52013PC0027

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 /* COM/2013/027 final - 2013/0014 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Żviluppi riċenti fil-politika tal-UE fil-qasam ferrovjarju

Fil-White Paper tagħha ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti’, adottata fit-28 ta’ Marzu 2011 (‘White Paper tal-2011’), il-Kummissjoni ħabbret il-viżjoni tagħha ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, jiġifieri suq ferrovjarju intern li fih l-impriżi ferrovjarji Ewropej jkunu jistgħu jipprovdu servizzi mingħajr ostakoli tekniċi u amministrattivi mhux neċessarji.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Jannar 2012 jenfasizzaw ukoll l-importanza li jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ ħolqien tat-tkabbir ta’ Suq Uniku integrat b'mod sħiħ, għall-industriji li jużaw netwerk kif ukoll oħrajn[1]. Ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Azzjoni għall-Istabbiltà, għat-Tkabbir u għall-Impjiegi, adottata fit-30 ta’ Mejju 2012[2] tenfasizza l-importanza li jitnaqqsu aktar il-piż regolatorju u l-ostakoli għad-dħul fis-settur ferrovjarju, filwaqt li tagħti rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi b'rabta ma' dan. U fis-6 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar governanza aqwa tas-suq uniku, li wkoll tenfasizza l-importanza tas-settur tat-trasport[3].

F'dawn l-aħħar għaxar snin, is-suq ferrovjarju tal-UE għadda minn bidliet kbar ħafna li ġew introdotti gradwalment minn tliet ‘pakketti ferrovjarji’ leġiżlattivi (flimkien ma' ċerti atti li jakkumpanjaw) maħsuba biex jiftħu s-swieq nazzjonali u jagħmlu l-ferroviji aktar kompetittivi u interoperabbli fuq livell tal-UE, filwaqt li jżommu livell għoli ta’ sikurezza. Madankollu, minkejja l-iżvilupp konsiderevoli ta’ liġijiet tal-UE u miżuri oħra (l-‘acquis tal-UE’) li jistabbilixxu suq intern għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-sehem tal-ferroviji mit-trasport fl-UE baqa’ wieħed modest. Il-Kummissjoni għalhekk ħarġet bir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju sabiex ittejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi ferrovjarji billi tneħħi l-bqija tal-ostakoli tas-suq.

Ir-Regolament preżenti huwa komponent tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju li jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakoli amministrattivi u tekniċi li għad fadal, b’mod partikolari billi jistabbilixxi approċċ komuni għar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabilità sabiex jiżdiedu l-ekonomiji ta’ skala għall-impriżi ferrovjarji attivi madwar l-UE, inaqqas il-kostijiet amministrattivi u jaċċellera l-proċeduri amministrattivi, kif ukoll jevita d-diskriminazzjoni moħbija, permezz ta’ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. Huwa maħsub sabiex jieħu post ir-Regolament fundatur oriġinali, u jżid kompiti ġodda importanti għall-Aġenzija sabiex jagħmilha ġenwinament Awtorità Ferrovjarja Ewropea fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza.

1.2. Għaliex ir-Regolament 881/2004 eżistenti (kif emendat) għandu jiġi sostitwit b’att ġdid?

Mill-2004, minn meta tfassal ir-Regolament fundatur oriġinali, seħħew għadd ta’ żviluppi fir-rigward tal-ferroviji Ewropej u l-Aġenzija. Kien hemm evidenza dejjem tiżdied dwar il-funzjonament tas-suq intern ferrovjarju tal-UE, anki fir-rigward tal-aspetti tiegħu dwar l-interoperabilità u s-sikurezza. Ħarġet leġiżlazzjoni ġdida li rriżultat fl-emenda tar-Regolament tal-Aġenzija (2008) jew li żviluppat il-kompiti eżistenti tal-ERA mingħajr ma bidlet ir-Regolament tagħha (eż. Deċiżjoni 2011/155/UE).

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta identifika għadd ta’ miżuri li jagħtu setgħat ġodda lill-Aġenzija u jissimplifikaw il-proċessi eżistenti.

Barra minn hekk, iridu jiddaħħlu għadd ta’ bidliet sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-Aġenzija b’riżultat tal-evalwazzjoni tar-Regolament fundatur tal-ERA u tal-Aġenzija (2009-2010) kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar aġenziji deċentralizzati (2012), u d-dokument ta’ Pożizzjoni tal-Bord Maniġerjali tagħha dwar il-futur tal-Aġenzija (2012). Dan jirrigwarda b’mod partikolari t-titjib fl-istruttura interna, fil-governanza u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija, kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħha mal-partijiet interessati.

Regolament ġdid se jgħin ukoll biex tiġi kkjarifikata l-istruttura tal-att legali (pereżempju billi jitneħħew Artikoli u billi jiġu nnumerati mill-ġdid l-Artikoli) u jsir aktar loġiku (pereżempju billi ċerti Artikoli jiċċaqilqu għal Kapitoli iżjed rilevanti, jinħolqu Kapitoli ġodda u jitħassru dawk obsoleti). Fl-aħħar nett, id-Direttivi dwar l-Interoperabilità u s-Sikurezza qed jiġu emendati wkoll f’dan il-pakkett leġiżlattiv u huma relatati mill-qrib mal-kompiti tal-ERA, għalhekk dan ir-Regolament irid jikkunsidra sew dan.

Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, u wara li qieset il-parir tas-Servizz Legali, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi Regolament ġdid dwar l-ERA li jieħu post ir-Regolament oriġinali 881/2004. Hemm għadd ta’ bidliet fir-rigward tar-Regolament 881/2004, li jistgħu jinġabru fi tliet kategoriji differenti:

· Dispożizzjonijiet ġodda: kompiti ġodda tal-Aġenzija (ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji u ċertifikati tas-sikurezza), kontroll imsaħħaħ fuq l-awtoritajiet nazzjonali, aktar setgħat fir-rigward tar-regoli nazzjonali, sors ġdid tal-baġit tal-ERA (tariffi u imposti), il-Bord tal-Appell; xi dispożizzjonijiet ġodda – speċjalment fil-parti dwar l-organizzazzjoni interna – jirriżultaw mill-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji tal-UE.

· Kjarifika/simplifikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet eżistenti: speċjalment fir-rigward tal-metodi ta’ ħidma, l-ERTMS, il-persunal ferrovjarju, ir-reġistri, kompiti oħra.

· Aġġornamenti minħabba l-evoluzzjoni tal-qafas leġiżlattiv u politiku: dispożizzjonijiet rigward l-istruttura interna u t-tħaddim, kif ukoll referenzi għall-proċeduri ta’ kumitat u l-atti ddelegati.

· Bidliet editorjali fir-rigward tar-Regolament oriġinali.

1.3. Rabtiet bejn dan ir-Regolament u d-Direttivi dwar l-Interoperabilità u dwar is-Sikurezza

Id-Direttiva 2008/57/KE (id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja) u d-Direttiva 2004/49/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Linji tal-Ferroviji) huma marbutin mill-qrib mar-Regolament oriġinali 881/2004 . Fir-raba’ pakkett ferrovjarju, dawn id-Direttivi huma proposti li jerġgħu jiġu fformulati; madankollu, huma se jibqgħu marbutin mill-qrib mar-Regolament preżenti. Dan joħroġ prinċipalment mill-fatt li l-Aġenzija taġixxi fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja li għalihom dawk id-direttivi jipprovdu l-bażi legali.

Fir-Regolament preżenti, ir-rabtiet jirrigwardaw b’mod partikolari:

– l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs; id-Direttiva dwar l-Interoperabilità), il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs; id-Direttiva dwar is-Sikurezza) u l-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs; id-Direttiva dwar is-Sikurezza): l-Aġenzija hija responsabbli għat-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet biex huma jiġu adottati mill-Kummissjoni, u biex toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni rigward in-nuqqas ta’ applikazzjoni tat-TSIs;

– iċ-ċertifikati tas-sikurezza: l-Aġenzija hija responsabbli għall-ħruġ tagħhom, filwaqt li l-proċedura sħiħa hija pprovduta fid-Direttiva dwar is-Sikurezza;

– ir-reġistri: l-Aġenzija hija responsabbli għall-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward l-ispeċifikazzjoni għar-reġistri (imsemmija fid-Direttiva dwar l-Interoperabilità) u r-reviżjoni tagħhom, u biex tassigura li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku;

– l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji u tipi ta’ vetturi kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji; l-Aġenzija hija responsabbli għall-ħruġ tagħhom, filwaqt li l-proċedura sħiħa sabiex wieħed japplika għalihom hija pprovduta fid-Direttiva dwar l-Interoperabilità;

– l-applikazzjonijiet telematiċi u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS): dawn huma oqsma speċifiċi mmexxija mit-TSIs rilevanti adottati skont id-Direttiva dwar l-Interoperabilità fejn l-Aġenzija għandha rwol importanti bħala awtorità tas-sistema;

– il-korpi notifikati ta’ valutazzjoni tal-konformità: l-Aġenzija hija responsabbli għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom filwaqt li huma jiġu maħluqa bid-Direttiva dwar l-Interoperabilità u jingħataw kompiti permezz tagħha;

– l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza: l-Aġenzija hija responsabbli għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom filwaqt li huma jiġu maħluqa bid-Direttiva dwar is-Sikurezza u jingħataw kompiti permezz tagħha;

– ir-regoli nazzjonali ferrovjarji: l-Aġenzija hija responsabbli għall-eżami tagħhom bl-iskop li tnaqqashom filwaqt li l-proċedura għan-notifika tagħhom hija prevista fid-Direttivi dwar is-Sikurezza u dwar l-Interoperabilità.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Is-servizzi tal-Kummissjoni ddiskutew l-iżviluppi taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea ma’ rappreżentanti mis-settur fuq bażi kontinwa. Fl-2010-2011 hija wettqet evalwazzjoni ex post tar-Regolament 881/2004 u l-funzjonament tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji[4]. Din l-evalwazzjoni, flimkien mal-evalwazzjoni ġenerali tal-Aġenziji tal-UE fl-2009, uriet il-valur miżjud ipprovdut mill-Aġenzija u b’mod ġenerali opinjoni pożittiva tal-partijiet interessati fir-rigward tal-ERA u r-riżultati tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ntużaw bħala input u ħidma preparatorja importanti għall-proċess sussegwenti ta’ valutazzjoni tal-impatt marbut mar-reviżjoni tar-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea wettqet valutazzjoni komprensiva tal-impatt sabiex tappoġġja l-proposti leġislattivi dwar it-titjib tal-effiċjenza u l-kompetittività taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza. F’Ġunju 2011 inħoloq Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt (IASG) li għalih id-DĠ MOVE stieden lid-DGs kollha sabiex jipparteċipaw.

Konsulent estern fassal studju ta’ sostenn għall-valutazzjoni tal-impatt u wettaq konsultazzjoni mmirata tal-partijiet interessati. Il-konsultazzjoni mmirata bdiet fit-18 ta’ Novembru 2011 bi stħarriġ fuq l-internet li tlesta fit-30 ta’ Diċembru 2011. Din kienet segwita minn intervisti mal-aktar partijiet interessati sinifikanti u workshop għall-partijiet interessati fl-aħħar ta’ Frar 2012.

Minn dak iż-żmien ’l hawn, id-DĠ MOVE kien involut f’laqgħat bilaterali mas-settur biex jara l-opinjonijiet tagħhom dwar x’jista’ jsir fir-Raba’ Pakkett fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza.

Minħabba n-natura teknika tal-inizjattiva, ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika. Madankollu, il-Kummissjoni rat li l-partijiet kollha interessati ġew ikkonsultati fi żmien xieraq u li d-diskussjonijiet koprew l-elementi prinċipali kollha tal-inizjattiva.

Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt:

Fil-5 ta’ Settembru 2012, il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt iltaqa’ u suċċessivament ta opinjoni pożittiva. Ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali tal-Bord kienu inkorporati fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt:

– żdiedet aktar statistika u informazzjoni dwar il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati;

– żdiedu s-sinerġiji mistennija ma’ elementi oħra tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju u ġew ikkjarifikati l-impatti indiretti;

– il-miżuri prinċipali komuni għall-opzjonijiet 2-5 ġew deskritti f’aktar dettall u kkjarifikati fir-rigward tad-differenzazzjoni tagħhom;

– ġew ikkjarifikati u spjegati aħjar il-metodi użati għall-valutazzjoni tal-impatt; il-loġika nħarġet permezz ta’ referenzi inkroċjati aħjar;

– saret distinzjoni aktar ċara bejn il-kostijiet amministrattivi għall-atturi ekonomiċi (operaturi ferrovjarji) u l-kost għall-amministrazzjonijiet pubbliċi (l-awtoritajiet nazzjonali, l-ERA u l-Kummissjoni).

Għażliet identifikati:

Fuq il-bażi tal-analiżi tal-miżuri individwali, il-Kummissjoni identifikat ħames għażliet ta’ politika (għażliet 2-6), minbarra x-xenarju bażi. L-għażliet 2-5 huma prinċipalment maħsuba sabiex jaħdmu fuq il-livell ta’ interazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA jew l-Aġenzija) u l-awtoritajiet nazzjonali u kollha huma kapaċi jindirizzaw it-tliet għanijiet operattivi. L-Għażla 6 hija sett ta’ miżuri orizzontali li huma fil-biċċa l-kbira indipendenti mill-interazzjonijiet bejn l-ERA u l-awtoritajiet nazzjonali u jistgħu jiġu applikati flimkien ma’ kwalunkwe waħda mill-opzjonijiet 2-5, bit-tisħiħ mistenni tal-impatt finali ġenerali.

Għażla 1: Xenarju bażi (ma jsir xejn) — issoktar fit-triq li fil-preżent hija stabbilita għas-settur

Għażla 2: Rwol akbar ta’ koordinazzjoni għall-Aġenzija fl-iżgurar ta' approċċ konsistenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni tal-vetturi

Għażla 3: L-ERA bħala punt uniku ta’ servizz, fejn id-deċiżjoni finali dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tibqa’ responsabbiltà tal-NSAs iżda l-ERA twettaq kontrolli tad-dħul u l-ħruġ tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet

Għażla 4: L-ERA u l-NSAs jaqsmu l-kompetenzi, fejn id-deċiżjoni finali dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tittieħed mill-Aġenzija

Għażla 5: L-ERA tassumi l-attivitajiet tal-NSAs b'rabta maċ-ċertifikazzjoni tal-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni tal-vetturi

Għażla 6: Miżuri orizzontali, tinkludi miżuri leġiżlattivi u miżuri mhux vinkolanti oħrajn (lil hinn mill-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-ERA) li jistgħu jiġu implimentati sabiex tittejjeb il-kompetittività tas-settur ferrovjarju, bħat-titjib fir-rwol tal-ERA fid-disseminazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-ferroviji u t-taħriġ jew il-migrazzjoni minn regoli tekniċi nazzjonali u dwar is-sikurezza għal sistema ta’ regoli tal-UE (permezz tal-identifikazzjoni tar-regoli mhux meħtieġa mill-ERA u l-NSAs u mbagħad ir-rekwiżit għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex ineħħu dawk ir-regoli, kif ukoll il-limitazzjoni tal-possibilità li jiġu adottati regoli ġodda).

Impatti tal-għażliet: L-impatt ambjentali tal-għażliet kollha ġie vvalutat bħala wieħed pożittiv, għalkemm żgħir. L-impatt soċjali tal-għażliet kollha kien vvalutat bħala wieħed żgħir/marġinali.

It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-benefiċċji ekonomiċi (effiċjenza) u l-għadd ta’ għanijiet milħuqa (effikaċja) għal għażliet ikkombinati:

Għażla || Effiċjenza (Benefiċċju Net Totali EUR m) || Effikaċja (numru ta’ għanijiet operattivi milħuqa)

Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-‘Koordinazzjoni’ tal-ERA + miżuri orizzontali || 411 || 1

Għażla 3+6: L-ERA bħala punt ta' kuntatt wieħed + miżuri orizzontali || 461 || 2

Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || 497 || 3

Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha l-attivitajiet tal-NSAs fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || 476 || 3

Ġie konkluż li l-Għażla 4 (flimkien mal-Għażla 6) kienet l-Għażla preferuta billi din tipprovdi l-aħjar bilanċ ta’ riżultati fir-rigward ta’:

– l-industrija, f’termini ta’ tnaqqis fil-kostijiet u fiż-żminijiet għaċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u tal-awtorizzazzjoni ta' vetturi u sottosistemi oħra;

– l-implikazzjonijiet f’termini ta’ kostijiet għall-baġit tal-UE;

– l-impatti tal-kostijiet fuq l-istituzzjonijiet nazzjonali;

– il-konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità;

– l-indirizzar tal-problemi identifikati, u

– il-kisba tal-għanijiet.

Aktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt u r-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati hija pprovduta fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposti leġiżlattivi sabiex jiġu eliminati l-ostakoli amministrattivi u tekniċi li fadal fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza fis-suq ferrovjarju tal-UE. Dan se jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni wara l-adozzjoni ta’ dan l-att legali.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din is-sezzjoni tikkummenta dwar u tispjega d-dispożizzjonijiet prinċipali tar-Regolament il-ġdid dwar l-ERA, fejn meħtieġ fir-rigward tal-emendi għat-test oriġinali tar-Regolament 881/2004.

