52013PC0040

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS /* COM/2013/040 final - 2013/0022 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-ħtiġijiet ta’ sigurtà huma parti essenzjali mid-disinn, l-implimentazzjoni u l-operat tal-infrastrutturi li jirriżultaw mill-programmi Galileo u EGNOS, li l-użu tagħhom jista’ jaffettwa s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Tabilħaqq, minħabba l-importanza strateġika tagħhom, is-sistemi ta’ radjunavigazzjoni bis-satelliti huma infrastrutturi sensittivi, suxxetibbli b’mod partikolari għal użu ħażin. Barra minn hekk, minħabba l-użu dejjem akbar ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita f’diversi oqsma ta’ attività, l-interruzzjoni tal-provvista tas-servizzi tista’ tikkawża ħsara sinifikanti fis-soċjetajiet kontemporanji.

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)[1] jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tamministra l-aspetti kollha relatati mas-sigurtà taż-żewġ sistemi li ħarġu mill-programmi Galileo u EGNOS. Madankollu, is-sigurtà tas-sistemi nnifisha hija soġġetta għal xogħol ta’ akkreditament li jikkonsisti fil-verifika tal-konformità tas-sistemi mar-rekwiżiti definiti f’termini ta’ sigurtà u li jkun żgurat li r-regoli ta’ sigurtà rilevanti li japplikaw għall-Kunsill u għall-Kummissjoni jkunu rrispettati. Bħal kwalunkwe attività ta’ akkreditament, l-akkreditament tas-sigurtà taż-żewġ sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita għandu jsir b’mod indipendenti, b’mod partikolari fil-konfront ta’ dawk kollha involuti fid-disinn, il-kostruzzjoni u l-isfruttar tagħhom.

L-Aġenzija Ewropea GNSS hija inkarigata minn din l-attività ta’ akkreditament b’applikazzjoni kemm tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 kif ukoll dawk tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l- istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2]. Dan tal-aħħar jispeċifika l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-missjoni ta’ akkreditament fdata f’idejn l-Aġenzija u jipprovdi fost affarijiet oħrajn li d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jittieħdu b’mod indipendenti mill-Kummissjoni u mill-entitajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi. L-obbligu ta’ indipendenza japplika wkoll fir-rigward tal-kompiti l-oħrajn assenjati lill-Aġenzija.

Biex ikun żgurat li l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jsiru b’mod indipendenti, inkluż sa ċertu punt fir-rigward ta’ attivitajiet oħra fdati lill-Aġenzija Ewropea GNSS, ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 jagħti lill-Aġenzija korp awtonomu, il-bord għall-akkreditament tas-sigurtà, li, flimkien mad-Direttur Eżekuttiv tal-Bord tad-Diretturi, jikkostitwixxi wieħed mit-tliet korpi tal-Aġenzija. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà jinsab fl-istess livell tal-bord tad-Diretturi u huwa biss huwa kompetenti li jieħu d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament. Dawn xorta waħda jittieħdu f’isem l-Aġenzija li, fuq livell ġuridiku, tibqa’ l-unika entità b’personalità ġuridika.

L-Aġenzija Ewropea GNSS tidher għalhekk bħala struttura b’organizzazzjoni partikolari minħabba li fi ħdan l-Aġenzija hemm distinzjoni bejn l-attivitajiet marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi u l-attivitajiet l-oħrajn tal-Aġenzija, jiġifieri l-ġestjoni taċ-ċentru tas-sigurtà, il-kontribut għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi u l-attivitajiet kollha li l-Kummissjoni tista’ tiddelega lill-Aġenzija.

Fit-30 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita[3]. Dan ir-regolament futur dwar il-GNSS ser jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 683/2008 mill-1 ta' Jannar 2014 u jistabbilixxi l-qafas għall-governanza tal-programmi matul il-perjodu 2014-2020. Huwa jipprovdi b’mod partikolari li l-parti l-kbira tal-kompiti relatati mal-isfruttar taż-żewġ sistemi Galileo u EGNOS ikunu fdati f’idejn l-Aġenzija Ewropea GNSS. Ix-xewqa espressa mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha li tiddelega dawn il-kompiti lill-Aġenzija hija kondiviża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li rrevedew it-test mill-bidu tas-sena 2012. Fis-7 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta approċċ ġenerali parzjali (dokument 11105/12 tal-11 ta' Ġunju 2012) li jikkonferma dan l-approċċ.

Il-kwistjoni tal-futur tal-attivitajiet ta' akkreditament fi ħdan l-Aġenzija għalhekk se tiddetermina dwar jekk l-Aġenzija Ewropea GNSS hux se tkun kapaċi timmaniġġja l-isfruttar taż-żewġ sistemi wara l-2013. Fil-fatt, għal raġunijiet ta’ kunflitti ta’ interessi potenzjali u l-fatt li wieħed ma jistax ikollu s-setgħa li jieħu deċiżjoni meta jkun hemm interessi personali, il-ħtieġa ta’ indipendenza tad-deċiżjonijiet ta’ akkreditament tas-sigurtà ma tidhirx li hija faċilment rikonċiljabbli mal-fatt li jittieħdu fi ħdan entità inkarigata fost affarijiet oħrajn mill-isfruttar, anki jekk, kif ġie spjegat hawn fuq, ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ ċerta indipendenza tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà. Fil-proposta dwar ir-regolament futur dwar il-GNSS, il-Kummissjoni, konxja minn din id-diffikultà, ipprovdiet ukoll li l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi għandu jkun wieħed mill-kompiti tal-Aġenzija “sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016”, data li fiha l-attivitajiet ta’ sfruttar jassumu l-portata sħiħa tagħhom. Għalhekk hija ħalliet miftuħa l-kwistjoni dwar x’ser jiġri mill-attivitajiet ta’ akkreditament lil hinn minn din id-data li fiha għandha ssir proposta leġiżlattiva ulterjuri.

Matul ir-reviżjoni tat-test mill-membri parlamentari f’diversi kumitati parlamentari, l-approċċ tal-Kummissjoni rigward id-data tat-30 ta' Ġunju 2016 irċieva ħafna appoġġ. Fi ħdan il-Kunsill, l-Istati Membri saħqu fuq il-ħtieġa li tabilħaqq l-attivitajiet ta’ akkreditament jsiru b’mod indipendenti u ttamaw li l-kwistjoni tal-futur tal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi wara l-1 ta' Jannar 2014 tkun solvuta mill-aktar fis possibbli. Barra minn hekk, fis-7 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta dikjarazzjoni (dokument 11279/12 ADD 1) li fih jikkunsidra li l-attivitajiet ta’ akkreditament għandhom ikunu segwiti b’mod strettament indipendenti fil-konfront ta’ kompiti oħrajn assenjati lill-Aġenzija Ewropea GNSS, li għandu jkun stabbilit qsim strutturali u effiċjenti għal dan il-għan fi ħdan l-Aġenzija bejn l-attivitajiet differenti tagħha sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014 u li l-President tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jkun l-uniku responsabbli fi ħdan l-Aġenzija f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta’ akkreditament. Il-Kunsill għalhekk stieden lill-Kummissjoni sabiex tissottometti proposta ta’ emenda tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 f’waqtha dwar dan.

Huwa effettivament importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni futura tal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita matul il-qafas finanzjarju li ġej tal-2014-2020. Dan jinvolvi l-emenda tar-Regolament (UE) Nru 912/2010.

Bidla fir-Regolament (UE) Nru 912/2010 hija wkoll opportunità sabiex fit-test tar-Regolament jiddaħħlu bidliet li jagħmlu r-Regolament (UE) Nru 912/2010 konformi mal-prinċipji li jinsabu fl-approċċ komuni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati, li kien approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Ġunju 2012.

Fl-aħħar nett, il-proposta dwar ir-regolament futur dwar il-GNSS imsemmija hawn fuq u adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta' Novembru 2011, li tipprevedi l-possibbiltà li jiġu estiżi l-kompiti tal-Aġenzija Ewropea GNSS u li tagħtiha kompiti marbuta mal-isfruttar, taffettwa sostanzjalment il-ħtiġijiet tagħha tal-persunal, u għalhekk, għandha konsegwenzi fuq il-baġit futur tagħha. Huwa importanti għaldaqstant li tiġi emendata d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva assoċjata mar-Regolament (UE) Nru 912/2010.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-ANALIŻI TAL-IMPATT

Il-proposta tal-Kummissjoni ma kinitx soġġetta għal analiżi tal-impatt u mhijiex ir-riżultat ta’ konsultazzjonijiet formali mal-partijiet interessati.

Minħabba li dawn huma emendi li jallinjaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 mal-prinċipji tal-approċċ interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati, ma kienx hemm lok ta’ analiżi tal-impatt u konsultazzjonijiet formali mal-partijiet interessati minħabba li dan l-approċċ kien preċiżament ir-riżultat ta’ konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Fir-rigward tal-bidliet li jikkonċernaw l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, huwa importanti li wieħed jinnota li l-Istati Membri, li huma ferm involuti fil-kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà, huma f’dan il-każ, minbarra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Aġenzija Ewropea GNSS, il-partijiet interessati ewlenin, saħansitra l-uniċi. Madankollu l-Istati Membri ġew ikkonsultati b’mod wiesa’ dwar dan il-punt waqt diskussjonijiet dwar ir-regolament futur dwar il-GNSS fi ħdan il-Kunsill, li esprima l-pożizzjoni tiegħu fl-istqarrija msemmija hawn fuq tas-7 ta' Ġunju 2012. Barra minn hekk, it-termini tal-iskema li finalment intgħażlet kienu l-fokus ta’ diskussjonijiet dettaljati mal-Aġenzija Ewropea GNSS. Fil-każ tal-Parlament Ewropew, li ġie mgħarraf dwar il-proposta tar-regolament futur dwar il-GNSS Ewropea, s’issa għadu ma esprimiex opinjoni partikolari dwar din il-kwistjoni.

Ġew eżaminati ukoll id-diversi soluzzjonijiet li huma possibbli teoretikament għall-akkreditament tas-sistemi ta’ sigurtà wara l-2013. Dawn is-soluzzjonijiet huma sitta.

1) L-akkreditament jiġi fdat lis-settur privat:

L-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita jaffettwa direttament is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li jixtiequ ferm li jkunu involuti fil-ħidma u d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament. Għaldaqstant, il-fatt li dan l-akkreditament ikun fdat lis-settur privat ma jistax jiġi kkunsidrat b’mod serju.

2) Tinħoloq aġenzija regolatorja ġdida li tieħu ħsieb l-akkreditament:

Il-ħolqien ta’ aġenzija regolatorja li tieħu ħsieb l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ GNSS jista’ jidher pass għaqli, iżda jmur kontra x-xewqa komuni minn diversi snin ’l hawn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ma jinħolqux aġenziji regolatorji ġodda. Barra minn hekk, din is-soluzzjoni jkollha spiża sinifikanti, jew sproporzjonata mal-ħtiġijiet attwali tal-qasam. Fil-fatt il-persunal permanenti inkarigat mill-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi jikkonsisti f’madwar għaxar persuni.

3) L-akkreditament jiġi fdat f’idejn aġenzija regolatorja oħra eżistenti:

Soluzzjoni alternattiva għall-ħolqien ta’ aġenzija ġdida tista’ tkun li wieħed jafda l-akkreditament tas-sigurtà lil aġenzija regolatorja oħra eżistenti. Fost id-diversi aġenziji tal-Unjoni, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (AESA) u, sa grad inqas, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża biss jidhru a priori li huma kapaċi jiżguraw l-akkreditament tas-sigurtà ta’ sistemi kumplessi bħal Galileo u EGNOS.

Madankollu ta’ min jinnota li kompitu ta’ akkreditament bħal dan ma jagħmilx parti mill-missjonijiet attwali ta’ dawn l-aġenziji. Rigward ukoll l-AESA li eventwalment għandha tieħu ħsieb iċ-ċertifikazzjoni ta’ EGNOS, jeżisti kunflitt serju ta’ interessi bejn din il-missjoni futura ta’ ċertifikazzjoni u l-kompitu eventwali ta’ akkreditament tas-sigurtà. Rigward l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li tieħu ħsieb prinċipalment il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-armamenti u l-industriji tad-difiża, jekk l-akkreditament tas-sigurtà ta’ Galileo u EGNOS tiġi fdata lilha dan jista’ jikkontradixxi l-affermazzjoni li dawn iż-żewġ sistemi huma sistemi ċivili taħt kontroll ċivili.

4) L-akkreditament jiġi fdat f’idejn il-Kummissjoni:

Fl-2007, matul il-ħidma ta’ tħejjija għat-tfassil tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li rriforma l-governanza tal-programmi, kien ġie propost li l-akkreditament tas-sigurtà taż-żewġ sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita tiġi fdata lill-Kummissjoni. Din is-soluzzjoni ġiet abbandunata minħabba li dehret inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ indipendenza, peress li l-Kummissjoni tamministra, skont dan ir-regolament “l-aspetti kollha relatati mas-sigurtà tas-sistemi”. L-istess diffikultà għadha teżisti llum minħabba li r-regolament futur dwar il-GNSS li ser jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 683/2008 mill-1 ta' Jannar 2014 jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni għandha tiżgura s-sigurtà tal-programmi, inkluża s-sigurtà tas-sistemi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ferm għal qalbhom l-istruttura tal-Bord għall-Akkreditament kif teżisti bħalissa fi ħdan l-Aġenzija Ewropea GNSS u jkun diffiċli, fuq il-livell tad-Diretturi, li wieħed iċaqlaq korp bħal dan fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni

5) L-akkreditament jiġi fdat f’idejn il-Kunsill:

Hemm diversi vantaġġi jekk l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS jiġi fdat lill-Kunsill. L-ewwel nett il-Kunsill mhuwiex involut fil-ġestjoni tal-programmi u l-indipendenza tiegħu ma tistax tiġi kkontestata. Imbagħad huwa għandu ċerta esperjenza fil-qasam tal-akkreditament ta’ sistemi komplessi minħabba li diġa ħa ħsieb l-akkreditament ta’ madwar ħamsin sistema għall-ħtiġijiet tiegħu stess. Huwa wkoll l-entità li tinsab fl-aħjar pożizzjoni li tassumi l-konsegwenzi politiċi tad-deċiżjonijiet meħuda dwar l-akkreditament, li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvolġiment tal-programmi f’termini ta’ spejjeż u skeda ta’ żmien. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri, li jixtiequ li jkunu involuti sew fil-proċess ta’ akkreditament, huma naturalment irrappreżentati ħafna aħjar fi ħdan il-Kunsill milli fi kwalunkwe korp ieħor tal-Unjoni.

