22.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/75


P7_TA(2013)0054

Il-governanza tas-Suq Uniku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2013 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Eniku (2012/2260(INL))

(2016/C 024/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Gunju 2012 bit-titolu “Governanza Aqwa tas-Suq Uniku” (COM(2012)0259),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 bit-titolu “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013” (COM(2012)0750) u r-Rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Istat ta' Integrazzjoni tas-Suq Uniku 2013 – Kontribuzzjoni għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013” (COM(2012)0752),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew dwar Governanza Aħjar tas-Suq Uniku, bħala kontribut għall-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew, imwettaq mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tal-Parlament Ewropew u trasmess lill-Kumitat tiegħu dwar is-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur fis-7 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010 bit-titolu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna – 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma” xulxin (COM(2010)0608),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 bit-titolu “L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – ‘Flimkien għal tkabbir ġdid’” (COM(2011)0206),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu “Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2012)0573),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi – Sħubija għal tkabbir ġdid fis-servizzi 2012-2015” (COM(2012)0261),

wara li kkunsidra r-rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea minn Mario Monti tad-9 ta’ Mejju 2010 bit-titolu “Strateġija ġdida għas-Suq Uniku – Li Taqdi l-Ħtiġijiet tal-Ekonomija u tas-Soċjetà tal-Ewropa”,

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (COM(2011)0144),

wara li kkunsidra r-rapport tal-President tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina”, ir-rapport interim tat-12 ta’ Ottubru 2012 u r-rapport finali tal-5 ta' Diċembru 2012 dwaru,

wara li kkunsidra t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 23 (Settembru 2011) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-22 Mejju 2012 (1) dwarha,

wara li kkunsidra t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 25 (Ottubru 2012),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2012 bit-titolu “Nagħmlu Suċċess mis-Suq Uniku – Kontroll annwali fuq il-governanza 2011” (SWD(2012)0025),

wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Kompetittività tat-30 u l-31 ta’ Mejju 2012 dwar is-Suq Uniku Digitali u l-Governanza tas-Suq Uniku,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill Kompetittività tal-10 u l-11 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Att dwar is-Suq Uniku,

wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Gunju 2012,

wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ottubru 2012,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni u l-konklużjonijiet tat-tmienja u erbgħin Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC) mill-14sas-16 ta’ Ottubru 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar governanza u sħubija fis-suq uniku (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “L-Att dwar is-Suq Uniku – Il-Passi li Jmiss għal Tkabbir” (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Harsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat ghall-Impjiegi u l-Affarijiet Socjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0019/2013),

A.

billi Suq Uniku effettiv u li jiffunzjona tajjeb, ibbażat fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel sabiex jagħti spinta lit-tkabbir u lill-kompetittività u biex jinħolqu l-impjiegi sabiex l-ekonomija tal-Ewropea terġa' tieħu r-ruħ; billi s-Suq Uniku għandu jaħdem għal dak l-objettiv billi jipprovdi rispons konkret għall-kriżi filwaqt li jiżgura s-sikurezza tal-konsumaturi u jħeġġeġ il-koeżjoni soċjali;

B.

billi s-Suq Uniku għandu rwol indispensabbli fl-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

C.

billi, 20 sena wara l-ħolqien uffiċjali tiegħu, is-Suq Uniku għadu ma tlestiex għalkollox, prinċipalment minħabba li l-Istati Membri għadhom ma ttrasponewx jew għadhom ma implimentawx bis-sħiħ madwar 1 500 direttiva u madwar 1 000 regolament;

D.

billi hemm ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku u li jittejbu t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli li jirregolawh;

E.

billi s-Suq Uniku għandu jitlesta bl-ikbar determinazzjoni u kemm jista' jkun malajr, filwaqt li jinżamm bilanċ meħtieg bejn id-dimensjoni ekonomika, soċjali u ambjentali tiegħu;

F.

billi s-Suq Uniku m’għandux jiġi maqtugħ minn politiki orizzontali oħra, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ħaddiema, id-drittijiet soċjali, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli;

G.

billi t-tlestija tas-Suq Uniku Ewropew tifforma l-bażi għat-tlestija tal-proċess ta’ integrazzjoni politika u ekonomika tal-Unjoni Ewropea u tipprovdi r-rabta meħtieġa bejn l-Istati Membri kollha, kemm dawk membri taż-żona tal-euro kif ukoll dawk li mhumiex;

H.

billi governanza tajba tas-Suq Uniku u aktar żvilupp tar-reġjuni jikkumplimentaw lil xulxin, jistgħu jtejbu b'mod sinifikanti l-prospetti għal tkabbir lokali u reġjonali u joħolqu b'mod konġunt Ewropa b'saħħitha li l-karatteristiċi tagħha jkunu l-koezjoni u l-kompetittività; billi, b’mod partikolari, il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija bbażata fuq kunċetti simili għas-Suq Uniku f'termini tal-promozzjoni ta' interazzjonijiet transkonfinali u benefiċċju reċiproku minn infrastrutturi, investimenti u swieq reġjonali u lokali; billi s-Suq Uniku jista' jissaħħaħ aktar billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-swieq, tiġi kkonsolidata l-kooperazzjoni territorjali transkonfinali u billi jiġu ffaċilitati l-attivitajiet u l-finanzjament tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas tal-ftehimiet territorjali;

I.

billi, minkejja l-impenji politiċi li ngħataw fl-ogħla livell u l-isforzi li saru mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, id-defiċit medju tat-traspożizzjoni żdied minn 0,7 % fl-2009 għal 1,2 % fi Frar 2012 u, wara xi progress f'dawn l-aħħar xhur, issa laħaq 0,9 %; billi jeħtieġ li jsiru aktar sforzi peress li dak id-defiċit iwassal għal nuqqas ta' fiduċja fl-Unjoni inġenerali u fis-Suq Uniku b'mod partikolari;

J.

billi s-Suq Uniku bħala s-sinsla tal-Unjoni, u l-funzjonament tajjeb tiegħu bħala l-bażi u l-qafas għal irkupru ekonomiku u soċjali fl-Ewropa, huma ta’ importanza kbira; billi f'dak il-kuntest ir-rispett għad-drittijiet soċjali, f'konformità mal-liġi nazzjonali u l-prassi li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni, huwa indispensabbli;

K.

billi, kif indikat fit-Tabelli ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur u l-eżami tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku għall-erba’ libertajiet, żieda fil-kompetizzjoni li tirriżulta mill-proċess ta’ integrazzjoni sservi ta’ inċentiv qawwi biex tiġi offruta varjetà aktar mifruxa ta’ prodotti irħas u ta’ kwalità aktar għolja għall-konsumaturi Ewropej;

L.

billi l-kisbiet ekonomiċi potenzjali minn implimentazzjoni sħiħa u kif suppost tad-Direttiva 2006/123/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (6) jammontaw għal potenzjal ta’ tkabbir ta’ bejn 0,8 % u 2,6 % tal-prodott domestiku gross (PDG), li jimmaterjalizza bejn ħames u għaxar snin wara l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva;

M.

