien hemm
ukoll l-argument li l-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar li saret qabel
il-perjodu kkunsidrat kienet wasslet għal kapaċità żejda u li kull dannu
mġarrab kien konsegwenza ta’ wisq faċilitajiet ta’ produzzjoni. (535) Huwa l-każ li l-produzzjoni
tal-OCS hija bbażata fuq il-kapital u l-industrija għandha spejjeż fissi
relattivament għoljin. Madankollu, il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar
- li saret qabel il-bidu tal-perjodu - ma wasslitx għal kapaċità żejda. Wara
żieda żgħira fil-kapaċità installata fl-2009, l-industrija naqqset bi ftit
il-kapaċità fl-2010 u għal darb oħra fil-PI. Il-kapaċità installata matul l-IP
kienet inqas mill-konsum totali tal-PI u jekk id-domanda fil-PI irkuprat
sal-livell tal-2008 u l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tieħu vantaġġ
tad-domanda miżjuda, l-użu tal-kapaċità kienet tkun madwar 74 %. (536) L-effett negattiv tal-kapaċità
żejda jista' jiġi attribwit biss minimament lill-produtturi tal-OCS tal-UE.
L-ewwel nett, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ovvjament
kienet qed tieħu passi biex issostni l-effiċjenza tagħha u l-produttività
żdiedet b’6 % għall-industrija kollha. It-tieni, l-investiment kontinwu
fil-linji tal-produzzjoni u l-flessibbiltà fl-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’
prodotti oħra għenu biex jinkisbu ekonomiji ta' skala u naqqsu l-ispejjeż
fissi. Għalhekk, billi l-użu tal-kapaċità tal-kumpaniji fil-kampjun naqas bi 18 %
matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet medji tal-produzzjoni żdiedu biss b’6 %,
u dan jinkludi ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima. Għalhekk, ma jistax
jiġi konkluż li l-kapaċità żejda tista' tikser ir-rabta kawżali. Dan l-argument
huwa għalhekk miċħud. 6.4. Il-konklużjoni dwar
il-kawżalità (537) Intwera li kien hemm żieda
sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati li
joriġinaw mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat, speċjalment mill-2009 sal-PI. Instab
ukoll li dawn l-importazzjonijiet, b'mod kostanti, kienu qed iwaqqgħu
l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u b'mod
partikolari matul il-PI. (538) Din iż-żieda fil-volum u
fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet issussidjati bi prezzijiet baxxi
mir-RPĊ, seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni
ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar
fil-PI, meta, minkejja l-irkupru tal-konsum, l-industrija tal-Unjoni ma
setgħetx terġa’ tikseb is-sehem tagħha mis-suq li kienet tilfet u
l-profittabilità. Indikaturi finanzjarji oħra bħar-redditu fuq l-investimenti
staġnaw fil-livell tal-2010, u l-impjiegi laħqu l-aktar livell baxx tagħhom. (539) L-eżaminazzjoni tal-fatturi
l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvelat li
dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn
l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbet l-industrija
tal-Unjoni. (540) Abbażi tal-analiżi ta’ hawn
fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi magħrufa
kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi
tal-esportazzjonijiet issussidjati, ġie konkluż li l-importazzjonijiet
issussidjati mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni
fis-sens tal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku. 7. L-INTERESS TAL-UNJONI 7.1. Il-kummenti preliminari (541) Skont l-Artikolu 31
tar-Regolament bażiku, l-istituzzjonijiet eżaminaw jekk, minkejja s-sejbiet ta’
hawn fuq, kinux jeżistu raġunijiet sodi sabiex jiġi konkluż jekk mhuwiex
fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri kumpensatorji. L-analiżi
tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi
involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u
l-utenti tal-prodott ikkonċernat. 7.2. L-interess tal-industrija
tal-Unjoni (542) L-industrija tal-Unjoni bħala
entità sħiħa hija magħmula minn 22 produttur magħruf li jirrappreżentaw
il-produzzjoni kollha tal-OCS fl-Unjoni. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri
differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament ’il fuq minn 5 400 persuna
b’rabta mal-prodott simili. (543) Ħadd mill-produtturi ma oppona
l-bidu tal-investigazzjoni. Kif intwera aktar 'il fuq fl-indikaturi
makroekonomiċi, l-industrija kollha tal-UE esperjenzat deterjorament
tas-sitwazzjoni tagħha u ntlaqtet negattivament mill-importazzjonijiet
issussidjati. (544) L-industrija tal-Unjoni ġarbet
dannu materjali kkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ.
L-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat.
B’mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja
tal-produtturi tal-Unjoni, bħall-profittabilità u r-redditu fuq l-investimenti,
kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li
l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar. (545) Huwa mistenni li l-impożizzjoni
ta’ dazji kumpensatorji se terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti ta’
kummerċ fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li
tallinja l-prezzijiet tal-OCS b'mod li jirriflettu l-kostijiet tad-diversi
komponenti u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li
l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tippermetti lill-industrija tal-Unjoni
li tirkupra tal-anqas parti mis-sehem tas-suq mitluf matul il-perjodu
kkunsidrat, b'impatt pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda
finanzjarja ġenerali tagħha. (546) Jekk il-miżuri ma jiġux
imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq u l-profittabilità
tal-industrija tal-Unjoni tibqa' sejra lura. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda
medja sa medda twila ta’ żmien. Huwa probabbli wkoll li xi produtturi
individwali jkollhom jagħlqu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom, billi
jkunu qed jagħmlu t-telf matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba t-telf imġarrab
u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perjodu
kkunsidrat, għandu jkun mistenni li l-parti l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni
mhux se jirnexxielhom jirkupraw l-investimenti tagħhom, jekk ma jiġux imposti
l-miżuri. (547) Għaldaqstant, ġie konkluż li
l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji tkun fl-interess tal-industrija
tal-Unjoni. 7.3. L-interess tal-utenti u
l-importaturi (548) Kif imsemmi hawn fuq
fil-premessa (14), ħames importaturi ppreżentaw ruħhom iżda tnejn biss
wieġbu għall-kwestjonarju. Minn madwar 100 utent elenkati fl-ilment, 19
ippreżentaw ruħhom u esprimew interess fil-proċediment. Sussegwentement, għaxar
kumpaniji ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju. (549) L-aktar utenti u importaturi
attivi għamlu sottomissjonijiet bil-miktub konġunti u saru diversi seduti