L-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni ta’ din is-soluzzjoni madankollu jgħelbu l-benefiċċji. Fil-fatt, il-Kunsill mhuwiex bord ta’ ġestjoni u, għalkemm effettivament għandu esperjenza fl-akkreditament ta’ diversi sistemi, s’issa dawn kienu biss sistemi interni tal-Kunsill li jiżguraw l-operat tiegħu. Barra minn hekk, it-trasferiment u t-trapjant dirett, fi ħdan l-amministrazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, tal-istruttura li tikkonsisti mill-Bord għall-Akkreditament u l-korpi subordinati tiegħu kif inhi bħalissa, bil-persunal tiegħu li jinkludi aġenti permanenti, joħolqu l-istess diffikultajiet fuq il-livell amministrattiv bħal fil-każ li jsir trasferiment fi ħdan il-Kummissjoni.

6) Tisħiħ tad-distinzjoni bejn l-attivitajiet fi ħdan l-Aġenzija Ewropea GNSS:

Dan jinvolvi l-modifikazzjoni tal-organizzazzjoni interna tal-Aġenzija b’tali mod li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ akkreditament fir-rigward tal-attivitajiet l-oħrajn imwettqa fi ħdan l-Aġenzija.

Din is-soluzzjoni, li tkompli tissepara l-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS u ssaħħaħ l-awtonomija taż-żewġ entitajiet differenti taħt saqaf wieħed legali u istituzzjonali, tiżgura livell għoli ta’ indipendenza fl-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ akkreditament, u finalment irriżulta li hija l-orħos waħda, l-iktar waħda sempliċi u l-eħfef waħda biex tiġi implimentata. Barra minn hekk, ġiet irrakkomandata mill-Kunsill fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2012.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Rigward il-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tal-eżerċizzju tal-attivitajiet relatati mal-akkreditament tas-sistemi u t-tisħiħ, għal dan il-għan, tad-distinzjoni bejn dawn l-attivitajiet u l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija Ewropea GNSS, il-proposta tipprovdi prinċipalment li jiżdiedu s-setgħat tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u dawk tal-President tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà billi tallinjahom parzjalment ma’ dawk tal-Bord tad-Diretturi u tad-Direttur Eżekuttiv rispettivament.

Huwa għalhekk mistenni li l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà jħejji u japprova l-parti tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija li tiddeskrivi l-attivitajiet operattivi marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi kif ukoll il-parti tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-perspettivi tal-Aġenzija marbuta mal-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi u li jibgħathom fil-ħin lill-bord tad-Diretturi sabiex jiġu integrati fil-programm ta’ ħidma u fir-rapport annwali tal-Aġenzija. Għandu wkoll jeżerċita awtorità dixxipplinarja fuq il-president tiegħu.

Il-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, min-naħa tiegħu, għandu, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà, rwol komparabbli ma’ dak eżerċitat mid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-attivitajiet l-oħrajn tal-Aġenzija. Minbarra l-funzjoni ta’ rappreżentant tal-Aġenzija diġà previst fir-Regolament (UE) Nru 912/2010 fil-forma attwali tiegħu, issa jamministra l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà taħt id-direzzjoni tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni tal-parti tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija marbuta mal-akkreditament. Jista’ wkoll, fuq stedina tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-missjoni tiegħu u jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet.

Rigward l-implimentazzjoni tal-approċċ interistituzzjonali għall-aġenziji deċentralizzati, l-allinjament mal-prinċipji definiti f’dan l-approċċ jaffettwa b’mod partikolari r-regoli ta’ adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, it-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord tad-Diretturi u tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà kif ukoll dak tal-presidenti tagħhom, l-eżistenza ta’ programm ta’ ħidma multiannwali, is-setgħat tal-Bord tad-Diretturi f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-persunal, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tar-regolament, il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, u l-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-elementi legali tal-proposta msemmija fil-punt 3 hawn fuq fihom infushom m’għandhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.

Madankollu, id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva assoċjata mar-Regolament (UE) Nru 912/2010, li takkumpanja l-proposta u li tinkorpora r-rekwiżiti ġodda ta’ persunal tal-Aġenzija assoċjati mal-kompiti ġodda li jistgħu jkunu fdati lilha, bħall-isfruttar tas-sistemi Ewropej GNSS, tirrifletti dawn ir-rekwiżiti fuq il-livell finanzjarju. F’termini baġitarji, l-ammonti meħtieġa huma diġà inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju li jmiss tal-2014-2020. Dawn sejrin jiġu ffinanzjati mit-trasferimenti fi ħdan il-linji baġitarji tal-programmi GNSS bħar-rekwiżiti addizzjonali għas-sena 2013. Ta’ min jinnota li l-ispejjeż marbuta mal-ħtiġijiet il-ġodda ta’ persunal tal-Aġenzija se jiġu kkumpensati parzjalment minn tnaqqis ta' 30 post ta’ xogħol mit-tabella tal-persunal tal-Kummissjoni matul l-istess perjodu, bejn l-2014 u l-2020. Id-dettalji baġitarji jidhru fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva fl-Anness.

Jeħtieġ fi kwalunkwe każ li jiġi mfakkar li l-figuri msemmija fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huma soġġetti, minn naħa għall-adozzjoni mill-awtorità baġitarja tal-qafas finanzjarju 2014-2020, u min-naħa l-oħra għall-adozzjoni tar-regolament futur dwar il-GNSS.

2013/0022 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Jirriżulta mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)[6] kif ukoll mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] li l-Aġenzija Ewropea GNSS (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) tipprovdi l-akkreditament tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem “is-sistemi”) għas-sigurtà u, li għal dan il-għan, hija għandha tibda u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ sigurtà u twettaq verifiki tas-sigurtà.

(2)       Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, b’mod partikolari dawk tal-Kapitolu III tar-Regolament, jispjegaw il-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija għandha tissodisfa l-missjoni tagħha f’dak li jirrigwarda l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi. Huma jipprovdu b’mod partikolari, bħala prinċipju, li d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jittieħdu b’mod indipendenti mill-Kummissjoni u mill-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem “il-programmi”) u li l-awtorità ta’ akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi tikkostitwixxi għalhekk, fi ħdan l-Aġenzija, korp awtonomu li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod indipendenti.

(3)       Skont dan il-prinċipju, ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 jistabbilixxi l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS (minn hawn ’il quddiem “Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà”) li, flimkien mal-Bord tad-Diretturi u mad-Direttur Eżekuttiv, jikkostitwixxi wieħed mit-tliet korpi tal-Aġenzija. Dan il-korp iwettaq il-kompiti fdati lill-Aġenzija marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà u huwa awtorizzat li, f’isem l-Aġenzija, jieħu d-deċiżjonijiet rigward l-akkreditament tas-sigurtà. Huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jaħtar lill-president tiegħu.

(4)       Ir-Regolament (UE) Nru xxx/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-operat tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita[8], li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 683/2008 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, jiddefinixxi l-iskema ta’ governanza pubblika tal-programmi matul il-perjodu 2014-2020. Huwa jwessa’ l-kompiti assenjati lill-Aġenzija u jipprovdi fost affarijiet oħrajn li l-Aġenzija jkollha rwol ewlieni fl-isfruttar tas-sistemi.

(5)       F’dan il-kuntest ġdid, huwa imperattiv li jiġi żgurat li l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà jkun jista’ jwettaq il-missjoni fdata lilu b’mod indipendenti, b’mod partikolari fil-konfront ta’ korpi u attivitajiet oħrajn tal-Aġenzija. Għalhekk huwa essenzjali li tkompli s-separazzjoni, fi ħdan l-Aġenzija stess, tal-attivitajiet marbuta mal-akkreditament tal-attivitajiet l-oħra tagħha, bħall-ġestjoni taċ-ċentru tas-sigurtà, il-kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi u l-attivitajiet kollha li l-Kummissjoni tista’ tafda lill-Aġenzija permezz ta’ delega, b’mod partikolari dawk marbuta mal-isfruttar tas-sistemi. Għal dan il-għan, għandu jiġi żviluppat qsim strutturali tanġibbli u effikaċi fi ħdan l-Aġenzija bejn id-diversi attivitajiet tagħha sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)       Huwa importanti li biex isir dan jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 l-aktar sabiex jiżdiedu l-awtonomija u s-setgħat tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u tal-president tiegħu, u sabiex il-parti l-kbira ta’ dawn tal-aħħar jiġu allinjati ma’ dawk tal-Bord tad-Diretturi u tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija rispettivament, filwaqt li jipprovdi l-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn il-korpi differenti tal-Aġenzija.

(7)       Rigward il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, huwa dan, u mhux il-Bord tad-Diretturi, li għandu jħejji u japprova l-parti tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija li tiddeskrivi l-attivitajiet operattivi marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi kif ukoll il-parti tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija marbuta mal-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi u tibgħathom fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi sabiex ikunu integrati fil-programm ta’ ħidma u fir-rapport annwali tal-Aġenzija. Għandu wkoll jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-president tiegħu.

(8)       Rigward il-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, ikun xieraq li jiġi fdat, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà, rwol komparabbli ma’ dak eżerċitat mid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija. B’hekk, minbarra l-funzjoni ta’ rappreżentant tal-Aġenzija diġà prevista fir-Regolament (UE) Nru 912/2010 kif miktub fit-22 ta' Settembru 2010, il-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jmexxi l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà taħt id-direzzjoni tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija marbuta mal-akkreditament. Huwa għandu wkoll, fuq stedina tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, ikun jista’ jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-missjoni tiegħu u jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet.

(9)       Barra minn hekk, dejjem sabiex tinżamm l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess, ikun utli wkoll, minn naħa, li l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u l-persunal tal-Aġenzija mqiegħed taħt il-kontroll tiegħu jwettqu xogħolhom f’post li jiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza tagħhom fil-konfront ta’ attivitajiet oħrajn tal-Aġenzija, b’mod partikolari fil-konfront tal-attivitajiet operattivi marbuta mal-isfruttar tas-sistemi, u min-naħa l-oħra li r-regoli interni tal-Aġenzija dwar il-persunal jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza tal-persunal li jwettaq attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija.

(10)     Barra minn hekk, minħabba l-involviment ta’ ċerti pajjiżi terzi fil-programmi Ewropej GNSS, inkluż dwar is-sigurtà, jeħtieġ li jkun ipprovdut b’mod espliċitu li rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem, f’kundizzjonijiet li għandhom ikunu definiti, fil-ħidma tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà.

(11)     Barra minn hekk, huwa neċessarju li r-Regolament (UE) Nru 912/2010 jinġieb konformi mal-prinċipji li jinsabu fl-Istrateġija Komuni tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati, adottata minn dawn it-tliet istituzzjonijiet rispettivament fil-5 ta’ Lulju, fis-26 ta' Ġunju u fit-12 ta' Ġunju 2012, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-regoli għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, it-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord tad-Diretturi u tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà kif ukoll dik tal-presidenti tagħhom, l-eżistenza ta’ programm ta’ ħidma multiannwali, is-setgħat tal-Bord tad-Diretturi rigward il-ġestjoni tal-persunal, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tar-Regolament, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, u t-trattament tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata.

(12)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, partikolarment permezz tal-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, it-twettiq ta' inkjesti, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi żball jew jintużaw b'mod ħażin u, jekk ikun il-każ, bl-applikazzjoni ta' sanzjonijiet.

(13)     Fl-aħħar nett, peress li l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru xxx/2013 [regolament futur GNSS] jipprovdi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu fondi addizzjonali sabiex jiffinanzjaw ċerti elementi tal-programmi, huwa xieraq li l-Aġenzija tkun tista’ tagħmel kuntratti konġunti mal-Istati Membri meta dan ikun meħtieġ sabiex twettaq il-missjonijiet tagħha.

(14)     Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 912/2010,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 huwa emendat skont kif ġej:

(1) L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Korpi

1.           Il-korpi tal-Aġenzija huma:

a) il-bord tad-diretturi,

b) id-direttur eżekuttiv,

c) il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej

2.           Il-korpi tal-Aġenzija għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom, kif stabbiliti fl-Artikoli 6, 8 u 11 rispettivament, skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

3.           Il-Bord tad-Diretturi u d-Direttur Eżekuttiv minn naħa, il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej u l-president tiegħu min-naħa l-oħra, għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-Aġenzija skont il-proċeduri stabbiliti mir-regoli interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta’ proċedura tal-Bord tad-Diretturi, ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istatut tal-persunal u r-regoli ta’ aċċess għad-dokumenti.”

(2) L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Status ġuridiku, uffiċċji lokali

1.           L-Aġenzija hija korp tal-Unjoni. Hi għandha personalità ġuridika.

2.           F’kull Stat Membru, l-Aġenzija għandha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali B’mod partikolari, tista’ takkwista jew teħles minn proprjetà immobbli u trasferibbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3.           L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri, soġġett għall-qbil tagħhom, jew f'pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidmiet tal-Aġenzija skont l-Artikolu 23.

Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-istabbiliment u t-tħaddim tal-Aġenzija fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi ospitanti kif ukoll dawk relatati mal-vantaġġi mogħtija minn dawn tal-aħħar lid-Direttur Eżekuttiv, lill-membri tal-kunsill ta' amministrazzjoni, lill-persunal tal-Aġenzija u lill-membri tal-familji tagħhom huma suġġetti għal arranġamenti partikolari konklużi bejn l-Aġenzija u dawn l-Istati Membri u pajjiżi. L-arranġamenti partikolari huma approvati mill-Bord tad-Diretturi.

