Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2013/02 final - 2013/0079 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Fit-28 ta' Frar 2013, il-Kunsill
adotta d-Deċiżjoni 2013/109/PESK li temenda d-Deċiżjoni
2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja[1]. Din emendat il-kamp ta’
applikazzjoni tad-derogi għall-embargo tal-armi, u l-assistenza teknika
relatata. (2)
Il-projbizzjonijiet relatati mal-assistenza teknika
huma implimentati fil-livell tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE)
Nru 36/2012. Huwa neċessarju li r-Regolament tal-Kunsill (UE)
Nru 36/2012 ikun emendat skont dan. (3)
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni
sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri. 2013/0079 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012
dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Fit-18 ta' Jannar 2012,
il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri
restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja[2]
sabiex jagħti effett għad-deċiżjoni tal-Kunsill
2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri
restrittivi kontra s-Sirja[3].
Id-Deċiżjoni 2012/739/PESK ħassret u ħadet post
id-Deċiżjoni 2011/782/PESK. (2) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2013/109/PESK tat-28 ta' Frar 2013 li temenda
d-Deċiżjoni 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja[4] tinkludi derogi addizjonali
fir-rigward tal-forniment ta’ assistenza teknika. (3) Dawk il-miżuri
jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja
fil-livell tal-Unjoni sabiex ikunu implimentati, partikolarment bil-għan
li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi
ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. (4) Ir-Regolament (UE) Nru
36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa
emendat kif ġej: L-Artikolu 3(2) għandu jinbidel
b’dan li ġej: “B'deroga mill-paragrafu 1,
il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw
għall-provvediment ta’ għajnuna teknika, l-iffinanzjar u
l-għajnuna finanzjarja marbuta ma’: –
għajnuna teknika intiża biss bħala
appoġġ għall-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata
mill-Osservanza tad-Diżimpenn (UNDOF); –
tagħmir militari mhux letali, jew ta'
tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub
għal skopijiet umanitarji jew użu protettiv jew
għall-protezzjoni taċ-ċivili, jew għall-programmi tan-NU u
l-Unjoni għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet, jew għal
operazzjonijiet tal-Unjoni jew tan-NU ta' ġestjoni ta' kriżij, jew
għall-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonari u
tal-Oppożizzjoni intenzjonat għall-protezzjoni taċ-ċivili; –
vetturi mhux għall-kumbattiment li ġew
manifatturati jew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni
ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta' persunal
tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sirja, jew għall-Koalizzjoni
Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonari u tal-Oppożizzjoni
intenzjonat għall-protezzjoni taċ-ċivili; –
assistenza teknika, servizzi ta' senserija u
servizzi oħrajn għall-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi
Rivoluzzjonari u tal-Oppożizzjoni intenzjonata għall-protezzjoni
taċ-ċivili, sakemm tali forniment tkun ġiet
qabelxejn approvata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kif identifikata
fil-websajts elenkati fl-Anness III.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 28, 1.3.2013, p8 [2] ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1. [3] ĠU L 319, 2.12.2011, p 56. [4] ĠU L 58, 1.3.2013, p. 8.