RAPPORT KONĠUNT LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-progress tal-Kosovo( fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet stipulati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2012 minħabba deċiżjoni possibbli dwar il-ftuħ tan-negozjati dwar il-ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni /* JOIN/2013/08 final */
RAPPORT KONĠUNT LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar
il-progress tal-Kosovo* fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet stipulati fil-Konklużjonijiet
tal-Kunsill ta’ Diċembru 2012 minħabba deċiżjoni
possibbli dwar il-ftuħ tan-negozjati dwar il-ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni 1. Introduzzjoni F’Ottubru 2012, il-Kummissjoni ħarġet Studju
ta’ Fattibbiltà għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo[1]. L-istudju
kkonkluda li l-Kosovo kien lest fil-parti l-kbira tiegħu biex jiftaħ
negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni. Huwa
ssuġġerixxa wkoll li l-Kummissjoni tipproponi direttivi ta’ negozjati
għal ftehim bħal dan, ladarba l-Kosovo jieħu għadd ta’
passi speċifiċi fuq l-istat tad-dritt, l-amministrazzjoni pubblika,
il-protezzjoni tal-minoranzi u l-kummerċ. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’
Diċembru 2012 ħadu nota tal-istudju ta’ fattibbiltà u
tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi direttivi ta’ negozjati għal
Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni malli l-Kosovo jissodisfa dawn
il-prijoritajiet fuq medda qasira ta’ żmien. Il-Kunsill talab ukoll
lill-Kosovo biex ikompli jimplimenta b’rieda tajba l-ftehimiet li ntlaħqu
fid-djalogu bejn Belgrad u Pristina sal-lum u biex jimpenja ruħu b’mod
kostruttiv fil-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet. Minbarra d-djalogu bejn Belgrad u
Pristina u l-prijoritajiet fuq medda qasira ta’ żmien tal-istudju ta’
fattibbiltà, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill enfasizzaw l-isforzi li saru
biex tissaħħaħ ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u
jiġi kkonsolidat l-istat tad-dritt, b’mod partikulari billi tiġi
pprovduta evidenza tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u
l-korruzzjoni, ir-riforma ġudizzjarja u l-libertà tal-espressjoni. Il-Konklużjonijiet
ikkonfermaw li l-inizjattivi li tnedew mill-Kummissjoni, inkluż id-Djalogu
Strutturat dwar l-Istat tad-Dritt, id-djalogu dwar il-liberalizzazjoni
tal-viża u d-Djalogu dwar il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni, għandhom rwol importanti sabiex jiggwidaw l-isforzi
ta’ riforma tal-Kosovo fuq dawn l-oqsma prijoritarji. Il-Kunsill enfasizza l-importanza
għall-Kosovo li jsaħħaħ il-kooperazzjoni mill-qrib
mal-EULEX u jirrispetta l-mandat imġedded tal-missjoni. Il-Konklużjonijiet
laqgħu l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim qafas
mal-Kosovo dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-programmi tal-Unjoni. Il-Kunsill
innota wkoll is-sħubija tal-Kosovo tal-Bank Ewropew
għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-possibbiltà għall-Bank
Ewropew tal-Investiment biex jissaħħaħ is-sehem tagħha
fil-Kosovo. Bil-ħsieb ta’ deċiżjoni
possibbli biex jinfetħu negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni mal-Kosovo, il-Kunsill impenja ruħu li jeżamina
l-progress fuq il-kwistjonijiet kollha ta’ hawn fuq. Il-Kunsill intrabat
ukoll li jeżamina r-rapport matul din il-Presidenza u — sakemm
il-valutazzjoni tkun waħda pożittiva — li jadotta d-direttivi ta’
negozjati. Filwaqt li jitqiesu dawn l-elementi, dan
ir-rapport huwa maqsum fi tliet partijiet ewlenin. L-ewwel parti tanalizza
l-progress tal-Kosovo biex jindirizza l-prijoritajiet fuq medda qasira ta’
żmien li huma identifikati fl-istudju ta’ fattibbiltà. It-tieni parti
tagħti ħarsa lejn il-kwistjonijiet kollha l-oħra identifikati
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru, fosthom id-djalogu
politiku bejn il-Prim Ministri tal-Kosovo u s-Serbja li kien iffaċilitat
bir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà, u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet milħuqa
sal-lum.
Il-parti
finali tar-rapport tasal għal konklużjonijiet. 2. Il-Kosovo jindirizza prijoritajiet fuq
medda qasira ta’ żmien tal-istudju ta’ fattibbiltà Skont l-istudju ta’ fattibbiltà, il-Kosovo kien
meħtieġ li jieħu aktar passi dwar l-istat tad-dritt,
l-amministrazzjoni pubblika, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-kummerċ
qabel ma l-Kummissjoni tipproponi direttivi ta’ negozjati għal Ftehim ta’
Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. ·
L-istat
tad-dritt:
juri
impenn ċar biex jikseb riżultati fil-ġlieda kontra l-kriminalità
organizzata u l-korruzzjoni, inkluża t-tnedija ta’ investigazzjonijiet u
l-iżgurar ta’ kooperazzjoni tajba kontinwa mal-EULEX. Jappoġġja
l-ħidma tat-Task Force Investigattiva Speċjali. Filwaqt li
jimplimenta l-istruttura l-ġdida tal-qrati, jiżgura li l-Prosekuzzjoni
Speċjali responsabbli għal kawżi ta’ kriminalità organizzata,
delitti tal-gwerra u korruzzjoni żżomm il-kompetenzi tagħha. Jadotta
l-leġiżlazzjoni dwar il-konfiska tal-assi u jirrevedi l-liġi
dwar il-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Jadotta
strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni. Il-mexxejja politiċi tal-Kosovo u l-awtoritajiet
tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji żammew l-impenn
tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. L-awtoritajiet
tal-Kosovo u tal-EULEX jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet operattivi
prattiċi fuq bażi ta’ kuljum, permezz ta’ attivitajiet ta’ konsulenza
jew permezz ta’ “kooperazzjoni bejn il-pari” f’investigazzjonijiet
konġunti.