billi l-Kummissjoni tistma li l-Unjoni tista’ tikseb 4 % addizzjonali tal-PDG fuq l-għaxar snin li jmiss billi tistimula l-iżvilupp rapidu tas-Suq Uniku;

N.

billi l-istrateġija tas-Suq Uniku għandha tiġi kkoordinata u bbażata fuq ftehim pragmatiku, komprensiv u mifrux appoġġjat mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej kollha; billi għadha tinħtieġ tmexxija b’saħħitha min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej kollha u sjieda politika ċara min-naħa tal-Istati Membri sabiex jiġu implimentati u infurzati bis-sħiħ id-direttivi u r-regolamenti relatati mas-Suq Uniku, u biex tiżdied il-kredibbiltà tas-Suq Uniku u l-fiduċja fih;

O.

billi l-President tal-Kunsill Ewropew enfasizza, fir-rapport tiegħu msemmi hawn fuq tas-26 ta’ Ġunju 2012, l-importanza ta’ kompatibilità sħiħa mas-Suq Uniku kif ukoll ta' ftuħ u trasparenza fil-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar profonda; billi, fir-rapport finali tal-5 ta' Diċembru 2012, il-President tal-Kunsill Ewropew enfasizza aktar l-importanza, fuq perjodu qasir, li jitlesta s-Suq Uniku peress li jservi ta' strument b'saħħtu għall-promozzjoni tat-tkabbir;

P.

billi azzjonijiet konkreti, kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, għadhom meħtieġa sabiex tiġi implimentata bis-sħiħ il-libertà tal-moviment ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital fl-Unjoni Ewropea; billi l-ftuħ ta' opportunitajiet ġodda tan-negozju għall-kumapniji, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), anke permezz ta' applikazzjoni rigoruża tat-test tal-SMEs fi ħdan il-valutazzjonijiet tal-impatt kif imwettqa mill-Kummissjoni u l-Parlament, il-progress rapidu fir-rigward tal-aġenda ta' regolamentazzjoni intelliġenti u leġiżlazzjoni adattata apposta għal tipi differenti ta' kumpaniji, fejn xieraq, u mingħajr ma jiddgħajfu l-objettivi ġenerali bħas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, jista' jigħin ukoll biex l-ekonomiji tal-Ewropa jerġgħu jieħdu r-ruħ;

Q.

billi, fil-kuntest tas-Suq Uniku, għandu jiġi rikonoxxut ir-rwol siewi ta' punti uniċi ta' servizz, fosthom dawk elettroniċi u fiżiċi, li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ta' tranżazzjoni, itejbu l-effiċjenza, jiftħu s-suq, itejbu t-trasparenza u l-kompetizzjoni, u jwasslu għal inqas infiq pubbliku u għal aktar opportunitajiet biex in-negozji, inklużi SMEs u mikroimpriżi, ikollhom aċċess għas-swieq u jżommu u joħolqu impjiegi ġodda;

Legiżlazzjoni aħjar

R.

billi l-Kummissjoni għandha timmira għal koordinazzjoni u koerenza aktar orizzontali fit-tħejjija ta’ proposti legiżlattivi li huma relevanti għas-Suq Uniku; billi l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet tal-impatt fil-fond, li jinkludu valutazzjonijiet tal-impatt fuq it-territorji, fejn tistabbilixxi argumenti konvinċenti għall-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku qabel ma tadotta proposti leġiżlattivi;

S.

billi l-Kummissjoni għandha, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u kull fejn ikun xieraq, u prinċipalment fejn ma jkun hemm l-ebda ħtieġa għal aktar diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tagħżel regolamenti aktar milli direttivi bħala l-istrument legali ppreferut għar-regolamentazzjoni tas-Suq Uniku;

T.

billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jintroduċu “test tas-Suq Uniku” fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġi vvalutat jekk kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida adottata fil-livell nazzjonali jistax ikollha impatt negattiv fuq il-funzjonament effettiv tas-Suq Uniku; billi l-Kummissjoni għandha tqis il-vijabbiltà ta' sistema ta' notifika għal abbozzi ta' liġijiet nazzjonali li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku, biex b'hekk tissupplimenta l-proċedura stipulata fid-Direttiva 98/34/KE għall-ħolqien ta' strument orizzontali, biex tissaħħaħ in-natura preventiva tagħha meta l-Kummissjoni tressaq opinjoni dettaljata dwar abbozz ta' liġi biex tiżgura l-applikazzjoni tagħha sabiex tirrimedja l-applikazzjoni mhux sodisfaċenti ta' leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell lokali;

U.

billi huwa essenzjali li kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri titwettaq b’mod effiċjenti, effikaċi u kosteffikaċi, kif inhu l-każ bis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI); billi l-IMI għandha tintuża dejjem, anki f’oqsma oħra, sabiex tissaħħaħ il-funzjonalità tagħha u titnaqqas il-burokrazija, biex tiżdied it-trasparenza u biex l-atturi kollha fis-Suq Uniku jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mill-benefiċċji li tipprovdi;

Traspozizzjoni, implimentazzjoni u applikazzjoni aħjar

V.

billi kull Stat Membru għandu jittrasponi kull direttiva b'mod konsistenti u jadotta l-miżuri ta' traspożizzjoni kollha relatati ma' att sħiħ leġiżlattiv tal-Unjoni b'mod konġunt u f'daqqa, sabiex jiġi żgurat li t-traspożizzjoni nazzjonali ta' dak l-att tirrifletti l-kompromess li ntlaħaq fl-livell tal-Unjoni, peress li traspożizzjoni ħażina u tard tfixkel kompetizzjoni fis-Suq Uniku u tostakola liċ-ċittadini u lin-negozji milli jieħdu vantaġġ bis-sħiħ mis-Suq Uniku;

W.

billi jeħtieġ li tinkiseb aktar trasparenza fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-ligi tal-Unjoni fl-Istati Membri; billi tabelli ta’ korrelazzjoni se jservu ta' strument dejjem aktar utli f’Suq Uniku integrat sabiex tigi riflessa t-traspozizzjoni nazzjonali tar-regoli tal-Unjoni u billi l-Kummissjoni għandha għalhekk titlob dawn it-tabelli aktar ta' spiss;

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

X.

billi l-iskambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri huwa kruċjali sabiex wieħed jifhem il-mekkaniżmi nazzjonali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-bqija tal-ostakoli għas-Suq Uniku; billi l-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-informazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni qabel it-traspożizzjoni sabiex jiżguraw traspożizzjoni korretta u jipprevjenu l-frammentazzjoni; billi l-monitoragg tal-implimentazzjoni tal-ligijiet tal-Unjoni huwa waħda mill-kompetenzi ewlenin tal-Kummissjoni u tal-ħaddiema tac-civil tagħha; billi, sabiex tissodisfa l-impenji tagħha biex tgħin lill-Istati Membri bit-trażpożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tibda u tikkoordina netwerk ta’ ħaddiema taċ-ċivil inkarigati mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha tal-Unjoni lil hinn minn SOLVIT, u b’hekk tipprovdi pjattaforma għall-iskambju u l-analiżi bejn il-pari għal kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex tittejjeb il-kwalità globali tal-implimentazzjoni u jiġu solvuti problemi li jikkonċernawl-implimentazzjoni mill-Istati Membri; billi għandu jiġi promoss skambju ta’ ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni bejn l-Istati Membri, sabiex jitħeġġeġ fluss aħjar ta’ informazzjoni u tal-aħjar prassi;

