|
5.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/80 |
P7_TA(2013)0188
L-ikkompletar tat-Tabella ta' Valutazzjoni għall-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2013 dwar l-ikkompletar tat-tabella ta' valutazzjoni għall-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) (2013/2582(RSP))
(2016/C 045/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (1)(parti mis-“Six-Pack”, u minn hawn 'il qiddiem magħruf bħala r-“Regolament dwar l-MIP”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2012 bit-titolu “L-ikkompletar tat-Tabella ta' Valutazzjoni għall-MIP: Indikatur tas-Settur Finanzjarju” (SWD(2012)0389), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment dwar Rapport ta' Mekkaniżmu ta' Twissija – 2013 (COM(2012)0751), |
|
— |
wara li kkunsidra l-'Views of the European Systemic Risk Board (ESRB) on the Envisaged Scoreboard Indicators Relevant for Financial Market Stability' (fehmiet tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dwar l-indikaturi ppjanati tat-tabella ta' valutazzjoni rilevanti għall-istabbiltà tas-suq finanzjarju) tad-9 ta' Diċembru 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tad-19 ta' Diċembru 2011 mill-Kummissjoni lill-President tal-Parlament Ewropew li tgħaddi lill-Parlament informazzjoni u dokumenti rilevanti dwar it-tabella ta' valutazzjoni aġġustata għall-MIP; |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-ikkompletar tat-tabella ta' valutazzjoni għall-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) (O-000039/2013 – B7-0117/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-MIP hija għodda ta' politika li ġiet introdotta permezz tas-“Six-Pack” u tikkostitwixxi pilastru ewlieni tal-governanza ekonomika taż-żona tal-euro, bil-għan li timpedixxi u tikkorreġi l-iżbilanċi makrokekonomiċi fl-Istati Membri, b'attenzjoni speċifika għal dawk l-iżbilanċi makrokekonomiċi li potenzjalment għandhom effetti konsekwenzjali fuq Stati Membri oħra; |
|
B. |
billi t-tabella ta' valutazzjoni stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-MIP oriġinarjament kienet tikkonsisti minn għaxar indikaturi li jkopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ta' sorveljanza fil-qafas tal-MIP; |
|
C. |
billi f'Novembru 2012 il-Kummissjoni żiedet indikatur, dak tar-rata tat-tkabbir tal-obbligazzjonijiet tas-settur finanzjarju, u bagħtet komunikazzjoni dwar dan lill-Parlament fl-ittra tagħha tad-19 ta' Novembru 2012 u ppubblikat analiżi rilevanti fir-Rapport ta' Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR – Alert Mechanism Report) fit-28 ta' Novembru 2012; |
|
D. |
billi l-premessa 12 tar-Regolament dwar l-MIP tgħid li l-Kummissjoni “għandha tippreżenta suġġerimenti għal kummenti lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjanijiet biex jiġu stabbiliti u aġġustati l-indikaturi u l-livelli ta' limitu”; |
|
1. |
Jiddeplora bil-kbir il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tirrispetta l-ispirtu kooperativ tar-Regolament dwar l-MIP hija u taġġorna t-tabella ta' valutazzjoni għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi; |
|
2. |
Jiddeplora bil-kbir ukoll il-fatt li l-Parlament irċieva l-komunikazzjoni rilevanti ftit jiem biss qabel ma l-Kummissjoni ppubblikat it-tabella ta' valutazzjoni f'Novembru 2012; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinnotifika lill-Parlament u lill-Kunsill ferm minn qabel dwar jekk hux beħsiebha tkompli taġġorna t-tabella ta' valutazzjoni qabel l-2015; |
|
4. |
Jinnota b'dispjaċir kbir in-nuqqas ta' trattament indaqs tal-koleġiżlaturi f'dan il-proċess, peress li huwa rrappurtat li l-Kummissjoni kkonsultat il-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill; |
|
5. |
Jenfasizza li ma jistax jitqies li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-tabella, fejn il-Parlament jitlob li jiżdied indikatur għas-settur finanzjarju, tirrifletti konsultazzjoni sodisfaċenti tal-Parlament kif previst fil-premessa 12 tar-Regolament dwar l-MIP, peress li dik ir-riżoluzzjoni ġiet adottata s-sena ta' qabel u ma kinitx reazzjoni għal proposta mill-Kummissjoni; ikompli jinnota li l-għażla u d-disinn iddettaljati tal-indikatur kienu jimplikaw livell għoli ta' diskrezzjoni, kif juri d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2012; |
|
6. |
Jinnota l-istqarrija ta' fehmiet tal-BERS tad-9 ta' Diċembru 2011 li tinkludi r-riżervi tiegħu fir-rigward ta' indikatur finanzjarju, fejn jistqarr li t-tabella ta' valutazzjoni “għandha tinkludi l-obbligazzjonijiet fuq perjodu qasir (is-somma tal-obbligazzjonijiet li jimmaturaw matul sena) għas-settur finanzjarju mhux konsolidat, nett mid-depożiti bankarji, bħala sehem mill-obbligazzjonijiet totali” u li “dan l-indikatur għandu jiġi preferut minn indikaturi msejsa fuq miżuri ta' ekwità abbażi tal-fluss tal-fondi, bħall-proporzjonijiet tal-effett ta' lieva jew tad-dejn, għax billi l-ekwità hija stmata skont il-valuri tas-suq hija sensittiva ħafna għaċ-ċaqliq tas-suq tat-titoli”; ifakkar lill-Kummissjoni li l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-MIP jistabbilixxi li “x-xogħol tal-ESRB għandu jingħata l-konsiderazzjoni dovuta fit-tfassil tal-indikaturi rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji”; |
|
7. |
Mhuwiex se jittollera aktar il-fatt li l-bidla meħtieġa fil-kultura fir-rigward tar-rikonoxximent sħiħ tar-rwol tal-Parlament fil-governanza ekonomika għadha għaddejja s'issa fis-servizzi tal-Kummissjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tirrispetta mingħajr ambigwità r-rwol tal-Parlament bħala kolegiżlatur fis-sorveljanza multilaterali, kif stabbilit fost l-oħrajn fl-Artikoli 121(6) u 136 tat-TFUE, u li tittratta lill-Parlament Ewropew bl-istess mod bħall-Kunsill fl-atti kollha tal-Unjoni f'dan il-qasam; ifakkar lill-Kummissjoni li l-konsultazzjoni tal-Parlament dwar modifiki għat-tabella ta' valutazzjoni tifforma wkoll parti mill-aħjar prattika fir-rigward tal-kortesija interistituzzjonali; |
|
8. |
Ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tkun responsabbli quddiem il-Parlament, kif stabbilit fl-Artikolu 17(8) tat-TUE; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BĊE. |
(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0583.