10.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/89


P7_TA(2013)0444

Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali) (2013/2107(INI))

(2016/C 208/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u t-tul tal-mandat tal-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (1), adottata skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus sat-30 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 67, il-Kapitolu 4 (Artikoli 82-86) u l-Kapitolu 5 (Artikoli 87-89) tat-Titolu V tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 5, 6, 8, 17, 32, 38, 41, it-Titolu VI (Artikoli 47-50) u l-Artikolu 52,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma fil-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (2), il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma” (COM(2010)0171) u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura” (COM(2010)0673),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013, speċjalment dawk dwar il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali u li jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tat-8 u d-9 ta' Novembru 2010 dwar it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' ċiklu politiku tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata fil-livell internazzjonali, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-perjodu 2011-2013 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tas-6 u 7 ta' Ġunju 2013 li jiffissaw il-prijoritajiet għall-perjodu 2014-2017,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2010 dwar il-Konfiska u l-Irkupru tal-Assi (07769/3/2010),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar id-drogi 2005-2012 u dik 2013-2020 kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi, adottata mill-Assemblea Ġenerali fl-20 ta' Diċembru 1988 (riżoluzzjoni 1988/8) u li nfetħet għall-firem fi Vjenna, mill-20 ta' Diċembru 1988 sat-28 ta' Frar 1989, u wara fi New York, sal-20 ta' Diċembru 1989,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-15 ta' Novembru 2000 (riżoluzzjoni 55/25) u li nfetħet għall-firem f'Palermo fit-12 ta' Diċembru 2000, il-protokolli relatati u d-Diġest UNODC dwar il-każijiet ta' kriminalità organizzata (2012),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), li nfetħet għall-firem f'Mérida fid-9 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-dritt kriminali u ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-korruzzjoni, miftuħa għall-firem fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar u l-4 ta' Novembru 1999 rispettivament, u r-riżoluzzjonijiet (98)7 u (99)5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-5 ta' Mejju 1998 u fl-1 ta' Mejju 1999 rispettivament, li jistabbilixxu l-Grupp tal-Istati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),

wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 li jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali pubbliċi barranin f'operazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali, li nfetħet għall-firem f'Pariġi fis-17 ta' Diċembru 1997, u s-supplimenti sussegwenti tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta' profitti minn attività kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu, miftuħa għall-firem f'Varsavja fis-16 ta' Mejju 2005, u r-riżoluzzjoni CM/Res(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, tat-13 ta' Ottubru 2010, dwar l-Istatut tal-Kumitat ta' Esperti Magħżula għall-Valutazzjoni ta' Miżuri kontra l-Money Laundering (MONEYVAL),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kriminalità tal-informatika, li saret f'Budapest fit-23 ta' Novembru 2001,

wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana “Impenn attiv, difiża moderna”, li ġie adottat mill-kapijiet tal-Istat u tal-gvernijiet tan-NATO f'Lisbona fid-19 u l-20 ta' Novembru 2010,

wara li kkunsidra l-40 rakkomandazzjoni u d-9 rakkomandazzjonijiet speċjali tal-grupp ta' azzjoni finanzjarja FATF/GAFI kontra l-ħasil tal-flus, wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) bit-titolu "Il-globalizzazzjoni tal-kriminalità,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) bit-titolu “Il-globalizzazzjoni tal-kriminalità. Valutazzjoni tat-theddid mill-kriminalità organizzata transnazzjonali” (2010) u “L-istima tal-flussi finanzjarji illeċiti mit-traffikar tad-droga u reati organizzati transnazzjonali oħrajn” (2011) u l-“Istudju sħiħ dwar il-kriminalità tal-informatika” (2013),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001, dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (5), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (6), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (7), u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska (8),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (9), u r-Rapport tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 8 ta' dik id-Deċiżjoni (COM(2011)0176),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (12),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (13), u l-atti li jemendaw sussegwenti,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (14), u r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni Kwadru msemmija (COM(2004)0858),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) (15),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (16), u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “L-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016” (COM(2012)0286),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (17), u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva msemmija (COM(2012)0168),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (18),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (19),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (20),

wara li kkunsidra Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (21),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (22) u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Kwadru msemmija (COM(2007)0328),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (23), u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata (24),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (25),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (26),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (27),

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (28),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 li twaqqaf il-grupp ta' esperti dwar il-korruzzjoni (29), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Ġunju 2011 intitolata “Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE” (COM (2011)0308) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu għar-rappurtar tal-korruzzjoni għal valutazzjoni perjodika fuq livell ta' Unjoni (“Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni”) (C(2011)3673),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi l-Grupp ta' esperti tal-Kummissjoni fuq Ħtiġijiet ta' Politika għal dejta fuq Delitti li tħassar id-Deċiżjoni 2006/581/KE (30),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/425/KE tat-13 ta' Ġunju 2007, li tidentifika sensiela ta' azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (31),

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Renju tal-Isvezja għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (2010/0817(COD)),

wara li kkunsidra proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-12 ta' Marzu 2012 dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (COM(2012)0085),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2011, dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (COM(2011)0895) u l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0896),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu (COM(2013)0045),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (COM(2013)0044),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2012)0499),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Novembru 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (COM(2012)0712),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (COM(2013)0042),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (COM(2010)0517),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta (COM(2012)0010),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534) u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Protezzjoni aħjar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni: L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u r-riforma tal-Eurojust” (COM(2013)0532),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “It-titjib tal-governanza tal-OLAF u t-tisħiħ tas-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet: Approċċ pass pass li jimxi id f'id mal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew” (COM(2013)0533),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “L-istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju miftuħ mogħni b'sigurtà u sikurezza” (JOIN(2013)0001),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa” (COM(2012)0722),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu “Il-bini ta' Ewropa miftuħa u sigura: Il-baġit tal-affarijiet interni għal bejn l-2014 u l-2020” COM(2011)0749,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu 'L-ewwel Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE' (COM(2011)0790),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu 'L-ibbankjar parallel' (COM(2012)0102),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f'din l-Era Diġitali: Il-Ħolqien ta' Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità' (COM(2012)0140),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online” (COM(2012)0596),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Il-kejl tal-Kriminalità fl-UE:Pjan ta' Azzjoni tal-Istatistika 2011-2015” (COM(2011)0713),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni dwar in-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità" (COM(2012)0717),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib fil-koperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (id-“Deċiżjoni ta' Prüm”) (COM(2012)0732),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl” (COM(2011)0941),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi (COM(2012)0351),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Lejn Politika Kriminali tal-UE: L-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE permezz tal-liġi kriminali” (COM(2012)0573),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) tas-6 ta' Ġunju 2011 (COM(2011)0307),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu 'Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata: jiġi żgurat li “l-kriminalità ma tirrendix”' (COM(2008)0766),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-Eurojust u tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0644),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fis-settur finanzjarju (COM(2004)0262),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tax-xhieda u l-kollaboraturi mal-ġustizzja (COM(2007)0693),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tas-7 ta' Ġunju 2005 lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-iffinanzjar terroristiku (32),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (33),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (34), tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea (35), tat-22 ta' Mejju 2012 dwar l-approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali (36) u tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport (37),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta' Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea (38),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-Frodi Fiskali, l-Evażjoni Fiskali u r-Rifuġji Fiskali (39),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport interim) (40),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (41),

wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Europol, l-Eurojust u l-Frontex dwar l-istat tas-sigurtà interna fl-UE (2010),

wara li kkunsidra l-pjan strateġiku pluriennali 2012-2014 tal-Eurojust u r-rapport annwali tiegħu għall-2011,

wara li kkunsidra r-rapport tas-SOCTA (Serious and Organised Crime Threat Assessment) tal-Europol ta' Marzu 2013;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol tal-2012 dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-frodi tal-karti tal-ħlas fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport konġunt taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u tal-Europol bit-titolu “EU Drug Markets Report – A Strategic Analysis” ta' Jannar 2013,

wara li kkunsidra l-opinjoni 14/2011 tat-13 ta' Ġunju 2011 fuq kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, adottata mill-grupp ta' ħidma mwaqqaf abbażi tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (42),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-seduti ta' smigħ pubbliċi, tad-diskussjonijiet dwar id-dokumenti ta' ħidma u r-rapport interim, tal-iskambji ta' opinjonijiet ma' persuni ta' livell għoli, kif ukoll tal-missjonijiet imwettqa mid-delegazzjonijiet tal-kumitat speċjali tiegħu dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra l-kontribut tal-esperti ta' livell għoli mitlub apposta għal dan l-għan mill-kumitat speċjali tiegħu dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-kwestjonarju li ntbagħat lill-parlamenti nazzjonali dwar ir-rwol u l-esperjenzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u r-riżultati tal-laqgħa interparlamentari dwar l-istess tema li saret fi Brussell fis-7 ta' Mejju 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (A7-0307/2013),

Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus

A.

billi l-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (CRIM) ingħata mandat biex jinvestiga l-entità tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus abbażi tal-aħjar valutazzjonijiet tat-theddid disponibbli u jipproponi miżuri xierqa sabiex l-Unjoni Ewropea tipprevjeni u tindirizza dan it-theddid u tikkumbattih, inkluż fil-livell internazzjonali, Ewropew u nazzjonali;

B.

billi l-organizzazzjonijiet kriminali żiedu b'mod progressiv l-ambitu tal-azzjoni tagħhom fil-livell internazzjonali, sfruttaw l-globalizzazzjoni ekonomika u t-teknoloġiji ġodda, u ffurmaw alleanzi ma' gruppi kriminali f'pajjiżi oħrajn (bħal fil-każ tal-kartelli tal-Amerika t'Isfel tad-droga u tal-kriminalità organizzata Russofona) biex jaqsmu swieq u sferi ta' influwenza; billi l-gruppi kriminali qegħdin dejjem aktar jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom, u qed jiġu stabbiliti rabtiet bejn it-traffikar tad-drogi, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-armi u l-ħasil tal-flus;

C.

billi l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata jikkostitwixxu theddid gravi f'termini ta' kostijiet għall-ekonomija tal-UE; billi r-rikavat u l-kapaċità ta' infiltrazzjoni tal-organizzazzjonijiet kriminali żdiedu b'mod notevoli minħabba li huma attivi f'ħafna setturi, li l-biċċa l-kbira minnhom huma soġġetti għall-kontroll tal-amministrazzjoni pubblika; billi l-kriminalità organizzata hija dejjem aktar simili għal suġġett ekonomiku globali, bi spirtu imprenditorjali qawwi u speċjalizzat fil-forniment simultanju ta' tipi differenti ta' prodotti u servizzi illegali, iżda wkoll dejjem aktar legali, u għandha impatt dejjem aktar qawwi fuq l-ekonomija Ewropea u dinjija, u tolqot b'mod sinifikanti d-dħul mit-taxxi tal-Istati Membri u tal-UE b'mod ġenerali, u b'kost annwali għall-impriżi stmat għal aktar minn EUR 670 biljun;

D.

billi l-kriminalità organizzata tikkostitwixxi theddida interna transfruntieri ewlenija għas-sigurtà fl-UE f'termini tal-għadd ta' vittmi; billi l-kriminalità organizzata tikseb profitti enormi mit-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar illeċitu u l-kuntrabandu ta' organi, armi, drogi u l-prekursuri tagħha, sustanzi tat-tip nukleari, radjoloġiku, bijoloġiku, kimiku, mediċini anki soġġetti għal preskrizzjoni, il-kontraffazzjoni ta' beni ta' konsum ta' użu kurrenti bħal prodotti tal-ikel u prodotti farmaċewtiċi, speċijiet tal-annimali u ta' pjanti protetti u partijiet minnhom, it-tabakk f'kull għamla tiegħu, xogħlijiet tal-arti u diversi prodotti oħrajn li spiss ikunu ffalsifikati; billi t-tipi ta' traffikar imsemmija jwasslu għal telf erarjali għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri, jirrappreżenta ħsara għall-konsumaturi, għas-saħħa pubblika u għall-impriżi tal-produzzjoni u jistgħu jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta' forom oħra ta' kriminalità organizzata;

E.

billi l-attivitajiet kriminali organizzati ta' tip mafjuż fil-qasam ambjentali – fid-diversi forom ta' traffikar u r-rimi illegali ta' skart u l-qerda tal-patrimonju ambjentali, pajsaġġistiku, artistiku u kulturali – issa ħadu dimensjoni internazzjonali tant li jeħtieġu sforz konġunt mill-pajjiżi Ewropej kollha għal azzjoni komuni aktar effikaċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ekomafji;

F.

billi għadd kbir ta' organizzazzjonijiet kriminali għandhom struttura forma ta' xibka kkaratterizzata minn livelli għoljin ta' flessibbiltà, mobbiltà, konnettività u interetniċità kif ukoll minn kapaċità qawwija ta' infiltrazzjoni u li jimitaw; billi qed tiġi nnutata żieda fit-tendenza għall-appoġġ reċiproku bejn id-diversi organizzazzjonijiet kriminali, li b'dan il-mod jirnexxielhom, anke permezz tal-istrutturi internazzjonali ġodda tagħhom u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom, jegħlbu d-differenzi lingwistiċi u ta' interessi kummerċjali biex jikkonverġu f'tipi ta' traffikar komuni, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż u jiżdiedu kemm jista' jkun il-profitti f'perjodu ta' kriżi ekonomika dinjija;

G.

billi r-rapport SOCTA tal-Europol tal-2013 jagħti stima li jeżistu 3 600 organizzazzjoni kriminali internazzjonali li joperaw fl-Unjoni Ewropea u billi, minn dawn, 70 % għandhom għamla u ambitu ta' azzjoni ġeografikament eteroġenji u aktar minn 30 % jwettqu diversi forom ta' kriminalità;

H.

billi huwa neċessarju għall-Europol li, abbażi ta' informazzjoni adegwata fornuta mill-Istati Membri, jivvaluta l-firxa li biha ċerti gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw minn naħa għal oħra tal-konfini interni u esterni tal-UE u liema reati partikolarment gravi b'dimensjoni transnazzjonali u elenkati fl-Artikolu 83 tat-TFUE jikkommettu, billi jikkonċentra fuq settur speċifiku differenti kull darba, u li din il-valutazzjoni tiġi kontrollata bir-reqqa mill-Parlament Ewropew, mill-parlamenti nazzjonali u minn atturi rilevanti oħra biex jiġi żgurat u mmirat aħjar il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE u tal-kollaborazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji fost l-Istati Membri, ma' pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

I.

billi l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu jieħdu vantaġġ minn żona griża fejn jikkoinċidu ma' soġġetti oħrajn u jistgħu jiffurmaw alleanzi, għat-twettiq ta' ċerti attivitajiet, ma' ħaddiema mhux manwali (imprendituri, uffiċjali pubbliċi fil-livelli deċiżjonali kollha, persuni politiċi, istituzzjonijiet bankarji, professjonisti eċċ.) li, minkejja li jkunu barra l-istruttura tal-organizzazzjonijiet kriminali, ikollhom x'jaqsmu f'dawn ir-relazzjonijiet ta' negozju li jħallu qligħ għaż-żewġ naħat;

