|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/282 |
P7_TA(2013)0561
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Henri GRETHEN – LU)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0309/2013 – 2013/0807(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2016/C 468/62)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0309/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0439/2013), |
|
A. |
billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
B. |
billi Henri Grethen jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri. |