fil-kors tal-investigazzjoni. L-argumenti ewlenin tagħhom rigward
l-impożizzjoni ta' miżuri huma analizzati hawn taħt. (550) Wara l-iżvelar finali, waslu
kummenti minn importaturi u partijiet interessati oħrajn. Madankollu l-ebda
elementi ġodda għajr dawk hawn taħt ma ġew ipprovduti. 7.3.1. Il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE (551) L-utenti u l-importaturi
allegaw li s-suq tal-OCS tal-UE ma kienx kompetittiv biżżejjed u li
l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu meħtieġa biex jagħtu aktar saħħa ta’ negozjar
lill-kumpaniji li jimportaw u li jużaw l-OCS. Huma ssuġġerew ukoll li
l-industrija tal-Unjoni kienet involuta f’arranġamenti oligopolistiċi biex
tikkontrolla s-suq. L-investigazzjoni fl-istadju provviżorju ma kkonfermatx
dawn l-allegazzjonijiet. Il-produtturi tal-Unjoni kienu qed jikkompetu
fl-istess swieq u spiss kienu qed ibigħu lill-istess konsumaturi, jew
lill-kumpaniji tal-kostruzzjoni ta' xulxin. Minħabba li ma ġiet ippreżentata
l-ebda evidenza għajr ilmenti aneddotali dwar id-diffikultajiet waqt
in-negozjar tal-prezzijiet u li minbarra l-ħames gruppi ta' produtturi
tal-Unjoni li lmentaw, joperaw 11-il produttur ieħor tal-OCS fl-UE, li xi wħud
minnhom huma kbar ħafna, u l-varjetà ta’ sorsi oħra ta’ importazzjonijiet, dawn
it-talbiet ġew miċħudin. 7.3.2. Nuqqas ta’ provvisti (552) L-utenti u l-importaturi
allegaw ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi
kienet se toħloq nuqqas ta’ OCS fis-suq tal-UE. Madankollu, fid-dawl
tal-varjetà wiesgħa ta' sorsi ta' provvista deskritti hawn fuq, kif ukoll
il-kapaċità ta’ produzzjoni libera fl-industrija tal-Unjoni, mhuwiex meqjus
probabbli li tali nuqqas jista' jseħħ. Għaldaqstant l-argument huwa miċħud. 7.3.3. Konklużjoni dwar l-interessi
tal-utenti u l-importaturi (553) L-10 utenti li kkooperaw
irrappreżentaw 7 % tat-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-PI.
L-investigazzjoni turi li l-utenti kollha għandhom sorsi differenti ta'
provvista. Bħala medja, ix-xiri mir-RPĊ kien jikkostitwixxi madwar 15 %
tax-xiri totali tagħhom ta' prodotti tal-OCS; barra minn hekk, l-akbar volumi
kienu misjuba li oriġinaw minn produtturi tal-UE (73 %) u 12 % ġew
importati minn pajjiżi terzi oħra. Billi l-prodott ikkonċernat huwa
standardizzat ħafna, l-importanza tar-rabta tal-konsumatur hija pjuttost relattiva,
u kemm l-utenti kif ukoll l-importaturi jistgħu pjuttost faċilment ibidlu
s-sorsi tal-provvista fejn hija kkonċernata l-kwalità tal-prodott. (554) L-investigazzjoni wriet li
l-utenti kollha li kkooperaw minbarra wieħed, għamlu l-profitt fis-settur li
juża l-prodott ikkonċernat u l-profittabilità tagħhom matul il-PI kienet tvarja
minn 1 % sa 13 %, skont il-kumpanija. Il-profittabilità ta’ dawk
il-kumpaniji ma kinitx tiddependi b’mod sinifikanti fuq l-importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. (555) Abbażi tar-risposti
għall-kwestjonarju tal-utenti, saret stima tal-effett probabbli tal-miżuri
proposti. Għalhekk, anki jekk wieħed jassumi l-agħar xenarju improbabbli
għall-utenti li kkooperaw, jiġifieri li ma tista' tingħadda l-ebda żieda fil-prezz
u li jkunu marbuta li jimportaw mir-RPĊ bl-istess volumi bħal fil-PI, l-impatt
tal-livell tad-dazju fuq il-kost tagħhom tal-produzzjoni jkun żieda ta’ bejn 1 %
sa 5 % u tnaqqis ta' bejn 1 sa 2,8 punti perċentwali
fil-profittabbiltà għall-maġġoranza tal-importazzjonijiet u ta' madwar 4 punti
perċentwali għall-importazzjoni b'dazju residwu. Madankollu, ix-xenarju l-aktar
probabbli huwa impatt konsiderevolment anqas minn dan. Importazzjonijiet
mir-RPĊ jirrappreżentaw parti żgħira tan-negozju tal-utenti u jista’ jkun
mistenni li l-kost se jiżdied mill-miżuri ta’ kompensatorji li jingħataw
faċilment. Barra hekk, minħabba li minbarra l-ħafna sorsi sinifikanti
alternattivi tal-produtturi tal-UE, mhux soġġetti għal miżuri, huma disponibbli
eż. l-Indja u l-Korea t’Isfel, huwa mistenni li l-prezzijiet fis-suq, wara
l-impożizzjoni ta’ miżuri se jikkunsidraw dawn il-fatturi wkoll. (556) Iż-żewġ importaturi li
kkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali
mir-RPĊ matul il-PI, l-ammont eżatt ma setax jiġi żvelat skont l-Artikolu 29
tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod bħalma huwa għall-utenti, l-importaturi
ukoll żammu sorsi differenti ta’ forniment barra mir-RPĊ. Barra minn hekk, kien
stabbilit li hemm ċans li l-profittabilità tal-importaturi tkun aktar
affettwata mill-miżuri minn dik tal-utenti, li kieku kellhom iżommu l-mudell
ta' importazzjoni pprattikat matul il-PI. Madankollu, fil-prattika
l-importaturi bħala negozjanti għandhom it-tendenza li jkunu aktar flessibbli
mill-utenti, u probabbilment ikunu minn tal-ewwel li jduru għal sorsi
alternattiva ta' forniment. (557) Parti mill-benefiċċju
tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-utent u l-importatur effettivament toħroġ u
hija possibbli minħabba d-diskriminazzjoni inġusta fil-prezzijiet ipprattikata
mill-esportaturi Ċiniżi, u mhux minn vantaġġ kompetittiv naturali. Għalhekk,
l-istabbiliment mill-ġdid ta’ kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-UE permezz
tal-korrezzjoni tad-distorsjoni tal-kummerċ li tirriżulta minn
importazzjonijiet issussidjati, se jippermetti lis-suq tal-OCS li jerġa’ jsir
suq sod, b'dinamika mmexxija mill-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp
tal-prezzijiet, filwaqt li fl-istess ħin ma jiġux żvantaġġati atturi oħra
(utenti, produtturi, klijenti finali) li ma jistgħux jibbenefikaw immedjatament
minn importazzjonijiet issussidjati. 7.4. Konklużjoni dwar l-interess
tal-Unjoni (558) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq,
ġie konkluż li fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fir-rigward
tal-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni
ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw
mir-RPĊ. 8. MIŻURI KOMPENSATORJI
DEFINITTIVI 8.1. Livell ta’ tneħħija tad-dannu (559) Fid-dawl tal-konklużjonijiet
milħuqa dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni,
gћandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri
lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati. (560) Sabiex jiġi determinat
il-livell ta' dawn il-miżuri, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ sussidju li
nstabu u l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab
mill-industrija tal-Unjoni. (561) Meta kien qed jiġi kkalkulat
l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tas-sussidju ta’ dannu,
tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija
tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel
it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip
fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas
ta’ importazzjonijiet issussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.