Il-kooperazzjoni
bejn il-Kosovo u l-EULEX hija waħda tajba. Ir-riżultati
tas-sħubija qed isiru aktar evidenti. Eżempju
reċenti u importanti huwa ż-żarmar ta’ netwerk kriminali
tat-traffikar tal-bnedmin madwar l-Ewropa fl-aħħar ta’ Jannar. L-isforzi
konġunti tal-pulizija tal-EULEX u tal-Kosovo ikkontribwixxew
għall-arrest ta’ 103 persuni f’10 pajjiżi differenti madwar l-Ewropa,
fosthom il-Kosovo. Minn Ottubru tas-sena l-oħra, il-Prosekuzzjoni
Speċjali tal-Kosovo nediet investigazzjonijiet f’sitt każijiet ta’
korruzzjoni (żewġ każijiet huma trattati minn prosekuturi lokali
speċjali) u sitt każijiet ta’ kriminalità organizzata (erba’
b’dimensjoni transfruntiera, żewġ każijiet huma ttrattati minn
prosekuturi lokali speċjali). Il-kooperazzjoni bejn il-prosekuturi tal-EULEX u
l-prosekuturi lokali tal-uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali
intensifikat ruħha matul il-perjodu ta’ rappurtar. Id-dipartiment
speċjali ta’ kontra l-korruzzjoni tal-pulizija tal-Kosovo, f’kooperazzjoni
mal-EULEX, nedew tmien investigazzjonijiet matul il-perjodu minn Ottubru 2012
sa Jannar 2013 li jkopri atti kriminali bħall-kriminalità
organizzata, l-abbuż ta’ dmirijiet uffiċjali, l-għoti u
r-riċeviment ta’ rikatti u frodi. Fil-qafas tal-Bord ta’ Koordinazzjoni Konġunt dwar
l-Istat tad-Dritt li huwa bbażat fi Pristina, it-tliet Kopresidenti
tal-Bord (il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja,
ir-RSUE/il-Kap tal-Uffiċċju tal-UE u l-Kap tal-EULEX) iffirmaw
dokument (“Patt”) fid-9 ta’ Novembru. Dan id-dokument jipprovdi qafas
li jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-istat tad-dritt u l-għanijiet
konġunti, u jidentifika l-mezzi li permezz tagħhom għandhom
jiġu implimentati. Il-Bord għandu l-intenzjoni li jirrevedi
l-implimentazzjoni tiegħu b’mod regolari. Fil-laqgħa tiegħu
fis-7 ta’ Marzu, kellu l-ewwel diskussjoni dwar Mekkaniżmu ta’
Kontroll tal-Patt. L-awtoritajiet tal-Kosovo stiednu lil EULEX biex tissorvelja
r-reklutaġġ ta’ uffiċjali f’pożizzjonijiet għolja
f’istituzzjonijiet ewlenin tal-Istat tad-Dritt, fosthom il-pulizija u
l-ġudikatura. Jeħtieġ li tinżamm kooperazzjoni prattika kif
ukoll impenn politiku qawwi mill-awtoritajiet tal-Kosovo biex
jappoġġaw il-ħidma ta’ EULEX u l-implimentazzjoni tal-mandat
tagħha. L-awtoritajiet tal-Kosovo jkomplu bir-rieda tagħhom li
jappoġġjaw il-ħidma tat-Task Force Investigattiva Speċjali.
L-istruttura l-ġdida tal-qorti ġiet introdotta
fl-1 ta’ Jannar 2013 u l-implimentazzjoni tagħha bdiet
b’suċċess. L-eżitu tal-implimentazzjoni tar-riforma
ġudizzjarja jista' jiġi apprezzat biss ladarba jitlesta
l-proċess. F’dan il-kuntest, il-Kosovo żamm il-kompetenzi
tal-Prosekuzzjoni Speċjali, f’konformità mal-impenji tiegħu wara
l-istudju ta’ fattibbiltà. Jekk l-implimentazzjoni li għaddejja
bħalissa tar-riforma ġudizzjarja tagħti prova li hija effettiva
u tikkonferma l-ħtieġa u wara reviżjoni bir-reqqa f’koordinazzjoni
mill-qrib mal-UE, il-Kosovo u l-UE jistgħu jibdew riflessjoni
konġunta dwar l-aħjar mod kif wieħed jista’ jadatta l-kompetenzi
tal-Prosekuzzjoni Speċjali għas-sistema ristrutturata
tal-ġustizzja kriminali. Matul it-tieni nofs tal-2012, il-Kosovo adotta
strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni ġodda kontra l-kriminalità
organizzata, in-narkotiċi u t-terroriżmu. Għandu wkoll
strateġija u pjan ta’ azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin. Il-qafas ta’
politika kontra l-korruzzjoni tlesta permezz ta’ strateġija ġdida
kontra l-korruzzjoni li hija akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni adottat
fil-11 ta’ Frar. L-Assemblea approvat ukoll liġi dwar
il-konfiska tal-assi u rrivediet il-liġi dwar il-prevenzjoni
tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din il-leġiżlazzjoni
u dawn l-istrateġiji tejbu kemm il-politika kif ukoll l-oqfsa
leġiżlattivi għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata
u l-korruzzjoni, u jeħtieġ li l-Kosovo jkompli bl-implimentazzjoni
tagħhom. ·
L-amministrazzjoni
pubblika: jadotta l-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa ta’
liġijiet dwar is-servizz pubbliku u dwar is-salarji għas-servizz
pubbliku. Jalloka bini għall-Istituzzjoni tal-Ombudsperson u jiżgura
l-indipendenza baġitarja tagħha permezz tal-obbligar tal-gvern biex
