Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika /* COM/2013/014 final - 2013/0009 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
KUNTEST TAL-PROPOSTA
Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet
tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
(“ir-Regolament bażiku”) fil-proċediment antidumping li jikkonċerna
l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika. Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’
investigazzjoni li saret f’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali
stabbiliti fir-Regolament bażiku. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam
tal-proposta Ma ġewx imposti miżuri provviżorji f’dan
il-każ. Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra
tal-Unjoni Mhux applikabbli.
2.
RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET
INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati
mill-proċediment kellhom il-possibilità li jiddefendu l-interessi tagħhom matul
l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ esperti esterni. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta
mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma fihx dispożizzjonijiet
għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta'
kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu vvalutati.
3.
ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA
Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta mehmuża għal Regolament
tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet definittivi dwar id-dumping, il-ħsara,
il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Għalhekk ġie propost li l-Kunsill jadotta
l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard
mit-22 ta’ Frar 2013. Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni
kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux
membri tal-Komunità Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva
tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta
fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni
nazzjonali. L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u
amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet
reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jitnaqqas kemm jista'
jkun u jkun proporzjonat mal-mira tal-proposta, mhix applikabbli. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa minħabba
r-raġuni li ġejja: Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa minħabba li
r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi.
4.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-Unjoni. 2013/0009 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq
l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra
r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea[1]
(“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta
mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni
mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1.
Il-PROĊEDURA 1.1.
Bidu (1)
Fil-25 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni
Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, b’avviż ("NOI") ippubblikat f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[2],
il-bidu ta’ proċediment antidumping (“proċediment AD” jew “il-proċediment”)
fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijoetanol li joriġinaw
mill-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti tal-Amerika” jew “il-pajjiż
ikkonċernat”). (2)
Fl-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż
ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[3], il-bidu ta’ proċediment kontra
s-sussidji fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijoetanol li
joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u bdiet investigazzjoni separata
(“proċediment AS”). Dan il-proċediment se jintemm
fil-21 ta' Diċembru 2012 mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri
kumpensatorji. (3)
Il-proċediment AD inbeda wara lment ippreżentat
fit-12 ta' Ottubru 2011 mill-European Producers Union of
Renewable Ethanol Association (ePURE) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li
jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’
bijoetanol. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping
tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li jirriżulta minnu, li kien
ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni. 1.2.
Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment (4)
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-ilmentatur,
lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fil-Istati
Uniti tal-Amerika, lill-importaturi, u lil partijiet oħra magħrufa li huma
kkonċernati, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar
il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li
jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien
stabbilit fin-notifika ta' bidu. (5)
Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew
li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw
seduta ta’ smigħ. 1.2.1.
Teħid ta’ kampjuni ta’
esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (6)
Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’
esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika, kien previst it-teħid ta’
kampjuni fin-notifika ta’ bidu b’mod konformi mal-Artikolu 17
tar-Regolament bażiku. (7)
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk
it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun,
l-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika ntalbu jippreżentaw ruħhom
fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jirrispondu
għal formola ta' teħid ta' kampjuni li tipprovdi, kif speċifikat fin-notifika
ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati
mal-produzzjoni u l-bejgħ ta' bijoetanol matul il-perjodu
mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011
(“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew “il-PI”). (8)
L-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Uniti kienu
kkonsultati wkoll għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. (9)
Aktar minn 60 esportatur/produttur ippreżentaw
ruħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat ta' 15-il jum. (10)
B’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament
bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-akbar kwantità
rappreżentattiva ta’ esportazzjonijiet ta’ bijoetanol lill-Unjoni li setgħet
tiġi raġonevolment investigata fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien
jikkonsisti minn sitt produtturi ta' bijoetanol tal-Istati Uniti (kampjun
tal-Istati Uniti). (11)
Matul l-investigazzjoni nstab li l-produzzjoni ta'
produttur wieħed inkluż fil-kampjun tal-Istati Uniti ma ġietx esportata lejn
l-Unjoni fil-PI. Għaldaqstant, din il-kumpanija tneħħiet mill-kampjun. (12)
Minkejja li l-produtturi l-oħra fil-kampjun qalu li
esportaw bijoetanol lejn l-Unjoni fil-formola tat-teħid tal-kampjuni tagħhom,
l-investigazzjoni wriet li ħadd minnhom ma esporta bijoetanol lejn is-suq
tal-Unjoni. Huma kienu qed ibigħu domestikament lil operaturi tas-suq/blenders
mhux relatati li mbagħad ħalltuh ma' gażolina u bigħuh mill-ġdid fis-suq
domestiku u għall-esportazzjoni b'mod partikolari lejn l-Unjoni. Matul
l-investigazzjoni fuq il-post, deher ċar li, għall-kuntrarju tal-impressjoni li
ttieħdet mill-informazzjoni pprovduta fil-formoli tal-kampjuni tal-produtturi
tal-Istati Uniti fil-kampjun, sistematikament dawk il-produtturi ma kinux
konxji jekk il-produzzjoni tagħhom kenitx maħsuba għas-suq tal-Unjoni jew xi
destinazzjoni oħra fosthom is-suq tal-Istati Uniti u ma kellhom l-ebda informazzjoni
dwar il-prezzijiet tal-bejgħ tal-operaturi tas-suq/blenders. Dan ifisser li
l-produtturi tal-Istati Uniti ta' bijoetanol mhumiex l-esportaturi tal-prodott
ikkonċernat lejn l-Unjoni. L-esportaturi huma l-operaturi tas-suq/blenders.
B'hekk, id-dejta miġbura u vverifikata fil-livell tal-kampjun tal-Istati Uniti
fl-istadju provviżorju ma kenitx tippermetti li jiġi stabbilit jekk
il-bijoetanol tal-Istati Uniti kienx esportat bi prezzijiet ta' dumping lejn
l-Unjoni matul il-PI. (13)
Għaldaqstant ma setgħu jiġu imposti l-ebda miżuri
antidumping f'dak iż-żmien. (14)
Sabiex jidentifika l-esportazzjonijiet
tal-bijoetanol lejn l-Unjoni, il-kampjun tal-Istati Uniti kien jiddependi
prinċipalment fuq dejta pprovduta lilhom minn blenders/operaturi tas-suq mhux
relatati li ma kinux ġew investigati fl-istadju provviżorju. Għalkemm fi stadju
provviżorju tali operatur tas-suq ikkoopera fl-investigazzjoni u pprovda dejta
addizzjonali, dik id-dejta ma kenitx biżżejjed biex tistabbilixxi b'mod preċiż
u kredibbli d-dejta meħtieġa għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini tad-dumping. (15)
Sabiex titlesta l-investigazzjoni dwar id-dumping,
kien għalhekk ikkunsidrat bżonnjuż li minflok tiġi bbażata fuq id-dejta ta'
operaturi tas-suq u blenders li kienu qed jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn
l-Unjoni. (16)
Għaldaqstant intbagħtu kwestjonarji dwar id-dumping
lit-tmien l-akbar operaturi tas-suq/blenders tal-Istati Uniti li ġew
identifikati matul l-investigazzjoni tal-kampjun tal-Istati Uniti. Dawn
l-operaturi tas-suq/blenders jirrappreżentaw aktar minn 90 %
tal-esportazzjonijiet totali ta' bijoetanol lejn l-Unjoni. Tnejn qablu li
jikkooperaw fl-investigazzjoni u l-esportazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw
madwar 51 % tal-esportazzjonijiet totali ta' bijoetanol lejn l-Unjoni
matul il-PI. 1.2.2.
Teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni (17)
Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’
produtturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu
f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. (18)
Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li
għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni (kampjun tal-UE). Dan
il-kampjun kien jikkonsisti minn ħames kumpaniji u gruppi, mid-19-il produttur
tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel il-bidu tal-investigazzjoni. Il-kampjun
intgħażel abbażi tal-volum ta’ produzzjoni ta’ bijoetanol matul il-perjodu
tal-investigazzjoni u l-post fejn jinsabu l-produtturi magħrufa. Dan il-kampjun
kien jirrappreżenta 48 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni matul
il-PI. (19)
Iżda l-investigazzjoni wriet li l-gruppi inklużi
fil-kampjun tal-UE kienu jikkonsistu f’numru kbir ta’ kumpaniji jew entitajiet
individwali li jipproduċu u jbigħu l-prodott simili. F'dan il-każ kien ikun
ifisser li kellhom jiġu investigati 13-il kumpanija u ma kienx possibbli li
jiġu investigati kollha kemm huma fiż-żmien disponibbli għall-investigazzjoni.
Għalhekk ġie deċiż li tiġi eżaminata mill-ġdid id-dejta disponibbli
għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. Ġie kkunsidrat li l-kampjun għandu
jkun ibbażat fuq l-ikbar entitajiet produtturi individwali fl-Unjoni u
fil-gruppi fejn titqies ukoll ċerta firxa ġeografika fost produtturi
tal-Unjoni. (20)
B’hekk, finalment intgħażel kampjun tal-UE
definittiv ta’ sitt produtturi individwali abbażi tar-rappreżentattività
f’termini tal-volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta' bijoetanol matul il-PI u l-post
ġeografiku tal-produttur. Dawn il-produtturi li jinsabu fil-Belġju, fil-Pajjiżi
l-Baxxi, fi Franza, fir-Renju Unit, fl-Isvezja u fil-Ġermanja jirrappreżentaw
36 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 44 % tal-produzzjoni
totali rrappurtata mill-kumpaniji li ressqu d-dejta għall-għażla ta' kampjun.
Dan il-kampjun tqies li huwa rappreżentattiv għall-eżami ta’ ħsara possibbli
lill-industrija tal-Unjoni. (21)
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li
jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-għażla tal-kampjun. (22)
Xi partijiet iddikjaraw li l-kampjun tal-UE kien
inqas rappreżentattiv minn dak magħżul oriġinarjament li kien jinkludi gruppi
ta’ kumpaniji. Fil-fehma tagħhom, analiżi oġġettiva tas-sitwazzjoni
tal-industrija tal-Unjoni setgħet issir biss billi jiġu inklużi l-kumpaniji
kollha li huma parti mill-gruppi fil-kampjun. Huma allegaw b’mod partikolari li
l-ispejjeż u d-dħul setgħu jiġu allokati lil ċerti kumpaniji ta’ grupp li ma
saritilhomx żjara u b’hekk ma jistgħux jiġu inklużi fl-analiżi tal-ħsara. (23)
F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li
l-Kummissjoni kkunsidrat u eżaminat b’mod xieraq id-dejta pprovduta
mill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun u dawk li ma ġewx inklużi, u b’mod
partikolari l-kumpaniji li jappartjenu għal gruppi, sabiex jiġi żgurat li
l-ispejjeż u d-dħul kollha involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ mill-kumpaniji
magħżula kienu ġew riflessi bis-sħiħ u b’mod korrett fl-analiżi tal-ħsara. (24)
Xi partijiet ikkontestaw l-inklużjoni fil-kampjun
tal-UE ta’ produtturi tal-Unjoni li kienu fil-fażi tal-bidu. Huma ddikjaraw
ukoll li kumpanija waħda b’kapaċità sostanzjali mhux użata fl-2011, li tinsab
fi Stat Membru li ma implimentax id-Direttiva dwar l-Enerġiji Rinnovabbli
(Renewable Energies Directive - “RED”), ma kellhiex tkun inkluża fil-kampjun.