Huwa meqjus li l-profitt li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet
issussidjati għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2008 meta l-importazzjonijiet
Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li
marġini ta’ profitt ta’ 6,7 % tal-fatturat jista' jkun ikkunsidrat bħala
minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li takkwista
fin-nuqqas ta’ sussidju ta’ dannu. (562) Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat
prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija
tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb permezz taż-żieda tal-marġni ta’
profitt ta’ 6,7 % imsemmi mal-ispiża tal-produzzjoni. (563) Iż-żieda neċessarja fil-prezz
ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja peżata tal-prezz
tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, aġġustata
b'mod xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji tad-dwana mal-prezz
mhux ta' dannu tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI.
Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa
bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF tat-tipi mqabbla. (564) Wara l-iżvelar finali
l-partijiet interessati sfidaw l-użu ta' 6,7 % bħala l-mira ta' profitt
tal-industrija tal-Unjoni u d-deskrizzjoni tal-2008 bħala sena rappreżentattiva
għall-profittabilità. Madankollu l-argument tagħhom li l-profitt li sar
mill-industrija tal-Unjoni fl-2008 kien affettwat mill-kriżi finanzjarja, li
tagħmel l-2008 sena eċċezzjonali, jidher li jipponta lejn argument li l-profitt
li sar fl-2008 huwa inqas milli l-industrija tantiċipa f'sena normali. Dan
l-argument hu mwarrab hekk kif ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza ta’ x’seta’
kien il-profitt tal-industrija tal-Unjoni fl-2008 fin-nuqqas tal-kriżi
finanzjarja. (565) Partijiet interessati saħħqu
wkoll fuq il-fatt li volumi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fl-iktar livell
baxx fl-2009 aktar milli fl-2008. Madankollu, minħabba li l-industrija
tal-Unjoni ma kinetx profitabbli fl-2009, huwa impossibbli li tiġi użata
d-dejta tal-2009 biex jitwaqqaf mira ta’ profitt għall-industrija tal-Unjoni. (566) CISA allegaw ulterjorment li
l-profitt għal klijenti mhux relatati fl-2008 ma jistax jintuża bħala l-mira
tal-profitt minħabba li dik is-sena turi l-akbar differenza fil-prezz bejn
bejgħ relatat u mhux relatat. Dan l-argument kien imwarrab, hekk kif
id-differenza fil-prezz ma kinetx rilevanti għall-kalkolu tal-profitt tal-bejgħ
lil klijenti mhux relatati. (567) CISA mbagħad ippropona li
l-mira tal-profitt għal bejgħ ta' OCS lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni
kien ibbażat fuq il-medja tal-profitt ġenerali għall-korporazzjoni
multinazzjonali ArcelorMittal għas-snin 2010 u 2011. Dan kien imwarrab bħala
sors kredibbli għall-profitt fuq l-OCS fl-Unjoni fin-nuqqas ta’
importazzjonijiet dumped, minħabba li jekk jiġi kkunsidrat il-profitt tal-grupp
kollu dinji tal-ArcelorMittal b’mod ċar mhuwiex rappreżentattiv tal-profitt fuq
bejgħ ta’ OCS fl-Unjoni. (568) Parti waħda interessata sfidat
il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġini tal-bejgħ taħt
il-prezz. Madankollu din l-isfida kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni żbaljata
li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
bit-tneħħija tal-profitt medju tal-industrija tal-Unjoni fil-PI (2,6 %)
mill-prezz tas-suq biex tasal għall-“punt ta’ ekwilibriju” (jiġifieri prezz li
ma jirriżultax fl-ebda profitt) u wara biż-żieda tal-mira ta' profitt f'dan
il-"punt ta' ekwilibriju". (569) Il-Kummissjoni kkalkulat
l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz biż-żieda tal-mira ta’ profitt lill-kost ta’
produzzjoni ta’ kull tip ta’ prodott. Il-metodoloġija ssuġġerita minn din
il-parti interessata hija żbaljata, minħabba li l-profitt medju ta’ 2,6 %
ma nkisibx awtomatikament fuq kull bejgħ ta’ kull mudell mill-kumpaniji kollha
fejn intużat id-dejta. (570) Parti interessata sfidat wkoll
il-kalkoli tal-Kummissjoni ta’ dannu. Minħabba li l-parti ma kellhiex aċċess
sħiħ għad-dejta użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġni ta’ dannu,
ippruvat tikkalkulha waħedha, billi bbażat il-fehim tagħha fuq id-differenza
tal-prezz fuq is-suq bejn aluminju żingu miksi u substrat żingu miksi, li
kienet ikkalkulat għal USD 50 għal kull MT. Dan il-"kalkolu l-ġdid",
ibbażat fuq dejta inkompleta, irriżulta f'marġni inqas ta' dannu minn dak li
l-Kummissjoni kienet ikkalkulat. (571) L-argumenti tagħhom kienu
mwarrba minħabba li l-analiżi tad-dejta sħiħa miż-żewġ produtturi esportaturi u
l-industrija tal-Unjoni, id-differenza allegata tal-prezz ma setgħetx tinstab.