KAPITOLU 1 PRINĊIPJI:

Artikolu 1: l-għanijiet ġew riveduti sabiex jirriflettu l-kompiti ġodda tal-Aġenzija u tqiegħdu fil-premessi; minflok, qed jingħata "suġġett u kamp ta’ applikazzjoni", għaċ-ċarezza.

Artikolu 2: l-istatus legali tmexxa għal hawnhekk kif inhu xieraq (preċedentement l-Artikolu 22 oriġinali).

Artikolu 3: emendat biex jirrifletti sewwa t-tipi ta’ atti ġodda tal-Aġenzija.

KAPITOLU 2 METODI TA’ ĦIDMA:

Żdied kapitolu ġdid sabiex ikopri kwistjonijiet li oriġinarjament kienu f’kapitoli oħra iżda li fil-fatt jirrigwardaw il-metodi li bihom l-ERA tilħaq l-għanijiet tagħha.

Artikolu 4: l-Artikolu dwar il-"gruppi ta’ ħidma" reġa’ nkiteb mill-ġdid għaċ-ċarezza legali, b’mod partikolari: ir-referenza għall-AEIF issa hija obsoleta u tista’ titneħħa; l-Artikolu oriġinali 24(4) tqiegħed hawnhekk minflok l-Artikolu dwar il-persunal tal-ERA; ir-regoli ta’ proċedura li għandhom jiġu adottati mill-Bord.

Artikolu 7: "valutazzjoni tal-impatt"; it-test oriġinali kien jillimita l-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji għas-sikurezza biss (Artikolu 6(4)); dan il-kompitu ma għandux ikun parti mill-attività ta’ xi Aġenzija partikolari, għalhekk hemm il-ħtieġa li l-paragrafi jitmexxew għal sezzjoni ġenerali, b’mod li ssir applikabbli b’mod ġenerali u tipprovdi kompiti ċari; dan huwa skont id-dokument ta’ Pożizzjoni tal-Bord dwar il-futur tal-ERA u l-prinċipji ta’ bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività.

Artikolu 8: "studji"; preċedentement l-Artikolu 20 — tmexxa billi l-istudji huma mezzi sabiex jintlaħqu l-għanijiet u mhux kompiti minnhom infushom.

Artikolu 9: "opinjonijiet"; preċedentement l-Artikolu 10 dwar l-Opinjonijiet Tekniċi; il-kelma ‘tekniċi’ tneħħiet, bi qbil mad-direttivi; il-paragrafu 2a(b) tneħħa bħala obsolet; il-paragrafu 3 (paragrafu oriġinali 2b) ġie emendat sabiex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu (li qabel kien limitat għat-TSIs biss, mingħajr razzjonal ċar).

Artikolu 10: "żjarat fl-Istati Membri"; preċedentement l-Artikolu 33 — tmexxa għal din is-sezzjoni billi ż-żjarat huma mezz sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenzija.

KAPITOLU 3 KOMPITI RELATATI MAS-SIKUREZZA FERROVJARJA:

Artikolu 11: "appoġġ tekniku – sikurezza"; bidliet żgħar li jikkjarifikaw il-kompiti tal-Aġenzija.

Artikolu 12: "ċertifikati tas-sikurezza"; rwol ġdid tal-ERA (ħruġ ta’ ċertifikati tas-sikurezza), kif propost fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, f'konformità mad-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza.

Artikolu 13: "manutenzjoni tal-vetturi"; Artikolu ġdid — li tħalla mill-Kapitolu 3a oriġinali, ġie ssimplifikat u tmexxa għall-parti dwar is-sikurezza bħala l-aktar rilevanti.

Artikolu 14: "trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija"; Artikolu ġdid, li jifformalizza dak li fil-fatt diġà qiegħda tagħmel l-ERA fil-qasam tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija.

KAPITOLU 4 KOMPITI RELATATI MAL-INTEROPERABILITÀ:

Artikolu 15: "appoġġ tekniku – interoperabilità"; kemmxejn emendat sabiex jirrifletti l-bidliet fid-Direttiva dwar l-Interoperabilità (punti b u c) u biex jikkjarifika l-kompiti eżistenti tal-ERA.

Artikolu 16: "awtorizzazzjonijiet tal-vetturi"; Artikolu ġdid — li jkopri r-rwol ġdid tal-ERA fil-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi, kif propost fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, f'konformità mad-Direttiva emendata dwar l-Interoperabilità.

Artikolu 17: "awtorizzazzjonijiet għat-tip ta’ vetturi"; Artikolu ġdid — li jkopri r-rwol ġdid tal-ERA fil-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi, f'konformità mad-Direttiva emendata dwar l-Interoperabilità.

Artikolu 18: "awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji"; Artikolu ġdid — li jkopri r-rwol il-ġdid tal-ERA rigward l-awtorizzazzjoni ta’ tagħmir ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji; marbut mar-rwol tal-ERA bħala l-awtorità tas-sistema u l-konsegwenzi tal-kompitu l-ġdid tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi għall-ERTMS (sabiex ikun assigurat li l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq maħruġa għal vetturi mgħammra b’tagħmir ERTMS abbord ikunu konsistenti mas-sistemi maġenb il-binarji).

Artikolu 19: "applikazzjonijiet telematiċi"; Artikolu ġdid miżjud sabiex jifformalizza r-rwol eżistenti li diġà għandha l-ERA, skont it-TAP/TAF TSI, u f'konformità mar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.

Artikolu 20: "appoġġ lill-korpi nnotifikati ta’ valutazzjoni tal-konformità"; emendat — id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-korpi notifikati min-naħa tal-Kummissjoni tmexxew għas-sezzjoni l-ġdida dwar il-monitoraġġ; il-bqija huwa appoġġ lill-korpi notifikati (il-Kummissjoni assenjat kompiti relatati mas-Segretarjat Tekniku tan-NB Rail lill-Aġenzija mill-20 ta’ April 2011 u din l-attività diġà qiegħda titwettaq; dan jeħtieġ li jkun rifless kif xieraq fil-leġiżlazzjoni).

KAPITOLU 5 KOMPITI RELATATI MAR-REGOLI NAZZJONALI (tmexxa għal wara l-kapitolu dwar l-interoperabilità):

Artikoli 21, 22 u 23: "regoli nazzjonali"; artikoli ġodda li jinkorporaw l-Artikoli oriġinali 9a u 9b, emendati sabiex jallinjaw il-proċeduri mad-Direttivi dwar l-Interoperabilità u s-Sikurezza u jikkunsidraw is-setgħat estiżi tal-ERA fir-rigward tar-regoli nazzjonali li jirriżultaw mir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt u l-abbozz ta’ rapport tat-Task Force dwar ir-Regoli Nazzjonali tas-Sikurezza; il-ġestjoni tal-bażi tad-dejta tal-IT mogħtija b’mod ċar lill-ERA, sabiex jikkjarifikaw ir-responsabbiltajiet imħallta preċedenti (il-Kummissjoni u l-ERA) u biex jegħlbu l-problemi tekniċi, ta’ koordinazzjoni u ta’ sjieda preżenti.

KAPITOLU 6 KOMPITI RELATATI MAL-ERTMS: is-sezzjoni dwar l-ERTMS jixirqilha kapitolu ġdid separat.

Artikoli 24-28: "kompiti tal-ERTMS" jinkorporaw l-Artikolu oriġinali 21a u ġew emendati sabiex jikkjarifikaw ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija u atturi oħra fir-rigward tal-ERTMS, itejbu l-użu tal-ERTMS, u biex jirriflettu dak li diġà qiegħda tagħmel bħalissa l-ERA f’dan il-qasam; l-Artikolu 13e ġie emendat bi qbil mal-evalwazzjoni preliminari min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ erba’ snin ta’ segwitu tekniku.

KAPITOLU 7 KOMPITI RELATATI MAL-MONITORAĠĠ TAŻ-ŻONA FERROVJARJA UNIKA EWROPEA: kapitolu ġdid — diversi kompiti relatati mal-monitoraġġ issa huma kombinati flimkien f’kapitolu wieħed għal viżibilità u ċarezza aħjar.

Artikolu 29: "monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza"; Artikolu ġdid — kompitu ġdid tal-ERA: kontroll fuq l-NSAs, kif propost fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt (u fl-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA).

Artikolu 30: "monitoraġġ tal-korpi notifikati"; Artikolu ġdid — kompitu ġdid tal-ERA: kontroll fuq il-korpi notifikati, kif propost fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.

Artikolu 31: "monitoraġġ tal-progress tal-interoperabilità u tas-sikurezza"; parzjalment ibbażat fuq l-Artikolu 9 oriġinali (il-paragrafi 1 u 2 ġodda, bil-kompiti tal-ERA fir-rigward tal-monitoraġġ tas-sikurezza issa kkjarifikati), fuq l-Artikolu 14 oriġinali (il-paragrafi 3 u 4 ġodda, b’żewġ rapporti separati dwar l-interoperabilità u s-sikurezza issa magħqudin f’wieħed); il-paragrafu 5 — ibbażat fuq l-Artikolu 21b (2a), skont ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt u l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA.

KAPITOLU 8 KOMPITI OĦRA – kapitolu ġdid li jgħaqqad flimkien kapitoli preċedenti dwar ir-reġistri, il-persunal ferrovjarju u kompiti oħra:

Artikolu 32: "persunal ferrovjarju"; jgħaqqad l-Artikoli oriġinali 16b, 16c u 17 għal skopijiet ta' simplifikazzjoni: xi kompiti huma obsoleti, oħrajn huma deskritti fid-Direttiva 2007/59; emendati sabiex jiġu evitati l-ambigwità legali u r-repetizzjoni.

Artikolu 33: "reġistri"; dan l-Artikolu jgħaqqad flimkien l-Artikoli 18 u 19 oriġinali, aġġornati u allinjati mal-leġislazzjoni.

Artikolu 34: "netwerks ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi investigattivi u korpi rappreżentattivi"; li qabel kienu parzjalment fl-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 9 oriġinali; żdied in-netwerk ta’ korpi rappreżentattivi (paragrafu 2) sabiex tittejjeb u tiġi strutturata l-koordinazzjoni tal-partijiet interessati fil-livell ta’ Aġenzija; żdied il-paragrafu 3 sabiex tittejjeb u tiġi strutturata l-konsultazzjoni tal-partijiet kollha interessati, u fl-aħħar mill-aħħar sabiex jinkisbu riżultati ta’ kwalità ogħla mill-Aġenzija (bi qbil mal-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA u d-Dokument ta’ pożizzjoni dwar il-futur tal-ERA).

Artikolu 35: "komunikazzjoni u disseminazzjoni"; Artikolu ġdid, li parzjalment jifformalizza l-attivitajiet eżistenti tal-ERA u li joħorġu mir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA u d-dokument ta’ pożizzjoni dwar il-futur tal-Aġenzija.

Artikolu 36: "riċerka u promozzjoni tal-innovazzjoni"; Artikolu oriġinali li miegħu żdiedet ir-riċerka, li jifformalizza dak li diġà qiegħda tagħmel l-ERA b’mod sinifikanti; bi qbil mad-dokument ta’ Pożizzjoni tal-Bord dwar il-Futur tal-ERA.

Artikolu 37: "assistenza lill-Kummissjoni"; kemmxejn emendat.

Artikolu 38: "assistenza fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji"; oriġinarjament l-Artikolu 15, il-kamp ta’ applikazzjoni ġie estiż sabiex ikopri s-sikurezza.

Artikolu 39: "assistenza lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati"; Artikolu ġdid, li jsegwi r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt (miżura mill-Għażla 6) u r-riżultati tal-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA.

Artikolu 40: "relazzjonijiet internazzjonali"; Artikolu ġdid li jifformalizza dak li diġà qiegħda tagħmel l-ERA b’mod sinifikanti; f'konformità mar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt u d-dokument ta’ Pożizzjoni tal-Bord dwar il-Futur tal-ERA.

Artikolu 41: "spare parts"; Artikolu ġdid — kompitu ġdid f'konformità mar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.

KAPITOLU 9 ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA: fil-parti l-kbira mfassal sabiex isegwi d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aġenziji deċentralizzati u l-Approċċ Komuni (2012), b’mod partikolari fir-rigward ta’: il-kompetenzi estiżi tal-Bord Maniġerjali (preċedentement Amministrattiv); il-ħolqien ta’ Bord Eżekuttiv; il-programm ta’ ħidma pluriennali; dispożizzjonijiet standard oħra rigward ir-riżorsi umani u kwistjonijiet baġitarji.

Bidliet importanti oħra:

Artikolu 48: "programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali"; Artikolu ġdid, separat dwar il-programmi ta’ ħidma, meqjus neċessarju għaċ-ċarezza; skont id-Dikjarazzjoni Konġunta u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew, l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA u d-dokument ta’ Pożizzjoni tal-Bord tal-ERA dwar il-Futur tal-Aġenzija (perspettiva pluriennali, l-ABB u l-ABM, ir-relazzjonijiet mal-partijiet interessati).

Artikoli 51-57: "Bord tal-Appell"; artikoli ġodda — il-Bord tal-Appell huwa neċessarju wara l-estensjoni tal-kompetenzi tal-ERA (ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza); ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt jipprovdi għall-ħolqien ta’ Bord tal-Appell indipendenti barra mill-Aġenzija, madankollu, jidher li s-soluzzjoni li diġà hemm fis-seħħ fl-EASA hija iżjed adattata; fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar l-EASA.

KAPITOLU 10 DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI:

Artikolu 58(2): punt ġdid (c) — żdiedu sorsi ġodda ta’ introjtu għall-ERA (tariffi esterni u imposti għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza (kompiti ġodda)); punt ġdid (e) — sabiex isir konformi mar-regolament dwar l-EASA

KAPITOLU 11 PERSUNAL: kapitolu ġdid, li jsegwi d-dispożizzjonijiet ġeneralment standard li jirriżultaw mill-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji (Artikoli 62 u 63).

Artikolu 61: "persunal - dispożizzjonijiet ġenerali"; oriġinarjament l-Artikolu 24, emendat skont id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji, l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA u d-dokument ta’ Pożizzjoni tal-Bord tal-ERA dwar il-Futur tal-Aġenzija; tneħħew il-limitazzjonijiet preċedenti tal-kuntratt massimu.

KAPITOLU 12 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI:

Artikoli 64, 66-68, 70-72: tmexxew minn partijiet oħra tar-Regolament oriġinali, emendati jekk meħtieġ skont id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji.

Artikolu 65: "ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi"; Artikolu ġdid, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati (2012).

Artikolu 69: "kooperazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali"; artikoli ġodda li jirriżultaw mis-setgħat il-ġodda tal-ERA biex toħroġ ċertifikati u awtorizzazzjonijiet; kooperazzjoni ma’ korpi u awtoritajiet nazzjonali f’xi każijiet meqjusa neċessarji minħabba l-kompetenza tagħhom; il-possibbiltà ta’ (sotto)kuntrattar ta’ parti mill-kompiti tal-ERA.

KAPITOLU 13 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI: kapitolu ġdid

Artikolu 73 u 74: "atti ddelegati"; artikoli ġodda — wara s-setgħat il-ġodda tal-ERA (biex toħroġ ċertifikati tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi, ir-riżorsi proprji) jeħtieġ li jiġu adottati miżuri delegati; dan huwa simili għall-każ tal-EASA.

Artikolu 75: "proċedura ta’ kumitat"; Artikolu ġdid, magħmul sabiex ma ssirx referenza għal atti oħra (Direttiva dwar l-Interoperabilità).

Artikolu 76: "evalwazzjoni u reviżjoni"; l-Artikolu oriġinali emendat skont id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji.

L-ARTIKOLI LI BAQGĦU L-ISTESS BĦAL FIR-REGOLAMENT 881/2004: 5, 6, 58, 59, 60.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Dan ir-Regolament ġdid jipprovdi bażi legali għall-impenji baġitarji u tal-persunal fir-rigward tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. Il-kalkoli dettaljati huma pprovduti fl-Anness, fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

Huwa importanti li jiġi rrimarkat li, fir-rigward tal-persunal tal-ERA, l-att preżenti jinkorpora:

1. kalkoli tar-riżorsi minn żewġ Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi mehmuża mar-Regolament 881/2004 oriġinali u l-emenda tal-2008 tiegħu (Regolament 1335/2008), li kienu jipprovdu għal 104 persunal temporanju għall-ERA;

2. il-proċeduri baġitarji għall-perjodu 2005-2013 li bihom l-Awtorità Baġitarja tat lill-ERA 39 post ieħor biex tkopri kompiti addizzjonali li ma kinux riflessi fir-Regolament fundatur, li rriżultaw f’total ta’ 143 post ta’ persunal temporanju fl-2013;

3. l-implikazzjonijiet stmati bħala riżorsi tal-kompiti ġodda u s-setgħat imtejba tal-ERA previsti fir-Regolament il-ġdid preżenti, stabbiliti għal 43 persuna.