Ġie ddikjarat ukoll li f’każ li dawn il-kumpaniji finalment jiġu inklużi
fil-kampjun, il-Kummissjoni għandha taġġusta d-dejta tagħhom sabiex tqis dawn
iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali. (25)
Huwa kkunsidrat li l-fatt li l-kumpaniji riċentement
bdew jew issuktaw operazzjonijiet ma jipprekludihomx milli jkunu parti
mill-kampjun. L-inklużjoni ta’ dawn il-kumpaniji ma tmurx kontra l-kriterji
għall-għażla ta’ kampjun kif stipulat fl-Artikolu 17 tar-Regolament
bażiku. Fir-rigward tal-aġġustament tad-dejta tagħhom, il-partijiet ma pprovdew
l-ebda kwistjoni speċifika jew evidenza ssostanzjata biex jappoġġaw
id-dikjarazzjoni tagħhom, u lanqas bażi biex jagħmlu l-aġġustament iddikjarat. (26)
Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda
kost, bħal pereżempju diprezzamenti aċċelerati, li għandu jiġi aġġustat biex
tiġi korretta kwalunkwe distorsjoni minħabba l-bidu ta’ attività. B’hekk, din
id-dikjarazzjoni hija miċħuda. (27)
Xi partijiet ikkuntestaw ukoll il-fatt li kumpanija
waħda li ntgħażlet proviżorjament fil-kampjun tal-UE u li tinsab fi Stat Membru
b'konsum u produzzjoni għoljin ta' bijoetanol ma kenitx aktar parti
mill-kampjun tal-UE. Huma ddikjaraw li din is-sitwazzjoni ekonomika ta' din
il-kumpanija kienet tajba u ssuġġerew li din kienet ir-raġuni għall-esklużjoni
tagħha mill-kampjun. Huma argumentaw ukoll li l-għażla tal-kampjun kienet
immanipulata lejn is-sejba tal-ħsara. Skont dawn il-partijiet il-Kummissjoni
kien imissha bagħtet hekk imsejħa kwestjonarji qosra lill-produtturi kollha sabiex
tinġabar id-dejta rilevanti biex jintgħażel kampjun. (28)
Fir-rigward tal-bgħit ta' kwestjonarji qosra,
għandu jiġi nnutat li, qabel l-għażla tal-kampjun, il-Kummissjoni talbet
informazzjoni mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħrufa li huma
kkonċernati sabiex tinġabar id-dejta rilevanti għall-iskop tal-għażla
tal-kampjun. Kif imsemmi fil-punt 5.2.1 tan-NOI, din l-informazzjoni
kienet disponibbli mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fil-fajl
għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u ma kenitx hemm biex turi l-istat
tas-sitwazzjoni ekonomika ta' dawk li wieġbu. B'hekk, il-Kummissjoni kellha
biżżejjed informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħżel
kampjun rappreżentattiv li jirrispetta l-kriterji tal-Artikolu 17
tar-Regolament bażiku, iżda ma setgħet tagħmel l-ebda għażla tal-kumpaniji
orjentata lejn ir-riżultati. Għaldaqstant id-dikjarazzjonijiet imsemmija hawn
fuq ġew miċħuda. (29)
Fl-aħħar nett, ġie ddikjarat li l-kampjun kien
imissu inkluda kumpaniji li jipproduċu l-bijoetanol mill-pitrava zokkrija
ladarba l-produzzjoni minn din il-materja prima tista’ tagħmel ħafna aktar
qligħ mill-produzzjoni minn, pereżempju, il-qamħ. Għalkemm din id-dikjarazzjoni
ma kenitx sostanzjata, l-informazzjoni disponibbli wriet li l-bijoetanol
prodott mill-pitrava zokkrija jirrappreżenta biss parti żgħira tal-produzzjoni
totali tal-Unjoni, madwar 12 % fl-2011 u li tnejn mill-kumpaniji inklużi
fil-kampjun parzjalment jużaw il-pitrava zokkrija bħala prodott ta’ materja
prima għall-produzzjoni tal-bijoetanol. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni hi
miċħuda. (30)
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-kampjun
magħżul kif spjegat hawn fuq għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara tqies bħala huwa
rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. 1.2.3.
Teħid ta’ kampjun ta’ importaturi mhux relatati (31)
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta'
importaturi involuti fil-proċedura, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub
għall-importaturi fin-notifika ta' bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament
bażiku. (32)
Tliet importaturi biss ipprovdew l-informazzjoni
mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun sal-iskadenza stabbilita
fin-notifika ta’ bidu. Fid-dawl tan-numru limitat ta’ importaturi li kkooperaw,
it-teħid ta’ kampjun ma tqiesx li huwa meħtieġ. 1.2.4.
Tweġibiet għall-kwestjonarju u verifiki (33)
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet
kollha magħrufa li huma kkonċernati. Għaldaqstant il-kwestjonarji ntbagħtu
lill-esportaturi/produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerika inklużi fil-kampjun,
lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lit-tliet importaturi mhux relatati
li kkooperaw fl-Unjoni u lill-utenti kollha magħrufa li huma kkonċernati
fl-investigazzjoni. (34)
Waslu tweġibiet mingħand l-esportaturi/produtturi
fl-Istati Uniti tal-Amerika inklużi fil-kampjun, il-produtturi tal-Unjoni
inklużi fil-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati u erba' utenti. (35)
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni
kollha pprovduta mill-partijiet interessati u meqjusa bħala meħtieġa
għall-finijiet ta' determinazzjoni definittiva ta’ dumping, ħsara li tirriżulta
minnu u interess tal-Unjoni. (36)
Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti
tal-kumpaniji li ġejjin: Esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti
tal-Amerika · - Marquis Energy LLC, Hennepin, Illinois · - Patriot Renewable Fuels LLC, Annawan, Illinois · - Platinum Ethanol LLC, Arthur, Iowa · - Plymouth Energy Company LLC, Merrill, Iowa · - POET LLC, Wichita, Kansas u Sioux Falls, South Dakota Operaturi tas-suq mhux relatati fl-Istati
Uniti tal-Amerika · - Bio Urja Trading LLC, Houston, Texas Operatur relatat fl-Isvizzera · - Cargill International SA, Ġinevra Produtturi fl-Unjoni · Abengoa Energy Netherlands B.V., Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi · BioWanze, S.A., Wanze, il-Belġju. · Crop Energies Bioethanol GmbH, Mannheim, il-Ġermanja · Ensus, Yarm, ir-Renju Unit. · Lantmännen Energi / Agroetanol, Norrkoping, l-Isvezja. · Tereos BENP, Lillebonne, Franza. Importaturi mhux relatati fl-Unjoni · Shell Trading Rotterdam B.V., Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi · Greenergy Fuels Limited, Londra, ir-Renju Unit Utenti fl-Unjoni · Shell Nederland Verkoopmaatschappij B.V., Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi 1.3.
Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu
kkunsidrat (37)
L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet
il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2010
sat-30 ta' Settembru 2011. L-eżami tax-xejriet rilevanti
għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sa tmiem
il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”). 2.
IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI 2.1.
Il-prodott ikkonċernat (38)
Il-prodott ikkonċernat huwa bijoetanol, kultant
imsejjaħ "karburant etanol”, jiġifieri l-alkoħol etiliku prodott minn
prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew le, esklużi prodotti
b'kontenut ta' ilma ta' aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard
EN 15376, iżda inkluż l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli
(kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea) li jinsab f’taħlit ma’ gażolina b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’
aktar minn 10 % (v/v) li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, li
attwalment jaqa' fil-kodiċi NM ex 2207 10 00, ex
2207 20 00, ex 2208 90 99, ex
2710 12 21, ex 2710 12 25, ex
2710 12 31, ex 2710 12 41, ex
2710 12 45, ex 2710 12 49, ex
2710 12 51, ex 2710 12 59, ex
2710 12 70, ex 2710 12 90, ex
3814 00 10, ex 3814 00 90, ex
3820 00 00 u ex 3824 90 97. (39)
Il-bijoetanol jista’ jiġi prodott minn diversi
materji primi agrikoli, bħall-kannamiela, il-pitrava zokkrija, il-patata,
il-manjoka u l-qamħirrun. Fl-Istati Uniti tal-Amerika ssir distinzjoni abbażi
tad-diversi materji primi, kif deskritt hawn taħt: (a) Il-Bijokarburant Konvenzjonali (li
prinċipalment huwa prodott minn materja prima tal-qamħirrun u normalment
jissejjaħ etanol tal-qamħirrun) li huwa definit bħala karburant rinnovabbli
dderivat minn lamtu tal-qamħirrun prodott minn faċilitajiet li bdew jinbnew
wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u
s-Sigurtà f'Diċembru 2007[4]
u li fil-futur irid jikseb tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-gass
serra (greenhouse gas - “GHG”) meta mqabbla ma’ emissjonijiet bażi GHG fuq
il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-gażolina u d-diżil. (b) Il-Bijokarburant Avvanzat li huwa definit
bħala karburant rinnovabbli minbarra l-etanol idderivat mil-lamtu
tal-qamħirrun, li huwa derivat minn bijomassa rinnovabbli u li għandu
emissjonijiet GHG fuq il bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, kif iddeterminat
mill-Amministratur tal-Att dwar il-Politika tal-Enerġija (Energy Policy Act -
“EPA”), li jkunu ta’ mill-inqas 50 % inqas minn emissjonijiet bażi GHG.
Dan it-terminu jinkludi “bijokaburanti ċellulożiċi” bħal bijoetanol u
"diżil ibbażat fuq il-bijomassa." L-iskeda għall-Bijokarburanti
Avvanzati tinkludi l-iskeda għall-Bijokarburanti Ċellulożiċi, id-Diżil Ibbażat
fuq il-Bijomassa, u Bijokarburanti Avvanzati mhux Differenzjati. (40)
B’mod aktar speċifiku, il-Bijokarburant Ċellulożiku[5] huwa definit bħala karburant
rinnovabbli dderivat minn kwalunkwe ċelluloża, emiċelluloża, jew linjina li
huwa dderivat minn bijomassa rinnovabbli u li għandu emissjonijiet GHG fuq
il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, kif iddeterminat mill-Amministratur EPA, li huma
ta’ mill-inqas 60 % inqas mill-emissjonijiet bażi GHG fuq il-bażi
taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-bijokarburanti ċellulożiċi jinkludu l-bijoetanol
ċellulożiku. Hemm riċerki u proġetti bi prova li huma appoġġati bil-kbir
mill-Gvern Federali tal-Istati Uniti għall-produzzjoni ta’ Bijokarburanti
Avvanzati u b’mod partikolari l-bijoetanol ċellulożiku, prodott b’mod
partikolari minn skart agrikolu u tal-foresti. Skont uffiċjali tal-Istati Uniti
u dejta disponibbli pubblikament[6],
il-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ bijoetanol se tilħaq madwar 4 biljun
litru fl-2014 u aktar minn 50 biljun litru sal-2021. Il-produzzjoni
tal-bijoetanol ċellulożiku kienet negliġibbli fil-PI. (41)
Matul il-perjodu ta' investigazzjoni sa issa
l-qamħirrun kien il-materja prima prinċipali użata fl-Istati Uniti, filwaqt li
l-materja prima prinċipali użata fl-Unjoni huwa l-qamħ. (42)
L-investigazzjoni wriet li l-bijoetanol ġeneralment
jinbiegħ fil-forma pura tiegħu lil blenders/operaturi tas-suq li jħalltuh[7] mal-gażolina b’mod partikolari biex jipproduċu taħlitiet ta’ livell
għoli li huma esportati jew mibjugħa fis-suq domestiku għal taħlit ulterjuri u
biex jiġi kkonsmat bħala karburant. It-taħlit mhuwiex operazzjoni kumplessa
ħafna u jista’ jsir billi l-prodotti jitħalltu f’tankijiet speċjali filwaqt li
jiżdiedu l-perċentwali mixtieqa ta’ bijoetanol u gażolina. (43)
Sabiex jiġu identifikati d-diversi tipi ta’
bijoetanol u taħlitiet tal-bijoetanol użati madwar id-dinja, it-taħlit
tal-karburant etanol għandhom numri "E" li jiddeskrivu l-perċentwal
ta’ karburant etanol fit-taħlita skont il-volum.