Konsegwentement, għandu jkun enfasizzat li d-dejta li l-parti interessata
kienet qed tuża kienet inkompleta u b’hekk wieħed ma setax jiddependi fuqha
biex jipproduċi mill-ġdid il-kalkoli ta' dannu tal-Kummissjoni. 8.2. Il-miżuri definittivi (572) Fid-dawl tal-konklużjonijiet
milħuqa rigward is-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u
skont l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi imponut dazju
kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-OCS li joriġinaw mir-RPĊ
fil-livell tal-inqas marġini ta’ sussidju jew dannu misjub, skont ir-regola
tad-dazju aktar baxx. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita
kif xieraq fil-livell tal-marġnijiet ta’ sussidju li nstabu. Fuq il-bażi ta’
dan ta’ hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma
stabbiliti kif ġej: Isem il-Kumpanija || Marġini ta’ sussidju || Il-marġini tad-dannu || Taxxa kompensatorja Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd.; Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd.; Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd. || 29,7 % || 55,8 % || 29,7 % Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd; Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Co., Ltd. || 23,8 % || 29,7 % || 23,8 % Union Steel China || 26,8 % || 13,7 % || 13,7 % Kumpaniji oħra li kkooperaw || 26,8 % || 43,0 % || 26,8 % Dazju residwu || 44,7 % || 58,3 % || 44,7 % (573) Ir-rati ta’ dazju kompensatorju
ta’ kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq
il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu
s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn
il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli
għall-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma applikabbli biss
għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u
prodotti minn kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija.
Il-prodotti impurtati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija
speċifikament fl-Artikolu 1 bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi
l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn
dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli
għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. (574) Kwalunkwe klejm li titlob l-applikazzjoni
ta’ rata tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali (pereżempju wara
bdil f’isem l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni
jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni[104] minnufih bit-tagħrif kollu
rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bdil fl-attivitajiet tal-kumpanija
marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat ma’,
pereżempju, il-bdil tal-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u
l-bejgħ. Jekk ikun il-lok, ir-Regolament għandu wara jiġi emendat kif dovut
bl-aġġornament tal-lista ta’ kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati
tad-dazju individwali. (575) Sabiex jiġi żgurat infurzar
xieraq tad-dazju kumpensatorju, il-livell ta’ dazju residwu ma għandux japplika
biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk
il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju kumpensatorju definittiv huwa b’dan
impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal
organiku (“OCS”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux
liga (ma jinkludix l-azzar li ma jissaddadx) li huma miżbugħa, mogħtija
l-verniċ jew miksija bil-plastik fuq mill-anqas naħa waħda, bl-esklużjoni ta’
dawk imsejħa "pannelli sandwich" tat-tip użat għall-applikazzjonijiet
fil-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq barra u b'qalba ta'
stabbilizzazzjoni ta' materjal għall-insulazzjoni maqbud bejniethom, u bl-esklużjoni
ta’ dawk il-prodotti b’kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu,
li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta' żingu), u bl-esklużjoni ta’ dawk
il-prodotti b’substrat miksi b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa, li
attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 70 80, ex
7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70
(il-kodiċijiet TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91,
7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 91,
7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11
u 7226 99 70 91), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. 2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv
applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju,
tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji
elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej: Kumpanija || Dazju || Kodiċi addizzjonali TARIC Union Steel China || 13,7 % || B311 Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd; Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd; Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd. || 29,7 % || B312 Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd; Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Co., Ltd. || 23,8 % || B313 Angang Steel Company Ltd. || 26,8 % || B314 Baoutou City Jialong Metal Works Co., Ltd. || 26,8 % || B317 Changshu Everbright Material Technology Co., Ltd. || 26,8 % || B318 Changzhou Changsong Metal Composite Material Co., Ltd. || 26,8 % || B319 Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd. || 26,8 % || B321 Jigang Group Co., Ltd. || 26,8 % || B324 Maanshan Iron & Steel Company Limited || 26,8 % || B325 Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co., Ltd. || 26,8 % || B326 Shandong Guanzhou Co., Ltd. || 26,8 % || B327 Shenzen Sino Master Steel Sheet Co., Ltd. || 26,8 % || B328 Tangshan Iron & Steel Group Co., Ltd. || 26,8 % || B329 Tianjin Xinyu Color Plate Co., Ltd. || 26,8 % || B330 Wuhan Iron and Steel Company Limited || 26,8 % || B331 Zhejiang Tiannu Color Steel Co., Ltd. || 26,8 % || B334 Il-kumpaniji l-oħrajn kollha || 44,7 % || B999 3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor,
għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ
l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 188, 18.7.2009, p 93. [2] ĠU C 52, 22.2.2012, p. 4. [3] ĠU C 373, 21.12.2011, p. 16. [4] ĠU L 252, 19.09.2012, p 33. [5] Id-dokument WT/DS379/AB/R, tal-11 ta’ Marzu 2011 [6] Il-paragrafu 317 tar-rapport tal- AB [7] Il-paragrafu 290 tar-rapport tal- AB [8] Il-paragrafu 297 tar-rapport tal- AB [9] Il-paġna 33 tal-verżjoni bl-Ingliż tat-12-il Pjan