jinkludi l-abbozz tal-proposta baġitarja tal-Ombudsperson fl-abbozz
tal-baġit globali sottomess lill-parlament mingħajr bidliet. Sa mill-adozzjoni tal-istudju ta’ fattibbiltà, il-Kosovo
daħħal leġiżlazzjoni sekondarja ta’ liġijiet dwar
is-servizz pubbliku u dwar is-salarji għas-servizz pubbliku
meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Dan jinkludi
r-regolamenti adottati dwar il-promozzjoni fil-karriera tal-ħaddiema
taċ-ċivil, ir-regolament dwar il-kundizzjonijiet għal
restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-istrajk f’servizzi speċifiċi
fis-servizz pubbliku, ir-regolament għal proċeduri ta’ kura għal
ħaddiema taċ-ċivil minħabba diżabbiltà u problemi
tas-saħħa, u r-regolament dwar kwoti f’salarji u kumpens ieħor
għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku, u r-regolament dwar
is-sigħat tax-xogħol u l-kumpens għall-ħaddiema
taċ-ċivil tal-Assemblea. Fit-3 ta’ Diċembru, bi ftehim
mal-Istituzzjoni tal-Ombudsperson, il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika
ħareġ deċiżjoni li talloka l-bini attwali tal-Qorti
Kostituzzjonali lill-Ombudsperson. Il-Qorti Kostituzzjonali se timxi lejn
il-Palazz tal-Ġustizzja ffinanzjat mill-UE malli jitlesta aktar tard din
is-sena. Il-bini l-ġdid u l-post tiegħu huma xierqa
għall-Istituzzjoni tal-Ombudsperson u jiżguraw aċċess faċli
għall-pubbliku ġenerali. L-Istituzzjoni tal-Ombudsperson ipproponiet
il-baġit tagħha f’Ġunju 2012. Il-Gvern inkludieh fl-abbozz
tal-baġit globali, li tressaq quddiem l-Assemblea mingħajr modifiki. ·
Il-protezzjoni
tal-minoranzi: jiżgura l-eżistenza ta’ korp li jippermetti
konsultazzjoni diretta dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-wirt
reliġjuż u kulturali mal-komunitajiet reliġjużi,
speċjalment il-Knisja Ortodossa Serba. Il-Ministru
tal-Ambjent u tal-Ġestjoni tat-Territorju adotta l-istruzzjoni
amministrattiva dwar it-twaqqif tal-Kunsill tas-Sorveljanza
tal-Implimentazzjoni (Implementation Monitoring Council - IMC)
fit-12 ta’ Frar. Il-Kunsill
għandu ħames Membri: rappreżentanti
tal-Knisja Ortodossa Serba, tal-Ministeru tal-Ambjent u tal-Ġestjoni
tat-Territorju, tal-Ministeru tal-Kultura, Żgħażagħ u
Sport, tal-OSKE u tal-UE. Il-Ministeru
tal-Ambjent u tal-Ġestjoni tat-Territorju u r-rappreżentanti tal-UE
jippresedu l-IMC. L-IMC kellu l-ewwel
laqgħa ta’ ħidma tiegħu fis-26 ta’ Frar meta
l-partijiet kollha kkonfermaw l-impenn qawwi tagħhom għal dan
il-proċess. It-tieni laqgħa li
indirizzat il-ħsibijiet tal-Knisja seħħet fit-3 ta’ April. ·
Il-kummerċ:
jimplimenta d-deċiżjoni tal-gvern dwar ir-ristrutturar tal-Ministeru
tal-Kummerċ u tal-Industrija, jpoġġi fis-seħħ
mekkaniżmu li jmexxi u jikkoordina negozjati fi ħdan il-Kosovo u
jipprepara analiżi tal-impatt tal-aspetti tal-kummerċ ta’ Ftehim ta’
Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni. Il-Kosovo lesta r-ristrutturar tal-Ministeru
tal-Kummerċ u tal-Industrija. L-istruttura organizzattiva ġdida tal-Ministeru
tiżgura organizzazzjoni effettiva tal-korpi responsabbli li jiġu
negozjati l-partijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim ta’
Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-pożizzjonijiet ewlenin
inħatru. Il-partijiet interessati, fosthom l-operaturi ekonomiċi,
jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom fil-politika tal-kummerċ
tal-Kosovo permezz ta’ konsultazzjonijiet formali u regolari. Dawn
il-konsultazzjonijiet isiru fil-kunsill ekonomiku, fil-kunsill
interministerjali dwar il-politika tal-kummerċ u fil-grupp ta’ ħidma
dwar il-politika tal-kummerċ, u fil-ħames sottogruppi tiegħu
(il-ftehimiet dwar il-kummerċ, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ,
l-industrija, l-agrikoltura u s-servizzi). Fi Frar, il-Gvern tal-Kosovo adotta
deċiżjoni dwar l-istruttura tal-grupp ta’ negozjaturi
għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Fi ħdan din
l-istruttura, il-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Industrija se jmexxi l-grupp
tekniku li jappoġġja n-negozjati dwar l-aspetti relatati
mal-kummerċ tal-Ftehim. Il-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Industrija lesta l-ewwel
analiżi tal-impatt tal-aspetti tal-kummerċ ta’ Ftehim ta’
Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. L-analiżi tinkludi valutazzjoni