L-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ospitanti joffru l-aqwa qafas għat-twettiq tajjeb tal-attivitajiet tal-Aġenzija, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda:

a)       l-aċċessibbiltà tas-siti,

b)       l-eżistenza ta' infrastrutturi tal-edukazzjoni xierqa għat-tfal tal-membri tal-persunal u tal-esperti nazzjonali sekondati,

c)       l-aċċess għas-suq tax-xogħol, għas-sistema tas-sigurtà soċjali u għas-sistema tas-saħħa għall-familji tal-membri tal-persunal u tal-esperti nazzjonali sekondati.

4.           L-Aġenzija hija rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, suġġett għall-Artikolu 11a(1)(d).”

(3) L-Artikolu 5 huwa emendat skont kif ġej

a) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 2 bit-test li ġej:

« 2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun kompost:

a)          minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru,

b)         minn ħames rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni u,

c)          minn rappreżentant wieħed mingħajr dritt għall-vot maħtur mill-Parlament Ewropew.

It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord tad-Direttur għandu jkun ta’ erba’ snin, u jista’ jiġġedded.

Rappreżentant tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà tas-sistemi Ewropej tal-GNSS, rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli għall-affarijiet barranin u l-politika tas-sigurtà (minn hawn ’il quddiem ir-“RGħ”) u rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn hawn ’il quddiem “ESA”) għandhom ikunu mistiedna biex jattendu għal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi bħala osservaturi.”;

b) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 4 bit-test li ġej:

« 4. Il-Bord tad-Diretturi għandu jaħtar President u Viċi-President minn fost il-membri tiegħu Il-viċi-president għandu awtomatikament jieħu post il-president meta dan ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu. Il-mandat tal-President u tal-Viċi-President għandu jkun ta’ sentejn, u jista’ jiġġedded għal darba, u għandu jiskadi meta ma jibqgħux membri tal-Bord tad-Diretturi.”

c) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 6 bit-test li ġej:

« 6. Ħlief jekk ikun previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-Bord tad-Diretturi għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.

Maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot hija meħtieġa għall-ħatra tal-president tal-Bord tad-Diretturi u tal-Viċi President, l-adozzjoni tal-baġit u tal-programmi ta’ ħidma.”

(4) L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Kompiti tal-Bord tad-Diretturi

1.           Il-Bord tad-Diretturi għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-ħidma fdata lilha, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u għandu jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dan il-għan, bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għall-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu III.

2.           Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi għandu wkoll:

a) jadotta, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tal-ewwel sena tal-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Aġenzija għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali wara li tkun ġiet inkluża fih il-parti żviluppata mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà skont l-Artikolu 11(3)(b), u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni;

b) jadotta, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru ta’ kull sena, il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara, wara li tkun ġiet inkluża fih il-parti żviluppata mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà skont l-Artikolu 11(3)(c), u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni;

c) iwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-baġit previsti fl-Artikolu 13, il-paragrafi 5, 6, 10 u 11 u l-Artikolu 14, il-paragrafu 5;

d) jissorvelja l-isfruttar taċ-ċentru ta’ sigurtà ta’ Galileo (minn hawn ’il quddiem iċ-“Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo” jew il-“GSMC”) kif imsemmi fl-Artikolu 16(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008;

e) jadotta l-arranġamenti għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (*), skont l-Artikolu 21;

f) jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija wara li tkun ġiet inkluża fih il-parti żviluppata mill-Bord ta' Akkreditament tas-Sigurtà skont l-Artikolu 11(3)(d), u jibagħtu, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri;

g) jiżgura s-segwitu adegwat tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26, kif ukoll dawk li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) u tar-rapporti kollha tal-awditjar intern jew estern u jittrasmetti lill-awtorità baġitarja kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar ir-riżultati tal-proċeduri ta’ valutazzjoni;

h) jiġi kkonsultat mid-Direttur Eżekuttiv dwar il-ftehimiet ta’ delegazzjoni li jsiru bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament [ir-Regolament futur dwar il-GNSS ] qabel ma jiġu ffirmati

i) jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

3.           Fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, il-Bord tad-Diretturi jeżerċita s-setgħat tal-awtorità li jkollha s-setgħa tal-ħatra u dawk tal-awtorità li tista’ tikkonkludi l-kuntratti ta’ xogħol, mogħtija mill-istatut tal-uffiċjali tal-Unjoni u r-reġim li japplika għall-aġenti l-oħra rispettivament (is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra').

Il-Bord Amministrattiv jadotta skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 2(1), tal-Istatut tal-Persunal u skont l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg għal aġenti oħra, li tiddelega is-setgħat ta' ħatra korrispondenti lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom din id-delegazzjoni tal-kompetenzi tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttivhuwa awtorizzat li jissottodelega dawn il-kompetenzi.

Skont is-subparagrafu preċedenti, fil-każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Bord Amministrattiv jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni tas-setgħat tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u ta' dawk sottodelegati minnu, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal ieħor minbarra d-Direttur Eżekuttiv.

Madankollu, b’deroga mit-tieni paragrafu, il-Bord tad-Diretturi għandu jiddelega lill-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà s-setgħat imsemmija fl-ewwel paragrafu f’dak li jirrigwarda r-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet koperti mill-Kapitolu III kif ukoll il-miżuri dixxiplinarji li għandhom jittieħdu kontra tali persunal.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-aġenti l-oħrajn skont il-proċedura prevista mill-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Persunal. F’dak li jirrigwarda r-reklutaġġ, l-evalwazzjoni, ir-riklassifikazzjoni tal-persunal involut fl-attivitajiet koperti mill-Kapitolu III u l-miżuri dixxiplinari li għandhom jittieħdu fil-konfront tiegħu, għandu qabel jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà.

Għandu jadotta wkoll il-miżuri relatati mal-issekondar tal-esperti nazzjonali koperti mill-Artikolu 15(b), wara l-konsultazzjoni mal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u jittieħed kont xieraq tal-osservazzjonijiet tiegħu.

4.           Il-Bord tad-Diretturi għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jista’ jestendi jew itemm il-mandat tiegħu skont l-Artikolu 15c(4). Huwa jeżerċita l-awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv.

_________________

(*)     ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.”

(5) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej;

“Artikolu 7

Direttur Eżekuttiv

L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jwettaq dmirijietu taħt is-sorveljanza tal-Bord tad-Diretturi, bla ħsara għas-setgħat mogħtija mill-Artikolu 11 u l-Artikolu 11(a) lill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u lill-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà rispettivament.

(6) L-Artikolu 8 huwa emendat skont kif ġej:

“Artikolu 8

Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv iwettaq il-kompiti li ġejjin:

(1) huwa responsabbli għar-rappreżentanza tal-Aġenzija, minbarra l-attivitajiet u tad-deċiżjonijiet relatati mal-Kapitoli II u III, u għandu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tagħha; jiffirma l-ftehimiet ta’ delegazzjoni li jsiru bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament [ir-Regolament futur dwar il-GNSS];

(2) jipprepara x-xogħol tal-Bord tad-Diretturi u jipparteċipa, mingħajr id-dritt tal-vot, fix-xogħol tal-Bord tad-Diretturi.

(3) huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija taħt il-kontroll tal-Bord tad-Diretturi minbarra l-parti tal-programmi koperti mill-Kapitolu III;”

(4) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, biex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

(5) jistabilixxi abbozz tad-dħul pproġettat u l-ħruġ tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 13, u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 14;

(6) iħejji kull sena, filwaqt li jikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet koperti mill-Kapitolu III, abbozz ta’ rapport ġenerali kull sena u jippreżentah lill-Bord tad-Diretturi;

(7) jiżgura li l-Aġenzija, bħala l-operatur tal-GSSB, tkun kapaċi taġixxi skont l-istruzzjonijiet mogħtija skont l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK;

(8) jiddefinixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jippreżentaha għall-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi;

(9) jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat koperti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3), sal-punt li dawn is-setgħat jistgħu jiġu ddelegati lilu skont it-tieni subparagrafu tal-istess paragrafu u mingħajr preġudizzju għat-tielet u r-raba’ subparagrafi;

(10) jista’ jadotta, bil-qbil tal-Bord tad-Diretturi, l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-uffiċċji lokali fl-Istati Membri, skont l-Artikolu 4;

(11) jiżgura li l-Bord ta’ Akkreditament tas-Sigurtà u l-korpi maħluqa taħt l-awtorità tiegħu msemmija fl-Artikolu 11(11), ikollhom segretarjat u r-riżorsi kollha meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tagħhom;

(12) jipprepara pjan ta’ azzjoni biex jiżgura s-segwitu tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni mwettqa, u jippreżenta rapport darbtejn fis-sena dwar il-progress li jkun sar lill-Kummissjoni;

(13) jieħu l-miżuri li ġejjin għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

i) jieħu miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra illegali kif ukoll permezz ta' miżuri effikaċi ta' kontroll;

ii) fejn jinstabu l-irregolaritajiet, għandu jipproċedi biex jirkupra s-somom li tħallsu b’mod ħażin u, kif xieraq, japplika s-sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonati u diżważivi.

(14) ifassal strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jibgħatha lill-Bord tad-Diretturi għall-approvazzjoni.”

(7) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8(a) li ġej:

“Artikolu 8(a)

Programmi ta’ ħidma u rapport annwali

1.           Il-programm pluriennali tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 6(2)(a), jipprovdi l-azzjonijiet li l-Aġenzija għandha twettaq matul il-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-azzjonijiet marbuta mar-relazzjonijiet internazzjonali u mal-komunikazzjoni li tagħhom hija responsabbli. Dan il-programm għandu jiddetermina r-riżorsi umani u finanzjarji allokati għal kull attività. Għandu jqis ir-riżultat tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26.

2.           Fuq il-bażi tal-programm ta’ ħidma multiannwali, il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 6(2)(b), jipprovdi l-azzjonijiet li l-Aġenzija għandha twettaq matul is-sena ta’ wara, inklużi l-azzjonijiet marbuta mar-relazzjonijiet internazzjonali u mal-komunikazzjoni li minnhom hija responsabbli. Dan il-programm għandu jiddetermina r-riżorsi umani u finanzjarji allokati għal kull attività. Għall-finijiet ta’ informazzjoni għandu jinkludi l-kompiti li l-Kummissjoni, skont il-każ, tiddelega lill-Aġenzija skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament (ir-Regolament futur dwar il-GNSS).

3.           Ir-rapport ġenerali annwali msemmi fl-Artikolu 8(f), għandu jirreferi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija.”

(8) Fl-Artikolu 10, il-punt (g) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“g) l-awtorità tal-akkreditament tas-sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej għandha tkun, fi ħdan l-Aġenzija, korp awtonomu li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod strettament indipendenti, inkluż fil-konfront tal-Kummissjoni u entitajiet oħrajn responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll fil-konfront tad-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija;”

(9) L-Artikolu 11 huwa emendat skont kif ġej:

a) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 3 bit-test li ġej:

« 3. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

a)       ix-xogħol ta’ akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi li jikkonsisti fil-verifika tal-konformità tas-sistemi mar-rekwiżiti ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 u r-rispett tar-regoli ta’ sigurtà rilevanti applikabbli għall-Kunsill u l-Kummissjoni;

b)      jipprepara u japprova l-parti tal-programm ta’ ħidma multiannwali msemmija fl-Artikolu 8(a)(1), dwar l-attivitajiet operattivi taħt dan il-Kapitolu u dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq tagħhom, u jibgħatha fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi biex tkun integrata fl-imsemmi programm ta’ ħidma multiannwali;

c)       jipprepara u japprova l-parti tal-programm ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 8(a)(2), dwar l-attivitajiet operattivi taħt dan il-Kapitolu u dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq tagħhom, u jibgħatha fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi biex tkun integrata fl-imsemmi programm ta’ ħidma;

d)      jipprepara u japprova l-parti tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 6(2)(f), li jirrigwarda l-attivitajiet u l-perspettivi tal-Aġenzija taħt dan il-Kapitolu kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq tagħhom, u jibgħatha fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi biex tkun integrata fl-imsemmi rapport;

e)       jeżerċita l-awtorità dixxiplinari fuq il-president tiegħu;

f)       jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.”

b) Il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

« 7. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni u ieħor mir-Rappreżenant Għoli. It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà huwa ta’ erba’ snin, li jistgħu jiġġeddu. Għandu jiġi mistieden rappreżentant tal-ESA biex jattendi l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà bħala osservatur. Jekk ikun il-każ, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu stabbiliti skont l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 23.

8. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jaħtar president u viċi-president fost il-membri tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li għandhom id-dritt tal-vot. Il-viċi-president għandu awtomatikament jieħu post il-president meta dan ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu.

Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà huwa intitolat li jirrevoka l-president u l-viċi-president. Huwa għandu jieħu d-deċiżjoni ta’ revoka b’maġġoranza ta’ żewġ terzi.

Il-mandat tal-president u tal-viċi-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jkun ta’ sentejn, u jkun jista’ jiġġedded darba. Il-mandat jintemm meta l-president jew il-viċi-president ma jibqax membru tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà.”

c) Il-paragrafu 9 huwa mħassar;

d) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 10 bit-test li ġej:

« 10. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jkollu aċċess għar-riżorsi umani u materjali kollha meħtieġa biex jipprovdi funzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv xieraq u biex ikun jista’, flimkien mal-korpi msemmija fil-paragrafu 11, iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod indipendenti, b’mod partikolari meta jittratta fajls, jagħti bidu għal u jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ proċeduri tas-sigurtà u jwettaq verifiki tas-sigurtà ta’ sistema, iħejji deċiżjonijiet u jorganizza l-laqgħat tiegħu. Għandu jkollu wkoll aċċess għal kull informazzjoni utli għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u li jkollha l-Aġenzija, bla ħsara għall-prinċipji ta’ awtonomija u ta’ indipendenza msemmija fl-Artikolu 10(g).”

e) Għandu jiżdied il-paragrafu 17 li ġej:

« 17. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u l-persunal tal-Aġenzija li jkun taħt il-kontroll tiegħu għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod li jiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza fil-konfront ta’ attivitajiet oħrajn tal-Aġenzija, b’mod partikolari fil-konfront tal-attivitajiet operattivi marbuta mal-isfruttar tas-sistemi.”