Pereżempju, E85 huwa 85 % etanol u 15 % gażolina. It-taħlitiet b’livell baxx ta’ etanol, minn E5
sa E25, huma magħrufa wkoll bħala gasoħol, għalkemm fuq livell internazzjonali
l-aktar użu komuni tat-terminu gasoħol jirreferi għat-taħlita E10. It-taħlitiet
ta’ E10 jew inqas intużaw f’aktar minn għoxrin pajjiż madwar id-dinja sal-2011,
bl-Istati Uniti fl-ewwel post, fejn kważi l-gażolina kollha mibjugħa bl-imnut
fl-2010 kienet imħallta b’10 % bijoetanol. (44)
L-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha ta’
bijoetanol jitqiesu bħala bijokarburanti skont il-Programm Nazzjonali dwar l-Istandard għall-Karburanti
Rinnovabbli (National Renewable Fuel Standard - RFS1)
imwaqqaf taħt l-Att dwar il-Politika tal-Enerġija tal-2005, li emenda l-Att dwar l-Arja Nadifa billi
waqqaf l-ewwel standard nazzjonali għall-karburanti rinnovabbli. Il-Kungress
tal-Istati Uniti ta r-responsabbiltà lill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti (Environmental Protection Agency - EPA) li tikkoordina mad-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti, u l-partijiet interessati sabiex tfassal u timplimenta dan
il-programm. (45)
Bħala riżultat tal-politika tal-enerġija tagħhom,
l-Istati Uniti tal-Amerika saret l-akbar produttur ta' bijoetanol fid-dinja
mill-2005, u tirrappreżenta 57,5% tal-produzzjoni globali. Fl-2009,
ir-rekwiżiti skont l-EPA żguraw li tal-anqas kienu prodotti 11-il biljun gallun
tal-Istati Uniti ta' karburanti rinnovabbli, b'mod partikolari biex jintlaħqu
l-miri stabbiliti mill-Att dwar l-Indipendenza
tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007. Il-produzzjoni fuq
skala kbira ppermettiet ukoll lill-produtturi tal-Istati Uniti li jsiru
esportaturi tal-bijoetanol lejn swieq oħra, inkluża l-Unjoni. (46)
Abbażi ta' sorsi uffiċjali, is-suq u informazzjoni
disponibbli pubblikament[8], it-tipi kollha ta' bijoetanol u bijoetanol f'taħlitiet, jiġifieri
taħlitiet ta' bijoetanol b'gażolina minerali kif spjegat fil-premessa (43)
hawn fuq, li huma prodotti fl-Istati Uniti tal-Amerika u mibjugħa fl-Istati
Uniti tal-Amerika jew esportati jitqiesu bħala karburanti tal-bijoetanol u huma
parti minn pakkett leġiżlattiv li jikkonċerna l-effiċjenza fl-enerġija u
l-enerġija rinnovabbli u karburanti alternattivi fl-Istati Uniti tal-Amerika. (47)
Instab li t-tipi kollha ta’ bijoetanol u bijoetanol
f’taħlitiet koperti minn din l-investigazzjoni, minkejja differenzi possibbli
f’termini tal-materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjazzjonijiet
fil-proċess tal-produzzjoni, it-tipi kollha għandhom l-istess karatteristiċi
bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, jew simili ħafna, u jintużaw għall-istess
skopijiet. Il-varjazzjonijiet minuri possibbli fil-prodott ikkonċernat ma
jbiddlux id-definizzjoni bażika tiegħu, il-karatteristiċi tiegħu, jew
il-perċezzjoni li diversi partijiet għandhom tiegħu. (48)
Xi partijiet iddikjaraw li d-definizzjoni tal-prodott
ikkonċernat ma kenitx ċara, b’mod partikolari għaliex ma kenitx tippermetti li
ssir distinzjoni bejn il-bijoetanol li jintuża bħala karburant minn dak maħsub
għal użi oħrajn. B’hekk, huma ddikjaraw li l-investigazzjoni għandha tkopri
l-etanol għal kull tip ta’ użu u l-etanol minn kull sors, inkluż etanol
sintetiku li jikkompeti mal-bijoetanol għal użu industrijali. (49)
Parti oħra ddikjarat il-kuntrarju, jiġifieri li
l-investigazzjoni għandha tkopri biss il-bijoetanol li jintuża bħala karburant
u li b’hekk il-bijoetanol għal użu industrijali għandu jiġi eskluż. (50)
F’dan il-kuntest, ġie osservat li l-prodott
ikkonċernat għandu jkun definit primarjament abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi,
tekniċi u kimiċi bażiċi tiegħu u mhux abbażi tal-użu jew l-applikazzjonijiet
tiegħu. Prodott li jkollu diversi applikazzjonijiet jista’ tabilħaqq ikollu
l-istess karatteristiċi bażiċi jew simili minkejja l-użu ulterjuri tiegħu u
f’ċerti ċirkustanzi jista’ jkun meħtieġ li ssir analiżi aktar dettaljata
tad-definizzjoni tal-prodott u l-iskop tal-prodott fid-dawl tal-ispeċifiċità
tal-industrija u s-suq. (51)
F’dan il-każ, kien ċar li n-notifika ta’ bidu ma
kellhiex l-għan li tkopri l-etanol sintetiku fid-definizzjoni tal-prodott.
L-etanol sintetiku għandu karatteristiċi differenti mill-bijoetanol u ma
jikkorrispondix mal-kriterji msemmija hawn fuq li huma relatati
mad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ma hemm l-ebda produttur li jiffoka
fuq il-produzzjoni ta’ dak il-prodott li ħa sehem f’din l-investigazzjoni.
Għaldaqstant, l-etanol sintetiku ma jistax jiġi inkluż fid-definizzjoni
tal-prodott ikkonċernat u jaqa’ barra mill-ambitu tal-investigazzjoni.
Kuntrarju għas-suġġeriment li għamlu xi partijiet, din il-kjarifika ma twassalx
għal bidla fl-ambitu tal-investigazzjoni jew id-definizzjoni tal-prodott
ikkonċernat u ma kellha l-ebda impatt fuq il-kwalità tad-dejta użata. (52)
Il-bijoetanol li jintuża bħala karburant u
l-bijoetanol maħsub għal użi oħrajn jista' jkollhom karatteristiċi simili.
Madankollu, matul l-investigazzjoni ġie eżaminat id-dumping fil-livell
tal-operaturi tal-Istati Uniti li pproduċew jew ħalltu l-bijoetanol biex
jintuża bħala karburant, jiġifieri l-bijoetanol li għandu jiġi inkluż f'taħlita
tal-karburant. Bl-istess mod, l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ffukat
fuq il-bijoetanol maħsub biex jintuża bħala karburant u mhux għal użi oħrajn.
Għaldaqstant, il-bijoetanol maħsub għal użi oħrajn għajr bħala karburant ma
għandhomx jiġu koperti mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. (53)
L-importaturi li mhux se jużaw il-bijoetanol
importat tal-Istati Uniti tal-Amerika bħala karburant għandhom il-possibilità
li jagħmlu dikjarazzjoni soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-użu aħħari kif
stabbilit mid-disposizzjonijiet implimentattivi inkorporati fl-Artikoli minn
291 sa 300 tal-Kodiċi tal-Unjoni Doganali[9]. 2.2.
Prodott simili (54)
Instab li l-bijoetanol manifatturat mill-industrija
tal-Unjoni u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni għandu karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u
tekniċi bażiċi simili meta mqabbel mal-bijoetanol esportat lejn l-Unjoni
mill-Istati Uniti tal-Amerika. (55)
Kif deskritt fil-premessa (39) hawn fuq,
il-bijoetanol jista’ jiġi prodott minn diversi materji primi. Madankollu,
l-investigazzjoni ma indikatx li l-materja prima użata twassal għal xi
differenzi fil-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Instab li l-prodott
ikkonċernat prodott fl-Istati Uniti tal-Amerika b’mod partikolari
mill-qamħirrun u esportat lejn l-Unjoni huwa interskambjabbli ma’ dak prodott
b'mod partikolari mill-qamħ u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni.
Barra minn hekk, ma hemm l-ebda differenzi, jew jekk hemm dawn mhumiex
sinifikanti, fl-użi u fil-perċezzjoni minn operaturi u utenti fis-suq
fir-rigward tal-bijoetanol. (56)
Għaldaqstant wieħed għandu jikkonferma li
l-bijoetanol prodott u mibjugħ fl-Unjoni u l-prodott ikkonċernat esportat
mill-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jitqiesu bħala simili skont it-tifsira
tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. (57)
Xi wħud mill-produtturi tal-Istati Uniti inklużi
fil-kampjun iddikjaraw li l-bijoetanol prodott u mibjugħ fis-suq tal-Istati
Uniti tal-Amerika ma kienx bħall-prodott ikkonċernat, peress li ma
jikkorrispondix strettament mat-test tad-deskrizzjoni tal-prodott kif stipulat
fin-notifika ta’ bidu. Effettivament, it-tipi ta' bijoetanol mibjugħa fis-suq tal-Istati
Uniti tal-Amerika għandhom kontenut ta' ilma li jaqbeż il-limitu ta’ 0,3% u
jikkorrispondi għall-istandard tal-Istati Uniti tal-Amerika (ASTM) u mhux
għall-EN 15376. (58)
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-bijoetanol
prodott għal bejgħ fis-suq tal-Istati Uniti jaqbel fil-parti l-kbira
mal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tal-prodott ikkonċernat.
L-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku jistipula li prodott simili ma
għandux ikun neċessarjament l-istess fl-aspetti kollha bħall-prodott ikkonċernat,
iżda jista' jkun prodott li għalkemm mhuwiex l-istess f'kull aspett, ikollu
karatterstiċi li jixbhu mill-qrib lil dawk tal-prodott ikkonċernat. Dan huwa
l-każ għall-bijoetanol mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti u l-bijoetanol esportat
lejn l-Unjoni. Jeżistu preċedenti fejn il-prodotti tqiesu li kienu simili
għall-prodott ikkonċernat minkejja ċerti differenzi[10]. (59)
Għalhekk ġie deċiż li s-sejba provviżorja tiġi
invertita u jiġi meqjus li l-bijoetanol ASTM mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti
huwa prodott simili għall-prodott ikkonċernat fit-tifsira
tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. 3.
ID-DUMPING 3.1.
Introduzzjoni (60)
Kif spjegat fil-premessi (6) sa (16) hawn fuq, sabiex tiġi investigata
l-eżistenza possibbli ta’ dumping, l-investigazzjoni kopriet il-produtturi ta'
bijoetanol, minn naħa, u operaturi tas-suq/blenders li kienu qed jesportaw
il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. (61)
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku,
ir-Regolament li jimponi d-dazju jispeċifika d-dazju għal kull fornitur jew,
jekk dan ma jkunx prattikabbli, id-dazju għall-pajjiż fornitur ikkonċernat. (62)
Ċerti produtturi ddikjaraw li kien possibbli li
l-prodotti tagħhom jiġu identifikati u intraċċati meta jinbiegħu lil operaturi
tal-Istati Uniti għal esportazzjoni, b'mod partikolari lejn l-Unjoni. Huma
rreferew għall-proċess ta' ċertifikazzjoni previst mir-RED iżda ma setgħux
b'mod partikolari jagħmlu rabta bejn il-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Istati Uniti
u l-esportazzjonijiet li saru minn operaturi oħra lejn l-UE. Kif imsemmi
fil-premessa (12) hawn fuq u (63) hawn taħt, dawn il-produtturi wkoll ma
kinux konxji tal-livell tal-prezz ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni. (63)
F'dan il-każ instab li l-istruttura tal-industrija
tal-bijoetanol u l-mod kif il-prodott ikkonċernat kien prodott u mibjugħ
fis-suq tal-Istati Uniti u esportat lejn l-Unjoni għamluha imprattikabbli li
jitwaqqfu marġini ta' dumping individwali għall-produtturi tal-Istati Uniti.
B'mod aktar speċifiku, il-produtturi fil-kampjun tal-Istati Uniti ma esportawx
il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u l-operaturi tas-suq/blenders li ġew
investigati ġabu l-bijoetanol minn diversi produtturi, ħalltuh u bigħuh b’mod
partikolari għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, b’hekk, kuntrarju
għall-allegazzjonijiet li saru mill-partijiet ta' hawn fuq, ma kienx possibbli
li jiġi intraċċat ix-xiri kollu individwalment u jitqabblu l-valuri normali
mal-prezzijiet ta' esportazzjoni rilevanti u mhuwiex possibbli li jiġi
identifikat il-produttur fil-mument tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fi kliem
ieħor, kull dispaċċ li sar lejn l-UE fih bijoetanol prodott minn diversi
produtturi tal-Istati Uniti fl-Istati Uniti u mhux biss mill-kampjun tal-Istat
Uniti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-livell
tal-prezzijiet li l-kampjun tal-Istati Uniti kien jitlob lill-klijenti
tal-Istati Uniti tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika ma kienx konformi
mal-prezz realment imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat
meta jiġi esportat lejn l-Unjoni. (64)
Għaldaqstant, huwa meqjus li għandu jitwaqqaf
marġini ta' dumping għall-pajjiż kollu. 3.2.
Il-valur normali (65)
Għad-determinazzjoni tal-valur normali skont
l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet
jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat miż-żewġ operaturi
tas-suq/blenders li kkooperaw lil konsumaturi indipendenti sarx f’volumi
rappreżentattivi, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx
jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ
mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI. (66)
Minħabba li l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq
domestiku sar fi kwantità suffiċjenti, il-valur normali ġie ddeterminat fuq
il-bażi tal-prezz imħallas jew li għandu jitħallas liż-żewġ operaturi
tas-suq/blenders imsemmija qabel, fl-andament normali tal-kummerċ, minn
konsumaturi indipendenti fl-Istati Uniti tal-Amerika. 3.3.