tal-effetti tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fuq il-flussi
tal-kummerċ, il-finanzi pubbliċi, il-produzzjoni u l-impjiegi. Huwa
ċar li dan id-dokument jeħtieġ li jkompli jevolvi, filwaqt li
jqis id-dejta ġdida u aġġornata. Fl-istess ħin,
il-metodoloġija proposta u l-ewwel riżultati tal-analiżi
jipprovdu bażi tajba biex il-Kosovo jipprepara għan-negozjati. 3. Kwistjonijiet oħra
tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru L-involviment tal-Kosovo fid-djalogu bejn
Pristina u Belgrad u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet Id-djalogu bejn Belgrad u
Pristina, wara l-elezzjonijiet tas-Serbja, ġie aġġornat
għal proċess politiku fuq livell għoli bil-faċilitazzjoni
tar-Rappreżentant Għoli. Bdiet serje ta'
laqgħat ta' livell għoli bejn iż-żewġ Prim Ministri
f'Ottubru 2012. Ir-RGĦ kien ċar ħafna
maż-żewġ naħat mill-bidu dwar il-kunċett
tal-proċess: dan se jkun proċess ta' pass pass, li jgħaddi minn
kwistjonijiet eħfef għal oħrajn aktar ikkomplikati u mhux se
jkollu tmiem previst. L-għan kien in-normalizzazzjoni gradwali
tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat, mingħajr ħsara
għall-pożizzjonijiet taż-żewġ partijiet dwar l-istatus,
u l-ksib tal-progress għat-tnejn li huma fil-mixja rispettiva tagħhom
lejn l-UE. Saru għaxar
laqgħat bejn Ottubru 2012 u l-aħħar ta' April 2013[2]. Saret
laqgħa wkoll fis-6 ta Frar bejn il-Presidenti Nikolic u Jahjaga. Fl-ewwel parti tad-djalogu
fuq livell għoli sa Diċembru 2012 id-diskussjonijiet trattaw
is-sett ta' dawk li kienu meqjusa kwistjonijiet eħfef bħat-tlestija
tal-implimentazzjoni tal-IBM, il-patrimonju reliġjuż u kulturali,
l-arranġamenti ta' koordinazzjoni. Intlaħqu ċerti riżultati
inizjali sinifikanti f'dawk l-ewwel xhur. L-aktar wieħed
importanti kien l-implimentazzjoni tal-IBM. Sa l-aħħar ta'
Diċembru 2012 kien hemm erba' Passaġġi, fosthom
żewġ Passaġġi fit-Tramuntana tal-Kosovo, li kienu qed
jaħdmu u, minn Frar, is-sitt Passaġġi kollha kemm huma bejn
is-Serbja u l-Kosovo bdew jaħdmu. Fil-kuntest tad-diskussjonijiet ta'
implimentazzjoni, iż-żewġ naħat qablu wkoll li jibdew
ġbir doganali u li jwaqqfu Fond għall-iżvilupp tat-Tramuntana
tal-Kosovo. Fir-rigward tal-moviment liberu, is-sistema ta' vjaġġar
bil-karta tal-identità tpoġġiet fis-seħħ u qed taħdem
tajjeb. Il-ftehim dwar it-timbri doganali jkompli jiġi implimentat
miż-żewġ naħat. Kien hemm progress tajjeb fir-rigward
tar-reġistru ċivili u l-implimentazzjoni għandha titlesta sa
Jannar 2014. Fir-rigward tal-katast, iż-żewġ naħat
għadhom fil-proċess li jieħdu l-passi preparatorji
meħtieġa. Il-ftehim dwar l-aċċettazzjoni tad-diplomi
universitarji għaddej bla xkiel. Il-kooperazzjoni tas-Serbja mal-EULEX
kompliet titjieb f'għadd ta' oqsma. Dan jeħtieġ li jiġi
intensifikat hekk kif in-normalizzazzjoni bejn iż-żewġ
naħat tintensifika. Il-kuntatti diretti ta' livell għoli u l-kuntatti
regolari fil-livell operazzjonali jkomplu jiffaċilitaw il-kooperazzjoni,
fosthom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Is-Serbja hija
impenjata għal implimentazzjoni sħiħa tal-protokoll tal-pulizija
mal-EULEX. Riżultati sinifikanti
oħra li nkisbu miż-żewġ Prim Ministri huma l-ftehim dwar
it-twaqqif ta' arranġamenti ta' koordinazzjoni u l-ftehim dwar it-titjib
tal-protezzjoni tas-siti ta' patrimonju reliġjużi u kulturali
(il-ħolqien ta' unità tal-pulizija speċjali/multietnika fil-Kosovo). Fit-tieni parti
tad-djalogu ta' livell għoli, minn Jannar 2013, il-laqgħat
taż-żewġ Prim Ministri iffukaw fuq it-Tramuntana tal-Kosovo u
t-twettiq ta' strutturi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-sigurtà u
tal-ġustizzja tal-popolazzjoni lokali b'mod li jiżgura l-funzjonalità
ta' stabbiliment uniku istituzzjonali u amministrattiv fil-Kosovo, f'konformità
mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2012. Matul id-diskussjonijiet
tagħhom, iż-żewġ naħat qablu li l-eżitu
tad-diskussjonijiet tagħhom għandu jkun sett ta' prinċipji u
arranġamenti li jagħtu lill-komunità Serba fil-Kosovo viżjoni
ġdida tal-futur tagħhom, billi jindirizza t-tħassib u
l-ħtiġijiet tagħhom iżda b'mod li jħares
il-funzjonalità tal-istituzzjonijiet u l-qafas legali tal-Kosovo. Matul il-proċess ta'
livell għoli, iż-żewġ naħat urew impenn u involviment.
