29.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/631


P7_TA(2013)0087

Il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK(Deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistituzzjonali)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM(2011)0628/2 – C7-0341/2011 – COM(2012)0551 – C7-0312/2012 – 2011/0288(COD) – 2013/2531(RSP))

(2016/C 036/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

billi l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

It-tnaqqis tal-burokrazija hu wieħed mill-għanijiet u mir-rekwiżiti ewlenin tar-riforma tal-PAK. Għandhom jiddaħħlu livelli limitu realistiċi ta’ tolleranza u limitazzjonijiet de minimis u għandu jintlaħaq bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, sabiex ikun żgurat li l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-benefiċjarji fil-ġejjieni jinżamm f’livell raġonevoli. Bħala parti minn dan il-proċess ta’ tnaqqis tal-burokrazija, għandhom jitqiesu kif jixraq l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż oħra tal-kontrolli fil-livell kollha u l-użu ta' sistemi effettivi ta' amministrazzjoni u monitoraġġ għandu jiġi premjat. L-objettiv ewlieni għandu jkun li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u li jkun żguart li l-piż amministrattivi għall-bdiewa u l-amministraturi jerġa' jsir ta' livell raġonevoli.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Biex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jkunu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni, tal-kontenut tas-Sistema Konsultattiva għall-farms, tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni b’intervent pubbliku u l-valutazzjoni tal-operazzjonijiet marbuta mal-intervent pubbliku, ir-riduzzjonijiet u s-sospensjoni tar-rimborżi lill-Istati Membri, tal-kumpens bejn l-infiq u d-dħul skont il-Fondi, tal-irkupru ta’ djun, tal-penali applikati lil benefiċjarji fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, fir-rigward tar-regoli dwar it-titoli, il-funzjonament tas-sistema tal-amminstrazzjoni u l-kontroll integrati, tal-miżuri esklużi mill-iskrutinju ta’ tranżazzjonijiet, il-penali applikati skont il-kundizzjonalità, ir-regoli dwar iż-żamma tal-mergħat, ir-regoli dwar l-avveniment operattiv u r-rata tal-kambju li għandha tintuża mill-Istati Membri li ma jużawx l-ewro u fir-rigward tal-kontenut tal-qafas komuni ta’ evalwazzjoni tal-miżuri adottati skont il-PAK. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(3)

Biex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jkunu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni, tal-kontenut tas-Sistema Konsultattiva għall-farms, tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni b’intervent pubbliku u l-valutazzjoni tal-operazzjonijiet marbuta mal-intervent pubbliku, it-tnaqqis u s-sospensjoni tar-rimborżi lill-Istati Membri, tal-kumpens bejn l-infiq u d-dħul skont il-Fondi, tal-irkupru ta’ djun, tal-penali amministrattivi applikati lil benefiċjarji fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, fir-rigward tar-regoli dwar it-titoli, il-funzjonament tas-sistema tal-amminstrazzjoni u l-kontroll integrati, tal-miżuri esklużi mill-iskrutinju ta’ tranżazzjonijiet, il-penali applikati skont il-kundizzjonalità, ir-regoli dwar iż-żamma tal-bwar u tal-mergħat permanenti, ir-regoli dwar l-avveniment operattiv u r-rata tal-kambju li għandha tintuża mill-Istati Membri li ma jużawx l-ewro u fir-rigward tal-kontenut tal-qafas komuni ta’ evalwazzjoni tal-miżuri adottati skont il-PAK. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, tat-TFUE, il-Qorti tal-Awdituri tista' tagħti opinijonijiet fuq talba jew tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dwar dawn l-atti delegati.

 

(Iż-żewġ emendi, li jissostitwixxu ''penali'' b' ''penali amministrattivi'' u ''tal-bur permanenti'' b' ''tal-bur u tal-mergħat permanenti'', japplikaw tul it-tes t kollu; l-adozzjoni tagħhom se teħtieġ bidliet korrispondenti fil-test kollu.)

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Dan ir-Regolament, meta jkun xieraq, għandu jipprevedi eżenzjonijiet fil-każi ta' force majeure u f'ċirkostanzi eċċezzjonali. B'rabta mar-regolamenti agrikoli, il-kunċett ta' force majeure għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Ir-rekwiżiti li qed jiżdiedu għal-korpi ta' ċertifikazzjoni u għall-aġenti tal-pagamenti m'għandhomx jinvolvu wkoll żieda ulterjuri fil-burokrazija fl-Istati Membri. Fuq kollox, dawk ir-rekwiżiti m'għandhomx ikunu iktar stretti mill-istandards internazzjonali tal-adwitjar. Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tal-proċess ta' ċertifikazzjoni, għandu jinżamm proporzjon bilanċjat bejn l-ispiża u l-benefiċċju, u kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtaġġ addizzjonali għandu joffri valur miżjud ċar.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Biex il-benefiċjarji jkunu megħjunin isiru jafu aktar dwar ir-rabta bejn il-prattiki agrikoli u l-immaniġġjar ta’ farms min-naħa l-waħda, u l-istandards relatati mal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-kundizzjonijiet agrikoli tajba tal-art, is-sigurtà fl-ikel, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali min-naħa l-oħra, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema konsultattiva komprensiva għall-farms li toffri pariri lil benefiċjarji. Dik is-sistema konsultattiva għall-farms m’għandha bl-ebda mod taffettwa l-obbligu u r-responsabbiltà ta’ benefiċjarji li jħarsu dawk l-istandards. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll separazzjoni ċara bejn pariri u kontrolli.

(10)

Biex il-benefiċjarji jkunu megħjunin isiru jafu aktar dwar ir-rabta bejn il-prattiki agrikoli, l-immaniġġjar u l-immaniġġjar tar-riskju ta’ farms min-naħa l-waħda, u l-istandards relatati mal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-kundizzjonijiet agrikoli tajba tal-art, is-sigurtà fl-ikel, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali min-naħa l-oħra, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema konsultattiva komprensiva għall-farms li toffri pariri lil benefiċjarji. Dik is-sistema konsultattiva għall-farms m’għandha bl-ebda mod taffettwa l-obbligu u r-responsabbiltà ta’ benefiċjarji li jħarsu dawk l-istandards. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll separazzjoni ċara bejn pariri u kontrolli.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Is-sistema konsultattiva għall-farms għandha tkopri mill-anqas ir-rekwiżiti u l-istandards li jifformaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità. Dik is-sistema għandha tkopri wkoll ir-rekwiżiti li għandhom jitħarsu b’rabta mal-prattiki agrikoli ta’ ġid għall-klima u l-ambjent għal pagamenti diretti, kif ukoll iż-żamma tal-żona agrikola skont ir-Regolament (UE) Nru DP/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistabbilixxi regoli għal skemi ta’ pagament dirett lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni. Dik is-sistema għandha fl-aħħar nett tkopri ċerti elementi relatati ma’ mitigazzjoni u adattament għal tibdil fil-klima, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ilma, notifika u innovazzjoni.ta’ mard tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-farms iż-żgħar .

(11)

Is-sistema konsultattiva għall-farms għandha tkopri mill-anqas ir-rekwiżiti u l-istandards li jifformaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità fil-livell tal-farms . Dik is-sistema għandha tkopri wkoll ir-rekwiżiti li għandhom jitħarsu b’rabta mal-prattiki agrikoli ta’ ġid għall-klima u l-ambjent għal pagamenti diretti, kif ukoll iż-żamma tal-żona agrikola skont ir-Regolament (UE) Nru …/2013 [DP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistabbilixxi regoli għal skemi ta’ pagament dirett lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni. Barra minn hekk, dik is-sistema għandha tkopri ċerti elementi relatati ma’ mitigazzjoni u adattament għal tibdil fil-klima, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ilma, notifika u innovazzjoni ta’ mard tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll il-prestazzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-farms , inklużi attivitajiet għall-modernizzazzjoni ta’ farms, il-bini tal-kompetittività, l-innovazzjoni tal-integrazzjoni settorjali u l-orjentazzjoni lejn is-suq, kif ukoll il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-kontabilità, l-intraprenditorija u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi ekonomiċi . Finalment, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jinkludu fis-sistema tagħhom il-promozzjoni tal-konverżjonijiet tal-farms u d-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika tagħhom u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet preventivi xierqa biex jiġu indirizzati diżastri naturali u l-mard tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll konsulenza dwar il-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara u l-użu ta’ alternattivi mhux kimiċi.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Id-dħul fis-sistema konsultattiva għall-farms għandu jkun fuq bażi volontarja għal benefiċjarji. Il-benefiċjarji kollha, anke jekk ma jirċevux għajnuna skont il-PAK, għandhom jitħallew jipparteċipaw fis-sistema. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta’ prijorità. Minħabba n-natura tas-sistema, ikun xieraq li l-informazzjoni miksuba matul l-attività ta’ konsulenza tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali, ħlief f’każ ta’ ksur gravi tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema, il-konsulenti għandhom ikunu kwalifikati kif xieraq u jirċievu taħriġ regolarment.

(12)

Id-dħul fis-sistema konsultattiva għall-farms għandu jkun fuq bażi volontarja għal benefiċjarji. Il-benefiċjarji kollha, anke jekk ma jirċevux għajnuna skont il-PAK, għandhom jitħallew jipparteċipaw fis-sistema. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw, abbażi tal-kriterji ambjentali, ekonomiċi u soċjali, il-kategoriji ta’ benefiċjarji li għandhom aċċess ta’ prijorità għas-sistema konsultattiva għall-farms . Minħabba n-natura tas-sistema, ikun xieraq li l-informazzjoni miksuba matul l-attività ta’ konsulenza tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali, ħlief f’każ ta’ ksur gravi tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema, il-konsulenti għandhom ikunu kwalifikati kif xieraq u jirċievu taħriġ regolarment.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati fir-rigward tal-FAEG, għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni fl-għamla ta’ rimborżi biex ikun irriżervat l-infiq magħmul minn dawk l-aġenziji. Sakemm dawn ir-rimborżi, fl-għamla ta’ pagamenti kull xahar, ikunu tħallsu, għandhom jiġu mmobilizzati riżorsi finanzjarji mill-Istati Membri skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom. L-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż amministrattivi tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji involuti fl-eżekuzzjoni tal-PAK għandhom jitħallsu minnhom infushom.

(13)

Ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati fir-rigward tal-FAEG, għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni fl-għamla ta’ rimborżi biex ikun irriżervat l-infiq magħmul minn dawk l-aġenziji. Sakemm dawn ir-rimborżi, fl-għamla ta’ pagamenti kull xahar, ikunu tħallsu, għandhom jiġu mmobilizzati riżorsi finanzjarji mill-Istati Membri skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom. Sabiex ikun aktar effiċjenti l-funzjonament tal-aġenziji tal-pagamenti, l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż amministrattivi tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji involuti fl-eżekuzzjoni tal-PAK għandhom jitħallsu mill-aġenziji tal-pagamenti stess.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

L-użu tas-sistema agrometeoroloġika u tal-akkwist u t-titjib ta’ immaġni bis-satellita għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-mezzi għall-ġestjoni tas-swieq u biex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-kontroll tal-infiq agrikolu.

(14)

L-użu tas-sistema agrometeoroloġika u tal-akkwist u t-titjib ta’ immaġni bis-satellita għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-mezzi għall-ġestjoni tas-swieq, biex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-kontroll tal-infiq agrikolu u tal-użu tar-riżorsi li minnhjom tiddependi l-agrikoltura, inkluż fir-rigward tas-sistemi tal-agroforestrija, u biex tiġi evalwata u provduta għajnuna f'waqtha f'każ ta’ diżastri naturali.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-programmi ta’ żvilupp rurali huma ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni abbażi ta’ impenji f’pagamenti akkont annwali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiġbdu mill-fondi tal-Unjoni pprovduti malli huma jibdew il-programmi. Hija, għalhekk, meħtieġa sistema ta’ prefinanzjament, ristretta kif xieraq, li tiżgura li fondi jgħaddu kontinwament biex il-pagamenti lil benefiċjarji skont il-programmi jsiru f’waqthom.

(23)

Il-programmi ta’ żvilupp rurali huma ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni abbażi ta’ impenji f’pagamenti akkont annwali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiġbdu mill-fondi tal-Unjoni pprovduti malli huma jibdew il-programmi. Għandha għalhekk tkun prijoritizzata sistema ta’ prefinanzjament, ristretta kif xieraq, li tiżgura li fondi jgħaddu kontinwament biex il-pagamenti lil benefiċjarji skont il-programmi jsiru f’waqthom.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali tesiġi li l-Istati Membri jibagħtu informazzjoni dwar l-għadd ta’ kontrolli mwettqa u r-riżultati tagħhom sa dati ta’ skadenza speċifiċi. Dik l-istatistika ta’ kontroll tintuża biex jiġi ddeterminat il-grad ta’ żball f’livell ta’ Stat Membru u, b’mod aktar ġenerali, biex ikun ikkontrollat l-immaniġġjar tal-FAEG u tal-FAEŻR. Hija sors importanti għall-Kummissjoni għas-sodisfazzjon tagħha stess dwar l-immaniġġjar sewwa ta’ fondi u hija element essenzjali għad-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni. Minħabba n-natura vitali ta’ din l-informazzjoni ta’ statistika u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtuha f’waqtha, huwa meħtieġ li jkun hemm deterrent għal meta d-dejta meħtieġa tiġi pprovduta tard b’mod li d-deterrent ikun proporzjonat man-nuqqas ta’ dejta. Għalhekk, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet fejn il-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi parti mill-pagamenti kull xahar jew interim li dwarhom ma tkunx intbagħtet f’waqtha l-informazzjoni rilevanti ta’ statistka.

(27)

Il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali tesiġi li l-Istati Membri jibagħtu informazzjoni dwar l-għadd ta’ kontrolli mwettqa u r-riżultati tagħhom sa dati ta’ skadenza speċifiċi. Dik l-istatistika ta’ kontroll tintuża biex jiġi ddeterminat il-grad ta’ żball f’livell ta’ Stat Membru u, b’mod aktar ġenerali, biex ikun ikkontrollat l-immaniġġjar tal-FAEG u tal-FAEŻR. Hija sors importanti għall-Kummissjoni għas-sodisfazzjon tagħha stess dwar l-immaniġġjar sewwa ta’ fondi u hija element essenzjali għad-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni. Minħabba n-natura vitali ta’ din l-informazzjoni ta’ statistika u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtuha f’waqtha, huwa meħtieġ li jkun hemm deterrent proporzjonat għal meta d-dejta meħtieġa tiġi pprovduta tard b’mod li d-deterrent ikun proporzjonat man-nuqqas ta’ dejta. Għalhekk, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet fejn il-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi parti mill-pagamenti kull xahar jew interim li dwarhom ma tkunx intbagħtet f’waqtha l-informazzjoni rilevanti ta’ statistka. Madankollu, tali sospensjoni għandha tintuża biss meta d-dewmien ipoġġi f’riskju l-mekkaniżmu annwali tal-kwittanza tal-baġit, bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Il-finanzjament ta’ miżuri u operazzjonijiet skont il-PAK għandu parzjalment jinvolvi l-immaniġġjar komuni. Biex jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni jiġu mmaniġġjati tajjeb, il-Kummissjoni għandha tagħmel kontrolli fuq l-immaniġġjar tal-fondi mill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli li jagħmlu l-pagamanti. Ikun xieraq li tiġi ddefinita n-natura tal-kontrolli li għandhom isiru mill-Kummissjoni , li jiġu speċifikati t-termini tar-responsabbiltajiet tagħha biex jiġi implimentat il-baġit u li jiġu ċċarati l-obbligi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri.