Rigward il-punt 2, għandu jiġi nnotat li l-għadd ta’ postijiet żdied b’mod gradwali minn mindu l-ERA ġiet stabbilita fl-2005. Dan it-tibdil kien soġġett għal skrutinju annwali dettaljat u ġie adottat mill-awtorità baġitarja kull sena skont in-numru ta’ postijiet proposti mill-Kummissjoni. L-ispjegazzjoni prinċipali għad-differenza bejn il-punt 1 u 2 hija li għadd ta’ funzjonijiet u attivitajiet bħall-affarijiet legali, l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta, is-Segretarjat għall-Bord Maniġerjali, l-awditjar intern, l-ippjanar tal-kwalità u n-negozju, l-evalwazzjoni ekonomika (valutazzjoni tal-impatt), l-akkwist, il-ġestjoni tal-faċilitajiet, u Kap tal-Amministrazzjoni ma kinux previsti fir-Regolament fundatur — jew tal-anqas ma kinux ippjanati li jitwettqu minn persunal dedikat. Għal xi oqsma tal-attività, inklużi r-riżorsi umani, l-IT u l-Finanzi, il-ħtiġijiet tar-riżorsi kienu stmati konsiderevolment anqas.

Rigward l-evalwazzjoni ekonomika, din l-attività toħroġ mill-fatt li l-ERA ġiet stabbilita sabiex tikkontribwixxi għal żona ferrovjarja integrata u kompetittiva. Hija kienet parti integrali mill-attivitajiet tal-Aġenzija mill-bidu — anki jekk ma kien hemm l-ebda provvediment għal persunal iddedikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja. Ma hemmx dubju dwar il-ħtieġa ta’ din l-attività, liema ħtieġa dan l-aħħar żdiedet bi qbil mal-approċċ tal-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività; dan huwa rifless fil-fatt li hemm propost Artikolu ġdid sabiex jiġi inkluż fir-Regolament il-ġdid dwar l-Aġenzija.

Minbarra dawn l-iżviluppi, diversi atti tal-Kummissjoni taw lill-Aġenzija kompiti addizzjonali b’implikazzjonijiet ta’ riżorsi, mingħajr ma kienu riflessi sewwa fid-dikjarazzjoni finanzjarja. Pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE għaddiet kompiti addizzjonali lill-Aġenzija biex tagħmel il-proċessi u r-regoli użati għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u sottosistemi ferrovjarji trasparenti filwaqt li tissimplifikahom. B’mod aktar speċifiku, ir-rwol tal-ERA jirrigwarda d-dokumentazzjoni tal-proċessi tal-awtorizzazzjoni fl-Istati Membri, id-dokumentazzjoni tar-regoli nazzjonali applikati għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji u l-kontroll tal-konsistenza tad-dejta, l-appoġġ lill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza u l-ġestjoni u ż-żamma tad-dejta.

Rigward il-punt 3, l-implikazzjonijiet baġitarji u tal-persunal ta' kompiti ġodda u dawk estiżi joħorġu prinċipalment mill-kalkoli tal-valutazzjoni tal-impatt, l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji deċentralizzati, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u tas-Servizz tal-Awditjar Intern, u l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA. Il-bidliet kollha fil-leġiżlazzjoni huma spjegati b’mod sostanzjali fil-parti 3 ta’ dan il-Memorandum. Huma stmat li huwa meħtieġ total ta' 70 persuna sabiex jieħdu ħsieb dawn il-kompiti ġodda u estiżi, b’43 membru tal-persunal addizzjonali meta mqabbel mal-livell preżenti tal-persunal tal-Aġenzija. Dawn it-43 persuna ġdida se jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati u se jkunu koperti permezz ta’ tariffi u imposti esterni filwaqt li l-ħtiġijiet li jifdal ta’ 27 persuna se jkunu koperti bl-iskjerament mill-ġdid intern tal-persunal eżistenti tal-Aġenzija. Għalhekk, mhu se jkun hemm l-ebda impatt addizzjonali fuq il-baġit tal-UE (ħlief għas-snin 2015 u 2016, meta jkunu għadhom mhumiex disponibbli t-tariffi u l-imposti esterni).

Il-persunal addizzjonali ppjanat ta’ 43 jkopri l-kategoriji li ġejjin:

· Esperti tekniċi (41 persuna), biex jieħdu ħsieb il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u tipi ta’ vetturi (30), l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji (6) flimkien maċ-ċertifikati tas-sikurezza (5);

· Persunal amministrattiv konness (2), fosthom kontabilista biex jieħu ħsieb il-ġestjoni ta’ sistema ppjanata ta’ tariffi u imposti esterni, inkluż il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali.

It-tariffi u l-imposti esterni jkopru wkoll spejjeż ġenerali marbuta, prinċipalment:

· It-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet maħruġa mill-ERA fil-lingwi nazzjonali;

· Is-sistema tal-IT meħtieġa għal skopijiet kontabilistiċi (tariffi u imposti esterni).

Is-27 persuna li jifdal, li għandhom ikunu koperti mill-iskjerament mill-ġdid intern ta’ persunal eżistenti tal-Aġenzija, se jieħdu ħsieb:

· Il-monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati, u l-implimentazzjoni tal-leġisżazzjoni nazzjonali dwar is-sikurezza u l-interoperabilità;

· It-tnaqqis fl-għadd ta’ regoli nazzjonali;

· Il-parir u appoġġ lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati, it-tixrid ta’ informazzjoni u taħriġ relatati mal-ferroviji u l-koordinazzjoni ta’ spare parts potenzjali li għandhom jiġu standardizzati.

L-implikazzjoni baġitarja ġenerali tal-ERA għall-baġit tal-UE f'2015-2020 hija stmata li hija EUR 157.113 M. Il-kost tal-ħidmiet ġodda għall-baġit tal-UE jammonta għal EUR 0.4113 M mill-2017 'il quddiem se jkunu koperti bit-tariffi u imposti mħallsa mill-industrija.

Hemm ukoll impatt fuq ir-riżorsi tal-Kummissjoni (fid-DĠ MOVE). Fir-rigward ta’ dan, ir-Regolament preżenti jinkorpora:

4. kalkoli tar-riżorsi minn żewġ Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi mehmuża mar-Regolament 881/2004 oriġinali u l-emendi tal-2008 tiegħu (ir-Regolament 1335/2008), li pprovdew għal żewġ uffiċjali/persunal temporanju għall-Kummissjoni;

5. bidliet għall-perjodu 2005-2013, bi tliet membri tal-persunal addizzjonali tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-ERA, sabiex ikopru kompiti addizzjonali mhux riflessi fir-Regolament fundatur;

It-total komplessiv għall-Kummissjoni b'rabta mal-inizjattiva preżenti se jkun ta’ 5 persuni, mingħajr l-ebda talba għal persunal ġdid.

2013/0014 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz ta’ att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       L-istabbiliment progressiv ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri jeħtieġ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi applikabbli għall-ferroviji fir-rigward tal-aspetti tekniċi (interoperabilità) u l-aspetti tas-sikurezza, it-tnejn marbuta b’mod inseparabbli u t-tnejn jeħtieġu livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni. F’dawn l-aħħar għoxrin sena ġiet adottata leġiżlazzjoni ferrovjarja rilevanti, b’mod partikolari tliet pakketti ferrovjarji, bl-aktar rilevanti jkunu d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sikurezza tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità.

(2)       It-tfittxija simultanja tal-għanijiet tas-sikurezza u tal-interoperabilità ferrovjarja teħtieġ ħidma teknika sostanzjali li trid titmexxa minn korp speċjalizzat. Huwa għalhekk li, bħala parti mit-Tieni Pakkett Ferrovjarju fl-2004, kien meħtieġ li tinħoloq, fi ħdan il-qafas istituzzjonali eżistenti u b’rispett għall-bilanċ tal-poter fl-Unjoni, aġenzija Ewropea responsabbli għas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja (minn hawn ’il quddiem ‘l-Aġenzija’).

(3)       L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ġiet oriġinarjament stabbilita bir-Regolament (KE) 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004[7], sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u biex tgħin sabiex tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li ssaħħaħ il-vantaġġi essenzjali tiegħu f’termini ta’ sikurezza. Ir-Regolament 881/2004 irid jiġi sostitwit b’att ġdid minħabba l-ammont sostanzjali ta’ bidliet fil-kompiti tal-Aġenzija u fl-organizzazzjoni interna tagħha.

(4)       Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jipproponi bidliet importanti sabiex jittejjeb il-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea b’emendi permezz ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE u tad-Direttiva 2008/57/KE, it-tnejn marbutin direttament mal-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi, flimkien ma’ dan ir-Regolament, jipprovdu b’mod partikolari għat-twettiq ta’ kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza fil-livell tal-Unjoni. Huwa jimplika rwol akbar għall-Aġenzija.

(5)       L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-funzjonament effettiv ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta' livell għoli ta’ sikurezza filwaqt li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju. Dak għandu jinkiseb billi tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi żżid il-livell tal-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u għall-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea. L-Aġenzija għandha taqdi wkoll ir-rwol ta’ awtorità Ewropea responsabbli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji u ta’ tipi ta’ vetturi, ċertifikati tas-sikurezza għal impriżi ferrovjarji u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji. Barra minn hekk, hija għandha timmonitorja r-regoli ferrovjarji nazzjonali u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jaġixxu fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.

(6)       Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi. L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha.

(7)       Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn professjonisti tas-settur ferrovjarju u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija.

(8)       Sabiex l-Aġenzija tipprovdi għarfien dwar l-effetti ekonomiċi fuq is-settur ferrovjarju u l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà, tippermetti lil ħaddieħor jieħu deċiżjonijiet infurmati, u timmaniġġja l-prijoritajiet tax-xogħol u l-allokazzjoni tar-riżorsi b’mod iżjed effettiv fi ħdan l-Aġenzija, din għandha tiżviluppa aktar l-involviment tagħha fl-attività ta’ valutazzjoni tal-impatt.

(9)       L-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ tekniku indipendenti u oġġettiv, prinċipalment lill-Kummissjoni. Id-Direttiva …. [Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi l-bażi għat-tfassil u r-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabilità (TSIs) filwaqt li d-Direttiva … [Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi l-bażi għat-tfassil u r-reviżjoni tal-Metodi Komuni ta' Sikurezza (CSMs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs). Il-kontinwità tax-xogħol u l-iżvilupp tat-TSIs, is-CSMs u s-CSTs maż-żmien jeħtieġu qafas tekniku permanenti flimkien ma' persunal iddedikat ta’ korp speċjalizzat. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tipprovdi lill-Kummissjoni rakkomandazzjonijiet b’rabta mat-tfassil u r-reviżjoni tat-TSIs, is-CSMs u s-CSTs. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jitolbu wkoll opinjoni teknika indipendenti mingħand l-Aġenzija.

(10)     L-impriżi ferrovjarji kienu ffaċċjati b’diversi problemi meta japplikaw għaċ-ċertifikati tas-sikurezza għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jvarjaw minn proċeduri li jieħdu fit-tul u kostijiet eċċessivi għal trattament inġust, speċjalment għal dawk li jidħlu ġodda. Iċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru partikolari ma kinux rikonoxxuti inkondizzjonalment fi Stati Membri oħra, b’detriment għaż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn ċertifikat uniku tas-sikurezza validu madwar l-Unjoni kollha u maħruġ mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(11)     Attwalment id-Direttiva 2008/57/KE tipprovdi, fil-każ tal-vetturi ferrovjarji, awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz f’kull Stat Membru, ħlief f’każijiet speċifiċi. It-Task Force dwar l-awtorizzazzjoni tal-vetturi li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni fl-2011 iddiskutiet diversi każijiet fejn il-manifatturi u l-impriżi ferrovjarji sofrew minn dewmien u kostijiet eċċessivi tal-proċess tal-awtorizzazzjoni u pproponew numru ta’ titjibiet. Billi xi problemi huma dovuti għall-kumplessità tal-proċess attwali tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, dan għandu jiġi simplifikat. Kull vettura ferrovjarja għandha tirċievi biss awtorizzazzjoni waħda u din l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi għandha tinħareġ mill-Aġenzija. Dan għandu jġib benefiċċji tanġibbli għas-settur billi jnaqqas il-kostijiet u ż-żmien tal-proċedura, u jnaqqas ir-riskju ta’ diskriminazzjoni potenzjali, speċjalment ta’ kumpaniji ġodda li jkunu jixtiequ jidħlu f’suq ferrovjarju. Id-Direttiva riveduta … [Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(12)     Sabiex jiġi segwit aktar l-iżvilupp ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-klijenti tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri, u meta jitqies l-involviment preżenti tal-Aġenzija, huwa neċessarju li din tingħata rwol iżjed b’saħħtu fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi. Dan għandu jassigura l-iżvilupp konsistenti u l-użu fil-pront tagħhom.

(13)     Minħabba l-importanza tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għall-iżvilupp mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u s-sikurezza tagħha, u meta jitqies l-iżvilupp frammentat tagħha sal-lum, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koordinazzjoni globali tagħha fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant l-Aġenzija, bħala l-iżjed korp kompetenti tal-Unjoni, għandha tingħata rwol aktar prominenti f’dan il-qasam sabiex tassigura l-iżvilupp konsistenti tal-ERTMS, tikkontribwixxi sabiex ikun assigurat li t-tagħmir tal-ERTMS jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ u tassigura li l-programmi Ewropej tar-riċerka relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Barra minn hekk, sabiex il-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn awtorizzazzjoni unika valida fl-Unjoni u maħruġa mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(14)     L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-medja preżenti fl-Unjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(15)     Li t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-ħidmiet min-naħa tal-Istati Membri għandu jsir b'mod effiċjenti, mingħajr l-ebda tnaqqis fil-livelli attwali għoljin ta' sikurezza jikkostitwixxi għan ġenerali. L-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed riżorsi għall-ħidmiet ġodda tagħha u ż-żmien tal-allokazzjoni ta' dawn ir-riżorsi għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati b'mod ċar. Meta wieħed iqis l-għarfien tal-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, l-Aġenzija għandha titħalla tagħmel użu xieraq minn dik il-kompetenza meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati rilevanti. Għal dan il-għan, għandu jkun imħeġġeġ l-issekondar tal-esperti nazzjonali lill-Aġenzija.

(16)     Id-Direttiva … [Sikurezza Ferrovjarja] u d-Direttiva … [Interoperabilità Ferrovjarja] jipprovdu għal eżami tal-miżuri nazzjonali mill-perspettiva tas-sikurezza u l-interoperabilità, u l-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huma jillimitaw ukoll il-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali ġodda. Is-sistema preżenti li fiha għadhom jeżistu għadd kbir ta’ regoli nazjonali twassal għal kunflitti possibbli mar-regoli tal-Unjoni u toħloq riskju ta’ trasparenza insuffiċjenti u diskriminazzjoni moħbija tal-operaturi barranin, speċjalment iż-żgħar u l-ġodda. Sabiex wieħed jimxi lejn sistema ta’ regoli ferrovjarji tassew trasparenti u imparzjali fuq livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ it-tnaqqis gradwali tar-regoli nazzjonali. Opinjoni bbażata fuq kompetenza indipendenti u newtrali hija essenzjali fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija.

(17)     Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt, b’effett dannuż għat-tħaddim mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B’mod partikolari, kumpaniji żgħar u medji li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Għalhekk, hija meħtieġa koordinazzjoni msaħħa bl-iskop ta’ armonizzazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati ta’ valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet.

(18)     Fil-qasam tas-sikurezza, huwa importanti li tkun żgurata l-akbar trasparenza possibbli flimkien ma' fluss effettiv tal-informazzjoni. Analiżi tal-prestazzjoni, li tkun ibbażata fuq indikaturi komuni u li torbot il-partijiet kollha fis-settur, hija importanti u għandha titwettaq. Fir-rigward tal-istatistika, hija meħtieġa kollaborazzjoni mill-qrib mal-Eurostat.

(19)     Sabiex timmonitorja l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tippubblika rapport rilevanti kull sentejn. Minħabba l-kompetenza teknika u l-imparzjalità tagħha, l-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja.

(20)     Għandha tittejjeb l-interoperabilità tan-netwerk Trans-Ewropew u l-proġetti ġodda ta’ investiment magħżula għall-appoġġ mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-mira tal-interoperabilità stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew[8]. L-Aġenzija hija l-istituzzjoni xierqa sabiex tikkontribwixxi għal dawn l-għanijiet.

(21)     Il-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji hija parti importanti mis-sistemi tas-sikurezza. Ma kienx hemm suq Ewropew ġenwin għall-manutenzjoni tat-tagħmir ferrovjarju minħabba n-nuqqas ta’ sistema għaċ-ċertifikazzjoni tal-workshops tal-manutenzjoni. Din is-sitwazzjoni kienet qiegħda żżid mal-ispejjeż għas-settur u tirriżulta fi vjaġġi mingħajr tagħbija. Għalhekk għandha tiġi gradwalment żviluppata u aġġornata sistema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni għall-workshops ta' manutenzjoni, bl-Aġenzija tkun l-iżjed korp adattat sabiex tipproponi soluzzjonijiet adegwati lill-Kummissjoni.

(22)     Il-kwalifiki vokazzjonali meħtieġa għas-sewwieqa tal-ferroviji huma fattur ewlieni kemm fis-sikurezza kif ukoll fl-interoperabilità fl-Unjoni. Huma wkoll rekwiżit għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-industrija ferrovjarja. Din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fir-rigward tal-qafas eżistenti għad-djalogu soċjali. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku neċessarju sabiex tikkunsidra dan l-aspett fil-livell tal-Unjoni.

(23)     L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew, sabiex tippromwovi l-prattiċi tajba, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, il-ġbir ta’ dejta relatata mal-ferroviji u timmonitorja l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja.