Iż-żewġ Prim Ministri b'mod partikulari waqqfu relazzjoni ta'
ħidma tajba u wrew kuraġġ u maturita politika fid-dikussjonijiet
tagħhom ta' kwistjonijiet ta' sensittività u kumplessita kbira, ta' spiss
bi sfond u atmosfera politika diffiċli. Ta' min ifaħħarhom. Fl-aħħar
fażi tad-djalogu, il-Viċi Prim Minisitri miż-żewġ
naħat ingħaqdu fil-laqgħat u l-presenza tagħhom żiedet
element ta' leġittimità politika lokali u għarfien espert. Id-diskussjonijiet dwar
it-Tramuntana tal-Kosovo u t-tħassib dwar il-komunità Serba fil-Kosovo
tlestew fid-19 ta' April bl-inizjalizzazzjoni ta' "L-ewwel
ftehim tal-prinċipji li jmexxu n-normalizzazzjoni
tar-relazzjonijiet". Dan il-ftehim jipprevedi
t-twaqqif ta' Assoċjazzjoni/Komunità ta' muniċipalitajiet Serbi
fil-Kosovo li se jaħdem/jopera fi ħdan il-qafas legali eżistenti
tal-Kosovo. L-Assoċjazzjoni/Il-Komunità se jkollha statut u l-korpi
tagħha fuq il-bażi tal-Asoċjazzjoni l-oħra eżistenti
fil-Kosovo u se jkollha rwol rappreżentattiv fil-gvern ċentrali. Fir-rigward tal-pulizija,
it-test tal-ftehim jafferma l-prinċipju ta' forza tal-pulizija unika
fil-Kosovo u l-integrazzjoni tal-pulizija kollha fit-Tramuntana tal-Kosovo
mal-Pulizija tal-Kosovo. Kmandant tal-Pulizija reġjonali huwa maħtur
għall-erba' muniċipalitajiet tat-Tramuntana. Huwa nnominat
mill-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Kosovo minn lista pprovduta
mill-erba' sindki. Dan ifisser li ġie miftiehem li l-erba' sindki
tal-muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba fit-Tramuntana
jikkonsultaw lill-Assoċjazzjoni/lill-Komunità u jissottomettu lista
lill-Ministeru għall-Affarijiet Interni li jinnominaw lil xi ħadd
minn dik il-lista. Fir-rigward
tal-ġudikatura, it-test jafferma l-prinċipju ta' integrazzjoni u
l-funzjonament tal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-qafas legali tal-Kosovo.
Twaqqfet Qorti tal-Appell fi Pristina biex tittratta l-muniċipalitajiet
kollha tal-Kosovo b'maġġoranza Serba u diviżjoni minn din
il-Qorti tpoġġi b'mod permanenti fit-Tramuntana ta' Mitrovica. L-elezzjonijiet
muniċipali, skont il-ftehim, se jiġu organizzati
fil-muniċipalitajet tat-Tramuntana fl-2013 bil-faċilitazzjoni
tal-OSKE. It-test tal-ftehim
jipprevedi wkoll il-konklużjoni tad-diskussjonijiet dwar l-enerġija u
t-telekomunikazzjonijiet sa nofs Ġunju. Iż-żewġ
partijiet qablu li l-ebda naħa ma timblokka, jew tinkoraġġixxi
lill-oħrajn biex jimblukkaw il-progress tan-naħa l-oħra
fil-mixjiet rispettivi tagħhom lejn l-UE. Fir-rigward ta' xi jmiss,
iż-żewġ partijiet qablu li jadottaw pjan ta' implimentazzjoni
sas-26 ta' April u li jwaqqfu kumitat ta' implimentazzjoni
bil-faċilitazzjoni tal-UE. L-UE tistenna wkoll li
ż-żewġ partijiet, fl-ispirtu tal-ftehim/relazzjoni ġdid/a
bejniethom u mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar
l-istatus tal-Kosovo, ikomplu jaħdmu aktar għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet
bejniethom u f'dan il-qafas jindirizzaw, fost kwistjonijiet oħrajn,
l-integrazzjoni/il-parteċipazzjoni tal-Kosovo f'korpi internazzjonali. Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika L-istudju tal-fattibbiltà kkonkluda li l-qafas legali
meħtieġ għal amministrazzjoni pubblika stabbli u professjonali
fil-biċċa l-kbira tiegħu diġà jeżisti. Permezz
tal-ilħiq tal-prijoritajiet fuq medda qasira ta’ żmien li huma
stabbiliti fl-istudju, il-Kosovo kompla jtejjeb il-qafas legali tiegħu u
ħoloq il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-liġijiet
dwar is-servizz pubbliku u dwar is-salarji tal-ħaddiema tas-servizz
pubbliku. Issa l-Kosovo beda jikkonċentra l-isforzi tiegħu fuq
l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġija
għar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-pjan ta’ azzjoni
tiegħu. Il-Kosovo għamel ukoll sforzi tajba biex
tissaħħaħ l-Istituzzjoni tal-Ombudsperson. Il-baġit
tiegħu li huwa approvat mill-Assemblea għal din is-sena żdied
minn dak tas-sena l-oħra ta’ EUR 636 000 għal ftit aktar
minn EUR 1 miljun. Dan jippermetti żieda fil-persunal minn 48
għal 60 impjegat. Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika hija sforz fuq
medda twila ta’ żmien. Pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent li
jibbenefikaw minn Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni qed
ikomplu jħabbtu wiċċhom ma’ din l-isfida. Il-progress tal-Kosovo
sa issa jipprevedi l-bażi meħtieġa (l-oqfsa
leġiżlattivi u tal-politika) biex jimxi ’l quddiem f’dan il-qasam
importanti. Il-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt L-istudju tal-fattibbiltà kkonkluda li l-qafas
istituzzjonali u legali ċentrali biex jiżgura l-istat tad-dritt
fil-Kosovo huwa fis-seħħ. F’għadd ta’ okkażjonijiet,
il-mexxejja tal-Kosovo tennew l-impenn politiku tagħhom fil-ġlieda
kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. Dan l-impenn politiku
jipprovdi bażi tajba għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u
dawk ġudizzjarji fil-Kosovo biex ikomplu jtejbu l-prestazzjoni
tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-għoti ta' evidenza kontra
l-kriminalità organizzata u l-korruzjoni. Jeħtieġ li l-Kosovo
tkompli timplimenta miżuri biex tipprevjeni u tiġġieled kontra
t-traffikar tal-bnedmin, tad-droga u tal-armi. Jeħtieġ li l-Kosovo jkompli jimplimenta
miżuri biex jipprevjeni u jiġġieled kontra t-traffikar ta'
persuni, drogi u armi. Xi każijiet importanti tressqu quddiem il-qorti
mill-prosekuzzjoni. F’Novembru li għadda, il-Qorti Distrettwali ta’
Pristina kkonfermat l-akkuża ppreżentata mill-prosekuzzjoni għal
akkużi ta’ abbuż mill-kariga uffiċjali jew awtorità, u frodi
kontra eks ministri; il-proċedura tal-qorti għadha għaddejja.