(30)

Il-finanzjament ta’ miżuri u operazzjonijiet skont il-PAK għandu parzjalment jinvolvi l-immaniġġjar komuni. Biex jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni jiġu mmaniġġjati tajjeb, il-Kummissjoni għandha tagħmel kontrolli meħtieġa fuq l-immaniġġjar tal-fondi mill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli li jagħmlu l-pagamanti. Ikun xieraq li jiġu ddefiniti r-regoli u l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kontrolli kif ukoll in-natura tagħhom, li jiġu speċifikati t-termini tar-responsabbiltajiet tagħha biex jiġi implimentat il-baġit u li jiġu ċċarati l-obbligi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha li tara li s-sistemi ta’ mmaniġġjar u spezzjoni għal infiq tal-Unjoni fl-Istati Membri jkunu jeżistu u jkunu qed jaħdmu tajjeb, għandu jkun hemm provvediment , irrispettivament mill-ispezzjoni magħmula mill-Istati Membri nfushom , għal kontrolli minn persuni delegati mill-Kummissjoni li jkunu jistgħu jitolbu assistenza mill-Istati Membri fix-xogħol tagħhom.

(31)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha li tara li s-sistemi ta’ mmaniġġar u spezzjoni għall-infiq tal-Unjoni fl-Istati Membri jkunu qiegħdin hemm u jkunu qed jaħdmu tajjeb, għandu jsir provvediment, għal kontrolli minn persuni delegati mill-Kummissjoni li jkunu jistgħu jitolbu assistenza mill-Istati Membri fil-ħidma tagħhom. Tali provvediment nazzjonali għandu jqis il-prinċipju ta' proporzjonalità, il-livell ta' fiduċja li jeżisti fir-rigward l-affidabilità tal-kontroll nazzjonali u s-sistemi ta' ġesjtoni, u l-effettività globali tal-kontrolli nazzjonali fil-kontrolli li tkun wettqet il-Kummissjoni.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Il-proċeduri ta’ rkupru użati mill-Istati Membri jista’ jkollhom l-effett li jdewmu l-irkupru għal għadd ta’ snin, b’ebda garanzija li r-riżultat ikun fil-fatt wieħed ta’ suċċess. L-ispiża għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-proċeduri tista’ wkoll ma tkunx proporzjonata mal-ammonti li jinġabru jew li jkunu jistgħu jinġabru. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jitħallew li f’ċerti każijiet iwaqqfu milli jissoktaw proċeduri ta’ rkupru.

(36)

Il-proċeduri ta’ rkupru użati mill-Istati Membri jista’ jkollhom l-effett li jdewmu l-irkupru għal għadd ta’ snin, b’ebda garanzija li r-riżultat ikun fil-fatt wieħed ta’ suċċess. L-ispiża għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-proċeduri tista’ wkoll ma tkunx proporzjonata mal-ammonti li jinġabru jew li jkunu jistgħu jinġabru. Il-livell minimu għall-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament, inkluż l-interess, huwa stabbilit baxx ħafna u l-irkupru għandu jsir biss meta dan ikun kosteffettiv. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jitħallew li f’ċerti każijiet iwaqqfu milli jissoktaw proċeduri ta’ rkupru.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, għandhom jittieħdu miżuri mill-Istati Membri biex huma stess ikunu sodisfatti li tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR jitwettqu verament u jiġu esegwiti b’mod sewwa. L-Istati Membri għandhom ukoll ma jħallu ssir ebda irregolarità u ma jħallu ebda nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi mwettqin minn benefiċjarji, u għandhom jikxfuhom u jittrattawhom b’mod effettiv. Għal dan il-għan, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea .

(37)

Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, għandhom jittieħdu miżuri proporzjonati mill-Istati Membri biex huma stess ikunu sodisfatti li tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR jitwettqu verament u jiġu esegwiti b’mod sewwa. L-Istati Membri għandhom ukoll ma jħallu ssir ebda irregolarità u ma jħallu ebda nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi mwettqin minn benefiċjarji, u għandhom jikxfuhom u jittrattawhom b’mod effettiv. Għal dan il-għan, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea . Sabiex ikun żgurat li l-prijoritajiet u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni jkunu konsistenti, ir-riskji għall-ambjent u s-saħħa pubblika għandhom jiddaħħlu fl-ambitu ta' dak li hu meqjus bħala riskjuż għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-ispejjeż assoċjati magħhom jiġu esternalizzati f’oqsma oħra tan-nefqa pubblika, inkluża dik tal-Unjoni. L-imminimizzar tal-infiq addizzjonali f’oqsma oħra għandu jiżgura l-effiċjenza fl-infiq pubbliku.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)

Barra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet iktar dettaljati f'dan ir-Regolament li jittrattaw l-irregolaritajiet fil-qasam tal-politika agrikola komuni. Benefiċjarju li jirċievi l-għajnuna mingħajr ma jikkonforma mal-kriterji ta' eliġibbiltà jew mal-impenji għall-għoti ta' din l-għajnuna għandu jitqies li kiseb vantaġġ li ma kellux jikseb. Tali vantaġġi għandhom jitneħħew skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95. Sabiex ikun inqas possibbli għall-benefiċjari li ma jikkonformawx, għandhom jiġu applikati penali amministrattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 fil-forma ta' tnaqqis jew esklużjoni mill-għajnuna, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet meta jkun hemm irregolaritajiet intenzjonati jew dawk ikkawżati minn negliġenza. Dawn il-penali amministrattivi jistgħu jeffettwaw l-għajnuna li għaliha jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' eliġibilità jew l-impenji. Madankollu, hu importanti li, fil-każ tal-irregolaritajiet relatati mat-Titolu III tal-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [DP] , is-somma tat-tneħħija u t-tnaqqis kollha tal-għajnuna m'għandhiex taqbeż il-pagament imsemmi f'dak il-Kapitolu.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

F’diversi regolamenti agrikoli settorjali jeżistu dispożizzjonijiet relatati ma’ prinċipji ġenerali dwar kontrolli, rtirar, riduzzjonijiet jew esklużjonijiet minn pagamenti u ma’ impożizzjoni ta’ penali. Dawk ir-regoli għandhom jinġabru fl-istess qafas legali f’livell orizzontali. Għandhom ikopru l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward ta’ verifiki amministrattivi u fuq il-post, ir-regoli dwar l-irkupru, ir-riduzzjoni u l-esklużjonijiet ta’ għajnuna. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-verifiki ta’ obbligi li ma jkunux neċessarjament marbutin mal-pagament ta’ għajnuna.

(38)

F’diversi regolamenti agrikoli settorjali jeżistu dispożizzjonijiet relatati ma’ prinċipji ġenerali dwar kontrolli, irtirar, riduzzjonijiet jew esklużjonijiet minn pagamenti u ma’ impożizzjoni ta’ penali amministrattivi proporzjonati . Dawk ir-regoli għandhom jinġabru fl-istess qafas legali f’livell orizzontali. Għandhom ikopru l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward ta’ verifiki amministrattivi u fuq il-post inklużi l-prinċipji ġenerali u l-kriterji applikabbli , ir-regoli dwar l-irkupru, ir-riduzzjoni u l-esklużjonijiet ta’ għajnuna. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-verifiki ta’ obbligi li ma jkunux neċessarjament marbutin mal-pagament ta’ għajnuna. Jeħtieġ li jsir provvediment għal inċentiv b’saħħtu għall-Istati Membri biex inaqqsu l-għadd ta’ kontrolli fuq il-post meta r-rata ta’ żbalji tkun f’livell aċċettabbli, kif ukoll għall-flessibilità fuq il-bażi tal-istandards abitwali tal-Istati Membri jew tar-reġjuni kkonċernati, li jippermetti eċċezzjonijiet iġġustifikati għal raġunijiet agronomiċi, ekoloġiċi jew ambjentali.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)

Sistema ġusta ta' penali għall-bdiewa li jwettqu irregolaritajiet għandha telimina l-penali doppji u l-applikazzjoni simultanja ta’ penali amministrattivi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew penali kriminali fl-ambitu tad-dritt kriminali, ħlief f’każijiet ta’ frodi.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 38b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38b)

Il-penali amministrattiva, inkluż l-obbligu li jitħallas lura kwalunkwe pagament miksub mill-bidwi, ma għandhiex tkun imposta fuq il-bażi ta' ċirkustanzi li jkunu oġġettivament barra l-kontroll tal-bidwi, u partikolarment mhux ta' avvenimenti imprevedibbli.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

L-elementi ewlenin ta’ dik is-sistema integrata u, partikolarment, id-dispożizzjonijiet dwar id-database kompjuterizzata, sistema ta’ identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli, applikazzjonijiet għall-għajnuna jew talbiet għall-pagamenti u sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagamenti għandhom jinżammu.

(41)

L-elementi ewlenin ta’ dik is-sistema integrata u, partikolarment, id-dispożizzjonijiet dwar id-database kompjuterizzata, sistema ta’ identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli, applikazzjonijiet għall-għajnuna jew talbiet għall-pagamenti u sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagamenti għandhom jinżammu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu xieraq mit-teknoloġija meta jistabbilixxu dawn is-sistemi, bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu żgurati kontrolli effiċjenti u effettivi.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

Skont dak ir-Regolament (KE) Nru 485/2008, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, u partikolarment biex jaraw jekk l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG ikunux ġenwini u konformi. Fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jiġu integrati fl-istess att. Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandu, għalhekk, jitħassar.

(44)

Skont dak ir-Regolament (KE) Nru 485/2008, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, u partikolarment biex jaraw jekk l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG ikunux ġenwini u konformi. Fl-interessi tas-sempliċità, taċ-ċarezza u r-razzjonalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jiġu integrati fl-istess att. Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandu, għalhekk, jitħassar.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, li kien issostitwit mir-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbilixxa l-prinċipju li l-pagament sħiħ lil benefiċjarji ta’ xi għajnuniet skont il-PAK għandu jkollu rabta ma’ konformità ma’ regoli relatati mal-immaniġġjar ta’ artijiet, ma’ produzzjoni agrikola u ma’ attività agrikola. Dak il-prinċipju wara kien rifless fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)26 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS). Skont din l-hekk imsejħa sistema ta’ 'kundizzjonalità' l-Istati Membri għandhom jimponu penali fl-għamla ta’ riduzzjoni jew esklużjoni ta’ għajnuna riċevuta skont il-PAK, fl-intier jew parzjalment.

(50)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, li kien issostitwit mir-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbilixxa l-prinċipju li l-pagament sħiħ lil benefiċjarji ta’ xi għajnuniet skont il-PAK għandu jkollu rabta ma’ konformità ma’ regoli relatati mal-immaniġġjar ta’ artijiet, ma’ produzzjoni agrikola u ma’ attività agrikola. Dak il-prinċipju wara kien rifless fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)26 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS). Skont din l-hekk imsejħa sistema ta’ 'kundizzjonalità' l-Istati Membri għandhom jimponu penali amministrattivi fl-għamla ta’ riduzzjoni jew esklużjoni ta’ għajnuna riċevuta skont il-PAK, fl-intier jew parzjalment , bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità u b'kunsiderazzjoni tal-kriterji ġenerali għall-iggradar ta' dawn il-penali kif definit f’dan ir-Regolament .

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)

Jeħtieġ li rekwiżiti statutorji ta’ mmaniġġjar jiġu implimentati b’mod sħiħ mill-Istati Membri biex isiru funzjonali f’livell ta’ farm u jiżguraw it-trattament ugwali neċessarju bejn il-bdiewa.

(53)

Jeħtieġ li rekwiżiti statutorji ta’ mmaniġġjar jiġu implimentati b’mod sħiħ mill-Istati Membri biex isiru funzjonali f’livell ta’ farm u jiżguraw it-trattament ugwali neċessarju bejn il-bdiewa. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida dwar l-interpretazzjoni tar-regoli dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali għal skopijiet ta' kundizzjonalità, li għandhom, meta jkun xieraq, jipprevedu l-flessibilità fil-livell tal-azjendi agrikoli sabiex jintlaħaq il-bilanċ neċessarju bejn il-salvagwardja tal-ispirtu tal-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi proporzjonati fil-każ biss ta' nuqqas ta' konformità attribwibbli direttament u bla dubju lill-benefiċjarji, b'mod partikolari fir-rigward ta' falliment repetut tat-tekonoloġija li tkun qed tintuża.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-dispożizzjonijiet se jkunu biss operazzjonali taħt kundizzjonalità meta l-Istati Membri kollha jkunu implimentawhom bis-sħiħ, b'mod partikolari, billi jimponu obbligi ċari għall-bdiewa. Skont id-Direttiva, ir-rekwiżiti fuq livell ta' farm se jkunu applikat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2013.

imħassar

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)

Skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru 1979 dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi għandha titħassar fit-23 ta' Diċembru 2013. Sabiex jinżammu r-regoli taħt kondizzjonalità relatata mal-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art, huwa xieraq, sakemm tiġi inkluża d-Direttiva 2000/60/KE fil-kondizzjonalità, li jiġi aġġustat il-kamp ta' applikazzjoni tal-kondizzjonalità u jiġi ddefinit standard ta' kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba li jinkludi r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 80/68/KEE.

imħassar

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)

Is-sistema ta’ kundizzjonalità timplika ċerti limitazzjonijiet amministrattivi kemm għal benefiċjarji kif ukoll għal amministrazzjonijiet nazzjonali minħabba li għandha tiġi żgurata ż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet, għandhom isiru kontrolli u għandhom jiġu applikati penali fejn ikun meħtieġ. Dawn il-penali għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u disswassivi. Tali penali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal penali oħra stabbiliti b’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni. F’ġieħ il-konsistenza, ikun xieraq li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jkunu kkonsolidati fi strument legali wieħed. Għal bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħar imsemmija fil-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx[DP], l-isforzi li għandhom isiru skont is-sistema ta’ kundizzjonalità jistgħu jitqiesu li jeċċedu l-benefiċċju li dawk il-bdiewa jinżammu f’dik is-sistema. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, dawk il-bdiewa għandhom, għalhekk, ikunu eżenti mill-kundizzjonalità u partikolarment mis-sistema tagħha ta’ kontrolli u mir-riskju ta’ penali tal-kundizzjonalità. Madankollu, dik l-eżenzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jitħarsu d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġiżlazzjoni settorjali u għall-possibbiltà ta’ kontrolli u ta’ impożizzjoni ta’ penali skont dik il-leġiżlazzjoni.