J.

billi, skont l-indikazzjonijiet fornuti mill-UNODC, il-flussi finanzjarji marbuta mat-traffikar internazzjonali tad-drogi operat mill-organizzazzjonijiet mafjużi involvew, mhux fi ftit każijiet, istituzzjonijiet bankarji ta' diversi pajjiżi tad-dinja u għalhekk hija indispensabbli azzjoni koordinata ta' indaġni fuq livell internazzjonali sabiex naslu, permezz ta' kanali bankarji, sal-operaturi finanzjarji involuti fit-traffikar internazzjonali tad-drogi;

K.

billi l-kriżi ekonomika ta' dawn l-aħħar snin iddeterminat bidliet notevoli fl-oqsma ta' interess għall-kriminalità organizzata, li kienet kapaċi tidentifika malajr l-opportunitajiet il-ġodda li kien hemm, u billi din il-kriżi, li wasslet għal gruppi ġodda ta' migranti li qed ifittxu kundizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol aħjar, tista' kultant tipprovdi vittmi ġodda għall-isfruttament u ħaddiema b'ħiliet baxxi;

L.

billi l-karattru ta' imprenditorija huwa wieħed mill-karatteristiki l-aktar importanti tal-organizzazzjonijiet kriminali moderni, b'tipi ta' azzjoni orjentati bil-qawwa lejn l-ilqugħ tat-talba tas-suq tal-beni u s-servizzi, b'kooperazzjoni kbira ma' realtajiet kriminali oħra u mhux, u b'oxxillazzjoni kontinwa bejn id-dimensjoni apparentement leċita tal-attivitajiet imwettqa, l-atti ta' korruzzjoni u intimidatorji u l-għanijiet illeċiti mwettqa (pereżempju l-ħasil tal-flus);

M.

billi d-dimensjoni transnazzjonali tal-kriminalità organizzata hija issa miżjuda mill-faċilità li biha l-gruppi kriminali jinqdew b'kull mezz ta' trasport, b'rotot stabbiliti u infrastrutturi eżistenti anke 'l barra mill-Unjoni Ewropea; billi, b'mod partikolari, it-tisħiħ tal-infrastrutturi ta' komunikazzjoni u ta' trasport attwalment fis-seħħ fil-kontinenet Afrikan jirriskja li jiġi sfruttat mill-kriminalità organizzata biex jiffaċilita t-traffikar illeċitu;

N.

billi r-rotot Ewropej u b'mod partikolari dawk li jaqsmu l-Balkani tal-Punent għad għandhom rwol ċentrali fit-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tal-armi u d-droga (u l-prekursuri tagħha) kif ukoll fl-attivitajiet ta' ħasil ta' flus tal-biċċa l-kbira tal-gruppi kriminali li joperaw fl-Ewropa; billi l-eroina maħsuba għall-Unjoni Ewropea tgħaddi minn rotot li jinbidlu

O.

billi l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jiġu rreklutati, ttrasportati jew alloġġjati bil-forza, il-koerzjoni jew permezz ta’ frodi għal fini ta’ sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inkluż it-titlib, l-iskjavitù, is-servitudni, l-attivitajiet kriminali, is-servizz domestiku, l-adozzjoni jew iż-żwieġ furzat, jew it-tneħħija tal-organi; billi dawn il-vittmi jiġu sfruttati u mjassra kompletament mit-traffikanti jew l-isfruttaturi tagħhom, jiġu obbligati li jħallsuhom lura djun enormi, bosta drabi jittieħdulhom id-dokumenti tal-identità tagħhom, jiġu msakkra, iżolati u mhedda, jgħixu fil-biża’ u l-possibbiltà ta’ ritaljazzjoni, mingħajr ebda flus u jitrawmu fil-biża’ tal-awtoritajiet lokali, jitilfu kull tama;

P.

billi l-fenomeni ta' traffikar tal-bnedmin u tal-organi umani, prostituzzjoni furzata jew skjavitù u tal-ħolqien tal-kampijiet tax-xogħol huma ta' spiss ġestiti mill-organizzazzjonijiet kriminali transnazzjonali; billi, b'mod partikolari, it-traffikar tal-bnedmin kull sena jiġġenera profitti stmati għal EUR 25 biljun u billi dan il-fenomenu kriminali jolqot lill-pajjiżi kollha tal-UE; billi huwa stmat li r-rikavat iġġenerat mit-traffikar tal-ispeċijiet selvaġġi u tal-organi tagħhom huwa bejn EUR 18 u 26 biljun kull sena u l-UE hija s-suq destinatarju ewlieni fid-dinja;

Q.

billi filwaqt li t-traffikar tal-bnedmin jevolvi mal-bidliet fiċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi, il-vittmi jiġu prinċipalment minn pajjiżi jew reġjuni li huma soġġetti għal diffikultajiet ekonomiċi u soċjali u billi l-fatturi ta’ vulnerabbiltà ma nbidlux għal snin sħaħ; billi l-kawżi l-oħra tat-traffikar tal-bnedmin jinkludu l-industrija tas-sess li qed tikber u d-domanda għal ħaddiema u prodotti bl-irħis u billi l-fattur komuni fost dawk li jsiru vittmi tat-traffikar huwa, f’termini ġenerali, l-wegħda ta’ kwalità ta’ ħajja u eżistenza aħjar għalihom stess u/jew għall-familji tagħhom;

R.

billi, minkejja l-livelli eżatti tat-traffikar tal-bnedmin fl-UE għadhom mhumiex faċli li jiġu identifikati minħabba li spiss huma moħbija wara forom oħra ta' kriminalità jew ma jiġu reġistrati jew investigati b'mod korrett, skont l-istimi n-numru totali ta' ħaddiema furzati fl-Istati Membri tal-UE huwa 880 000, li minnhom 270 000 huma vittmi tal-isfruttament sesswali, u n-nisa jirrappreżentaw il-maġġoranza tagħhom; billi t-traffikar tal-bnedmin u t-tjassir huma forom ta' kriminalità li jirrendu ħafna u spiss huma mmexxija minn organizzazzjoni kriminali transnazzjonali; billi huma milquta l-pajjiżi kollha tal-UE, iżda mhux kollha rratifikaw l-istrumenti internazzjonali rilevanti, li jkun irendu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin aktar effikaċi; billi, b'mod partikolari, disa' Stati Membri biss ittrasponew u implimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-Kummissjoni għadha trid timplimenta bis-sħiħ l-Istrateġija tal-UE tagħha lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012 – 2016;

S.

billi t-traffikar illegali ta' sigaretti kull sena jwassal għal telf fit-taxxi ta' madwar EUR 10 biljun; billi l-fatturat mit-traffikar tal-armi ħfief fid-dinja huwa stmat bejn il-EUR 130 u l-EUR 250 miljun fis-sena u billi fl-Ewropa jiċċirkolaw aktar minn 10 miljun arma illegali, li jirrappreżentaw theddida serja għas-sigurtà taċ-ċittadini kif ukoll għall-eżegwibbiltà tal-liġi; billi 97 % mit-30 000 sit elettroniki li joffru lill-Ewropej mediċini bi prezz imraħħas u falsifikati, li kultant jipperikolaw is-saħħa u l-ħajja, huma siti illegali; billi l-inċidenza ta' tali mediċini fuq is-saħħa pubblika Ewropea tammonta għal EUR 3 biljun fis-sena u dawn huma, fil-biċċa l-kbira, mediċini falsifikati li ġejjin miċ-Ċina u mill-Indja;

T.

billi r-rapport reċenti mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti fl-UE pproduċa evidenza li tissuġġerixxi li bosta ċentri ta’ detenzjoni ta' Frontex jittrattaw lill-migranti b’mod li mhuwiex konsistenti mad-drittijiet fundamentali tagħhom;

U.

billi użu frawdolenti tal-Internet jippermetti lill-kriminalità organizzata żżid it-traffikar illeċitu ta' sustanzi psikoattivi, armi tan-nar, materjali użati għall-produzzjoni ta' splussivi, karti tal-flus foloz, prodotti ffalsifikati u prodotti oħra li jiksru d-dritijiet tal-proprjetà intellettwali, servizzi u speċijiet tal-annimali u tal-pjanti li jinsabu fir-riskju ta' estinzjoni, sabiex tiġi evitata s-sisa u taxxi oħra fuq il-bejgħ ta' prodotti awtentiċi, kif ukoll li tesperimenta dejjem b'aktar suċċess attivitajiet kriminali ġodda, u b'hekk qed turi kapaċità ta' min jibża' minnha li tadatta għat-teknoloġiji moderni;

V.

billi l-kriminalità tal-informatika kulma jmur qiegħda tkun il-kawża ta' dannu ekonomiku u soċjali li jolqot miljuni ta' konsumaturi u ta' telf annwali stmat għal EUR 290 biljun (43);

W.

billi f'ħafna każijiet, għall-kriminalità organizzata l-korruzzjoni tal-uffiċjali pubbliċi tippermetti t-traffikar illeċitu tagħha peress li tippermetti, fost affarijiet oħrajn, l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali, il-kisba ta' dokumenti foloz, il-kontroll fuq proċeduri ta' sejħa għal offerti, il-ħasil tar-rikavat proprju u l-evitar tal-azzjonijiet kontriha min-naħa tal-awtorità ġudizzjarja u tal-pulizija;

X.

billi l-kokaina li toriġina mill-Amerika Ċentrali u mill-Amerika t'Isfel tinbiegħ fl-Ewropa permezz ta' portijiet li jinsabu fil-Grigal tal-Ewropa, fil-Peniżola Iberika u fil-Baħar l-Iswed;

Y.

billi fl-2012 fis-suq Ewropew dehru aktar minn 70 sustanza psikoattiva ġdida; billi l-kriminalità organizzata qed tinqeda dejjem aktar b'laboratorji klandestini li jinsabu f'diversi żoni fl-Unjoni Ewropea biex tibdel sustanzi kimiċi leċiti fi prekursuri ta' drogi sintetiċi u biex suċċessivament tipproduċi dawn;

Z.

billi l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-UE jidentifikaw u jiġġieldu kontra l-oqsma relattivament ġodda tal-kriminalità organizzata, inklużi l-kummerċ fil-minerali rari u tal-metalli misruqa u r-rimi ta' skart tossiku, li qegħdin ikollhom effett negattiv fuq is-swieq leċiti;

AA.

billi issa saru spissi l-okkażjonijiet ta' kuntatt u l-forom ta' integrazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u billi, għalhekk, is-sitwazzjonijiet b'riskju potenzjali ta' kunflitt ta' interessi dejjem qed isiru aktar komuni;

AB.

billi fost l-għedewwa taż-żona tal-euro hemm id-differenza fil-produttività bejn l-Istati Membri; billi dan joħloq, fuq perjodu ta' żmien medju u twil, differenza f'termini ta' kompetittività li ma tistax tiġi trattata bi żvalutazzjoni monetarja u li tinvolvi programmi ta' awsterità ħorox u insostenibbli politikament bil-għan ta' żvalutazzjoni interna; billi l-korruzzjoni sistemika fis-settur pubbliku, li tirrappreżenta wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-effiċjenza, għall-investimenti diretti barranin u għall-innovazzjoni, b'dan il-mod tfixkel il-funzjonament tajjeb tal-unjoni monetarja;

AC.

billi, skont il-Bank Dinji, il-korruzzjoni tirrappreżenta 5 % tal-PDG dinji (USD 2,6 biljun) fejn iżjed minn USD 1 biljun jitħallsu f'tixħim kull sena; billi l-korruzzjoni tammonta għal 10 % tal-kost totali tal-attività kummerċjali fuq livell globali u 25 % tal-kost għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (44);

AD.

billi hemm minn tal-anqas 20 miljun każ ta' korruzzjoni żgħira fis-setturi pubbliċi fl-Unjoni u huwa evidenti li l-fenomenu għandu wkoll riperkussjonijiet fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri (u fuq il-persuni politiċi korrispondenti) li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u minn interessi finanzjarji oħra;

AE.

billi l-flussi ta' flus maħmuġin permezz ta' trasferimenti ta' fondi jistgħu jagħmlu ħsara lill-istabbiltà u lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq intern tal-Unjoni; billi t-traċċabbiltà sħiħa tal-fondi tista' tkun għodda prezzjuża ħafna fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-iskoperta tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu;

AF.

billi, minkejja l-progress tat-teknoloġija l-ġdida u tal-metodi ta' ħlas għandhom jagħti lok għal soċjetà sikura u li relattivament ma tagħmilx użu minn flus kontanti, l-użu tal-flus kontanti għadu komuni, kif indikat miċ-ċifri tal-BĊE dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus, li juru li mill-2002 żdiedu b'mod kostanti (b'mod partikolari rigward il-karti tal-flus f'euro ta' denominazzjonijiet għolja); billi l-movimenti ta' somom kbar ta' flus, li ġejjin minn għejun illeċiti, għadu kwistjoni ta' tħassib għall-infurzar tal-liġi u dan għadu wieħed mill-metodi l-aktar favoriti għar-rimpatriju tar-rikavat mill-kriminalità;

Għad-difiża taċ-ċittadini u tal-ekonomija leċita

AG.

billi s-sigurtà taċ-ċittadini u tal-konsumaturi, il-libertà tal-moviment, is-salvagwardja tal-impriżi, il-kompetizzjoni ħielsa u ġusta, il-ħtieġa li jkun evitat li l-akkumulu ta' fondi u provvisti finanzjarji illeċiti jiddeterminaw id-distorsjoni taċ-ċiklu ekonomiku legali, u l-prinċipji demokratiċi fundamentali li jikkostitwixxu l-bażi għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri huma mhedda serjament miż-żieda qawwija fil-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; billi hija meħtieġa rieda politika qawwija fil-livelli kollha biex jingħelbu dawn il-fenomeni;

AH.

billi l-kriminalità organizzata, apparti f'atti ta' intimidazzjoni u ta' vjolenza, hija involuta fi frodi dejjem aktar sofistikati u remunerattivi li jieħdu riżorsi importanti mill-ekonomija leċita u jippreġudikaw il-possibilità ta' tkabbir, speċjalment fi żminijiet diffiċli bħalma huma dawk preżenti; billi, b'infiltrazzjoni kapillari kbira fl-ekonomija leċita, il-fenomeni ta' kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus għandhom impatt qerriedi fuq l-Istati Membri;

AI.

billi, skont l-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), ir-rikavat minn attivitajiet illeċiti fil-livell dinji jammonta għal madwar 3,6 % tal-PDG globali u billi l-flussi ta' flus maħsula llum fid-dinja jirrappreżentaw madwar 2,7 % tal-PDG globali; billi l-Kummissjoni Ewropea tikkalkula li l-kost tal-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea biss jammonta għal madwar EUR 120 biljun fis-sena, jew 1 % tal-PDG tal-UE; billi huma involuti riżorsi sinifikanti meħuda mill-iżvilupp ekonomiku u soċjali, mill-finanzi pubbliċi u mill-benessri taċ-ċittadini;