(24)     Sabiex jiġu żgurati l-akbar trasparenza possibbli u aċċess indaqs tal-partijiet kollha għall-informazzjoni rilevanti, id-dokumenti previsti għall-proċessi tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji, iċ-ċertifikati tas-sikurezza u dokumenti ferrovjarji oħra rilevanti. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti għall-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

(25)     Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka fil-kamp ferrovjarju huwa kompitu importanti li l-Aġenzija għandha tinkoraġġixxi, minħabba r-reputazzjoni u l-pożizzjoni tagħha. Kwalunkwe għajnuna finanzjarja pprovduta fil-qafas tal-attivitajiet tal-Aġenzija f’dan ir-rigward ma għandha twassal għall-ebda distorsjoni fis-suq rilevanti.

(26)     Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-kwalità tiegħu u l-kompatibilità mar-regolamenti tekniċi rilevanti, l-Aġenzija, bħala l-uniku korp tal-Unjoni b’kompetenza soda fil-kamp ferrovjarju, għandu jkollha rwol attiv fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji.

(27)     Il-leġislazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, il-gwidi għall-implimentazzjoni jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jistgħu xi kultant joħolqu problemi ta’ interpretazzjoni u problemi oħra għall-partijiet interessati. Fehim korrett u uniformi ta’ dawk l-atti huwa rekwiżit għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ferrovjarju u l-funzjonament tas-suq ferrovjarju. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha b'mod attiv f’taħriġ u attivitajiet ta’ spjegazzjoni f’dak ir-rigward.

(28)     Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta’ tariffi u imposti mħallsa mill-applikanti. Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun indipendenti u għandu jirrappreżenta bilanċ xieraq ta’ kuntratti għal żmien qasir u għal żmien twil, sabiex jinżamm l-għarfien organizzattiv tagħha u l-kontinwità tan-negozju filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta’ kompetenza mas-settur ferrovjarju.

(29)     Sabiex jiġi żgurat b’mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati f’Bord Maniġerjali mogħti s-setgħat meħtieġa, fosthom sabiex jistabbilixxi l-baġit u japprova l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali.

(30)     Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot, billi dak id-dritt huwa riservat għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli quddiem l-awtoritajiet tal-kontroll demokratiku. Ir-rappreżentanti tas-settur għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, tal-impriżi ferrovjarji, il-amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja, l-għaqdiet tal-ħaddiema, il-passiġġieri u l-klijenti tat-trasport tal-merkanzija.

(31)     Sabiex iħejji kif xieraq il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali u sabiex jagħtih parir fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, għandu jinħoloq Bord Eżekuttiv konsultattiv.

(32)     Jeħtieġ li jkun żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu r-rimedji neċessarji b’mod indipendenti u imparzjali. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu xieraq tal-appell sabiex id-deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord tal-Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu, imbagħad, ikunu miftuħa għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

(33)     Perspettiva strateġika aktar wiesgħa fir-rigward tal-attivitajiet tal-Aġenzija tgħin sabiex din tippjana u timmaniġġja r-riżorsi tagħha b’mod iżjed effettiv u tikkontribwixxi għal kwalità ogħla tar-riżultati tagħha. Għalhekk, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jaġġorna b’mod regolari programm ta’ ħidma pluriennali, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti.

(34)     Il-ħidma tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti. Għandu jkun assigurat kontroll effettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma’ lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u li jiġi kkonsultat dwar il-programm ta’ ħidma pluriennali. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.

(35)     Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, l-awtorità baġitarja fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll baġitarju, is-setgħa ta’ kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[9] għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi[10].

(36)     Billi l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat sabiex jifformula soluzzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura konġunta tax-xogħol li jrid isir, u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(37)     Sabiex jiġi stabbilit b’mod korrett il-livell tat-tariffi u l-imposti li l-Aġenzija hija intitolata li tiġbor, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-artikoli li jittrattaw il-ħruġ u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti.           Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tassigura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(38)     Sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 ta’ dan ir-Regolament rigward l-eżami tal-abbozz ta’ regoli nazzjonali u tar-regoli fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni.

(39)     Sabiex ikunu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 29, 30, 31, u 51 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(40)     Jeħtieġ li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-Aġenzija bil-għan li tiġi osservata d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni mifthiema mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE f’Lulju 2012, li l-għan tagħhom huwa li jiġu simplifikati l-attivitajiet tal-aġenziji u tiżdied il-prestazzjoni tagħhom.

(41)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”).

2. Dan ir-Regolament jipprovdi għal:

(a) l-istabbiliment u l-kompiti tal-Aġenzija;

(b) il-kompiti tal-Istati Membri.

3. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(c) l-interoperabilità fi ħdan is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni prevista fid-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(d) is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni prevista fid-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja];

(e) iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji prevista fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u trejns fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità [id-Direttiva dwar is-Sewwieqa tal-Ferroviji].

Artikolu 2

Status legali

1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2. F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari hija tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.

3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżenta mid-Direttur tagħha.

Artikolu 3

Tipi ta’ atti tal-Aġenzija

L-Aġenzija tista’:

(a)          tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 13, 14, 15, 23, 24, 26, 30, 32, 31, 33 u 41;

(b)          tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 30;

(c)          toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 9, 21, 22 u 38, u lill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Istati Membri skont l-Artikolu 9;

(d)          toħroġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 12, 16, 17, 18;

(e)          toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta’ konformità skont l-Artikolu 15;

(f)           toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 15;

(g)          toħroġ rapporti tal-awditjar skont l-Artikoli 29 u 30;

(h)          toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja skont l-Artikoli 11, 15 u 24.

KAPITOLU 2

METODI TA’ ĦIDMA

Artikolu 4

Ħolqien u kompożizzjoni tal-gruppi ta’ ħidma

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta’ gruppi ta’ ħidma sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs), il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs) u l-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs).

L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma f’każijiet oħra debitament ġustifikati fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, wara li tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni.

2. L-Aġenzija għandha taħtar esperti biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma.

L-Aġenzija għandha taħtar rappreżentanti nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-gruppi ta’ ħidma li fihom ikunu jixtiequ jipparteċipaw biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma.

L-Aġenzija għandha taħtar professjonisti mis-settur ferrovjarju mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma. Hija għandha tiżgura rappreżentanza adegwata ta’ dawk is-setturi tal-industrija u ta’ dawk l-utenti li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tipproponi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija.

L-Aġenzija tista’, jekk ikun meħtieġ, taħtar biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma esperti indipendenti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam ikkonċernat. Il-persunal tal-Aġenzija ma jistax jinħatar biex ikun parti mill-gruppi ta’ ħidma.

3. Kull korp rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 34 għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-iżjed esperti kwalifikati mibgħuta sabiex jirrappreżentawhom f’kull grupp ta’ ħidma.

4. Kull meta l-ħidma ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma jkollha impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-industrija, rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti bħala membri sħaħ.

5. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri tal-gruppi ta’ ħidma, ibbażati fuq ir-regoli u l-iskali adottati mill-Bord Maniġerjali, għandhom jitħallsu mill-Aġenzija.

6. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu preseduti minn rappreżentant tal-Aġenzija.

7. Ix-xogħol tal-gruppi ta’ ħidma għandu jkun trasparenti. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-gruppi ta’ ħidma.

Artikolu 5

Konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11, 12, 15, u 32 ikollha impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali fil-qafas tal-kumitat għad-djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni 98/500/KE[11].

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat għad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Artikolu 6

Konsultazzjoni mal-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u mal-passiġġieri

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11 u 15 ikollha impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u l-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Il-lista tal-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultati għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega l-proposti tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Artikolu 7

Valutazzjoni tal-impatt

1. L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħha. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-ħidma rilevanti fil-Kummissjoni tittieħed inkonsiderazzjoni kif xieraq.

2. Qabel ma tniedi attività inkluża fil-programm ta’ ħidma, l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni bikrija tal-impatt fir-rigward tagħha li għandha tindika:

(f) il-kwistjoni li trid tiġi solvuta u s-soluzzjonijiet probabbli;

(g) kemm se tkun meħtieġa azzjoni speċifika, inkluż il-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni jew opinjoni tal-Aġenzija,

(h) il-kontribut mistenni tal-Aġenzija għas-soluzzjoni tal-problema.

Barra minn hekk, kull attività u proġett fil-programm ta’ ħidma għandhom ikunu soġġetti għal analiżi tal-effiċjenza b’mod individwali u b’rabta ma’ xulxin, sabiex isir l-aħjar użu mill-baġit u r-riżorsi tal-Aġenzija.

3. L-Aġenzija tista’ twettaq valutazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija d-dejta neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt.

Artikolu 8

Studji

Fejn ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tordna studji u tiffinanzjahom mill-baġit tagħha.

Artikolu 9

Opinjonijiet

1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE [Direttiva li tistabbilixxi Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)] fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom.

2. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni dwar emendi fi kwalunkwe att adottat fuq il-bażi tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] jew … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], speċjalment fejn tkun sinjalata defiċjenza allegata.

3. Fir-rigward tal-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafi preċedenti u f’artikoli oħra ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tagħti l-opinjonijiet tagħha fi żmien xahrejn, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor. L-opinjonijiet għandhom isiru pubbliċi mill-Aġenzija fi żmien xahrejn f’verżjoni li minnha jkun tneħħa kull materjal kummerċjalment kunfidenzjali.

Artikolu 10

Żjarat fl-Istati Membri

1. L-Aġenzija tista’ tagħmel żjarat fl-Istati Membri biex twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikoli 12, 21, 22, 16, 17, 27, 29, 30, 31 u 38, skont il-politika definita mill-Bord Maniġerjali.

2. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar iż-żjara ppjanata, l-ismijiet tal-uffiċjali ddelegati tal-Aġenzija, u d-data li fiha tkun se tibda ż-żjara. L-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati sabiex iwettqu tali żjarat għandhom jagħmlu dan meta tiġi ppreżentata deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv li tispeċifika l-għan u l-miri taż-żjara tagħhom.

3. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija.

4. L-Aġenzija għandha tfassal rapport dwar kull żjara u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat.

5. Il-paragrafi preċedenti huma bla preġudizzju għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29 (6) u 30 (6) li għandhom jitwettqu skont il-proċedura deskritta hemmhekk.

KAPITOLU 3

KOMPITI RELATATI MAS-SIKUREZZA FERROVJARJA

Artikolu 11

Appoġġ tekniku - rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza ferrovjarja

1. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs) previsti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni perjodika tas-CMSs u tas-CSTs lill-Kummissjoni.

2. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, dwar miżuri oħra fil-qasam tas-sikurezza.

3. L-Aġenzija għandha toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza ferrovjarja.

Artikolu 12

Ċertifikati tas-sikurezza

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza].

Artikolu 13

Manutenzjoni tal-vetturi

1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni skont l-Artikolu 14 (6) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

2. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fid-dawl tal-Artikolu 14 (7) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

3. L-Aġenzija għandha tanalizza kwalunkwe miżura alternattiva deċiża skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 30 (2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija

L-Aġenzija għandha ssegwi l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] u tqabbilhom mal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari r-rekwiżiti essenzjali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja.

KAPITOLU 4

KOMPITI RELATATI MAL-INTEROPERABILITà

Artikolu 15

Appoġġ tekniku fil-qasam tal-interoperabilità ferrovjarja

1. L-Aġenzija għandha:

(a) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-TSIs, u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(b) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-mudelli għad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-'UE' u għad-dokumenti tal-fajl tekniku li jrid jakkumpanjaha, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(c) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri, u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikoli 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(d) toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta’ konformità rigward id-defiċjenzi tat-TSI, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità], u tipprovdihom lill-Kummissjoni;

(e) toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni rigward talbiet sabiex ma jiġux applikati t-TSIs mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(f) toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(g) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal kollu li jwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza.

2. Biex isir l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), l-Aġenzija għandha:

(a) tassigura li t-TSIs u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali;

(b) tassigura li l-iżvilupp u l-aġġornament tat-TSIs fuq naħa u l-iżvilupp ta’ kwalunkwe standard Ewropew li jirriżulta neċessarju għall-interoperabilità fuq in-naħa l-oħra, ikunu kkoordinati u żżomm il-kuntatt rilevanti mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

3. L-Aġenzija tista’ toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità ferrovjarja,

Artikolu 16

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Artikolu 17

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Artikolu 18

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Artikolu 19

Applikazzjonijiet telematiċi

1. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema, billi hija responsabbli għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-applikazzjonijiet telematiċi, skont it-TSIs rilevanti.

2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi u l-istatus tagħhom.

3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi.

4. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-użu tal-applikazzjonijiet telematiċi skont it-TSIs rilevanti.

Artikolu 20

Appoġġ lill-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità

1. L-Aġenzija għandha tappoġġja l-attivitajiet tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. Dak l-appoġġ għandu jinkludi b’mod partikolari l-abbozz ta’ linji gwida għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ kostitwent tal-interoperabilità msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u linji gwida għall-proċedura ta’ verifika tal-KE msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

2. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi taġixxi bħala s-segretarjat tekniku għall-grupp ta’ koordinazzjoni tagħhom.

KAPITOLU 5

KOMPITI RELATATI MAR-REGOLI NAZZJONALI

Artikolu 21

Eżami tal-abbozz ta’ regoli nazzjonali

1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina l-abbozz ta’ regoli nazzjonali mibgħuta lilha skont:

(a) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja],

(b) L-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

2. Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23.

3. Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha:

(a) toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola inkwistjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ u/jew tiġi applikata;

(b) tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha.

4. Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Istat Membru fi żmien xahrejn wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni mill-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titolbu jimmodifika l-abbozz ta’ regola inkwistjoni, jissospendi l-adozzjoni, id-dħul fis-seħħ jew l-implimentazzjoni tagħha.

Artikolu 22

Eżami tar-regoli nazzjonali fis-seħħ

1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali mibgħuta lilha skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

2. Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23

3. Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha:

(a) toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola inkwistjoni għandha tiġi modifikata jew imħassra;

(b) tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha.

4. Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Istat Membru fi żmien xahrejn (2) wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titolbu jimmodifika jew iħassar ir-regola inkwistjoni.

5. Il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 għandha tapplika, mutatis mutandis, f’każijiet fejn l-Aġenzija ssir taf b’xi regola nazzjonali, innotifikata jew le, li tkun żejda jew f’kunflitt mas-CSMs, is-CSTs, it-TSIs jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam ferrovjarju.

Artikolu 23

Sistema tal-IT li għandha tintuża għal skopijiet ta’ notifika u ta’ klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ddedikata tal-IT li jkun fiha r-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) u tagħmilha aċċessibbli għall-partijiet interessati u għall-pubbliku.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha tippubblika r-regoli f’din is-sistema u tużaha sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 21 u 22.

3. L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 14(8) tad-Direttiva …. [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. Għal dan il-għan, hija għandha tuża s-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

4. L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], billi tqis l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa Strument ta’ Ġestjoni tar-Regoli li għandu jintuża mill-Istati Membri sabiex jissimplifikaw is-sistemi tagħhom tar-regoli nazzjonali. L-Aġenzija għandha tuża s-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu sabiex tippubblika l-Istrument ta’ Ġestjoni tar-Regoli.

KAPITOLU 6

Kompiti Relatati mas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)

Artikolu 24

Awtorità tas-sistema għall-ERTMS

1. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema, billi hija responsabbli għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.

2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS u l-istatus tagħhom.

3. L-Aġenzija għandha tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Madankollu, hija għandha tagħmel dan biss meta l-verżjoni preċedenti tkun intużat b’rata suffiċjenti. L-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ma għandux ikun ta’ dannu għar-rata tal-użu tal-ERTMS, l-istabilità tal-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa sabiex tiġi ottimizzata l-produzzjoni tal-apparat tal-ERTMS, ir-redditu fuq l-investiment għall-impriżi ferrovjarji u l-ippjanar effiċjenti tal-użu tal-ERTMS.

4. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġjar tal-verżjonijiet differenti tal-ERTMS sabiex tassigura l-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’verżjonijiet differenti u sabiex tipprovdi inċentivi għall-implimentazzjoni rapida tal-verżjonijiet fis-seħħ.

5. Skont l-Artikolu 5(10) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha tassigura li l-verżjonijiet suċċessivi tal-apparat tal-ERTMS ikunu teknikament kompatibbli mal-verżjonijiet ta’ qabel.

6. L-Aġenzija għandha tipprepara u xxerred linji gwida rilevanti dwar l-applikazzjoni għall-partijiet interessati flimkien ma' dokumentazzjoni ta’ spjegazzjoni relatata mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.

Artikolu 25

Grupp ta’ ħidma Ad hoc dwar l-ERTMS tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-ERTMS tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Il-grupp ta’ ħidma għandu jivverifika l-konsistenza tal-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ kostitwent tal-interoperabilità msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u tal-proċeduri għall-verifika tal-'KE' msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u mwettqa minn korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità.

2. L-Aġenzija għandha tirrapporta kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1, inkluża statistika dwar l-attendenza tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità fil-grupp ta’ ħidma.

3. L-Aġenzija għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u tal-proċedura ta’ verifika tal-'KE' għall-apparat tal-ERTMS u kull sentejn għandha tissottometti rapport li fih tipproponi lill-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, it-titjib li jrid isir.