ta’ Żvilupp fuq Ħames snin għall-Industrija tal-Azzar [10] L-Artikolu 36 tal-Liġi tar-Repubblika Popolari
taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi jaqra hekk: "Intrapriża
b’investiment mill-istat li tagħmel investiment għandha tikkonforma
mal-politiki industrijali nazzjonali,…" [11] L-Artikolu 6 tal-Miżuri Provviżorji għas-superviżjoni
u l-Amministrazzjoni tal-Investimenti minn Intrapriżi Ċentrali jaqra:
"il-prinċipju li jintlaħqu l-pjanijiet ta’ żvilupp u l-politiki
industrijali tal-istat għandu jiġi osservat għall-attivitajiet ta’ investiment
tal-intrapriżi kif ukoll għas-superviżjoni u l-amministrazzjoni tas-SASAC fuq
l-attivitajiet ta’ investiment tal-intrapriżi" [12] L-Artikoli 13(1) u 13(2) tal-Miżuri
għall-Amministrazzjoni tal-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Żvilupp tal-Intrapriżi
Ċentrali [13] Il-Viċi Prim Ministru Ċiniż Zheng Peiyan qal li
r-rilokazzjoni tal-Capital Steel f’Hebei tirrappreżenta deċiżjoni politika
maġġuri meħuda mill-Partit Komunista tal-Kumitat Ċentrali taċ-Ċina u l-Kunsill
tal-Istat (Aġenzija tal-Aħbarijiet Xinhua, it-23 ta’ Ottubru, 2005) [14] ara p.e. "China approves Anshan Steel merger with
Panzhihua, http://www.reuters.com/article/2010/05/25/us-china-steel-merger-idUSTRE64O2G020100525 "Steel merger will become China's
biggest, http://www.chinadaily.com.cn/bizchina/2010-04/19/content_9747309.htm "Four Chinese steel makers agree to
merge, http://online.wsj.com/article/SB10001424052748703792704575366830150284538.html "New steel group formed by merger
in China's Hubei Province,
http://www.steelorbis.com/steel-news/latest-news/new-steel-group-formed-by-merger-in-chinas-hubei-province-685647.htm [15] “ …..fil-fehma tagħna, dik l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll
li jagħmel sens fuq entità u kif taġixxi jista’ jservi, f’ċerti ċirkostanzi,
bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita
din l-awtorità meta twettaq il-funzjonijiet governattivi.” DS379 Ir-Rapport
tal-Korp tal-Appell para.318 [16] Is-17-il kumpanija elenkati fl-Anness jappartjenu għal xi
wħud mill-akbar produtturi statali tal-azzar fiċ-Ċina. [17] e.ż
http://en.wikipedia.org/wiki/Shougang_Corporation,
http://en.wikipedia.org/wiki/Hebei_Iron_and_Steel, http://companies.china.org.cn/trade/company/559.html,
http://companies.china.org.cn/trade/company/557.html etc. [18] L-Artikolu 7 tal-Miżuri Interim
għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Intrapriżi:
"il-gvernijiet tal-poplu f’diversi livelli għandhom jesegwixxu strettament
il-liġijiet u r-regolamenti dwar l-amministrazzjoni tal-assi tal-istat,
għandhom iżommu s-separazzjoni tal-funzjoni tal-gvern tal-amministrazzjoni
tal-affarijiet pubbliċi u l-funzjoni bħala l-kontributur tal-assi tal-istat, u
jżommu s-separazzjoni tal-korpi tal-gvern u l-intrapriżi u s-separazzjoni
tas-sjieda u s-setgħa ta’ ġestjoni. Il-korpi ta’ superviżjoni u
amministrazzjoni tal-assi tal-istat ma għandhomx jeżerċitaw il-funzjoni
tal-gvern tal-amministrazzjoni tal-affarijiet pubbliċi, u l-korpi u
d-dipartimenti l-oħra tal-gvern ma għandhomx iwettqu dmirijiet tal-kontributur
ta’ assi tal-istat fl-intrapriżi" [19] The state-business nexus in China's steel industry –
Chinese market distortions in domestic and international perspective, 2009
studju mħejji minn Think!Desk – China research & Consulting għal Eurofer,
Analyses of State-owned Enterprises and State Capitalism in China, 2011,
Capital Trade Incorporated imħejji għall-U.S.-China Economic and Security
Review Commission [20] L-Artikoli 22,27, 29 tal-Liġi tar-Repubblika Popolari
taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi [21] Ir-rabta bejn l-istat u n-negozju fl-industrija tal-azzar
taċ-Ċina – id-distorsjonijiet tas-suq Ċiniż f’perspettiva domestika u
internazzjonali, studju tal-2009 ippreparat minn Think!Desk – Riċerka u
Konsulenza taċ-Ċina għall-Eurofer, Analiżi tal-Intrapriżi tal-Istat u
tal-Kapitaliżmu tal-Istat fiċ-Ċina, 2011, Inkorporazzjoni tal-Kummerċ Kapitali
ppreparat għall-Kummissjoni ta’ Reviżjoni Ekonomika u tas-Sigurtà bejn l-Istati
Uniti u ċ-Ċina u l-Anness 10 tal-ilment, [22] It-12-il Pjan ta’ Żvilupp fuq Ħames Snin għall-Industrija
tal-Ħadid u l-Azzar, Sezzjoni IV(VII) – Jiġu aċċellerati l-amalgamazzjoni
u r-riorganizzazzjoni [23] Paġni 108-109 tal-ilment [24] e.g Il-websajt ta' Chongqing Iron and Steel (http://en.cqgtjt.com/),
il-websajt ta’ Baosteel (http://www.baosteel.com/group_e/01news/ShowArticle.asp?ArticleID=2553) [25] Eż. Miżuri Provviżorji għas-superviżjoni u
l-Amministrazzjoni tal-Investimenti minn Intrapriżi Ċentrali, Miżuri
għall-Amministrazzjoni tal-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Żvilupp tal-Intrapriżi
Ċentrali, il-Liġi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar l-Assi Statali
tal-Intrapriżi, l-Ordni Nru 35 tal-NDRC – Politiki għall-Iżvilupp
tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar [26] DS 379 Rapport tal-AB, paragrafu 441 [27] DS 379 Rapport tal-AB, paragrafu 444 [28] Il-GTĊ issottometta tabella b’ċifri relatati mal-produzzjoni
tal-HRS u s-CRS prodotti minn SOEs u kumpaniji privati iżda matul il-verifika
nstab li din it-tabella mhijiex kompluta u l-GTĊ rrifjuta li jipprovdi
l-informazzjoni użata għall-preparazzjoni ta’ din it-tabella li tippermetti
verifika korretta. [29] It-tweġibiet ta’ 4 produtturi esportaturi Ċiniżi (2
fil-kampjun, 2 tweġibiet volontarji) rigward l-akkwisti tagħhom tal-HRS (u
s-CRS). L-investigazzjonijiet simili minn awtoritajiet investigattivi oħra
jikkonfermaw dawn iċ-ċifri. Pereżempju l-USDOC stabbilixxiet li
l-proporzjonijiet li ġejjin ta’ HRS fiċ-Ċina kienu prodotti minn SOEs
fl-imgħoddi: Ċilindri tal-Azzar ta’ Pressjoni Għolja (70 %), Wire
Decking (l-OSDOC stabbilixxiet li l-awtoritajiet tal-gvern kienu
responsabbli għal maġġoranza tal-HRS prodott matul il-PI), Pajpijiet u Tubi
Rettangulari b’Ħitan Irqaq (70,81 %), [30] Skont ir-Reġistru tal-Kapaċità Dinjija tal-Azzar,
il-kapaċità tal-produzzjoni tas-CRS fiċ-Ċina hija madwar 81 035 000 tunnellata
fis-sena u fuq il-bażi ta’ dejta pubblikament disponibbli dwar is-sjieda,
madwar 57 490 000 tunnellata huma prodotti minn kumpaniji