AJ.

billi r-rabtiet bejn il-gruppi kriminali u l-gruppi terroristiċi qed isiru dejjem aktar b'saħħithom; billi, minbarra rabtiet strutturali reali, dan jinkludi, fost l-oħrjan, il-forniment reċiproku ta' servizzi, flus, u forom oħra ta' assistenza materjali; billi dawn ir-rabtiet jirrappreżentaw theddida serja għall-integrità tal-Unjoni Ewropea u għas-sigurtà taċ-ċittadini tagħha;

AK.

billi l-burokrazija eċċessiva tista' tiskoraġġixxi l-attività ekonomika leċita u tinċentiva l-korruzzjoni tal-uffiċjali pubbliċi; billi r-rati għoljin ta' korruzzjoni jirrappreżentaw theddida gravi għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt u għat-trattament indaqs taċ-ċittadini kollha min-naħa tal-Istat, kif ukoll spiża żejda għall-impriżi, u l-kompetizzjoni ġusta bejniethom tiġi ostakolata; billi l-korruzzjoni tista' tikkomprometti l-iżvilupp ekonomiku billi talloka ħażin ir-riżorsi, speċjalment askapitu tas-servizzi pubbliċi u b'mod partikolari tas-servizzi soċjali u tal-welfare;

AL.

billi 74 % taċ-ċittadini Ewropej iqisu l-korruzzjoni bħala waħda mill-problemi nazzjonali u sovranazzjonali ewlenin (45) u billi huwa ppruvat li l-fenomeni ta' korruzzjoni jseħħu fi ħdan is-setturi kollha tas-soċjetà; billi, barra minn hekk, il-korruzzjoni tnaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-effikaċja tal-gvernijiet eletti fiż-żamma tal-istat tad-dritt, minħabba li toħloq privileġġi u konsegwentement inġustizzja soċjali; billi n-nuqqas ta' fiduċja fil-mexxejja politiċi jiżdied fi żminijiet ta' kriżi ekonomika serja;

AM.

billi mhux il-pajjiżi Ewropej kollha għandhom sistema ta' standardizzazzjoni u ħarsien integrat tal-aċċess ċiviku għall-informazzjoni bħala strument ta' monitoraġġ u ta' għarfien, li tiggarantixxi Freedom of Information Act reali ġewwa l-Unjoni Ewropea;

AN.

billi anke wara l-kriżi ekonomika, l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi b'saħħithom isir aktar diffiċli minħabba l-kostijiet ogħla u l-garanziji akbar mitluba mill-banek; billi kultant l-impriżi f'diffikultajiet ekonomiċi jirrikorru għand l-organizzazzjonijiet kriminali biex jiksbu fondi għall-investimenti, li jippermetti lill-gruppi kriminali jieħdu l-flus li jkunu qalgħu permezz ta' attivitajiet kriminali u jinvestuhom f'attivitajiet ekonomiċi legali;

AO.

billi l-ħasil tal-flus jassumi forom dejjem aktar sofistikati, u jinkludi wkoll, pereżempju, iċ-ċrieki illegali iżda kultant anke legali tal-imħatri, b'mod partikolari dawk relatati mal-avvenimenti sportivi; billi l-industrija tal-logħob tal-azzard tista' tintuża għall-finijiet ta' ħasil tal-flus; billi l-kriminalità organizzata tinsab ukoll ta' spiss fil-qalba tal-“iffissar” tar-riżultati ta' avvenimenti sportivi bħala forma ta' attività kriminali li tirrendi;

AP.

billi l-kriminalità organizzata ta' spiss tinqeda b'data personali miksuba bi frodi anke online biex toħloq dokumenti foloz u tbiddel dokumenti awtentiċi u b'hekk twettaq reati oħrajn; billi, skont riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (46), 8 % tal-utenti tal-Internet fl-Unjoni Ewropea sfaw vittmi ta' frodi tal-identità jew b'xi mod esperjenzawha, u billi 12 % ġarrbu xi forma ta' frodi online; billi l-protezzjoni tad-data personali online hija kundizzjoni preliminari essenzjali tal-ġlieda kontra l-kriminalità online kif ukoll strument importanti sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jiksbu l-fiduċja fis-servizzi online;

AQ.

billi l-ħasil tal-flus hu marbut mhux biss mal-attivitajiet tipiċi tal-kriminalità organizzata, iżda wkoll mal-korruzzjoni u mal-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; billi kull sena fl-UE jintilef l-ammont stmat u skandaluż ta' EUR 1 triljun fi dħul ta' taxxa potenzjali minħabba l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, li jirrappreżenta spiża ta' madwar EUR 2 000 fis-sena għal kull ċittadin Ewropew, mingħajr ma jittieħdu miżuri xierqa sabiex tiġi indirizzata l-problema;

AR.

billi l-ħasil tal-flus jassumi forom dejjem aktar sofistikati, u jinkludi wkoll, pereżempju, iċ-ċrieki illegali iżda kultant anke legali tal-imħatri, b’mod partikolari dawk relatati mal-avvenimenti sportivi; billi l-kriminalità organizzata tinsab ukoll ta' spiss fil-qalba tal-manipulazzjoni tal-logħob bħala forma ta' attività kriminali li tirrendi;

AS.

billi l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata jinkludu dejjem aktar ta' spiss il-kontraffazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' prodotti, minn beni lussużi għal dawk għall-użu ta' kuljum; billi dan jirrappreżenta riskju gravi għas-saħħa tal-konsumaturi, jikkomprometti s-sigurtà tal-postijiet tax-xogħol, huwa ta' ħsara għall-impriżi interessati u jwassal għal telf erarjali enormi; billi l-kontraffazzjoni kultant hija aċċettata soċjalment minħabba li hija meqjusa li ma tinvolvix vittmi reali u billi dan inaqqas ir-riskju li jiġu identifikati l-organizzazzjonijiet kriminali involuti;

AT.

billi l-għadd li dejjem qed jiżdied ta' reati kommessi kontra s-settur agroalimentari mhux biss qed ipoġġi f'periklu serju saħħet iċ-ċittadini Ewropej iżda qed joħloq ukoll ħsara konsiderevoli lill-dawk il-pajjiżi li għamlu l-eċċellenza l-forte ewlieni tagħhom;

AU.

billi madwar EUR 193 biljun fi dħul tal-VAT (1,5 % tal-PDG) intilef minħabba nuqqas ta' konformità jew nuqqas ta' ġbir fl-2011, skont il-Kummissjoni; billi l-iskala tal-frodi tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa tnaqqas il-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-ġbir tat-taxxa u s-sistema tat-taxxa kollha kemm hi; billi l-frodi tal-VAT tiġġenera telf fid-dħul għall-Unjoni Ewropea li jammonta għal EUR 100 biljun fis-sena; billi l-iskala tal-frodi tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa tikkomprometti l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ekwità u fil-leġittimità tal-ġbir tat-taxxa u tat-tassazzjoni b'mod ġenerali;; billi d-diverġenza tal-VAT tal-UE kważi rduppjat mill-2006, u huwa stmat li terz minnha huwa dovut għall-frodi tal-VAT; billi t-tisħiħ tas-setgħat operattivi tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT jista' jikkontribwixxi sabiex titnaqqas drastikament l-okkorrenza ta' dan ir-reat;

AV.

billi l-ispiża tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku fl-2010 ammontat għal bejn EUR 1,4 u 2,2 biljun fi tmien Stati Membri biss;

Il-ħtieġa għal approċċ komuni fil-livell Ewropew

AW.

billi t-tqegħid tal-organizzazzjonijiet kriminali mafjużi bħala elementi ta' attenzjoni fost il-prijoritajiet deliberati mill-Kunsill ĠAI fis-6-7 ta' Ġunju 2013 għaċ-ċiklu ta' politiki 2014-2017 kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali huwa prova tal-awtorevolezza tax-xogħol tal-Kumitat CRIM – u tal-Parlament Ewropew ġenerali – li fuq dan is-suġġett ibbaża parti importanti tas-seduti ta' smigħ tagħha u jirrappreżenta r-rikonoxximent ta' linja politika komuni u b'saħħitha fost l-istituzzjonijiet Ewropej kontra t-theddida tal-kriminalita mafjuża u tas-sistemi kriminali;

AX.

billi, kif ikkonfermat mill-Europol fl-2013, wieħed mill-akbar perikli fil-ġlieda kontra l-mafji huwa s-sottovalutazzjoni potenzjali tal-fenomenu, tal-komplessità tiegħu, tal-abilitajiet organizzattivi straordinarji tal-kriminali, tal-kapaċità tagħhom li jadattaw ruħhom għad-diversi ambiti territorjali u soċjali, billi xi drabi jirrinunzjaw għall-“kontroll militari” tat-territorju u jagħżlu, minflok, strateġija “moħbija” li hija maħsuba biex jaqalgħu profitti enormi waqt li jibqgħu inviżibbli;

AY.

billi l-organizzazzjonijiet kriminali huma kapaċi jisfruttaw għall-vantaġġ tagħhom stess il-moviment liberu ta' persuni, merkanzija, servizzi u kapital fl-Unjoni Ewropea kif ukoll id-differenzi li jeżistu fil-leġiżlazzjoni u fit-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri; billi r-rifuġji fiskali u l-pajjiżi li għandhom prattiki fiskali mhux trasparenti jew dannużi jiżvolġu rwol essenzjali għall-ħasil tal-flus minn rikavat illeċitu; billi l-persistenza tad-distorsjonijiet maħluqa mir-rifuġji fiskali tista' twassal għal flussi artifiċjali u għal effetti negattivi fis-suq intern tal-UE; billi l-kompetizzjoni tat-taxxa ta' ħsara fl-Unjoni Ewropea tmur b'mod ċar kontra l-loġika tas-suq uniku; billi huma meħtieġa iżjed sforzi sabiex jiġu armonizzati l-bażijiet tat-taxxa fi ħdan Unjoni ekonomika, fiskali u baġitarja li dejjem aktar integrata;

AZ.

billi diġà saru xi sforzi fil-livell Ewropew biex ikun assigurat qafas leġiżlattiv u ġuridiku armonizzat fil-qasam tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; billi ċerti objettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri jekk dawn jaġixxu individwalment; billi, madankollu, qed jittieħdu azzjonijiet ta' ġlieda ġodda u miżuri ġodda ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali kontra dawn il-fenomeni versatili;

BA.

billi, biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, il-leġiżlaturi tal-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirreaġixxu fil-ħin u b'mod effikaċi għat-tibdil fl-istrutturi u għall-forom ġodda ta' kriminalità, u speċjalment wara t-Trattat ta' Lisbona l-Istati Membri kollha għandhom jiggarantixxu Unjoni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

BB.

billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-euro għandha tkun prijorità; billi, għal dan l-għan, jeħtieġ li jitrażżan il-fenomenu li dejjem qed jikber ta' approprjazzjoni indebita ta' fondi Ewropej min-naħa ta' organizzazzjonijiet kriminali (imsejħa frodi Komunitarja) u tal-falsifikazzjoni tal-euro; billi fil-livell Ewropew ġew żviluppati programmi bħal Hercule, Fiscalis, Dwana u Pericles sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġġieldu kontra l-attivitajiet kriminali u illeċiti transnazzjonali u transfruntieri;

BC.

billi r-rikonoxximent reċiproku huwa kkunsidrat bħala prinċipju fundamentali li jikkostitwixxi l-bażi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni;

BD.

billi, kif iddikjarat fid-Diġest ta' każijiet ta' kriminalità organizzata UNODC 2012, it-tekniki speċjali ta' investigazzjoni spiss jirriżultaw insostitwibbli fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata. Bis-saħħa tagħhom jirriżultaw is-suċċessi milħuqa fl-aktar investigazzjonijiet serji u kumplessi kif jidher mill-każijiet; billi l-Artikolu 20(1) tal-Konvenzjoni tan-NU ta' Palermo jistieden lill-Istati Partijiet jużaw it-tekniki investigattivi speċjali bl-għan li jiġġieldu b'mod effikaċi l-kriminalità organizzata; Billi tali tekniki jridu jiġu regolati mil-liġi, ikunu proporzjonati u neċessarji f'soċjetà demokratika, u jkunu suġġetti għal skrutinju mill-awtoritajiet ġudizzjarji u korpi indipendenti oħra permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel u superviżjoni matul l-investigazzjoni jew reviżjoni ex post facto, sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem, kif meħtieġ mir-Rakkomandazzjoni (2005)10 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-tekniki speċjali ta' investigazzjoni għal dak li jikkonċerna reati serji inklużi atti ta' terroriżmu;;

BE.

billi, jekk huwa minnu li l-indipendenza ġudizzjarja hija essenzjali għall-idea tas-separazzjoni tas-setgħat, huwa minnu wkoll li sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali hija importanti għall-istat tad-dritt u għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili taċ-ċittadini tagħna; billi l-qrati ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda influwenza jew interess;

BF.

billi din ir-riżoluzzjoni hija maħsuba biex tipprovdi direzzjoni politika fir-rigward għal leġiżlazzjoni futura tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri.

Appoġġ għal qafas leġiżlattiv omoġenju u koerenti – il-protezzjoni u l-assistenza għall-vittmi

1.

Itenni dak li ġie espress fir-rapport interim tiegħu, adottat bir-riżoluzzjoni tal-11 ta' Ġunju 2013, li din ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li tikkonferma, anke fil-previżjonijiet li hawnhekk mhumiex espressi b'mod espliċitu, u li tintegra;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi pjan ta' azzjoni Ewropew kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li jkun jinkludi miżuri leġiżlattivi u azzjonijiet pożittivi finalizzati biex jiġġieldu b'mod effikaċi kontra dawn il-fenomeni kriminali;

3.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jadottaw immedjatament u b'mod korrett fl-ordinamenti rispettivi tagħhom l-istrumenti leġiżlattivi Ewropej u internazzjonali kollha fis-seħħ dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jlestu l-Pjan Direzzjonali dwar id-drittijiet ta' dawk il-persuni ssuspettati u akkużati fil-proċedimenti kriminali, inkluża direttiva dwar id-detenzjoni ta' qabel il-proċess;

4.

Jappoġġa ċ-ċiklu ta' politiki kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali li beda għall-perjodu 2011-2013 u għal dak sussegwenti 2014-2017 u jitlob sforz mill-Istati Membri u mill-aġenziji sabiex din l-inizjattiva tissarraf f'riżultati tanġibbli; iqis li ċiklu ta' politiki bħal dan għandu jkun integrat fi pjan ta' azzjoni Ewropew usa' kontra l-kriminalità organizzata u s-sistemi kriminali; iqis li ċiklu ta' politiki bħal dan, mir-reviżjoni prevista tiegħu għal Ottubru 2015, għandu jinkludi fost il-prijoritajiet trasversali tiegħu anke l-korruzzjoni;

5.

Jistieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jirrevedi minnufih il-konklużjonijiet tiegħu tat-8 u tad-9 ta' Novembru 2010 dwar l-istabbiliment u l-attwazzjoni ta' ċiklu politiku tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità kbira u l-kriminalità organizzata internazzjonali bil-għan li tkun permessa l-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, f'konformità mal-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona, bid-definizzjoni tal-prijoritajiet, bid-diskussjoni tal-objettivi strateġiċi u bil-valutazzjoni tar-riżultati ta' ċiklu politiku bħal dan; jitlob li jkun informat mill-Kunsill dwar l-eżiti tal-ewwel ċiklu ta' politiki 2011-2013 u li jkun hemm awditjar annwali tal-COSI biex isir magħruf fid-dettall l-istat ta' progress tal-pjanijiet annwali ta' twettiq tal-objettivi strateġiċi;

6.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi standards ġuridiċi komuni għat-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, abbażi ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru relatata mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u billi tispira ruħha mil-leġiżlazzjoni aktar avvanzata tal-Istati Membri, tippreżenta proposta leġiżlattiva sal-2013 li tistabbilixxi definizzjoni komuni tal-kriminalità organizzata, li għandha tinkludi, fost l-oħrajn, ir-reat tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali transnazzjonali, u tenfasizza l-fatt li gruppi kriminali ta' dan it-tip għandhom spirtu imprenditorjali, huma organizzati ħafna, jużaw teknoloġija sofistikata u spiss jirrikorru għall-intimidazzjoni u għar-rikatt; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll l-Artikolu 2(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali;

7.

Itenni li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt kriminali sostanzjali għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif ukoll dak li ġie espress fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkriminalizza l-abbuż u l-isfruttament tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u tiżviluppa b'mod urġenti sistema ta' ġbir tad-data kumparabbli u affidabbli fuq livell tal-UE, ibbażata fuq indikaturi sodi komuni u maqbula, flimkien mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, mill-aktar fis possibbli, il-miżuri u l-istrumenti kollha ppreżentati fil-komunikazzjoni bit-titolu “Strateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012 – 2016”, u tistabbilixxi Osservatorju kontra t-Traffikar tal-UE, miftħu għall-gvernijiet, għall-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi u għall-NGOs; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu d-dimensjoni esterna u l-ambitu ta' prevenzjoni tal-miżuri u tal-programmi, partikolarment permezz tal-ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu u b'attenzjoni speċjali lill-minuri mhux akkumpanjati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu t-traffikar tal-bnedmin soċjalment inaċċettabbli permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni b'saħħithom u sostnuti li jiġu valutati annwalment bħala parti mill-Jum Ewropew kontra t-Traffikar;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politika globali koerenti kontra l-korruzzjoni; jirrakkomanda li, waqt it-tħejjija tar-rapport tagħha dwar l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi u tinkludi sensiela ta' rakkomandazzjonijiet konkreti għal kull Stat Membru u kull istituzzjoni tal-UE, filwaqt li tenfasizza l-eżempji tal-aqwa prassi kontra din il-korruzzjoni sabiex jitrawmu, u l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jiġu mħeġġa jwettqu, eżerċizzji ta' tagħlim bejn il-pari fuq perjodu twil; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tinkludi ħarsa ġenerali kompluta tal-oqsma vulnerabbli tal-korruzzjoni fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-pubblikazzjoni tar-rapport li jmiss fl-2015 sabiex issegwi l-progress li sar tul iż-żmien bis-saħħa tal-isforzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Istati Membri u taġġorna l-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ, meta jkun meħtieġ;

10.

Huwa tal-opinjoni li l-liġijiet dwar il-malafama/libell jiddiswadu r-rappurtar possibbli tal-korruzzjoni; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Istati Membri kollha jiddepenalizzaw il-liġijiet ta' malafama/libell fl-ordinamenti ġuridiċi tagħhom, tal-inqas għall-każijiet meta jkun hemm involuti allegazzjonijiet ta' kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus fl-Istati Membri u barra mill-pajjiż;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tirraporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sal-2013 proposta tagħha dwar l-armonizzazzjoni tad-dritt kriminali fir-rigward tal-ħasil ta' flus, biex fiha tforni definizzjoni komuni tar-reat ta' “awtoħasil” abbażi tal-aħjar prattiki tal-Istati Membri;

13.

Jieħu nota tal-proposti leġiżlattivi reċenti dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u jappella għall-adozzjoni fil-pront tagħhom; iqis li huwa fundamentali li l-EPPO jkun sostnut minn qafas ċar tad-drittijiet proċedurali u jiġi definiti b'mod ċar ir-reati li dwarhom l-Uffiċċju se jkollu awtorità;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem l-2013, proposta leġiżlattiva li tistabilixxi programm Ewropew effikaċi u komprensiv ta' protezzjoni għall-informaturi fis-settur pubbliku u privat bil-għan għall-protezzjoni ta' dawk li jidentifikaw ġestjoni ineffiċjenti u irregolaritajiet u jirrapportaw każijiet ta' korruzzjoni nazzjonali u transkonfinali relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE u għall-protezzjoni tax-xhieda, ta' dawk li jipprovdu informazzjoni u tal-kollaboraturi tal-ġustizzja, u partikolarment tax-xhieda li jixhdu kontra l-organizzazzjonijiet ta' tip mafjuż jew kriminali oħrajn, bil-għan li toffri soluzzjoni għall-kundizzjonijiet ta' ħajja diffiċli tagħhom (mir-riskji ta' ritaljazzjoni għad-disgregazzjoni tar-rabtiet familjari, mill-eradikazzjoni territorjali għall-esklużjoni soċjali u professjonali); jistieden ukoll lill-Istati Membri jistabbilixxu protezzjoni xierqa u effikaċi tal-informaturi;

15.

Jenfasizza li qafas leġiżlattiv effikaċi għandu jqis kif dovut l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus u d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali b'tali mod li dawn jiġu miġġielda mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards stabbiliti fir-rigward tal-protezzjoni tad-data; jilqa', f'dan ir-rigward, is-sistema ta' protezzjoni ta' data li tintuża minn Europol kif ukoll il-proposta dwar ir-raba' Direttiva dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus ippreżentata mill-Kummissjoni;

16.

Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u bl-appoġġ tal-Europol, tal-Eurojust u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, jiddefinixxu indikaturi, abbażi ta' sistemi rikonoxxuti u kriterji komuni, kemm jista' jkun uniformi u konformi biex ikejlu, mill-inqas, il-kobor, il-kostijiet u l-ħsara soċjali tal-kriminalità organizzata, tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus fil-livell tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestigaw il-ħsara soċjali maħluqa minn reati ambjentali, ekonomiċi u korporattivi;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-applikazzjoni sħiħa u t-tisħiħ tal-istrumenti ta' rikonoxximent reċiproku fis-seħħ u ta' leġiżlazzjoni Ewropea li tiżgura eżekuzzjoni immedjata tal-provvedimenti kollha tal-awtorità ġudizzjarja, b'riferiment partikolari għall-kundanni, għall-mandati ta' arrest u għall-ordnijiet ta' konfiska fit-territorju ta' Stat Membru differenti minn dak fejn ikunu nħarġu, filwaqt li jiġi rispettat totalment il-prinċipju ta' proporzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni, bħala prijorità, tintervjeni bi proposta leġiżlattiva adegwata u konkreta biex tagħmel effettiv ir-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet għal sekwestru u konfiska, inklużi dawk maħruġa f'ambitu ċivili; iqis neċessarju li titjieb l-assistenza legali reċiproka kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tal-mezzi ta' prova fost l-Istati Membri; jisħaq fuq l-importanza ta' aġġornament u ta' titjib tal-mekkaniżmi tal-ittri rogatorji: jitlob li t-talbiet ta' estradizzjonijiet rigward membri ta' organizzazzjonijiet kriminali jirċievu trattament prijoritarju min-naħa tal-awtoritajiet li jirċievu talbiet bħal dawn;

18.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jwettqu sforzi komuni sabiex jikkonkludu n-negozjati dwar l-abbozz ta' direttiva dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali, bil-għan li jiġi semplifikat il-ġbir tal-provi fil-każijiet transkonfinali u tkun possibbli kooperazzjoni ġudizzjarja faċli u effikaċi, immirata biex tiġġieled il-kriminalità transnazzjonali;

19.

Iqis li hi ta' importanza fundamentali l-approvazzjoni mgħaġġla tad-Direttiva dwar il-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali u jagħraf l-importanza prijoritarja ta' normi ċari u effikaċi, li huma kapaċi jipproduċu armonizzazzjoni effettiva fuq livell Ewropew; jistieden lill-Istati Membri għal traspożizzjoni fil-ħin u effikaċi tad-direttiva futura;

20.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiffavorixxu l-kooperazzjoni internazzjonali u biex jappoġġjaw programm Ewropew maħsub biex jippromwovi l-iskambju u d-diffużjoni ta’ prattiki tajba għall-ġestjoni effikaċi tal-assi konfiskati;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol furzat; jemmen li l-ġlieda kontra x-xogħol furzat għandha tikkonċentra fuq il-postijiet fejn jiġi sfruttat ix-xogħol furzat li jiswa ftit; jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri jsaħħu l-ispezzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jiffaċilitaw lil dawk l-organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinu fl-iskoperta ta' xogħol furzat bħat-trade unions;

22.

Jemmen li t-twaqqif ta’ katina ta’ fornitura responsabbli għall-impriżi hija għodda importanti fil-ġlieda kontra x-xogħol furzat; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissottometti proposta għal standards minimi għal katina ta’ fornitura responsabbli għall-impriżi; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jipprojbixxu s-subkuntrattar marbut mal-kuntratti pubbliċi sakemm jintlaħaq ftehim dwar katina ta’ fornitura responsabbli għall-impriżi;

23.

Ifakkar lill-Kummissjoni li għandu jingħata trattament speċjali lit-tfal li huma vittmi tat-traffikar, kif ukoll li ttejjeb il-protezzjoni tal-minuri mhux akkumpanjati jew tat-tfal ittraffikati mill-familji tagħhom stess (dawn il-każijiet għandhom jiġu kkunsidrati meta jsiru proposti għar-ritorn lejn il-pajjiżi tal-oriġini, għall-identifikazzjoni tal-kustodji, eċċ.); iħeġġeġ li jitqies mhux biss l-approċċ abbażi tal-ġeneru, iżda wkoll ir-rwol tal-problemi tas-saħħa u d-diżabbilitajiet.

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Karta tal-Unjoni Ewropea E għall-Protezzjoni u l-Għajnuna tal-Vittmi tat-Traffikar sabiex tiġbor l-indikaturi, il-miżuri, il-programmi u r-riżorsi eżistenti b’mod aktar koerenti, effiċjenti u utli għall-partijiet interessati kollha involuti bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf linja telefonika għall-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-riżorsi allokati lil NGOs, mezzi ta’ komunikazzjoni u riċerka speċjalizzati sabiex iżżid l-appoġġ, il-protezzjoni u l-għajnuna għall-vittmi sabiex b’hekk it-testimonjanza tagħhom fil-qorti tkun inqas meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni wkoll sabiex issaħħaħ l-aspetti ta’ viżibilità, sensibilizzazzjoni u l-ħtiġijiet tal-vittmi, bil-għan li titnaqqas it-talba għal u l-abbuż tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u li tiġi promossa “viżjoni żero” kontra l-isfruttament sesswali u tax-xogħol;

26.

Jissottolinja li l-Bank Dinji jikkalkola li kull sena, fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp bejn US$ 20 sa US$ 40 biljun – li jikkorrispondu għal 20 %-40 % tal-għajuna uffiċjali għall-iżvilupp – jinserqu mill-baġits pubbliċi permezz ta' mekkaniżmi ta' korruzzjoni ta' livell għoli u jinħbew barra mill-pajjiż (47); jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala donatur ewlieni fid-dinja, tikkonsolida l-kooperazzjoni ma’ donaturi oħra u mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar sabiex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar fil-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna, ħalli jiġu implimentati l-Istandards Internazzjonali għall-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar u jiġi żgurat li l-għajnuna finanzjarja tal-UE tilħaq l-għanijiet li għalihom hija maħsuba minflok ma tiġi ddevjata;

Il-waqfien tal-attività tal-kriminalità organizzata, b'attakk fuq ir-rikavat u l-assi

27.

Jistieden lill-Istati Membri, abbażi tal-aktar leġiżlazzjonijiet nazzjonali avvanzati, jintroduċu mudelli ta’ konfiska mhux ibbażata fuq kundanna, fil-każijiet meta, abbażi tal-evidenza disponibbli u soġġett għal deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja, ikun jista’ jiġi stabbilit li l-beni inkwistjoni jkunu ġejjin minn attività kriminali jew jintużaw għat-twettiq ta’ attivitajiet kriminali;

28.

Iqis li, fir-rigward tal-garanziji kostituzzjonali nazzjonali u mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' proprjetà u d-dritt ta' difiża, jistgħu jiġu previsti strumenti ta' konfiska preventiva applikabbli biss wara li tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ġudizzjarja;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta proposta leġiżlattiva maħsuba biex tiggarantixxi b’mod effikaċi r-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta’ sekwestru u konfiska marbuta mal-miżuri ta’ prevenzjoni partimonjali adottati mill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani u għall-miżuri adottati fi kwistjonijiet ċivili f’diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu immedjatament il-miżuri operattivi meħtieġa biex dawn il-miżuri jsiru effikaċi;

30.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw l-kooperazzjoni amministrattiva, tal-pulizija u dik ġudizzjarja għat-traċċar fuq it-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea tal-assi b’oriġini kriminali għall-finijiet ta’ sekwestru u konfiska anke permezz tal-attivazzjoni tan-netwerk tal-Asset Recovery Offices (uffiċċji għall-irkupru tal-assi) u l-aċċess rapidu għad-data tal-banek nazzjonali bħal pereżempju dawk tat-taxxi, ir-reġistru pubbliku tal-vetturi, tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistru bankarju;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rwol u l-kompetenzi tal-Asset Recovery Offices (ARO), filwaqt li toħloq għalihom aċċess aktar rapidu u uniformi għall-informazzjoni, b’rispett sħiħ tal-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-valorizzazzjoni tal-ARO, anke billi jagħmlu disponibbli riżorsi adegwati u jikkunsidraw il-potenzjal ta’ dawn l-uffiċċji li jirkupraw assi kriminali; jilqa’ x-xogħol li sar s’issa mill-pjattaforma ARO u jinkoraġġixxi li jitkompla fid-dawl ta’ valorizzazzjoni sħiħa fuq livell Ewropew tal-aħjar prattiki eżistenti u tal-attività ta’ dawn l-uffiċċji;

32.

