52013JC0024

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2013/024 final - 2013/0227 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja daħħal fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK tħassret u ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK.

(2) Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK skadiet.

(3) Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(4) L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jelenka entrati li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel, qabel il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni skont l-Artikolu 2b tar-Regolament Nru 36/2012. Din il-lista għandha titwessa' biex tinkludi aktar elementi. Għandha tiġi pprovduta eċċezzjoni għal prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur.

(5) Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni 2013/255/PESK,

(6) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 skont dan.

2013/0227 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja[1],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja[2] daħħal fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011[3]. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK[4] tad-29 ta' Novembru 2012 ħassret u ssostitwiet id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(2)       Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK skadiet.

(3)       Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK[5] dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(4)       l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jelenka entrati li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel, qabel il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni skont l-Artikolu 2b tar-Regolament Nru 36/2012. Din il-lista għandha titwessa’ biex tinkludi aktar elementi. Għandha tiġi pprovduta eċċezzjoni għal prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur.

(5)       Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(6)       Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara t-titolu “Lista ta’ Tagħmir, Prodotti u Teknoloġija Msemmija fl-Artikolu 2b”:

"Din il-lista ma tinkludix prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali."

(2) Fit-Taqsima IX.A1 “Materjali, kimiċi, 'mikroorganiżmi' u 'tossini'", l-entrati stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiżdiedu bħala l-punt IX.A1.004.

(3) Fit-Taqsima IX.A2 “Ipproċessar ta' Materjali", l-entrata stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiżdiedu bħala l-punt IX.A2.010.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS I

Fit-Taqsima IX.A1 jiżdied il-punt li ġej IX.A1.004:

Komposti definiti kimikament separati skont in-Nota 1 tal-Kapitolu 28 u 29 tan-Nomenklatura Magħquda, f’konċentrazzjoni ta’ 95 % jew aktar*, kif ġej:

 "Aċetun, || (CAS RN 67-64-1) || (Kodiċi NM 2914 11 00)

Aċitilena, || (CAS RN 74-86-2) || (Kodiċi NM 2901 29 00)

Ammonja, || (CAS RN 7664-41-7) || (Kodiċi NM 2814 10 00)

Antimonju, || (CAS RN 7440-36-0) || (intestatura 8110)

Arseniku, || (CAS RN 7440-38-2) || Kodiċi NM 2804 80 00

Triossidu arseniku, || (CAS RN 1327-53-3) || Kodiċi NM 2811 29 10

Bis (2-kloroetil) etilammina idroklorur, || (CAS RN 3590-07-6) || Kodiċi NM 2921 19 99

Bis (2-kloroetil) metilammina idroklorur, || (CAS RN 55-86-7) || Kodiċi NM 2921 19 99

Benżil, || (CAS RN 134-81-6) || Kodiċi NM 2914 39 00

Benżaldeide, || (CAS RN 100-52-7) || (Kodiċi NM 2912 21 00)

Benżoin || (CAS RN 119-53-9) || (Kodiċi NM 2914 40 90)

2-bromokloroetan, || (CAS RN 107-04-0) || Kodiċi NM 2903 79 90

1-Butanol, || (CAS RN 71-36-3) || (Kodiċi NM 2905 13 00)

2-Butanol, || (CAS RN 78-92-2) || (Kodiċi NM 2905 14 90)

Iso-Butanol, || (CAS RN 78-83-1) || (Kodiċi NM 2905 14 90)

Tert-Butanol, || (CAS RN 75-65-0) || (Kodiċi NM 2905 14 10)

Karbur tal-kalċju, || (CAS RN 75-20-7) || Kodiċi NM 2849 10 00

Monossidu tal-karbonju, || (CAS RN 630-08-0) || (Kodiċi NM 2811 29 90)

Klorin, || (CAS RN 7782-50-5) || (Kodiċi NM 2801 10 00)

Ċikloeżanol, || (CAS RN 108-93-0) || (Kodiċi NM 2906 12 00)

Diċikloeżilammina (DCA), || (CAS RN 101-83-7) || (Kodiċi NM 2921 30 99)

Dietil eter, || (CAS RN 60-29-7) || Kodiċi NM 2909 11 00

Dietilammina, || (CAS RN 109-89-7) || Kodiċi NM 2921 19 50

Dimetil eter, || (CAS RN 115-10-6) || Kodiċi NM 2909 19 90

Dimetilamminoetanol, || (CAS RN 108-01-0) || Kodiċi NM 2922 19 85

Etanol, || (CAS RN 64-17-5) || (Kodiċi NM 2207 10 00)