Artikolu 26

Appoġġ għall-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji

1. L-Aġenzija tista’ tassisti lill-impriżi ferrovjarji, fuq talba tagħhom, biex jiċċekkjaw il-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji qabel ma jpoġġu vettura fis-servizz.

2. Fejn l-Aġenzija ssib li jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’apparat tal-ERTMS fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi tal-ERTMS, hija tista’ titlob lill-atturi xierqa, b’mod partikolari l-manifatturi, il-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, sabiex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-proċeduri applikati għall-verifika tal-'KE' u t-tqegħid fis-servizz, u għall-kundizzjonijiet operattivi. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali riskju u, jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda miżuri xierqa lill-Kummissjoni.

Artikolu 27

Appoġġ għall-użu tal-ERTMS u l-proġetti tal-ERTMS

1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-użu tal-ERTMS skont il-pjan ta’ użu stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE[13] u għandha timmonitorja l-koordinazzjoni tal-installazzjoni tal-ERTMS matul il-Kurituri Trans-Ewropej tat-Trasport u l-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija kif previst fir-Regolament (UE) Nru 913/2010[14].

2. L-Aġenzija għandha tassigura segwitu tekniku tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni għall-użu tal-ERTMS, inkluża, fejn applikabbli, analiżi tad-dokumenti tal-offerti fiż-żmien tas-sejħa għall-offerti. L-Aġenzija għandha tassisti wkoll, jekk ikun meħtieġ, lill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni sabiex tassigura li s-soluzzjonijiet tekniċi implimentati fi ħdan il-proġetti jkunu kompletament konformi mat-TSIs relatati mal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u għaldaqstant kompletament interoperabbli.

Artikolu 28

Akkreditazzjoni tal-laboratorji

1. L-Aġenzija għandha tappoġġja, b’mod partikolari billi tipprovdi linji gwida xierqa lill-korpi tal-akkreditazzjoni, akkreditazzjoni armonizzata tal-laboratorji tal-ERTMS skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15].

2. L-Aġenzija tista’ tipparteċipa bħala osservatur fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

KAPITOLU 7

KOMPITI RELATATI MAL-MONITORAĠĠ TAŻ-ŻONA FERROVJARJA UNIKA EWROPEA

Artikolu 29

Monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza

1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet.

2. L-Aġenzija għandha tkun intitolata li tawditja:

(a) il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sabiex iwettqu l-kompiti relatati mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja;

(b) l-effikaċja tal-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-atturi msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

Il-proċedura għat-twettiq tal-awditjar għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali.

3. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar u tibgħathom lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, lista ta' kwalunkwe defiċjenza identifikata mill-Aġenzija kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

4. Jekk l-Aġenzija tħoss li n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata milli twettaq b’mod effettiv il-kompiti tagħha b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tieħu l-passi xierqa fi żmien li għandu jiġi definit billi titqies l-importanza tan-nuqqas.

5. Fejn awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-paragrafu 4, jew fejn ma tittieħed ebda azzjoni minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien 3 xhur minn meta tirċeviha, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.

6. L-Aġenzija għandha tkun intitolata wkoll li twettaq spezzjonijiet imħabbra jew għall-għarrieda fl-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u t-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari teżamina dokumenti, proċessi u rekords relatati mal-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-ispezzjonijiet jistgħu jsiru fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar kull spezzjoni.

Artikolu 30

Monitoraġġ tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt

1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ assistenza lill-korpi tal-akkreditazzjoni, awditjar u spezzjonijiet, kif previst fil-paragrafi 2-5.

2. L-Aġenzija għandha tappoġġja l-akkreditazzjoni armonizzata tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi tagħti gwida xierqa dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-proċeduri sabiex jiġi valutat jekk il-korpi notifikati jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] lill-korpi tal-akkreditazzjoni, permezz tal-infrastruttura Ewropea ta’ akkreditament rikonoxxuta mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93.

3. Fil-każ ta’ korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità li ma jkunux akkreditati skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva… [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità], l-Aġenzija tista’ tivverifika l-kapaċitajiet tagħhom biex jilħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva. Il-proċedura għat-twettiq tal-awditjar għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali.

4. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar li jkopru l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tibgħathom lill-korp innotifikat ta’ valutazzjoni tal-impatt ikkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, kwalunkwe defiċjenzi identifikati mill-Aġenzija u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib. Jekk l-Aġenzija tqis li dawn in-nuqqasijiet jimpedixxu lill-korp innotifikat ikkonċernat milli jwettaq b’mod effettiv il-kompiti tiegħu b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni li fiha titlob lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp innotifikat biex jieħu passi xierqa fi żmien limitat.

5. Meta Stat Membru ma jaqbilx mar-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jew fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni minn korp innotifikat bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien 3 xhur minn meta jirċeviha, il-Kummissjoni tista’ tadotta opinjoni fi żmien sitt xhur skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.

6. L-Aġenzija tista’, inkluż f’kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti tal-akkreditazzjoni, twettaq spezzjonijiet imħabbra jew għall-għarrieda tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u t-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari teżamina dokumenti, ċertifikati u rekords relatati mal-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. L-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. Il-korpi nnotifikati tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar kull spezzjoni.

Artikolu 31

Monitoraġġ tal-progress tal-interoperabilità u s-sikurezza

1. L-Aġenzija, flimkien man-netwerk tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni, għandha tiġbor dejta rilevanti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti u timmonitorja l-kontribut tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni għas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja sħiħa.

2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni globali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja. L-Aġenzija tista’, b’mod partikolari, tfittex l-assistenza tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-ġbir ta’ dejta. L-Aġenzija għandha tuża wkoll id-dejta miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera mal-Eurostat biex tevita kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol u biex tassigura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-indikaturi użati f’modalitajiet oħra ta' trasport.

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji, b’mod partikolari billi tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura.

4. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji. Kull sentejn hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u tippubblika rapport dwar il-progress fuq l-interoperabilità u s-sikurezza fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

5. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità fi Stat Membru partikolari.

KAPITOLU 8

KOMPITI OĦRA

Artikolu 32

Il-persunal ferrovjarju

1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti xierqa relatati mal-persunal ferrovjarju stipulati fl-Artikoli 4, 20, 22, 23, 25, 28, 33, 34, 35 u 37 tad-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16] .

2. L-Aġenzija tista’ tiġi mitluba mill-Kummissjoni biex twettaq kompiti oħra relatati mal-persunal ferrovjarju skont id-Direttiva 2007/59/KE.

3. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwistjonijiet tal-persunal ferrovjarju fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Aġenzija tista’ tippromwovi l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, inkluż billi torganizza laqgħat xierqa mar-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 33

Ir-reġistri u l-aċċessibbiltà tagħhom

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ir-reġistri Ewropej previsti fl-Artikolu 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari:

(a) l-iżvilupp u ż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistri;

(b) il-koordinament tal-iżviluppi fl-Istati Membri b'rabta mar-reġistri;

(c) l-għoti ta’ gwida dwar ir-reġistri lill-partijiet interessati rilevanti;

(d) rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar titjib fl-ispeċifikazzjoni tar-reġistri eżistenti u kwalunkwe ħtieġa li jiġu stabbiliti oħrajn ġodda.

2. L-Aġenzija għandha tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti mid-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]:

(a) id-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-verifika tas-sottosistemi;

(b) id-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u d-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità;

(c) il-liċenzji maħruġa skont id-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-istabbiliment taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)];

(d) iċ-ċertifikati tas-sikurezza maħruġa skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja];

(e) ir-rapporti ta’ investigazzjoni mibgħuta lill-Aġenzija skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja];

(f) ir-regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikoli 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(g) ir-reġistri tal-vetturi, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti;

(h) ir-reġistri tal-infrastruttura, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti;

(i) ir-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi awtorizzati;

(j) ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS;

(k) ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TAP) TSI/Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija (TAF) TSI;

(l) ir-reġistru tal-marki tal-kustodju tal-vettura li jinżamm mill-Aġenzija skont it-TSI dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku;

(m) ir-rapporti dwar il-kwalità maħruġa skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007.

3. L-arranġamenti prattiċi sabiex jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu diskussi u mifthiema mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ abbozz imħejji mill-Aġenzija.

4. Meta jibagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, il-korpi kkonċernati jistgħu jindikaw liema dokumenti ma għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku għal raġunijiet ta’ sikurezza.

5. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati.

6. L-Aġenzija tista’ tinkludi kwalunkwe dokument pubbliku jew link rilevanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament fil-bażi tad-dejta pubblika, filwaqt li tqis il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 34

Netwerks ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u netwerk tal-korpi ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva…/… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tipprovdilhom segretarjat. Il-kompiti tan-netwerks għandhom ikunu, b’mod partikolari:

(a) l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja;

(b) il-promozzjoni ta’ prattiċi tajba;

(c) il-forniment ta’ dejta dwar is-sikurezza ferrovjarja lill-Aġenzija, b’mod partikolari dejta relatata mal-indikaturi komuni tas-sikurezza.

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn dawk in-netwerks, b’mod partikolari hija tista’ tiddeċiedi li torganizza laqgħat konġunti taż-żewġ netwerks.

2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta’ korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni. Il-lista ta’ dawn il-korpi għandha tiġi definita f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75. L-Aġenzija għandha tipprovdi lin-netwerk b’segretarjat. Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu, b’mod partikolari:

(d) l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja;

(e) il-promozzjoni ta’ prattiċi tajba;

(f) il-forniment ta’ dejta dwar is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja lill-Aġenzija.

3. In-netwerks imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħorġu opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2).

4. L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi netwerks oħra ma’ korpi jew awtoritajiet responsabbli għal parti mis-sistema ferrovjarja.

5. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tan-netwerks imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 35

Komunikazzjoni u disseminazzjoni

L-Aġenzija għandha tikkomunika u xxerred lill-partijiet interessati rilevanti l-qafas Ewropew tal-leġiżlazzjoni dwar il-ferroviji, standards u gwida, skont il-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord Maniġerjali. Dawk il-pjanijiet, ibbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet, għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari mill-Bord Maniġerjali.

Artikolu 36

Riċerka u promozzjoni tal-innovazzjoni

1. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni, għall-attivitajiet ta’ riċerka ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni, fosthom permezz ta’ appoġġ lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u korpi rappreżentattivi. Dan il-kontribut għandu jkun mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra ta’ riċerka fil-livell tal-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-Aġenzija bil-kompitu li tippromwovi l-innovazzjoni bil-għan li jitjiebu l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari l-użu ta’ sistemi ġodda tal-informatika u sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni.

Artikolu 37

Assistenza lill-Kummissjoni

1. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata sabiex ittejjeb il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u sabiex tiżviluppa approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea.

2. Din l-assistenza tista’ tinkludi:

(g) l-għoti ta’ parir tekniku fi kwistjonijiet li jkunu jeħtieġu kompetenza speċifika;

(h) ġbir ta’ informazzjoni permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 38

Assistenza fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji

Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, teżamina, mill-perspettiva tal-interoperabilità u s-sikurezza, kwalunkwe proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-aġġornament tas-sottosistema li għaliha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

Fi żmien li għandu jiġi maqbul mal-Kummissjoni skont l-importanza tal-proġett u r-riżorsi disponibbli u li ma għandux jaqbeż ix-xahrejn, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar jekk il-proġett jikkonformax mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.

Artikolu 39

Assistenza lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-partijiet interessati

1. Fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati jew tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, l-Aġenzija għandha tipparteċipa f’taħriġ u attivitajiet oħra xierqa li jirrigwardaw l-applikazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja u prodotti relatati tal-Aġenzija bħal reġistri, gwidi jew rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni.

2. In-natura u l-firxa tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu deċiżi mill-Bord u jkunu inklużi fil-programm ta’ ħidma.

Artikolu 40

Relazzjonijiet internazzjonali

1. Safejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet ta’ sorveljanza, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet pajjiżi terzi kompetenti fil-kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tal-Aġenzija bil-għan li żżomm aġġornata mal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi u tassigura l-promozzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni Ewropea dwar il-ferroviji.

2. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk l-awtoritajiet ta’ sorveljanza, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti u l-kooperazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal diskussjoni minn qabel mal-Kummissjoni u rappurtar regolari lilha.

3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti. Din l-istrateġija għandha tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati.

Artikolu 41

Koordinazzjoni fir-rigward tal-ispare parts

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' spare parts ferrovjarji potenzjali li għandhom jiġu standardizzati. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma sabiex jikkoordina l-attivitajiet tal-partijiet interessati u tista’ tistabbilixxi kuntatti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. L-Aġenzija għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

KAPITOLU 9

ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA

Artikolu 42

Struttura amministrattiva u maniġerjali

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a) Bord Maniġerjali, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

(b) Bord Eżekuttiv li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49;

(c) Direttur Eżekuttiv li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 50;

(d) Bord tal-Appell li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 54 sa 56.

Artikolu 43

Kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi wkoll sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, li jirrappreżentaw, f’livell Ewropew, lill-gruppi li ġejjin:

(a) l-impriżi ferrovjarji;

(b) l-amministraturi tal-infrastruttura;

(c) l-industrija ferrovjarja;

(d) it-trejdjunjins;

(e) il-passiġġieri;

(f) il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija.

Għal kull wieħed minn dawn il-gruppi, il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant u sostitut minn lista qasira ta’ erba’ ismijiet ippreżentati mill-organizzazzjonijiet Ewropej rispettivi tagħhom.

2. Il-membri tal-bord u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom tal-kompitu ċentrali tal-Aġenzija, billi jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet kollha għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord, sabiex jassiguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Maniġerjali.

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru lill-membri tagħhom tal-Bord Maniġerjali u sostitut li jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tiegħu/tagħha.

4. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded.

5. Meta jkun xieraq, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-kundizzjonijiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 68.

Artikolu 44

President tal-Bord Maniġerjali

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jeleġġi, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, President minn fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u Viċi President minn fost il-membri tiegħu.

Il-Viċi President għandu jieħu l-post tal-President f’każ li l-President ma jkunx jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu/tagħha.

2. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun għal erba’ snin u jista’ jiġġedded. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Maniġerjali tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku.

Artikolu 45

Laqgħat

3. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħat.

4. Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiltaqa’ wkoll fuq inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq talba tal-maġġoranza tal-membri tiegħu jew ta’ terz tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord.

Artikolu 46

Votazzjoni

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed.

Artikolu 47

Funzjonijiet tal-Bord Maniġerjali

1. Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord Maniġerjali għandu:

(a) jadotta r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel, jibagħtu, sal-1 ta’ Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jagħmlu pubbliku;

(b) kull sena jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni u skont l-Artikolu 48, il-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara u programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali;

(c) jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-Aġenzija, skont il-Kapitolu 10;

(d) jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv;

(e) jadotta politika dwar iż-żjarat skont l-Artikolu 10;

(f) jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

(g) jadotta u jaġġorna l-pjani ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 35;

(h) jadotta proċeduri għat-twettiq tal-awditjar imsemmi fl-Artikoli 29 u 30;

(i) f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg ("is-setgħat tal-awtorità li taħtar");

(j) jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-oħra skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(k) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jkun jista’ jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-kariga, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, skont l-Artikolu 62;

(l) jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

(m) jassigura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni;

(n) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tal-Appell.

2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 48

Programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali

1. Il-Bord tal-Aġenzija għandu jadotta l-programm ta’ ħidma sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, waqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

2. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni. Jekk, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-programm, il-Bord Maniġerjali għandu jerġa’ jeżaminah u jadottah, kif emendat jekk ikun meħtieġ, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, inkluż mir-rappreżentanti kollha tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

3. Il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għandu jidentifika l-għanijiet ta’ kull attività. Bħala regola ġenerali, kull attività u proġett iridu jkunu marbuta b’mod ċar mar-riżorsi meħtieġa sabiex jitwettqu, skont il-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-immaniġġjar ibbażat fuq l-attività u l-proċedura ta’ valutazzjoni bikrija tal-impatt prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7.

4. Il-Bord Maniġerjali għandu, jekk ikun meħtieġ, jemenda l-programm ta’ ħidma adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. L-inklużjoni ta’ tali kompitu ġdid għandha tkun soġġetta għal analiżi tal-implikazzjonijiet f’termini ta’ riżorsi umani u baġitarji u tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni sabiex jiġu posposti kompiti oħra.

5. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll u jaġġorna programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u n-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34 għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz. Il-programm ta’ ħidma pluriennali adottat għandu jintbagħat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 49

Bord Eżekuttiv

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.

2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipprepara d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali. Fejn ikun meħtieġ, minħabba l-urġenza, huwa għandu jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord Maniġerjali, b’mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji.

Flimkien mal-Bord Maniġerjali, huwa għandu jassigura segwitu xieraq għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni.

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 30, huwa għandu jassistih u jagħtih parir fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, bl-iskop li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant tal-Kummissjoni u [erba’] membri oħra tal-Bord Maniġerjali. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-president tiegħu.

4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord Maniġerjali.

5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa’ mill-anqas darba kull tliet xhur. Il-president tal-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu.

6. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 50

Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1. L-Aġenzija għandha tkun immaniġġata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord Maniġerjali għall-attivitajiet tiegħu.