Il-prezz tal-esportazzjoni (67)
L-operaturi tas-suq/blenders ipprovdew dejta li
ppermettiet li jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi
tal-prezzijiet tagħhom li huma realment imħallsa jew li għandhom jitħallsu
skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Għal dawk it-tranżazzjonijiet
li għalihom saru l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija
tan-negozju relatata, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi
tal-ewwel prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-operatur tas-suq relatat lil klijenti
indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. (68)
Fir-rigward tal-bejgħ li sar permezz ta’ operatur
tas-suq relatat fl-Isvizzera, l-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u dawk
amministrattivi (SG&A) u l-qligħ ma tnaqqsux mill-prezz tal-esportazzjoni
minħabba li tqiesu li mhumiex spejjeż bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid
fl-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-attività prinċipali tal-operatur
tas-suq relatat kienet tikkonsisti mill-immaniġġar ta’ flus għall-unità
tan-negozju taz-"zokkor" li għaliha jappartjenu l-bijokarburanti u
l-hedging tar-riskji inerenti fl-impriżi agrikoli billi jiġu konklużi kuntratti
tad-derivati kemm fi swieq b'bejgħ dirett kif ukoll fi swieq finanzjarji
organizzati. (69)
Xi produtturi tal-Istati Uniti ddikjaraw li hija
prattika kostanti tal-istituzzjonijiet li jieħdu l-prezz tal-bejgħ tal-esportatur
lill-ewwel klijent indipendenti bħala l-prezz tal-esportazzjoni li għandu
jintuża għall-kalkoli tad-dumping. F'dan il-każ, dan il-prezz jista' jkun
il-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Istati Uniti lil operaturi
tas-suq/blenders mhux relatati. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi (62) u (63) hawn fuq, ħadd
mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-bijoetanol ma esporta l-prodott
ikkonċernat lejn l-Unjoni u ma kinux konxji mil-livell tal-prezz tal-esportazzjoni
lejn l-UE. Għaldaqstant, il-prezz domestiku tagħhom ma jistax jintuża peress li
mhuwiex prezz ta' esportazzjoni mħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott
ikkonċernat fl-Unjoni. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni tagħhom ma tistax tiġi
aċċettata. 3.4.
Tqabbil (70)
It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u
l-prezz medju peżat tal-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott stabbilit
għall-operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw sar fuq bażi ex-works,
filwaqt li tqiesu, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku,
id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u
l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Operatur tas-suq/Blender wieħed iddikjara li
d-dejta dwar bejgħ domestiku ma kenitx rappreżentattiva. Peress li l-operatur
tas-suq/blender naqas milli jipprovdi d-dejta dwar il-bejgħ domestiku kollu,
il-kalkolu huwa bbażat fuq dawk ipprovduti fil-kwestjonarju u matul iż-żjara
fuq il-post. (71)
Operatur tas-suq/Blender wieħed argumenta li
l-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ domestiku għandu jkun ibbażat fuq dejta tas-suq
immedjat minn NYMEX. Il-Kummissjoni tqis li d-dejta vverifikata miż-żewġ
operaturi tas-suq/blenders hija aktar kredibbli. (72)
Għal dan il-għan, ingħatat konċessjoni xierqa
f'forma ta' aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni,
tal-immaniġġar, tat-tagħbija u spejjeż anċillari fejn applikabbli u
ġġustifikat. (73)
Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili
jippreżentaw il-partikolarità li l-operaturi tas-suq/blenders irċevew sussidju
prinċipalment fil-forma ta’ krediti tat-taxxa tas-sisa matul il-PI fuq il-bejgħ
tagħhom ta' taħlitiet tal-bijoetanol. Il-metodu użat sabiex jitwaqqaf valur
normali u prezz ta' esportazzjoni huwa metodu fejn il-prezzijiet attwali
tal-bejgħ, il-prezz domestiku u l-esportazzjoni tal-operaturi tas-suq/blenders
imsemmija jitqiesu bis-sħiħ. Għalhekk, tqabbil tal-bejgħ magħmul minn operaturi
tas-suq/blenders fis-suq tal-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-operaturi
tas-suq/blenders lejn l-UE, sabiex jiġi kkalkulat il-livell tad-dumping fuq
il-prodott ikkonċernat, jelimina kwalunkwe impatt possibbli li s-sussidju seta'
kellu fuq il-prezzijiet, billi s-sussidju affettwa bl-istess mod kemm il-bejgħ
domestiku kif ukoll il-bejgħ esportat matul il-PI. Operatur tas-suq/Blender
wieħed iddikjara li ma rċeviex sussidju għall-bejgħ domestiku tiegħu.
Madankollu, naqas milli jipprovdi prova ta' din id-dikjarazzjoni; huwa diffiċli
li d-dikjarazzjoni tiġi rrikonċiljata ma' informazzjoni provduta
mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar l-użu tas-sussidju. 3.5.
Id-dumping (74)
Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament
bażiku, il-valur medju normali peżat skont it-tip ta' prodott tqabbel mal-prezz
medju peżat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.
Abbażi ta' dak it-tqabbil, l-operaturi tas-suq/il-blenders mhux relatati li
kkooperaw instabu li kienu involuti fi prattiki ta’ dumping. (75)
Il-marġini tad-dumping medju peżat ta' 9,5 %
twaqqaf abbażi tad-dejta aggregata tal-operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw,
u jirrappreżenta l-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu għall-Istati Uniti
tal-Amerika. (76)
Xi produtturi tal-Istati Uniti inklużi fil-kampjun
iddikjaraw li fil-każ ta’ impożizzjoni ta’ miżuri ta' antidumping definittivi,
huma kienu jistennew li jiksbu l-marġini tad-dazju individwali tagħhom.
Fid-dawl tal-kontenut tal-premessi (6) sa (16) u r-raġunament
fil-premessi (60) sa (64) hawn fuq, din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata billi
l-investigazzjoni kkonfermat li għal dawn l-operaturi, b'mod partikolari
minħabba li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI, ma
kienx possibbli li l-prodotti tagħhom jiġu intraċċati meta jkunu esportati lejn
l-Unjoni u ġeneralment ma kellhom l-ebda idea taż-żmien tal-esportazzjoni u
tal-prezz imħallas jew li kellu jitħallas mill-importaturi tal-Unjoni,
għaldaqstant ma setax jiġi stabbilit prezz ta' esportazzjoni u marġini ta'
dumping b'mod affidabbli għal dawn il-produtturi. (77)
Ċerti produtturi talbu aktar informazzjoni dwar
il-kalkoli tad-dumping imwaqqfa għaż-żewġ operaturi tas-suq/blenders li
kkooperaw. Madankollu, fuq naħa waħda għandu jitqies li l-informazzjoni mitluba
fiha informazzjoni sigrieta tan-negozju u għalhekk ma tistax tiġi divulgata lil
partijiet oħra apparti l-parti kkonċernata. Min-naħa l-oħra, hija prattika
kostanti tal-istituzzjonijiet li jiddivulgaw il-metodu ġenerali użat sabiex
jiġi stabbilit id-dumping lill-partijiet kollha li għalihom ma tkun intużat
l-ebda dejta individwali fil-kalkoli. Dan il-metodu ġie deskritt fid-dokument
ta' informazzjoni ġenerali li ntbagħat lill-partijiet kollha. 4.
ĦSARA 4.1.
Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija
tal-Unjoni (78)
Il-produzzjoni tal-Unjoni ġiet stabbilita abbażi
ta' rapport tas-suq ipprovdut mill-ilmentatur matul l-investigazzjoni.
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili stipulata f'dan ir-rapport
tqabblet mal-informazzjoni pprovduta mis-17-il produttur tal-Unjoni li
kkooperaw. Instabet differenza żgħira ta’ madwar 5 % bejn iż-żewġ
settijiet ta' dejta. Din hija spjegata mill-fatt li xi produtturi relattivament
żgħar tal-Unjoni li ma kkooperawx ma ssottomettewx l-informazzjoni
tal-produzzjoni. Abbażi ta' dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata
għal 3,42 miljun tunnellata matul il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li jkopru
l-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont
it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u għaldaqstant
jissejħu "l-Industrija tal-Unjoni". 4.2.
Il-konsum tal-Unjoni (79)
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi
tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, flimkien mal-volum
tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi stabbiliti abbażi tal-aqwa statistiċi
disponibbli, filwaqt li tnaqqsu l-varjazzjoni fil-ħażna u l-esportazzjonijiet
tal-industrija tal-Unjoni kif irrappurtati mill-industrija tal-Unjoni. Xi
partijiet iddikjaraw li l-istatistiċi użati biex jiġi stabbilit il-konsum ma
kinux kompluti minħabba li importazzjonijiet sinifikanti ta' bijoetanol minn
pajjiżi terzi oħra, speċjalment matul il-PI, ma kinux ġew meqjusa. Huma qiesu
wkoll li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti kien stmati żżejjed
mill-Kummissjoni u li għaldaqstant il-figuri għall-konsum u s-sehem fis-suq ma
kinux kredibbli. (80)
Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew analizzati u
kontroverifikati mal-informazzjoni disponibbli. Fir-rigward
tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, il-partijiet ma pprovdew l-ebda
evidenza dwar il-volumi ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.