Etilene, || (CAS RN 74-85-1) || (Kodiċi NM 2901 21 00)

Diklorur tal-etilen || (CAS RN 107-06-2) || Kodiċi NM 2903 15 00

2-metossietanol, || (CAS RN 109-86-4) || Kodiċi NM 2909 44 00

Bromur tal-etil, || (CAS RN 74-96-4) || Kodiċi NM 2903 39 19

Klorur tal-etil, || (CAS RN 75-00-3) || Kodiċi NM 2903 11 00

Etilammina, || (CAS RN 75-04-7) || Kodiċi NM 2921 19 99

Ossidu tal-etilena, || (CAS RN 75-21-8) || Kodiċi NM 2910 10 00

Fluworoapatite, || (CAS RN 04/05/1306) || (Kodiċi NM 2835 39 00)

Eżammina, || (CAS RN 100-97-0) || Kodiċi NM 2933 69 40

Klorur tal-idroġenu, || (CAS RN 7647-01-0) || (Kodiċi NM 2806 10 00)

Sulfur tal-idroġenu, || (CAS RN 04/06/7783) || Kodiċi NM 2811 19 80

Isoċjanatometan, || (CAS RN 624-83-9) || Kodiċi NM 2929 10 00

Isopropanol, konċentrazzjoni ta’ 95 % jew aktar, || (CAS RN 67-63-0) || (Kodiċi NM 2905 12 00)

Aċidu mandeliku, || (CAS RN 90-64-2) || (Kodiċi NM 2918 19 98)

Metanol, || (CAS RN 67-56-1) || (Kodiċi NM 2905 11 00)

Metilammina || (CAS RN 74-89-5) || Kodiċi NM 2921 11 00

Bromur tal-metil, || (CAS RN 74-83-9) || Kodiċi NM 2903 39 11

Klorur tal-metil, || (CAS RN 74-87-3) || (Kodiċi NM 2903 11 00)

Jodur tal-metil, || (CAS RN 74-88-4) || (Kodiċi NM 2903 39 90)

Merkaptan tal-metil, || (CAS RN 74-93-1) || (Kodiċi NM 2930 90 99)

Monoetileneglikol || (CAS RN 107-21-1) || (Kodiċi NM 2905 31 00)

Nitrometan || (CAS RN 75-52-5) || Kodiċi NM 2904 20 00

Klorur tal-ossalil, || (CAS RN 79-37-8) || (Kodiċi NM 2917 19 90)

Aċidu pjeriku || (CAS RN 88-89-1) || Kodiċi NM 2908 99 00

Sulfid tal-potassju, || (CAS RN 1312-73-8) || (Kodiċi NM 2830 90 85)

Tiosianat tal-potassju, (KSCN), || (CAS RN 333-20-0) || (Kodiċi NM 2842 90 80)

Kwinaldina || (CAS RN 91-63-4) || Kodiċi NM 2933 49 90

Ipoklorit tas-sodju, || (CAS RN 7681-52-9) || (Kodiċi NM 2828 90 00)

Kubrit, || (CAS RN 7704-34-9) || (Kodiċi NM 2802 00 00)

Diossidu tal-kubrit, || (CAS RN 05/09/7446) || (Kodiċi NM 2811 29 05)

Triossidu tal-kubrit, || (CAS RN 09/11/7446) || Kodiċi NM 2811 29 10

Klorur tat-tiofosforil, || (CAS RN 3982-91-0) || Kodiċi NM 2853 00 90

Tributilfosfit, || (CAS RN 102-85-2) || Kodiċi NM 2920 90 85

Fosfat tat-tri-iżobutil || (CAS RN 1606-96-8) || (Kodiċi NM 2920 90 85)

Tris (2-kloroetil)ammina idroklorur, || (CAS RN 817-09-4) || Kodiċi NM 2921 19 99

Fosfru abjad/isfar || (CAS RN 12185-10-3, 7723-14-0) || Kodiċi NM 2804 70 00

* Il-lista f'dan il-punt IX.A1.004 ma tinkludix prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali. ANNESS II

Fit-Taqsima IX.A2 jiżdied il-punt li ġej IX.A2.010:

IX.A2.010 || Tagħmir Tagħmir tal-laboratorju, inklużi parts u aċċessorji għal dan it-tagħmir, għall-analiżi (distruttiva jew mhux distruttiva) jew is-sejbien ta' sustanzi kimiċi.

.

[1]               ĠU L 319, 02.12.2011, p. 56.

[2]               ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

[3]               ĠU L 319, 2.12.2011, p 56.

[4]               ĠU L 330, 30.11.2012, p. 21.

[5]               ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.