2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord Maniġerjali, jew tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern jew xi korp ieħor.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu meta jintalab. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet u atti formali oħra tal-Aġenzija.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni amministrattiva tal-Aġenzija u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

(a) l-amministrazzjoni minn ġurnata għall-oħra tal-Aġenzija;

(b) l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Maniġerjali;

(c) il-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali u, s-sottomissjoni tagħhom lill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d) l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali u safejn ikun possibbli, iwieġeb għat-talbiet għall-assistenza mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

(e) ir-rappurtar lill-Bord Maniġerjali dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali;

(f) it-teħid tal-passi neċessarji, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-ordnijiet, sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija topera skont dan ir-Regolament;

(g) l-istabbiliment ta’ sistema effettiva ta’ monitoraġġ biex tqabbel ir-riżultati tal-Aġenzija mal-għanijiet operattivi tagħha u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ valutazzjoni regolari li tikkorrispondi ma’ standards professjonali rikonoxxuti;

(h) il-preparazzjoni kull sena, ta’ abbozz ta’ rapport ġenerali fuq il-bażi tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni msemmija fil-punt (g), u s-sottomissjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali;

(i) il-preparazzjoni tal-abbozz tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija skont l-Artikolu 58 u l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 59;

(j) it-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali għall-valutazzjoni;

(k) it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li jsegwi fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni;

(l) il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(m) il-preparazzjoni ta’ strateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Maniġerjali għall-approvazzjoni;

(n) il-preparazzjoni ta’ abbozz ta’ regolament finanzjarju tal-Aġenzija għall-adozzjoni mill-Bord Maniġerjali skont l-Artikolu 60, u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 51

Ħolqien u kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell wieħed jew aktar.

2. Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn President u żewġ membri oħra. Huma għandhom ikollhom sostituti sabiex jirrappreżentawhom fin-nuqqas tagħhom.

3. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar il-President, il-membri l-oħra u s-sostituti tagħhom minn lista ta’ kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni.

4. Fejn il-Bord tal-Appell iħoss li n-natura tal-appell titlob dan, huwa jista’ jitlob lill-Bord Maniġerjali biex jaħtar żewġ membri addizzjonali u s-sostituti tagħhom mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

5. Fuq proposta tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord tal-Appell, wara li tkun ikkonsultat lill-Bord Maniġerjali u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.

Artikolu 52

Membri tal-Bord tal-Appell

1. Il-mandat tal-membri u tas-sostituti ta’ Bord tal-Appell għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġi mġedded.

2. Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti u ma jistgħux iwettqu kompiti oħra fi ħdan l-Aġenzija. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom huma ma għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjoni.

3. Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Kummissjoni, wara li tieħu l-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, tieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward.

Artikolu 53

Esklużjoni u oġġezzjoni

1. Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti tal-appell jekk ikollhom interess personali fil-proċedimenti, jekk kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fid-deċiżjoni appellata.

2. Il-membri tal-Bord tal-Appell li jqisu li ma għandhomx jipparteċipaw fi proċediment ta’ appell, għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, għandhom jinfurmaw lill-Bord tal-Appell li jiddeċiedi dwar l-esklużjoni kif xieraq.

Artikolu 54

Deċiżjonijiet soġġetti għal appell

1. Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

2. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. L-Aġenzija tista’, madankollu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jkun sar appell kontriha, jekk hija tħoss li ċ-ċirkustanzi jippermettu dan.

Artikolu 55

Persuni intitolati li jappellaw, il-limitu taż-żmien u l-forma

1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk il-persuna ma tiġix innotifikata bil-miżura, fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir taf biha.

Artikolu 56

Eżami u deċiżjonijiet dwar l-appelli

1. Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi mingħajr dewmien. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

2. Il-Bord tal-Appell jista’ jeżerċita s-setgħa xierqa li tinsab fi ħdan il-kompetenza tal-Aġenzija jew jista’ jgħaddi l-każ lill-korp kompetenti tal-Aġenzija. Dan tal-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

Artikolu 57

Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1. Azzjonijiet għat-tħassir ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħudin skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri kollha tal-appell fi ħdan l-Aġenzija.

2. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 10

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 58

Baġit

1. Għandhom jiġu ppreparati estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Aġenzija. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

(a) kontribuzzjoni mill-Unjoni,

(b) kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, kif previst mill-Artikolu 68,

(c) it-tariffi mħallsa mill-applikanti għal, u d-detenturi ta’, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18;

(d) l-imposti għall-pubblikazzjonijiet, it-taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija;

(e) kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra, bil-kundizzjoni li tali kontribuzzjoni ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija.

3. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi l-persunal, u spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

4. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

5. Fuq il-bażi ta’ abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ bbaġitjar ibbażat fuq l-attività, il-Bord Maniġerjali għandu kull sena jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. Din id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tinkludi abbozz ta’ tabella tal-persunal, għandha tintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar.

6. Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem ‘l-awtorità baġitarja’) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

7. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li hija tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-Trattat, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ u ġustifikazzjoni għal kwalunkwe differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-Aġenzija u s-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali.

8. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal għall-Aġenzija.

9. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Maniġerjali, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot. Il-Baġit tal-Aġenzija għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, huwa għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

10. Il-Bord Maniġerjali għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja kemm jista’ jkun malajr dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti fuq il-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Hija għandha tinforma dwar dan lill-Kummissjoni. Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni dwar il-proġett, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Maniġerjali fi żmien sitt xhur wara d-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 59

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju ġenerali).

3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina dawn il-kontijiet skont l-Artikolu 287 tat-Trattat. Hija għandha tippubblika rapport dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija kull sena.

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom lill-Bord Maniġerjali għal opinjoni.

5. Il-Bord Maniġerjali għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

6. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru wara kull sena finanzjarja. Huwa għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, skont l-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

10. Qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 60

Regolament Finanzjarju

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Huma ma jistgħux jiddevjaw mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002[17] sakemm tali devjazzjoni ma tkunx speċifikament meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

KAPITOLU 11

PERSUNAL

Artikolu 61

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.

2. Fl-interess tas-servizz, l-Aġenzija għandha tirrekluta:

(a) persunal li jkun eliġibbli għal kuntratt b’tul indefinit, u

(b) persunal li ma jkunx eliġibbli għal kuntratt b’tul indefinit.

Għandhom jiġu adottati regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għal dan il-paragrafu skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3. L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kwalunkwe kunflitt tal-interessi.

Artikolu 62

Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord Maniġerjali.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

4. Il-Bord Maniġerjali, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

5. Il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

6. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.

7. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 63

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

L-Aġenzija tista’ tagħmel użu wkoll minn Esperti Nazzjonali Sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 64

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-aġenzija u l-persunal tagħha.

Artikolu 65

Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi

1. L-arranġamenti neċessarji rigward l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitpoġġew disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti li jiġi konkluż ladarba tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u mhux aktar tard mill-2015.

2. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jassigura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport.

Artikolu 66

Responsabbiltà

1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha matul il-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwim li jirrigwarda kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 67

Arranġamenti lingwistiċi

1. Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea[18] għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 68

Parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi fil-ħidma tal-Aġenzija

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-pajjiżi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi fil-Politika tat-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li bihom il-pajjiżi kkonċernati jkunu adottaw u jkunu qegħdin japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew il-miżuri nazzjonali ekwivalenti tagħha, fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

2. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti bejn l-Aġenzija u l-pajjiżi terzi sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, b’mod partikolari n-natura u l-firxa ta’ tali parteċipazzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Huma jistgħu jipprovdu għal rappreżentanza, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord Maniġerjali.

L-Aġenzija għandha tiffirma l-arranġamenti wara li tkun irċeviet il-qbil tal-Kummissjoni u wara li tikkonsulta lill-Bord Maniġerjali.

Artikolu 69

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali

1. L-Aġenzija tista’ tidħol fi ftehimiet ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, u korpi kompetenti oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

2. Il-ftehimiet jistgħu jinkludu l-ikkuntrattar ta’ xi wħud mill-kompiti tal-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-iċċekkjar u l-preparazzjoni ta’ fajls, il-verifika tal-kompatibbiltà teknika, it-twettiq ta’ żjarat u t-tfassil ta’ studji tekniċi.

3. L-Aġenzija għandha tassigura li l-ftehimiet mill-anqas ikunu jinkludu deskrizzjoni speċifikata tal-kompiti u l-kundizzjonijiet għall-kunsinnabbli, il-limiti taż-żmien li japplikaw għall-konsenja tagħhom u l-livell u l-iskeda tal-pagamenti.

4. Il-ftehimiet deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà globali tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti tagħha kif previst fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

Artikolu 70

Trasparenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19] għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sa […].

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment quddiem l-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat rispettivament.

L-ipproċessar ta’ dejta ta’ natura personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 71

Regoli tas-sikurezza għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sikurezza li jinsabu fir-regoli tas-sikurezza tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li jemenda r-regoli ta’ proċedura interni tagħha. Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjoni għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 72

Il-ġlieda kontra l-frodi

1. Sabiex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

3. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [20] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[21] bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dan l-awditjar u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU 13

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 73

Atti ddelegati relatati mal-Artikoli 12, 16, 17 u 18

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 74 dwar tariffi u l-imposti b'applikazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ikunu dovuti tariffi u imposti skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18, l-ammont tat-tariffi u l-imposti u l-mod kif iridu jitħallsu.

3. Għandhom jiġu ċċarġjati tariffi u imposti għal:

(a) ħruġ u tiġdid ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, inkluża l-indikazzjoni possibbli tal-kompatibbiltà man-netwerks jew il-linji;

(b) ħruġ u tiġdid ta’ ċertifikati tas-sikurezza;

(c) provvediment ta’ servizzi; huma għandhom jirriflettu l-kost attwali ta’ kull provvediment individwali;

(d) proċessar tal-appelli.

It-tariffi u l-imposti kollha għandhom ikunu espressi, u pagabbli, fil-munita euro.

4. L-ammont tat-tariffi u l-imposti għandu jiġi stabbilit f’livell li jassigura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti sabiex ikopri l-kost sħiħ tas-servizzi pprovduti. In-nefqiet kollha tal-Aġenzija attribwiti lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kontribuzzjonijiet relatati tal-pensjoni, għandhom ikunu riflessi b’mod partikolari f’dan il-kost. Jekk l-iżbilanċi sinifikanti li jirriżultaw mill-għoti tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsiru rikorrenti, ir-reviżjoni tal-livell ta' imposti u tariffi għandu jsir obbligatorju.

Artikolu 74

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 73 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 73 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun hemm fis-seħħ.

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 75

Proċedura ta’ kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 76

Evalwazzjoni u reviżjoni

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Maniġerjali. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

3. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija wara li jitqiesu l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha.

Artikolu 77

Dispożizzjonijiet transitorji

1. L-Aġenzija tieħu post u ssegwi lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 fir-rigward tas-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, l-impenji finanzjarji u r-responsabbiltajiet kollha.

2. B’deroga mill-Artikolu 43, il-Membri tal-Bord Maniġerjali maħtura fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu fil-kariga sad-data ta’ skadenza tal-mandat tagħhom bħala Membri tal-Bord Maniġerjali.

B’deroga mill-Artikolu 49, id-Direttur Eżekuttiv li jkun inħatar skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 għandu jibqa’ fil-kariga sad-data ta’ skadenza tal-mandat tiegħu.

3. B’deroga mill-Artikolu 61, il-kuntratti kollha ta’ impjieg li jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom.

Artikolu 78

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 huwa mħassar.

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004

1.2. Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura AMB/ABB[22]

06: Mobilità u Trasport

0602: Il-politika dwar it-trasport intern, bl-ajru u t-trasport marittimu

060208: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

06020801: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea — Kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2

06020802: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea — Kontribuzzjoni għat-Titolu 3

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[23]

ý Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku(ċi) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Għanijiet/valur miżjud tal-UE bi qbil mal-istrateġija ‘Ewropa 2020’:

L-Aġenzija tikkontribwixxi għal trasport ferrovjarju interoperabbli, sigur u sostenibbli għall-ekonomija tal-UE u għaċ-ċittadini tal-UE. Dan huwa kompletament konformi mat-tliet prijoritajiet tal-istrateġija ‘Ewropa 2020’:

– Tkabbir intelliġenti: l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ogħla standards tekniċi possibbli għall-vetturi ferrovjarji u l-infrastruttura, b’hekk tippromwovi l-għarfien u l-innovazzjoni.

– Tkabbir sostenibbli: il-promozzjoni ta’ ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva. L-Aġenzija tikkontribwixxi biex tagħmel is-settur tat-trasport tal-UE aktar sostenibbli u favur l-ambjent, billi tillimita l-livell globali tal-emissjonijiet u l-konsum tal-enerġija. It-trasport bil-ferrovija se jikkontribwixxi għall-miri tal-klima/enerġija ‘20/20/20’ u għall-inizjattiva prinċipali ‘Ewropa effiċjenti fir-riżorsi’. L-Aġenzija se jkollha rwol fl-implimentazzjoni tas-settur.

– Tkabbir inklużiv: il-promozzjoni ta’ ekonomija b’livell għoli ta’ impjiegi li twassal għal koeżjoni soċjali u territorjali. Fir-rigward tar-reġjuni periferali u l-kollegament tagħhom maċ-ċentru, it-trasport ferrovjarju huwa element essenzjali sabiex tkun żgurata l-koeżjoni territorjali. Huwa jipprovdi mezz affordabbli u sostenibbli ta’ trasport għal partijiet kbar tal-popolazzjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għal mobilità soċjali akbar u żieda fl-opportunitajiet ta’ impjieg, u jgħin sabiex inaqqas id-differenza bejn il-pajjiżi u r-reġjuni l-iżjed foqra u sinjuri fl-UE.

1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku(ċi) u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

Qasam tal-baġit: 06 02

Attività tal-ABM/ABB ikkonċernata: 060208 Aġenzija Ferrovjarja Ewropea:

- Intestatura tal-baġit 06 02 08 01 — Aġenzija Ferrovjarja Ewropea — Sussidju skont it-Titoli I u II (nefqa amministrattiva)

- Intestatura tal-baġit 06 02 08 02 — Aġenzija Ferrovjarja Ewropea — Sussidju skont it-Titolu III (nefqa operazzjonali)

Għanijiet speċifiċi:

Għan speċifiku 1: Tiżdied l-effiċjenza taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja u tal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni billi jinħarġu ċertifikati uniċi tas-sikurezza, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jkunu validi fl-UE kollha, u tiġi assigurata n-nondiskriminazzjoni.

Għan speċifiku 2: Tiżdied il-koerenza tal-qafas ferrovjarju tal-UE billi jiġu mmonitorjati l-awtoritajiet ferrovjarji nazzjonali u jitnaqqas l-għadd ta' regoli ferrovjarji nazzjonali.

Għan speċifiku 3: Jitjiebu l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja tal-UE permezz ta’ assistenza akbar lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati.

Għan speċifiku 4: Assistenza lill-Kummissjoni fil-ħolqien u l-aġġornament ta’ leġiżlazzjoni sekondarja dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, li tinkludi l-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza.

Għan speċifiku 5: Jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti tal-ERTMS fl-UE u tiġi promossa l-ERTMS barra mill-UE.

Għan speċifiku 6: Tiġi żgurata ċ-ċertifikazzjoni xierqa tas-sewwieqa tal-ferroviji u kompiti oħra relatati, skont id-Direttiva 2007/59/KE.

Għan speċifiku 7: Jinżammu u jiġu aġġornati reġistri u bażijiet tad-dejta pubbliċi relatati mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja.

1.4.3. Ir-riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Riżultati marbuta mal-għanijiet speċifiċi:

Riżultat tal-għan speċifiku 1: tnaqqis fl-ispejjeż għall-applikanti u żmien iqsar għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji; kundizzjonijiet identiċi għall-applikanti kollha fl-UE; nuqqas ta' diskriminazzjoni assigurata għall-operaturi.

Riżultat tal-għan speċifiku 2: armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja tal-UE u tal-prattiċi tal-awtoritajiet nazzjonali; ċarezza u trasparenza akbar tar-rekwiżiti legali u tal-kundizzjonijiet operattivi fl-UE billi jitnaqqsu r-regoli mhux meħtieġa, it-tnejn jillimitaw il-possibbiltajiet ta’ prattiċi diskriminatorji kontra l-operaturi.

Riżultat tal-għan speċifiku 3: fehim akbar tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja mill-partijiet interessati u l-Istati Membri li jwassal għal tħaddim iżjed faċli taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; li jagħmel il-ħidma tas-servizzi differenti tal-Kummissjoni iżjed effettiva u effiċjenti.

Riżultat tal-għan speċifiku 4: Iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea ssir iżjed interoperabbli b’livell għoli ta’ sikurezza, b’benefiċċji għall-impriżi ferrovjarji, għall-klijenti u għall-passiġġieri.

Riżultat tal-għan speċifiku 5: l-ERTMS tiġi implimentata b’mod konsistenti fl-UE u bl-apparat tagħha konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ; l-istandards tal-ERTMS promossi barra mill-UE.

Riżultat tal-għan speċifiku 6: is-sewwieqa tal-ferroviji jiġu trattati b’mod konsistenti fl-UE.

Riżultat tal-għan speċifiku 7: trasparenza għall-impriżi ferrovjarji, l-Istati Membri u l-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ dejta importanti dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.