tal-istat. [31] Id-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-SOE u
l-prezzijiet tal-fornituri privati bħala medja kienet biss 3.75 %
differenti matul il-PI. [32] L-Artikolu 18 tal-Ordni Nru 35-Il-politiki
tat-teknoloġiji u t-tagħmir importati: l-intrapriżi huma mħeġġa jużaw tagħmir u
teknoloġiji magħmula domestikament u jnaqqsu l-esportazzjoni. L-Artikolu 20 tal-Ordni Nru 35-L-intrapriżi
tal-ħadid u l-azzar huma mħeġġa jiżviluppaw fi gruppi u jwettqu
riorganizzazzjoni strateġika permezz ta’ alleanza bejn intrapriżi b’saħħithom… [33] L-Artikolu 22 tal-Ordni Nru 35-L-investiment fi
kwalunkwe proġett tal-ħadid u l-azzar għandu jkun soġġett għall-eżami jew
il-verifika tal-NDRC skont id-dispożizzjonijiet rilevanti L-Artikolu 23 tal-Ordni Nru 35-
Għal kwalunkwe investiment barrani fl-industrija tal-ħadid u l-azzar fiċ-Ċina,
l-investituri barranin mhumiex permessi li jkollhom sehem li jagħti kontroll
kif inhu l-prinċipju ġenerali. [34] L-Artikolu 24 tal-Ordni Nru 35- Għal kwalunkwe
proġett li ma jikkonformax mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid
u l-azzar u ma jkunx ġie soġġett għal eżami u approvazzjoni jew fejn l-eżami u
l-approvazzjoni tiegħu ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet rilevanti,
id-dipartiment tal-artijiet u r-riżorsi tal-istat ma għandux jittratta
l-formalitajiet għall-użu tal-art u d-dipartiment tal-industrija u l-kummerċ ma
għandux jaċċetta r-reġistrazzjoni tiegħu, id-dipartiment amministrattiv
tal-kummerċ ma għandux japprova l-kuntratt u l-kostituzzjoni tiegħu,
l-istituzzjoni finanzjarja ma għandha tipprovdi l-ebda self jew tagħti appoġġ
ta’ kreditu f’xi forma oħra… L-Artikolu 25 tal-Ordni
Nru 35-Biex tagħti self fuq perjodu medju u twil
għall-investiment ta’ assi fissi għall-proġetti ta’ tidwib tal-ħadid, tidwib
tal-azzar u rrumblar tal-azzar, istituzzjoni finanzjarja għandha tikkonforma
mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar, u ssaħħaħ
il-ġestjoni tar-riskju tagħhom. [35] L-Artikolu 30
Fejn żewġ intrapriżi domestiċi jew aktar ikunu involuti f’kompetizzjoni ħarxa
għal riżorsi barranin, l-istat jista’ jadotta koordinazzjoni amministrattiva
sabiex iżomm alleanza jew jagħżel waħda minnhom biex tagħmel investiment
bil-għan li tiġi evitata kompetizzjoni ħarxa. [36] It-Taqsima III (III)6 it-12-il Pjan ta’ Żvilupp
fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar -Livell ta’ raggruppament
industrijali: inaqqas b’mod sinifikanti l-ammont tal-intrapriżi tal-azzar;
il-proporzjon tal-produzzjoni tal-azzar tal-aqwa 10 intrapriżi tal-azzar
mal-aggregat nazzjonali jitla’ għal madwar 60 % minn 48.6 % III.(V) tat-12-il Programm fuq Ħames
Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar - Titjib tal-Arranġament
tal-Industrija Dan il-kapitolu jiddeskrivi kif
l-industrija tal-ħadid u l-azzar għandha tiġi rikostruwita bil-għajnuna ta’
amalgamazzjonijiet, rilokazzjonijiet, kontroll tal-kapaċità tal-produzzjoni,
projbizzjonijiet f’xi provinċji u appoġġ f’oħrajn [37] L-Anness 24
tal-ilment – kompilazzjoni ta’ kwotazzjonijiet rilevanti minn diversi pjanijiet
u leġiżlazzjonijiet [38] eż.
Jiangsu Shagang Group fuq is-sit elettroniku tagħha
(http://www.sha-steel.com/eng/index.html) sostniet: Shagang Group se
timplimenta fedelment il-politika tal-Istat dwar l-iżvilupp tal-industrija
tal-azzar. Bil-gwida tal-Prospett Xjentifiku dwar l-iżvilupp, Shagang se ssegwi
l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, tieħu triq ġdida
għall-industrijalizzazzjoni, taċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib,
tippromwovi b’mod vigoruż l-aġġustament mill-ġdid tal-istruttura tal-prodott,
tkompli testendi l-katina industrijali tagħha, tagħti attenzjoni adegwata
lill-intrapriżi ta’ sostenn, tibni loġistika moderna, timplimenta operazzjoni
kapitali, ittejjeb kostantement il-kompetittività globali tagħha sabiex tkompli
tagħmel lil Shagang perfetta, b’saħħitha u eċċellenti u se nagħmlu mill-aħjar
tagħna biex nistabbilixxu lil Shagang bħala marka famuża ta’ "Fabbrika ta’
Mitt Sena". In-nies ta’ Shagang se jagħmlu wkoll kontribuzzjonijiet ġodda
biex jibnu Jiangsu armonjuża u jgħinu sabiex iċ-Ċina ssir pajjiż b’saħħtu
fis-settur tal-azzar. [39] Rapport tal-Bord tal-Appell, US – Countervailing Duty
Investigation on DRAMS, parag. 111 u 116 [40] Tilwima Nru DS194 Stati Uniti – Miżuri li jittrattaw
il-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni bħala sussidji (Rapport tal-Panil tad-29 ta’ Ġunju 2001) [41] Il-paragrafi 8.28 -8.30 tar-rapport tal-panil. Għalkemm
l-"azzjoni" tal-gvern kienet oriġinarjament kwalifikata bħala
"espliċita u affermattiva", sejbiet suċċessivi tal-Bord tal-Appell
jissuġġerixxu li dan jista’ jkun standard riġidu żżejjed. [42] Rigward l-art użata għal skopijiet ta’ industrija,
negozju, divertiment jew djar residenzjali kummerċjali, eċċ. kif ukoll l-art
b’żewġ utenti jew aktar intenzjonati, is-separazzjoni tagħhom għandha tadotta
mezzi bħal irkant, stedina għall-offerti jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ offerti
pubbliċi. [43] L-Artikolu 24 tal-Ordni tal-NDRC Nru 35
(Politiki għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar): Għal kwalunkwe
proġett li jonqos milli jikkonforma mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija
tal-ħadid u l-azzar u li ma jkunx ġie soġġett għal eżami u approvazzjoni jew
fejn l-eżami u l-approvazzjoni tiegħu ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet
rilevanti, id-dipartiment tal-art u r-riżorsi tal-istat ma għandux jittratta
l-formalitajiet għad-drittijiet tal-użu tal-artijiet [44] George E. Peterson, Land leasing and land sale as an
infrastructure-financing option, World Bank Policy Research Working Paper 4043,
tas-7 ta’ Novembru 2006 [45] Deutsche Bank Research tal-2006 dwar is-settur bankarju
taċ-Ċina [46] Id-dokumenti WT/TPR/S/230 p. 79
u WT/TPR/C/264 p. 122 [47] Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE)
Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju
definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li
toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. [48] http://www.dbresearch.com/PROD/DBR_INTERNET_EN-PROD/PROD0000000000204417.PDF [49] Id-Dokument WT/TPR/S/230 p. 79,
April 2010 [50] Id-Dokument WT/TPR/S/264 p. 122,