(57)

Is-sistema ta’ kundizzjonalità timplika ċerti limitazzjonijiet amministrattivi kemm għal benefiċjarji kif ukoll għal amministrazzjonijiet nazzjonali minħabba li għandha tiġi żgurata ż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet, għandhom isiru kontrolli u għandhom jiġu applikati penali fejn ikun meħtieġ. Dawn il-penali għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u disswassivi. Tali penali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal penali oħra stabbiliti b’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni. F’ġieħ il-konsistenza, ikun xieraq li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jkunu kkonsolidati fi strument legali wieħed. Għal bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħar imsemmija fil-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru …/2013[DP], l-isforzi li għandhom isiru skont is-sistema ta’ kundizzjonalità jistgħu jitqiesu li jeċċedu l-benefiċċju li dawk il-bdiewa jinżammu f’dik is-sistema. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, dawk il-bdiewa għandhom, għalhekk, ikunu eżenti mill-kundizzjonalità u partikolarment mis-sistema tagħha ta’ kontrolli u mir-riskju ta’ penali tal-kundizzjonalità. Madankollu, dik l-eżenzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jitħarsu d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġiżlazzjoni settorjali u għall-possibbiltà ta’ kontrolli u ta’ impożizzjoni ta’ penali skont dik il-leġiżlazzjoni. Ksur minuri mhux intenzjonat assoċjat ma’ spezzjonijiet ta’ kundizzjonalità m’għandux jirriżulta f’penali. Minflok għandha tinħareġ twissija filwaqt li l-konformità tiġi mmonitorjata fi spezzjoni ġejjiena.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)

Implimentazzjoni effikaċi tal-kundizzjonalità teħtieġ verifika fil-livell tal-benefiċjarji li l-obbligi jitħarsu. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li ma japplikax riduzzjoni jew esklużjoni fejn l-ammont konċernat ikun anqas minn EUR 100, l-awtorità tal-kontroll kompetenti għandha, għal kampjun ta’ benefiċjarji fis-sena ta’ wara, tivverifika li s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità konċernata jkunu ġew irrimedjati.

(60)

Implimentazzjoni effikaċi tal-kundizzjonalità teħtieġ verifika fil-livell tal-benefiċjarji li l-obbligi jitħarsu. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li ma japplikax riduzzjoni jew esklużjoni fejn l-ammont konċernat ikun anqas minn EUR 100, l-awtorità tal-kontroll kompetenti għandha, għal kampjun ta’ benefiċjarji fis-sena ta’ wara, tivverifika li s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità konċernata jkunu ġew irrimedjati. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu sistema ta’ twissija bikrija applikabbli għall-ewwel nuqqasijiet ta’ konformità li ma jkunux severi sabiex tinkiseb aċċettazzjoni aħjar tas-sistema tal-kundizzjonalità min-naħa tal-komunitajiet tal-bdiewa u sabiex dawn ikunu involuti aħjar fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti. Din is-sistema għandha tinkludi ittri ta' twissjona li jitolbu azzjoni rimedjali mill-benefiċċjarju kkonċernat u din għandha tkun segwita, fis-sena ta' wara, b'verifika, mill-Istat Membru, tal-konformità.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68)

Kull miżura tal-PAK għandha tkun suġġetta għal monitoraġġ u evalwazzjoni biex titjieb il-kwalità tagħha u jintwera dak li tista’ twettaq. F'dan il-kuntest għandha tiġi ddeterminata lista ta' indikaturi u l-impatt tal-politika tal-PAK jiġi vvalutat mill-Kummissjoni b'rabta mal-objettivi politiċi. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf qafas għal monitoraġġ u evalwazzjoni komuni li jiżgura fost affarijiet oħra li dejta rilevanti, inkluż informazzjoni mill-Istati Membri, tkun disponibbli b’mod f’waqtu. Meta tagħmel dan għandha tqis il-ħtiġijiet ta' dejta u s-singerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II iddikjarat li n-nefqa relatata mal-klima fil-baġit kumplessiv tal-Unjoni għandha tiżdied għal mill-inqas 20 %, b' kontribuzzjoni minn politiki differenti. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun kapaċi tevalwa l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni fil-qafas tal-PAK għall-objettivi tal-klima..

(68)

Kull miżura tal-PAK għandha tkun suġġetta għal monitoraġġ u evalwazzjoni biex titjieb il-kwalità tagħha u jintwera dak li tista’ twettaq. F'dan il-kuntest għandha tiġi ddeterminata lista ta' indikaturi u l-impatt tal-politika tal-PAK jiġi vvalutat mill-Kummissjoni b'rabta mal-objettivi politiċi. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf qafas għal monitoraġġ u evalwazzjoni komuni li jiżgura fost affarijiet oħra li dejta rilevanti, inkluż informazzjoni mill-Istati Membri, tkun disponibbli b’mod f’waqtu. Meta tagħmel dan għandha tqis il-ħtiġijiet ta' dejta u s-singerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta , filwaqt li tirreferi kemm jista’ jkun għal sorsi eżistenti ta' dejta . Barra minn hekk, il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jqis, u jirrifletti dwar, l-istruttura tal-PAK, peress li l-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għat-tieni pilastru ma jistax jiġi applikat għall-ewwel pilastru, b’mod partikulari għax fl-ambitu tal-ewwel pilastru hemm lok għall-ġenerazzjoni ta' sinerġiji, minħabba n-natura kumparabbilment uniformi tal-miżuri. Dan għandu jitqies kif jixraq. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II iddikjarat li n-nefqa relatata mal-klima fil-baġit kumplessiv tal-Unjoni għandha tiżdied għal mill-inqas 20 %, b' kontribuzzjoni minn politiki differenti. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun kapaċi tevalwa l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni fil-qafas tal-PAK għall-objettivi tal-klima..

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 70c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70c)

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti ma tikkontestax il-leġittimità tal-objettiv li jissaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAER u mill-FAEŻR. Dan il-għan għandu jiġi analizzat fid-dawl tal-qafas ġdid ta’ ġestjoni finanzjarja u ta’ kontroll li għandu jiġi applikat mill-1 ta’ Jannar 2014. Fil-kuntest ta’ dan il-qafas, il-kontrolli mill-amministrazzjonijiet nazzjonali ma jistgħux ikunu eżawrjenti, u b'mod partikulari, għall-iskemi kważi kollha, parti limitata biss mill-popolazzjoni tista' tiġi vverifikata fuq il-post. Żieda fir-rati minimi ta’ kontroll lil hinn mil-livelli li bħalissa jiġu applikati, f'dan il-kuntest kieku tpoġġi wisq piż finanzjarju u amminstrattiv addizzjonali fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u ma tkunx kosteffettiva. Barra minn dan, il-qafas ġdid jipprovdi li, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-għadd ta’ verifiki fuq il-post. F'dan l-isfond, il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-benefiċjarji tal-fondi agrikoli ssaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu ta' dawk il-fondi, u għaldaqstant, hija żieda siewja għall-qafas eżistenti tal-ġestjoni u tal-kontroll, li hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' ħarsien tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li japplikaw ir-regoli ġodda li jissemplifikaw il-proċess amministrattiv tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u jnaqqsu l-kostijiet amministrattivi, għandu jkollhom il-possibbiltà li jistrieħu fuq il-kontroll pubbliku, b'mod speċifiku permezz tal-effett preventiv u diżwassiv tiegħu kontra l-frodi jew kwalunwke abbuż tal-fondi pubbliċi, billi jiskoraġġixxu l-benefiċjarji individwali milli jwettqu mġiba mhux xierqa.

(70c)

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti ma tikkontestax il-leġittimità tal-objettiv li jissaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAER u mill-FAEŻR.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 70d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70d)

L-objettiv tal-kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAEG u mill-FAEŻR, imfittex bil-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji, jista' jinkiseb biss billi jiġi żgurat ċertu livell ta’ tagħrif li għandu jitwassal għall-għarfien tal-pubbliku. Dak it-tagħrif għandu jkopri dejta dwar l-identità tal-benefiċjarju, l-ammont mogħti u fil-kuntest ta' liema fondi, l-għan u n-natura tal-miżura kkonċernata. Il-pubblikazzjoni ta’ dak it-tagħrif għandha ssir b'tali mod li tikkaġuna inqas interferenza mad-dritt tal-benefiċjarji li l-ħajja privata tagħhom tiġi rispettata b'mod ġenerali, u li titħares partikularment id-dejta personali tagħhom, u d-drittijiet rikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea.

(70d)

L-għan tal-kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAEG u mill-FAEŻR, imfittex bil-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji, jista' jinkiseb biss billi jiġi żgurat ċertu livell ta’ tagħrif li għandu jinġieb għall-għarfien tal-pubbliku. Dak it-tagħrif għandu jkopri dejta dwar l-identità tal-benefiċjarju, l-ammont mogħti u fil-kuntest ta' kull wieħed mill-fondi, l-għan u n-natura tal-miżura kkonċernata. Bil-għan li tingħata stampa eżatta tad-distribuzzjoni territorjali tal-appoġġ tal-PAK, it-tagħrif dwar il-post fejn jinsabu l-impriżi li għalihom japplikaw dawk il-miżuri għandu jingħata wkoll. Id-dritt tal-benefiċjarji li l-ħajja privata tagħhom tiġi rispettata b'mod ġenerali, u li titħares partikularment id-dejta personali tagħhom, u d-drittijiet rikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu salvagwardjati .

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 70f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70f)

Sabiex jiġi rispettat bilanċ bejn l-għan imfittex tal-kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAEG u mill-FAEŻR, minn naħa waħda, u bejn id-dritt tal-benefiċjarji li tiġi rispettata l-ħajja privata tagħhom, b'mod ġenerali, u li tiġi protetta d-data personali tagħhom, min-naħa l-oħra, għandu jittieħed kont tal-importanza tal-għajnuna. Wara l-analiżi fil-fond u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, ħareġ fid-dieher li sabiex tissaħħaħ l-effettività ta' tali pubblikazzjoni, u sabiex tiġi limitata l-interferenza mad-drittijiet tal-benefiċjarji, għandu jiġi stabbilit livell minimu fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna riċevut, li taħtu ma jiġix ippubblikat isem il-benefiċjarju.

imħassar

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 70 g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70 g)

Dan il-livell limitu għandu jirrifletti u jkun ibbażat fuq il-livell tal-iskemi ta' appoġġ stabbiliti fil-qafas tal-PAK. Billi l-istrutturi tal-ekonomiji agrikoli tal-Istati Membri jvarjaw b'mod konsiderevoli u jistgħu jkunu differenti ferm mill-istruttura ta’ azjenda agrikola medja fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw livelli limitu minimi li jirriflettu l-qagħda partikolari tagħhom. Ir-Regolament xxx/xxx [DP] jistipula skema sempliċi u speċifika għall-azjendi agrikoli ż-żgħar. L-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament jistipula kriterji għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna. Għall-finijiet ta' konsistenza, dawk il-kriterji għandhom jintużaw ukoll għall-iffissar ta' limiti minimi speċifiċi għal kull Stat Membru, għall-pubblikazzjoni ta' isem benefiċjarju. Għajr għall-isem, taħt dak il-livell minimu speċifiku, il-pubblikazzjoni għandu jkun fiha t-tagħrif rilevanti kollu, bil-għan li min iħallas it-taxxa jkollu aċċess għal stampa preċiża tal-PAK.

imħassar

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 70h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70h)

Barra minn hekk, billi dan it-tagħrif isir aċċessibbli għall-pubbliku, titjieb it-trasparenza fir-rigward tal-użu tal-fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk isir kontribut lejn il-viżibbiltà u l-fehim aħjar tal-istess politika. It-trasparenza tgħin liċ-ċittadini jieħdu sehem b’mod aktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u tiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi minn leġittimità akbar, u tkun aktar effettiva u responsabbli fir-rigward taċ-ċittadin. Dan ikun jgħin ukoll biex in-nies lokali jixhdu eżempji konkreti tal-forniment ta' “beni pubbliċi” permezz tal-biedja, u jissottolinja l-leġittimità tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu. Barra minn hekk, tissaħħaħ ir-responsabbiltà personali tal-bdiewa fl-użu tal-fondi pubbliċi li jirċievu.

(70h)

Barra minn hekk, billi dan it-tagħrif isir aċċessibbli għall-pubbliku, titjieb it-trasparenza fir-rigward tal-użu tal-fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk isir kontribut lejn il-viżibbiltà u l-fehim aħjar tal-istess politika. Jeħtieġ li jiġu applikati wkoll regoli simili fir-rigward tal-benefiċjarji ta’ finazjament minn fondi oħra tal-Unjoni (il-FEŻR, il-FSE u l-FES) sabiex dan l-objettiv ikun jista' jinkiseb ukoll fi ħdan oqsma oħra tal-politika tal-Unjoni. It-trasparenza tgħin liċ-ċittadini jieħdu sehem b’mod aktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u tiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi minn leġittimità akbar, u tkun aktar effettiva u responsabbli fir-rigward taċ-ċittadin. Dan ikun jgħin ukoll biex in-nies lokali jixhdu eżempji konkreti tal-forniment ta' “beni pubbliċi” permezz tal-biedja, u jissottolinja l-leġittimità tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu. Barra minn hekk, tissaħħaħ ir-responsabbiltà personali tal-bdiewa fl-użu tal-fondi pubbliċi li jirċievu.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Id-definizzjonijiet ta’ “bidwi”, “attività agrikola”, “żona agrikola” , “impriża” stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) xxx/xxx[DP] għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament , ħlief kif ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament .

1.   Id-definizzjonijiet ta’ “bidwi”, “attività agrikola” u “żona agrikola” stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) …/2013[DP] għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ħlief għall-finijiet tat-Titolu VI, id-definizzjonijiet ta’ “impriża”stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) xxx/xxx[DP] għandha tapplika għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “leġiżlazzjoni agrikola settorjali” tfisser kwalunkwe att applikabbli adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 43 tat-TFUE fil-qafas tal-PAK kif ukoll, meta applikabbli, kwalunkwe att delegat jew att ta' implimentazzjoni adottat fuq il-bażi ta' dawk l-atti.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

marda tal-pjanti li tolqot l-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew parti minnhom;

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

esproprjazzjoni ta' parti kbira ta' impriża jekk dik ma setgħetx tiġi antiċipata fil-ġurnata li ġiet imressqa l-applikazzjoni.

(f)

esproprjazzjoni tal-impriża kollha jew parti minnha jekk dik ma setgħetx tiġi antiċipata fil-ġurnata li ġiet imressqa l-applikazzjoni , jew ripussess tal-art mis-sid .

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi apposta tal-Istati Membri responsabbli mill-immaniġġjar u l-kontroll ta’ nfiq imsemmi fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 5.

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri responsabbli mill-immaniġġjar u l-kontroll ta’ nfiq kollu msemmi kemm fl-Artikolu 4(1) kif ukoll fl-Artikolu 5.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi ta’ riskju, tirrevedi l-evidenza dokumentarja provduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 102 u tevalwa l-funzjonament tas-sistemi sabiex tikkonferma li l-korpi ta’ ġestjoni u kontroll jissodisfaw il-kundizzjonijiet nazzjonali għall-akkreditazzjoni.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ mmaniġġjar dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament sewwa tas-sistemi interni ta’ kontroll, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi u u r-rispett għall-prinċipju tal-immaniġġjar finanzjarju sod ;

(b)

dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ġestjoni aniġment dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament sewwa tas-sistemi interni ta’ kontroll, fuq il-bażi ta’ kriterji miżurabbli ta' prestazzjoni, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi;

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

sommarju tar-riżultati tal-verifiki u kontrolli disponibbli kollha li ġew imwettqa, inkluża analiżi ta' dgħufijiet sistematiċi jew rikorrenti kif ukoll ta' azzjonijiet korrettivi mwettqa jew ippjanati.

