|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/284 |
P7_TA(2013)0563
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Danièle LAMARQUE -FR)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar in-nomina ta’ Danièle Lamarque bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0311/2013 – 2013/0809(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2016/C 468/64)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0311/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0437/2013), |
|
A. |
billi l-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Baġit ipproċeda biex jevalwa l-kredenzjali tal-persuna nominata, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
B. |
billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nominata mill-Kunsill għas-sħubija fil-Qorti tal-Awdituri; |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nomina tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Danièle Lamarque bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ awditjar tal-Istati Membri. |