Lulju 2012 [51] Ibid. [52] Informazzjoni miġjuba mir-riċerka
tal-2006 tad-Deutsch Bank dwar is-settur bankarju fiċ-Ċina, paġni 3-4. [53] Informazzjoni miġjuba miċ-China Monetary Report Quarter
Two, 2010 of the Monetary Policy Analysis Group of the People’s Bank of China,
bid-data tal-5 ta’ Awwissu 2010, pagna 10 [54] Il-premessi 87 u 90 tar-regolament ta’
implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 [55] Ara s-sejba dwar il-korpi pubbliċi fil-premessa 53. [56] L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [57] IMF Working Paper, "Progress in China’s Banking
Sector Reform: Has Bank Behaviour Changed?", WP/06/71, Marzu 2006,
(ara l-paġni 3-4, 13, 18-20). [58] IMF Working Paper, "Interest Rate Liberalization in
China", WP/09/171, Awwissu 2009, (ara l-paġni 3-4, 21-23). [59] IMF Country Report, PRC: 2010 Article IV Consultation,
No. 10/238, Lulju 2010, (ara l-paġni 22, 24 u 28-29). [60] OECD 2010 Economic Survey of China, Frar 2010, (ara
l-Kapitolu 3, il-paġni 71, 73-81, 97). [61] OECD China’s Financial Sector Reforms, Economic Department
Working Paper No. 747, ECO/WKP (2010) 3, l-1 ta Frar 2010,
(ara l-paġni 2, 8-15, 36). [62] L-Artikoli 16, 24 u 25 [63] Avviż dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni
għall-aġġustament u r-rivitalizzazzjoni ta’ għaxar industriji ewlenin
għall-Provinċja ta’ Hubei jissuġġerixxi li "jiġi integrat attivament il-kapital
finanzjarju provinċjali ta’ sostenn għall-iżvilupp industrijali, jiġi
ottimizzat l-investiment kapitali, ikun hemm innovazzjoni f’diversi modi ta’
sostenn. Tiżdied l-intensità tal-appoġġ għall-innovazzjoni u l-progress
teknoloġiku tal-ħadid u l-azzar…", "Jintużaw miżuri finanzjarji sabex
jippromwovu l-konsolidament tal-industrija u jsir aktar faċli għall-intrapriżi
kompetittivi li jiksbu finanzjament għall-M&A". Jiġu implimentati
miżuri ta’ sostenn għall-industriji ewlenin. L-industrija tal-ħadid u l-azzar:
L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom itejbu u jottimizzaw is-servizz
ta’ kreditu għall-proġetti ta’ pproċessar profond tal-industriji tal-azzar u
ta’ metalli mhux tal-ħadid sabiex jaqdu l-ħtiġijiet finanzjarji tal-kumpaniji
rilevanti fir-rigward tal-investimenti, il-bejgħ għall-esportazzjoni u oqsma
essenzjali oħra" eċċ. [64] Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-programm
ta’ aġġustament u rivitalizzazzjoni għall-industrija tal-azzar [2009] jipprovdu
għal "żieda fl-appoġġ finanzjarju għall-intrapriżi ewlenin" [65] L-Artikolu 116 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni
tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li
jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta
fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU tal-UE L 128,
l-14 ta’ Mejju 2011 [66] L-Artikolu 117 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni
tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li
jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta
fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU tal-UE L128, l-14 ta’ Mejju 2011 [67] Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija
spjegata fuq il-paġni 25 u 26 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar is-Circular
Welded Carbon Quality Steel Line Pipe (Paġna Nru 26) (Ir-Reġistru Federali
/ Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). [68] Ċerti Roti tal-Azzar mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina,
Determinazzjoni tad-Dazju Kumpensatorju Affermattiv Preliminari, is-6 ta’ Settembru 2011,
ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, dokument bin-numru 2011-22720 [69] Iż-żewġ programmi huma marbuta ma’ trattament
tat-taxxa fuq l-introjtu preferenzjali simili fl-istess reġjun ġeografiku [70] Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija
spjegata fuq il-paġna 25 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tas-3 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Wire Decking
(Paġna Nru 25) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 111,
paġna 32902 / l-10 ta’ Ġunju 2010). [71] Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija
spjegata fuq il-paġna 11 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni
tal-Istati Uniti tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar Certain Tow Behind
Lawn Groomer and Certain Parts Thereof (Ir-Reġistru Federali / Vol. 74, Nru 117,
paġna 29180 / id-19 ta’ Ġunju 2019). [72] , Il-premessi 125-136 tar-Regolament ta’
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011,
ĠU L 128 14 ta’ Mejju 2011 [73] Il-premessi 137-147
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011
li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta
fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU L 128 14 ta’ Mejju 2011 [74] , Il-premessi 148-159
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011,
ĠU L 128, l-14 ta’ Mejju 2011 [75] Il-Memorandum dwar
il-Kwistjonijiet u d-Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali fl-Investigazzjoni
dwar id-Dazju Kumpensatorju tal-Folja Libera Miksija mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina, is-17 ta’ Ottubru 2007; Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-907. [76] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 18 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar
Ċerti Gradi tal-Azzar (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 109,
paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010). [77] Premessi. 172-181 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011
tas-6 ta’ Mejju 2011, ĠU L128 14 ta’ Mejju 2011 [78] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 18 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar
Ċerti Gradi tal-Azzar (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 109,
paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010). [79] Eż. Il-Konferenza tal-Industriji
tat-Teknoloġija Avvanzata tal-Akkademja Ċiniża tax-Xjenzi, il-11 ta’ Novembru 2002,
il-Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment
Affermattiv Finali ta’ Dazju Kumpensatorju: tajers OTR mir-RPĊ, it-18 ta’ April 2011;
Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-913, p. 24 [80] Il-Memorandum dwar
il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali tad-Dazju
Kumpensatorju Affermattiv: Xkejjer