(c)

sommarju ta’:

 

 

(i)

tar-riżultati tal-verifiki u kontrolli disponibbli kollha li ġew imwettqa, inkluża analiżi ta' dgħjufijiet sistematiċi u rikorrenti kif ukoll ta' azzjonijiet korrettivi mwettqa jew ippjanati,

 

 

(ii)

l-istatistiċi tal-kontrolli rappurtati f’konformità mal-Artikolu 102(1)(c)(v), u

 

 

(iii)

kontrolli oħra li huma meqjusin rilevanti .

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – frażi introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fejn ikunu akkreditati aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, l-Istat Membru għandu jaħtar korp, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “korp ta’ koordinazzjoni”, li lilu jassenja l-kompiti li ġejjin:

4.   Meta , minħabba l-arranġamenti kostituzzjonali ta' Stat Membru, ikunu akkreditati aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, l-Istat Membru għandu jagħżel korp, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “korp ta’ koordinazzjoni”, li lilu jassenja l-kompiti li ġejjin:

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Fejn aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tħarisx jew ma tkunx għadha tħares wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jirtira l-akkreditazzjoni tiegħu sakemm l-aġenzija tal-pagamenti tagħmel it-tibdiliet meħtieġa fil-perjodu li għandu jkun iddeterminat skont kemm tkun severa l-problema.

5.   Fejn aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tħarisx jew ma tkunx għadha tħares wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu , fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, jirtira l-akkreditazzjoni tiegħu sakemm l-aġenzija tal-pagamenti tagħmel it-tibdiliet meħtieġa fil-perjodu li għandu jkun iddeterminat skont kemm tkun severa l-problema.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

regoli dwar l-ambitu u l-ħidma fil-bażi tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward ta’ intervent pubbliku, kif ukoll il-kontenut tal-ġestjoni u r-responsabbiltajiet ta’ kontroll tagħhom;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward ta’ intervent pubbliku, kif ukoll dwar il-kontenut tal-immaniġġjar u r-responsabbiltajiet ta’ kontroll tagħhom.

imħassar

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun korp ta’ verifika pubbliku jew privat maħtur mill-Istat Membru li għandu jagħti opinjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-maniġment dwar il-garanzija tal-kompletezza , l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali tal-aġenzija tal-pagamenti, il-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kontrolli interni tagħha, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, kif ukoll l-osservanza tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda .

1.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun korp ta’ verifika pubbliku jew privat . Meta dan ikun korp ta’ verifika privat, għandu jiġi magħżul mill-Istat Membru permezz ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jagħti opinjoni , imħejjija skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, dwar il-kompletezza , l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali tal-aġenzija tal-pagamenti, il-funzjonament xieraq u l-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ kontroll applikati kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi . Din l-opinjoni għandha tiddikjara , inter alia, jekk l-eżami jitfax dubju fuq id-dikjarazzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjoni tal-ġestjoni dwar il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(b) .

Huwa għandu jkun indipendenti mil-lat ta’ operazzjonijiet kemm mill-aġenzija tal-pagamenti konċernata, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat dik l-aġenzija.

Huwa għandu jkun indipendenti mil-lat ta’ operazzjonijiet kemm mill-aġenzija tal-pagamenti konċernata, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat dik l-aġenzija.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-istatus tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni , il-kompiti speċifiċi, inklużi l-kontrolli, li huma jkollhom jesegwixxu, kif ukoll iċ-ċertifikati u r-rapporti, flimkien mad-dokumenti li jkun hemm magħhom, li għandhom isiru minn dawk il-korpi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati , skont l-Artikolu 111, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-istatus tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni u l-kompiti speċifiċi, inklużi l-kontrolli, li għandhom ikunu strutturati bl-iktar mod effiċjenti, billi jkunu bbażati kemm jista’ jkun fuq kampjuni integrati bil-għan li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u l-Istati Membri.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li għandhom jitfasslu mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, flimkien mad-dokumenti li jkun hemm magħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ konsulenza għal benefiċjarji dwar l-immaniġġjar ta’ artijiet u farms ( minn hawn ’il quddiem imsejħa “Sistema Konsultattiva għall-farms”) imħaddma minn korp wieħed maħtur jew aktar. Il-korpi maħtura jistgħu jkunu pubbliċi jew privati.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ konsulenza għal benefiċjarji dwar il-ġestjoni tal-artijiet , il-ġestjoni tal-azjendi agrikoli , u l-ġestjoni tar-riskju tal-azjendi agrikoli ('Sistema Konsultattiva għall-azjendi agrikoli') imħaddma minn korp wieħed magħżul jew aktar. Il-korpi magħżula jistgħu jkunu pubbliċi u/jew privati.

2.   Is-sistema konsultattiva għall-farms għandha tkopri mill-anqas:

2.   Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha tkopri mill-anqas:

(a)

ir-rekwiżiti statutorji ta’ mmaniġġjar u l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art kif stabbiliti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI;

(a)

obbligi fil-livell tal-azjendi agrikoli li jirriżultaw mir-rekwiżiti statutorji ta’ mmaniġġjar u l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art kif stabbiliti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI;

(b)

il-prattiki agrikoli ta’ ġid għall-klima u l-ambjent kif stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP] u ż-żamma taż-żona agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP];

(b)

il-prattiki agrikoli ta’ ġid għall-klima u l-ambjent kif stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP] u ż-żamma taż-żona agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP];

(c)

ir-rekwiżiti jew l-azzjonijiet relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ilma, in-notifika ta’ mard tal-annimali u tal-pjanti u l-innovazzjoni mill-anqas kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(c)

ir-rekwiżiti jew l-azzjonijiet relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ilma, in-notifika ta’ mard tal-annimali u tal-pjanti u l-innovazzjoni mill-anqas kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

 

(ca)

l-iżvilupp sostenibbli tal-attivitajiet ekonomiċi tal-azjendi agrikoli skont il-miżuri previsti fil-programmi ta’ żvilupp rurali, inklużi dawk għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, il-bini tal-kompetittività, l-integrazzjoni settorjali, l-innovazzjoni u l-orjentazzjoni tas-suq kif ukoll il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-kontabilità, l-intraprenditorija u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ekonomiċi;

(d)

l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-farms żgħar kif iddefinit mill-Istati Membri u, tal-anqas, tal-farms li jipparteċipaw fl-Iskema tal-bdiewa żgħar imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx[DP].

(d)

il-prestazzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-azjendi agrikoli kif iddefiniti mill-Istati Membri bil-prijorità tingħata lil dawk li jipparteċipaw fl-Iskema tal-bdiewa żgħar imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru …/2013[DP].

3.   Is-sistema konsultattiva għall-farms tista’ wkoll tkopri partikolarment :

3.   Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli tista’ wkoll tkopri , inter alia, dan li ġej :

(a)

l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika ta' azjendi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu (2)(d);

 

 

(aa)

il-promozzjoni ta’ konverżjonijiet ta’ azjendi agrikoli u d-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika tagħhom,

 

(ab)

il-ġestjoni tar-riskju u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet preventivi xierqa biex jiġu indirizzati diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi u l-mard tal-annimali u tal-pjanti;

 

(ac)

konsulenza dwar il-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara u dwar l-użu ta’ alternattivi mhux kimiċi.

(b)

ir-rekwiżiti minimi stabbiliti minn leġiżlazzjoni nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 29(3) u 30(2) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [RD] eferenza għad-dispożizzjoni rilevanti ta’ eliġibbiltà għal miżuri agroambjentali].

(b)

ir-rekwiżiti stabbiliti minn leġiżlazzjoni nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru …/2013[RD]

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti tas-sistema konsultattiva għall-farms ikunu kwalifikati kif xieraq u  mħarrġin regolarment.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti tas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli jkunu kwalifikati kif xieraq u regolarment jattendu taħriġ waqt li jkunu fis-servizz .

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tipprovdi lill-benefiċjarju , fejn ikun xieraq bl-użu ta’ mezzi elettroniċi, bil-listi adatti ta’ korpi maħturin .

3.   L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-benefiċjarju potenzjali bil-listi adatti ta’ korpi magħżula primarjament permezz ta' mezzi elettroniċi .

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-benefiċjarji, kemm jekk jirċievu għajnuna skont il-politika agrikola komuni jew le, inkluż l-iżvilupp rurali, jistgħu jużaw fis-sistema konsultattiva għall-farms fuq bażi volontarja.

Il-benefiċjarji, kemm jekk jirċievu għajnuna skont il-politika agrikola komuni jew le, inkluż l-iżvilupp rurali, jistgħu jużaw fis-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli fuq bażi volontarja.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw, skont kriterji oġġettivi , il-kategoriji ta’ benefiċjarji li jkollhom aċċess ta’ prijorità għas-sistema konsultattiva għall-farms . L-Istati Membri , madankollu , għandhom jiżguraw li tingħata prijorità lil bdiewa li l- aċċess tagħhom għal servizz ta’ konsulenza minbarra s-sistema konsultattiva għall-farms huwa l-aktar limitat.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw, fuq il-bażi ta’ kriterji ambjentali , ekonomiċi u soċjali, il-kategoriji ta’ benefiċjarji li għandu jkollhom aċċess ta’ prijorità għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli, li tista’ tinkludi , inter alia:

 

(a)

dawk il-bdiewa li l-aċċess tagħhom għal servizz ta’ konsulenza minbarra s-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli huwa l-aktar limitat;

 

(b)

bdiewa li jipparteċipaw fil-miżuri maħsuba biex jiżguraw l-effiċjenza tal-karbonju, tan-nutrijenti u/jew dik enerġetika deskritti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru ../2013[DP];

 

(c)

netwerks li joperaw b’riżorsi limitati skont it-tifsira tal-Artikoli 53, 61 u 62 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [RD].

Is-sistema konsultattiva għall-farms għandha tiżgura li benefiċjarji jkollhom aċċess għall-konsulenza li tirrifletti l-qagħda speċifika tal-azjenda tagħhom.

Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha tiżgura li benefiċjarji jkollhom aċċess għall-konsulenza li tirrifletti l-qagħda speċifika tal-azjenda tagħhom.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għall-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-farms. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

imħassar

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fil-każ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprovdi għal somom li jkollhom jitnaqqsu mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha , permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , tistabbilixxi l-bilanċ nett li jkun hemm għal infiq mill-FAEG abbażi tad-dejta msemmija f’dik il-leġiżlazzjoni.

2.   Fil-każ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprovdi għal somom li jkollhom jitnaqqsu mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal Artikolu 111 , li jistabbilixxu l-bilanċ nett li jkun hemm għal infiq mill-FAEG fuq il-bażi tad-dejta msemmija f’dik il-leġiżlazzjoni.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 għandu jkollhom l-għan li jagħtu lill-Kummissjoni l-mezzi biex timmaniġġja s-swieq agrikoli tal-Unjoni f’kuntest globali, biex jiġi żgurat il-monitoraġġ agroekonomiku tal-art agrikola u tal-kundizzjoni ta’ għelejjel , biex ikunu jistgħu jsiru stimi, partikolarment fir-rigward ta’ rendimenti u produzzjoni agrikola, biex l-aċċess għal dawn l-istimi jinqasam f’kuntest internazzjonali, bħal inizjattivi kkoordinati minn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew minn aġenziji internazzjonali oħra, biex jikkontribwixxu għat-trasparenza ta’ swieq dinjin, u biex jiġi żgurat segwitu teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.

Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 għandu jkollhom l-għan li jagħtu lill-Kummissjoni l-mezzi biex timmaniġġja s-swieq agrikoli tal-Unjoni f’kuntest globali, biex jiġi żgurat il-monitoraġġ agroekonomiku u agroekoloġiku tal-art agrikola u  forestali u tal-kundizzjoni tal-bażi tar-riżorsi agrikoli u tal-għelejjel , biex ikunu jistgħu jsiru l-istimi; pereżempju fir-rigward ta’ rendimenti , effiċjenza tar-riżorsi u produzzjoni agrikola fit-tul , biex l-aċċess għal dawn l-istimi jinqasam f’kuntest internazzjonali, bħal inizjattivi kkoordinati minn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew minn aġenziji internazzjonali oħra, biex jikkontribwixxu għat-trasparenza ta’ swieq dinjin, u biex jiġi żgurat segwitu tas-sistema agrometeoroloġika.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 huma dwar il-ġbir jew ix-xiri ta’ dejta meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, inkluża dejta mis-satellita u dejta meteoroloġika, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ dejta spazjali u websajt, studji speċifiċi li għandhom isiru dwar kundizzjonijiet klimatiċi u l-aġġornament ta’ mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-miżuri għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ laboratorji u korpi nazzjonali.

Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 huma dwar il-ġbir jew ix-xiri ta’ dejta meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, inkluża dejta mis-satellita u dejta meteoroloġika, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ dejta spazjali u websajt, studji speċifiċi li għandhom isiru dwar kundizzjonijiet klimatiċi , il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u l-funzjonalità tal-ħamrija u l-aġġornament ta’ mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-miżuri għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ laboratorji u korpi nazzjonali.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Kunsill , waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li għaliha jkun japplika l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiddeterminaw l-aġġustament mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tal-istess sena kalendarja.

2.    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill , filwaqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li għaliha jkun japplika l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiddeterminaw l-aġġustament mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tal-istess sena kalendarja.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk sat-30 ta’ Ġunju ta’ kwalunkwe sena r-rata ta’ aġġustament ma tkunx stabbilita, il-Kummissjoni għandha tistabbilieha permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandha tgħarraf lill-Kunsill immedjatament. Att ta’ implimentazzjoni tali għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 112(2).

3.   Jekk sat-30 ta’ Ġunju ta’ kwalunkwe sena r-rata ta’ aġġustament ma tkunx stabbilita, il-Kummissjoni għandha tistabbilieha permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandha tgħarraf lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew immedjatament. Att ta’ implimentazzjoni tali għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 112(2).

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Sal-1 ta’ Diċembru, fuq proposta mill-Kummissjoni, abbażi ta’ informazzjoni ġdida fil-pussess tiegħu, il-Kunsill jista’ jadotta r-rata ta’ aġġustament għal pagamenti diretti stabbiliti skont il-paragrafi 2 jew 3.

4.    Jekk isir disponibbli tagħrif materjali ġdid wara l-adozzjoni, fuq il-bażi ta' dak it-tagħrif u tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni tista', sal-1 ta' Diċembru, mingħajr ma tuża l-ebda waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikolu 112(2) u (3), tadotta atti ta' implimentazzjoni li jadattaw r-rata ta’ aġġustament għal pagamenti diretti stabbiliti skont il-paragrafi 2 jew 3.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Qabel ma jiġi applikat dan l-Artikolu, għandha l-ewwel titqies il-possibbiltà li l-ammont awtorizzat mill-awtorità baġitarja għar-Riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fil-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar immaniġġjar finanzjarju sod.

6.   Qabel ma tippreżenta l-proposta msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tar-Riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fil-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar immaniġġjar finanzjarju sod , u, jekk ikunu ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal dan il-għan .