(10) L-Artikolu 11(a) li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 11:

“Artikolu 11(a)

Kompiti tal-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà

1.           Il-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jeżerċita l-kompiti li ġejjin:

a)       imexxi l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà taħt id-direzzjoni tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà;

b)      jiżgura l-implimentazzjoni tal-parti tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu taħt il-kontroll tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà;

c)       jikkoopera mad-Direttur Eżekuttiv sabiex jgħinu jħejji l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 13(3);

d)      jirrappreżenta lill-Aġenzija fl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet rilevanti skont dan il-Kapitolu;

e)       jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija involut fl-attivitajiet li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu is-setgħat previsti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) li huma ddelegati lilu skont ir-raba’ subparagrafu tal-istess paragrafu.

2.           Il-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-sigurtà jista’ jiġi mistieden mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill sabiex jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-missjoni tiegħu u jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet.”

(11) L-Artikolu 13 huwa emendat skont kif ġej:

a) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 3 bit-test li ġej:

« 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għall-attivitajiet taħt il-Kapitolu III, abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi ta’ dħul u nfiq tal-Aġenzija għas-sena suċċessiva u għandu jibagħtu lill-Bord tad-Diretturi u lill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, flimkien ma’ abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment.”

b) Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 5 bit-test li ġej:

« 5. Kull sena l-Bord tad-Diretturi, abbażi tal-abbozz tal-istimi ta’ dħul u nfiq u f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għall-attivitajiet taħt il-Kapitolu III, għandu jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi ta’ dħul u nfiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja suċċessiva.”

(12) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N; minbarra għal dik il-parti tal-implimentazzjoni tal-baġit li tkopri kompiti li huma, skont il-każ, fdati lill-Aġenzija skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament [ir-Regolament futur dwar il-GNSS], li għalihom tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropw u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill.

_________________

(*)     ĠU L 292, 26.10.2012, p. 1.”

(13) Wara l-Kapitolu IV għandu jiddaħħal il-Kapitolu IV li ġej:

“KAPITOLU IVa

RIŻORSI UMANI

Artikolu 15(a)

Persunal

1.           L-Istatut tal-Uffiċjali tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-aġenti oħra u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonjiet ta’ impjieg, għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Aġenzija.

2.           Ir-regoli interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta’ proċedura tal-Bord tad-Diretturi, ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-istatut tal-persunal u t-termini ta’ aċċess għad-dokumenti, għandhom jiggarantixxu l-awtonomija u l-indipendenza tal-persunal li jeżerċita l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li jeżerċita l-attivtajiet l-oħrajn tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 10(g).

Artikolu 15(b)

Nominazzjoni u mandat tad-Direttur Eżekuttiv

1.           Id-Direttur Eżekuttiv jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija b’mod konformi mal-Artikolu 2(a) tar-reġim applikabbli għall-aġenti l-oħra.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv huwa maħtur mill-Bord tad-Diretturi fuq il-bażi tal-mertu tiegħu u tal-ħiliet iċċertifikati tiegħu fil-qasam tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni, kif ukoll tal-kompetenzi u l-esperjenza tiegħu fl-oqsma kkonċernati, fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara akkwist pubbliku miftuħ u trasparenti, wara sejħa għall-espressjoni ta’ interess li tidher f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, f’pubblikazzjonijiet oħra.

Għall-konklużjoni tal-kuntratt tad-direttur eżekuttiv, il-president tal-Bord tad-Diretturi għandu jirrappreżenta l-Aġenzija.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

3.           Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Fit-tmiem tal-mandat tiegħu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

Fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tad-Diretturi jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba biss għal ħames snin jew inqas.

Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandha tiġi adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ikun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura tal-għażla għall-istess post wara li tkun ħarġet l-estensjoni tal-mandat tiegħu.

4.           Il-Bord tad-Diretturi jista’ jirrevoka lid-Direttur Eżekuttiv, fuq proposta tal-Kummissjoni, permezz ta’ deċiżjoni adotatta b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

5.           Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu u biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet.

Artikolu 15(c)

Esperti nazzjonali sekondati

L-Aġenzija tista’ wkoll tagħmel użu mill-esperti nazzjonali sekondati. Dawn l-esperti għandu jkollhom l-approvazzjonijiet tas-sigurtà xierqa."

(14) L-Artikolu 16 huwa emendat skont kif ġej:

“Artikolu 16

Ġlieda kontra l-frodi

1.           Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, ir-Regolament Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) (*) japplika mingħajr restrizzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (**) u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti nazzjonali sekondati bid-deċiżjoni mudell fl-Anness tal-ftehim imsemmi hawn fuq.

2.           Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa li timmonitorja lill-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Aġenzija kif ukoll lill-kuntratturi u s-subkuntratturi li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni permezz tal-Aġenzija, abbażi tad-dokumenti pprovduti lilha jew spezzjonijiet fuq il-post.

3.           Fir-rigward tal-għotjiet iffinanzjati jew tal-kuntratti mogħtija mill-Aġenzija, l-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 (***), sabiex jiġġieled kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra l-attivitajiet illegali kollha l-oħra li jagħmlu l-ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.           Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni konklużi mill-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti u ftehimiet tal-għotjiet konklużi mill-Aġenzija ma’ partijiet terzi, u kull deċiżjoni ta' finanzjament li tittieħed mill-Aġenzija għandhom jipprovdu b'mod espliċitu l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu iwettqu verifiki u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

_________________

(*)     ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(**)   ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(***) ĠU L 298, 15.11.1996, p. 2.”

(15) L-Artikolu 17 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 17

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għall-Aġenzija u l-persunal tagħha."

(16) L-Artikolu 18 huwa mħassar;

(17) L-Artikolu 22 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 22

Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata jew sensittiva

L-Aġenzija tapplika r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni li tinstab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (*). Hija għandha tapplikahom ukoll għall-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata. B’mod partikolari, huma kkonċernati d-dispożizzjonijiet għall-iskambju, it-trattament u l-ħżin ta’ din l-informazzjoni.

_________________

(*)     ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.”

(18) L-Artikolu 22(a) li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 22:

“Artikolu 22(a)

Kunflitt ta’ interessi

1.           Id-Direttur Eżekuttiv kif ukoll l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn u dikjarazzjoni ta’ interessi li tindika n-nuqqas ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub meta jibdew id-dmirijiet tagħhom u jiġġeddu f’każ li tinbidel iċ-ċirkostanza personali tagħhom.

2.           L-esperti esterni li jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma ad hoc għandhom jiddikjaraw bil-miktub qabel kull laqgħa li jattendu, kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward tal-punti fuq l-aġenda.

3.           Il-Bord tad-Diretturi u l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandhom jistabbilixxu politika li tippermetti li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess.”

(19) L-Artikolu 23(a) li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 23:

“Artikolu 23(a)

Akkwist pubbliku konġunt mal-Istati Membri

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija hija awtorizzata tagħti kuntratti b’mod konġunt mal-Istati Membri skont il-modalitajiet previsti mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (*).

_________________

(*)     ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.”

(20) L-Artikolu 26 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Evalwazzjoni u reviżjoni ta’ dan ir-Regolament

1.           Sa mhux aktar tard mill-2016, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-Aġenzija li jikkonċerna, b’mod partikolari, l-impatt tagħha, l-effikaċja tagħha, it-tħaddim tajjeb tagħha, il-metodi ta’ ħidma tagħha, il-ħtiġijiet tagħha u l-użu tar-riżorsi fdati lilha. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari eżami ta’ bidla possibbli fil-kompiti tal-Aġenzija u tal-impatt finanzjarju ta’ bidla bħal din.

2.           Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha dwar il-kontenut ta’ dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bord tad-Diretturi u lill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà tal-Aġenzija. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom ikunu ppubblikati.

3.           Evalwazzjoni minn kull tnejn għandha tinkludi analiżi tal-bilanċ tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet u l-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li ż-żamma tal-Aġenzija ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet u l-missjonijiet li ġew assenjati lilha, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li jitħassar dan ir-Regolament.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għan(ijiet)

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

              2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    L-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Is-sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet [tal-Aġenzija]

              3.2.3. L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani [tal-Aġenzija]

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

              3.4.    L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titlu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS– emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja

1.2.        Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[9]

Il-qasam/l-oqsma ta’ politika konċernat(i): l-Intrapriża u l-Industrija

Kapitolu 02 05: Programm TA’ RADJUNAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA (Galileo U EGNOS)

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[10]

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

þ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni li terġa’ tiġi indirizzata għal azzjoni ġdida

1.4.        L-għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat/i mill-proposta/inizjattiva

L-appoġġ għall-preżenza Ewropea fl-ispazju u l-iżvilupp tas-servizzi marbuta mas-satelliti

Il-programmi ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem il-“programmi”) huma proġetti ewlenin tal-Unjoni. Huma għandhom l-għan li jipprovdu servizzi ta’ radjunavigazzjoni u sejrin jiġġeneraw żviluppi kunsiderevoli f’diversi setturi ta’ attività, ikunu fatturi ta’ innovazzjoni teknoloġika u ta’ tkabbir tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, kif ukoll sors ta’ impjiegi ġodda, dħul kummerċjali u benefiċċji soċjoekonomiċi. Huma għalhekk jaqgħu taħt il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki tal-iżvilupp sostenibbli.

B’mod aktar speċifiku, il-programm Galileo għandu l-għan li jistabbilixxi s-sistema dinjija ta’ navigazzjoni bis-satellita tal-Ewropa (minn hawn ’il quddiem il-“GNSS”). Huwa ser jipprovdi lill-utenti fid-dinja kollha servizzi ta’ pożizzjonament, ta’ sinkronizzazzjoni u ta’ navigazzjoni għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, mit-trasport u l-likwidazzjoni ta’ titoli finanzjarji, sal-provvista tal-elettriku, it-tbassir tat-temp u l-pedaġġ tat-toroq.

EGNOS huwa sistema Ewropea maħsuba sabiex ittejjeb il-prestazzjoni tal-GPS Amerikan fiż-żona Ewropea. Huwa jippermetti l-użu tas-servizzi eżistenti ta’ navigazzjoni bis-satellita għal applikazzjonijiet kritiċi f’termini ta’ sigurtà bħall-pilotaġġ u l-inżul ta’ ajruplan jew il-qsim ta’ kanal fuq dgħajsa, biex insemmu ftit eżempji fil-qasam tal-avjazzjoni u dak marittimu.

Fuq il-bażi tal-istruttura ta’ governanza ppreżentata mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal regolament dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita[11] kif ukoll l-istruttura ta’ governanza appoġġjata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, fl-approċċ ġenerali parzjali tiegħu adottat fis-7 ta' Ġunju 2012, l-Aġenzija Ewropea GNSS (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija” sejra ssir attur ewlieni fil-fażi tal-operat tas-sistemi.

Madankollu, peress li r-Regolament dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem “Regolament GNSS”) qed jiġi diskuss mill-koleġiżlatur u għadu ma ġiex adottat, u huwa suġġett għad-deċiżjoni finali dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, ċerti suppożizzjonijiet li jistabbilixxu din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva jistgħu jinbidlu.

1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati

Minħabba l-involviment akbar tal-Aġenzija fil-fażi tal-isfruttar tal-programmi, din il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-indipendenza tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà (wieħed mit-tliet korpi tal-Aġenzija) u li tiżgura l-provvista ta’ riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti fdati lilha.

1. Akkreditament tas-sigurtà:

Minħabba l-importanza strateġika tagħhom, is-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita huma infrastrutturi essenzjali. Dawn jistgħu jintużaw b’mod ħażin, li jista’ jhedded is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Barra minn hekk, kwalunkwe interruzzjoni tas-servizzi tagħhom jista’ jirriżulta f’telf kbir għall-ekonomija Ewropea, peress li aktar u aktar setturi ekonomiċi saru jiddependu fuq in-navigazzjoni bis-satellita.

Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistemi, għandha ssir akkreditament tas-sigurtà indipendenti u din hija vitali għas-sistemi. Akkreditament bħal din tiggarantixxi li l-miżuri ta’ sigurtà jkunu biżżejjed sabiex jipproteġu lis-sistema minn theddid u vulnerabbiltajiet, li s-sistema nnifisha ma tkunx esposta għal riskji mhux aċċettabbli sakemm iddum taħdem u li tkun tista’ tipproċessa, taħżen u titrasferixxi informazzjoni sensittiva jew ikklassifikata mingħajr riskji mhux aċċettabbli, skont kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti.

Peress li l-Aġenzija sejra tkompli tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-programmi fil-qafas tal-istruttura l-ġdida ta’ governanza, is-separazzjoni bejn l-attivitajiet marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà u l-attivitajiet l-oħrajn għandha tkun imsaħħa sabiex jiġi evitat kunflitt ta’ interessi bejn iż-żewġ tipi ta’ attivitajiet u tinżamm l-indipendenza tal-akkreditament tas-sigurtà.

2. Żvilupp tas-suq u tal-applikazzjonijiet:

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi Galileo u EGNOS sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tagħhom mis-suq. Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi, dan l-aħħar aspett huwa importanti ħafna għall-immassimizzar tal-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija mis-sistemi.

3. L-isfruttar taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (‘Galileo Security Monitoring Centres’) u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet PRS:

L-Aġenzija sejra tkun responsabbli mill-isfruttar tal-GSMC (‘Galileo Security Monitoring Centre’ - Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo).

Il-GSMC huwa meqjus bħala l-“moħħ” tas-sistema Galileo f’dak li jirrigwarda s-sigurtà kollha tagħha. Dan huwa ċentru operattiv essenzjali għas-sistema. Dan għandu jkollu l-kapaċità li janalizza u jiġġieled kontra theddid jew attakki varji. Għaldaqstant dan għandu jibda jaħdem qabel ma s-servizzi ta’ Galileo jkunu implimentati u operattivi; għandu jitħaddem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa minn esperti kkwalifikati. Huwa bbażat f’żewġ postijiet li jinsabu f’Saint-Germain-en-Laye fi Franza, u fi Swanwick fir-Renju Unit.