Laminati Minsuġa għar-RPĊ, is-16 ta’ Ġunju 20087; Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-917,
p. 27; Il-Memorandum dwar
il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali fl-Investigazzjoni
tad-Dazju Kumpensatorju dwar Pajp tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Iwweldjat
għat-Tond mir-RPĊ, it-23 ta’ Marzu 2009, Ir-Reġistru Federali
tal-Istati Uniti, C-570-936, p. 18, il-Memorandum dwar
il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali fl-Investigazzjoni
dwar id-Dazju Kumpensatorju ta’ Pajpijiet u Tubi Rettangolari b’Ħitan Irqaq
mir-RPĊ, it-13 ta’ Ġunju 2008, Ir-Reġistru Federali tal-Istati
Uniti, C-570-915, p. 13 [81] Il-premessa 202 tar-Regolament
ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011
li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta
fina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina [82] Ċerti Prodotti ta’ Karbonju Bla
Saldaturi u Standard tal-Azzar Liga, Linji u Pajpijiet tal-Pressa
mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Determinazzjoni
Affermattiva Finali tad-Dazju Kumpensatorju, il-21 ta’ Settembru 2010,
Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti Vol. 75, Nru 182, p. 57444. [83] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġni 20 u 21 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-10 ta’ Settembru 2010
dwar il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Karbonju ta’ Kwalità Wweldjat għat-Tond
(Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 182, paġna 57444 / il-21 ta’ Settembru 2010) [84] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġni 20 u 21 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar
il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-tond
(Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). [85] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 23 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar
il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond
(Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). [86] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 23 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar
il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond
(Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). [87] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 23 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar
il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond
(Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). [88] Swiegla tal-Wajer tal-Azzar
għall-Konkrit tal-Prestressing mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Determinazzjoni Affermattiva Preliminari tad-Dazju Kumpensatorju, it-2 ta’ Novembru 2009,
Reġistru Federali tal-Istati Uniti, dokument numru E9-26322, p. 56576-56592. [89] Il-metodoloġija għall-kalkolu
tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 35 tal-Memorandum
dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar
Swiegla tal-Wajer tal-Azzar ta’ Konkrit Prestressjat (Ir-Reġistru Federali /
Vol. 75, Nru 98, paġna 28557 / it-21 ta' Mejju 2010). [90] Rapport tal-Panil dwar iċ-Ċina –
Danzji Kumpensatorji u tal-Anti-Dumping ta’ Azzar Elettriku Rrumblat Ċatt
mal-Vina mill-Istati Uniti [91] ibid. [92] Rapport tal-Panil dwar iċ-Ċina –
Danzji Kumpensatorji u tal-AntiDumping ta’ Azzar Elettriku Rrumblat Ċatt
mal-Vina mill-Istati Uniti [93] Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill
tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet
Temporanji li Jippromwovu l-Aġġustamenti tal-Istruttura Industrijali [94] Rapport tal-Panil dwar iċ-Ċina –
Danzji Kumpensatorji u tal-AntiDumping ta’ Azzar Elettriku Rrumblat Ċatt
mal-Vina mill-Istati Uniti [95] Mill-fehim tal-Kummissjoni, lista
bħal din tkun eżawrjenti u għaldaqstant tneħħi l-flessibbiltà mill-verifika u
tipprekludi li jiġu mistoqsija mistoqsijiet ta’ segwitu jew mistoqsijiet li
jirriżultaw minn argumenti jew fatti mqajma tul il-verifika. [96] Mistoqsija 5.12 tal-ittra ta’
defiċjenza lill-GTĊ. [97] AB fl-Investigazzjoni tad-Dazju
Kumpensatorju fuq id-DRAMS mill-Korea: l-inkarigu u d-direzzjoni ma koprux “is-sitwazzjoni li fiha
jintervjenji l-gvern fis-suq b’ċertu mod, li jista’ jew jista’ ma jkollux riżultat
partikolari bbażat sempliċement fuq iċ-ċirkostanzi fattwali partikolari u
l-eżerċitar tal-għażla libera mill-atturi fis-suq. Dan l-“inkarigu” jew id-“direzzjoni” tal-gvern ma jistax ikun b’nuqqas
ta’ attenzjoni jew sempliċement prodott sekondarju tar-regolament governattiv.” [98] "Esponiment kbir tal-banek
għall-intrapriżi tal-istat, marġini ggarantiti pprovduti b’regolamenti ta’
interess, responsabbiltà u rieda li għadhom limitati biex ir-rati tas-self
ikunu differenzjati, flimkien mal-gwida impliċita dwar il-pass u d-direzzjoni
tas-self il-ġdid, idgħajfu l-iżvilupp ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kreditu
effettiva tal-banek. Huwa importanti
li l-banek ikollhom l-għodod biex jagħmlu deċiżjonijiet ta’ self ibbażati fuq
għanijiet purament kummerċjali. [99] Sehem kbir mis-settur bankarju huwa
tal-istat, bħalma hi ħafna mill-klijentela korporattiva tal-banek. Bħala azzjonist prinċipali, l-istat jaħtar
maniġment għoli fil-banek prinċipali kollha. Fin-nuqqas ta’ sistema espliċita ta’ garanzija ta’ depożiti u qafas ta’
riżoluzzjoni, l-istat jassigura impliċitament ukoll id-depożiti kollha. L-involviment qawwi mill-istat f’ħafna aspetti
tas-sistema finanzjarja jnaqqas id-dixxiplina tas-suq, idgħajjef it-tmexxija
korporattiva, u huwa probabbli li joħloq restrizzjonijiet fil-baġit mhux
vinkolanti. [100] 2011 il-Fond Monetarju
Internazzjonali, Novembru 2011, ir-Rapport ta’ Kull Pajjiż tal-FMI
Nru 11/321, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: Valutazzjoni tal-Istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja [101] Informazzjoni miksuba minn http://www.taiwanembassy.org/be/ct.asp?xItem=306196&CtNode=3382&mp=102&xp1= u http://en.wikipedia.org/wiki/Taiwan [102] Informazzjoni miksuba minn http://en.wikipedia.org/wiki/Jiangsu; http://en.wikipedia.org/wiki/Zhejiang#Economy u http://en.wikipedia.org/wiki/Chongqing#Economy [103] Informazzjoni miksuba minn https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/rankorder [104] European Commission, Directorate-General for Trade,
Directorate H, B-1049 Brussels.