Iqis li hi ta’ importanza fundamentali, fid-dawl ta’ ġlieda effikaċi kontra l-qawwa tas-sistemi kriminali billi jintlaqtu l-finanzi tagħhom, il-ħtieġa li jiġu introdotti l-istrumenti utili kollha għall-identifikazzjoni tal-assi kriminali u mafjużi, pereżempju permezz tal-ħolqien ta’ reġistri ċentralizzati tal-kontijiet kurrenti bankarji;

33.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-użu mill-ġdid ta’ beni kriminali kkonfiskati għal finijiet soċjali, bħall-għoti ta’ dan ir-rikavat lill-vittmi u l-komunità li jkunu tħarbtu mid-drogi u l-kriminalità organizzata, u jużawhom għall-finanzjament tal-ġlieda kontra l-kriminalità mil-livell lokali kif ukoll l-attività transkonfinali mill-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi, u jissuġġerixxi l-attivazzjoni ta’ fondi għall-finanzjament ta’ interventi intiżi sabiex jippreservaw l-integrità ta’ dawn il-beni;

34.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jintroduċu regoli maħsuba għall-prosekuzzjoni kriminali kemm tal-persuna li tattribwixxi b’mod falz il-proprjetà jew d-disponibbiltà ta’ beni, flus jew utilitajiet oħra lill-oħrajn bl-iskop li jevita s-sekwestru jew il-konfiska tagħhom, kif ukoll terzi li b’mod falz jaċċettaw il-proprjetà jew id-disponibbiltà ta’ dawn il-beni.

35.

Jirrakkomanda li operatur ekonomiku jkun eskluż, għal mill-inqas ħames snin, mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku fl-Unjoni Ewropea kollha jekk ikun ingħata kundanna b’sentenza li tkun għaddiet f’ġudikat għar-reati ta’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, involviment f’attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus, finanzjament tat-terroriżmu, sfruttament tal-bnedmin jew ta’ tħaddim tat-tfal, korruzzjoni jew reati serji oħrajn kontra l-interess pubbliku meta dawn jimminaw il-kapaċità fiskali tal-istat jew jipproduċu ħsara soċjali, bħal pereżempju, l-evażjoni fiskali u reati relatati mat-taxxa oħra, jew għal reati oħrajn partikolarment serji b’dimensjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE (l-hekk imsejħa “ewroreati”), waqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet tad-difiża fis-sens tal-KEDB, il-Karta tal-UE u l-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni ssuspettati u akkużati fi kwistjonijiet kriminali, u dan għandu jsir anke meta l-motivi għal esklużjoni sseħħu waqt il-proċedura tal-aġġudikazzjoni; jirrakkomanda wkoll li jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni f'kuntratt pubbliku l-operaturi ekonomiċi li jkunu rreġistrati f’rifuġju fiskali rikonoxxuti bħala tali minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

36.

Iqis li l-proċeduri fir-rigward ta' kuntratti pubbliċi għandhom ikunu ispirati mill-prinċipju ta' legalità, u li f'dan il-kuntest, għandu jiġi segwit il-kriterju tal-aġġudikazzjoni bbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża filwaqt li tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa fil-proċedura ta' għażla (li għandha ssir ukoll permezz ta' sistemi ta' e-procurement) ħalli jiġu evitati l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet gravi oħrajn;

37.

Jitlob lill-Istati Membri jipprevjenu r-riskji ta’ infiltrazzjoni kriminali u ta’ korruzzjoni fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi billi jintroduċu kontrolli xierqa u proċeduri oġġettivi u trasparenti;

38.

Iqis li, biex jiġu miġġielda l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, il-koooperazzjoni bejn is-settur privat u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi għandha tissaħħaħ sabiex l-atturi privati jiġu inkoraġġiti jirrifjutaw, jastjenu minn u jirrapportaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-pulizija, inklużi Eurojust u Europol fejn xieraq, kull prattika illegali jew inġusta li tippromwovi jew tkun relatata mal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jew reati oħra, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport, il-loġistika, l-industrija tal-kimika, il-forniment ta’ servizzi tal-internet, is-servizzi bankarji u finanzjarji, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi terzi; jappella għal skemi ta' protezzjoni aktar b'saħħithom għall-atturi privati mhedda minħabba l-kollaborazzjoni tagħhom fir-rapportar tal-attivitajiet relatati mal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Istati Membri – f'konformità mal-prinċipju ta' solidarjetà – biex jagħmlu disponibbli riżorsi u finanzjament adegwati għal Europol, Eurojust, Frontex u l-EPPO futur, li l-azzjoni tagħhom hija ta' benefiċċju għall-Istati Membri kif ukoll għaċ-ċittadini;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, sa tmiem l-2014, proposta għal direttiva dwar tekniki investigattivi komuni biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, fis-sens tal-Artikolu 87(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-impriżi jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti – pereżempju permezz tal-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għall-prodotti agroalimentari, il-markaturi CIP għall-armi tan-nar u l-kodiċijiet ta' identifikazzjoni, anke għal finijiet ta' taxxa, tas-sigaretti, ix-xorb alkoħoliku u l-mediċini soġġetti għal preskrizzjoni – sabiex tiġi evitata l-kontraffazzjoni, il-kriminalità tiġi mċaħħda minn sors importanti ta' dħul, u tiġi protetta s-saħħa tal-konsumaturi; jesprimi dispjaċir li l-Istati Membri ma ridux jintroduċu t-traċċabbiltà fil-modernizzazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam marittimu bħala strument tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-droga u l-kontrabandu tat-tabakk, u ta’ prodotti oħrajn illegali u kontraffatti; jirrikonoxxi li l-ġestjoni inkonsistenti tal-fruntieri, anke dawk fil-baħar tikkostitwixxi opportunità għall-kriminalità organizzata li taċċedi għall-UE, u hija kwistjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni b'mod kostanti; jistieden għalhekk lil Europol, Frontex u l-Kummissjoni Ewropea jeżaminaw it-tendenzi fir-rigward tal-fruntieri esterni tal-UE u l-vulnerabbiltà tagħhom;

42.

Jieħu nota tar-rabtiet eżistenti bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, kif ġie enfasizzat mill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija f'ċerti ċirkustanzi b'konnessjoni mal-finanzjament tal-attivitajiet illegali tal-gruppi terroristiċi permezz tar-rikavat mit-traffikar illeċitu internazzjonali u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri tagħhom sabiex jiġu miġġielda tali attivitajiet;

43.

Iħeġġeġ it-taħriġ konġunt tal-esperti tal-analiżi fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-kriminalità u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu anke fid-dawl tal-ħolqien ta’ task forces komuni li joperaw mill-inqas fil-livell nazzjonali, kif ukoll il-ħolqien ta' skwadri ta’ investigazzjoni komuni fil-livell Ewropew u r-rikors għalihom;

44.

jissottolinja r-riżultati importanti miksuba s’issa permezz tal-istituzzjoni tal-iskwadri investigattivi komuni u jagħraf l-importanza fundamentali fid-diffużjoni ta’ kultura ta’ kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali; jistieden lill-Istati Membri jittrasponu b'mod adegwat id-Deċiżjoni Qafas 2002/465/ĠAI u jinkoraġġixxu l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, b’mod partikolari dawk ġudizzjarji, jiżviluppaw dan l-istrument; jirrikonoxxi l-valur miżjud kbir tal-iskwadri ta’ investigazzjoni komuni u jenfasizza l-ħtieġa li tali strument investigattiv tant utli jibqa’ jiġi ffinanzjat;

45.

Jinnota bi tħassib li l-kriminalità organizzata diġà qed jirnexxilha taċċedi għal għadd kbir ta’ vittmi potenzjali permezz tal-użu frawdolenti tal-internet, billi tinqeda, b’mod partikolari, minn netwerks soċjali, billi jintbagħtu e-mails mhux mitluba (“spamming”), permezz tal-faċilitazzjoni tas-serq tal-proprjetà intellettwali, permezz ta’ “phishing websites” u l-irkanti fuq l-internet; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, li jitwaqqfu strateġiji nazzjonali komprensivi, inklużi l-edukazzjoni, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, u l-aħjar prattiki fil-livell tan-negozji bil-għan li jkun hemm aktar għarfien tal-perikli u l-konsegwenzi tal-attività kriminali online;

46.

Jikkundanna l-involviment tal-kriminalità organizzata fil-ħolqien u l-ġestjoni ta’ żoni illegali ta’ rimi ta’ skart u fit-traffikar illeċitu tiegħu lejn xi pajjiżi terzi, b’mod speċjali l-Afrika u l-Asja; jistieden lill-Istati Membri jissanzjonaw severament l-attivitajiet kriminali realatati mal-ġestjoni abbużiva tal-iskart, inkluż skart tossiku, kif ukoll l-involviment eventwali ta’ uffiċjali pubbliċi korrotti;

47.

Jissottolinja li l-ġurnaliżmu investigattiv indipendenti għandu rwol importanti fl-espożizzjoni ta’ skemi ta’ frodi, korruzzjoni u kriminalità organizzata kif intwera f’April 2013 permezz ta’ “Offshore leaks” li żvela dettalji ta’ 130 000 kont offshore wara investigazzjoni li damet snin twal min-naħa tal-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi flimkien ma’ 36 gazzetta internazzjonali; huwa tal-opinjoni li r-rapporti tal-ġurnaliżmu investigattiv jirrappreżentaw sors prezzjuż ta’ informazzjoni li għandha titqies mill-OLAF u l-awtoritajiet tal-pulizija jew awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri;

48.

Jitlob l-allokazzjoni ta’ fondi fuq livell Ewropew għal proġetti u miżuri intiżi sabiex jimpedixxu l-istabbiliment ta' orgaizzazzjonijiet mafjużi fl-Unjoni Ewropea;

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fil-livell Ewropew u internazzjonali

49.

Jistieden lill-Istati Membri biex joħolqu strutturi nazzjonali sabiex jinvestigaw u jiġġieldu l-organizzazzjonijiet kriminali u mafjużi, bil-possibilità li jiġi żviluppat, bil-koordinazzjoni ta' Europol u l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, “netwerk operattiv antimafja” li jkun sempliċi u informali, għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-l-aspetti strutturali tal-mafji preżenti fit-territorji rispettivi tagħhom, dwar il-proġetti kriminali u finanzjarji, dwar il-post tal-assi u dwar it-tentattivi ta’ infiltrazzjoni fil-kuntratti pubbliċi;

50.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni permezz tal-iżviluup ta' komunikazzjoni sistematika effikaċi u l-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-korpi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, Europol, Eurojust, OLAF u ENISA, u mal-awtoritajiet korrispondenti tal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-pajjiżi viċin l-UE, abbażi ta’ standards tal-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet proċedurali xierqa, biex jittejbu s-sistemi tal-ġbir tal-provi u jiġi żgurat l-ipproċessar u l-iskambju effikaċi ta’ data u informazzjoni utli għall-investigazzjoni tar-reati b'aktar preċiżżjoni u rapidità, inklużi dawk kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, b’rispett sħiħ għall-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, kif ukoll għad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Itenni li l-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ data personali matul l-indirizzar tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus għandhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, ikunu konformi mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-KEDB, il-Karta tal-UE u l-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jintlaħaq grad ogħla ta’ responsabbiltà għad-drittijiet demokratiċi u fundamentali tal-attivitajiet ta' Europol u Eurojust fir-reviżjoni li jmiss tagħhom;

51.

Jinnota li ta’ spiss in-nuqqas ta’ sinerġija bejn il-korpi tal-pulizija u dawk leġiżlattivi, id-dewmien fir-rispons ġudizzjarju, u l-lakuni fil-leġiżlazzjoni, jippermettu li l-kriminali jisfruttaw il-lakuni u jikkapitalizzaw fuq id-domanda għal prodotti illeċiti;

52.

Iqis li l-iżgurar tal-libertà tal-moviment fiż-żona Schengen u l-ġlieda effettiva kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali huma kwistjonijiet relatati mill-qrib; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-introduzzjoni riċenti tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen tat-tieni ġenerazzjoni, li se tippermetti li l-informazzjoni tiġi skambjata aktar malajr u b’mod aktar effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha bil-għan li tivvalorizza s-sinerġiji eżistenti bejn in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u Eurojust, bil-għan li tintlaħaq kooperazzjoni ġudizzjarja intraEwropea tal-ogħla livell;

54.

Jissottolinja l-importanza li l-UE tiffaċilita l-prattika tajba dwar kif għandhom jiġu miġġielda l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u kif għandhom jiġu identifikati l-kawżi oriġinali tagħhom, mhux biss ġewwa l-Unjoni Ewropea iżda anke b'riferiment għal pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li huma ta' spiss il-pajjiżi ta' oriġini ta' dawn il-problemi;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra klawsoli speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali tagħha mal-pajjiżi terzi, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; jikkonstata l-kooperazzjoni internazzjonali skarsa, b'mod partikolari mal-pajjiżi terzi u speċjalment il-pajjiżi ġirien ta' oriġini jew ta' tranżitu; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal azzjoni diplomatika b'saħħitha sabiex dawn il-pajjiżi jiġu mħeġġa jistabbilixxu ftehimiet ta' kooperazzjoni u jikkonformaw mal-ftehimiet iffirmati;

56.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu r-rwol tal-imħallfin, tal-prosekuturi u tal-uffiċjali ta’ kollegament u jħeġġu t-taħriġ ġudizzjarju, kif ukoll it-taħriġ fl-qasam tal-investigazzjoni finanzjarja, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jiġġieldu kontra l-forom kollha tal-kriminalità organizzata (anki fil-qasam tal-informatika), tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus, speċjalment permezz tal-użu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, kif ukoll permezz tal-użu sħiħ ta’ strumenti finanzjarji bħall-Fond għas-Sigurtà Interna għall-kooperazzjoni tal-pulizija u l-Programm Hercules III; iħeġġeġ it-tagħlim ta’ lingwi barranin fit-taħriġ tal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transnazzjonali u jħeġġeġ il-promozzjoni ta’ programm Ewropew ta’ skambju ta’ prattiki tajba u ta’ taħriġ għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-pulizija;

57.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri jiżviluppaw strumenti legali u strateġiji xierqa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u investigattivi tagħhom jiffaċilitaw u jżidu, b'tali mod li jinvolvu Europol u jsaħħu r-rwol tiegħu, il-moviment tal-informazzjoni bejniethom u jipproċedu għall-analiżi meħtieġa biex jidentifikaw, u jekk possibbli, jimpedixxu u jindirizzaw it-tendenzi li qed ifeġġu fil-kriminalità organizzata, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;

58.

Iqis li l-globalizzazzjoni tal-kriminalità organizzata teħtieġ kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri, fil-livell Ewropew u internazzjonali; iħeġġeġ aktar interazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, in-NU, l-OECD u l-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; jappoġġa l-isforzi tal-FATF fil-promozzjoni tal-politiki għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa b’mod effikaċi lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata u jirrakkomanda l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-GRECO bħala membru effettiv; jinkoraġġixxi wkoll lill-Unjoni Ewropea sabiex ma tħarisx biss lejn l-alleati u ls-sħab l-iżjed komuni tagħna għall-kooperazzjoni, iżda li tipprova toħloq reazzjoni u soluzzjoni tassew internazzjonali u globali għall-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u l-finanzjament tat-terroriżmu;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni u, b’mod partikolari, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jadottaw l-inizjattivi meħtieġa sabiex l-Unjoni tieħu impenn b’approċċ uniku fil-konfront tal-pajjiżi terzi fi kwistjonijiet ta’ rabtiet bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; jistieden lill-Istati Membri biex jgħassu l-konfini tagħhom u li jkun hemm skambju tal-informazzjoni meħtieġa bil-għan li jinqatgħu ir-rabtiet attwali jew potenzjali bejn gruppi kriminali organizzati u gruppi terroristiċi;

60.