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Jekk, meta jkun qed isir l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li l-ammont imsemmi fl-Artikolu 16 għas-sena finanzjarja N ikun ser jinqabeż, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lill-Kunsill il-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma’ dak l-ammont.

2.   Jekk, meta jkun qed isir l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li l-ammont imsemmi fl-Artikolu 16 għas-sena finanzjarja N ikun ser jinqabeż, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma’ dak l-ammont.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi kwalunkwe ħin, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun hemm riskju li l-ammont imsemmi fl-Artikolu 16 ikun ser jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu miżuri adegwati biex tirrimedja s-sitwazzjoni bis-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħra biex tiżgura l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-Trattat jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

3.   Fi kwalunkwe ħin, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun hemm riskju li l-ammont imsemmi fl-Artikolu 16 ikun ser jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu miżuri adegwati biex tirrimedja s-sitwazzjoni bis-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħra biex tiżgura l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

Emendi 195 u 202

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-eliġibbiltà tal-appoġġ skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru RD/xxx, in-nefqa ffinanzjata fl-ambitu tal-FAEŻR mhux se tkun soġġetta għall-ebda finanzjament ieħor fl-ambitu tal-baġit tal-UE.

In-nefqa ffinanzjata fl-ambitu tal-FAEŻR mhux se tkun soġġetta għall-ebda finanzjament ieħor fl-ambitu tal-baġit tal-UE.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perjodu sħiħ ta' programmazzjoni għandu jitħallas lill-Kummissjoni . Dan l-ammont inizjali ta' prefinanzjament Dan għandu jirrappreżenta 4 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR lill-programm konċernat. Dan jista’ jinqasam fuq massimu ta' tliet pagamenti skont id-disponibbiltà baġitarja. L-ewwel pagament għandu jirrappreżenta 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ikkonċernat.

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm ta' żvilupp rurali , ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perjodu sħiħ ta' programmazzjoni għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istat Membru . Dan l-ammont inizjali ta' prefinanzjament Dan għandu jirrappreżenta 7 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR lill-programm konċernat. Dan jista’ jinqasam fuq massimu ta' tliet pagamenti skont id-disponibbiltà baġitarja. L-ewwel pagament għandu jirrappreżenta 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ikkonċernat.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pagamenti interim għandhom isiru għal kull programm ta’ żvilupp rurali. Għandhom jiġu kkalkulati billi r-rata ta’ kofinanzjament għal kull miżura tiġi applikata għall-infiq pubbliku ċertifikat imġarrab minnha.

1.   Il-pagamenti interim għandhom isiru għal kull programm ta’ żvilupp rurali. Għandhom jiġu kkalkulati billi r-rata ta’ kofinanzjament għal kull miżura tiġi applikata għall-infiq pubbliku ċertifikat imġarrab minnha jew għan-nefqa eliġibbli totali, inkluż l-infiq pubbliku u privat .

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-trażmissjoni lill-Kummissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ nfiq iffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, skont l-Artikolu 102(1)(c);

(a)

it-trażmissjoni lill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kull-xahar ta’ nfiq iffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, skont l-Artikolu 102(1)(c);

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja awtomatikament kwalunkwe porzjon ta’ impenn ta’ baġit għal programm ta’ żvilupp rurali li ma jkunx intuża għall-fini ta’ prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li dwaru ma tkunx ġiet ippreżentata lilha dikjarazzjoni ta’ nfiq li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35(3) b’rabta ma’ nfiq magħmul sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn tal-baġit.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja awtomatikament kwalunkwe porzjon ta’ impenn ta’ baġit ta’ Stat Membru li ma jkunx intuża għall-fini ta’ prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li dwaru ma tkunx ġiet ippreżentata lilha dikjarazzjoni ta’ nfiq li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35(3) b’rabta ma’ nfiq magħmul sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn tal-baġit.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-Istati Membri li, minħabba s-sistema federali ta' gvern tagħhom, iressqu diversi programmi għall-iżvilupp rurali, jistgħu jikkumpensaw għall-ammonti li ma jintużawx sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn tal-baġit għal programm wieħed jew aktar ta’ żvilupp rurali kontra l-ammonti minfuqa wara dik id-data taħt programmi oħra ta’ żvilupp rurali. Jekk xi ammonti jibqgħu ma jkunux kommessi wara tali kumpens, dawn għandhom jiġu imposti, fuq bażi proporzjonali, għall-programmi ta’ żvilupp rurali li għalihom ġie rreġistrat infiq inqas.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

dik il-parti tal-impenji tal-baġit li tikkonċerna l-għajnuna skont l-Artikolu 37(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru …/2013[RD].

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

imħassar

Budget Commitments

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-lista tal-proġetti li għalihom jingħata l-Premju għall-kooperazzjoni innovattiva u lokali msemmija fl-Artikolu 58(4) tar-Regolament (UE) Nru RD/xxx għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu [75(2)] tar-Regolament (UE) Nru FR/xxx.

 

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu l-Kummissjoni għandha tesegwixxi l-impenji tal-baġit skont l-Istat Membru għall-ammont totali tal-premjijiet mogħtija lil proġetti f’dak l-Istat Membru fil-limitu msemmi fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru RD/xxx.

 

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 39

imħassar

Pagamenti lill-Istati Membri

 

1.     Fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 35, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti biex tirrimborża l-infiq magħmul minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati biex jagħtu l-Premjijiet imsemmija f’din it-Taqsima fil-limiti tal-impenji baġitarji disponibbli għall-Istati Membri kkonċernati.

 

2.     Kull pagament għandu jkun suġġett għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ nfiq iffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, skont l-Artikolu 102(1)(c).

 

3.     L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom jistabbilixxu u jibagħtu lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-korp ta’ koordinazzjoni bħala intermedjarju, fejn ikun inħatar wieħed, dikjarazzjonijiet ta’ nfiq relatat mal-Premju għal kooperazzjoni innovattiva u lokali, fil-perjodi stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 112(3).

 

Id-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq għandhom ikopru nfiq li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu matul kull wieħed mill-perjodi konċernati.

 

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

imħassar

Diżimpenn awtomatiku għall-Premju għall-koperazzjoni innovattiva u lokali

 

Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja awtomatikament l-ammonti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38, li ma jkunux intużaw biex jiġu rrimborżati l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 39 jew li dwarhom ma tkunx ġiet ippreżentata lilha dikjarazzjoni ta’ nfiq li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu b’rabta ma’ nfiq magħmul sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn tal-baġit.

 

L-Artikoli 37(3), (4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

 

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fejn l-aktar data tard ta’ pagament possibbli ma titħarisx mill-Istati Membri, huma għandhom iħallsu lill-benefiċjarji mgħaxijiet ta’ inadempjenza , sostnuti mill-baġit nazzjonali .

2.   Fejn l-aktar data tard ta’ pagament possibbli ma titħarisx mill-Istati Membri, huma għandhom iħallsu lill-benefiċjarji mgħaxijiet ta’ inadempjenza. Dan il-paragrafu m’għandux japplika f’każijiet meta d-dewmien tal-pagamenti ma jkunx it-tort tal-Istat Membru kkonċernat.

Emendi 196, 197, 198 u 199

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti kull xahar jew interim lil Stat Membru jekk iseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha :

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti kull xahar jew interim lil Stat Membru jekk wieħed jew aktar mill-komponenti ewlenin tas-sistema nazzjonali ta' kontroll inkwistjoni ma jeżistux jew mhumiex effikaċi minħabba l-gravità jew il-persistenza tad-defiċjenzi li jinstabu, jew jekk il-pagamenti irregolari mhux qed jiġu rkuprati bid-diliġenza neċessarja u jekk isseħħ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

wieħed jew aktar mill-komponenti ewlenin tas-sistema nazzjonali ta’ kontroll inkwistjoni ma jkunux jeżistu jew ma jkunux effikaċi minħabba l-gravità jew il-persistenza tad-defiċjenzi misjuba, jew li ma jkunux qed jiġu rkuprati pagamenti rregolari bid-diliġenza meħtieġa;

imħassar

(b)

id-defiċjenzi msemmija fil-punt (a) ikunu ta’ natura kontinwa u kienu r-raġuni għal mill-anqas żewġ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 54, biex jiġi eskluż minn finanzjament mill-Unjoni l-infiq mill-Istat Membru konċernat; kif ukoll

(b)

jew id-defiċjenzi msemmija hawn fuq ikunu ta’ natura kontinwa u kienu r-raġuni għal mill-anqas żewġ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 54, biex jiġi eskluż minn finanzjament mill-Unjoni l-infiq mill-Istat Membru konċernat; jew

(c)

il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru konċernat ma jkunx f’qagħda li jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni fil-futur immedjat.

(c)

il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru konċernat ma jkunx f’qagħda li jimplimenta l-miżuri meħtieġa ta' rimedju fil-futur immedjat, skont pjan ta' azzjoni b'indikaturi ċari ta' progress, li għandhom jiġu stabbiliti b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni .

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-leġiżlazzjoni agrikola settorjali jkun jeħtiġilha li l-Istati Membri jissottomettu, f’perjodu speċifiku ta’ żmien, informazzjoni dwar l-għadd ta’ kontrolli esegwiti u r-riżultati tagħhom u l-Istati Membri jaqbżu dak il-perjodu, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18 jew il-pagamenti interim msemmija fl-Artikolu 35 li dwarhom l-informazzjoni ta’ statistka ma tkunx intbagħtet f’waqtha.

Meta l-leġiżlazzjoni agrikola settorjali jkun jeħtiġilha li l-Istati Membri jissottomettu, f’perjodu speċifiku ta’ żmien, informazzjoni dwar l-għadd ta’ kontrolli esegwiti skont l-Artikolu 61 u r-riżultati tagħhom u  meta l-Istati Membri jaqbżu dak il-perjodu, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 35 li l-informazzjoni statistika dwarhom ma tkunx intbagħtet fil-ħin, sakemm il-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għall-Istati Membri kmieni biżżejjed qabel ma jibda l-perjodu ta' referenza l-informazzjoni, il-formoli u l-ispjegazzjonijiet kollha li jeħtieġu biex jikkumpilaw l-istatistika relevanti . Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha taġixxi bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità u r-regoli dettaljati li adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 48(5), b'kunsiderazzjoni tal-grad tad-dewmien. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiddistingwi b’mod ċar bejn sitwazzjoni fejn it-tressiq tard tal-informazzjoni jpoġġi il-kwittanza tal-baġit annwali f’riskju, u sitwazzjoni fejn ma jeżistix tali riskju. Qabel tissospendi il-pagamenti ta' kull xahar il-Kummissjoni għandha tinnotifka bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jipprovdi informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva, kemm barra mill-Unjoni kif ukoll fiha, biex jagħti stampa globali ta’ dik il-politika.

Għandu jipprovdi informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva, kemm barra mill-Unjoni kif ukoll fiha, biex jagħti stampa globali eżatta ta’ dik il-politika.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tistipula dettalji ulterjuri dwar l-obbligu stipulat fl-Artikolu 46 kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-kontijiet miżmuma mill-aġenziji ta' pagament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , bi qbil mal-Artikolu 111, li jistipulaw dettalji ulterjuri dwar l-obbligu stipulat fl-Artikolu 46 kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-kontijiet miżmuma mill-aġenziji ta' pagament.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 111, li jistabbilixxu regoli ulterjuri dwar il-pagament mill-Istati Membri ta' imgħaxijiet għal nuqqas ta' ħlas lill-benefiċjarji kif stipulat fl-Artikolu 42(2).

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

regoli dwar il-pagament mill-Istati Membri ta' imgħaxijiet għal nuqqas ta' ħlas lill-benefiċjarji kif stipulat fl-Artikolu 42(2).

imħassar

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(2) u jekk l-Istat Membru japplikax korrettament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5);

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

il-ħidma li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni huma meħtieġa li jwettqu skont l-Artikolu 9;

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

il-konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 56(1)

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż minn qabel biżżejjed ta’ verifika fuq il-post lill-Istat Membru konċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kontroll ikun ser isir. Agenti mill-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż minn qabel biżżejjed ta’ verifika fuq il-post lill-Istat Membru konċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kontroll ikun ser isir u għandha tikkoordina l-verifiki bil-għan li jitnaqqas kwalunkwe impatt negattiv fuq l-agenziji tal-pagamenti . Agenti mill-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar irregolaritajieti u każijiet issuspettati ta' frodi mikxufa, u dwar il-passi meħuda biex jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u frodi skont it-Taqsima III ta’ dan il-Kapitolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar irregolaritajieti mikxufa, u dwar il-passi meħuda biex jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u frodi skont it-Taqsima III ta’ dan il-Kapitolu.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom iżommu dokumenti ta’ prova relatati ma’ pagamenti magħmula u dokumenti relatati mat-twettiq tal-verifiki amministrattivi u fiżiċi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandhom jagħmlu d-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni.

L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom iżommu dokumenti ta’ prova relatati ma’ pagamenti magħmula u dokumenti relatati mat-twettiq tal-verifiki amministrattivi u fiżiċi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandhom jagħmlu d-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni. Tali dokumenti ta' prova jistgħu jinżammu f'format elettroniku.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ , permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , tistabbilixxi regoli fir-rigward ta’:

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , skont l-Artikolu 111 , li jistabbilixxu regoli fir-rigward ta':

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

il-kundizzjonijiet li bihom għandhom jinżammu d-dokumenti ta' prova msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51, inklużi dwar il-forma u t-tul ta' żmien tagħha.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti ta’ implimentazzjoni pprovduti fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 112(3).

imħassar

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li għandhom jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta’ konformità reġistrat. Hija għandha tqis kif xieraq in-natura u l-gravità tal-ksur u tal-ħsara finanzjarja kkawżata lill-Unjoni .

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li għandhom jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta’ konformità reġistrat. Hija għandha tqis kif xieraq in-natura tal-ksur u  għandha tibbaża l-ammonti esklużi fuq valutazzjoni tar-riskju għall-fondi agrikoli li jirriżultaw mill-ksur .

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta' irregolarità identifikati, jew billi tqis in-natura sistemika tal-irregolarità biex tiddetermina jekk għandhiex tiġi applikata korrezzjoni estrapolata jew korrezzjoni b'rata fissa.

 

Il-korrezzjonijiet b’rata fissa għandhom jiġu applikati biss meta, minħabba n-natura tal-każ, ikun impossibbli jew li jiġi identifikat l-estent u l-ammont tal-irregolarità li tkun instabet jew li jiġi estrapolat l-ammont li għandu jiġi kkoreġut.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni għal rifjut ta’ finanzjament, is-sejbiet mill-ispezzjoni tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.

