52013PC0079

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129, u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa /* COM/2013/079 final - 2013/0050 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien ambjentali.

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa ("UNECE”) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”)[1] u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”)[2] l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim Parallel.

Il-laqgħat tal-UNECE WP29, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, jittellgħu tliet darbiet fis-sena f’Marzu, Ġunju u Novembru ta’ kull sena kalendarja. F'kull sessjoni tal-laqgħa jiġu adottati emendi ġodda għal Regolamenti UNECE jew Regolamenti Globali Tekniċi eżistenti sabiex jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP29, dawn l-emendi ġew adottati minn xi wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li huma attivi fid-WP29.

Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP29 jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, dment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti f'żewġ ftehimiet (tal-1958 u tal-1998) fid-WP29 u tivvota f'isem l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"mega Deċiżjoni" li tħaddan fiha l-lista ta’ emendi, supplimenti u rettifiki, tiġi ppreparata kull darba u tippermetti lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Istati Membri f'kull laqgħa tad-WP29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki sottomessi għall-vot fil-laqgħa tad-WP29 ta' Marzu 2013 li se ssir bejn it-12 u l-15 ta' Marzu 2013.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur kien ikkonsultat fis-6 ta’ Frar 2013 u ġew ikkunsidrati l-osservazzjonijiet minn esperti tal-Istati Membri.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi tar-Regolamenti tal-UNECE Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129, u tar-Rettifika 1 tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-UNECE.

· Bażi legali

Sabiex jaddattaw għall-ispeċifiċitajiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-bażijiet legali użati qabel, imsemmija fil-premessi 1 u 2 inbidlu b’referenza diretta għall-Artikolu 218(9).

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-vot favur strumenti internazzjonali, bħall-abbozz tar-Regolamenti tal-UNECE u r-Regolamenti Tekniċi Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur jista' jsir biss mill-Unjoni. Dan ma jipprevenix biss il-frammentazzjoni tas-Suq Intern, iżda jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u s-sigurtà madwar l-Unjoni. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq tal-Unjoni kollu u anki għas-suq internazzjonali, minflok jiġu manifatturati apposta biex jingħataw l-approvazzjoni tat-tip għal kull Stat Membru.

Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet li tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien pubbliku.

· Għażla tal-istrumenti

L-istrument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-użu ta' Deċiżjoni tal-Kunsill huwa kkunsidrat adegwat minħabba li hu f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2013/0050 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129, u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[3] tas-27 ta’ Novembru 1997 l-Unjoni laqgħet il-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNECE”) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u għall-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet ("il-Ftehim tal-1958 Rivedut").

(2)       Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE[4] tal-31 ta' Jannar 2000 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim Parallel);

(3)       Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)[5] issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, li stabbilixxiet qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi l-ġodda kollha, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tal-UNECE fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tal-UNECE, qegħdin jissostitwixxu dejjem aktar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi.

(4)       Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tal-UNECE Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129 u bir-Regolament Tekniku Globali Nru 12 jeħtieġ li jiġu adattati.

(5)       Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-emendi li għandhom isiru għall-atti tal-UNECE msemmija aktar ’il fuq.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel mit-12 sal-15 ta’ Marzu 2013 għandha tkun dik li tivvota favur l-emendi proposti elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Il-Lista msemmija fl-Artikolu 1:

Proposta għas-Suppliment 14 għas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 3 (mezzi ta’ retroriflessjoni għal vetturi motorizzati) || ECE/TRANS/WP.29/2013/13

Proposta għas-Suppliment 24 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 6 (Indikaturi tad-direzzjoni) || ECE/TRANS/WP.29/2013/14

Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u x-xifer aħħari) || ECE/TRANS/WP.29/2013/15

Proposta għar-Rettifika 3 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament Nru 13 (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/26

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 19 (Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem) || ECE/TRANS/WP.29/2013/16

Proposta għas-Suppliment 41 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 37 (Fanali bil-filament) || ECE/TRANS/WP.29/2013/17

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 43 (Ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2013/8

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 45 (Naddafa tal-fanali ta' quddiem) || ECE/TRANS/WP.29/2013/19

Proposta għas-Suppliment 2 tas-sensiela 03 u s-Suppliment 01 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 46 (Tagħmir għal viżjoni indiretta), || ECE/TRANS/WP.29/2013/9

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/20

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 05 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/21

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/22

Proposta għal Rettifika 1 tas-Suppliment 10 tas-serje 04 ta’ emendi, skont is-Suppliment 3 tas-serje 05 ta’ emendi u għas-Suppliment 1 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/28

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru. 51 (Il-ħoss tal-kategoriji ta’ vetturi M u N) || ECE/TRANS/WP.29/2013/3

Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 14 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 53 (Stallazzjonijiet ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/29 WP.29-159-02

Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq għall-mopeds u l-muturi), || ECE/TRANS/WP.29/2013/10

Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 67 (Vetturi tal-LPG) || ECE/TRANS/WP.29/2013/11

Proposta għal Rettifika 1 tas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 69 (Pjanċi li jimmarkaw wara għall-vetturi li jimxu bil-mod) || ECE/TRANS/WP.29/2013/30

Proposta għas-Suppliment 16 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 77 (Lampi tal-ipparkjar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/39

Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 87 (Fanali tas-sewqan ta’ bi nhar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/23

Proposta għas-Suppliment 15 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 91 (Lampi li jindikaw il-ġenb) || ECE/TRANS/WP.29/2013/40

Proposta għal Suppliment 10 tar-Regolament Nru 106 (Tajers pnewmatiċi għall-vetturi agrikoli) || ECE/TRANS/WP.29/2013/6

Proposta għal Rettifika 1 tar-Reviżjoni 1 tar-Regolament Nru 109 (Tajers pnewmatiċi retreaded għall-vetturi kummerċjali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/27

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 117 (Tajers: Rolling resistance, rolling noise u wet grip) || ECE/TRANS/WP.29/2013/7

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 118 (Test tar-reżistenza għan-nar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/12

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 119 (Fanali għall-kantunieri) || ECE/TRANS/WP.29/2013/24

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjali ta’ avvertiment u indikaturi), || ECE/TRANS/WP.29/2012/30

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru [128] (sorsi tad-dawl light emitting diode (LED)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/25

Proposta għar-Rettifika 1 tar-Regolament Nru [129] (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/31

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru [129] (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/37

Proposta għall-Emenda 1 għal gtr Nru. 12 (Controls tell-tales u indikaturi għal vetturi b’żewġ roti) || ECE/TRANS/WP.29/2013/34 ECE/TRANS/WP.29/2013/35 ECE/TRANS/WP.29/2012/AC.3/35

[1]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[2]               ĠU L 35, 10.2.2000, p 12.

[3]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[4]               ĠU L 35, 10.2.2000, p 12.

[5]               ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.