12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/132 |
P7_TA(2013)0196
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Spyros Danellis (I)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Spyros Danellis (I) (2013/2014(IMM))
(2016/C 055/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Spyros Danellis, mgħoddija nhar il-11 ta’ Diċembru 2012 mill-Viċi Prosekutur fil-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika (ref. 4634/2012) b’rabta mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Kretana ta’ Tliet Membri tat-22 ta’ Marzu 2012 (ref. 584/2012) u mħabbra fil-plenarja nhar l-14 ta’ Jannar 2013, |
— |
wara li sema' lil Spyros Danellis bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett, kif ukoll l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-regoli tal-Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0159/2013), |
A. |
billi l-Viċi Prosekutur fil-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika talab li titneħħa l-immunità parlamentari ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Spyros Danellis, b’rabta ma’ azzjoni legali possibbli dwar allegat reat; |
B. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta’ dak l-Istat; |
C. |
billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, waqt il-leġiżlatura, il-Membri tal-Parlament ma jistgħux jiġu mħarrka, arrestati, impriġunati jew detenuti xort’oħra kemm-il darba ma tkunx inkisbet minn qabel l-awtorizzazzjoni tal-Parlament; |
D. |
billi Spyros Danellis hu mixli li abbanduna dmirjietu, billi hu allegat li ometta, fil-vesti tiegħu ta’ Sindku ta’ Hersonissos fil-Prefettura ta’ Iraklion, li jieħu l-passi biex jagħlaq stabbiliment li kien qed jopera fil-muniċipalità tiegħu minkejja l-eżistenza ta’ deċiżjoni mill-awtoritajiet sanitarji li kienet tirrikjedi li jittieħdu tali passi; |
E. |
billi l-allegati azzjonijiet ma jikkostitwixxux opinjonijiet espressi jew voti mogħtija matul il-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
F. |
billi huwa manifest li x-xilja ma għandha l-ebda rabta mal-pożizzjoni ta’ Spyros Danellis bħala Membru tal-Parlament Ewropew imma mal-pożizzjoni tiegħu ta’ qabel bħala Sindku ta’ Hersonissos; |
G. |
billi ma hemm l-ebda raġuni l-għala wieħed jissuspetta li hemm fumus persecutionis, filwaqt li jinżamm amment b’mod partikolari li Spyros Danellis mhux l-uniku mixli fil-każ inkwestjoni; |
1. |
Iddeċieda li jneħħi l-immunità parlamentari ta' Spyros Danellis; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Prosekutur fil-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika u lil Spyros Danellis. |
(1) Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63, Wagner vs Fohrmann u Krier (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1964, p. 381); Sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85, Wybot vs Faure et. (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1986, p. 2391); Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T–345/05, Mote vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. II–2849); Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi Magħquda C–200/07 u C–201/07, Marra vs De Gregorio u Clemente (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. I–7929); Sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T–42/06, Gollnisch vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2010, p. II–1135); Sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C–163/10, Patricello (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2011, p. I–7565).