Jirrakkomanda bil-qawwi l-ħtieġa għal pjan ta’ azzjoni Ewropew li ma jistax jiġi pospost aktar, bl-għan li tinkiseb kooperazzjoni inter-Ewropea u internazzjonali akbar u bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), bl-għan li jiġi żgurat liċ-ċittadini, (speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, u prinċipalment biex jiġi impedit l-isfruttament tat-tfal), l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi livell ta’ sigurtà għoli filwaqt li jiġu garantiti bis-sħiħ il-libertà tal-informazzjoni u d-dritt għal protezzjoni tad-data personali;

61.

Jappoġġa l-fatt li l-mexxejja Ewropej fis-sammit reċenti tal-G8 talbu li tissaħħaħ l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u r-rifuġji fiskali, għall-irkupru tat-taxxi minn dawk li jevitaw milli jħallsuhom u mill-evażuri;

62.

Jirrakkomanda azzjoni konġunta fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fenomeni ta’ illegalità fi kwistjonijiet ambjentali marbuta ma’ attivitajiet kriminali konnessi mal-kriminalità organizzata u tat-tip mafjuż jew li ġejjin minnhom, anke permezz tat-tisħiħ ta’ korpi Ewropej bħal Europol u Eurojust apparti dawk internazzjonali bħal Interpol u l-Istitut Interreġjonali ta’ Riċerka tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità u l-Ġustizzja (UNICRI), kif ukoll permezz tal-kondiviżjoni tal-metodi ta’ ħidma u tal-informazzjoni miżmuma mill-Istati Membri li fil-parti l-kbira kienu impenjati fil-ġlieda kontra l-forma ta’ kriminalità inkwistjoni, bil-għan li jitwaqqaf pjan ta’ azzjoni komuni;

63.

Jissottolinja li l-kriminalità transkonfinali tista’ tiġi indirizzata biss permezz ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija transkonfinali bejn l-Istati Membri u li, anke jekk l-UE teħtieġ aktar strumenti legali sabiex tiġġieled il-kriminalità organizzata, diġà hemm sett ta’ strumenti għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri; jissottolinja li l-akbar ostakolu biex pajjiż verament jiġġieled il-kriminalità organizzata fil-livell tal-UE huwa n-nuqqas ta’ rieda politika fl-Istati Membri; jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti pprovduti mill-UE u l-aġenziji tagħha;

64.

Jipproponi li jiġu kkommemorati l-vittmi innoċenti kollha tal-kriminalità organizzata, speċjalment dik mafjuża, u li jingħata rikonoxximent speċjali lil dawk li mietu fil-ġlieda kontra l-gruppi kriminali organizzati, permezz tal-istabbiliment ta’ “Jum Ewropew ta’ Memorja u Impenn b'Tifkira għall-Vittmi Innoċenti tal-Kriminalità Organizzata” li għandha tinżamm kull sena, mis-2014, fil-jum tal-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni mill-Parlament;

Għal amministrazzjoni pubblika effiċjenti u reżistenti għall-korruzzjoni

65.

Iqis li, minbarra li jagħmlu ħsara għall-effikaċja tal-azzjoni amministrattiva u għall-benessri tal-individwi soġġetti għalihom, burokrazija mħawda u proċeduri kumplessi jistgħu jikkompromettu t-trasparenza tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jiffrustraw iċ-ċittadini u l-impriżi fl-aspettattivi leġittimi tagħhom u għalhekk joffru art fertili għall-korruzzjoni;

66.

Huwa tal-fehma li l-ġurnalisti investigattivi, kif ukoll l-NGOs u l-akkademiċi, għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni ta' korruzzjoni, frodi u kriminalità organizzata u konsegwentement huma esposti għal theddid għas-sigurtà tagħhom; ifakkar li tul perjodu ta’ ħames snin fis-27 Stat Membru ġie ppubblikat total ta’ 233 rapport investigattiv dwar każijiet ta’ frodi marbuta mal-użu ħażin tal-fondi tal-UE (48) u jqis li l-ġurnaliżmu investigattiv għandu jibbenefika minn riżorsi adegwati; jappoġġa, b'mod partikolari, l-azzjonijiet tal-Kummissjoni mmirati sabiex jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-iskoperta u r-rappurtar tal-fatti relatati ma' reati kriminali serji;

67.

Jissottolinja li d-detenturi ta’ karigi għoljin għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli adegwati, fost l-oħrajn min-naħa tal-awtoritajiet fiskali; jirrakkomanda, b’mod partikolari, li d-detenturi ta’ karigi pubbliċi jippreżentaw dikjarazzjonijiet dwar l-attivitajiet, id-dħul, ir-responsabbiltajiet u l-interessi li huma responsabbli għalihom;

68.

Jistieden lill-Kunsill u l-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-ġlieda kontra t-tixħim tal-uffiċjali pubbliċi barranin fit-tranżazzjonijiet internazzjonali tan-negozju; jissottlinja l-impatt negattiv li t-tixħim tal-uffiċjali barranin għandu fuq politiki tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-ambjent u l-iżvilupp;

69.

Jissottolinja li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni hi parti integrali mill-bini ta’ kapaċità għall-amministrazzjoni tat-taxxa; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni ta’ Mérida kontra l-Korruzzjoni (2003);

70.

Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ trasparenza u l-integrità u ta’ tnaqqis tal-burokrazija tal-amministrazzjoni pubblika u tal-entitajiet pubbliċi l-oħrajn, jiġifieri l-aċċessibilità totali għall-informazzjoni dwar kull aspett tal-organizzazzjoni u tal-attività amministrattiva, it-twettiq tal-funzjonijiet istituzzjonali u l-użu tar-riżorsi pubbliċi, anke permezz tal-garanzija tad-dritt għall-aċċess għad-dokumenti liċ-ċittadini (l-ewwel nett fis-settur tassew delikat tal-proċeduri ta’ sejħa għal offerti); jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-kultura tal-legalità u tal-integrità fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat, anke permezz ta’ programm effettiv ta’ protezzjoni għal min jiddenunċja;

71.

Jinkoraġġixxi, sabiex tinkixef aħjar il-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, l-użu tal-mezzi disponibbli għall-operazzjonijiet sigrieti filwaqt li jiġi rispettat l-Istat tad-dritt u mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmi ta' kontroll demokratiku u l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali;

72.

Jitlob l-introduzzjoni ta’ regoli ċari u proporzjonati u tal-mekkaniżmi ta’ applikazzjoni u ta’ kontroll, li għandhom jiġu speċifikati f’kodiċi ta’ kondotta, sabiex jiġu evitati l-fenomeni ta’ “revolving doors” jew “pantouflage”, li jipprevedu, fir-rigward tal-uffiċjali pubbliċi li jkollhom ċerta responsabbiltà ta’ tmexxija jew finanzjarji, l-impossibbiltà li jgħaddu għas-settur privat, sakemm ma jkunx għadda ċertu perjodu ta’ żmien wara l-irtirar mill-kariga tagħhom, jekk ikun hemm riskju ta’ konflitt ta’ interessi mal-kariga pubblika żvolta qabel; iqis ukoll li, kull meta jkun hemm riskju ta’ konflitt ta’ interessi, għandhom japplikaw restrizzjonijiet simili għall-impjegati li jiċċaqilqu mis-settur privat għal dak pubbliku; jitlob għall-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess u tas-sistemi ta’ monitoraġġ fl-UE għad-diversi korpi superviżorji;

73.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw sistema komprensiva għall-protezzjoni tan-nies li jirrapportaw każijiet ta’ korruzzjoni u biex jestendu l-ambitu għar-rappurtar anonimu tal-korruzzjoni; jipproponi li jinħolqu kanali kunfidenzjali għar-rappurtar ta’ korruzzjoni; jitlob għal estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni biex jiġu kkontestati r-riżultat tal-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi;

74.

Jisstoolinja li l-investimenti meħtieġa ħafna fis-soluzzjonijiet tal-enerġija alternattiva huma marbuta mal-għotjiet u s-sussidji fiskali ġenerużi mill-Istati Membru u l-UE; jitlob kemm lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll dawk tal-Unjoni biex jiżguraw li tali għotjiet ma jkunux ta’ benefiċċju għall-organizzazzjonijiet kriminali;

Għal politika aktar responsabbli

75.

Ifakkar lill-partiti politiċi fir-responsabbiltà tagħhom meta jipproponu l-kandidati u, b'mod partikolari, fit-tfassil tal-listi elettorali fil-livelli kollha; jinsisti fuq id-dmir tagħhom li jissorveljaw il-karatteristiċi tal-kandidati anke permezz tal-previżjoni ta' kodiċi etiku strett li dawn għandhom jikkonformaw miegħu u li jinkludi wkoll, minbarra regoli ta' kondotta, dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi;

76.

Jiddefendi l-prinċipju tal-ineliġibbiltà bħala Membru fil-Parlament Ewropew u tal-impossibbiltà li wieħed jaħdem f’istituzzjonijiet u fil-korpi oħra tal-EU, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju ta' proporzjonalità, għal dawk li jkunu ġew ikkundannati b’sentenza li tkun għaddiet f’ġudikat b'reati ta’ parteċipazzjoni fi kriminalità organizzata, ħasil tal-flus, korruzzjoni u reati serji oħrajn li jinkludu dawk ta’ natura ekonomika u finanzjarja; jappella biex jiġu previsti restrizzjonijiet simili, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, għall-karigi kollha li għalihom issir elezzjoni, inkluża dik ta' membru ta' parlament nazzjonali;

77.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri jipprevedu fis-sistema ta’ sanzjonijiet rispettiva tagħhom l-inammissibbiltà tal-inklużjoni fil-listi elettorali ta’ dawk li jkunu ġew ikkundannati b’mod definittiv għal parteċipazzjoni fil-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, inklużi dawk ta’ natura ekonomika u finanzjarja; iqis li din is-sanzjoni għandha tiġi applikata għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin u tinkludi, għall-istess perjodu ta’ żmien, il-projbizzjoni li dak li jkun ikollu kariga fil-gvern fi kwalunkwe livell;

78.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri jeħtieġu r-riżenja minn karigi politiċi u minn pożizzjonijiet maniġerjali u amministrattivi la darba jiġu kkundannati għal reati ta' kriminalità organizzata, korruzzjoni jew ħasil tal-flus;

79.

Huwa favur aktar trasparenza fil-baġits tal-partiti, li ssaħħaħ, fost l-oħrajn, l-obbligi li jiġu rappurtati d-dħul u n-nefqa; jappella, sabiex jiġu evitati abbużi u ħela, għal aktar kontroll tal-finanzjament pubbliku u tal-finanzjament privat u li b'dan il-mod jiġi ggarantit il-prinċipju ta' responsabbiltà tal-partiti politiċi u ta' dawk li jappoġġawhom finanzjarjament; jinsisti fuq in-neċessità li jiġu imposti kontrolli stretti, komprensivi u f’waqthom segwiti minn sanzjonijiet dissważivi f'każ ta' ksur tal-liġijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji tagħhom;

80.

Jistieden lill-Istati Membri jippenalizzaw il-voti mixtrija, b'mod partikolari billi jiġi previst li l-benefiċċju mogħti għall-wegħda tal-vot jista' jikkonsisti mhux biss fi flus, iżda anke f'vantaġġi oħra, inklużi dawk intanġibbli u dawk mogħtija terzi persuni li ma jkunux involuti direttament fil-ftehim illegali; jirrakkomanda l-projbizzjoni ta’ din il-prattika bħala waħda illeċita li tippreġudika l-prinċipju ta’ demokrazija indipendentement mill-prova ta’ intimidazzjoni mġarrba;

81.

Jemmen li reġistru tal-lobbying huwa strument utli għat-trasparenza; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw dan l-istrument jekk ma jiddisponux minnu; iħeġġeġ ukoll lill-gvernijiet, lill-parlamenti, lill-korpi eletti u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi biex jagħmlu r-reġistrazzjoni f’reġistru tal-lobbying prekondizzjoni għal laqgħa ma’ organizzazzjoni ta’ negozju, interess, jew lobbying;

Għal ġustizzja kriminali aktar kredibbli

82.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri jiżviluppaw sistemi ta’ ġustizzja kriminali effikaċi, effiċjenti, responsabbli u bbilanċjati li jkunu wkoll kapaċi jiggarantixxu d-drittijiet tad-difiża b’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jirrakkomanda wkoll il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza uniformi fuq l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja penali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livell Ewropew, it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet regolari abbażi ta’ kriterji u standards komuni, ċari, trasparenti u oġġettivi u l-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;

83.

Iqis li l-miżuri ta’ approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-korruzzjoni għandhom jindirizzaw il-problema tad-diversi perjodi ta’ preskrizzjoni previsti fl-Istati Membri sabiex jikkunsidraw kemm il-ħtiġijiet tad-difiża kif ukoll dawk taċ-ċertezza tal-piena, u jirrakkomanda li dawn il-perjodi ta’ preskrizzjoni jitqassmu fi stadji proċedurali jew f’livelli ta’ qrati, fis-sens li r-reat jiġi preskritt biss jekk l-istadju jew il-livell inkwistjoni ma jkunx jista’ jingħalaq u jikkonkludi fi żmien definit; iqis ukoll li, b'osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u tal-Istat tad-dritt, il-preskrizzjoni ta’ reat ta’ korruzzjoni m’għandhiex tkun possibbli fil-każ li l-proċedimenti kriminali rilevanti jkunu għaddejja;

84.

Iqis li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandha tkun ibbażata b'mod konġunt fuq mekkaniżmi ta' konfiska tal-assi kriminali li jkunu effikaċi u dissważivi, fuq sforzi mmirati biex jitressqu l-qorti dawk li volontarjament jaħarbu l-investigazzjonijiet tal-pulizija (l-hekk imsejħa latitanti), u fuq l-impossibbiltà li l-kapijiet tal-gruppi kriminali l-ħabs, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali tad-detenuti, ikomplu jmexxu l-organizzazzjonijiet tagħhom, u li jagħtu ordnijiet lill-affiljati tagħhom minkejja li jkunu qed jinżammu l-ħabs;

85.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprevedu b’mod konġunt sanzjonijiet li jillimitaw il-libertà personali u sanzjonijiet pekunarji għoljin għat-tipi kollha ta’ reat serju li jikkawżaw ħsara għas-saħħa u għas-sigurtà taċ-ċittadini; jenfasizza, madankollu, l-importanza tal-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata; iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri jipprevedu pieni alternattivi għad-detenzjoni, bħal sanzjonijiet pekunarji u assenjazzjoni għas-servizzi fil-komunità, fil-każijiet li fihom dan ikun permess u meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha, b’mod partikolari tan-natura mhux serja tar-reat jew ir-rwol purament marġinali tal-akkużat, sabiex tingħata l-opportunità liż-żgħażagħ delikwenti li jibnu ħajja lilhinn mid-dinja tal-kriminalità;

86.

Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu u japplikaw pieni li jkollhom effett ta’ deterrent u li, fil-każ ta’ ħasil ta’ flus, ikunu proporzjonati għall-ammonti involuti;

87.

Jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ strument leġiżlattiv li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet transnazzjonali li huma theddida sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni Ewopea, b’mod li tiġi promossa l-adozzjoni tal-miżuri amministrattivi kontrihom u l-assoċjati tagħhom, il-promoturi u s-sostenituri tagħhom billi jimblukkaw il-proprjetajiet, l-assi u l-interessi tagħhom fl-Unjoni;

Għal imprenditorija aktar b'saħħitha

88.

Ifakkar fir-rwol fundamentali tal-atturi tan-negozju privat u tal-intrapriżi fir-rifjut ta’, l-astensjoni minn u l-iddenunzjar ta’ prattiċi illegali jew inġusti li jippromwovu l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jew reati serji oħrajn; jitlobhom biex jikkollaboraw b’mod sħiħ u jirrapportaw lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kwalunkwe attività kriminali li jistgħu jkunu jafu dwarha; jitlob lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex jipproteġu mit-theddid lil dawk li jimxu skont il-liġi u jirrappurtaw l-attivitajiet illegali;

89.

Iħeġġeġ lill-impriżi japplikaw l-awtoregolamentazzjoni, sabiex jiżguraw it-trasparenza permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta u jintroduċu proċeduri ta' kontroll bħal, fost l-oħrajn, l-awditjar intern u estern tal-kontijiet u reġistru pubbliku tal-lobbyists li jkunu jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet, sabiex jevitaw, b'mod partikolari, atti ta' korruzzjoni, ta' kollużjoni u ta' konflitt ta' interessi bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u jostakolaw il-kompetizzjoni inġusta;

90.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-formulazzjoni ta’ lista pubblika tal-Unjoni Ewropea tal-kumpaniji li jkunu nstabu ħatja ta’ prattiki korrotti jew li l-uffiċjali korporattivi tagħhom ġew akkużati bi prattiki korrotti fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi; jemmen li tali lista għandha teskludi lill-kumpanija milli tipparteċipa fi kwalunkwe kuntratt pubbliku fl-Unjoni Ewropea jekk l-operatur ekonomiku jkun soġġett ta’ tali kundanna f’ġudizzju finali; jenfasizza li l-elenkar f’ “listi suwed” jiddiswadi ħafna l-kumpaniji milli jieħdu sehem f’attivitajiet korrotti u jipprovdi inċentiv tajjeb għalihom biex itejbu u jsaħħu l-proċeduri interni tagħhom għal dak li jirrigwarda l-integrità;

91.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu r-rwol tal-kmamar tal-kummerċ fil-prevenzjoni, l-informazzjoni u l-ġlieda kontra r-riskji tal-kriminalità organizzata, tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus l-aktar frekwenti fid-dinja tan-negozju u jimplimentaw bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni biex isaħħu l-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali; iħeġġeġ l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni tal-impriżi bħala strument tal-ġlieda kontra dawn il-fenomeni, kif ukoll kontra l-ħasil tal-flus, u jittama, f’dan ir-rigward, li jkun hemm dixxiplina fiskali omoġenja fl-Istati Membri kollha; jirrakkomanda lill-Istati Membri jqassmu aħjar il-ġid, permezz ta’ sistema fiskali aktar ġusta, minħabba li livelli għolja ta’ inugwaljanza u faqar huma sfruttati minn organizzazzjonijiet kriminali u jinkoraġġixxi l-kriminalità organizzata;

92.

Jitlob lill-Istati Membri jintroduċu rekwiżit ta' rapportar għal kull pajjiz dwar il-profitti u t-taxxi għall-kumpaniji multinazzjonali, bil-ħsieb li jintemm l-ippjanar fiskali aggressiv;

Għal sistema tal-banek u tal-professonijiet aktar trasparenti

93.

Jissottolinja l-importanza tar-regoli komuni fil-livell tal-Unjoni Ewropea biex jiġu żgurati strumenti effikaċi u trasparenti li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jilqa’ għaldaqstant l-Unjoni Bankarja taż-Żona tal-Euro u sorveljanza aħjar li din se tiggarantixxi għal kull wieħed mis-6 000 bank fiż-żona tal-Euro;

94.

Jappella għal kooperazzjoni dejjem aktar stretta mas-sistema bankarja u tal-professjonijiet, anke dawk finanzjarji u tal-kontabbiltà u aktar trasparenza f'dan il-qasam fl-Istati Membri kollha u mal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti l-istrumenti tal-informatika u l-miżuri leġiżlattivi, amministrattivi u tal-kontabbiltà li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-flussi finanzjarji u l-konstatazzjoni tal-fenomeni kriminali u biex jiġu identifikati l-mezzi ta' rappurtar ta' reati potenzjali;

95.

Jistieden lill-kumpaniji tal-awditjar u l-konsulenti ġuridiċi biex iwissu lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali dwar kwalunkwe sinjali ta’ ppjanar fiskali aggressiv mill-kumpanija li lilha qed jawditjaw jew li qed jipprovduha b'konsulenza;

96.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza l-oħrajn li għandhom l-aċċess neċessarju għall-kanali ta' kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali jipprevedu miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijent u l-profili ta’ riskju relatati mill-banek, kumpaniji tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jiggarantixxu li l-entitajiet korporattivi u ġuridiċi tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sidien benefiċjarji ta' kumpaniji, trusts, fondazzjonijiet u strutturi ġuridiċi simili, anke mir-rifuġji fiskali offshore bl-użu ta’ mezzi ta’ intelligence li jottimizzaw id-determinazzjoni fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tat-tranżazzjonijiet suspettużi, u li r-reġistri tal-impriżi jiġu aġġornati regolarment u jkunu soġġetti għal kontrolli tal-kwalità; Iqis li t-trasparenza ta’ din l-informazzjoni – anke permezz tal-pubblikazzjoni għal kull pajjiż ta’ reġistri dwar is-sjieda benefiċjarja u l-kooperazzjoni transkonfinali – tista’ tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra fenomeni bħall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa;

97.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji sodi dwar is-sustanza tal-attività kummerċjali sabiex ittemm il-ħolqien ta’ kumpaniji fittizji jew tal-hekk imsejħa letterbox companies li jikkontribwixxu għall-prattiki legali u illegali tal-evitar u l-evażjoni fiskali;

98.

Jirrakkomanda li ssir valutazzjoni preċiża tar-riskji relatati mal-prodotti bankarji u finanzjarji ġodda fil-każ li dawn jippermettu l-anonimat jew it-tħaddim mill-bogħod; jitlob ukoll definizzjoni komuni u sett ċar ta’ kriterji li jidentifikaw ir-rifuġji fiskali, kif propost fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali tal-21 ta’ Mejju 2013, peress li r-rifuġji fiskali ta’ spiss jintużaw mill-kriminalità organizzata permezz ta’ kumpaniji jew banek li s-sjieda tagħhom diffiċli tiġi verifikata;

99.

Jappella għal definizzjoni komuni u armonizzazzjoni tar-regolamentazzjoni li tikkonċerna prodotti tal-flus elettroniċi (li jinkludu kards imħallsa minn qabel, muniti virtwali eċċ.) u mobile money fir-rigward tal-użu potenzjali tagħhom għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament ta’ skopijiet terroristiċi;

100.

Iqis li r-rifuġji fiskali u sigriet bankarju impenetrabbli jistgħu jaħbu profitti illeċiti li ġejjin minn korruzzjoni, ħasil tal-flus u kriminalità organizzata u reati serji; jipproponi għalhekk l-abolizzjoni tagħhom; jitlob, konsegwentement, lill-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod urġenti u definittiv din il-kwistjoni internament kif ukoll esternament billi jqajmuha ma' stati u territorji terzi, b'mod partikolari dawk fl-Ewropa jew li magħhom l-Istati Membri jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji numerużi jew suspettużi, u jitlobhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-ġlieda kontra l-kriminalità, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus tkun effettiva u effikaċi;

Sabiex il-kriminalità ma tirrendix

101.

Jistieden lill-partijiet interessati kollha, pubbliċi u privati, jimpenjaw ruħhom fi ġlieda riżoluta kontra l-ħasil tal-flus; jitlob li jiġi żgurat bis-sħiħ it-twettiq tal-obbligi kontra l-ħasil tal-flus min-naħa tal-professjonisti, bil-promozzjoni ta' mekkaniżmi ta' rappurtar tal-attivitajiet suspettużi u kodiċi ta' kondotta għall-korpi professjonali u assoċjazzjonijiet kummerċjali;

102.

Jistieden lill-pajjiżi terzi, speċjalment dawk membri fil-Kunsill tal-Ewropa jew li jinstabu fil-kontinent Ewropew, jagħmlu użu minn sistemi effikaċi kontra l-ħasil tal-flus;

103.

Ifakkar ir-rwol essenzjali tal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja (FIUs) biex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jilqa’ l-kollaborazzjoni mill-qrib tagħhom ma' Europol; jitlob li jiżdiedu u jiġu armonizzati l-kompetenzi tagħhom u li titkompla l-integrazzjoni teknika tagħhom f'Europol;

104.

Iqis li, minħabba r-rwol essenzjali tal-kollaborazzjoni internazzjonali bejn il-FIUs fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, iqajjem il-ħtieġa li r-regolamentazzjoni l-ġdida tipprevedi anke l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni dwar ir-rwol u l-organizzazzjoni tal-FIUs, kif ukoll il-mod ta’ kollaborazzjoni internazzjonali bejniethom, anke f'każijiet ta’ nuqqas ta' konformità mal-“istandards Egmont” fejn il-kollaborazzjoni internazzjonali tiġi rrifjutata jew ma tkunx insuffiċjenti;

105.

Jirrakkomanda l-projbizzjoni tal-użu ta’ mezzi ta’ ħlas anonimi għall-imħatri tal-logħob tal-azzard online u, b’mod ġenerali, li jiġi evitat l-anonimat fil-logħob tal-azzard online, filwaqt li tkun permessa l-identifikazzjoni tas-servers li jospitawhom u billi jiġu żviluppati sistemi informattivi li jippermettu l-intraċċar sħiħ tal-movimenti tal-flus magħmula permezz tal-logħob online u offline;

106.

Jissottolinja li l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-korpi regolatorji tagħhom, Europol u Eurojust għandhom jissaħħew biex jiġu miġġielda attivitajiet kriminali fil-qasam tal-attivitajiet transkonfinali tal-logħob tal-azzard online;

107.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas leġiżlattiv xieraq kontra l-fenomeni ta’ ħasil tal-flus relatati mal-imħatri, b’mod partikolari dwar l-isports u dwar l-annimali involuti fil-ġlied, billi jiġu previsti reati ġodda bħat-tbagħbis fl-imħatri sportivi u billi jiġu definiti livelli ta’ sanzjonijiet adegwati u mekkaniżmi ta’ kontroll li jkunu jinvolvu l-federazzjonijiet sportivi, l-assoċjazzjonijiet u l-operaturi online u offline kif ukoll, jekk ikun il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali;

108.

Jitlob għal aktar kooperazzjoni fil-livell Ewropew – ikkoordinata mill-Kummissjoni – biex jiġu identifikati u pprojbiti operaturi tal-logħob tal-azzard online li huma involuti f’attivitajiet ta’ ffissar tar-riżultati u attivitajiet illegali oħra;

109.

Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi jistabbilixxu kodiċi ta' kondotta għall-impjegati kollha bi projbizzjoni ċara fir-rigward tat-tbagħbis tal-attivitajiet sportivi b'rabta mal-imħatri jew għal għanijiet oħra, il-projbizzjoni ta' logħob tal-azzard fuq il-logħbiet tagħhom stess u l-obbligu li jiġi rrappurtat kwalunkwe għarfien dwar l-iffissar tar-riżultati b'mekkaniżmu adegwat għall-protezzjoni ta' żvelatur;

110.

Jirrakkomanda li, fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jingħata rwol ta’ sorveljanza fil-livell Ewropew fir-rigward tal-ħasil tal-flus lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, kif ukoll lill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku f’kooperazzjoni ma' Europol u korpi Ewropew kompetenti oħra, anke fid-dawl tal-istabbiliment ta' Unità Bankarja Ewropea ġenwina li tikkontribwixxi b’mod effikaċi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; jinsisti li, sadanittant, il-kapaċitajiet ta’ sorveljanza, il-kompetenza u d-determinazzjoni għandhom jissaħħu fil-livell nazzjonali, filwaqt li għandha tiġi nkoraġġita u ffaċilitata l-kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

111.

Jissottolinja li s-sħubijiet pubbliċi u privati huma kruċjali fl-iżgurar ta’ rispons kollaborattiv u effettiv li jnaqqas il-vulnerabbiltajiet fis-swieq leġittimi, u l-atturi ewlenin fis-servizzi online u s-settur finanzjarju għandhom jiġu identifikati u jingħataw priorità għall-iskambju u l-koordinazzjoni tal-informazzjoni sabiex jingħelbu l-vulnerabbiltajiet tat-teknoloġiji emerġenti;

112.

Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ standards minimi ta’ governanza tajba f’affarijiet tat-taxxa, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi konġunti tal-Istati Membri skont relazzjonijiet rispettivi mat-territorji li għandhom natura ta’ rifuġji fiskali, u dan, fost l-oħrajn, bil-għan li jinkiseb l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda ta’ kumpaniji passivi li għandhom is-sede tagħhom hemm; jappella għall-implimentazzjoni rapida u sħiħa u s-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722), inkluża r-reviżjoni tad-Direttivi dwar il-Kumpaniji Prinċipali u Sussidjarji u dwar ir-royalties u l-pagamenti ta’ imgħax;

113.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkunsidraw li anke attivitajiet li jidhru li għandhom impatt purament lokali, bħal serq ta' karozzi, serq ta' makkinarji agrikoli u vetturi industrijali, serq bi żgass, serq bl-armi, serq ta' ram u metalli oħrajn għall-użu industrijali u serq ta' tagħbija minn vetturi tqal, jistgħu fir-realtà jwasslu għall-kriminalità organizzata transnazzjonali u għat-twettiq ta' reati oħrajn aktar gravi;

114.

Jikkundanna d-differenzi li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kontraffazzjoni tal-euro, b'mod partikolari fis-sanzjonijiet u jittama li n-negozjati dwar “il-proposta għal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-falsifikazzjoni permezz tad-dritt kriminali”, ippreżentata mill-Kummissjoni fi Frar 2013 jiġu konklużi fi żmien qasir; jistieden lill-partijiet interessati kollha, pubbliċi u privati, kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, jagħmlu sforz konġunt biex jiġġieldu b’mod effikaċi kontra dan il-fenomenu;

115.