3.   Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni għal rifjut ta’ finanzjament, is-sejbiet mill-ispezzjoni tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-opportunità li juru, permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni kkonċernata, li l-gravità reali tal-irregolarità hija inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan li l-pożizzjoni ta’ kull parti tiġi rrikonċiljata fi żmien erba’ xhur. Rapport dwar ir-riżultat tal-proċedura għandu jingħata lill-Kummissjoni, li għandha teżaminah qabel ma tiddeċiedi kwalunkwe rifjut għal finanzjament.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan li l-pożizzjoni ta’ kull parti tiġi rrikonċiljata fi żmien erba’ xhur. Rapport dwar ir-riżultat tal-proċedura għandu jingħata lill-Kummissjoni, li għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi dwar kwalunkwe rifjut ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet jekk ma tiddeċidix li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għajnuniet nazzjonali jew ksur li dwarhom tkun inbdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108 jew fl-Artikolu 258 tat-Trattat rispettivament ;

(b)

għajnuniet nazzjonali li dwarhom il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE tkun inbdiet mill-Kummissjoni jew ksur li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' ittra ta' avviż formali bi qbil mal-Artikolu 258 tat-TFUE ;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni ta’ :

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , skont l-Artikolu 111, li jistabbilixxu l-objettivi għad-diversi fażijiet tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità , ir-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tal-partijiet differenti involuti kif ukoll regoli dwar :

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-approvazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-miżuri li jkollhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u d-dati ta’ skadenza li jkollhom jitħarsu, kif ukoll il-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu, inklużi t-twaqqif, il-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti tax-xogħol tal-korp ta’ konċiljazzjoni.

(b)

l-approvazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-miżuri li jkollhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri , ir-rati ta’ korrezzjonijiet tal-kofinanzjament li għandhom jiġu applikati, id-dati ta’ skadenza li jkollhom jitħarsu, kif ukoll il-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu, inklużi t-twaqqif, il-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti tax-xogħol tal-korp ta’ konċiljazzjoni.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti ta’ implimentazzjoni pprovduti fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 112(3).

imħassar

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara li sseħħ xi irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mingħand il-benefiċjarju fi żmien sena mill-ewwel indikazzjoni li tkun seħħet dik l-irregolarità u għandhom jirreġistraw l-ammonti korrispondenti fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.

1.   Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara li sseħħ xi irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mingħand il-benefiċjarju fi żmien sena wara l-approvazzjoni u, fejn applikabbli, minn meta jasal għand l-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp responsabbli għall-irkupru ta’ rapport ta’ kontroll jew dokument simili, b’dikjarazzjoni li tkun seħħet irregolarità . Fl-istess ħin tat-talba għall-irkupru, l-ammonti korrispondenti għandhom jiġu rreġistrati fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, jekk, għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istat Membru kkonċernat, ma jkunx possibbli li l-irkupru jseħħ sal-iskadenza speċifikata fl-ewwel subparagrafu u jekk l-ammont li jrid jiġi rkuprat jaqbeż il-EUR 1 miljun, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru, testendi l-iskadenza b’perjodu li ma jkunx itwal min-nofs il-perjodu oriġinali.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jekk l-ispejjeż diġà magħmula jew li x’aktarx ikunu magħmula jkunu jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, jew

(a)

jekk l-ispejjeż diġà magħmula jew li x’aktarx ikunu magħmula jkunu jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat ; din il-kundizzjoni għandha titqies li tkun ġiet issodisfata jekk l-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament uniku ma jaqbiżx it-EUR 300 , jew

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-baġit tal-Unjoni jkun akkreditat kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istat Membru jista’ jżomm 10 % tal-ammonti korrispondenti bħala spejjeż ta’ rkupru b’rata fissa, ħlief f’każijiet ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi tiegħu jew lil korpi uffiċjali oħra.

Meta l-baġit tal-Unjoni jkun akkreditat kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istat Membru jista’ jżomm 20 % tal-ammonti korrispondenti bħala spejjeż ta’ rkupru b’rata fissa, ħlief f’każijiet ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi tiegħu jew lil korpi uffiċjali oħra.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex tkun żgurata applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ rkupru stabbiliti f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar obbligi speċifiċi li l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħhom.

Biex tkun żgurata applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-irkupru ta’ djun u mgħaxijiet għal nuqqas ta’ ħlas fuqhom stabbiliti f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar obbligi speċifiċi li l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħhom.

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

joffru prevenzjoni effikaċi kontra l-frodi, l-aktar fir-rigward tal-oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li għandha sservi ta’ deterrent, waqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji, kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;

(b)

jiżguraw prevenzjoni effikaċi kontra l-frodi, l-aktar fir-rigward tal-oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li għandha sservi ta’ deterrent, waqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji, kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

jipprevjenu li jsiru spejjeż żejda mil-lat ambjentali u tas-saħħa pubblika, speċjalment biex jiġi evitat il-finanzjament ta’ attivitajiet taħt il-PAK li jiġġeneraw spejjeż addizzjonali għal oqsma oħra ta’ politika fi ħdan il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-ambjent u s-saħħa pubblika.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mmaniġġjar effiċjenti u sistemi ta’ kontroll biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola skemi ta’ għajnuna mill-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll li jkunu effiċjenti , proporzjonati u bbażati fuq ir-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola skemi ta’ għajnuna mill-Unjoni.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ pagament, li min-naħa tagħhom ikunu joħolqu l-ħtieġa li jiġu introdotti sistemi ġodda ta’ monitoraġġ u ta’ pieni relatati mal-ekoloġizzazzjoni, għandha tiġi evitata peress li din tkun joħloq il-ħtieġa ta’ proċeduri amministrattivi kkumplikati addizzjonali u aktar burokrazija.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli li jimminraw li jilħqu applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

4.    Biex ikun żgurat li l-objettivi tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jintlaħqu b’mod korrett u effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 111, li jistabbilixxu l-obbligi speċifiċi għall-Istati Membri .

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

imħassar

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 111 fir-rigward ta’ regoli dwar il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post neċessarji għal ġestjoni effettiva u proporzjonata tar-riskju. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom l-Istati Membri għandhom jaġġustaw in-numru ta’ verifiki fuq il-post skont il-livell ta’ riskju inerenti, u għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jitnaqqas in-numru ta’ kontrolli meta r-rati ta’ żbalji huma f’livell aċċettabbli u s-sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll fis-seħħ jaħdmu kif xieraq;

1.   Is-sistema stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 60(2) għandhom jinkludu, ħlief fejn ikun ipprovdut xort’oħra, verifiki amministrattivi sistematiċi tal-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna u għandhom jiġu ssupplimentati minn verifiki fuq il-post.

1.   Is-sistema stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 60(2) għandhom jinkludu, ħlief fejn ikun ipprovdut xort’oħra, verifiki amministrattivi sistematiċi tal-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna u talbiet għal pagamenti u għandhom jiġu ssupplimentati minn verifiki fuq il-post li l-għan tagħhom għandu jkun li jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-iskemi ta’ għajnuna u l-livell ta’ riskju inerenti u li n-numru tagħhom għandu jiġi aġġustat fid-dawl ta’ dan il-għan .

2.   Fir-rigward tal-verifiki fuq il-post, l-awtorità responsabbli għandha tagħmel il-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni kollha tal-applikanti, li jkun jikkomprendi, fejn ikun xieraq, parti aleatorja u parti abbażi tar-riskju sabiex tinkiseb rata ta' żbalji rappreżentattiva, filwaqt li jkunu wkoll fil-mira l-ogħla żbalji .

2.   Fir-rigward tal-verifiki fuq il-post, l-awtorità responsabbli għandha tagħmel il-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni kollha tal-applikanti, li jkun jikkomprendi, fejn ikun xieraq, parti aleatorja u parti abbażi tar-riskju sabiex tinkiseb rata ta' żbalji rappreżentattiva, filwaqt li jkunu wkoll fil-mira l-oqsma li fihom ir-riskju ta’ żball ikun l-ogħla.

 

Sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli jkunu proporzjonati, għandhom jitqiesu fatturi li jinkludu:

 

id-daqs tas-somom involuti;

 

l-eżitu ta' awditjar preċedenti tas-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll;

 

il-parteċipazzjoni volontarja fl-iskemi ta' mmaniġġjar iċċertifikati fuq il-bażi ta' standards internazzjonali rikonoxxuti.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Biex tiġi żgurata applikazzjoni korretta u effiċjenti tal-kontrolli u li l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ssir b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar sitwazzjonijiet fejn benefiċjarji jew rappreżentanti tagħhom ma jħallux li jsiru kontrolli.

1.   Biex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-kontrolli hija korretta u effiċjenti u li l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ssir b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111, dwar, b’mod partikolari, dan li ġej:

2.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu fl-Unjoni. Dawk ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, jkunu relatati ma’ li ġej:

 

 

(-a)

ir-regoli dwar is-sitwazzjonijiet fejn il-benefiċjarji jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jħallux li jsir it-twettiq tal-verifiki;

(a)

ir-regoli dwar verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom isiru mill-Istati Membri fir-rigward tat-tħaris ta’ obbligi, impenji u kriterji ta’ eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(a)

ir-regoli dwar verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom isiru mill-Istati Membri skont approċċ proporzjonat u abbażi tar-riskju, fir-rigward tat-tħaris ta’ obbligi, impenji u kriterji ta’ eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b)

ir-regoli dwar il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post meħtieġa għal immaniġġjar effikaċi tar-riskji, kif ukoll il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jkollhom iżidu dawn il-kontrolli, jew jistgħu jnaqqsuhom fejn is-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll jiffunzjonaw tajjeb u r-rati ta’ żball ikunu f’livell aċċettabbli;

 

(c)

ir-regoli u l-metodi dwar ir-rapportar tal-kontrolli u tal-verifika magħmula u r-riżultati tagħhom;

(c)

ir-regoli u l-metodi dwar ir-rapportar tal-kontrolli u tal-verifika magħmula u r-riżultati tagħhom;

(d)

l-awtoritajie t responsabbli biex iwettqu l-kontrolli għall-konformità, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni li għalihom dawk il-kontrolli għandhom japplikaw;

(d)

ir-regoli dwar il-ħatra tal-awtoritajiet responsabbli biex iwettqu l-kontrolli għall-konformità, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni li għalihom dawk il-kontrolli għandhom japplikaw;

(e)

fejn il-ħtiġijiet speċifiċi għal immaniġġjar sewwa tas-sistema hekk jesiġu, regoli li jintroduċu rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ proċeduri doganali, partikolarment kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(e)

fejn l-immaniġġjar sewwa tas-sistema hekk jesiġu, regoli li jintroduċu rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ proċeduri doganali, partikolarment kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(f)

fir-rigward ta’ qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP], regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta’ kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ tetraidrokannabinol;

(f)

fir-rigward ta’ qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru …/2013[DP], regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta’ kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ tetraidrokannabinol;

(g)

fir-rigward ta’ qoton kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP], sistema ta’ kontrolli għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(g)

fir-rigward ta’ qoton kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru …/2013[DP], sistema ta’ kontrolli għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(h)

fir-rigward tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru sCMO/xxx, regoli dwar il-kejl tal-erjas, kif ukoll verifiki u regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-verifiki;

(h)

fir-rigward tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru …/2013[sCMO], regoli dwar il-kejl tal-erjas, kif ukoll verifiki u regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-verifiki;

(i)

it-testijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ prodotti għal intervent pubbliku u ħżin privat, kif ukoll l-użu ta’ proċeduri ta’ offerti, kemm għal intervent pubbliku, kif ukoll għal ħżin privat .

(i)

it-testijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ prodotti għal intervent pubbliku u ħżin privat, kif ukoll l-użu ta’ proċeduri ta’ offerti, għat-tnejn li huma .

 

1a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu limiti ta’ żmien li fih il-Kummissjoni trid twieġeb għal indikazzjoni li l-Istat Membru għandu l-ħsieb li jnaqqas in-numru tal-verifiki fuq il-post tiegħu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni pprovduti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 112(3) jew fl-Artikolu korrispondenti tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx[DP], ir-Regolament (UE) Nru xxx/xxx[RD] jew ir-Regolament (UE) Nru xxx/xxx[sCMO] rispettivament.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni pprovduti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 112(3) jew fl-Artikolu korrispondenti tar-Regolament (UE) Nru …/2013[DP], ir-Regolament (UE) Nru …/2013[RD] jew ir-Regolament (UE) Nru …/2013[sCMO] rispettivament.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fejn jinstab li benefiċjarju ma jkunx konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew mal-impenji relatati mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, l-għajnuna għandha tiġi rtirata kollha jew parzjalment .

1.   Fejn jinstab li benefiċjarju ma jkunx konformi , totalment jew parzjalment, mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal ċertu skema ta’ għajnuna, kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, il-parti korrispondenti tal-għajnuna għandha tiġi rtirata kollha kemm hi.

 

B’mod partikolari, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà relatati mal-unitajiet li jingħaddu bħall-ettari tal-art jew in-numru ta’ annimali l-għajnuna għandha tiġi rtirata kollha għal dawk l-unitajiet, li għalihom ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-eliġibbiltà.

 

1a.     Fejn l-għajnuna tkun marbuta mal-issodisfar ta’ impenji speċifiċi u jinstab li l-benefiċjarju ma jkunx jikkonfoma ma’ dawn l-impenji, l-għajnuna korrispondenti għandha tiġi rtirata kollha jew parzjalment.

2.   Fejn tipprovdi hekk il-liġi tal-Unjoni , l-Istati Membri jistgħu wkoll jimponu penali permezz ta' riduzzjonijiet jew esklużjonijiet tal-pagament jew ta’ parti mill-pagament mogħti jew li jkollu jingħata li fir-rigward tiegħu l-kriterji ta’ eliġibbiltà jew l-impenji jkunu tħarsu.

2.   Fejn jipprovdu hekk l-atti leġiżlattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 289(3) tat-Trattat – fejn rilevanti, soġġett għal iktar dettalji stipulati fl-atti delegati – l-Istati Membri għandhom ukoll jimponu penali amministrattivi fil-forma ta’ riduzzjonijiet jew esklużjonijiet tal-pagament jew ta’ parti mill-pagament mogħti jew li jkollu jingħata li fir-rigward tiegħu l-kriterji ta’ eliġibbiltà jew l-impenji jkunu tħarsu.

L-ammont tar-riduzzjoni ta’ għajnuna għandu jkun gradwat skont is-severità, id-daqs, it-tul u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta’ konformita misjub u  jista’ jisfa wkoll eskluż totalment minn skema waħda jew minn diversi skemi ta’ għajnuna jew miżuri ta’ appoġġ għal sena kalendarja waħda jew aktar .

L-ammonti tal-irtirar imsemmija fil-paragrafu 1a u l-penali amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu gradwati skont in-natura, is-severità, id-daqs, it-tul u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta’ konformita misjub u  jistgħu jisfaw ukoll esklużi totalment għal sena kalendarja waħda jew iżjed minn skema waħda jew minn diversi skemi ta’ għajnuna jew miżuri ta’ appoġġ li huma s-suġġett tan-nuqqas ta’ konformità .