4. L-isfruttar tas-sistemi:

L-għan tal-isfruttar tas-sistemi huwa li jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja sabiex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-utenti u li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-adozzjoni ta’ dawn is-servizzi tkun usa’ u mgħaġġla kemm jista’ jkun. Strutturazzjoni xierqa tal-isfruttar hija essenzjali sabiex ikun żgurat il-funzjonament fuq żmien twil tas-sistemi u l-immassimizzar tal-benefiċċji soċjoekonomiċi.

Il-qafas ta’ governanza għandu jkun adattat għall-programmi differenti (Galileo u EGNOS) sal-punt fejn dawn ikunu fi stadju differenti ta’ żvilupp. Għandu jkun adattat ukoll għall-fażijiet li fihom jinsabu l-programmi sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ interruzzjoni tal-provvista tas-servizzi. Filwaqt li EGNOS huwa diġà operattiv u fil-fażi ta’ sfruttar tiegħu, Galileo ser jidħol dalwaqt fi stadju kruċjali tal-iżvilupp tiegħu bil-provvista ta’ servizzi li sejra timmarka l-bidu tal-fażi operattiva tiegħu.

Fir-rigward ta’ EGNOS,

- il-fażi ta’ sfruttar tiegħu bdiet f’Ottubru 2009;

- attwalment il-Kummissjoni hija inkarigata mill-ġestjoni tal-isfruttar ta’ EGNOS. Din ir-responsabbiltà sejra tgħaddi f’idejn l-Aġenzija fl-1 ta' Jannar 2014, b’introduzzjoni gradwali ppjanata fl-2012;

- fil-qafas ta’ governanza l-ġdid propost (mill-2014), l-Aġenzija serja tmexxi l-attivitajiet kollha marbuta mal-isfruttar ta’ EGNOS u sejra testernalizza ċerti kompiti operattivi lil korpi oħrajn, b’mod partikolari l-operatur tas-sistema EGNOS.

Fir-rigward ta’ Galileo,

- fażijiet differenti tal-programm sejrin jikkoinċidu matul is-snin li ġejjin;

- matul il-fażi kostituttiva, li għaddejja bħalissa, l-organizzazzjoni attwali sejra tkompli tiżgura l-kontinwità u l-konsistenza ta’ din il-fażi. Għalhekk, il-Kummissjoni sejra tibqa’ responsabbli għat-tlestija tal-infrastruttura tal-programm;

- waqt il-fażi tal-isfruttar, li għandha tibda fl-2014 bil-provvista tal-ewwel servizzi, l-Aġenzija sejra gradwalment tkun iddelegata l-ġestjoni tal-attivitajiet marbuta ma’ din il-fażi ta’ operat fil-qafas ta’ ftehim ta’ delegazzjoni mal-Kummissjoni. L-Aġenzija sejra tkun inkarigata mill-koordinazzjoni tal-kompiti kollha marbuta mal-isfruttar tas-sistema, bħall-manutenzjoni, il-kompiti meħtieġa għall-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-sistema, il-provvista tas-servizzi u l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri tas-sistemi. Hija għandha wkoll tikkontribwixxi għad-definizzjoni tal-ħtiġijiet tas-sistemi futuri billi tipprovdi rispons dwar l-iżvilupp tal-ħtiġijiet operattivi u tal-ħtiġijiet tal-utenti. Din il-fażi tal-isfruttar hija fażi ġdida għall-programm u t-tmexxija tiegħu sejra ssir fil-qafas ta’ delegazzjoni ta’ ġestjoni tal-programm tal-Kummissjoni lill-Aġenzija.

Biex twettaq dawn il-kompiti marbuta mal-isfruttar tas-sistemi, l-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed impjegati. Barra minn hekk, sabiex tiżġura l-kontinwità tas-servizzi u bidu tajjeb tal-fażi tal-isfruttar ta’ Galileo fl-2014, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti l-perjodi ta’ tranżizzjoni meħtieġa qabel l-2014.

Għan speċifiku

L-iżvilupp u l-provvista ta’ infrastruttura u servizzi bbażati fuq ir-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo)

L-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

02 05 PROGRAMM TA’ RADJUNAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA (GALILEO U EGNOS)

1.4.3.     Ir-riżultat(i) u l-impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/popolazzjoni fil-mira.

Il-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita tnedew aktar minn għaxar snin ilu bl-ambizzjoni politika li tiġi żviluppata u mħaddma sistema li tkopri lid-dinja kollha u li tippermetti lill-Unjoni Ewropea tikseb minnha vantaġġi strateġiċi u ekonomiċi u tipprovdi servizzi ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita perfettament adattati għall-użu ċivili.

Galileo u EGNOS għandhom jiksbu vantaġġi soċjoekonomiċi kbar għall-Unjoni Ewropea minħabba:

i) il-vantaġġi diretti li jirriżultaw mit-tkabbir tas-suq tal-GNSS downstream (riċevituri u applikazzjonijiet). Pereżempju, jekk aktar ajruplani jkunu mgħammra b’riċevituri GNSS, il-manifatturi ta’ dawn ir-riċevituri sejrin jibbenefikaw minn dħul addizzjonali;

ii) il-vantaġġi indiretti li jirriżultaw mill-ħolqien ta’ applikazzjonijiet ġodda. Jekk il-ħin tat-titjiriet jonqos minħabba navigazzjoni aħjar, l-ajruplani sejrin iniġġsu inqas u l-passiġġieri jiffrankaw ħin prezzjuż. Barra minn hekk, mezzi ta’ trasport aktar siguri u servizzi ta’ emerġenza aktar effikaċi jwasslu sabiex jissalvaw aktar ħajjiet;

iii) il-vantaġġi diretti li jirriżultaw mit-tkabbir tas-suq upstream u l-impatti teknoloġiċi fuq setturi oħrajn. L-investimenti li jsiru fis-segment tal-GNSS upstream sejrin ikunu ta’ benefiċċju għall-industrija. Madankollu, setturi oħrajn sejrin jibbenefikaw ukoll mill-iżviluppi ġodda fl-industrija spazjali. Pereżempju, l-istrumenti maħsuba sabiex jevalwaw u jimmonitorjaw is-saħħa strutturali tar-rokits jew tat-tankijiet jistgħu jintużaw fl-impriżi tas-settur tal-karozzi, tal-kostruzzjoni u tal-enerġija u fl-impriżi tas-servizz pubbliku.

Anki jekk is-sistema stabbilita mill-programm Galileo sejra tkun awtonoma, is-servizzi tagħha sejrin ikunu ottimizzati minħabba l-interoperabbiltà tagħha ma’ sistemi oħrajn bħall-GPS Amerikan jew il-GLONASS Russu. Għalhekk, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita ttejjeb il-vantaġġi għall-utenti, iċ-ċittadini jew l-ekonomija inġenerali.

Bil-ġestjoni tal-isfruttar tas-sistemi ta’ akkreditament tas-sigurtà, l-Aġenzija sejra tkun il-pedament tal-provvista tas-servizzi. Hija sejra tkun ukoll attur ewlieni li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ suq downstream. Għaldaqstant, il-prestazzjoni tal-Aġenzija sejra jkollha impatt dirett fuq il-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija minn dawn is-sistemi.

1.4.4.     Indikaturi ta’ riżultati u impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi li jippermettu l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu stabbiliti skont it-tip ta’ attività, kif indikat hawn taħt:

1. Akkreditament taS-sigurtà:

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jsiru fil-ħin għal kull stadju tal-programm Galileo (pereżempju biex ikun jista’ jsir kull varar tas-satellita). L-implimentazzjoni għandha tkun ivvalutata fuq il-bażi tal-kontribut tagħha għas-suċċess tal-iskjerament tal-infrastruttura u tan-numru ta’ verifiki/kontrolli ta’ sigurtà li jsiru kull sena.

Dawn il-verifiki u l-kontrolli jikkonsistu f’eżami tekniku dettaljat minn jew għall-awtorità xierqa, jew ir-rappreżentanti kompetenti magħżula tagħha, tal-aspetti li jirrigwardaw is-sigurtà tas-sistemi, ta’ prodott ta’ kriptografija jew tal-informatika marbut mas-sigurtà. L-evalwazzjoni għandha tikkonferma l-preżenza tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà meħtieġa u tivvaluta n-nuqqas ta’ korruttibbiltà ta’ dawn il-funzjonalitajiet. L-evalwazzjoni għandha tiddetermina l-grad li bih ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tas-sistema kienu ssodisfati u tistabbilixxi l-grad ta’ affidabbiltà tas-sistema.

L-għadd ta’ verifiki/kontrolli li jsiru għandu jkun marbut mal-attività u mal-iskjerament ta’ stazzjonijiet terrestri.

Huwa stmat li għandhom isiru madwar 10 kontrolli kull sena bejn l-2013 u l-2015, imbagħad madwar ħames kontrolli kull sena bejn l-2016 u l-2020.

2. Żvilupp tas-suq u tal-applikazzjonijiet:

L-attivitajiet tal-Aġenzija b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi sejrin ikunu vvalutati fuq il-bażi tal-adozzjoni mis-suq tas-servizzi pprovduti minn EGNOS u Galileo permezz ta’ indikaturi speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati għas-servizzi ladarba jsiru operattivi, bħall-għadd ta’ ajruporti li jkollhom proċeduri ta’ avviċinament ibbażati fuq EGNOS, l-għadd ta’ tratturi mgħammra b’riċevituri EGNOS jew l-istima tal-benefiċċji soċjoekonomiċi totali li jirriżultaw mis-sistemi.

Sal-lum, 82 ajruport żviluppaw proċeduri ta’ avviċinament permezz tas-sistema EGNOS. L-għan għall-2020 huwa li 50 % tal-ajruporti adattati u li għalihom l-użu ta’ EGNOS ikun rilevanti jkunu żviluppaw proċeduri bħal dawn.

3. L-isfruttar taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (‘Galileo Security Monitoring Centres’) u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet PRS:

Il-grad ta’ prestazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet jista’ jitkejjel mill-għadd ta’ proċeduri operattivi stabbiliti. L-għan huwa li jkun hemm 500 proċedura fl-2016. Sal-lum, minħabba li ċ-ċentri mhumiex operattivi, dawn il-proċeduri għadhom ma ġewx stabbiliti.

4. L-isfruttar tas-sistemi:

Skont il-proposta tar-Regolament dwar l-istabbiliment u l-operat tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, l-attivitajiet marbuta mal-isfruttar tas-sistemi sejrin ikunu bbażati fuq ftehim ta’ delegazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija. Dan il-ftehim ta’ delegazzjoni ser jippreżenta fid-dettall l-indikaturi operattivi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, kif inhu l-każ bħalissa b’EGNOS.

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

Minħabba ċ-ċifri attwali dwar l-iżvilupp tal-Aġenzija, mhuwiex possibbli li jitwettqu l-kompiti ġodda previsti fil-proposta tar-Regolament dwar l-istabbiliment u l-isfruttar tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-parti tal-“operat”. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi rriveduta d-dikjarazzjoni finanzjarja sabiex tkun adattata għar-realtà tal-ħtiġijiet ta’ persunal tal-Aġenzija.

Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ governanza propost jeħtieġ li l-Aġenzija jkollha l-persunal tekniku u operattiv xieraq b’livell għoli ta’ kompetenza f’qasam ferm speċjalizzat. L-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-attivitajiet speċifiċi li jkollha twettaq.

Anki jekk l-Aġenzija ma twettaqx l-attivitajiet kollha internament u testernalizza għadd kbir ta’ kompiti marbuta mal-provvista tas-servizzi u mal-iżvilupp ta’ bidliet kbar u ta’ ġenerazzjonijiet ġodda ta’ sistemi, hija għandu jkollha l-esperti tekniċi xierqa sabiex jamministraw l-akkwisti li jkunu meħtieġa, jikkontrollaw l-attivitajiet esternalizzati u jħejju rapporti ta’ kwalità għolja għall-Kummissjoni. Minħabba l-kumplessità tal-programmi, huwa daqstant importanti li jiġi evitat kwalunkwe “riskju intellettwali” li jista’ jipprevjeni l-kisba, il-komunikazzjoni, l-isfruttar u l-applikazzjoni tajba ta’ informazzjoni essenzjali għas-suċċess tal-operazzjonijiet u b’hekk ikun ta’ theddida għall-funzjonament armonjuż, razzjonali u effettiv tal-programmi.

Il-finanzjament ta’ dan il-persunal addizzjonali għandu jkun ipprovdut minn riallokazzjoni fi ħdan il-linji baġitarji tal-programmi GNSS.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-intervent tal-UE

Id-dritt tal-UE li taġixxi huwa bbażat fuq l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fuq ir-Regolament dwar il-GNSS.

Is-sistemi maħluqa fil-qafas tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita huma infrastrutturi stabbiliti bħala netwerks trans-Ewropej li l-użu tagħhom jestendi sew lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, is-servizzi offruti permezz ta’ dawn is-sistemi jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

Stat Membru waħdu ma jistax jistabbilixxi sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita għaliex dan jaqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tiegħu. Għaldaqstant, azzjoni fil-livell tal-UE biss tista’ tasal biex tikseb dan.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

Mhux applikabbli.

1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Hemm il-possibbiltà ta’ sinerġiji ma’ programmi spazjali oħrajn eżistenti jew futuri, pereżempju għall-espansjoni tas-segmenti tal-utenti (applikazzjonijiet għas-suq downstream).

Għandhom jinstabu wkoll sinerġiji mad-direttorati l-oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea f’dak li jirrigwarda r-riċerka u l-innovazzjoni. L-applikazzjonijiet u t-teknoloġiji li jużaw is-sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita jistgħu jkollhom impatt fuq diversi setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà, bħat-trasport, l-enerġija, is-servizzi ta’ lokazzjoni, is-servizzi bankarji, l-agrikoltura, eċċ. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni jkunu kkordinati fil-livell tal-Kummissjoni sabiex timmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija mill-programmi involuti f’dawn is-setturi ta’ attività.

