19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/200


P7_TA(2013)0252

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-ħatra proposta ta' George Pufan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0115/2013 – 2013/0805(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 065/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0115/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0181/2013),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

B.

billi fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Mejju 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill biex isir membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli/negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' George Pufan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' awditu tal-Istati Membri.