 

2a.     Il-gradwazzjoni ta’ penali għandha tkun ibbażata fuq dawn il-kriterji ġenerali li ġejjin:

 

is-“severità” tan-nuqqas ta’ konformità għandha tiddependi, b’mod partikolari, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità, b’mod partikolari r-riskju li jirrappreżenta għall-fond tal-Unjoni kkonċernat, u għandha tqis b’mod konsistenti l-miri tar-rekwiżit jew tal-istandard ikkonċernat;

 

id-“daqs” tan-nuqqas ta’ konformità għandu jiġi stabbilit billi jitqies, b’mod partikolari, jekk in-nuqqas ta’ konformità kellux impatt wiesa’ ħafna jew kienx limitat għall-farm innifsu;

 

it-“tul ta’ żmien” tan-nuqqas ta’ konformità għandu jiġi ddeterminat billi l-awtorità kompetenti tqis, b’mod partikolari, it-tul ta’ żmien stmat li għalih itawwal l-effett jew il-potenzjal li jitwaqqfu dawk l-effetti b’mezzi raġonevoli;

 

ir-“riokkorrenza” tan-nuqqas ta’ konformità għandha tfisser li n-nuqqas ta’ konformità mal-istess rekwiżit, standard jew obbligu ġie ddeterminat aktar minn darba f’perjodu konsekuttiv ta’ tliet snin kalendarji, kemm-il darba l-benefiċjarju jkun ġie informat bin-nuqqas ta’ konformità preċedenti u, fejn applikabbli, kellu l-possibilità li jieħu l-miżuri meħtieġa biex iwaqqaf dak in-nuqqas ta’ konformità preċedenti;

3.   L-ammonti kkonċernati mill-irtirar imsemmi fil-paragrafu 1 u mill-penali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rkuprati bis-sħiħ.

3.   L-ammonti kkonċernati mill-irtirar u mill-penali amministrattivi msemmija fil-paragrafi preċedenti għandhom jiġu rkuprati kompletament.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 65a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 65a

 

Irtirar u tnaqqis fir-rigward tal-pagamenti għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent

 

Minkejja l-Artikolu 65, is-somma tal-irtirar u t-tnaqqis applikata bi qbil ma’ dak l-Artikolu bħala riżultat ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmija fit-Titolu III tal-Kapitolu 2 tar-Regolament …/2013[DP] m'għandhiex taqbeż l-ammont tal-pagament imsemmi f'dak il-Kapitolu.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

is-sospensjoni tad-dritt għal parteċipazzjoni fi skema ta’ għajnuna, l-esklużjoni u s-sospensjoni ta’ pagament jew ta’ rata ta’ riduzzjoni ta’ għajnuniet, pagamenti jew rifużjonijiet jew kwalunkwe penali oħra , partikolarment f’każ li l-limiti ta’ żmien ma jkunux tħarsu, il-prodott, id-daqs jew il-kwantità ma jkunux f’konformità mal-applikazzjoni, l-evalwazzjoni ta’ skema jew in-notifika ta’ informazzjoni ma jkunux seħħew, ma jkunux korretti jew ma jkunux ġew innotifikati f’waqthom;

(a)

is-sospensjoni tad-dritt għal parteċipazzjoni fi skema ta’ għajnuna, l-esklużjoni u s-sospensjoni ta’ pagament jew ta’ rata ta’ tnaqqis ta’ għajnuniet, pagamenti jew rifużjonijiet, f’każ li l-limiti ta’ żmien ma jkunux tħarsu, il-prodott, id-daqs jew il-kwantità ma jkunux f’konformità mal-applikazzjoni, l-evalwazzjoni ta’ skema jew in-notifika ta’ informazzjoni ma jkunux seħħew, ma jkunux korretti jew ma jkunux ġew innotifikati f’waqthom;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

l-irtirar jew is-sospensjoni ta’ approvazzjoni jew ta’ rikonoxximent, partikolarment meta operatur, organizzazzjoni ta’ produtturi, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, grupp ta’ produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali jonqsu li jħarsu jew ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, inkluż in-nuqqas li jsiru notifikazzjonijiet;

(g)

l-irtirar jew is-sospensjoni ta’ approvazzjoni jew ta’ rikonoxximent, meta operatur, organizzazzjoni ta’ produtturi, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, grupp ta’ produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali jonqsu li jħarsu jew ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, inkluż in-nuqqas li jsiru notifikazzjonijiet;

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

il-proċeduri u l-kriterji tekniċi relatati mal-miżuri u l-penali fil-punti (a) sa (i), fejn jinstab nuqqas ta' konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti;

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-proċeduri u l-kriterji tekniċi relatati mal-miżuri u l-penali imsemmija fil-paragrafu 1 fejn jinstab nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

imħassar

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ir-regoli u l-proċeduri fir-rigward tal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

(b)

il-proċeduri fir-rigward tal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jopera sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-sistema integrata”).

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jopera sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll (minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-sistema integrata”).

2.   Is-sistema integrata għandha tapplika għall-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [DP] għall-għajnuna mogħtija skont l-Artikoli 22(1)(a) u (b), 29 sa 32, 34 u 35 tar-Regolament xxx/xxx [RD] u fejn applikabbli lArtikolu 28(1)(b) tar-Regolament (EU) CR/xxx..

2.   Is-sistema integrata għandha tapplika għall-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru  …/2013[DP] għall-għajnuna mogħtija skont l-Artikoli 22(1)(a) u (b), 29 sa 32, 34 u 35 tar-Regolament …/2013 [RD] u fejn applikabbli lArtikolu 28(1)(b) tar-Regolament (EU) …/2013[CR] .

Madankollu, dan il-Kapitolu m’għandux japplika għal miżuri msemmija fl-Artikolu 29(9) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx[RD], kif ukoll għal miżuri skont l-Artikolu (22(1)(a) u(b) ta’ dak ir-Regolament sa fejn ikollha x’taqsam l-ispiża għal stabbiliment.

Madankollu, dan il-Kapitolu m’għandux japplika għal miżuri msemmija fl-Artikolu 29(9) tar-Regolament (UE) Nru …/2013[RD], kif ukoll għal miżuri skont l-Artikolu (22(1)(a) u(b) ta’ dak ir-Regolament sa fejn ikollha x’taqsam l-ispiża għal stabbiliment.

3.   Sa kemm ikun meħtieġ, is-sistema integrata għandha tapplika wkoll għall-verifika tal-kundizzjonalità kif stabbilit fit-Titolu VI.

3.   Sa kemm ikun meħtieġ, is-sistema integrata għandha tapplika wkoll għall-verifika tal-kundizzjonalità kif stabbilit fit-Titolu VI.

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu xieraq tat-teknoloġija meta jistabbilixxu s-sistema integrata tagħhom, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi żgurat li l-kontrolli jitwettqu b’mod effiċjenti u effettiv.

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-database għandha b’mod partikolari tippermetti konsultazzjoni permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tad-dejta relatata mas-snin kalendarji u/jew ta’ kummerċjalizzazzjoni, li tibda minn l-2000. Għandha tippermetti wkoll konsultazzjoni diretta u immedjata tad-dejta relatata ma’ mill-anqas il-ħames snin kalendarji konsekuttivi preċedenti.

Din id-database għandha b’mod partikolari tippermetti konsultazzjoni permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tad-dejta relatata mas-snin kalendarji u/jew ta’ kummerċjalizzazzjoni, li tibda minn l-2000. Madankollu, l-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni fl-2004 għandhom jiġu mitluba biss li jiżguraw konsultazzjoni tad-dejta mill-2004 ’l quddiem. Għandha tippermetti wkoll konsultazzjoni diretta u immedjata tad-dejta relatata ma’ mill-anqas il-ħames snin kalendarji konsekuttivi preċedenti.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2 u 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu, inter alia bl-użu ta’ mezzi elettroniċi, formoli stabbiliti minn qabel ibbażati fuq iż-żoni ddeterminati fis-sena ta’ qabel, kif ukoll materjal grafiku li jindika l-post fejn ikunu jinsabu dawk iż-żoni. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-applikazzjoni għal għajnuna jkun jeħtiġilha tinkludi biss it-tibdiliet fir-rigward tal-applikazzjoni għal għajnuna mibgħuta s-sena ta’ qabel. Madankollu, fir-rigward tal-iskema għal bdiewa żgħar kif imsemmi fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru DP/xxx, din il-possibbiltà għandha tingħata lill-bdiewa kollha konċernati.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu, inter alia bl-użu ta’ mezzi elettroniċi, formoli stabbiliti minn qabel ibbażati fuq iż-żoni ddeterminati fis-sena ta’ qabel, kif ukoll materjal grafiku li jindika l-post fejn ikunu jinsabu dawk iż-żoni. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-applikazzjoni għal għajnuna jkun jeħtiġilha tinkludi biss it-tibdiliet fir-rigward tal-applikazzjoni għal għajnuna mibgħuta s-sena ta’ qabel. Madankollu, fir-rigward tal-iskema għal bdiewa żgħar kif imsemmi fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru …/2013[DP], din il-possibbiltà għandha tingħata lill-bdiewa kollha konċernati.

 

2a.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li applikazzjoni għal għajuna jew talba għal pagament li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 għandha tibqa’ valida għal numru ta’ snin kemm-il darba l-benefiċjarji kkonċernati jkunu taħt l-obbligu li jirrappurtaw kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li kienu ssottomettew inizjalment. L-applikazzjoni pluriennali għandha madankollu tkun kundizzjonali fuq il-konferma annwali mill-benefiċjarju.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Skont l-Artikolu 61, l-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi ddelegati minnhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post.

1.   Skont l-Artikolu 61, l-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi ddelegati minnhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post li l-għan tagħhom għandu jkun li jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-iskemi ta’ għajnuna u l-livell ta’ riskju inerenti .

2.   Għall-fini ta’ verifiki fuq il-post l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjan ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ azjendi agrikoli u/jew ta’ benefiċjarji.

2.   Għall-fini ta’ verifiki fuq il-post l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjan ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ benefiċjarji li jkunu jikkonsistu kemm f’parti meħuda bl-addoċċ sabiex tinkiseb ir-rata ta’ żball rappreżentattiva, kif ukoll f’parti bbażata fuq ir-riskju, biex hekk tkun tista’ ssir konċentrazzjoni primarja fuq it-talbiet b’riskju għoli .

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw telerilevament u tekniki tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bħala mezzi biex jagħmlu verifiki fuq il-post fuq pakketti agrikoli.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw telerilevament u tekniki tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bħala mezzi biex jagħmlu verifiki fuq il-post fuq pakketti agrikoli.

4.   F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu japplika -Artikolu 65.

4.   F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu japplika -Artikolu 65.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pagamenti skont l-iskemi ta’ għajnuna u miżuri msemmija fl-Artikolu 68(2) għandhom isiru fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara. Il-pagamenti għandhom isiru f’sa żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.

1.   Il-pagamenti skont l-iskemi ta’ għajnuna u miżuri msemmija fl-Artikolu 68(2) għandhom isiru fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara. Il-pagamenti għandhom isiru f’sa żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.

Il-pagamenti għandhom isiru f’sa żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.

Il-pagamenti għandhom isiru f’sa żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta' pagamenti diretti u 75 % għall-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 68(2) qabel l-1 ta’ Diċembru u mhux qabel is-16 ta’ Ottubru.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta' pagamenti diretti u 75 % għall-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 68(2) qabel l-1 ta’ Diċembru u mhux qabel is-16 ta’ Ottubru.

 

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw lill-Istati Membri jżidu l-perċentwal ta’ pagamenti bil-quddiem għal 80 % fir-reġjuni fejn, minħabba kondizzjonijiet eċċezzjonali, il-bdiewa jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji serji. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

2.   Il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru qabel ma l-verifika ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, li għandha ssir mill-Istati Membri skont l-Artikolu 75, tkun ġiet iffinalizzata

2.   Il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru qabel ma l-verifika ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, li għandha ssir mill-Istati Membri skont l-Artikolu 75, tkun ġiet iffinalizzata

 

2a.     Bħala deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, filwaqt li jqisu r-riskju ta’ pagament aktar milli suppost, li jħallsu sa 50 % tal-pagament applikabbli msemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) /2013 [DP] u sa 75 % tal-appoġġ mogħti taħt l-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 68(2) wara l-finalizzazzjoni tal-verifiki amministrattivi previsti fl-Artikolu 61(1). Il-perċentwal tal-ħlas għandu jkun l-istess għall-benefiċjarji kollha tal-miżura jew tal-ġabra ta’ operazzjonijiet.

 

2b.     Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn ir-riżorsi baġitarji meħtieġa jkunu disponibbli, tawtorizza li l-ħlasijiet bil-quddiem isiru qabel is-16 ta’ Ottubru.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

regoli dwar l-użu tat-teknoloġija meta tkun qed tiġi stabbilita sistema integrata biex tkun żgurata l-ottimizzazzjoni tagħhom;

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità għall-bażi ta’ dejta kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 70;

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ġonot ta’ raba’ agrikola, prevista fl-Artikolu 71, u għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji, prevista fl-Artikolu 74;

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema tal-identifikazzjoni u r-registrazzjoni tad-drittijiet għal pagamenti prevista fl-Artikolu 72;

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)

regoli dwar l-applikazzjoni għal għajnuna u talbiet għal pagamenti msemmija fl-Artikolu 73, u l-applikazzjoni għal drittijiet għal pagamenti, inkluża l-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, ir-rekwiżiti dwar l-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni, dispożizzjonijiet għal emendi lill-applikazzjonijiet għal għajnuna jew għal irtirar tagħhom, eżenzjoni mir-rekwiżit tat-tressiq ta’ applikazzjoni għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri simplifikati jew jikkoreġu żbalji ovvji;

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt be (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(be)

regoli dwar l-eżekuzzjoni ta’ kontrolli għall-verifika tal-konformità mal-obbligi, u l-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni għal għajnuna jew fit-talba għal pagament;

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

dispożizzjonijiet meħtieġa għal definizzjoni armonizzata tal-bażi għal kalkolu ta’ għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli jkun fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar;

(b)

dispożizzjonijiet meħtieġa għal definizzjoni armonizzata tal-bażi għal kalkolu ta’ għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli jkun fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar; mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru /2013[DP], ir-regoli ta’ eliġibbiltà għandhom ikunu konsistenti mal-issodisfar tal-isfidi tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità u ma għandhomx, għaldaqstant, jippenalizzaw l-agrikoltura li għandha valur naturali għoli jew sistemi agroforestali għall-għalf, jew jikkawżaw tnaqqis fil-kwalità ambjentali; il-flessibbiltà, iġġustifikata għal raġunijiet agronomiċi jew ekoloġiċi, għandha tiġi permessa abbażi tal-istandards abitwali tal-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat;

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat trattament armonizzat u proporzjonat ta’ irregolaritajiet intenzjonati , sitwazzjonijiet ta’ żbalji żgħar, kumulu ta’ riduzzjonijiet u applikazzjoni simultanja ta’ riduzzjonijiet differenti;

(b)

dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat trattament armonizzat u proporzjonat ta’ irregolaritajiet severi , sitwazzjonijiet ta’ żbalji żgħar, kumulu ta’ riduzzjonijiet u applikazzjoni simultanja ta’ riduzzjonijiet differenti;