1.4.4. L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Indikaturi tal-għan speċifiku 1:

- għadd ta’ ċertifikati tas-sikurezza maħruġa;

- għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi maħruġa;

- għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji.

Indikaturi tal-għan speċifiku 2:

- għadd ta’ rapporti tal-awditjar maħruġa ta’ awtoritajiet nazzjonali;

- għadd ta’ regoli nazzjonali rtirati;

- għadd ta’ regoli nazzjonali ddikjarati bħala aċċettati b’mod reċiproku;

- riżultati oħra relatati mal-kontroll u l-monitoraġġ.

Indikaturi tal-għan speċifiku 3:

- għadd ta’ rapporti li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja;

- għadd ta’ proġetti ferrovjarji evalwati;

- għadd ta’ avvenimenti ta’ informazzjoni u taħriġ (workshops, konferenzi) organizzati;

- għadd ta’ dokumenti ta’ interpretazzjoni maħruġa;

- għadd ta’ żjarat ta’ assistenza mwettqa;

- riżultati oħra relatati ma' żieda fl-assistenza.

Indikaturi tal-għan speċifiku 4:

- għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal Speċifikazzjonijiet Tekniċi ġodda tal-Interoperabilità (TSIs) mibgħuta lill-Kummissjoni;

- għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tal-Interoperabilità (TSIs) mibgħuta lill-Kummissjoni;

- għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs) mibgħuta lill-Kummissjoni;

- għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni tal-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs) mibgħuta lill-Kummissjoni;

- għadd ta’ opinjonijiet ipprovduti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u partijiet interessati oħra;

- għadd ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u analiżijiet tal-kostijiet u l-benefiċċji maħruġa;

- riżultati oħra relatati maż-żieda fl-interoperabilità u s-sikurezza.

Indikaturi tal-għan speċifiku 5:

- għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa relatati ma’ bidliet u verżjonijiet ġodda tal-ERTMS;

- għadd ta’ rapporti pprovduti lill-Kummissjoni li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità u l-proċedura ta’ verifika tal-KE għall-apparat tal-ERTMS;

- għadd ta’ rakkomandazzjonijiet relatati mal-inkompatibbiltajiet tekniċi tal-proġetti tal-ERTMS mibgħuta lill-Kummissjoni

- riżultati oħra relatati mal-assigurazzjoni tal-iżvilupp u l-użu koerenti tal-ERTMS.

Indikaturi tal-għan speċifiku 6:

- għadd ta’ sewwieqa tal-ferrovija ċċertifikati skont id-Direttiva dwar is-sewwieqa tal-ferroviji;

- riżultati oħra relatati mal-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-sewwieqa tal-ferroviji.

Indikaturi tal-għan speċifiku 7:

- għadd ta’ bażijiet tad-dejta u reġistri pubbliċi stabbiliti u mmaniġġjati;

- riżultati oħra relatati mat-trasparenza tad-dejta marbuta mal-ferroviji.

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħqu fuq medda qasira jew fuq medda twila ta’ żmien

L-ERA titħalla tipparteċipa f’attivitajiet ġodda u tkompli tkopri b’mod suffiċjenti l-kompiti eżistenti neċessarji sabiex jinkiseb suq ferrovjarju intern kompletament interoperabbli u sigur (Żona Ferrovjarja Unika Ewropea).

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-involviment preżenti tal-UE (il-kompiti tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea) huwa stabbilit fir-Regolament fundatur tal-ERA 881/2004. Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/49/KE, id-Direttiva 2008/57/KE u d-Direttiva 2007/59/KE taw direttament jew indirettament kompiti oħra lill-Aġenzija. Bl-istess mod, għadd kbir ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li ġiet adottata mill-Kummissjoni skont id-Direttivi hawn fuq imsemmija, b’mod partikolari t-TSIs, is-CSMs u s-CSTs, kellhom impatt fuq l-attivitajiet u l-ħidma tal-ERA. Ir-Regolament preżenti għandu l-għan li jgħaqqad il-kompiti eżistenti kollha tal-Aġenzija f’att legali wieħed, u jestendi r-rwol tal-ERA għal oqsma fejn ikun ġustifikat.

Bi qbil mal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 (Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti) u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt li qiegħda takkumpanja l-inizjattiva preżenti, din il-proposta se tipprovdi aktar valur miżjud tal-UE billi telimina l-ostakoli tekniċi u amministrattivi eżistenti fis-settur ferrovjarju, b’mod partikolari billi:

- tagħmel l-awtorizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji iżjed effiċjenti (irħas u aktar mgħaġġla) u imparzjali, billi ttellagħhom fil-livell tal-UE;

- iżżid il-koerenza u l-applikazzjoni tal-acquis ferrovjarju tal-UE billi tippermetti lill-Aġenzija li timmonitorja l-funzjonament tal-awtoritajiet nazzjonali attivi fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja;

- tiffaċilita progress aktar mgħaġġel lejn standards ferrovjarji tassew komuni tal-UE billi żżid l-azzjoni tal-ERA biex tnaqqas ir-regoli ferrovjarji nazzjonali;

- ittejjeb in-nefqa tal-fondi tal-UE għall-ferroviji (TEN, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fondi Strutturali, il-programmi ta’ riċerka, eċċ.).

L-involviment tal-UE permezz tal-ERA jippermetti valur miżjud ogħla bis-saħħa ta’:

- l-użu ta’ struttura ddedikata u persunal kwalifikat, li xi wħud minnhom diġà huma disponibbli;

- l-esperjenza pożittiva b’metodi ppruvati u ttestjati (pereżempju, bl-użu tan-netwerk stabbilit u funzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza);

- l-oġġettività u l-imparzjalità tagħha, apprezzati ħafna mill-partijiet interessati.

1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-ERA u l-funzjonament tal-Aġenzija (2009-2010) u l-evalwazzjoni ġenerali tal-Aġenziji tal-UE fl-2009, it-tnejn urew il-valur miżjud ipprovdut mill-Aġenzija.

Din l-inizjattiva tfittex li tapplika (billi tirrevedi r-Regolament dwar l-ERA) ir-rakkomandazzjonijiet mill-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-ERA, tal-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji deċentralizzati, b’mod partikolari fir-rigward tal-istruttura interna, il-governanza u l-funzjonament.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta hija konformi mal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011, partikolarment mal-inizjattivi 1 u 19.

"- Il-ksib ta' awtorizzazzjoni unika għat-tip ta' veikolu u ċertifikazzjoni unika tas-sikurezza ta' impriża ferrovjarja bit-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA).

- Titjib tar-rwol tal-ERA fil-kamp tas-sikurezza ferrovjarja, partikolarment fis-superviżjoni tal-miżuri nazzjonali ta' sikurezza meħuda mill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza u l-armonizzazzjoni progressiva."

Il-proposta hija konsistenti mal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari d-Direttivi 2004/49 (id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferroviji) u 2008/57 (id-Direttiva dwar l-Interoperabilità tas-Sistema Ferrovjarja) li se jiġu emendati wkoll bħala parti minn din l-inizjattiva. It-tliet atti riveduti huma interkonnessi u għandhom l-għan li jneħħu l-ostakoli amministrattivi u tekniċi li fadal, b’mod partikolari billi jistabbilixxu approċċ komuni għar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabilità sabiex jiżdiedu l-ekonomiji ta’ skala għall-impriżi ferrovjarji attivi madwar l-UE, jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi u jiġu aċċellerati l-proċeduri amministrattivi, kif ukoll sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni moħbija.

Barra minn hekk, din l-inizjattiva hija parti mir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju li huwa aktar wiesa’ u li se jkollu l-għan — minbarra l-għan imsemmi hawn fuq — li jiftaħ is-suq tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u jottimizza l-governanza tal-amministrazzjoni tal-infrastruttura; huma mistennija sinerġiji speċjalment fir-rigward tat-tnaqqis tad-diskriminazzjoni b'rabta mal-aċċess għall-infrastruttura, u b’hekk jitnaqqsu l-ostakoli għall-aċċess ta’ min jidħol ġdid.

Hemm ukoll sinerġija importanti bejn il-kompiti riveduti tal-ERA u l-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji, fir-rigward ta’ valur għall-flus u effiċjenza akbar tal-proġetti ffinanzjati mill-fondi tal-UE.

Barra minn hekk, din l-inizjattiva hija konsistenti ma’ u timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji deċentralizzati, kif ukoll mal-evalwazzjoni tal-ERA.

Fl-aħħar nett, din l-inizjattiva tfittex li tinkludi fir-Regolament dwar l-ERA għadd ta’ kompiti u attivitajiet li kienu assenjati lill-Aġenzija minn atti oħra, b’mod partikolari d-Direttiva 2007/59/KE, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi dwar l-Interoperabilità (TSIs) u l-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs).

1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien illimitat

– Implimentazzjoni b’perjodu inizjali mill-2015 sal-2020,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i)[24]

¨ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

x Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– x korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[25]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-aġenziji kollha tal-UE jaħdmu taħt sistema stretta ta’ monitoraġġ li tinvolvi kapaċità tal-awditjar intern, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, il-Bord Maniġerjali, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Awtorità Baġitarja. Din is-sistema kif stabbilita fir-Regolament fundatur tal-ERA se tkompli tapplika.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/riskji identifikat(i)

Xejn

2.2.2. Metodu/metodi ta’ kontroll previst(i)

Mhux applikabbli

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-miżuri kontra l-frodi huma inklużi fir-Regolament fundatur tal-ERA taħt l-Artikolu 41 u se jkomplu japplikaw.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/linji tal-baġit affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni] || Diff./mhux diff. ([26]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[27] || mill-pajjiżi kandidati[28] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1.1 || 06.02.08 [intestatura tal-baġit tal-ERA] || Mhux diff. || IVA || LE || LE || LE

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

Qabel ma wieħed jidħol fid-dettallji tal-impatt stmat tal-proposta preżenti, huwa importanti li jkun enfasizzat li l-impatt stmat, f'dan l-istadju, ikun provviżorju minħabba li huwa suġġett għall-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 min-naħa tal-Awtorità Baġitarja.

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (prezzijiet attwali, sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ: MOVE || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL 2015-2020

Ÿ Approprjazzjonijiet amministrattivi || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit 06.02.08 [Intestatura tal-baġit tal-ERA] Bażi: - Bidu - DB 2013 ta' € 25M, - taxxa ta' 2% applikata lill-persunal fl-2014-2017, - żieda ta' 1% tal-baġit fis-sena minħabba aġġustament annwali. Mill-2017 ’il quddiem jidħol fis-seħħ dħul estern minn tariffi u imposti u għalhekk ma ssir l-ebda talba fuq il-baġit tal-UE fir-rigward ta’ persunal ġdid. || Impenji || (1) || 25.613 (li jinkludu 0.113 għall-kompiti ġodda) || 26  (li jinkludu 0.3 għall-kompiti ġodda) || 26 (0 għall-kompiti ġodda) || 26.25 (0 għall-kompiti ġodda) || 26.5 (0 għall-kompiti ġodda) || 26.75 (0 għall-kompiti ġodda) || 157.113 (li 0.413 minnhom sabiex ikopru l-kompiti ġodda fis-snin 2015-2016)

Pagamenti || (2) || 25.613 || 26 || 26 || 26.25 || 26.5 || 26.75 || 157.113

Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ MOVE || Impenji || (5)=1+3 || 25.613 || 26 || 26 || 26.25 || 26.5 || 26.75 || 157.113 (li 0.413 minnhom sabiex ikopru l-kompiti ġodda fis-snin 2015-2016)

Pagamenti || (6)=2+4 || 25.613 || 26 || 26 || 26.25 || 26.5 || 26.75 || 157.113

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =5 || 25.613 || 26 || 26 || 26.25 || 26.5 || 26.75 || 157.113 (li 0.413 minnhom sabiex ikopru l-kompiti ġodda fis-snin 2015-2016)

Pagamenti || =6 || 25.613 || 26 || 26 || 26.25 || 26.5 || 26.75 || 157.113

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ’ Nefqa amministrattiva ‘

EUR miljun (prezzijiet attwali, sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL 2015-2020

DĠ: MOVE ||

Ÿ Riżorsi umani Bażi: il-livell preżenti tal-baġit għall-persunal fid-DĠ MOVE li jieħu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-ERA (EUR0.655 M – 5 membri tal-persunal) applikat kull sena + 1 % aġġustament annwali || 0.655 || 0.66 || 0.665 || 0.67 || 0.675 || 0.68 || 4.005

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL tad-DĠ MOVE || Approprjazzjonijiet || 0.655 || 0.66 || 0.665 || 0.67 || 0.675 || 0.68 || 4.005

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.655 || 0.66 || 0.665 || 0.67 || 0.675 || 0.68 || 4.005

EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 26.268 || 26.66 || 26.665 || 26.92 || 27.175 || 27.43 || 161.118

Pagamenti || 26.268 || 26.66 || 26.665 || 26.92 || 27.175 || 27.43 || 161.118

3.2.2. Abbozz propost tat-tabella tal-persunal għall-ERA 2015-2020

IL-PERSUNAL ĠDID KOLLU JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TARIFFI U IMPOSTI ESTERNI MILL-2017:

Persunal propost għall-ERA 2015-2020 [Bażi: 143 pjan ta' stabbiliment, persunal fl-2013 u 2 % taxxi sal-2017 (-2-3 persuna fis-sena)] || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Gradi AD || || 101 || 100 || 99 || 99 || 99 || 99

Gradi AD ġodda || || 0 || 0 || 12 || 14 || 14 || 14

Total ta' AD || || 101 || 100 || 111 || 113 || 113 || 113

Gradi AST || || 37 || 36 || 34 || 34 || 34 || 34

Gradi AST ġodda || || 0 || 0 || 4 || 4 || 4 || 4

Total ta' AST || || 37 || 36 || 38 || 38 || 38 || 38

Sottototal, Karigi stabbilitis || || 138 || 136 || 149 || 151 || 151 || 151

SNEs || || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

SNEs ġodda || || 2 || 5 || 12 || 13 || 13 || 13

Total ta' SNEs || || 8 || 11 || 18 || 19 || 19 || 19

Aġenti kuntrattwali || || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15

Aġenti kuntrattwali ġodda || || 1 || 3 || 7 || 9 || 10 || 12

Total ta' aġenti kuntrattwali || || 16 || 18 || 22 || 24 || 25 || 27

Karigi ġodda kumulattivi || || 5 || 10 || 35 || 40 || 41 || 43

Impatt fuq l-EPP || || 0 || 0 || 16 || 18 || 18 || 18

TOTAL ĠENERALI || || 162 || 165 || 189 || 194 || 195 || 197

|| || || || || || ||

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi u operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi u amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

– Jekk jogħġbok innota li r-riżultati mogħtija hawn taħt jirrigwardaw il-baġit totali tal-ERA (Titoli 1+2+3).

– Jekk jogħġbok innota li l-kost tar-riżultati fl-Għan speċifiku Nru 1 se jikkostitwixxi dħul għall-ERA: l-Aġenzija se tiċċarġja lill-applikanti esterni għall-ħruġ ta’ dawn id-dokumenti. Għalhekk, huma mmarkati fil-parentesi u mhumiex miżjuda mas-somma totali tal-kostijiet għar-riżultati kollha.