Y.

billi statistici purament kwantitattivi dwar l-implimentazzjoni ta’ legizlazzjoni dwar is-Suq Uniku ma jippermettux kejl tal-kwalità tal-implimentazzjoni u l-impatt partikolari fuq is-Suq Uniku ta’ strumenti ewlenin specifici; billi evalwazzjoni politika u kwalitattiva tal-implimentazzjoni u l-progress tas-Suq Uniku hija għalhekk meħtieġa, partikolarment fir-rigward tar-rilevanza ekonomika tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar is-Suq Uniku u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

Z.

billi din l-evalwazzjoni għandha tiddifferenzja bejn in-nuqqas ta’ traspożizzjoni, li huwa nuqqas identifikabbli b’mod ċar mill-Istat Membru, u l-possibbiltà ta’ nonkonformità li jista’ jkun ibbażat fuq interpretazzjoni u fehim differenti tal-liġi tal-Unjoni; billi t-Trattati jipprevedu li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss tista’, fl-aħħar mill-aħħar u pubblikament tistabbilixxi n-nonkonformità tal-liġi nazzjonali mal-liġi tal-Unjoni; billi, għalhekk, l-ebda istituzzjoni oħra ma tista’ tiddikjara nonkonformità ta’ dan it-tip; billi l-Parlament għandu jiġi pprovdut kull sena b’lista ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mhux trasposta jew mhux trasposta b’mod korrett fl-Istati Membri kkonċernati;

AA.

billi forom ta' kundizzjonalità fil-Fondi Strutturali relatati mat-traspożizzjoni ta' direttivi dwar is-Suq Uniku fl-Istati Membri għadhom qed jiġu negozjati fil-proċess leġiżlattiv għall-adozzjoni ta' Regolamenti ġodda; billi tali miżuri għandhom jintużaw biss meta ma jkunx fadal għażla oħra, u billi l-użu tal-lieva tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni biex jipprovdi inċentivi għat-traspożizzjoni f'waqtha ta' regoli dwar is-Suq Uniku għandu jiġi bbilanċjat sew;

Infurzar aħjar

AB.

billi, sabiex titjieb il-governanza tas-Suq Uniku, għandu jkun hemm politika ta’ ‘tolleranza żero fir-rigward tal-Istati Membri li ma jimplimentawx ir-regoli tas-Suq Uniku b’mod xieraq;

AC.

billi proċedimenti ta’ ksur, kif stabbiliti fl-Artikolu 258 tat-TFUE, u kif implimentati mill-Kummissjoni, ma jippermettux nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tas-Suq Uniku fl-Istati Membri li jridu jiġu indirizzati u kkoreġuti malajr;

AD.

billi l-proċeduri ta’ ksur spiss urew serje ta’ limitazzjonijiet konnessi mal-adegwatezza fl-issodisfar tal-aspettattivi tal-konsumaturi individwali u tan-negozji, u billi jeħtieġ li jiġi stabbilit strument ta’ rikors uniku fil-livell tal-Unjoni li jkun rapidu u ekonomikament aċċessibbli;

AE.

billi l-Istati Membri u l-Kunsill Ewropew għandhom għalhekk ikomplu jiżviluppaw aktar il-proċedimenti ta' ksur fil-qafas ta’ reviżjonijiet futuri tat-TFUE; billi fl-istess ħin għandu jsir kull sforz lejn użu aktar strinġenti tal-proċedimenti ta' ksur għal każijiet ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-Suq Uniku; billi f'dak il-kuntest proċeduri aktar mgħaġġla fi ħdan il-Kummissjoni u, fejn xieraq, rikors għal proċedimenti interim quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, f'konformità mal-Artikolu 279 tat-TFUE, għandhom jiġu applikati b'mod aktar attiv; billi xi atti legali tal-Unjoni jipprevedu miżuri provviżorji li jistgħu jittieħdu mill-qrati nazzjonali biex jipprevjenu ksur imminenti, bħal inġunzjonijiet; billi dan jista' jservi bħala mudell għal proċeduri aktar effiċjenti u billi l-użu ta' tali miżuri provviżorji għandu għalhekk jitqies fl-oqsma kollha relevanti;

AF.

billi l-użu tal-EU Pilot kellu riżultati pożittivi fl-iżgurar tal-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni u qed jipprovdi soluzzjonijiet aktar rapidi għal problemi li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini u n-negozji; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk tippromwovi l-użu tal-EU Pilot u ttejjeb aktar l-effettività tiegħu, sabiex tidentifika u tikkoreġi aħjar il-ksur tar-regoli tas-Suq Uniku mingħajr il-ħtieġa li tuża proċeduri ta' ksur li jieħdu ż-żmien;

AG.

billi SOLVIT għandu rwol importanti bħala strument għas-soluzzjoni tal-problemi ewlenin fil-livell nazzjonali u għalhekk biex jiżgura konformità aħjar mal-liġi tal-Unjoni marbuta mas-Suq Uniku, iżda l-potenzjal tas-SOLVIT għadu ma ġiex sfruttat bis-sħiħ; billi għandhom jitħeġġew azzjonijiet konkreti li jtejbu l-viżibbiltà ta' SOLVIT u aktar komunikazzjoni intensiva liċ-ċittadini Ewropej dwar SOLVIT, sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tiegħu, mingħajr ma jinqabeż il-baġit kurrenti; billi għandhom isiru aktar sforzi biex SOLVIT jiġi integrat aħjar fil-firxa ta' servizzi ta' għajnuna u strumenti ta' infurzar disponibbli fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni; billi, fl-istess sens, titjib rigward l-użu faċli u ċ-ċarezza tal-informazzjoni tal-Punti ta' Kuntatt Uniku fl-Istati Membri huwa meħtieġ;

AH.

billi l-Kummissjoni għandha tirrinforza l-azzjonijiet tagħha fl-iżgurar tal-implimentazzjoni kif suppost u l-infurzar tar-regoli kollha adottati fl-Istati Membri, filwaqt illi tirreaġixxi b’mod aktar mgħaġġel għal avviżi u lmenti dwar l-implimentazzjoni mhux korretta tal-liġi tal-Unjoni u tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitneħħew inkonsistenzi eżistenti;

AI.

billi jeħtieġ li l-Kummissjoni – wara evalwazzjoni politika – tagħmel użu sod mis-setgħat kollha tagħha u tisfrutta għalkollox il-mekkaniżi kollha ta’ sanzjonar għad-dispożizzjoni tagħha;

AJ.