Barra minn hekk, jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka. Il-programmi jistgħu jibbenefikaw mill-għarfien xjentifiku u tekniku tiegħu kif ukoll mill-faċilitajiet ta’ ttestjar u ta’ kejl ultramoderni għall-attivitajiet marbuta mas-sigurtà tas-sistemi GNSS u mal-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet GNSS.

1.6.        It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu b’ritmu aċċellerat mill-2014 sal-2016,

– imbagħad operat b'ritmu stabbli.

1.7.        Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i[12])

þ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– þ  korpi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea[13]

– ¨  korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Il-qafas ta’ governanza attwali nħoloq għall-fażi tad-disinn u l-użu ta’ Galileo kif ukoll għall-isfruttar inizjali ta’ EGNOS, jiġifieri għall-perjodu 2008-2013. Dan il-qafas jeħtieġ li jiġi rivedut fid-dawl tal-fatt li l-fażi ta’ mobilizzazzjoni ta’ Galileo sejra testendi lil hinn mill-2013 u li fażi ġdida tal-programm għandha tibda fl-2014, bil-provvista tas-servizzi inizjali. Għandha tiġi ddefinita wkoll il-governanza EGNOS peress li s-sistema daħlet fil-fażi operattiva tagħha. Il-proposta ta’ Regolament dwar il-GNSS, li bħalissa qiegħda tiġi diskussa quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandha l-għan li tiddefinixxi l-qafas ta’ governanza tal-programmi f’dan il-kuntest ġdid.

Kif kien speċifikat fil-proposta għar-Regolament dwar il-GNSS, jeħtieġ li jiġi ddefinit qafas ta’ governanza stabbli, sostenibbli u fit-tul. Dan il-qafas għandu jottimizza u jissimplifika l-użu tal-istrutturi eżistenti u għandu jiżgura tranżizzjoni bla xkiel bejn il-fażi ta’ skjerament u l-fażi ta’ sfruttar filwaqt li jiżgura l-kontinwazzjoni tas-servizzi.

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Fil-qafas tal-kompiti tagħha stess, l-Aġenzija sejra tapplika d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-approċċ komuni għall-aġenziji deċentralizzati adottat mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Għalhekk l-Aġenzija sejra tipproponi:

- qafas strateġiku (programm ta’ ħidma multiannwali) li jinkludi l-azzjonijiet ewlenin, baġit stmat u skeda meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014;

- programm ta’ ħidma annwali li jirrifletti l-qafas strateġiku ta’ miżuri u indikaturi dettaljati li għandhom ikunu proposti sa mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru tas-sena preċedenti;

- rapport annwali li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali.

Barra minn hekk, kull ħames snin, il-prestazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun ivvalutata fir-rigward tal-għanijiet u l-missjoni tagħha. Il-leġittimità tagħha għandha tkun ivvalutata mill-ġdid ukoll kull għaxar snin.

Minbarra dawn il-miżuri standard, għall-kompiti ddelegati lilha, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehimiet kollha konklużi fil-qafas tal-programmi Galileo u EGNOS jipprovdu s-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju. Fil-kuntest tal-mekkaniżmi kollha ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kontroll tal-ispejjeż tal-programmi bil-provvista skont l-iskeda stabbilita.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ superviżjoni politika tal-programmi Galileo u EGNOS, għandha ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni billi titlob pjanijiet ta’ ġestjoni annwali dettaljati u rapporti ta’ implimentazzjoni, kif ukoll billi torganizza laqgħat regolari dwar l-istatus tal-progress tal-programmi u billi twettaq verifiki finanzjarji u teknoloġiċi.

Fl-aħħar nett, fil-qafas tal-ġestjoni ta’ kuljum, l-Aġenzija għandha timplimenta mekkaniżmu ta’ ġestjoni tar-riskji u għandha tuża l-għodod ta’ ġestjoni xierqa sabiex tikkontrolla l-ispejjeż marbuta mal-programmi fuq il-bażi ta’ stima aħjar tal-ispejjeż, billi tagħmel valutazzjoni tal-esperjenzi tal-passat u tal-implimentazzjoni attwali tas-sistema.

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.     Ir-riskju(i) identifikat(i)

L-Aġenzija sejra tkun responsabbli għall-attivitajiet kruċjali għas-sistemi, is-sigurtà tagħhom u l-adozzjoni tagħhom mis-suq.

Jekk hija ma jkollhiex l-istruttura organizzativa u l-persunal xieraq sabiex tagħmel dawn l-attivitajiet, il-programmi kollha jkunu f’riskju.

Ir-riskji ewlenin identifikati huma dawn:

• Riskji tas-suq: l-adozzjoni mis-suq tas-servizzi proposti mis-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita tiddependi minn żewġ fatturi ewlenin: il-kwalità tas-servizzi offruti u l-propensità tas-suq li jadotta dawn is-servizzi ġodda. Prestazzjoni teknika inferjuri għal dik imwiegħda jkollha effett negattiv fuq l-utenti tad-dinja kollha u twassal sabiex l-infrastrutturi ma jintużawx. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-isfruttar tas-sistemi jkun wieħed effikaċi. Barra minn hekk, jeħtieġ li tkun żgurata d-disponibbiltà ta’ riċetturi affidabbli għas-servizzi kollha li għandhom jiġu offruti minn Galileo, b’mod partikolari għas-“servizz pubbliku rregolat” (PRS), u li l-utenti jiġu informati dwar is-servizzi fornuti minn Galileo u EGNOS sabiex tkun immassimizzata l-adozzjoni mis-suq u, għalhekk, il-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija minn dawn is-sistemi.

• Riskji teknoloġiċi: ir-radjunavigazzjoni bis-satellita teħtieġ teknoloġiji avvanzati li l-validazzjoni tagħhom għadha trid issir u li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jevolvu kostantament. Proċessi effettivi għandhom jiġu stabbiliti biex jiżguraw li l-bidliet u l-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ sistemi jkunu bbażati fuq l-aħħar bżonnijiet tal-utenti u fuq it-teknoloġiji l-aktar effiċjenti. L-Aġenzija għandu jkollha riżorsi adegwati sabiex timplimenta dawn il-proċessi u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tiddetermina l-prijoritajiet f’dak li jirigwarda l-evoluzzjoni tal-missjoni.

• Riskji industrijali: l-istabbiliment tal-infrastruttura jinvolvi għadd ta’ atturi industrijali f’ħafna pajjiżi; ix-xogħol tagħhom għandu jkun ikkordinat b’mod effiċjenti biex jinkisbu sistemi affidabbli u għal kollox integrati, partikolarment fir-rigward tas-sigurtà. Jekk ma jkunx hemm koordinazzjoni effettiva tal-programmi, in-nuqqas ta’ riżorsi fi ħdan l-Aġenzija jista’ jirriżulta f’dewmien u spejjeż addizzjonali.

• Riskji ta’ sigurtà: l-Aġenzija għandha tiżgura li s-sigurtà tas-sistemi tkun żgurata b’mod effiċjenti sabiex tiżgura s-sigurtà tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

• Riskju ta’ governanza: il-governanza tal-programmi tirrikjedi li diversi entitajiet jaħdmu flimkien; għalhekk huwa importanti li tiġi żgurata stabbiltà u organizzazzjoni xierqa. L-Aġenzija għandha rwol importanti fl-isfruttar tal-programmi u, għalhekk, l-inabbiltà tagħha biex topera b’mod effettiv tirrappreżenta riskju kbir ta’ governanza.

2.2.2.     Il-metod(i) ta’ kontroll previst(i)

Il-kontijiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u għall-proċedura ta’ kwittanza. Is-Servizz ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni għandu jkun l-awditur intern tal-Aġenzija. Barra minn hekk, l-Aġenzija qiegħda taħdem fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ kwalità u sigurtà għall-proċessi ewlenin tagħha li għandha tiġi applikata mill-2014.

2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għall-kontroll tal-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi.

3.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…………………] || AD/AMD ([14]) || minn pajjiżi tal-EFTA[15] || minn pajjiżi kandidati[16] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1 || 02.0502.01 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titoli 1 u 2 02.0502.02 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titolu 3 || AD || IVA || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni.………………...……………] || AD/AMD || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| L-ebda linja ġdida baġitarja ma hija meħtieġa || || || || ||

3.2.        L-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Qabel ma wieħed jidħol fid-dettalji tad-deskrizzjoni tal-impatt stmat ta’ din il-proposta, huwa importanti li wieħed jinnota li din l-istima hija provviżorja f’dan l-istadju minħabba li hija soġġetta għall-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss 2014-2020[17] mill-Awtorità tal-baġit.

Barra minn hekk, ċerti suppożizzjonijiet li jsiru sabiex titħejja din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva jistgħu jinbidlu. Il-qafas ta’ governanza tal-programmi u l-kompiti tal-Aġenzija taħtu, mhumiex definiti f’din il-proposta leġiżlattiva iżda fir-Regolament GNSS, li qed ikun diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Il-ħtieġa għal persunal addizzjonali tal-Aġenzija hija konsegwenza tal-kompiti ġodda mogħtija lill-Aġenzija fil-proposta għal regolament dwar il-GNSS.

Għalhekk, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li timmodifika l-proposta tagħha fil-każ ta’ bidliet sinifikanti fl-iffinanzjar jew fil-qafas ta’ governanza propost fit-test tar-Regolament futur dwar il-GNSS. Għalhekk, jekk l-awtorità baġitarja tiddeċiedi li tnaqqas drastikament il-baġit allokat għall-programmi, il-kompiti u l-persunal allokati lill-Aġenzija għandhom ikunu evalwati mill-ġdid. Bl-istess mod, jekk l-awtorità baġitarja tiddeċiedi li talloka kompiti addizzjonali lill-Aġenzija, il-ħtieġa tal-persunal ikollha tiġi evalwata mill-ġdid. Per eżempju, l-abbozz ta’ rapport tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita[18] (rapporteur: is-Sur Marinescu) jipprevedi li l-Aġenzija tkun inkarigata mit-tmexxija ta’ “ċentri ta’ eċċellenza” li jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-applikazzjonijiet GNSS, u dan minbarra l-attivitajiet addizzjonali li l-Kummissjoni kienet allokat fil-proposta tagħha għal Regolament dwar il-GNSS.     

3.2.1.     Is-sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

L-intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || Intestatura 1 – Tkabbir intelliġenti u inklużiv

[Korp]: <…….> || || || 2013[19][20] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL 2014-2020

Linja baġitarja 02.050201 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titoli 1 u 2 || Impenji || (1) || 11,087[21] || 18,632 || 21,495 || 22,710 || 22,272 || 24,623 || 24,497 || 25,239 || 159,468

Ħlasijiet || (2) || 11,087 || 18,632 || 21,495 || 22,710 || 22,272 || 24,623 || 24,497 || 25,239 || 159,468

Linja baġitarja 02.050202 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titolu 3 || Impenji || (1a) || 2,363 || 6,550 || 6,150 || 6,100 || 6,150 || 6,800 || 6,800 || 6,300 || 44,85

Ħlasijiet || (2a) || 2,363 || 6,550 || 6,150 || 6,100 || 6,150 || 6,800 || 6,800 || 6,300 || 44,85

|| || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-GSA || Impenji || =1+1a -3a || 13,450 || 25,182 || 27,645 || 28,810 || 28,422 || 31,423 || 31,297 || 31,539 || 204,318

Ħlasijiet || =2+2a -3b || 13,450 || 25,182 || 27,645 || 28,810 || 28,422 || 31,423 || 31,297 || 31,539 || 204,318

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2014-2020 diġà ġie inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni għall-MFF il-ġdid 2014-2020. Il-kompiti ġodda u l-ispejjeż assoċjati sejrin jiġu ffinanzjati permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan il-programm GNSS kif kien oriġinarjament maħsub għas-snin 2013 sa 2020. L-impatt se jkun kif ġej u ser jammonta għal EUR 117.1 miljun.

Linja Baġitarja 02.0501 Programmi Ewropew ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) || Impenji || (3a) || -1,750 || -13,482 || -15,645 || -16,610 || -16,022 || -18,723 || -18,297 || -18,339 || -117,118

|| Ħlasijiet || (3b) || -1,750 || -13,482 || -15,645 || -16,610 || -16,022 || -18,723 || -18,297 || -18,339 || -117,118

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-GSA fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali || Impenji || =1+1a +3a || || 11,700 || 12,000 || 12,200 || 12,400 || 12,700 || 13,000 || 13,200 || 87,200

Ħlasijiet || =2+2a +3b || || 11,700 || 12,000 || 12,200 || 12,400 || 12,700 || 13,000 || 13,200 || 87,200

L-intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || || 0

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || 0

TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || || 0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji) = Total tal-pagamenti) || || || || || || || ||

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

|| || || Sena N[22] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || || || 0

Ħlasijiet || || || || || || || || 0

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Aġenzija GSA – analiżi skont l-għan u l-intestatura

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 figuri deċimali)

|| Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || || Sena 2020

|| RIŻULTATI (outputs)

|| Tip || Spiża medja || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali

|| Għan Nru 1 - Akkreditament tas-sigurtà GNSS || ||

Titoli 1 u 2 || || || || 2,123 || || 2,749 || || 2,804 || || 2,762 || || 2,637 || || 2,878 || || 2,845 || || 2,912 ||

Titolu 3 || || || || 1,043 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 3,166 || || 4,149 || || 4,204 || || 4,162 || || 4,037 || || 4,278 || || 4,245 || || 4,312 ||

Għan Nru 2 - L-iżvilupp tas-suq u l-applikazzjonijiet, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u l-komunikazzjoni dwar il-GNSS || ||

Titoli 1 u 2 || || || || 1,415 || || 1,833 || || 1,869 || || 1,688 || || 1,612 || || 1,759 || || 1,739 || || 1,780 ||

Titolu 3 || || || || 664 || || 3,750 || || 3,250 || || 3,200 || || 3,250 || || 3,750 || || 3,750 || || 3,250 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || 2,079 || || 5,583 || || 5,119 || || 4,888 || || 4,862 || || 5,509 || || 5,489 || || 5,030 ||