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL ||

||

Tip ta’ riżultat[29] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għaddta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għaddta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[30]: Tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja billi jinħarġu ċertifikati uniċi tas-sikurezza, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jkunu validi fl-UE kollha, u jkun żgurat in-nuqqas ta' diskriminazzjoni. || || || || || || || || || || || || || ||

Ċertifikati uniċi tas-sikurezza || Għadd ta’ ċertifikati tas-sikurezza maħruġa || (0.01) - se jiġi kopert permezz ta’ tariffi u imposti || 0 || || 0 || || 110 || (1.1) || 110 || (1.1) || 110 || (1.1) || 110 || (1.1) || 440 || (4.4) jiġi kopert permezz ta’ tariffi u imposti

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi || Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi || (0.017) - jiġi kopert permezz ta’ tariffi u imposti || 0 || || 0 || || 456 || (7.752) || 452 || (7.684) || 449 || (7.632) || 447 || (7.598) || 1804 || (30.67) jiġi kopert permezz ta’ tariffi u imposti

Awtorità tas-Sistema għall-ERTMS || Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji || (0.05) jiġi kopert permezz ta’ tariffi u imposti || 0 || || 0 || || 30 || (1.5) || 32 || (1.6) || 35 || (1.75) || 40 || (2) || 137 || (6.85) jiġi kopert permezz ta’ tariffi u imposti

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || (10.352) || || (10.384) || || (10.482) || || (10.698) || || (41.92)

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2: Tiżdied il-koerenza tal-qafas ferrovjarju tal-UE billi jiġu mmonitorjati l-awtoritajiet ferrovjarji nazzjonali u billi jitnaqqas l-għadd tar-regoli ferrovjarji nazzjonali || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali

Monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali || Għadd ta’ rapporti tal-awditjar maħruġa || 0.2 || 2 || 0.4 || 3 || 0.6 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 5 || 1 || 25 || 5

Tnaqqis fir-regoli nazzjonali diverġenti u żieda fl-aċċettazzjoni reċiproka || Għadd ta’ regoli nazzjonali rtirati || 0.0015 || 1000 || 1.5 || 1500 || 2.25 || 1500 || 2.25 || 2000 || 3 || 1500 || 2.25 || 1500 || 2.25 || 9000 || 13.5

Għadd ta’ regoli nazzjonali ddikjarati bħala aċċettati b’mod reċiproku || 0.001 || 1000 || 1.0 || 1000 || 1.0 || 1000 || 1.0 || 1000 || 1.0 || 1000 || 1.0 || 1000 || 1.0 || 8000 || 6.0

Oħrajn || Riżultati oħra relatati mal-kontroll u l-monitoraġġ || 0.001 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 125 || 0.125 || 125 || 0.125 || 150 || 0.15 || 150 || 0.15 || 750 || 0.75

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || 25.25

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3: Jitjiebu l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja tal-UE permezz ta’ assistenza akbar lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati, u kompiti oħra || || || || || || || || || || || || || ||

Assistenza lill-Kummissjoni || Għadd ta’ rapporti li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja || 0.1 || 3 || 0.3 || 5 || 0.5 || 7 || 0.7 || 10 || 1 || 14 || 1 || 18 || 1 || 57 || 5.7

Għadd ta’ proġetti ferrovjarji evalwati || 0.05 || 5 || 0.25 || 7 || 0.35 || 10 || 0.5 || 15 || 0.75 || 20 || 1 || 25 || 1.25 || 82 || 4.1

Assistenza lill-Istati Membri u lil partijiet oħra interessati || Għadd ta’ avvenimenti ta’ informazzjoni u taħriġ (workshops, konferenzi) organizzati || 0.1 || 5 || 0.5 || 7 || 0.7 || 10 || 1 || 12 || 1.2 || 14 || 1.4 || 16 || 1.6 || 64 || 6.4

Għadd ta’ dokumenti ta’ interpretazzjoni maħruġa || 0.1 || 2 || 0.2 || 2 || 0.2 || 4 || 0.4 || 8 || 0.8 || 10 || 1 || 10 || 1 || 36 || 3.6

Għadd ta’ żjarat ta’ assistenza mwettqa || 0.1 || 2 || 0.2 || 4 || 0.4 || 8 || 0.8 || 10 || 1 || 10 || 1 || 12 || 1.2 || 46 || 4.6

Kompiti oħra || Riżultati oħra relatati maż-żieda fl-assistenza || 0.001 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 600 || 0.6

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 3 || || || || || || || || || || || || || || 25

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4: Assistenza lill-Kummissjoni fil-ħolqien u l-aġġornament ta’ leġislazzjoni sekondarja dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, li tinkludi l-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali

Żieda fl-interoperabilità || Għadd ta’ TSIs ġodda mibgħuta lill-Kummissjoni || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 4 || 4

Għadd ta’ TSIs riveduti mibgħuta lill-Kummissjoni || 0.6 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 24 || 14.4

Żieda fil-livell tas-sikurezza || Għadd ta’ CSMs ġodda mibgħuta lill-Kummissjoni || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 4 || 4

Għadd ta’ CSMs riveduti mibgħuta lill-Kummissjoni || 0.6 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 4 || 2.4 || 24 || 14.4

Iffaċilitar tat-tħaddim taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea || Għadd ta’ opinjonijiet ipprovduti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati || 0.2 || 6 || 1.2 || 6 || 1.2 || 8 || 1.6 || 8 || 1.6 || 8 || 1.6 || 8 || 1.6 || 44 || 8.8

Għadd ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u analiżijiet tal-kostijiet u l-benefiċċji maħruġa || 0.06 || 20 || 1.2 || 20 || 12 || 25 || 1.5 || 27 || 1.62 || 29 || 1.74 || 30 || 1.8 || 151 || 9.06

Oħrajn || Riżultati oħra marbuta maż-żieda fl-interoperabilità u s-sikurezza || 0.006 || 50 || 0.3 || 80 || 0.48 || 80 || 0.48 || 80 || 0.48 || 80 || 0.48 || 80 || 0.48 || 450 || 2.7

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 4 || || || || || || || || || || || || || || 57.36

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 5: Jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti tal-ERTMS fl-UE u tiġi promossa l-ERTMS barra mill-UE || || || || || || || || || || || || || ||

Awtorità tas-Sistema għall-ERTMS || Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa għal bidliet u verżjonijiet ġodda tal-ERTMS || 0.7 || 2 || 1.4 || 2 || 1.4 || 4 || 2.8 || 5 || 3.5 || 6 || 4.2 || 8 || 5.6 || 27 || 18.9

Verifika tal-implimentazzjoni tal-ERTMS || Għadd ta’ rapporti maħruġa li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità u l-proċedura ta’ verifika tal-KE għall-apparat tal-ERTMS || 0.04 || 8 || 0.32 || 12 || 0.48 || 20 || 0.8           || 25 || 1 || 30 || 1.2 || 30 || 1.2 || 125 || 5

Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa relatati mal-inkompatibbiltajiet tekniċi tal-proġetti tal-ERTMS || 0.1 || 3 || 0.3 || 3 || 0.3 || 5 || 0.5 || 8 || 0.8 || 10 || 1 || 12 || 1.2 || 41 || 4.1

Kompiti oħra || Riżultati oħra relatati mal-assigurazzjoni tal-iżvilupp u l-użu koerenti tal-ERTMS || 0.001 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 100 || 0.1 || 600 || 0.6

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 5 || || || || || || || || || || || || || || 28.6

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 6: Tiġi żgurata ċ-ċertifikazzjoni xierqa tas-sewwieqa tal-ferroviji u kompiti oħra relatati, skont id-Direttiva 2007/59/KE || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali

Armonizzazzjoni tal-kriterji għas-sewwieqa tal-ferroviji || Għadd ta’ miżuri li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet tas-sewwieqa tal-ferroviji maħruġa skont id-Direttiva dwar is-sewwieqa tal-ferroviji || 0.6 || 2 || 1.2 || 2 || 1.2 || 2 || 1.2 || 2 || 1.2 || 2 || 1.2 || 2 || 1.2 || 12 || 7.2

Riżultati oħra || 0.001 || 10 || 0.01 || 10 || 0.01 || 10 || 0.01 || 10 || 0.01 || 10 || 0.01 || 10 || 0.01 || 60 || 0.6

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 6 || || || || || || || || || || || || || || 7.8

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 7: Jinżammu u jiġu aġġornati reġistri u bażijiet tad-dejta pubbliċi relatati mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja || || || || || || || || || || || || || ||

Trasparenza għall-partijiet interessati u għall-pubbliku rigward id-dejta dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja || Għadd ta' bażijiet tad-dejta u reġistri pubbliċi stabbiliti u mmaniġġjati || 0.1 || 15 || 1.5 || 17 || 1.7 || 20 || 2 || 20 || 2 || 25 || 2.5 || 25 || 2.5 || 122 || 12.2

Riżultati oħra || 0.001 || 10 || 0.01 || 10 || 0.01 || 15 || 0.015 || 15 || 0.015 || 15 || 0.015 || 15 || 0.015 || 80 || 0.8

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 7 || || || || || || || || || || || || || || 13

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || 157.01

3.2.4. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4.1. Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Bażi għall-kalkolazzjonijiet: il-persunal preżenti fid-DĠ MOVE li jieħu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-ERA (5 persuni, EUR 0.131 M għal kull persuna/sena u 1 % aġġustament annwali) applikat għal kull sena; l-ebda żieda minħabba s-setgħat miżjuda tal-ERA

EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL 2015-2020

Uffiċjali (Gradi AD) || 0.655 || 0.66 || 0.665 || 0.67 || 0.675 || 0.68 || 4.005

Uffiċjali (Gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Aġenti kuntrattwali || || || || || || ||

Aġenti temporanji || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Esperti Nazzjonali Sekondati || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 0.655 || 0.66 || 0.665 || 0.67 || 0.675 || 0.68 || 4.005

3.2.4.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Bażi għall-kalkolazzjonijiet: il-persunal preżenti fid-DĠ MOVE li jieħu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-ERA (5 persuni, EUR 0.131 M għal kull persuna/sena) applikat għal kull sena; l-ebda żieda minħabba s-setgħat miżjuda tal-ERA

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali

|| 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Ÿ Karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[31]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-‘pakkett globali’) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 04 yy [32] || - fil-Kwartieri Ġenerali[33] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

- fid-delegazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE — Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

10 01 05 02 (CA, INT, SNE — Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati b’persunal mid-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-persunal eżistenti fid-DĠ MOVE jieħu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-ERA, fosthom: - ġestjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija (Deċiżjonijiet u Regolamenti tal-Kummissjoni) fil-qasam tas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja; - koordinazzjoni amministrattiva u kontroll fuq l-ERA: il-programmi ta’ ħidma, il-pjanijiet pluriennali tal-politika dwar il-persunal, il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali u s-sottokumitat tiegħu; - koordinazzjoni tal-politika: parteċipazzjoni fil-gruppi ta’ ħidma tal-ERA, il-kontenut tal-programm ta’ ħidma, il-mandati mill-Kummissjoni lill-ERA, il-laqgħat fil-livell ta’ ħidma; - ġestjoni tal-opinjonijiet tal-ERA; - responsabbiltajiet finanzjarji u kontabilistiċi fir-rigward tal-ERA min-naħa tal-Kummissjoni (baġit, kwittanza, eċċ.).

Persunal estern ||

3.2.5. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti

– ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti.

– x Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’tip ta’ programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

L-intestatura tal-baġit tal-ERA (06.02.08) trid tiġi aġġustata għall-ammont speċifikat f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja (total ta’ EUR 157.113 M għall-perjodu 2015-2020).

Għalissa, fil-qafas finanzjarju huma inklużi biss ammonti indikattivi għall-aġenziji. L-ammont indikattiv għall-ERA ġie stmat qabel ma saru magħrufa r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt u kalkoli oħra marbuta ma’ din l-inizjattiva.

Għall-perjodu 2015-2020, l-istatus tal-ERA se jinbidel minn ‘aġenzija li qiegħda taħdem b’mod stabbli’ għal ‘aġenzija b’kompiti ġodda’.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[34].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.6. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Il-kontribuzzjoni tal-EFTA min-Norveġja u l-Islanda kkalkulata għal 2% tal-baġit || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 3

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 3

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt fuq id-dħul.

– x Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– x fuq ir-riżorsi proprji

– ¨ fuq dħul mixxellanju

EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti || Impatt tal-proposta/inizjattiva[35]

2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Intestatura tal-baġit tal-ERA 06.02.08 || || || || 10.352 || 10.384 || 10.482 || 10.698

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Xi wħud mill-kompiti l-ġodda previsti għall-ERA (ċertifikati tas-sikurezza, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji) se jippermettu li l-applikanti esterni jintalbu ħlas għall-ħruġ tagħhom.

Skont il-valutazzjoni tal-impatt, dawn il-kompiti ġodda se jibdew fl-2017 u d-dħul għall-ERA ġie kkalkulat kif ġej:

          - kost tal-ħruġ ta’ ċertifikat tas-sikurezza: EUR0.01m

          - kost tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ vettura: EUR0.017m

          - kost tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistema ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji: EUR0.05m

          - in-numri rispettivi għal kull tip ta’ deċiżjoni maħruġa kull sena huma pprovduti fit-tabella 3.2.3.

Sommarju tal-metodu ta’ kalkolazzjoni:

It-tariffi ppreżentati fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ġew ikkalkulati billi ttieħdet il-medja tat-tariffi preżenti mħallsa mill-operaturi li jkunu jixtiequ jiksbu ċertifikat tas-sikurezza jew jiksbu awtorizzazzjoni għall-vettura fl-UE; intuża approċċ simili fil-każ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji. Kien hemm varjazzjoni kbira fit-tariffi mħallsa, u differenza sostanzjali wkoll bejn it-tariffi mħallsa fl-Istati Membri tal-UE15 (madwar EUR 20,000 għaċ-ċertifikati tas-sikurezza u EUR 28,000 għall-awtorizzazzjonijiet) u t-tariffi mħallsa fl-Istati Membri tal-UE12 (madwar EUR 3,000 għaċ-ċertifikati tas-sikurezza u EUR 17,000 għall-awtorizzazzjonijiet). Fl-istabbiliment tal-valur futur ta’ dawn it-tariffi ġie preżunt li, minħabba: il-kost tal-persunal fl-Aġenzija, il-proċessi aktar simplifikati għat-trattament tal-applikazzjonijiet, valur qrib il-punt tan-nofs tal-medja baxxa u l-medja għolja jkun l-iżjed triq xierqa ’l quddiem.

Importanti li jiġi nnotat li l-kalkoli stabbiliti għat-tariffi huma medji tul it-tipi kollha ta’ ċertifikati tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet tal-vetturi; kienu identifikati 4 tipi ta’ ċertifikati tas-sikurezza u 20 tip ta’ awtorizzazzjoni tal-vettura fl-istudju b’appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt. Għalkemm il-proċess ta’ “ċentralizzazzjoni” tal-ERA se jwassal għal tnaqqis fl-ammont ta’ tipi ta’ ċertifikati u awtorizzazzjonijiet, xorta se jkun hemm kategoriji multipli. Pereżempju, xorta se jkun hemm proċess differenti għall-awtorizzazzjoni ta’ lokomotiva u vagun. Bħala tali, trid issir differenza fit-tariffi għal dawn iż-żewġ kategoriji. B’mod partikolari, it-tariffi għall-awtorizzazzjoni tal-vaguni se jkunu aktar baxxi mill-medja u t-tariffi għal-lokomotivi u għal unitajiet multipli se jkunu ogħla.

In-numru (prezz għal kull awtorizzazzjoni/ċertifikat) li ġie kkalkulat fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt huwa maħsub li jkun medja, hija l-Aġenzija li trid tiddefinixxi t-tariffi eżatti għall-kategoriji differenti sabiex jiġi assigurat li l-medja tat-tariffi miġbura kienet daqs, jew ogħla minn din il-medja. Madankollu, l-għan tal-kalkolu huwa li jipprovdi stima realistika iżda konservattiva tad-dħul għall-Aġenzija, u mhux eskluż li t-tariffi li għandhom jiġu imposti jistgħu fil-fatt iwasslu għal valur medju ogħla, jekk ikun meħtieġ u ġustifikat.

F’termini tal-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet u ċertifikazzjonijiet, dawn kienu kkalkulati mil-livell attwali ta’ awtorizzazzjonijiet u ċertifikazzjonijiet. Għas-snin futuri, fir-rigward taċ-ċertifikati tas-sikurezza, ġie preżunt li n-numru ta’ dawk li jidħlu ġodda fis-suq iwassal għal żieda fin-numru ta’ ċertifikati tas-sikurezza maħruġa maż-żmien filwaqt li l-fatt li jista’ jkun hemm bidla fit-tipi ta’ ċertifikati tas-sikurezza jista’ jnaqqas dak in-numru. Għalhekk, bħala stima konservattiva ġie preżunt li m’hemmx bidla fin-numru totali annwali ta’ ċertifikati tas-sikurezza.

Għall-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi, l-approċċ kien daqsxejn differenti: il-mudell jibda mil-livelli eżistenti ta’ awtorizzazzjonijiet kif ipprovduti mill-partijiet interessati u diversi studji. Madankollu, filwaqt li huwa probabbli li jkun hemm aktar li jidħlu fis-suq u għalhekk f’termini assoluti aktar vetturi x’jiġu awtorizzati, dawk li jidħlu ġodda huma iżjed probabbli li jużaw teknoloġija ppruvata u bħala tali vetturi ferrovjarji li diġà jkunu ġew iċċertifikati. Barra minn hekk, hekk kif l-industrija tistandardizza ruħha, fil-ġejjieni huwa probabbli li jkun hemm inqas tipi ta’ vetturi x’jiġu awtorizzati, li jwassal għal tnaqqis żgħir fin-numru ta’ awtorizzazzjonijiet. Għal darba oħra, il-mudell qasam il-valutazzjoni fl-Istati Membri tal-UE15 u tal-UE12.

Id-DĠ MOVE jħoss li l-kalkoli huma b'saħħithom u bbażati sewwa fuq dejta eżistenti u verifikabbli miksuba mill-partijiet interessati u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. Aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija hija pprovduta fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt li qiegħed jakkumpanja din il-proposta, b’mod partikolari l-Anness VII tiegħu.           

[1]               http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/127599.pdf.

[2]               COM(2012) 299 finali.

[3]               COM(2012) 259 finali.

[4]               http://ec.europa.eu/transport/evaluations/doc/2011_era-evaluation-881-2004.pdf.

[5]               ĠU C … p ….

[6]               ĠU C … p ….

[7]               ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

[8]               ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

[9]               ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[10]               ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

[11]               Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali biex iġibu ’l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).

[12]               ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13

[13]               ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1

[14]             ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22

[15]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

[16]             ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.

[17]             Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

[18]             ĠU 17, 6.10.1958, p. 385

[19]             ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[20]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1

[21]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2

[22]             ABM: Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività –—– ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[23]             Kif imsemmija fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[24]             Dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html.

[25]             Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[26]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[27]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[28]               Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[29]               Riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[30]               Kif deskritt fis-Sezzjoni 1.4.2. "‘"Għan(ijiet) speċifiku(ċi)…’.

[31]               CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("(‘("Intérimaire");’);"); JED= "‘"Jeune Expert en Délégation’ (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat.

[32]               Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (linji "‘"BA’ preċedenti).

[33]               Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[34]               Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[35]               Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.