billi s-sweeps tal-UE, li huma azzjonijiet ta’ monitoraġġ ikkoordinati mill-Kummissjoni u eżegwiti fl-istess ħin fl-Istati Membri minn awtoritajiet nazzjonali rilevanti, taw prova li huma għodda utli sabiex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jimmonitorjaw b'azzjonijiet konġunti l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-Suq Uniku fl-Istati Membri; billi sweeps riċenti żvelaw konformità fqira mar-regoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fis-settur bankarju fl-Unjoni kollha; billi, għalhekk, il-Kummissjoni għandha toffri użu aktar estensiv ta’ sweeps tal-UE lill-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza b’mod partikolari minn awtoritajiet nazzjonali inqas attrezzati u anqas imħejjija; billi l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet sweep tal-UE f'oqsma oħra għandhom jiġu kkunsidrati u billi sweeps tal-UE għandhom jiġu estiżi wkoll għal prodotti u servizzi offlajn;

Atti dwar is-Suq Uniku

AK.

billi l-Atti dwar is-Suq Uniku jagħmlu parti mill-isforzi għat-tisħiħ tal-governanza tas-Suq Uniku permezz ta’ titjib u koordinazzjoni aħjar b’mod partikolari tal-fażi preleġiżlattiva;

AL.

billi l-metodu ċikliku tal-preżentazzjoni ta’ Atti dwar is-Suq Uniku għandu jitqies b’mod pożittiv, minħabba li jippermetti l-identifikazzjoni u d-diskussjoni tal-prijoritajiet għall-iżvilupp tas-Suq Uniku fuq bażi regolari;

AM.

billi l-Att dwar is-Suq Uniku kkostitwixxa strateġija trażversali importanti għar-rimedju ta’ nuqqasijiet kbar li fadal tas-Suq Uniku; billi din l-istrateġija ddeterminat b'mod orizzontali miżuri konkreti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li jistgħu jirrilaxxaw potenzjali ta' tkabbir mhux użati u jneħħu ostakli għas-Suq Uniku; billi jidher li f'dan ir-rigward sar xi progress fil-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni, iżda għadhom jinħtieġu aktar sforzi f'termini ta’ prospettiva fit-tul; billi l-Kummissjoni għandha ssegwi, bħala prijorità, il-proposti li diġà jinsabu fl-Att dwar is-Suq Uniku, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-istrument orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u t-trasparenza tal-imposti bankarji u informazzjoni mhux finanzjarja minn negozji;

AN.

billi l-Att dwar is-Suq Uniku II ikompli b'dan l-approċċ billi jidentifika netwerks integrati, il-mobilità taċ-ċittadini u n-negozji, l-ekonomija diġitali u l-intraprenditorija soċjali flimkien mal-fiduċja tal-konsumatur bħala l-erba’ assi għal tkabbir fil-ġejjieni; billi proposti leġiżlattivi li jiżguraw id-dritt ta' aċċess għal kont bankarju bażiku, ir-reviżjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (7) u l-iffaċilitar ta' investiment fit-tul fl-ekonomija reali jistgħu jagħmlu kontribut importanti f'dan ir-rigward; billi l-Kummissjoni, meta tipproponi l-miżuri, u l-Parlament u l-Kunsill, meta jiddiskutuhom, għandhom jevalwaw bir-reqqa kull waħda mill-miżuri maħsuba u l-potenzjali tagħhom sabiex tinkiseb ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ferm u għandhom jaħdmu għal adozzjoni rapida;

AO.

billi l-Att dwar is-Suq Uniku għandu jindirizza l-problemi soċjoekonomiċi tal-Unjoni u jiffavorixxi suq li jkun għas-servizz taċ-ċittadini;

AP.

billi l-għan tal-approċċi orizzontali tal-ġejjieni għandu jkun it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-soluzzjonijiet diġitali u biex tiġi żgurata l-kompetittività tan-negozji fl-Unjoni;

Oqsma prinċipali

AQ.

billi l-Kummissjoni tipproponi li timmira l-attivitajiet tagħha lejn oqsma principali u strumenti specifici; billi, madankollu, tinħtieġ enfasi aktar qawwija fuq numru limitat ta’ strumenti u azzjonijiet sabiex jinkiseb titjib tanġibbli fl-applikazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku; billi s-Suq Uniku Diġitali, is-settur tas-servizzi, is-settur tal-enerġija, l-akkwist pubbliku, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumatur u l-mobbiltà akbar taċ-ċittadini, b'mod partikolari il-ħaddiema u l-professjonisti, huma fost l-oqsma ewlenin l-aktar importanti għat-tkabbir;

AR.

billi dawn l-oqsma u l-istrumenti ewlenin jistgħu jiġu riveduti fuq bażi annwali sabiex l-iżviluppi attwali fl-Istati Membri, u b'mod partikolari fl-oqsma li huma ekonomikament l-aktar relevanti għas-Suq Uniku, kif turi valutazzjoni bbażata fuq l-evidenza, ikunu riflessi u meqjusa kif xieraq fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; billi l-metodoloġija għad-definizzjoni tal-oqsma ewlenin għat-titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku għandha tiġi riveduta regolarment, filwaqt li jitqiesu l-miri tat-tkabbir u l-prospetti ta' tkabbir;

AS.

billi l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiffukaw fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapida ta' miżuri leġiżlattivi marbuta mal-oqsma ewlenin, li huma essenzjali għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol, kif enfasizzat fil-Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

AT.

billi għandhom jittieħdu iktar passi lejn regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji li tipprovdi informazzjoni adegwata u protezzjoni għall-konsumaturi, tippermetti evalwazzjoni trasparenti ta’ prodotti finanzjarji, b’mod partikolari dawk riskjużi, u li tippermetti l-possibilità ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim u mezzi li jiggarantixxu li l-konsumaturi jiġu kkumpensati u rimborżati kif xieraq;

AU.

billi Suq Uniku kkompletat bis-sħiħ li jiffunzjona kif suppost ma jistax ikun effettiv mingħajr sistema tat-trasport Ewropea unika, interkonnessa u effiċjenti li hija kruċjali għall-moviment bla xkiel ta’ oġġetti, persuni u servizzi: il-libertajiet essenzjali u sottostanti għal Suq Uniku;

AV.

billi Żona Unika Ewropea tat-Trasport għandha tiffaċilita l-movimenti ta’ ċittadini u merkanzija, tnaqqas l-ispejjeż u ttejjeb is-sostenibbiltà tat-trasport Ewropew, permezz tat-tlestija ta’ netwerks tat-trasport trans-Ewropej interoperabbli u sostenibbli, u billi telimina l-ostakoli kollha residwi bejn modi u sistemi nazzjonali filwaqt li tiffaċilita l-emerġenza ta’ operaturi multinazzjonali u multimodali; billi, għat-tlestija taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, is-servizzi ferrovjarji, it-trasport marittimu, it-trasport tal-merkanzija bit-triq kif ukoll l-Ajru Uniku Ewropew u l-interpretazzjoni uniformi tad-drittijiet tal-passiġġieri għandhom rwol ċentrali;

Suq Uniku għall-atturi kollha

AW.