Għan Nru 3 - L-isfruttar taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet PRS || ||

Titoli 1 u 2 || || 3,303 || || 5,193 || || 5,763 || || 6,138 || || 5,861 || || 6,396 || || 6,322 || || 6,472 ||

Titolu 3 || || 656 || || 1,400 || || 1,500 || || 1,500 || || 1,500 || || 1,650 || || 1,650 || || 1,650 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 3,959 || || 6,593 || || 7,263 || || 7,638 || || 7,361 || || 8,046 || || 7,972 || || 8,122 ||

Għan Nru 4 - L-isfruttar tas-sistemi GNSS || ||

Titoli 1 u 2 || || 1,750 || || 6,567 || || 8,878 || || 9,974 || || 10,110 || || 11,352 || || 11,379 || || 11,811 ||

Appoġġ (l-akkwist, il-finanzi, HR, ġestjoni tal-proġett u l-kontroll, l-affarijiet legali, il-komunikazzjoni) || ||

Titoli 1 u 2 || || 2,496 || || 2,291 || || 2,181 || || 2,148 || || 2,051 || || 2,238 || || 2,213 || || 2,265 ||

SPIŻA TOTALI GSA || || 13,450 || || 25,182 || || 27,645 || || 28,810 || || 28,422 || || 31,423 || || 31,297 || || 31,539 ||

Is-suppożizzjonijiet li abbażi tagħhom huwa kkalkulat il-baġit tal-Aġenzija għall-perjodu bejn l-2013 u l-2020 huma kif ġej:

– ir-Regolament dwar il-GNSS il-ġdid, li bħalissa qed jiġi diskuss bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandu jkun adottat skont il-kundizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-ġestjoni tal-fażi tal-isfruttar ta’ EGNOS għandha tkun trasferita lill-Aġenzija u l-ġestjoni tal-fażi tal-isfruttar tal-programm Galileo għandha tiġi ddelegata lill-Aġenzija mill-1 ta' Jannar 2014. Biex tkun tista’ twettaq din il-missjoni importanti, l-Aġenzija għandu jkollha l-persunal u riżorsi baġitarji xierqa biex twettaq l-istadji differenti tal-programm. Ir-rekwiżiti tal-programmi GNSS u tal-iżvilupp tagħhom għandhom iwasslu għall-espansjoni tal-Aġenzija, li għandha tkun partikolarment mgħaġġla sal-2016 u tikber gradwalment wara dan;

– l-istabbiliment taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo fi Franza u r-Renju Unit għadu qed jitħejja. L-implimentazzjoni sħiħa tagħhom għandha titlesta bejn l-2013 u l-2014 u t-testijiet ta' validazzjoni operazzjonali li jdumu 24 xahar għandhom jibdew f'dan iż-żmien, li jispjega l-ħtieġa għal ċertu numru ta’ impjegati addizzjonali u spejjeż okkażjonali fl-2014; Il-ħtieġa ta’ dan iċ-ċentru ġiet enfasizzata b’mod partikolari waqt il-ħidma dettaljata ta’ tħejjija tas-servizzi. Dan iċ-ċentru għandu jkun mgħammar b’operaturi kwalifikati li jużaw is-softwer u t-tagħmir b’għarfien profond tal-aspetti ta’ sigurtà tas-sistema u li għandhom jitħarrġu matul il-fażi tat-tnedija u tal-forniment progressiv tas-servizzi. Għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti f’termini ta’ aċċess għall-PRS (Servizz Pubbliku Regolat – ‘Public regulate service) għall-utenti tal-PRS. Iridu wkoll ifasslu l-proċeduri operattivi u jiżguraw il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-inċidenti tas-sigurtà mas-sistema kollha.

– sa Ġunju 2017, ma teħtieġ l-ebda kera għall-istabbiliment tal-Aġenzija fi Praga. Wara din id-data, l-Aġenzija għandha tagħti ħlasijiet tal-kiri lill-awtoritajiet Ċeki, li jammontaw għal 25 % tal-valur kummerċjali tal-bini okkupat. L-istima saret fuq il-bażi tal-prezzijiet fil-belt ta’ Praga. Barra minn hekk, l-Aġenzija sejra jkollha spejjeż ta’ kiri addizzjonali għas-siti l-oħrajn fejn l-Aġenzija sejra tagħmel xi xogħol bħal fi Franza (Saint Germain en Laye, Toulouse), ir-Renju Unit (Swanwick) u l-Pajjiżi l-Baxxi (ESTEC, Aġenzija Spazjali Ewropea);

– l-ispiża tal-persunal Aġenzija hija kkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż medji tal-Kummissjoni. Hija tipprovdi għal rotazzjoni relattivament baxxa tal-persunal u dħul fis-servizz ta’ persunal ġdid f’April ta’ kull sena bħala medja. Differenzi fis-salarji li jikkunsidraw l-għoli tal-ħajja huma wkoll ikkunsidrati (dak ta’ Praga huwa 15 % inqas minn dak ta’ Brussell, li huwa 16 % aktar baxx minn dak ta’ Franza);

– l-ispejjeż suġġetti għal rata ta’ inflazzjoni annwali stmata ta’ 3 % huma s-salarji, l-ispejjeż ta’ kiri, l-ispejjeż relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u s-servizzi pprovduti mill-Kummissjoni, kif ukoll is-servizzi tal-posta u telekomunikazzjonijiet. L-ispejjeż l-oħra kkalkolati ma kinux affettwati mill-inflazzjoni, li hija, fil-fatt, tnaqqis fl-ispejjeż reali għall-Aġenzija;

– l-ispejjeż amministrattivi attwali kienu kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali mġarrba fl-2011 u l-2012, mingħajr ebda żieda minħabba l-inflazzjoni;

– matul is-snin 2012 u 2013, in-netwerks u t-tagħmir tal-informatika tal-Aġenzija se jkunu kompletament aġġornati wara r-rilokazzjoni tal-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija fi Praga f’Settembru 2012. Minħabba d-deprezzament u l-użu tagħhom, tali apparat għandu jiġġedded fl-2018, kemm fil-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija kif ukoll fiċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo;

– matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2020, sejrin ikunu implimentati xi wħud mill-attivitajiet tal-komunikazzjoni l-aktar importanti: it-tnedija tas-servizzi inizjali ta’ Galileo fl-2014-2015, it-tnedija tal-fażi tal-isfruttar sħiħ tal-Galileo fl-2018-2019. Dawn l-avvenimenti ewlenin sejrin jeħtieġu wkoll li jinkludu aktar segmenti tas-suq fil-kampanji ta’ komunikazzjoni globali tal-Aġenzija, u jsir id-disinn mill-ġdid tas-siti elettroniċi u l-għodod eżistenti tal-komunikazzjoni (inkluż it-titjib tas-servizzi ta’ kontenut dak il-ħin stess);

– l-ispejjeż huma kkalkolati fuq is-suppożizzjoni li t-tisħiħ tas-separazzjoni bejn l-attivitajiet relatati mal-akkreditament tas-sigurtà u l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija mhux se jirriżulta f’duplikazzjoni tas-servizzi amministrattivi ċentrali.

It-tabella t’hawn taħt tippreżenta baġit dettaljat tal-Aġenzija għall-perjodu 2013-2020.

3.2.3.     L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani u l-baġit tal-Aġenzija

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi.

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

|| 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Uffiċjali (grad AD) || || || || || || || || ||

Uffiċjali (grad AST) || || || || || || || || ||

Aġenti kuntrattwali || || 1,125 || 1,276 || 1,376 || 1,393 || 1,435 || 1,478 || 1,522 || 9,606

Aġenti temporanji || || 9,768 || 11,081 || 13,071 || 12,960 || 13,550 || 14,061 || 14,599 || 89,090

Esperti nazzjonali ssekondati || || || || || || || || ||

TOTAL || || 10,893 || 12,357 || 14,447 || 14,353 || 14,985 || 15,539 || 16,122 || 98,696

L-ispejjeż tal-persunal huma kkalkolati abbażi tas-suppożizzjonijiet ewlenin li ġejjin:

- rata ta’ AT = rata medja tal-Kummissjoni (EUR 95 000 + inflazzjoni);

- rata ta’ AK = rata medja tal-Kummissjoni (total FGIII u FGIV =EUR 40 000 + inflazzjoni);

- inflazzjoni ta’ 3 % fis-sena;

- tnaqqis ta’ 3 % tal-ispejjeż tal-persunal minħabba r-rotazzjoni;

- tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż assoċjati mar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid - dħul fis-servizz fl-1 ta' April fil-medja;

- spejjeż ta’ installazzjoni skont ir-regolamenti tal-persunal: konċessjoni għall-installazzjoni, konċessjoni ta’ kuljum (tliet xhur biss), spejjeż ta’ ċaqliq, spejjeż tal-ivvjaġġar.

Persunal tal-Aġenzija meħtieġ għall-perjodu 2013-2020 (f’numru ta’ persuni)

|| 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Aġenti temporanji || 77 || 97 || 109 || 117 || 121 || 123 || 124 || 125

ENS / AK || 17 || 25 || 29 || 31 || 31 || 31 || 31 || 31

TOTAL || 94 || 122 || 138 || 148 || 152 || 154 || 155 || 156

Persunal tal-Aġenzija skont l-attività (f’numru ta’ persuni)

|| 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Persunal direttament assenjat għall-isfruttar tas-sistemi GNSS || 20 || 43 || 57 || 65 || 69 || 71 || 72 || 73

Persunal direttament assenjat lil GSMC || 28 || 34 || 37 || 40 || 40 || 40 || 40 || 40

Persunal assenjat għall-kompiti tal-GSA stess (kompiti eżistenti) || 46 || 45 || 44 || 43 || 43 || 43 || 43 || 43

TOTAL || 94 || 122 || 138 || 148 || 152 || 154 || 155 || 156

Persunal tal-Aġenzija skont l-attività (f’% tat-total)

|| 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Perċentwal ta’ persunal tal-GSA assenjat għall-isfruttar || 21 % || 35 % || 41 % || 44 % || 45 % || 46 % || 46 % || 47 %

Perċentwal ta’ persunal tal-GSA assenjat lil GSMC || 30 % || 29 % || 27 % || 26 % || 26 % || 26 % || 26 % || 26 %

Perċentwal ta' persunal tal-GSA assenjat għall-kompiti essenzjali tal-GSA (kompiti eżistenti) || 49 % || 36 % || 32 % || 30 % || 29 % || 28 % || 28 % || 27 %

TOTAL || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% || 100%

Kif indikat hawn fuq, l-Aġenzija sejra tkun responsabbli għall-kompiti varji, li wħud minnhom huma ġodda u oħrajn huma biss estensjoni tal-attivitajiet attwali tagħha. It-tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal allokat għall-kompiti attwali tal-Aġenzija ġie implimentat u rriżulta fit-tneħħija ta’ tliet FTEs għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti b’rata ta’ FTE wieħed għal kull sena 2014, 2015 u 2016.

Il-ħtiġijiet tal-persunal tal-Aġenzija ġew evalwati mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Aġenzija u fuq il-bażi ta’ studju li jistabbilixxi f’aktar dettall l-attivitajiet kollha li għandhom jiġu implimentati fil-kuntest tal-isfruttar tal-programmi[23].

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || 1. L-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi GNSS (kompitu tal-Aġenzija stess) 2. Il-ġestjoni taċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (kompitu essenzjali tal-Aġenzija, li se jkompli jiżdied, prinċipalment fl-2014, wara l-ewwel postijiet tax-xogħol fl-2012 u l-2013) 3. Żvilupp tas-suq u tal-applikazzjonijiet GNSS, inklużi teknoloġiji għall-utenti ta’ PRS (kompitu tal-Aġenzija stess, possibbilment issupplimentat minn kompiti addizzjonali ddelegati) 4. Komunikazzjonijiet GNSS: (kompitu essenzjali tal-Aġenzija) 5. L-isfruttar tas-sistemi GNSS (kompitu ġdid iddelegat mill-Kummissjoni - l-isfruttar ta’ EGNOS jirrappreżenta trasferiment ta’ ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni lill-Aġenzija waqt li l-isfruttar tas-sistema taħt il-programm Galileo jirrappreżenta delegazzjoni tal-ġestjoni tal-programm mill-Kummissjoni lill-Aġenzija) L-attivitajiet li għandhom jitwettqu matul il-fażi tal-isfruttar tal-programmi kienu identifikati u strutturati fi skema ta’ tqassim tal-kompiti. Ir-responsabbiltà għall-attivitajiet kollha ta’ sfruttar se tiġi ddelegata lill-Aġenzija li trid tiżgura l-koordinazzjoni tagħhom iżda mhux neċessarjament l-eżekuzzjoni tagħhom. Għandu jiġi nnutat li ħafna minn dawn l-attivitajiet ġejjin mill-bżonn li jiġu żgurati l-operazzjonijiet ta’ provvista ta’ servizzi u li dawn l-attivitajiet bħalissa mhumiex indirizzati fl- organizzazzjoni eżistenti tal-programmi. Fl-iskema ta’ tqassim tal-kompiti, l-attivitajiet kollha relatati mal-isfruttar jistgħu jinqassmu f’ħames oqsma msemmija hawn taħt: -           Il-ġestjoni tal-eżekuzzjoni tal-programmi, li tikkonsisti prinċipalment fi: o          spjegazzjoni fid-dettall tal-għanijiet ta’ livell għoli stipulati mill-Kummissjoni, il-ftehimiet internazzjonali u intergovernattivi kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tas-sistema f’"Mission Requirement Document" (Dokument tar-Rekwiżiti tal-Missjoni); o          il-kontroll tal-ippjanar, l-ispejjeż u r-riskji tal-programmi; o          l-iżgurar tal-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-ftehimiet u tal-kuntratti meħtieġa għall-isfruttar tal-programmi. -           L-inġinerija tal-programmi li tikkonsisti fit-tfassil tal-iżviluppi futuri b’konformità mad-dokument tar-rekwiżiti tal-missjoni, il-koordinazzjoni tal-proċess ta’ standardizzazzjoni tas-sistema, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ infrastrutturi ġodda (inkluż is-softwer), l-iżgurar tal-inġinerija tal-missjoni u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema. -           It-taqsima dwar l-infrastrutturi li tkopri l-attivitajiet li jikkonsistu fil-ġestjoni tal-proġett ta’ infrastruttura, fl-iżgurar tal-inġinerija tas-sistema, il-bini tal-infrastrutturi spazjali u terrestri u l-aġġornamenti tas-sistema. -           L-isfruttar u l-provvediment ta’ servizzi li jinkludu l-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ twassil tas-servizzi, l-operat tal-infrastrutturi u l-kontroll tal-eżekuzzjoni xierqa tal-operazzjonijiet. -           L-użu tas-servizzi permezz tad-definizzjoni u ż-żamma ta’ strateġija kummerċjali, għall-promozzjoni tal-użu u tal-adozzjoni tas-servizzi u l-appoġġ għad-disinn u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda.