F’Novembru 2012, il-Qorti Distrettwali ta’ Pristina kkonfermat ukoll
l-akkuża kontra l-eks maniġer tal-uffiċċju ta’ prokura
muniċipali ta’ Pristina u ħames uffiċjali oħra
minħabba li abbużaw mill-kariga uffiċjali jew l-awtorità
tagħhom. F’Ottubru u Novembru 2012 il-qorti muniċipali
f’Pejë/Peć sabet ħatja u kkundannat 34 individwu, fosthom
uffiċjali għolja tal-Fakultà tan-Negozju f’Pejë/Peć, fuq
akkużi li jinkludu abbuż tal-kariga uffiċjali jew l-awtorità
tagħhom, miżapproprjazzjoni fil-kariga tagħhom, frodi fil-kariga
tagħhom u falsifikazzjoni ta’ dokumenti uffiċjali. Is-sentenza
tal-Qorti tipprojbixxi wkoll l-eżerċizzju ta’ ħidma
uffiċjali għal dawk l-uffiċjali li nstabu ħatja.
F’Jannar 2013, bord imħallat ta’ mħallfin tal-Kosovo u ta’ EULEX
fil-Qorti Ordinarja ta’ Pejë/Peć sab disa’ konvenuti ħatja ta’ reati
relatati mat-traffikar ta’ migranti. B’mod ġenerali, fl-2012 il-qrati
tal-Kosovo rriżolvew 183 każ ta’ “abbuż mill-kariga
uffiċjali u l-awtorità tagħhom”, 6 każijiet ta’ kriminalità
organizzata, 22 każ ta’ traffikar tal-bnedmin, 186 każ ta’
reati relatati man-narkotiċi u 24 każ ta’ reati relatati
mal-armi. Dawn ir-riżultati konkreti ta’ sforzi konġunti
tal-Kosovo u tal-EULEX juru l-viċinanza tal-kooperazzjoni prattika
tagħhom. Fl-istess ħin, il-ġlieda kontra l-kriminalità
organizzata u l-korruzzjoni għadha sfida u jeħtieġ li l-Kosovo
jkompli jagħmel progress f’dan il-qasam kemm waħdu kif ukoll
f’kooperazzjoni mal-EULEX. L-istudju tal-fattibbiltà kkonkluda li l-istituzzjonijiet
bażiċi tal-ġudikatura bdew jaqdu r-rwol tagħhom, u li
l-leġiżlazzjoni tipprevedi garanziji b’saħħithom
tal-indipendenza tal-ġudikatura. Fl-1 ta’ Jannar daħlu
fis-seħħ il-liġijiet dwar il-qrati u dwar il-prosekuzzjoni, li
jintroduċu struttura tal-qorti u tal-prosekuzzjoni ġdida. Din
tieħu post l-istruttura antika ta’ qrati muniċipali u distrettwali
b’seba’ qrati ordinarji u qorti tal-appell waħda. L-implimentazzjoni
tagħha bdiet mingħajr diffikultajiet maġġuri. Il-qafas
legali l-ġdid jikkontribwixxi għall-indipendenza, l-effettività,
ir-responsabbiltà ul-imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja fil-Kosovo u
l-implimentazzjoni tiegħu se jkun suġġett għal aktar
analiżi fil-futur. Il-kodiċi kriminali l-ġdid u l-kodiċi
tal-proċedura kriminali daħlu fis-seħħ fl-istess waqt
tal-liġijiet dwar il-qrati u l-prosekuzzjoni. Dan ġab miegħu
tiġdid maġġuri fis-sistema ġudizzjarja u kriminali
tal-Kosovo. Il-kodiċi kriminali l-ġdid fih dispożizzjonijiet,
fost l-oħrajn, dwar il-kuntrabandu ta’ migranti, it-traffikar ta’ bnedmin,
il-produzzjoni u t-traffikar ta’ drogi, il-kriminalità organizzata,
il-korruzzjoni u t-traffikar ta’ armi. Id-dispożizzjonijiet tiegħu
jirrispettaw il-kompetenzi esklużivi u sussidjarji tal-Prosekuzzjoni Speċjali.