billi ċ-ċittadini tal-Unjoni u, b’mod partikolari l-istudenti, il-professjonisti u l-imprendituri, kif ukoll l-SMEs, fl-Istati Membri kollha għandhom jiġu mistiedna jagħmlu suġġerimenti dwar kif l-aħjar li jinkiseb twettiq sħiħ tas-Suq Uniku, u billi l-istituzzjonijiet kollha għandhom jiġu inkoraġġuti jistabbilixxu konsultazzjoni pubblika u djalogu mas-soċjetà ċivili sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tan-negozji jiġu kkunsidrati kif xieraq u li l-politika proposta tipprovdi valur miżjud għall-atturi kollha; billi jinħtieġu strumenti xierqa għall-komunikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni liċ-ċittadini;

AX.

billi s-Suq Uniku għandu jiffoka fuq id-drittijiet tal-partijiet interessati kollha; billi involviment aktar b'saħħtu u aktar kmieni tas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati l-oħra kollha fit-tfassil, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri meħtieġa biex jistimulaw it-tkabbir u d-drittijiet taċ-ċittadini fis-Suq Uniku, ibbażat ukoll fuq forom ta' parteċipazzjoni onlajn u demokrazija elettronika, huwa essenzjali biex tiġi restawrata l-fiduċja fis-Suq Uniku;

AY.

billi, permezz ta' awtoġovernanza lokali u reġjonali, atturi lokali u reġjonali jwettqu bosta dmirijiet li huma previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku, speċjalment fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-istat, is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u l-konċessjonijiet; billi dawk il-politiki għandhom jiġu implimentati b'mod xieraq, inter alia sabiex jitnaqqsu r-rati ta' żbalji fil-politika ta' koeżjoni; billi l-għoti ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja għall-persuni li jgħixu f'kull reġjun tal-Unjoni huwa prerekwiżit għal Suq Uniku dinamiku u qawwi, u billi l-governanza effettiva tas-Suq Uniku għandha għalhekk tqis l-interessi tal-partijiet interessati lokali u reġjonali;

AZ.

billi l-istrateġija tas-Suq Uniku għandha ssaħħaħ il-benesseri soċjali, il-konverġenza u d-drittijiet tal-ħaddiema, tipprevjeni d-dumping soċjali u tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi għall-Ewropej kollha;

BA.

billi hemm bżonn ta' servizz għall-għoti tal-ewwel għajnuna faċilment aċċessibbli, fil-livell nazzjonali li n-negozji u ċ-ċittadini jistgħu jirrikorru għalih meta jiltaqgħu ma’ problemi x'ħin jippruvaw jagħmlu użu mid-drittijiet u l-opportunitajiet li joffrilhom is-Suq Uniku; billi għandha tingħata attenzjoni biex jitnaqqsu l-ostakli għall-aċċessibbiltà fl-ambjent urban u jingħataw servizzi sabiex iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-Suq Uniku;

Semestru Ewropew

BB.

billi s-Semestru Ewropew jipprovdi l-qafas għall-koordinazzjoni ta’ politiki ekonomiċi u jqis is-sitwazzjoni baġitarja u ekonomika fl-Istati Membri iżda ma jqisx l-istat tas-Suq Uniku minkejja l-importanza fundamentali tiegħu għal ekonomiji madwar l-Istati Membri kollha;

BC.

billi s-Suq Uniku jista' jkollu rwol importanti fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali fl-Unjoni; billi t-titjib tal-qafas tal-governanza ekonomika għandu jkun ibbażat fuq sett ta’politiki interkonnessi u reċiprokament konsistenti li jistimulaw it-tkabbir u l-impjieg, u billi l-iżvilupp sħiħ tas-Suq Uniku huwa prerekwiżit biex dan iseħħ;

BD.

billi l-Kummissjoni għandha tissorvelja t-tlestija tas-Suq Uniku u l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri relevanti fi ħdan l-eżerċizzju annwali tas-Semestru Ewropew, filwaqt li tikkunsidra l-kontroll annwali tal-governanza u tal-mekkaniżmi ta’ rapportar tat-Tabella ta' valutazzjoni; billi, barra minn hekk, il-kontroll annwali għandu jevalwa x’vantaggi joffri s-Suq Uniku lill-konsumaturi u lin-negozji u jirraporta dwar l-ostakli li jfixklu l-funzjonament tiegħu;

BE.

billi kull sessjoni tar-rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew għandha tkun dedikata wkoll lill-evalwazzjoni tal-qagħda tas-Suq Uniku, appoġġjata minn proċess ta’ monitoraġġ;

BF.

billi huwa xieraq li wieħed iħares b’mod individwali lejn kull Stat Membru, filwaqt li jiżviluppa kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali, sabiex jiġu identifikati defiċits fit-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni u sabiex dawn jiġu indirizzati f’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

BG.

billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 nieda t-tielet ċiklu tas-Semestru Ewropew u issa jinkludi għall-ewwel darba rapport annwali dwar l-istat tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku; billi dan l-iffokar aktar qawwi fuq is-Suq Uniku fil-kuntest tas-Semestru Ewropew huwa neċessarju sabiex jiġi sfruttat aħjar it-tkabbir tiegħu u l-potenzjali tax-xogħol fl-Ewropa u sabiex jippermetti liċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw bis-sħiħ minnu;

BH.

billi r-rapport imsemmi hawn fuq dwar l-Istat tal-Integrazzjoni tas-Suq Uniku 2013 ma jipprovdix, madankollu, xi għarfien ġdid dwar is-sitwazzjoni attwali fl-Istati Membri u lanqas ma jasal għal konklużjonijiet elaborati biżżejjed fir-rigward ta’ potenzjal konkreti ta’ tkabbir iġġenerat mis-Suq Uniku; billi l-għażla ta’ oqsma ta’ prijorità fir-rapport ta’ integrazzjoni għandu jkun appoġġjat minn data komprensiva;

BI.

billi rapporti futuri dwar l-istat tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku għandhom għalhekk ikunu aktar ċari dwar nuqqasijiet kurrenti fis-Suq Uniku, u jipprovdu gwida aktar konkreta dwar rimedji possibbli u l-benefiċċji mistennija, sabiex jippermettu reazzjonijiet sinifikanti mill-Istati Membri;

BJ.

billi r-rapport dwar l-Istat tal-Integrazzjoni tas-Suq Uniku 2013 jenfasizza b'mod partikolari s-settur tas-servizzi u jitlob, inter alia, għal konformità sħiħa mad-Direttiva 2006/123/KE; billi din hija sejħa valida iżda mhux ta’ interess kbir, jekk ma tkunx akkumpanjata minn miżuri kemm ta’ sostenn kif ukoll strinġenti dwar it-traspożizzjoni u l-interpretazzjoni korretti ta’ dik id-Direttiva;

BK.