Iqis li l-prinċipju tal-oriġini tal-ġid jagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet fiskali biex jintaxxaw b’mod effikaċi u biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali; iqis li sistema fiskali ġusta hija indispensabbli, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, meta l-piż fiskali jintefa’ b’mod inġust fuq in-negozji żgħar u n-nuklei tal-familja, u li l-evażjoni fiskali hija parzjalment maħluqa mir-rifuġji fiskali fl-Unjoni Ewropea;

116.

Jissottolinja li t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali huwa vitali għall-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli fl-UE; jisstoolinja li t-tnaqqis fil-livelli tal-frodi u l-evażjoni jsaħħaħ il-potenzjal għat-tkabbir fl-ekonomija billi jrendi l-finanzi pubbliċi aktar b’saħħithom u billi jġiegħel lill-impriżi jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi u onesti;

117.

Jinsisti fuq l-importanza li jiġu identifikati l-fażijiet tat-trattament tal-karti tal-flus sabiex tiġi permessa t-traċċabbiltà matul il-katina tat-trattament tal-flus u għalhekk jitlob lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-banek ċentrali nazzjonali jadottaw sistema ta’ traċċabbiltà tal-karti tal-flus tal-euro, jitlob lill-pajjiżi taż-żona euro biex ma jibqawx jistampaw karti tal-flus f'denominazzjonijiet għola minn EUR 100;

It-teknoloġiji l-ġodda għas-servizz tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

118.

Jemmen li s-sistemi satellitari ta’ osservazzjoni terrestri jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu identifikati r-rotot tal-bastimenti li jwettqu operazzjonijiet klandestini ta’ trasport, ħatt jew trasbord ta’ merkanzija illegali; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi sabiex isaħħu l-użu tat-teknoloġiji ġodda, inkluż investigazzjonijiet satellitari, bħala strument bl-għan li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata;

119.

Jilqa’ t-twaqqif reċenti f'Europol taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) u jħeġġeġ it-tisħiħ tiegħu, b’mod partikolari biex jiġu miġġielda reati tal-kriminalità organizzata transkonfinali u biex ikun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-atturi pubbliċi, privati u tar-riċerka u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi speċjalment dawk li huma ta’ theddida konkreta għall-UE f’termini ta’ ċiberkriminalità; jikkundanna l-fatt li r-riżorsi finanzjarji u l-persunal neċessarji biex jiġi stabbilit iċ-Ċentru ttieħdu minn oqsma operazzjonali oħra; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-missjonijiet il-ġodda ta' Europol fid-dikjarazzjoni finanzjarja tagħha u biex tassenja lil dan il-korp finanzjament xieraq sabiex jiġu miġġielda l-pornografija tat-tfal, il-frodi tal-VAT u l-ittraffikar tal-bnedmin, eċċ;

120.

Jikkunsidra li s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) ser tkun strument importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali permezz ta’ kooperazzjoni mtejba u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni u ż-żoni prekonfinali; iħeġġeġ lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u Frontex jiżguraw li EUROSUR issir kompletament funzjonali sal-aħħar tal-2014;

121.

Jilqa’ l-estensjoni riċenti u t-titjib tal-mandat tal-ENISA u jqis li għandu rwol ewlieni x’jaqdi biex jiżgura livell għoli ta’ sistemi tal-IT u sigurtà tan-netwerk fl-Unjoni Ewropea permezz tal-kompetenza teknika u xjentifika tiegħu u l-kontribut tiegħu għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra inċidenti ċibernetiċi; iħeġġeġ lill-ENISA biex iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-rispons u l-kapaċitajiet ta’ appoġġ tal-iskwadri ta’ rispons f’emerġenza relatata mal-kompjuter (CERT) u tgħin sabiex jiġu stabbiliti standards Ewropej ta’ sikurezza għal apparat elettroniku, netwerks u servizzi;

122.

Jirrakkomanda t-tixrid ta’ kultura ta’ prevenzjoni taċ-ċibersigurtà (“cybersecurity”), skont approċċ integrat u multidixxiplinari bl-għan li jissensibilizza l-opinjoni pubblika u jippromwovi r-riċerka u t-taħriġ tekniku u speċjalistiku, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u l-iskambju tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali u internazzjonali; jilqa’ l-inklużjoni tal-attakki informatiċi fil-kunċett strateġiku għad-difiża u s-sigurtà tal-membri tan-NATO; jifraħ bil-ħolqien f’xi Stati Membri ta’ korpi ta’ koordinament nazzjonali għall-ġlieda kontra l-attakki informatiċi u jistieden lill-Istati tal-Unjoni l-oħrajn kollha jagħmlu l-istess;

Rakkomandazzjonijiet finali għal pjan ta’ azzjoni Ewropew għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

123.

Jitlob lill-Kummissjoni, permezz tal-OLAF, biex tintroduċi perċentwal adegwat ta’ investigazzjonijiet mill-awtoritajiet investigattivi ta’ kontra l-frodi tal-UE fuq inizjattiva tagħha stess, immirati lejn is-setturi, iż-żoni jew il-każijiet fejn hemm suspett ta’ korruzzjoni sistematika u fuq skala kbira li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE u hemm raġunijiet biex jinfetħu tali investigazzjonijiet;

124.

Sabiex tiġi miġġielda l-frodi finanzjarja, jappella għar-riforma rapida tad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (MAD) li, skont ir-rapport tal-FMI bl-isem 'L-Unjoni Ewropea: Il-Valutazzjoni tal-Istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja', se tkun kruċjali għat-trawwim tal-integrità tas-swieq finanzjarji Ewropej';

125.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li numru ta’ hekk imsejħa reati “emerġenti” – bħat-traffikar illegali ta’ skart, it-traffikar illegali ta’ xogħlijiet ta’ arti u ta’ speċi protetti u l-kontraffazzjoni ta’ beni – huma profittabbli ħafna għall-organizzazzjonijiet kriminali;

126.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma ppubblikatx l-ewwel rapport dwar il-korruzzjoni fl-UE kif ħabbret fid-dikjarazzjonijiet preċedenti tagħha u jittama li dan ir-rapport se jiġi adottat qabel tmiem l-2013.

127.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pjan ta’ azzjoni Ewropew kontra t-traffikar ta’ speċi salvaġġi;

128.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw kemm jista’ jkun malajr id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-assisstenza u l-protezzjoni tal-vittmi ta' reat; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ssir b’mod korrett; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ilestu l-Pjan Direzzjonali dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati b’reati u jfasslu direttiva dwar id-detenzjoni preventiva;

129.

Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi promossa l-kultura tal-legalità u li jiżdied l-għarfien tal-fenomenu tal-mafja fost iċ-ċittadini; jirrikonoxxi, f’dan is-sens, ir-rwol essenzjali li jaqdu l-assoċjazzjonijiet kulturali, rikreattivi u sportivi li jżidu l-għarfien tas-soċjetà ċivili dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-promozzjoni tal-legalità u tal-ġustizzja;

130.

Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika tabella ta’ valutazzjoni li turi l-implimentazzjoni minn kull Stat Membru fil-leġiżlazzjoni tiegħu tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

131.

Jinsisti dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni permezz ta’ pjan ta’ azzjoni Ewropew għall-perjodu 2014-2019 sabiex jiġu eliminati l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, li jipprovdi pjan direzzjonali u riżorsi adegwati u, b'osservanza xierqa għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, jinkludi bħala prijoritajiet – fuq bażi indikattiva u mhux esklużiva – l-azzjonijiet pożittivi li ġejjin diġà stabbiliti fil-paragrafi preċedenti u hawnhekk ikkonfermati:

(i)

l-istabbiliment ta' definizzjoni tal-kriminalità organizzata (inkluż, fost affarijiet oħra, ir-reat tal-involviment f’organizzazzjoni mafjuża), tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus (inkluż l-awtoħasil) li għandha tkun ibbażata, fost oħrajn, fuq rapport dwar l-implimentazzjoni tal-leġilżazzjoni Ewropea rilevanti;

(ii)

l-eliminazzjoni tas-segretezza bankarja;

(iii)

l-eliminazzjoni tar-rifuġji fiskali mit-territorju kollui tal-Unjoni Ewropea u t-tmiem tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa bl-adozzjoni tal-prinċipju tal-“oriġini tal-ġid” irrakkomandat mill-OECD

(iv)

l-iżgurar ta' aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar sjieda benefiċjarja ta’ kumpaniji, fondazzjonijiet u trusrts (“beneficial ownership”), ukoll billi jiġu adattati u interkonnessi r-reġistri tan-negozji tal-Istati Membri skont dan;

(v)

l-introduzzjoni tal-prinċipju tar-responsabbiltà ġuridika tal-entitajiet ġuridiċi – b’mod partikolari tal-holdings u l-kumpaniji parent għas-sussidjarji tagħhom – f’każijiet ta’ kriminalità finanzjarja;

(vi)

l-eliminazzjoni ta' traffikar tal-bnedmin u tax-xogħol furzat, b'mod partikolari fir-rigward tal-minuri u n-nisa, permezz ta' sanzjonijiet aktar ibsien u l-iżgurar li l-vittmi ta' traffikar ikunu protetti u appoġġati b'mod xieraq;

(vii)

il-manipulazzjoni tal-isports isir reat kriminali sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-imħatri illegali fuq l-sports;

(viii)

l-Istati Membri jagħmlu l-vot mixtri reat kriminali, anke fejn il-vantaġġi tiegħu jkunu intanġibbli jew għal terzi persuni;

(ix)

l-introduzzjoni ta' tassazzjoni korporattiva fil-livell Ewropew kemm jista’ jkun uniformi, ugwali omoġenja;

(x)

isaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija bejn l-Istati Membri u l-UE u pajjiżi terzi;

(xi)

il-promozzjoni ta' strumenti ta’ qbid u konfiska tal-assi kriminali, inklużi metodi addizzjonali ta’ konfiska, bħall-konfiska ta’ assi fl-ambitu tad-dritt ċivili, u l-użu mill-ġdid tal-assi konfiskati għal finijiet soċjali, b'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà;

(xii)

it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-reati ambjentali u t-traffikar tad-drogi;

(xiii)

l-iżgurar tar-rikonoxximent reċiproku rapidu, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju ta' proporzjonalità, tal-miżuri ġudizzjarji kollha, b'riferiment partikolari għas-sentenzi kriminali, l-ordnijiet ta' konfiska u l-mandati ta' arrest Ewropej;

(xiv)

il-provvediment tal-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew ikkundannati b’sentenza li tkun għaddiet f’ġudikat għar-reati ta’ parteċipazzjoni fil-kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus mill-proċeduri ta' akkwist pubbliku, fl-Unjoni Ewropea kollha;

(xv)

l-istabbiliment u t-tnedija tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-għoti tar-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji; fl-istess ħin l-appoġġ tal-Aġenziji Ewropej, bħal Europol u Eurjust, kif ukoll is-SIK u l-Aros;

(xvi)

il-konfermità kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE mal-obbligi stabbiliti fl-istrumenti internazzjonali relatati mal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

(xvii)

ir-rikonoxximent tar-rwol rilevanti tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-identifikazzjoni ta' reati serji;

(xviii)

l-introduzzjoni ta' regoli pan-Ewropej standard dwar il-protezzjoni tax-xhieda, ta’ dawk li jipprovdu informazzjoni u ta' dawk li jikkollaboraw mal-qrati;

(xix)

il-projbizzjoni ta' persuna li tkun ġiet ikkundannata b’sentenza li tkun għaddiet f’ġudikat għal reati ta’ kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus jew reat serju ieħor milli tippreżenta l-kandidatura tagħha jew tassumi kariga pubblika, jew inkella t-tneħħija tagħha mill-kariga;

(xx)

id-definizzjoni u l-introduzzjoni, ukoll fuq il-bażi ta' sistema ta' rapportar uniformi, ta' pieni xierqa għat-tipi standard taċ-ċiberkriminalità;

(xxi)

il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku permezz ta' aċċess pubbliku aħjar għad-dokumenti, regoli speċifiċi fuq il-kunflitti ta' interessi u reġistri ta' trasparenza;

132.

Jinsisti li l-Parlament ikompli jagħti attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet indirizzati mill-Kumitat Speċjali għall-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus tiegħu u, għal dan l-għan, jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu, fejn meħtieġ f'kooperazzjoni ma' kwalunkwe kumitat parlamentari rilevanti ieħor, biex jaċċerta ruħu li r-rakkomandazzjonijiet inklużi f'din ir-riżoluzzjoni ġew implimentati kif xieraq fil-livell politiku u dak istituzzjonali u, fejn xieraq, jisma' l-esperti, iwaqqaf gruppi ta' ħidma u jadotta rapporti ta' segwitu;

o

o o

133.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, lil Europol, lil Frontex, lil Eurojust, lil OLAF, lill-COSI, lill-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OECD, lil Interpol, lill-UNODC, lill-Bank Dinji u lill-FATF/GAFI u lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (EBA, ESMA, EIOPA).


(1)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 120.

(2)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.

(5)  ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45.

(7)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 49.

(8)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59.

(9)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.

(10)  ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.

(11)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(12)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(13)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(14)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44.

(16)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.

(17)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(18)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.

(19)  ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

(20)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(21)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(22)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54.

(23)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1

(24)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114

(25)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(26)  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.

(27)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(28)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(29)  ĠU C 286, 30.9.2011, p. 4.

(30)  ĠU C 42, 15.02.2012, p. 2.

(31)  ĠU L 159, 20.6.2007, p. 45.

(32)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 254.

(33)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 37.

(34)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121.

(35)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 66.

(36)  Testi adottati, P7_TA(2012)0208.

(37)  Testi adottati, P7_TA(2013)0098.

(38)  Testi adottati, P7_TA(2013)0004.

(39)  Testi adottati, P7_TA(2013)0205.

(40)  Testi adottati, P7_TA(2013)0245.

(41)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 62.

(42)  http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/documentation/opinion-recommendation/files/2011/wp186_mt.pdf.

(43)  Sors: Norton Cybercrime report 2012.

(44)  Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali, Transparency International, inizjattiva Global Compact tan-Nazzjonijiet Uniti, Forum Ekonomiku Dinji, Clean Business is Good Business, 2009.

(45)  Edizzjoni Speċjali tal-Ewrobarometru nru 374 dwar il-korruzzjoni, Frar 2012.

(46)  Ewrobarometru, Rapport speċjali 390 dwar iċ-ċibersigurtà, Lulju 2012.

(47)  Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali, Transparency International, inizjattiva Global Compact tan-Nazzjonijiet Uniti, Forum Ekonomiku Dinji, Clean Business is Good Business, 2009.

(48)  Il-Parlament Ewropew, Studju dwar id-deterrenza tal-frodi b’fondi tal-UE permezz tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-UE-27, Ottubru 2012