Madankollu, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ġew meqjusa fl-istima
tal-importazzjonijiet. Għall-volum tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti,
instab żball ta' kopjar fl-istima tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti matul
il-PI. Għalhekk, il-volum tal-importazzjonijiet ġie vvalutat mill-ġdid u
aġġustat fejn meħtieġ. Madankollu, dan ma għandu l-ebda impatt fuq
il-konklużjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet tal-ħsara u l-kawżalità. (81)
Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott
ikkonċernat, għandu jiġi enfasizzat li ma hemm l-ebda kodiċi doganali speċifiku
ta' Nomenklatura magħquda għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-kodiċi
tan-Nomenklatura Magħquda fejn il-prodott ikkonċernat jista' jiġi ddikjarat
lill-awtoritajiet doganali tinkludi prodotti oħra minbarra l-prodott
ikkonċernat. (82)
Għall-importazzjonijiet tat-taħlitiet
tal-bijoetanol, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-importaturi
mhux relatati wrew li ħafna mill-importazzjonijiet ġew iddikjarati fid-dwana
taħt il-kodiċi TARIC 3824 90 97 99. Madankollu, il-volum
tal-importazzjonijiet ma jistax jinkiseb direttament mill-Eurostat minħabba li
l-kodiċi TARIC jinkludi diversi prodotti kimiċi apparti l-prodott ikkonċernat. (83)
Rigward l-importazzjonijiet iddikjarati
fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 2207 10 00 u
2207 20 00, ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodott
ikkonċernat u l-prodotti l-oħrajn li mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni
minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-prodott importat. (84)
Għaldaqstant, fin-nuqqas tad-dettalji kompluti dwar
l-importazzjonijiet disponibbli mill-Eurostat, ġie deċiż li jintużaw ukoll
sorsi oħra ta' informazzjoni bl-iskop li jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. (85)
Sabiex tinkiseb l-aħjar stima tal-importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, ġie meqjus
li l-aktar bażi kredibbli kienu l-istatistiċi pprovduti mill-Kummissjoni
Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (International Trade Commission -
ITC). Il-volumi tal-esportazzjonijiet irrappurtati jikkorrispondu
għall-kodiċijiet tariffarji tal-Istati Uniti 2207 10 60 u
2207 20 00. (86)
Ġie adottat approċċ raġonevoli biex jiġu stmati
dawn l-importazzjonijiet u tqiesu l-kwantitajiet kollha rrappurtati
mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti għat-twaqqif
tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti fis-suq tal-Unjoni. (87)
L-istima dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni li
joriġinaw mill-Brażil kienet ibbażata fuq is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin:
rapporti maħruġa mill-Aġenzija tar-Renju Unit għall-karburanti Rinnovabbli
għall-importazzjonijiet fir-Renju Unit; estrazzjonijiet tal-bażi tad-dejta
dettaljata dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi,
l-Isvezja u l-Finlandja u mill-Eurostat. Għall-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u
l-Finlandja, il-volum tal-importazzjonijiet ġie stmat abbażi tal-ismijiet
tal-importatur u tal-esportatur u d-deskrizzjoni tal-prodott meta din kienet
disponibbli. Biex jiġu stmati dawn l-importazzjonijiet, ġie adottat approċċ
konservattiv. Il-kwantitajiet kollha li ġew irrapportati ġew meqjusa
għall-kalkolu tal-importazzjonijiet. (88)
Fl-aħħar nett, l-Eurostat kien użat ukoll sabiex
jiġu stmati l-importazzjonijiet li kien fadal fl-Unjoni għall-Istati Membri
minbarra dawk imsemmija fil-premessa (87) hawn fuq. Ġie applikat
aġġustament għall-volumi tal-importazzjoni abbażi tal-perċentwali ta'
bijoetanol użati bħala karburant fl-Unjoni. Is-sors ta' dan l-aġġustament
jista' jinstab fl-ilment. Dan il-perċentwal inkiseb mill-bilanċ annwali
tal-alkoħol etiliku ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea[11]. Il-perċentwal ta' bijoetanol użat bħala karburant fl-Unjoni kien ta’
54 % fl-2008, 66 % fl-2009, u 68 % fl-2010. Għall-PI,
il-perċentwal tal-2010 intuża għall-għan li jiġu stmati l-importazzjonijiet
rilevanti magħmula matul il-PI. (89)
Għall-istima tal-importazzjonijiet minn oriġini
oħrajn, is-sorsi ta' informazzjoni użati kienu l-Eurostat u l-estrazzjonijiet
tal-bażi tad-dejta dettaljata dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduti
mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja. Intużat l-istess metodoloġija bħal
dik użata biex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet Brażiljani. (90)
Fir-rigward tal-kalkolu ta' prezz medju tal-bejgħ
CIF għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Brażil,
is-sors ta' informazzjoni huwa l-estrazzjoni tal-bażi tad-dejta dettaljata dwar
id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u
l-Finlandja. U għall-Istati Uniti tal-Amerika, intużat ukoll dejta
mill-kwestjonarju vverifikat tal-importaturi mhux relatati. Għall-Istati Uniti
tal-Amerika, il-prezzijiet medji CIF għall-2008 u l-2009 kienu stmati abbażi
tal-prezz medju rrappurtat mill-ITC tal-Istati Uniti għal dawn is-snin,
espressi fir-rigward tal-prezz medju tal-bejgħ CIF miksub għall-2010. (91)
Il-varjazzjoni fil-ħażna twaqqfet abbażi
tal-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta mill-ilmentatur. (92)
Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni
żviluppa kif ġej: || 2008 || 2009 || 2010 || PI Produzzjoni totali tal-Unjoni (tunnellati) (A) || 2 153 118 || 2 797 948 || 3 274 665 || 3 389 503 Importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi inkluż il-pajjiż ikkonċernat (tunnellati) (B) || 1 252 705 || 1 130 703 || 859 605 || 1 031 226 Esportazzjonijiet totali mill-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi mhux tal-UE (tunnellati) (C) || 26 263 || 41 023 || 53 085 || 59 633 Varjazzjoni fil-ħażna[12] (tunnellati) (C) || 0 || 4 730 || -8 415 || -5 458 Konsum tal-Unjoni (tunnellati) || 3 379 559 || 3 882 897 || 4 089 600 || 4 366 554 Indiċi: 2008=100 || 100 || 115 || 121 || 129 Sors : (A) rapport
tas-suq, (b) Eurostat, il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati
Uniti, l-Aġenzija tar-Renju Unit għall-Karburanti Rinnovabbli u l-bażi
tad-dejta dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi,
l-Isvezja u l-Finlandja; (C) l-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-informazzjoni dwar
l-industrija tal-Unjoni pprovduta fl-ilment (93)
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni
żdied b'mod sinifikanti, b'29 %. Din iż-żieda kienet stimulata permezz
tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġiji Rinnovabbli (Renewable
Energies Directive - RED) fl-Istati Membri li stabbilixxew miri ta' tkabbir
għall-konsum tal-enerġiji rinnovabbli. 4.3.
Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż
ikkonċernat 4.3.1.
Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezz
tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (94)
F'termini ta' volum, sehem tas-suq u prezz,
l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika żviluppaw kif
ġej matul il-perjodu kkunsidrat: || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika (tunnellati) (A) || 63 406 || 53 332 || 348 868 || 686 185 Indiċi: 2008=100 || 100 || 84 || 550 || 1082 Sehem mis-suq (%) || 1,9 % || 1,4 % || 8,5 % || 15,7 % Indiċi: 2008=100 || 100 || 73 || 454 || 837 Prezz medju f’EUR/tunnellata (B) || 590,6 || 552,5 || 542,5 || 626,7 Indiċi: 2008=100 || 100 || 94 || 92 || 106 Sors : (A) volum
tal-esportazzjoni ddikjarat mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ
tal-Istati Uniti, (B) il-bażi tad-dejta dwar id-dwana fuq l-importazzjoni
pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja u t-tweġibiet
ivverifikati għall-kwestjonarju tal-importaturi mhux relatati. (95)
L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika
żdiedu b'mod sinifikanti, f'termini ta' volum, minn 63 406 tunnellata għal
686 185 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Bl-istess mod, is-sehem
mis-suq tal-esportaturi tal-Istati Uniti fl-Unjoni żdied b’mod sinifikanti minn
1,9% għal 15,7 % matul dan il-perjodu. (96)
Għalkemm il-prezzijiet medji tal-importazzjoni
tal-Istati Uniti żdiedu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet
mitluba mill-esportaturi tal-Istati Uniti kienu konsistentement aktar baxxi
mill-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (Error! Reference source not found. hawn
taħt. Dan it-twaqqigħ sistematiku tal-prezz prattikat mill-esportaturi
tal-Istati Uniti jispjega ż-żieda sinifikanti fis-sehem mis-suq li kisbu matul
il-perjodu kkunsidrat. 4.3.2.
It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet
mill-pajjiż ikkonċernat (97)
Għall-iskop ta’ valutazzjoni ta' kwalunkwe twaqqigħ
tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta'
prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti
mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' ex-works,
tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti għal kull tip ta' prodott
tal-esportaturi tal-Istati Uniti mitluba lill-ewwel klijent indipendenti
fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF. Sabiex jippermettu tqabbil ġust
tal-prezzijiet, l-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali eżistenti u
l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni ġew applikati għall-prezz tal-Istati Uniti. (98)
Ir-riżultati ta' dan it-tqabbil, meta espressi
bħala perċentwal tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi
fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, urew twaqqigħ tal-prezz
konsistenti ta' 5,6 % bħala medja. Dan it-twaqqigħ tal-prezz jindika
l-pressjoni fuq il-prezz li kienet applikata mill-importazzjonijiet mill-pajjiż
ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari matul il-PI. 4.4.
Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija
tal-Unjoni 4.4.1.
Il-kummenti preliminari (99)
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku,
l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq
l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi
kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu
kkonċernat. (100)
L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-dejta
makroekonomika bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni
tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-inventarji,
l-impjiegi, il-produttività u l-kobor tal-marġini tad-dumping hija bbażata fuq
id-dejta tal-industrija tal-Unjoni sħiħa minn ePURE. (101) L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-dejta mikroekonomika
bħall-prezzijiet, il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investimenti,
ir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità li jiżdied il-kapital, il-pagi u
l-inventarji ġiet stabbilita abbażi tad-dejta pprovduta mill-produtturi
tal-Unjoni inklużi fil-kampjun permezz ta' tweġibiet ivverifikati
għall-kwestjonarju. (102)
L-industrija tal-bijoetanol għadha f’fażi ta' bidu
fl-Unjoni. Riċentement il-kumpaniji investew f'faċilitajiet ġodda ta'
produzzjoni jew espandew il-kapaċitajiet eżistenti biex jissodisfaw id-domanda
li qed tikber fl-Unjoni. Il-fatt li produtturi ġodda bdew jipproduċu matul
il-perjodu kkunsidrat wassal għal żviluppi pożittivi għall-indikaturi
bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u
l-impjiegi. (103)
L-investigazzjoni wriet ukoll li din it-tip ta’
industrija teħtieġ ċertu żmien, bejn sentejn u tliet snin minn mindu tibda,
biex tilħaq livelli normali ta’ produzzjoni. 4.4.2.
Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni
u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum tal-produzzjoni (tunnellati) || 2 153 118 || 2 797 948 || 3 274 665 || 3 389 503 Indiċi: 2008=100 || 100 || 130 || 152 || 157 Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) || 3 443 766 || 3 992 640 || 4 670 076 || 4 734 915 Indiċi: 2008=100 || 100 || 116 || 136 || 137 Użu tal-kapaċità || 63 % || 70 % || 70 % || 72 % Indiċi: 2008=100 || 100 || 112 || 112 || 114 Sors : Ibbażat fuq
dejta mill-industrija tal-Unjoni pprovduta mill-ilmentatur (104)
Bħala riżultat tar-RED, il-produzzjoni tal-Unjoni
kibret b'mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat, b'madwar 57 %. Mill-2008
sal-2010 il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b'36 % iżda sussegwentement,
ir-rata tat-tkabbir naqset b'mod sinifikanti u kienet biss 3,5 % fil-PI
meta mqabbla mal-2010. (105)
Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'37 %
matul il-perjodu kkunsidrat u segwiet xejra simili bħall-produzzjoni. (106)
L-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet b'14 %
matul il-perjodu kkunsidrat u din iż-żieda nkisbet fil-bidu tal-perjodu
kkunsidrat. Minħabba l-fażi ta' bidu ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni fl-2009,
kien mistenni li l-użu tal-kapaċità jiżdied aktar peress li normalment
il-produtturi jkunu jeħtieġu bejn sentejn u tliet snin mill-bidu biex jilħqu
livelli normali ta' produzzjoni, kif spjegat fil-premessa (103) hawn fuq.
Madankollu, dan ma kienx il-każ. (107) Għaldaqstant l-investigazzjoni kkonfermat li diversi kumpaniji fl-UE
bdew joperaw fil-bidu jew waqt il-perjodu kkunsidrat minħabba l-pubblikazzjoni
mistennija tar-RED. Dan wassal għal żviluppi pożittivi b'mod partikolari
għall-fatturi ta' ħsara ta' hawn fuq, speċjalment fil-perjodu sal-2010. Iżda
s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni nbidlet b'koinċidenza maż-żieda ta’
importazzjonijiet tal-Istati Uniti li huma l-oġġett ta' dumping fl-2010 u
t-tkabbir fl-attività mistenni matul il-PI ma seħħx. 4.4.3.
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum tal-bejgħ (tunnellati) || 2 035 367 || 2 650 526 || 3 117 410 || 3 229 326 Indiċi: 2008=100 || 100 || 130 || 152 || 159 Sehem mis-suq || 60,2 % || 68,3 % || 76,2 % || 74,0 % Indiċi: 2008=100 || 100 || 113 || 126 || 122 Sors : ibbażat fuq
dejta mill-industrija tal-Unjoni pprovduta mill-kwerelant (108)
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied
b’59 % u nkisbu 13,8 punt perċentwali ta’ sehem mis-suq matul il-perjodu
kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied b'mod stabbli bejn l-2008 u l-2010 iżda
bejn l-2010 u l-PI l-volum tal-bejgħ żdied inqas mill-konsum li żdied
b’6,8 % f'dak il-perjodu. (109)
Bl-istess mod, is-sehem mis-suq tal-industrija
tal-Unjoni żdied sal-2010 iżda mbagħad naqas matul il-PI. Fil-perjodu bejn
l-2010 u l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti kważi rduppjaw
is-sehem mis-suq tagħhom, u kisbu 7,2 punti perċentwali, l-industrija
tal-Unjoni tilfet 2,2 punti perċentwali. 4.4.4.
Tkabbir (110)
Il-konsum tal-Unjoni żdied b'mod sinifikanti matul
il-perjodu kkunsidrat, b'29,2 %. Għalkemm il-volum tal-bejgħ u s-sehem
mis-suq żdied ukoll matul dan il-perjodu, l-industrija tal-Unjoni ma
bbenefikatx bis-sħiħ minn dan it-tkabbir fil-konsum, b'mod partikolari
mill-2010. Mill-2010 sa l-PI, iż-żieda fil-volum tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni naqset u s-sehem mis-suq naqas meta mqabbel mas-snin preċedenti. (111)
Xi partijiet iddikjaraw li x-xejra tat-tkabbir li
dehret minn ċerti indikaturi matul il-perjodu kkunsidrat ma tirriflettix
is-sitwazzjoni ta' industrija li ġarrbet xi ħsara.. Madankollu, kif spjegat
hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir
tal-industrija tal-Unjoni fl-2010 u fil-PI ħabat maż-żieda fl-importazzjonijiet
bi prezz baxx li huma l-oġġett ta' dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika. 4.4.5.