Persunal estern || Essenzjalment kompiti ta’ appoġġ /ta’ ammistrazzjoni maħsuba sabiex jiżguraw l-operat bla xkiel tal-operazzjonijiet. Mill-2015, l-istaff ta’ appoġġ ser jirrappreżenta 16 % tal-persunal kollu tal-Aġenzija u se jkun ammont baxx meta mqabbel mal-istandards tal-aġenziji u tal-Unjoni (fil-fatt, din ir-rata hija stmata għal 25 % għall-aġenziji tal-Unjoni li laħqu veloċità moderata u hija saħansitra ogħla fil-Kummissjoni).

It-tabella t’hawn taħt tippreżenta l-persunal tal-Aġenzija fid-dettall għall-perjodu 2013-2020:

Il-persunal addizzjonali meħtieġ biex jiġu sfruttati s-sistemi huwa primarjament maħsub għal pożizzjonijiet AD, li minnhom inqas minn 10 % huma assenjati għall-kompiti superviżorji (grad AD10 sa AD12). Ħafna mill-postijiet l-oħrajn sejrin jimtlew bir-reklutaġġ fil-gradi ta’ AD6 sa AD9 minħabba d-diffikultà tar-reklutaġġ ta’ persunal b’esperjenza b’ħiliet tekniċi speċjalizzati ħafna.

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati fir-riżorsi umani għad-DĠ

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu tar-riżorsi umani.

Il-proposta ma tirrikjedix l-użu ta' riżorsi umani addizzjonali mill-Kummissjoni iżda, għal kuntrarju, huwa previst tnaqqis kif spjegat fil-paragrafu 3.4.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn isfel:

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali għas-sena 2013 u - f'dak li jirrigwarda s-snin ta' wara - mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju 2014-2020.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[24].

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

– þ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨            fuq ir-riżorsi proprji

– ¨            fuq dħul mixxellanju

3.4.        L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni

Anki jekk dan ir-rendikont finanzjarju jiffoka fuq l-effetti li d-delegazzjoni ta’ responsabbiltajiet ġodda ta’ ġestjoni operattiva tal-programmi GNSS se jkollha fuq l-Aġenzija, huwa utli li wieħed jikkunsidra wkoll l-impatt li l-governanza futura tal-programmi GNSS jista’ jkollha fuq ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni.

Kif spjegat hawn fuq, il-kompiti li jkunu għadhom kif ġew allokati lill-Aġenzija, fil-parti l-kbira, huma kompiti ġodda li għalihom m’hemm l-ebda ekwivalenti fl-organizzazzjoni attwali tal-programmi GNSS. Fil-fatt, jekk il-kompiti marbuta mal-operat tal-EGNOS jiġu trasferiti mill-Kummissjoni għall-Aġenzija, il-kompiti marbuta mal-isfruttar tas-sistema li tirriżulta mill-programm Galileo ddelegati lill-Aġenzija huma kompiti ġodda minħabba li s-sistema għadha mhijiex operattiva. Huwa għalhekk li Galileo għadu mhux qed jipprovdi servizzi u li t-timijiet li hemm fil-Kummissjoni u fl-Aġenzija ffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-iskjerament tal-infrastruttura. It-tranżizzjoni għal infrastruttura operattiva u l-bidu tal-provvista tas-servizzi li minnhom jiddependu ħajjiet jeħtieġu attivitajiet totalment ġodda u persunal addizzjonali. Filwaqt li l-persunal tal-Kummissjoni u l-Aġenzija ser jiżdied, b’mod kumulattiv, b’31 %, il-baġit annwali medju ġestit ser jikber b’103 % bejn l-2007-2013 u l-2014-2020.

Għal xi snin u sakemm titlesta l-fażi rilevanti, il-Kummissjoni sejra tkompli tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-infrastruttura Galileo u sejra żżomm it-timijiet li jissorveljaw dawn l-isforzi. Wara dan, ir-rwol tal-Kummissjoni se jikkonċentra fuq is-superviżjoni politika tal-programmi u għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas total ta’ 30 post tax-xogħol mill-pjan ta’ stabbiliment tagħha matul il-perjodu 2014-2020. Dan it-tnaqqis jirrifletti prinċipalment:

2) il-proċess ta’ trasferiment lill-Aġenzija fir-rigward tal-attivitajiet tal-isfruttar ta’ EGNOS (il-fażi tal-isfruttar tal-programm Galileo tirrappreżenta kompitu ġdid) li se jwassal għal tnaqqis fil-persunal GNSS tal-Kummissjoni ta’ tliet FTE (3,3 %);

3) il-prinċipju ta’ tnaqqis ta’ ħaddiema deċiż mill-Kummissjoni għall-attivitajiet eżistenti, li jirriżulta fi tnaqqis supplimentari ta’ 12 FTE (13 %).

4) il-prinċipju ta’ tnaqqis addizzjonali ta’ persunal ta’ 15 FTE wara tqassim mill-ġdid tal-persunal intern fil-Kummissjoni.

Għalhekk l-evoluzzjoni tal-persunal fil-Kummissjoni għas-servizzi GNSS hija kif ġej:

Persunal tal-Kummissjoni assenjat għal kompiti GNSS || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Tnaqqis totali

Tnaqqis || 0 || -3 || || || -3 || -4 || -5 || 0 || -15

TOTAL || 92 || 89 || 89 || 89 || 86 || 82 || 77 || 77 ||

It-tnaqqis addizzjonali msemmi fil-punt 3 hawn fuq se jkun imqassam fuq bażi mhux lineari matul is-seba’ snin. It-tnaqqis ta’ 30 post tax-xogħol huwa indipendenti u għalhekk addizzjonali mat-tnaqqis orizzontali ta’ 5 % bejn l-2013 u l-2017 tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni; dawn il-postijiet se jkunu mnaqqsa kompletament mill-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni.

Tnaqqis addizzjonali tal-persunal tal-Kummissjoni

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Tnaqqis totali

TOTAL Tnaqqis addizzjonali ta' persunal fil-Kummissjoni || -2 || -3 || -3 || -2 || -2 || -2 || -1 || -15

Dawn il-ħtiġijiet fir-riżorsi umani se jkunu koperti permezz tal-persunal tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew imqassma mill-ġdid internament fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun il-każ jiġu kkompletati minn kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jiġġestixxi fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji eżistenti.

Dan it-tnaqqis huwa implimentat minkejja li l-Kummissjoni sejra tkompli tassumi r-responsabbiltà ġenerali għall-programmi GNSS u minkejja l-ħafna kompiti ġodda assenjati lill-Kummissjoni mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew (kif instab matul in-negozjati tar-Regolament il-ġdid dwar il-GNSS), bħad-definizzjoni ta’ politika ġdida dwar l-IPR, l-evoluzzjoni tal-missjoni u r-rekwiżiti stretti ta’ rapporti lill-Kumitat għall-GNSS, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni sejra tagħmel ħilitha biex tittratta dawn il-kompiti ġodda permezz ta’ riallokazzjoni interna.

B’mod aktar speċifiku, ir-rwol futur tal-Kummissjoni jista’ jitqassar fis-sitt blokok ta’ attività li ġejjin:

– il-kontribut għall-għanijiet strateġiċi usa’ tal-UE: l-għan huwa li tippromwovi l-inklużjoni ta’ teknoloġiji tal-GNSS fl-oqsma varji ta’ riċerka u l-kunsiderazzjoni tagħhom fl-inizjattivi ta’ politika settorjali dwar, pereżempju, il-modi ta’ trasport, l-agrikultura, il-mobilità tal-persuni, is-sinkronizzazzjoni jew l-enerġija, u dan, sabiex tiżgura li l-politiki tal-UE f’dawn is-setturi tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-innovazzjoni u valur miżjud tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita;

– id-definizzjoni u l-iżvilupp tal-għanijiet ta’ livell għoli tal-programmi sabiex jirriflettu l-ħtiġijiet politiċi u l-ħtiġijiet tal-partijiet interessati u l-utenti oħra, u jsarrfu dawn ir-rekwiżiti u ħtiġijiet fi strateġija u f’rekwiżiti tekniċi;

– id-definizzjoni u l-adattament tal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Skont l-objettivi strateġiċi tal-Kummissjoni dwar il-programmi, jeħtieġ li jkunu definiti l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, bħall-ftehimiet ta’ delega, jiġu speċifikati l-ftehimiet dwar l-ospitalità tas-siti u jiġu elaborati standards xierqa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sejra tibqa’ responsabbli għas-sigurtà tas-sistemi. Hija ser ikollha għalhekk tiddefinixxi l-ħtiġijiet tas-sigurtà u tiżgura l-koordinazzjoni għall-kwistjonijiet tas-sigurtà;

– id-definizzjoni u l-iżvilupp tal-politiki relatati mal-GNSS, il-ħolqien tal-ambjent regolatorju u l-ambjent internazzjonali li jwassal għall-kisba tal-għanijiet tal-programmi GNSS. Fil-kuntest tal-ħidma fuq il-qafas regolatorju tal-programmi GNSS, il-Kummissjoni sejra teżamina l-kwistjoni tas-sigurtà u tas-sigurezza tal-utenti tal-GNSS, tevalwa l-vulnerabilità ta’ sistemi u tagħmir ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u tipproponi miżuri ta’ kumpens, sejra tiżgura l-armonizzazzjoni tas-servizzi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni, iżżid l-istabbiltà sabiex l-industrija tkun tista’ tippjana l-investiment futur u ssaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà (eż. permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri biex titnaqqas id-dipendenza fir-rigward tal-GPS). Fil-qasam internazzjonali, sejra tabbozza u tinnegozja ftehimiet internazzjonali u tikkoordina ma’ korpi internazzjonali sabiex tiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ma’ sistemi GNSS oħra;

– is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-programmi. Anki jekk il-Kummissjoni mhux sejra tkun responsabbli mill-ġestjoni operattiva tal-programmi, hija sejra żżomm ir-responsabbiltà ġenerali għall-andament tajjeb tagħhom u sejra tkun responsabbli għal kwalunkwe spiża addizzjonali jew dewmien fl-iskeda. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (għat-tlestija tal-fażi ta’ skjerament) u mill-Aġenzija Ewropea tal-GNSS (għall-fażi tal-isfruttar). L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew ressqu wkoll permezz tal-abbozz tar-Regolament dwar il-GNSS li attwalment jinsab fi proċedura ta’ kodeċiżjoni, rekwiżiti stretti ħafna għat-trażmissjoni ta’ rapporti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sejra tiżgura t-tħejjija, il-preżentazzjoni u t-tixrid ta’ dawn ir-rapporti lill-Kumitat għall-GNSS u b’mod partikolari, lill-awtorità baġitarja;

– il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet interessati billi tipprovdilhom informazzjoni aġġornata, pożittiva, konsistenti u utli dwar il-progress ta’ EGNOS u Galileo, kif ukoll billi tħejji rapporti professjonali regolari għall-pubbliku intern u estern.

[1]               ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

[2]               ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

[3]               COM(2011) 814 finali

[4]               ĠU C, p. .

[5]               ĠU C, p. .

[6]               ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

[7]               ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

[8]               ĠU L …, …...2013, p. …[Jekk jogħġbok innota li, peress li dan ir-Regolament u dak li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali futur għadhom ma ġewx adottati, l-ambitu tal-kompiti fdati lill-Aġenzija Ewropea GNSS u l-baġits allokati għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu bħala finali]

[9]               ABM: (Activity-Based Management) Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività–ABB: (Activity-Based Budgeting) Baġit Ibbażat fuq l-Attività.

[10]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[11]             COM(2011) 814 finali

[12]             Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal- BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[13]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[14]             AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[15]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[16]             Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

[17]             "Baġit għall-Istrateġija Ewropa 2020", COM(2011)500

[18]             PE489.561v02-00

[19]             Dan l-ammont ivarja mill-baġit allokat lill-Aġenzija għas-sena 2013 minħabba li jikkunsidra l-finanzjament ta’ 20 post addizzjonali fl-2013 bir-riallokazzjoni tal-programmi GNSS. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta matul is-sena 2013 lill-Awtorità Baġitarja.

[20]             Ma’ dan l-ammont għandu jiżdied ir-rimbors tal-bilanċ tar-riżultat (0,709) u l-kontribuzzjoni tal-pajjiżi terzi (0,325). Għalhekk it-total tal-approprjazzjonijiet disponibbli jammontaw għal 14,484 għas-sena 2013.

[21]             Dan l-ammont jinkludi 1.75 għall-finanzjament ta’ 20 post supplimentari fl-2013. L-istima użata tikkonsisti f’6 xhur ta’ paga għas-sena 2013 minħabba ż-żmien meħud għar-reklutaġġ ta’ 20 post ġdid.

[22]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[23]             Dan l-istudju sar mill-konsulenti Roland Berger fl-2011 għal EGNOS u fl-2012 għal Galileo. Dan irriżulta fl-istabbiliment ta’ skema ta’ tqassim tal-kompiti li jiżguraw it-tħaddim tas-sistemi, inkluż il-persunal meħtieġ biex iwettaq dawn il-kompiti. Sommarju ta’ dawn il-kompiti ġie inkluż fit-tabella li tiddeskrivi l-kompiti li għandhom jitwettqu.

[24]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.