billi r-rapport jelenka numru ta’ prijoritajiet għas-swieq tal-enerġija u t-trasport, u billi ħafna minn dawk il-prijoritajiet jindikaw in-nuqqas ta’ investiment u kompetizzjoni nazzjonali u Ewropej f’xi oqsma; billi jintħieġu aktar riċerka u informazzjoni bbażata fuq l-evidenza għal dawn is-swieq sabiex isir każ b’saħħtu għal azzjonijiet speċifiċi u għal sejħiet lill-Istati Membri; billi infrastruttura tat-trasport Ewropea integrata, interoperabbli u aċċessibbli, l-istabbiliment ta' suq intern tal-enerġija filwaqt li tiġi żgurata l-kompetizzjoni soda u t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi, u politika industrijali Ewropea ambizzjuża huma vitali biex jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku;

BL.

billi l-ekonomija diġitali hija wkoll meqjusa bħala qasam ta’ prijorità; billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ mekkaniżmi ta' trasparenza u għall-protezzjoni tal-konsumatur, aġġornati u prattikabbli; billi t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni f'waqthom u korretti tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (8) huma għalhekk wieħed mill-fatturi essenzjali għall-iżvilupp tal-ekonomija diġitali;

BM.

billi ċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom ma bbenefikawx bis-sħiħ mill-potenzjal tas-Suq Uniku f’ħafna oqsma, b’mod partikolari fir-rigward tal-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema; billi l-mobbiltà tal-ħaddiema madwar l-Ewropa għadha baxxa wisq u jinħtieġu miżuri aktar b'saħħithom sabiex jitneħħew l-ostakli li fadal u jiġi ggarantit il-prinċipju ta' trattament ugwali tal-ħaddiema fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati u f'konformità mal-liġi u l-prassi nazzjonali;

BN.

billi d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (9) hija strument fundamentali biex jitnaqqas id-dejn enormi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi lejn bosta kumpaniji, speċjalment l-SMEs, u billi t-traspożizzjoni tagħha għandha sseħħ malajr u kif xieraq sabiex jitnaqqsu n-numri ta' sitwazzjonijiet ta' insolvenza;

BO.

billi huma meħtieġa azzjonijiet aktar innovattivi sabiex jappoġġaw is-Suq Uniku bbażat fuq l-ekonomija soċjali tas-suq; billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 ressaq proposta interessanti dwar l-introduzzjoni ta’ reġim ta’ insolvenza tal-konsumatur, u billi din il-proposta għandha tiġi mistħarrġa aktar, minħabba li dan it-tip ta’ miżura jista’ jkollha rwol fundamentali kemm għall-protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll għall-prevenzjoni ta’ riskji sistemiċi possibbli għas-settur finanzjarju;

BP.

billi huwa importanti li titfassal aġenda ambizzjuża għall-konsumaturi, li tinkludi miżuri leġiżlattivi u ta' programmar, bl-għan li l-konsumatur normali jitħeġġeġ biex ikun responsabbli u biex tiżdied il-protezzjoni għall-konsumaturi vulnerabbli;

BQ.

billi t-twettiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandu jkun l-għan tas-Semestru Ewropew, jiddependi mill-iżvilupp sħiħ tal-potenzjal tas-Suq Uniku, mill-impenn kollettiv tal-Unjoni Ewropea u mill-parteċipazzjoni effettiva tal-Istati Membri;

BR.

billi s-Semestru Ewropew għandu jiġi konness b’mod aktar sistematiku mal-inizjattivi attwali tal-Unjoni u għandu jieħu kont tal-finalizzazzjoni tas-Suq Uniku biex jiżgura l-koerenza tal-politika ekonomika tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżgura l-konverġenza meħtieġa bejn pajjiżi li huma parti miż-żona tal-euro u dawk li mhumiex;

BS.

billi l-kwalità tal-programmi nazzjonali ta’ riforma fi ħdan is-Semestru Ewropew tvarja ħafna fil-konkretezza, it-trasparenza, il-vijabilità u l-kompletezza u dawk il-programmi għandhom jiġu eżaminati aktar fil-fond, għandhom jittejbu u għandhom ikunu ambizzjużi biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-integrazzjoni ekonomika u tal-finalizzazzjoni tas-Suq Uniku;

BT.

billi l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni kemm jista’ jkun dettaljata anki rigward l-arranġamenti għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli fl-oqsma ewlenin tas-Suq Uniku;

BU.

billi jeħtieġ li tiġi applika metodoloġija ġdida għas-Semestru Ewropew, li tikkonsisti fid-diskussjoni tal-prijoritajiet tas-Suq Uniku flimkien ma’ dawk ekonomiċi u baġitarji, li tgħaqqadhom, flimkien ma' prijoritajiet tal-impjieg u soċjali, f’qafas uniku integrat ta’ koordinament;

BV.

billi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż għandhom jikkunsidraw il-progress li sar u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-leġżilazzjoni tas-Suq Uniku, b’referenza partikolari għall-oqsma ewlenin u għall-prijoritajiet identifikati fuq bażi annwali;

BW.

billi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż għandhom, fl-istess ħin, joffru lill-Istati Membri soluzzjonijiet aktar prattiċi biex itejbu l-funzjonament tas-Suq Uniku, sabiex jiġi ġġenerat sostenn pubbliku u impenn politiku aktar qawwija biex titħeġġeġ it-tlestija tas-Suq Uniku;

BX.

billi l-evalwazzjoni tal-istat tas-Suq Uniku għandha ssir parti integrali tas-Semestru Ewropew, fejn pilastru tal-Governanza tas-Suq Uniku jitqiegħed maġenb il-pilastru tal-Governanza Ekonomika; billi l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jitħejja rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku li jikkontribwixxi għall-bażi tal-evidenza li fuqha huma bbażati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż, tista’ tqiegħed il-pedament għal ċiklu tas-Suq Uniku annwali fil-ġejjieni fi ħdan is-Semestru Ewropew;

BY.

billi l-introduzzjoni tas-Semestru Ewropew għandha sseħħ bl-involviment sħiħ tal-parlamenti nazzjonali u għandha sseħħ mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew;

1.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li tqis bħala l-bażi legali possibbli d-dispożizzjonijiet relevanti kollha tat-TFUE relatati mas-suq intern, inkluż l-Artikolu 26(3) tat-TFUE, proposta għal att li l-għan tiegħu jkun it-tisħiħ tal-governanza tas-Suq Uniku, filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jinsabu fl-Anness;

2.

Jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-principju ta’ sussisdjarjetà;

3.

Hu tal-fehma li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba jridu jkunu koperti mill-allokazzjonijiet baġitarji eżistenti;

o

o o

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jinsabu fl-annessi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-Kunsill Ewropew u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0211.

(2)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 84.

(3)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 51Texts

(4)  Testi adottati, P7_TA(2012)0258.

(5)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 9.

(6)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(7)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(9)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MITLUBA

Rakkomandazzjoni 1: Li jiġi stabbilit qafas koerenti għall-governanza tas-Suq Uniku.

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha tiġi sottomessa għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Proposta għal att leġiżlattiv immirat lejn it-tisħiħ tal-governanza tas-Suq Uniku għandha titressaq bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-funzjonament tas-Suq Uniku tal-Unjoni u biex tippromwovi t-tkabbir ekonomiku inklussiv fl-Ewropa. Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet relevanti tat-TFUE relatati mas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll it-tressiq ta' proposta bbażata fuq l-Artikolu 26(3) tat-TFUE.