Billi l-implimentazzjoni tagħhom għadha kemm bdiet, għadu kmieni
wisq fil-proċess biex jiġi kkwalifikat l-impatt prattiku ta’ dawn
ir-riformi ġudizzjarji. Huwa mistenni li l-implimentazzjoni prattika ta’
riformi kumplessi bħal dawn tkun teħtieġ aktar modifiki
leġiżlattivi. L-istudju ta’ fattibilità kkonferma li l-libertà
tal-espressjoni hija garantita fil-Kostituzzjoni. Il-Kosovo ħassar
żewġ Artikoli dwar ir-responsabbiltà kriminali u l-protezzjoni
tas-sorsi tal-ġurnalisti mill-kodiċi kriminali f’Ottubru tas-sena
l-oħra. Il-kodiċi l-ġdid ta’ proċedura kriminali jinkludi
wkoll lill-ġurnalisti fil-kategorija ta’ xhieda eżentati mid-dmir li
jixhdu. Bħala riżultat ta’ dan, il-midja mhijiex kriminalment
responsabbli. Fit-28 ta’ Frar, il-kumitat rilevanti tal-Assemblea
organizza, bl-appoġġ tal-OSKE, smigħ pubbliku
għar-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti.
Waqt is-smigħ, ġew diskussi kwistjonijiet li jaffettwaw
il-libertajiet tal-midja, b’mod partikulari attakki fiżiċi u theddid
kontra l-ġurnalisti. Fi tmiem is-sena l-oħra, il-Pulizija tal-Kosovo,
f’kooperazzjoni mal-EULEX, investigaw theddid lil membri ta’ organizzazzjoni
mhux governattiva li kienu ħarġu rivista dwar kwistjonijiet LGBT. L-awtoritajiet tal-Kosovo jibqgħu jkunu regolarment
ikkontestati fl-Assemblea, fil-midja, mis-soċjetà ċivili jew permezz
ta’ protesti pubbliċi. Jeħtieġ li l-Kosovo jkompli joħloq
ambjent li jwassal għal-libertà tal-espressjoni u jeħtieġ li
jiżgura li l-attakki fuq il-ġurnalisti jkunu investigati tajjeb. Sett ta’ għodod li jappoġġjaw
lill-Kosovo fl-isforzi ta’ riforma tiegħu Sabiex jiggwidaw l-isforzi ta’ riforma tal-Kosovo,
il-Kummissjoni żviluppat għadd ta’ strumenti. Id-Djalogu dwar
il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li tnieda wara
l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2009, Kosovo – Fulfilling its European
Perspective[3],
wera li huwa għodda essenzjali biex jimmobilizza, jiddiskuti u
jipprijoritizza l-aġenda ta’ riforma Ewropea ġenerali tal-Kosovo.
Id-Djalogu Strutturat dwar l-Istat tad-Dritt qed jiffissa prijoritajiet komuni
bejn l-UE u l-Kosovo biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-istat tad-dritt.
Huwa jipprevedi tmexxija politika b'saħħitha għar-riforma biex
tikkonsolida l-istat tad-dritt. Id-djalogu għal-liberalizzazjoni
tal-viża mal-Kosovo tnieda f’Jannar 2012 u, bħal
fil-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent, huwa qafas ċentrali
għall-Kosovo sabiex jadotta u jimplimenta r-riformi fil-qasam tal-istat
tad-dritt. F’dawn il-proċessi kollha, il-Ministeru tal-Integrazzjoni
Ewropea għandu rwol importanti x’jaqdi. Huwa waqqaf mekkaniżmi solidi
fi ħdan il-Kosovo biex jipprijoritizza, jikkoordina u jiżgura
t-twettiq ta' riżultati. Elementi oħra tal-perspettiva Ewropea
tal-Kosovo tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru F’Diċembru, il-Kunsill fakkar ir-rieda tal-UE biex
tassisti l-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Kosovo permezz ta’
perspettiva Ewropea ċara, f’konformità mal-perspettiva Ewropea
tar-reġjun. Reġa’ enfasizza l-ħtieġa li jittieħdu
passi konkreti għal dan l-għan. Fil-Komunikazzjoni tagħha
tal-2009 dwar il-Kosovo, il-Kummissjoni pproponiet li teżamina
l-opportunità ta’ ftehim qafas mal-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali
tal-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-UE. F’Ottubru 2012,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja ftehim bħal dan.
Fil-bidu ta' din is-sena, il-Kummissjoni kkonkludiet in-negozjati u
għandha l-intenzjoni li tadotta mill-aktar fis il-proposti
għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u
l-konklużjoni ta' ftehim qafas mal-Kosovo. Il-Kosovo sar membru tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni
u l-Iżvilupp (BERŻ) u Pajjiż ta’ Operazzjonijiet
f’Diċembru 2012. Il-BERŻ qed iħejji strateġija
tal-pajjiż għal tliet snin. Dan se jippermetti lill-Bank biex iwessa’
u jiddiversifika l-intervent tiegħu b’appoġġ
għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Kosovo. Missjoni tal-BERŻ
żaret il-Kosovo f’Diċembru. L-uffiċċji tal-Bank fi Pristina
ġew ittrasferiti għal bini akbar bil-ħsieb li jiżdied
il-persunal tiegħu fil-Kosovo. Il-President tal-Bank żar il-Kosovo
fit-8 ta’ Frar. Attwalment. il-Bank Ewropew tal-Investiment qed jiddiskuti
qafas ta’ ftehim mal-gvern tal-Kosovo. Hemm bżonn li l-partijiet jaqblu
dwar oqsma li fihom il-Bank se jinvesti. L-intenzjoni hija li japprova u
jiffirma l-Ftehim fir-rebbiegħa. L-operazzjonijiet tal-BEI jistgħu
jibdew eżattament wara. Missjoni konġunta bejn il-BEI u l-Kummissjoni
żaret il-Kosovo f’Diċembru 2012. Il-BEI ma jippjanax li jkollu
preżenza permanenti fil-Kosovo. 4. Konklużjonijiet Mill-adozzjoni tal-istudju ta' fattibiltà
f'Ottubru 2012 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta'
Diċmebru 2012, il-Kosovo kiseb il-prijoritajiet kollha identifikati
fl-istudju fuq medda qasira ta' żmien . Il-Kosovo wera l-impenn tiegħu fil-ġlieda kontra
l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. Huwa adotta
l-leġiżlazzjoni u d-dokumenti strateġiċi
meħtieġa, u żamm il-kompetenzi tal-Prosekuzzjoni Speċjali.