L-impjiegi u l-produttività || 2008 || 2009 || 2010 || PI Numru ta’ impjegati || 2 331 || 2 419 || 2 523 || 2 552 Indiċi: 2008=100 || 100 || 104 || 108 || 109 Produttività (unità/impjegat) || 924 || 1157 || 1298 || 1 328 Indiċi: 2008=100 || 100 || 125 || 141 || 144 Sors: ibbażat fuq
dejta mill-industrija tal-Unjoni pprovduta mill-kwerelant (112)
L-impjiegi żdiedu b’9% matul il-perjodu kkunsidrat.
B'mod aktar speċifiku, kibru bi 8 % mill-2008 sal-2010 iżda żdiedu biss
b'mod marġinali b'1 % matul il-PI. Din ix-xejra tirrifletti x-xejra
għall-kapaċità u l-produzzjoni fl-Unjoni. (113)
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija
tal-Unjoni tkejlet bħala l-produzzjoni ta' kull persuna impjegata f'sena waħda.
Din żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat b’44 %, li
tirrifletti l-effett tat-tagħlim u ż-żieda fl-effiċjenza matul u wara l-fażi
ta' bidu. 4.4.6.
Il-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali (114)
Meta jitqies il-volum, is-sehem mis-suq u
l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż
ikkonċernat, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini tad-dumping
stabbiliti waqt il-PI ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. 4.4.7.
Irkuprar mill-effetti tad-dumping passat (115)
Din il-kwistjoni mhix rilevanti f'dan il-każ
minħabba l-assenza ta’ effetti ta' dumping fil-passat. 4.4.8.
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni || 2008 || 2009 || 2010 || PI Prezzijiet tal-bejgħ (EUR) || 702,59 || 634,88 || 657,41 || 768,59 Indiċi: 2008=100 || 100 || 90 || 94 || 109 Sors : it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni
inklużi fil-kampjun. (116)
Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu
b'mod ġenerali b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn naqsu fl-2009 meta
mqabbel mal-2008 iżda mbagħad żdiedu b'mod stabbli sa tmiem il-PI. Madankollu,
l-investigazzjoni wriet li ż-żidiet fil-prezz ma kinux biżżejjed biex
jippermettu lill-Industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tagħha. Id-distakk
bejn il-prezzijiet tal-bejgħ u l-ispejjeż kompla jiżdied b'mod partikolari
matul il-PI. Din is-sitwazzjoni tikkoinċidi maż-żieda fil-preżenza ta'
importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-Istati Uniti fis-suq
tal-Unjoni. (117)
L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet
tal-industrija tal-Unjoni baqgħu ogħla (sa 23 %) minn dawk
tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Istati Uniti
tal-Amerika matul il-perjodu kkunsidrat. 4.4.9.
Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus,
l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital || 2008 || 2009 || 2010 || PI Profitt nett qabel it-taxxa (EUR) || -33 305 225 || 1 343 823 || -33 932 738 || -82 070 168 Indiċi: 2008= -100 || -100 || 4 || -102 || -246 Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni (% tal-bejgħ nett) || -11,65 % || 0,33 % || -5,72 % || -9,74 % Indiċi: 2008= -100 || -100 || 3 || -49 || -84 Fluss ta' flus (EUR) || -2 528 061 || 34 783 260 || 48 733 697 || 36 832 646 Indiċi: 2008=-100 || -100 || 1376 || 1928 || 1457 Fluss ta' flus f'% ta' Bejgħ tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati || -0,9 % || 8,7 % || 8,2 % || 4,4 % Indiċi: 2008=-100 || -100 || 980 || 930 || 494 Investimenti (EUR) || 330 441 830 || 86 279 988 || 38 710 739 || 23 018 175 Indiċi: 2008=100 || 100 || 26 || 12 || 7 Redditu fuq l-investiment || -10 % || 2 % || -88 % || -357 % Indiċi: 2008=100 || -100 || 15 || -870 || -3538 Sors : It-tweġibiet
għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (118)
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ġiet
stabbilita kemm f'ammonti assoluti (profitt nett qabel it-taxxa) kif ukoll
billi ġie espress il-profitt jew it-telf nett qabel it-taxxa bħala perċentwal
tal-fatturat tal-bejgħ tal-prodott simili. Il-profittabbiltà tal-industrija
tal-Unjoni kienet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni tal-2009,
meta l-kumpaniji fil-kampjun irnexxielhom jifdu. (119)
Ir-redditu fuq l-investiment segwa xejra simili, u
nqata' lura sew mir-redditu meħtieġ biex jippermetti s-sopravivenza
tal-industrija tal-Unjoni. (120)
Il-fluss ta' flus kien negattiv fl-2008 u tjieb
fl-2009 u fl-2010. Madankollu, matul il-PI, il-fluss ta' flus beda jonqos għal
darba oħra, u dan jirrifletti deterjorazzjoni fil-kapaċità tal-industrija
tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha. (121)
L-evoluzzjoni tal-profittabbiltà, il-fluss ta' flus
u r-redittu fuq l-investiment matul il-perjodu kkunsidrat illimitaw il-kapaċità
tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu
l-iżvilupp tagħha kif deher ċar bit-tnaqqis ta' 93 % fl-investimenti matul
dan il-perjodu. 4.4.10.
Pagi || 2008 || 2009 || 2010 || PI Pagi (EUR) || 45 066 253 || 57 253 228 || 68 711 959 || 76 030 008 Nefqa medja tax-xogħol għal kull impjegat (Euro) || 75 691 || 81 233 || 88 638 || 99 646 Indiċi: 2008=100 || 100 || 107 || 117 || 132 Sors : It-tweġibiet
għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (122)
Il-pagi żdiedu bi 32 % matul il-perjodu
kkunsidrat, u dan jirrifletti l-qligħ fil-produttività tal-impjegati. 4.4.11.
Inventarji || 2008 || 2009 || 2010 || PI Ħażniet tal-għeluq (tunnellati) || 34 585 || 24 022 || 38 649 || 31 408 Indiċi: 2008=100 || 100 || 69 || 112 || 91 Ħażniet relatati mal-produzzjoni || 8,3 % || 3,5 % || 3,8 % || 2,5 % Sors : It-tweġibiet
għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (123) Il-livelli tal-ħażniet naqsu ftit matul il-perjodu kkunsidrat. 4.5.
Konklużjoni dwar il-ħsara (124)
L-investigazzjoni wriet li ż-żieda
fl-importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta' dumping bi prezzijiet baxxi fis-suq
tal-Unjoni seħħet fl-2010 u b'mod partikolari matul il-PI. F'dak il-perjodu,
ċerti indikaturi tal-ħsara li huma relatati mas-sitwazzjoni ekonomika
tal-industrija tal-Unjoni tjiebu, iżda t-tkabbir ma kienx konformi maż-żieda
fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat u għaldaqstant it-titjib ma kienx
biżżejjed biex jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tiżviluppa
l-attivitajiet tagħha. (125)
Kif huwa normali f'attività ġdida u li qed tikber,
ċerti indikaturi, bħall-volum tal-bejgħ, il-produzzjoni, u l-użu tal-kapaċità
wrew xejra pożittiva waqt il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa spjegat mill-fatt li
l-produtturi ġodda tal-Unjoni daħlu fis-suq f’dak il-perjodu. Madankollu, l-investigazzjoni
wriet li s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, mill-2010 meta seħħet iż-żieda
fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi, ma ppermettietx li l-produtturi
tal-Unjoni jilħqu livell suffiċjenti fl-attività u fil-prezzijiet sabiex
jiżviluppaw u jsostnu l-investimenti importanti li saru fil-perjodu kkunsidrat. (126)
Instab li l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi
waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod kostanti. Il-livell
tal-prezzijiet ma ppermettiex lill-industrija li tkopri l-ispejjeż tagħha u
tilħaq il-flussi ta' flus u l-qligħ, li huma meħtieġa biex jiġu żviluppati
l-attivitajiet. (127)
L-indikaturi tal-ħsara relatati mar-rendiment
finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni, bħall-profitabbiltà, il-flussi ta' flus
u r-redittu fuq l-investiment iddeterjoraw jew baqgħu ferm taħt il-livell
normali. Dan affettwa b'mod serju l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid
il-kapital u tkompli tinvesti fl-attivitajiet tagħha. (128)
Fid-dawl ta’ dak imsemmi, ġie kkunsidrat li
l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI fis-sens
tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. 5.
KAWŻALITÀ 5.1.
Introduzzjoni (129)
Skont l-Artikoli 3(5) u 3(6) tar-Regolament
bażiku antidumping, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta'
dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx
ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Ġew eżaminati wkoll fatturi magħrufa għajr
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li jistgħu fl-istess ħin
ikunu qed jagħmlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, biex ikun żgurat li l-ħsara
possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kenitx attribwita
lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. 5.2.
L-effett tal-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping (130)
Kif imsemmi hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied
b’mod sostanzjali matul il-perjodu meqjus, b'29 %. Madankollu,
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat żiedu
l-volum b'mod sinifikanti, jiġifieri minn sehem ta' 1,9 % tas-suq
tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat għal 15,7 % matul il-PI. Dan
tefa' pressjoni b'mod ċar fuq l-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari
mill-2010 sa tmiem il-PI, meta dawn l-importazzjonijiet aktar milli rduppjaw.
Mill-2010, u b’mod partikolari matul il-PI, volumi kbar ta’ importazzjonijiet
bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu preżenti fis-suq
tal-Unjoni u kienu qed iwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Din
is-sitwazzjoni ma ħallietx lill-industrija tiżviluppa kif mistenni matul il-PI. (131)
Xi partijiet argumentaw li s-sitwazzjoni
tal-industrija tal-Unjoni tjiebet preċiżament mill-2010 sal-PI, li ħabtet
mal-irduppjar tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika. Kif spjegat
hawn fuq fil-premessi (102) u (107), il-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni bdew jidħlu fis-suq matul
il-perjodu kkunsidrat wassal għal xejriet pożittivi f’ċerti fatturi ta' ħsara,
bħall-produzzjoni u l-volum ta’ bejgħ. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni
tilfet sehem mis-suq fil-PI meta mqabbel mal-2010 filwaqt li fl-istess ħin
is-suq tal-Unjoni esperjenzat l-ogħla żieda fl-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping tal-Istati Uniti. L-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz u
l-pressjoni fuq il-prezz wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja
ġenerali, b'mod partikolari l-profittabbiltà, tal-industrija tal-Unjoni. (132)
Għaldaqstant l-importazzjonijiet bi prezzijiet
baxxi kellhom rwol sinifikanti fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija
tal-Unjoni matul il-PI. 5.3.
L-effett ta’ fatturi oħra (133)
Il-fatturi magħrufa li ġejjin, minbarra
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li setgħu għamlu ħsara
lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara
kkawżata minn dawk il-fatturi ma kenitx attribwita għall-importazzjonijiet li
huma l-oġġett ta’ dumping: l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, l-andament
tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-kriżi ekonomika u
fatturi oħra bħall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materja prima, l-iżvilupp
tad-domanda u l-problemi interni allegati ta' kumpaniji fl-industrija
tal-Unjoni. 5.3.1.
Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
(il-Brażil) (134)
Skont l-informazzjoni disponibbli, apparti
mill-Brażil, ma kien hemm l-ebda pajjiż ieħor li esporta l-prodott ikkonċernat
lejn l-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat. F’termini ta’
prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Brażiljani baqgħu ferm taħt
dawk tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Brażil
urew biċ-ċar xejra ta' tnaqqis fil-volum (-81 %), u sehem mis-suq
(-25,8 %) matul il-perjodu kkunsidrat. B'konsegwenza ta' dan, minħabba li
l-volumi tal-importazzjoni tnaqqsu għal livell daqshekk baxx matul il-PI, dawn
ma jistgħux jiġu kkunsidrati li kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet bi
prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-ħsara tal-industrija
tal-Unjoni matul il-PI. || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum ta’ importazzjonijiet li oriġinaw mill-Brażil (tunnellati) || 1 022 980 || 884 020 || 396 249 || 195 342 Indiċi: 2008=100 || 100 || 86 || 39 || 19 Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-Brażil (%) || 30,3 % || 22,8 % || 9,7 % || 4,5 % Prezzijiet medji tal-bejgħ CIF (EUR/tunnellata ta' importazzjonijiet) || 560,8 || 496,2 || 580,8 || 622,4 Indiċi: 2008=100 || 100 || 88 || 104 || 111 Sors : Eurostat,
l-Aġenzija tar-Renju Unit għall-Karburanti Rinnovabbli, il-bażi tad-dejta dwar
id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u
l-Finlandja u l-ilment. (135)
Partijiet iddikjaraw li l-importazzjonijiet
mill-Brażil baqgħu ogħla mil-livell de minimis matul il-perjodu
kkunsidrat, u li dawn saru bi prezzijiet ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. Huma
ddikjaraw ukoll li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika
ssostitwixxew biss is-sehem mis-suq li kien jonqos bl-importazzjonijiet
Brażiljani. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika jistgħu għalhekk
allegatament ma jitqiesux bħala l-kawża tal-ħsara materjali tal-industrija
tal-Unjoni. (136)
Kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet
Brażiljani naqsu b'mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tagħhom
mis-suq naqas minn 30,3 % għal 4,5 % fi żmien meta l-konsum żdied
b'mod sinifikanti. Minħabba l-livell tal-prezz prattikat mill-esportaturi
Brażiljani fis-suq tal-Unjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-preżenza
tal-bijoetanol Brażiljan ikkontribwixxiet sa ċertu punt għall-ħsara
tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, ġie meqjus li dawn l-importazzjonijiet
tnaqqsu sa tali livell matul il-PI li ma jistgħux jitqiesu bħala kawża
prinċipali ta’ dik il-ħsara. Fil-perjodu bejn l-2010 u l-PI, filwaqt li
l-importazzjonijiet mill-Brażil naqsu b’madwar 200 000 tunnellata,
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika
żdiedu b’aktar minn 330 000 tunnellata. Għalhekk huwa kkunsidrat li
l-preżenza tal-bijoetanol Brażiljan fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari matul
il-PI, ma tistax tkun tali li tikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika
u s-sitwazzjoni ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni f’dak il-perjodu. 5.3.2.
Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni || 2008 || 2009 || 2010 || PI Volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni (tunnellati) || 26 263 || 41 023 || 53 085 || 59 633 Sors : L-ilment u
r-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (137)
L-investigazzjoni wriet li volumi żgħar ta'
bijoetanol kienu esportati mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI bi prezzijiet
li fil-biċċa l-kbira kienu ogħla minn dawk prattikati fis-suq tal-Unjoni. Dan
wassal għall-konklużjoni li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni mhijiex fattur li
kisret ir-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. 5.3.3.
L-impatt tal-kriżi ekonomika (138)
Ma nstabx li l-kriżi ekonomika kellha impatt
negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-konsum ta' bijoetanol fl-Unjoni
esperjenza l-akbar żieda tiegħu fl-2009, is-sena li ġeneralment tqieset bħala
l-agħar sena tal-kriżi ekonomika. Fl-istess perjodu, il-produzzjoni u l-bejgħ
mill-produtturi tal-Unjoni żdiedu wkoll. (139)
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ġie meqjus li
l-kriżi ekonomika ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet bi
prezzijiet baxxi mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara materjali mġarrba
mill-industrija tal-Unjoni. 5.3.4.
Fatturi oħra (140)
Il-partijiet semmew ukoll fatturi oħra li setgħu kisru
r-rabta kawżali bħall-varjazzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima, l-iżvilupp
tad-domanda li kien aktar baxx milli kien mistenni, qafas regolatorju fl-Unjoni
li allegatament jaħdem kontra produtturi tal-Unjoni u ċerti problemi interni
allegati ta’ produtturi tal-Unjoni. (141)
Fir-rigward tal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet
tal-materja prima, instab li kemm il-prezzijiet tal-qamħirrun kif ukoll dawk
tal-qamħ kienu volatili matul il-perjodu meqjus. L-investigazzjoni wriet li
madankollu ħafna mill-produtturi koprew dan ir-riskju permezz ta' mekkaniżmu
speċifiku li jiffissa l-prezzijiet mal-fornituri tagħhom jew permezz tas-swieq
finanzjarji. Għalhekk anki jekk il-prezzijiet tal-materja prima varjaw b'mod
partikolari mill-2008 sal-2010, meta l-prezz għall-qamħirrun kien aktar baxx
mill-prezz tal-qamħ, il-prezzijiet tal-materja prima fit-tieni nofs tal-PI
kienu ftit jew wisq l-istess. Dan jindika li kwalunkwe differenza fil-prezz
titnaqqas għal minimu u mhijiex ta’ natura dejjiema. (142)
Xi partijiet iddikjaraw li l-implimentazzjoni
tar-RED fl-Istati Membri kienet bil-mod wisq u li l-konsum waqa' lura mill-miri
stabbiliti mid-Direttiva msemmija. Iżda, anke jekk il-miri inizjali ma ntlaħqux
totalment fil-perjodu kkunsidrat, il-fatt li l-konsum kiber b'mod sinifikanti,
jiġifieri b’29,2 % f’dak il-perjodu, huwa fattur pożittiv li ma jistax
jiġi injorat fl-analiżi. Fi kwalunkwe każ, l-implimentazzjoni bil-mod allegata
tar-RED ma tistax tiġġustifika l-preżenza ta’ volumi kbar ta’ importazzjonijiet
bi prezz baxx li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni li jwaqqgħu
l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u jikkawżaw ħsara lil dik l-industrija.
Għalhekk, it-talba hija miċħuda. (143)
Partijiet argumentaw ukoll li l-industrija
tal-Unjoni waħidha ma tistax tissodisfa d-domanda tal-Unjoni bħala riżultat ta'
inċertezza regolatorja u li s-sistema taċ-ċertifikazzjoni ssir bil-mod ħafna u
b’hekk iddgħajjef il-benefiċċji għall-produtturi ċċertifikati tal-Unjoni.
Fl-aħħar nett, xi partijiet argumentaw li l-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni
kellhom problemi interni matul il-perjodu kkunsidrat jispjega kwalunkwe ħsara
li ġarrbu. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati u
l-investigazzjoni ma kkonfermatx li dawn id-dikjarazzjonijiet kienu fondati.
Xorta waħda, ta' min jinnota li l-investigazzjoni wriet li kwalunkwe livell
baxx allegat tal-produzzjoni tal-Unjoni kien prinċipalment iġġustifikat minn
livell baxx ta' prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni li kien affettwat
fil-parti l-kbira tiegħu minn żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li
huma l-oġġett ta' dumping tal-Istati Uniti li jwaqqgħu l-prezzijiet
tal-produtturi tal-Unjoni, b'mod partikolari matul il-PI. Milli jidher
il-produtturi tal-UE ma kellhomx għażla ħlief li jwaqqfu l-produzzjoni billi
l-prezzijiet lanqas ma ppermettielhom li jkopru l-ispejjeż tal-materja prima
b'mod partikolari matul il-PI. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq li
mhumiex sostanzjati mhumiex hemm biex jiksru r-rabta kawżali bejn
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u s-sitwazzjoni ta' ħsara
tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. (144)
Għalhekk ġie konkluż li l-fatturi kollha msemmija
hawn fuq ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba
mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
mill-Istati Uniti tal-Amerika. (145)
Fl-aħħar nett il-partijiet semmew li matul il-PI,
numru konsiderevoli ta' importazzjonijiet ġew iddikjarati taħt l-intestatura
NM 3824, u ġie applikat dazju doganali baxx. Wara tmiem il-PI, żdied
il-livell tad-dazju doganali rispettiv. Huma jqisu li l-ħsara ġiet ikkawżata
mid-dazju doganali baxx, u mhux mid-dumping. F'dan ir-rigward, biżżejjed li
wieħed jgħid li d-dazji doganali jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin, u li
għaldaqstant dan l-argument ma jistax iqajjem dubji dwar il-preżenza tal-ħsara
waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. 5.4.
Konklużjoni dwar il-kawżalità (146)
L-analiżi ta' hawn fuq uriet li kien hemm żieda
sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezzijiet
baxxi li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat. Barra
minn hekk, instab li l-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet kienu aktar
baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. (147)
Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq
tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiż ikkonċernat ħabtet ma’
żieda ġenerali u kontinwa fil-konsum fl-Unjoni u anki ma' riżultati negattivi
tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-esportaturi
mill-pajjiż ikkonċernat irnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom billi
waqqgħu b'mod sistematiku l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fl-istess
ħin, l-industrija tal-Unjoni ma kenitx kapaċi tilħaq livelli pożittivi sostnuti
ta' profittabilità minkejja ż-żieda fl-attività tagħha. (148)
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu
kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li
huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija
tal-Unjoni. (149)
Skont l-analiżi ta’ hawn fuq, li għamlet
distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar
is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta' ħsara
tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż li
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika
kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira
tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. 6.
L-INTERESS TAL-UNJONI 6.1.
Kumment preliminari (150)
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie
eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-ħsara kkawżata
mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat,
kienx hemm raġunijiet konvinċenti għall-konklużjoni li mhux fl-interess
tal-Unjoni li tadotta miżuri kontra d-dumping f’dan il-każ partikolari.
L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi
interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni,
tal-importaturi u tal-utenti tal-prodott ikkonċernat. 6.2.
L-interess tal-industrija tal-Unjoni (151)
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni
ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika. Fin-nuqqas ta' miżuri li jikkoreġu
l-effetti ta' distorsjoni fin-negozju ta' dawn l-importazzjonijiet, jidher
possibbli ħafna li jkun hemm aktar deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika
tal-industrija tal-Unjoni. (152)
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji
antidumping se jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet effettivi ta’ negozju
fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni
jirriflettu l-ispiża tal-produzzjoni tagħha. Jista’ jkun mistenni li
l-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti wkoll lill-industrija tal-Unjoni li żżid
il-volum tal-bejgħ u b’hekk takkwista s-sehem mis-suq li tilfet minħabba
l-preżenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dan imbagħad se
jkollu impatt pożittiv ieħor fuq il-qagħda finanzjarja u fuq il-profittabilità
tagħha. (153)
Għaldaqstant ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’
miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina
fl-Istati Uniti tal-Amerika ma tmurx kontra l-interess tal-industrija
tal-Unjoni. 6.3.
L-interess tal-importaturi (154)
Żewġ kumpaniji bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju
maħsub għal importaturi mhux relatati fl-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika
fil-bini ta’ dawn l-importaturi li kkoperaw. Għaż-żewġ kumpaniji li saritilhom
żjara, in-negozju tal-bijoetanol jikkostitwixxi biss parti żgħira mill-fatturat
totali tagħhom (inqas minn 5 %). Barra minn hekk, it-tnejn li huma indikaw
li jkunu kapaċi jgħaddu kwalunkwe żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom,
l-utenti. (155)
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż
li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq
l-importaturi. 6.4.
Interess tal-utenti (156)
Erba' kumpaniji bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju
maħsub għal utenti fl-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ wieħed
minnhom. (157)
Għall-kumpanija li saritilha żjara, in-negozju
tal-bijoetanol jirrappreżenta parti żgħira mill-fatturat tiegħu, inqas minn
5 %. Il-kumpanija għamlet valutazzjoni tal-impatt li tikkunsidra taħlita
ta’ E5 u kkalkulat li dazju ta' EUR 100/m3 kien jirriżulta f’żieda
fil-prezz ta' EUR 0,5 ċenteżmu/litru mal-pompi. (158)
Fir-rigward tat-tliet utenti l-oħra, abbażi
tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, huwa ċar li l-impatt ikun
limitat ukoll. Għal kumpanija waħda, il-volumi mixtrija mill-pajjiż ikkonċernat
huma pjuttost limitati u l-impożizzjoni ta' dazju antidumping iwassal biss għal
impatt minimu fuq il-profittabbiltà tagħha. (159)
Iż-żewġ utenti l-oħra li kkooperaw huma relatati u
ddikjaraw li kwalunkwe impożizzjoni ta’ dazji antidumping jistgħu jiġu
mgħoddija lill-klijenti tagħhom. Huma għamluha ċara wkoll li għandhom biżżejjed
għażla ta' sorsi ta' forniment u li ma jiddependux fuq l-importazzjonijiet
mill-Istati Uniti. (160)
Partijiet iddikjaraw li mhemmx biżżejjed kapaċità
fl-Unjoni biex tissodisfa d-domanda totali u li l-Unjoni se teħtieġ
importazzjonijiet biex tiżgura l-ħtiġijiet tal-bijoetanol tagħha. Iċ-ċifri
tal-kapaċità vverifikati juru li kien hemm kapaċità mhux użata fl-Unjoni
minħabba b'mod partikolari l-livell baxx ta' prezzijiet tal-bejgħ.