Il-proċedura għandha tipprevedi involviment xieraq tal-Parlament Ewropew fl-istabbiliment ta' qafas ta' governanza tas-Suq Uniku. Għandha tipprevedi wkoll l-adozzjoni, min-naħa tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ta' miżuri oħra meħtieġa għat-tisħiħ tal-governanza tas-Suq Uniku, b'mod partikolari miżuri li jindirizzaw l-oqsma fejn il-qafas regolatorju tal-Unjoni jkun ġie stabbilit skont l-Artikolu 294 tat-TFUE.

L-att għandu jkun mingħajr pregġudizzju għall-qafas regolatorju tas-Suq Uniku digà fis-seħħ jew ir-regoli li jridu jiddaħħlu fis-seħħ f’setturi differenti. Għandu jkun ukoll mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet kif stabbilit fit-Trattati, b’mod partikolari l-Kummissjoni, jew għall-obbligi tal-Istati Membri bbażati fuq it-Trattati jew li joħorgu mill-acquis tas-Suq Uniku.

L-att għandu jikkumplimenta l-qafas regolatorju tas-Suq Uniku u jiffaċilita t-traspozizzjoni, l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli u l-libertajiet tas-Suq Uniku.

L-att għandu jipprevedi l-adozzjoni tal-linji gwida tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu objettivi li jridu jintlaħqu, prijoritajiet għall-azzjoni u kondizzjonijiet li jridu jiġu żgurati, u għandhom jiġu akkumpanjati minn metodi ta’ ħidma u proċeduri li jridu jiġu stabbiliti bil-għan li tissaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku.

Il-proċeduri għas-sottomissjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u għad-determinazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mas-Suq Uniku għandhom jiġu fformulati.

Għandhom jiġu definiti miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas regolatorju tas-Suq Uniku.

Ir-rabta bejn iċ-ċiklu tal-governanza tas-Suq Uniku u ċ-ċiklu tal-politika annwali tas-Semestru Ewropew għandha tiġi ċċarata.

Rakkomandazzjoni 2: Jiġu ddeterminati l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Unjoni bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha tiġi sottomessa għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Sabiex ikun żgurat li s-Suq Uniku jwassal b’mod effettiv it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u jkattar il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji, għandhom jiġu stabbiliti linji gwida tal-Unjoni bl-għan tat-titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu:

(a)

objettivi u prijoritajiet għal azzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri;

(b)

kondizzjonijiet li jridu jiddaħħlu fis-seħħ sabiex tittejjeb aktar il-governanza tas-Suq Uniku.

Għandu jiġi determinat sett limitat ta’ objettivi u prijoritajiet għall-azzjoni f’oqsma fejn Suq Uniku li jiffunzjona aħjar x’aktarx iġib l-aktar kisbiet sinifikanti fit-tkabbir u fl-impjiegi fl-Unjoni kollha.

L-għażla ta’ objettivi u prijoritajiet għal azzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li gejjin:

(a)

Paragun tal-produzzjoni permezz ta’ għażla ta’ indikaturi kwantitattivi li jkopru l-kontributi fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi, biex jiġu identifikati setturi li fihom jidher l-ogħla potenzjal mhux sfruttat biex jiġi ġġenerat it-tkabbir;

(b)

Importanza ekonomika, li tanalizza jekk is-settur huwiex sinifikanti biżżejjed f’termini ta’ skala tal-ekonomija tant li jħalli impatt mhux negliġibbli fuq it-tkabbir li kieku jiġu indirizzati r-raġunijiet għall-isfruttament insuffiċjenti tal-potenzjal;

(c)

Fatturi dinamiċi li janalizzaw jekk is-settur ikunx jidher li diġà qiegħed jindirizza l-potenzjal mhux sfruttat tiegħu, abbażi ta’ fatturi bħalma huma l-kapaċità tas-settur li joħloq it-tkabbir tal-impjiegi, u l-possibbiltà tiegħu li jilħaq il-livelli ta’ riferiment għall-produttività tax-xogħol;

(d)

Fatturi tas-Suq Uniku li janalizzaw jekk hemmx evidenza li t-titjib tas-Suq Uniku jista’ jwassal għall-użu ta’ potenzjal mhux sfruttat;

(e)

Fatturi rigward elementi addizzjonali għall-protezzjoni u s-salvagwardja tal-konsumaturi, il-ħaddiema u ċ-ċittadini.

Rakkomandazzjoni 3: Jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu żgurati biex titjieb il-governanza tas-Suq Uniku

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha titressaq għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Il-kondizzjonijiet li jridu jiddaħħlu fis-seħħ sabiex tittejjeb aktar il-governanza tas-Suq Uniku għandhom jinkudu:

(a)

L-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ regolamentazzjoni intelliġenti fejn ir-regoli tas-Suq Uniku isiru u jiġu implimentati sabiex jiżguraw li dawk ir-regoli jsiru, jiġu trasposti u implimentati b’tali mod li jaħdmu b’mod effettiv għal dawk li huma maħsuba għalihom;

(b)

Tnaqqis fil-livell ta’ piżijiet amministrattivi, speċjalment għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, sal-livell minimu;

(c)

In-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu, fejn jinħtieġu li jikkonformaw mal-proċeduri, jagħmlu dan b’mod mgħaġġel permezz ta’ mezzi elettroniċi;

(d)

L-iżgurar li n-negozji u ċ-ċittadini jsibu informazzjoni u jgħinu u jkollhom access għal rimedji mgħaġġla, effettivi u ekonomikament aċċessibbli fejn ikunu meħtieġa;

(e)

Użu aktar intelliġenti ta’ teknoloġija tal-informazzjoni sabiex jiġu infurmati negozji u ċittadini, u jkunu jistgħu jagħmlu użu mid-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom, u jgħaqqdu aħjar l-inizjattivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

(f)

Użu mtejjeb ta’ għodda onlajn, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), f’kooperazzjoni transkonfinali bejn amministrazzjonijiet;

(g)

Aktar żvilupp tal-Punti ta’ Kuntatt Uniku;

(h)

Użu effettiv ta’ mekkaniżmi rapidi u effettivi għas-soluzzjoni ta’ problemi, anke permezz tal-istabbiliment ta’ servizz għall-għoti tal-ewwel għajnuna faċilment aċċessibbli fil-livell nazzjonali li n-negozji u ċ-ċittadini jistgħu jirrikorru għalih meta jiltaqgħu ma’ problemi x’ħin jippruvaw jużaw id-drittijiet u l-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku;

Rakkomandazzjoni 4: Jiġu ddefiniti miżuri supplimentari meħtieġa sabiex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas regolatorju tas-Suq Uniku

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha titressaq għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Sabiex tittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas regolatorju tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha:

(a)

Ittejjeb l-għajnuna tat-traspożizzjoni tagħha lill-Istati Membri għal direttivi li għad iridu jiġu trasposti;

(b)

Twettaq kontrolli ta’ konformità sistematiċi u tieħu miżuri ta’ appoġġ sabiex ir-regoli jaħdmu fil-prattika fl-Istati Membri kollha;

(c)

Għal leġiżlazzjoni li ġiet trasposta u implimentata, twettaq reviżjonijiet fil-fond biex tivvaluta kif ir-regoli jiġu implimentati u kif jaħdmu fil-prattika, f’termini prattiċi kif ukoll ekonomiċi;

(d)

Ittejjeb ir-rappurtar tal-implimentazzjoni ex-post filwaqt illi tiffoka fuq il-konformità mill-Istati Membri u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni tagħha filwaqt illi tiffoka fuq l-effiċjenza ta’ miżuri tal-politika adottati;

(e)

Torganizza eżercizzji ta’ rieżami bejn il-pari mal-Istati Membri.