Tnedew għadd ta' investigazzjonijiet fil-kriminalità organizzata u
l-korruzzjoni. Il-Kosovo żamm kooperazzjoni tajba mal-EULEX u jkompli bir-rieda
tiegħu li jappoġġja l-ħidma tat-Task Force Investigattiva
Speċjali. Ġie allokat bini ġdid għall-Istituzzjoni
tal-Ombudsperson. Il-gvern qagħad lura milli jimmodifika l-baġit
propost tal-Ombudsperson qabel is-sottomissjoni tal-abbozz tal-baġit
ġenerali lill-Assemblea. Ġiet adottata wkoll il-leġiżlazzjoni
sekondarja meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-riforma
tal-amministrazzjoni pubblika. Il-Kunsill il-ġdid tal-Implimentazzjoni u
l-Monitoraġġ li jgħaqqad flimkien lill-Knisja Ortodossa Serba,
lill-awtortiajiet tal-Kosovo, lill-UE u lill-OSKE tpoġġa
fis-seħħ u beda jopera. Il-Ministeru għall-Kummerċ u l-Industrija ġie
ristrutturat u nħatru l-pożizzjonijiet ewlenin. Mekkaniżmu li
jmexxi u jikkoordina n-negozjati dwar kwistjonijiet tal-kummerċ
fil-kuntest ta' Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huwa
fis-seħħ. Il-Kosovo se jkun kapaċi jiddefinixxi
l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu fuq il-bażi tal-analiżi
tal-impatt tal-aspetti tal-kummerċ u ta' Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni. B'riżultat
ta' dan, il-Kummissjoni tissottometti l-proposta tagħha għal
deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati dwar
Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Kosovo[4]. Il-Kosovo
ħa passi sinifikanti ħafna lejn titjib viżibbli u sostenibbli
fir-relazzjonijiet mas-Serbja, f'konformità mal-konklużjonijiet
tal-Kunsill ta' Diċembru 2012. Il-Kosovo
impenja ruħu b'mod attiv u kostruttiv fid-djalogu ffaċilitat mill-UE
mas-Serbja u daħal f'diskussjonijiet dwar il-firxa sħiħa ta'
kwistjonijiet meħtieġa biex jinkiseb titjib viżibbli u
sostenibbli fir-relazzjonijiet mas-Serbja. Id-djalogu
ġie aġġornat għal proċess politiku ta' livell
għoli bil-faċilitazzjoni tar-Rappreżentant Għoli. Saru għaxar laqgħat bejn
Ottubru 2012 u l-aħħar ta' April 2013. Saret laqgħa wkoll fis-6 ta Frar
bejn il-Presidenti Nikolic u Jahjaga. Tkompliet
ukoll l-implimentazzjoni tal-ftehimiet li ntlaħqu fid-djalogu s'issa. Fir-rigward ta' Ġestjoni Integrata
tal-Fruntieri, infetħu punti għall-qsim interim konġunti
fis-sitt passaġġi kollha kemm huma u qegħdin jiffunzjonaw. Il-ftehim dwar il-protezzjoni tas-siti ta'
patrimonju reliġjużi u kulturali ta' Diċembru 2012 qed
jiġi implimentat. Il-ftehim dwar
it-timbri doganali jkompli jiġi implimentat miż-żewġ
naħat. Kien hemm progress tajjeb
fir-rigward tar-reġistru ċivili u l-implimentazzjoni għandha
titlesta sa Jannar 2014. Fir-rigward
tal-katast, iż-żewġ naħat għadhom fil-proċess li
jieħdu l-passi preparatorji meħtieġa. Il-ftehim
dwar l-aċċettazzjoni tad-diplomi universitarji għaddej bla
xkiel. Iż-żewġ
naħat qablu wkoll li jibdew ġbir doganali u li jwaqqfu Fond
għall-iżvilupp tat-Tramuntana tal-Kosovo. Fit-tieni
parti tad-djalogu ta' livell goli, minn Jannar 2013, il-laqgħat
taż-żewġ Prim Ministri iffukaw fuq it-Tramuntana tal-Kosovo, li
wassal għall-inizjalizzazzjoni tal-ftehim
tad-19 ta' April 2013 dwar "L-ewwel ftehim ta'
prinċipji li jmexxu n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet". Fuq din
il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-Kosovo impenja ruħu b'mod serju u
kostruttiv biex jieħu passi lejn titjib viżibbli u sostenibbli
tar-relazzjonijiet mas-Serbja. * Din id-deżinjazzjoni hija
mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet u l-istatus, u hija
f'konformità ma' UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar
id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo. [1] COM(2012) 602 finali [2] Id-19 ta' Ottubru,
7 ta' Novemrbu, l-4 ta' Diċembru u s-17 ta' Jannar,
l-20 ta' Frar, l-4 ta' Marzu, l-20 ta' Marzu, it-2 ta'
April, is-17 ta' April u d-19 ta' April [3] COM(2009) 534
finali [4] COM(2013) 200
finali