B'konsegwenza ta' dan, il-produtturi tal-Unjoni jkunu kapaċi jgħollu
l-produzzjoni tagħhom biex jissodisfaw id-domanda li qed tikber b'mod
partikolari meta jitneħħew id-distorsjonijiet kummerċjali mis-suq. Barra minn
hekk, huwa mistenni li jinbnew impjanti ġodda u jibdew joperaw fil-futur qrib,
b'hekk jitnaqqas kwalunkwe riskju ta’ nuqqas allegat fl-Unjoni. (161)
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li
l-effett tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-bijoetanol
mill-Istati Uniti tal-Amerika ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq
l-utenti fl-Unjoni. 6.5.
Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni (162)
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li
ġeneralment, abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess
tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’
miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw
mill-Istati Uniti tal-Amerika. 7.
MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI 7.1.
Livell ta’ tneħħija tal-ħsara (163)
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward
tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu
imposti miżuri antidumping definittivi sabiex jipprevjenu milli ssir aktar
ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping. (164)
Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn
il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping u l-ammont ta’ dazju meħtieġ
biex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma
jinqabżu l-marġini tad-dumping li nstabu. (165)
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju
meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ ħsara, ġie meqjus li kwalunkwe
miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri
l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u li tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’
jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur
f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’
importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili
fl-Unjoni. (166)
F'dan il-każ, minħabba l-osservazzjonijiet li saru
b'mod partikolari fil-premessi (102) u (103) hawn fuq, ġie
meqjus li l-qligħ fil-mira għall-industrija tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq
il-qligħ miksub meta l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu
negliġibbli, jiġifieri l-marġini ta' profitt medju qabel it-taxxa ta' wieħed
mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-2008 u fl-2009, produttur li
ma kienx f'fażi ta' bidu f'dak iż-żmien. Għalhekk tqies li marġini ta’
6,8 % ta’ dħul mill-bejgħ huwa raġonevoli u jista’ jiġi kkunsidrat bħala
minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista
f'kundizzjonijiet normali tal-kummerċ fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara matul
il-PI. (167)
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża
l-ebda ħsara għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma
jikkawża l-ebda ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ
tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mill-qligħ/telf attwali magħmul
matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq. (168)
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad maħduma
abbażi ta’ tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni b'medja peżata tal-produtturi
esportaturi li kkooperaw fl-Istati Uniti tal-Amerika, kif stabbilit
għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda ħsara
tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul
il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet
espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali. 7.2.
Forma u livell tad-dazji (169)
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie meqjus li, skont
l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri
antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
fil-livell aktar baxx tal-marġinijiet ta' dumping u ta' ħsara, skont ir-regola
tad-dazju l-aktar baxx. F'konformità ma’ dan, ir-rati kollha tad-dazju għandhom
jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġinijiet ta’ dumping li nstabu. (170)
Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn
li ġejjin: || Marġini tad-dumping || Marġini ta' ħsara || Dazju definittiv % Marġini ta’ dumping fil-pajjiż kollu || 9,5 % || 31,1 % || 9,5 % (171)
Fid-dawl li d-dazju antidumping japplika wkoll għal
taħlitiet li bil-volum fihom aktar minn 10 % (v/v) bijoetanol, bi
proporzjon mal-kontenut ta’ bijoetanol tagħhom, jitqies xieraq għall-implimentazzjoni
effettiva tal-miżura mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li
jiddeterminaw id-dazju bħala ammont fiss abbażi tal-kontenut ta’ bjioetanol
pur. (172)
Ir-rata ta' dazju antidumping speċifikata f'dan
ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti.
Għaldaqstant, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik
l-investigazzjoni. Dan id-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-kumpaniji
kollha huwa applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw
mill-Istati Uniti tal-Amerika. (173)
Filwaqt li inizjalment
kien maħsub li tiġi limitata d-durata tal-miżuri għal 3 snin minħabba
l-iżviluppi meqjusa tas-suq dinamiku fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, din
il-kwistjoni ġiet ivvalutata mill-ġdid wara l-kummenti li waslu mill-partijiet
interessati. L-ilmentaturi b'mod partikolari ddikjaraw li jkun kmieni wisq
sabiex wieħed jipprevedi f'dan l-istadju bidla ewlenija fix-xejriet tas-suq
peress li l-bidla għal bijoetanol ta' ġenerazzjoni ġdida wisq probabbli jista'
jieħu ammont ta' żmien konsiderevoli u ma għandux jitqies fil-proposta attwali.
Bl-istess mod, ikun prematur ukoll jekk wieħed jassumi x’ikun l-eżitu u
l-impatt ta’ wħud mill-proposti regolatorji li attwalment qed jiġu diskussi
għall-operaturi kollha fis-suq. Wara li ġew eżaminati dawn l-argumenti tqies li
ma kienx xieraq li jitbiegħdu mill-perjodu normali ta' validità tal-miżuri kif
provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Dan huwa bla ħsara
għall-possibbiltà għal kwalunkwe parti interessata milli titlob għal reviżjoni
jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk skont l-Artikolu 11(3). 8.
REĠISTRAZZJONI (174)
Il-Kummissjoni rċeviet talbiet mingħand
l-ilmentatur għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-bijoetanol li
joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika. Skont l-Artikolu 14(6)
tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat
Konsultattiv, titlob lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi meħtieġa
għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, b'hekk il-miżuri jkunu jistgħu jiġu
applikati, sussegwentement, fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik
ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru suġġetti għal
reġistrazzjoni b’talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed
evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. L-ilmentatur argumenta li, billi
ġiet imposta r-reġistrazzjoni fil-proċediment parallel kontra s-sussidji fuq
l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika[13], dawn il-kundizzjonijiet ġew
sodisfatti awtomatikament. (175)
Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li
r-reġistrazzjoni fil-proċediment parallel kontra s-sussidji saret taħt sett ta'
ċirkustanzi kompletament differenti. Kif indikat fil-premessa 10
għar-Regolament 771/2012, minkejja sejbiet pożittivi ta' sussidji kompensatorji
u ħsara materjali kkawżata minnhom lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu
tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tadottax dazji provviżorji
kompensatorji għaliex instab provviżorjament li l-iskema ewlenija ta' sussidju
li kienet fis-seħħ matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienet waqfet, fis-sens
li ma kenitx baqgħet tagħti benefiċċju fiż-żmien li kellhom jiġu imposti miżuri
proviżorji. Madankollu, hemm evidenza li fix-xhur li ġejjin l-Istati Uniti
tal-Amerika jistgħu jerġgħu jintroduċu l-iskema ewlenija ta' sussidju misjuba
bħala kompensatorja b'effetti retroattiv. F'dak il-każ, il-Kummissjoni qieset
li kienet tkun intitolata tadotta (u eventwalment tiġbor) dazji proviżorji
kompensatorji fl-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, biex tippriserva d-drittijiet
tal-Unjoni Ewropea taħt dawn iċ-ċirkustanzi speċjali, il-Kummissjoni ddeċidiet
li tidderieġi l-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw l-importazzjonijiet.
Dan is-sett speċifiku ta' ċirkustanzi ma japplikax fil-proċediment AD attwali. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1.
Dazju antidumping definittiv huwa impost hawnhekk
fuq importazzjonijiet ta' bijoetanol, imsemmija bħala l-"karburant
etanol”, jiġifieri l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif
elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea),
denaturat jew le, esklużi prodotti b'kontenut ta' ilma ta' aktar minn
0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, iżda inkluż
l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsab f’taħlit ma’
gażolina b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) li huwa
maħsub għal użi ta' karburant li attwalment jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex
2207 10 00, ex 2207 20 00, ex
2208 90 99, ex 2710 12 21, ex
2710 12 25, ex 2710 12 31, ex
2710 12 41, ex 2710 12 45, ex
2710 12 49, ex 2710 12 51, ex
2710 12 59, ex 2710 12 70, ex
2710 12 90, ex 3814 00 10, ex
3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex
3824 90 97 (il-kodiċi TARIC 2207 10 00 12,
2207 20 00 12, 2208 90 99 12,
2710 12 21 11, 2710 12 25 92,
2710 12 31 11, 2710 12 41 11,
2710 12 45 11, 2710 12 49 11,
2710 12 51 11, 2710 12 59 11,
2710 12 70 11, 2710 12 90 11,
3814 00 10 11, 3814 00 90 71,
3820 00 00 11 u 3824 90 97 67) u li joriġinaw
fl-Istati Uniti tal-Amerika. 2.
Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv
applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 ikun EUR 62,3 għal
kull tunnellata metrika netta. Id-dazju antidumping ikun applikabbli
proporzjonalment, skont il-piż, tal-kontenut totali ta' alkoħol etiliku pur
prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) (kontenut ta’ bijoetanol). 3.
Il-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu
eżenti mid-dazju antidumping definittiv jekk ikunu għal użi oħrajn għajr l-użu
bħala karburant. L-eżenzjoni tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti
fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontroll
doganali tal-użu ta’ prodotti bħal dawn (ara l-Artikoli minn 291 sa 300
tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93). 4.
F'każijiet fejn il-prodotti jkunu ġarrbu ħsara
qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas
realment jew li għandu jitħallas ikun allokat għad-determinazzjoni tal-valur
doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE)
Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa
d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE)
Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju[14], l-ammont tad-dazju
antidumping, maħdum fuq l-ammonti stabbiliti hawn fuq, jitnaqqas b'perċentwal
li jikkorrispondi għall-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li għandu
jitħallas. 5.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw
id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali. Artikolu 2 Dan
ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU C 345, 25.11.2011, p. 7. [3] ĠU C 345, 25.11.2011, p. 13. [4] Ara www.ethanol.org – RFS (Standard
għall-karburanti rinnovvabbli - Renewable fuels standard) skont l-Att dwar l-Indipendenza
tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007. [5] Ara l-Kodiċi tad-Dħul Intern tal-Istati Uniti (US
Internal Revenue Code (IRC)) - Taqsima 40(b)(4) punt E. [6] Ara www.ethanol.org – RFS (Standard
għall-karburanti rinnovvabbli - Renewable fuels standard) skont l-Att dwar
l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007. [7] L-investigazzjoni wriet li sabiex jinkiseb il-kreditu
għat-taħlita tal-alkoħol, kif iddefinit fit-Taqsima 40(b)(3) tal-IRC
fl-Istati Uniti, huwa biżżejjed li jitħallat bijoetanol pur ma minimu ta’
0,1 % ta’ gażolina. [8] Pereżempju (a) L-informazzjoni ppubblikata mill-American
Coalition for Ethanol (ACE) fuq l-internet (b) l-Att dwar il-Politika
tal-Enerġija (EPA) tal-2005, b'mod partikolari P.L. 109-58 (c) l-Att dwar
l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007 (P.L. 110-140, H.R.6) li
emenda u żied l-Istandard għall-Karburanti Rinnovvabbli (RFS) li kien jeħtieġ
użu ta' 9 biljun gallun ta' karburant rinnovabbli fl-2008 u 13,9-il biljun
gallun fl-2011, (d) skedi informattivi maħruġa mid-Dipartiment tal-Enerġija
tal-Istati Uniti skont l-Azzjonijiet għal bliet aktar indaf, eċċ. [9] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93
tat-02.07.1993 [10] Pereżempju, ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-persulfat li
jisħaq li l-prodott Ċiniż kien "simili" għal dak tal-UE minkejja
differenzi fil-kwalità fil-purità u fil-kontenut tal-ħadid. ĠU L 308,
21.12.1995, p. 61 (premessa 10). Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti
Ġenerali f’T-2/95, Industrie des poudres Spheriques, fejn il-Qorti ddeċidiet li
l-istituzzjonijiet setgħu legalment jaslu għall-konklużjoni li l-metall
tal-kalċju Ċiniż u Russu kienu "simili" għall-metall tal-kalċju
tal-UE, minkejja d-differenzi fil-kontenut tal-ossiġnu li għamel il-prodott
tal-UE mhux tajjeb għal użu speċifiku partikulari, li jirrappreżenta 11 %
tal-konsum tal-UE (T-2/95 paragrafi 202-221). Dan il-punt ma ġiex ikkontestat
fl-appell (C-458/98 P). [11] ĠU C 225, 18.9.2009, p. 13,
ĠU C 176, 2.7.2010, p. 6, ĠU C 236, 12.8.2011, p. 16. [12] Huwa preżunt li ma kien hemm l-ebda
varjazzjoni fil-ħażna fl-2008. [13] Regolament tal-Kummissjoni (UE)
Nru 771/2012 tat-23.08.2012, ĠU L 229, p. 20. [14] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu02 Volum 06 p. 3).