Sabiex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas regolatorju tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom:

(a)

Jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz tal-miżuri tat-traspożizzjoni, fejn l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jqisu li huwa xieraq, sabiex tiġi żgurata wkoll evalwazzjoni ex-ante ta’ traspożizzjoni tajba u jiġu żgurati l-konformità u l-implimentazzjoni mgħaġġla;

(b)

Jikkonsultaw regolarment mal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili, inklużi l-konsumturi, in-negozji u l-awtoritajiet reġjonali u lokali matul il-proċess tat-traspożizzjoni u matul l-implimentazzjoni;

(c)

Jipprovdu spjegazzjoni onlajn ta’ kif ittrasponew ir-regoli u kif dawk ir-regoli jaħdmu fil-prattika;

Rakkomandazzjoni 5: Jiġu previsti s-sottomissjoni, l-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha titressaq għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jressqu lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali immirati lejn l-implimentazzjoni tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-Unjoni għal azzjoni bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku. Il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom jinkludu lista ta’ miżuri ddettaljati li jridu jitwettqu u pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jitfasslu f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti li jirrappreżentaw interessi ekonomiċi u soċjali, kif ukoll l-interessi tal-konsumaturi.

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Suq Intern, għandha tivvaluta l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandha tqis it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern u r-Rapport dwar il-Governanza tas-Suq Uniku.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha meqjusa bħala meħtieġa sabiex jiġi vvalutat il-progress li jkun sar.

It-tressiq u l-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jitqiesu bħala azzjonijiet koordinati li jagħmlu parti, fi ħdan qafas integrat, ta’ ċiklu annwali għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet politiċi għat-tlestija sħiħa tas-Suq Uniku, filwaqt li titqies id-dimensjoni ekonomika, soċjali u ambjentali.

Rakkomandazzjoni 6: Tiġi prevista l-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet distinti speċifiċi għall-pajjiż u relatati mas-Suq Uniku

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha titressaq għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Abbażi tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u bl-użu ta' għodda oħra relevanti tas-Suq Uniku, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jifformula, kif xieraq, u abbażi tal-prijoritajiet politiċi għal azzjoni fl-oqsma meqjusa bħala ewlenin, rakkomandazzjonijiet relatati mas-Suq Uniku lill-Istati Membri bil-għan li jittejbu t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku.

Meta jindirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, il-Kunsill għandu jagħmel użu sħiħ mill-istrumenti previsti fit-TFUE.

Fejn issir rakkomandazzjoni relatata mas-Suq Uniku, il-Kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jistieden rappreżentanti tal-Istat Membru kkonċernat biex jipparteċipaw fi skambju tal-opinjonijiet, u rappreżentanti tal-Kummissjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jiġu mistiedna biex jiskambjaw l-opinjonijiet tagħhom mal-parlament ta’ dak l-Istat Membru.

Rakkomandazzjoni 7: Jiġi definit pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha titressaq għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Sabiex jiġi żgurat li s-Suq Uniku jwassal riżultati konkreti għaċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji, iċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew għandu jintuża bħala pjattaforma għall-gwida politika, ir-rappurtar, il-monitoraġġ tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri u l-Unjoni fl-ilħuq tal-objettivi tas-Suq Uniku u d-definizzjoni ta’ azzjoni ta' rimedju.

Għandu jiġi definit pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew.

Il-pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew għandu jinkludi.

(a)

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern, inklużi rapporti ddettaljati speċifiċi għall-pajjiż fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku;

(b)

L-arranġamenti ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku, kif iċċarati mill-Istati Membri, b’referenza partikolari għall-oqsma ewlenin u għall-prijoritajiet politiċi identifikati fuq bażi annwali;

(c)

Il-proposti mill-Kummissjoni għal prijoritajiet politiċi għas-sena li ġejja, fl-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, ippreżentati fi ħdan l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali u r-rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku. Ir-rapport annwali għandu jipprovdi wkoll valutazzjoni ta’ kif is-Suq Uniku jiffunzjona fil-prattika. Dawk il-proposti dwar prijoritajiet politiċi għandhom jiġu bbażati fuq is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern u strumenti oħra ta’ monitoraġġ tas-Suq Uniku, sabiex tiġi evitata sovrappożizzjoni u jiġu prodotti rakkomandazzjonijiet effiċjenti u ċari u tiġi żgurata l-koerenza tal-politika ekonomika Ewropea;

(d)

Il-formulazzjoni ta’ prijoritajiet politiċi biex tittieħed azzjoni u jintlaħqu l-miri biex jingħelbu l-ostakoli li jibqgħu fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali fil-forma ta’ linji gwida tas-Suq Uniku;

(e)

Is-sottomissjoni mill-Istati Membri ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali bl-għan tal-implimentazzjoni tal-linji gwida tas-Suq Uniku;

(f)

Il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali mill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Suq Intern, u filwaqt illi jitqiesu t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern u r-Rapport Annwali dwar il-Governanza tas-Suq Uniku;

(g)

L-adozzjoni mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew ta’ rakkomandazzjonijiet distinti relatati mas-Suq Uniku lill-Istati Membri, abbazi ta’ proposta mill-Kummissjoni.

Rakkomandazzjoni 8: Tigi mizjuda l-kontabilità demokratika u r-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Parlamenti nazzjonali

Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta leġiżlattiva li għandha titressaq għandu jkollha l-għan li tirregola kif ġej:

Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut fl-istabbiliment tal-qafas ta' governanza tas-Suq Uniku skont it-Trattati. Għandu jiġi involut ukoll, u mill-inqas kkonsultat mill-Kunsill, fl-adozzjoni ta' miżuri oħra meħtieġa biex tissaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku, anke fir-rigward ta' objettivi, prijoritajiet u azzjonijiet ta' politika ppjanati tal-Unjoni.

Qabel il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, il-Parlament Ewropew għandu jiddiskuti l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali u jivvota dwar l-emendi relatati mar-rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill Ewropew.

Il-President tal-Parlament Ewropew għandu, fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, jippreżenta l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu preżenti f’laqgħat interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali meta tiġi diskussa l-integrazzjoni tas-Suq Uniku.