15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/281


P7_TA(2013)0560

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Alex BRENNINKMEIJER – NL)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0312/2013 – 2013/0810(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0312/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0433/2013),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awditurikif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.