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità għad-database kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 70;

imħassar

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għal pakketti agrikoli msemmija fl-Artikolu 71 u għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji kif imsemmi fl-Artikolu 74;

imħassar

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema tal-identifikazzjoni u r-registrazzjoni ta’ drittijiet għal pagamenti msemmija fl-Artikolu 72;

imħassar

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

regoli dwar l-applikazzjoni għal għajnuna u talbiet għal pagamenti msemmija fl-Artikolu 73, u l-applikazzjoni għal drittijiet għal pagamenti, inkluża l-aħħar data għal sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet, ir-rekwiżiti dwar l-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-applikazzjoni, dispożizzjonijiet għal emendi għal applikazzjonijiet għal għajnuna jew għal irtirar tagħhom, eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri simplifikati jew jikkoreġu żbalji ovvji;

imħassar

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

regoli dwar l-eżekuzzjoni ta’ kontrolli għall-verifika tal-konformità ma’ obbligi, u l-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna;

imħassar

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

definizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-fini tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu;

imħassar

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun meħtieġ, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tadotta d-dispożizzjonijiet li jkollhom l-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni , partikolarment fir-rigward ta’ dan li ġej:

2.   Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun meħtieġ, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tadotta d-dispożizzjonijiet li jkollhom l-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi ta' dan il-Kapitolu , partikolarment fir-rigward ta' dan li ġej:

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar:

 

(a)

l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

 

(b)

il-kontrolli u l-verifika relevanti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

imħassar

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

kontrolli u verifika li għandhom isiru mill-Istati Membri, inkluż ittestjar.

imħassar

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

in-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew omissjoni direttament attribwibbli lill-benefiċjarju konċernat;

(a)

in-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew omissjoni direttament u bla ebda dubju attribwibbli lill-benefiċjarju konċernat;

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju; kif ukoll

(b)

in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju; jew

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma se titqies bħala parti mill-Anness II ladarba din id-Direttiva tiġi implimentata mill-Istati Membri kollha u jkunu ġew identifikati l-obbligi direttament applikabbli għall-bdiewa. Sabiex jitqiesu dawk l-elementi, il-Kummissjoni għanda tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 għall-fini li jiġi emendati l-Anness II fi żmien 12 -il xahar li jibda mill-mument li l-aħħar Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

imħassar

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, fir-rigward tas-snin 2014 u 2015, ir-regoli dwar il-kundizzjonalità għandhom jinkludu wkoll l-manutenzjoni tal- mergħat permanenti. L-Istati Membri li kienu membru tal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2004 għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt mergħa permanenti fid-data mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-erja tal-2003 tinżamm taħt mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti. L-Istati Membri li saru Membru tal-Unjoni fl-2004 għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt mergħa permanenti fl-1 ta' Mejju 2004 tinżamm taħt mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti. I-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt mergħa permanenti fl-1 ta' Jannar 2007 tinżamm bħala mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti.

Barra minn hekk, fir-rigward tas-snin 2014 u 2015, ir-regoli dwar il-kundizzjonalità għandhom jinkludu wkoll il-manutenzjoni tal-bur permanenti u tal-mergħa permanenti . Stati Membri li kienu Stati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 2004 għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt bur permanenti u mergħa permanenti fid-data mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-erja tal-2003 tinżamm taħt bur permanenti u mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti. Stati Membri li saru Stati Membri fl-2004 għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt bur permanenti u mergħa permanenti fl-1 ta’ Mejju 2004 tinżamm taħt bur permanenti u mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt bur permanenti u mergħa permanenti fl-1 ta’ Jannar 2007 tinżamm bħala bur permanenti u mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti.

 

Madankollu, Stat Membru jista’, f’ċirkostanzi debitament iġġustifikati, jidderoga mill-ewwel subparagrafu, kemm-il darba jieħu azzjoni biex jipprevjeni li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fl-erja totali tiegħu ta’ bur permanenti u mergħa permanenti.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha , permezz ta’ atti implimentattivi, tadotta l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon tal-mergħa permanenti u l-art agrikola li għandhom jinżammu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111, li jistabbilixxu l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon tal-bur permanenti u l-art agrikola li għandhom jinżammu.

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 94

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona agrikola kollha , inkluża art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, tinżamm f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, f’livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal benefiċjarji għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art abbażi fl-Anness II, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni konċernati, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjoni klimatika, sistemi eżistenti ta’ biedja, użu ta’ artijiet, tinwib, prattiki ta’ biedja, u strutturi ta’ farms. L-Istati Membri m’għandhomx jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma mhumiex stabbiliti fl-Anness II.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona agrikola kollha tinżamm f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, f’livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal benefiċjarji għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art abbażi fl-Anness II, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni konċernati, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjoni klimatika, sistemi eżistenti ta’ biedja, użu ta’ artijiet, tinwib, prattiki ta’ biedja, u strutturi ta’ farms. L-Istati Membri m’għandhomx jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma mhumiex stabbiliti fl-Anness II.

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta’ amministrazzjoni u kontroll eżistenti tagħhom biex jiżguraw konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità.

L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll eżistenti tagħhom biex jiżguraw konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità u għandhom jiddefinixxu ġabra ta' rekwiżiti u standards verifikabbli li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-farms .

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-verifiki ta’ rekwiżiti, standards, atti jew oqsma ta' kundizzjonalità jistgħu jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:

 

il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fis-sistema konsultattiva għall-farms prevista fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament;

 

il-parteċipazzjoni tal-bdiewa f’sistema ta’ ċertifikazzjoni, jekk tali sistema tkopri r-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki fuq il-post biex jaraw jekk benefiċjarju jkunx konformi mal-obbligi stipulati f’dan it-Titolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki fuq il-post biex jaraw jekk benefiċjarju jkunx konformi mal-obbligi stipulati f’dan it-Titolu. Meta jkunu qed jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiffokaw primarjament fuq it-talbiet bl-ogħla riskji skont il-prinċipju ta' proporzjonalità .

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha , permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , tadotta regoli dwar kif isiru kontrolli għall-verifika tal-konformità mal-obbligi msemmija f’dan it-Titolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 111 , li jistabbilixxu regoli dwar kif isiru l-kontrolli għall-verifika tal-konformità mal-obbligi msemmija f’dan it-Titolu.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

imħassar

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-penali pprovduta fl-Artikolu 91 għandha tkun applikata meta r-regoli dwar il-kundizzjonalità ma jitħarsux f’xi waqt f’sena kalendarja partikolari (minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-sena kalendarja konċernata”, u n-nuqqas ta’ konformità inkwistjoni jkun attribwibbli lill-benefiċjarju li jkun bagħat l-applikazzjoni għal għajnuna jew it-talba għal pagament fis-sena kalendarja konċernata.

1.   Il-penalità prevista fl-Artikolu 91 għandha tkun applikata meta r-regoli dwar il-kundizzjonalità ma jitħarsux f’xi waqt f’sena kalendarja partikolari (minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-sena kalendarja konċernata”), u n-nuqqas ta’ konformità kkonċernat ikun direttament u bla ebda dubju attribwibbli lill-benefiċjarju li jkun bagħat l-applikazzjoni għal għajnuna jew it-talba għal pagament fis-sena kalendarja konċernata.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha, għal kampjun ta’ benefiċjarji, tieħu fis-sena ta’ wara l-azzjonijiet meħtieġa biex tivverifika li l-benefiċjarju jkun irrimedja s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità konċernata. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni rimedjali għandhom jiġu nnotifikati lill-benefiċjarju.

imħassar

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 99

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-penali pprovduta fl-Artikolu 91 għandha tkun applikata permezz ta’ riduzzjoni jew esklużjoni tal-ammont totali tal-pagamenti elenkati fl-Artikolu 92 mogħti jew li jkollu jingħata lil dak il-benefiċjarju relatat mas-sena kalendarja konċernata jew mas-snin konċernati.

1.   Il-penali pprovduta fl-Artikolu 91 għandha tkun applikata permezz ta’ riduzzjoni jew esklużjoni tal-ammont totali tal-pagamenti elenkati fl-Artikolu 92 mogħti jew li jkollu jingħata lil dak il-benefiċjarju relatat mas-sena kalendarja konċernata jew mas-snin konċernati.

Għall-kalkolu ta’ dawk ir-riduzzjonijiet u esklużjonijiet għandhom jitqiesu s-severità, il-grad, il-permanenza u l-okkorrenza tan-nuqqas ta’ konformità misjub, kif ukoll tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

Għall-kalkolu ta’ dawk ir-riduzzjonijiet u esklużjonijiet għandhom jitqiesu b’mod proporzjonat in-natura, is-severità, il-grad, il-permanenza u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta’ konformità misjub, kif ukoll tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Fil-każ ta’ nuqqas ta' konformità minħabba negliġenza, il-perċentwali ta’ riduzzjoni m’għandux ikun aktar minn 5 % u, fil-każ ta’ nuqqas ripetut ta’ konformità, 15 %.

2.   Fil-każ ta’ nuqqas ta' konformità minħabba negliġenza, il-perċentwal ta’ riduzzjoni m’għandux ikun ta’ aktar minn 5 % u, fil-każ ta’ nuqqas ripetut ta’ konformità, m’għandux ikun ta’ aktar minn 15 %.

Fil-każijiet ġustifikati kif xieraq l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li m’għandha tiġi applikata ebda riduzzjoni fejn, minħabba s-severità, il-grad u t-tul tiegħu, każ ta’ nuqqas ta’ konformità għandu jitqies minuri. Madankollu, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali m’għandhomx jitqiesu bħala minuri. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni rimedjali għandhom jiġu nnotifikati lill-benefiċjarju.

Fil-każijiet ġustifikati kif xieraq l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma tiġi applikata l-ebda riduzzjoni fejn, minħabba s-severità, il-grad u t-tul tiegħu, każ ta’ nuqqas ta’ konformità għandu jitqies li jkun minuri. Madankollu, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali m’għandhomx jitqiesu li jkunu minuri.

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta’ twissija bikrija li tkun tapplika għall-każijiet tal-ewwel nuqqas ta’ konformità li mhumiex meqjusa bħala severi. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu minn din l-għażla, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat twissija inizjali lill-benefiċjarju, fejn tinnotifikah bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta’ rimedju. L-impatt ta’ tali sistema għandu jkun limitat għar-responsabilizzazzjoni tal-benefiċjarju għan-nuqqas ta’ konformità. It-twissija għandha tkun segwita minn verifiki xierqa sas-sena ta’ wara sabiex jiġi vverifikat li n-nuqqas ta’ konformità jkun ġie rrimedjat. Jekk ikun ġie rrimedjat, m’għandu jiġi applikat l-ebda tnaqqis. Jekk ma jkunx ġie rrimedjat, it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat b’mod retroattiv. Madankollu, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali għandhom dejjem jiġu meqjusa bħala severi.

3.   Fil-każ ta’ nuqqas intenzjonali ta’ konformità, il-perċentwali ta’ riduzzjoni fil-prinċipju ma għandux ikun anqas minn 20 % u jista’ jwassal saħansitra għal esklużjoni totali minn skema waħda jew aktar ta’ għajnuna u jkun japplika għal sena kalendarja waħda jew aktar.

3.   Fil-każ ta’ nuqqas sever ta’ konformità li jirriżulta minn negliġenza gravi , il-perċentwali ta’ riduzzjoni fil-prinċipju ma għandux ikun anqas minn 20 % u jista’ jwassal saħansitra għal esklużjoni totali minn skema waħda jew aktar ta’ għajnuna u jkun japplika għal sena kalendarja waħda jew aktar.

4.   Fi kwalunkwe każ, l-ammont totali ta’ riduzzjonijiet u esklużjonijiet għal sena kalendarja waħda m’għandux ikun aktar mill-ammont totali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

4.   Fi kwalunkwe każ, l-ammont totali ta’ riduzzjonijiet u esklużjonijiet għal sena kalendarja waħda m’għandux ikun aktar mill-ammont totali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 101

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Biex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 biex jistabbilixxi bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ penali minħabba l-kundizzjonalità billi tqis riduzzjonijiet minħabba dixxiplina finanzjarja.

1.   Biex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 biex jistabbilixxi bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ penali minħabba l-kundizzjonalità billi tqis riduzzjonijiet minħabba dixxiplina finanzjarja.

2.   Biex jiġi żgurat li l-kundizzjonalità ssir b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar il-kalkolu u l-applikazzjoni tal-penali.

2.   Biex jiġi żgurat li l-kundizzjonalità ssir b’mod effiċjenti, abbażi tar-riskju u proporzjonat, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 111, dwar il-kalkolu u l-applikazzjoni tal-penali. Dawk l-atti delegati għandhom b’mod partikolari jkun fihom regoli għall-każijiet fejn il-penali amministrattivi m’għandhomx jiġu imposti għal nuqqas ta’ konformità li jkun dovut għall-falliment tekniku tas-sistemi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, imsemmija fl-Anness II, RSM 7 u RSM 8, u ma jirriżultawx minn att jew ommissjoni direttament attribwibbli lill-benefiċjarju kkonċernat.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

sommarju tar-riżultati tal-verifiki u tal-kontrolli kollha disponibbli magħmula skont l-iskeda u dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fir-regoli speċifi għas-settur.

(v)

sommarju annwali, flimkien mal-kont ta’ nefqa tal-FAEG u l-FAEŻR, tar-riżultati tal-verifiki u tal-kontrolli kollha disponibbli magħmula skont l-iskeda u d-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fir-regoli speċifi għas-settur.

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)     Fejn, bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri huma mitluba jwettqu analiżijiet statistiċi, il-Kummissjoni għandha tipprovdilhom, kmieni biżżejjed, l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fejn pagament dirett, kif ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru DP/xxx, jitwettaq lill-benefiċjarju f'munita għajr dik tal-ewro, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu l-ammont ta' għajnuna espressa f'ewro fil-munita nazzjonali abbażi tar-rata ta' kambju l-aktar riċenti li ġiet stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta' Ottubru tas-sena li tingħata l-għajnuna.

3.   Fejn pagament dirett, kif ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru DP/xxx, jitwettaq lill-benefiċjarju f'munita għajr dik tal-ewro, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu l-ammont ta' għajnuna espressa f'ewro fil-munita nazzjonali abbażi tal-aħħar rata tal-kambju medja tax-xahar li tkun ġiet stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta' Ottubru tas-sena li tingħata l-għajnuna.

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri biex tissalvagwardja l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jekk din x’aktarx tkun ipperikolata minn prattiki monetarji eċċezzjonali relatati mal-munita nazzjonali. Dawk il-miżuri jistgħu, fejn ikun meħtieġ, jidderogaw mir-regoli eżistenti.

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 111, dwar miżuri biex tissalvagwardja l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jekk din x’aktarx tkun ipperikolata minn prattiki monetarji eċċezzjonali relatati mal-munita nazzjonali. Dawk il-miżuri jistgħu, fejn ikun meħtieġ, jidderogaw mir-regoli eżistenti.

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 110

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għandu jiġi stabbilit qafas komuni ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni. Dan il-qafas għandu jinkludi l-istrumenti kollha relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ miżuri politiċi tal-Politika Agrikola Komuni u partikolarment il-pagamenti diretti pprovdutu fir-Regolament (UE) Nru DP/xxx, il-miżuri tas-suq pprovduti fir-Regolament (UE) Nru CMO/xxx, il-miżuri ta’ żvilupp rurali pprovduti fir-Regolament (UE) Nru RD/xxx u l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità pprovduti f’dan ir-Regolament.

1.   Għandu jiġi stabbilit qafas komuni ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni, u partikolarment:

 

(a)

il-pagamenti diretti pprovduti fir-Regolament (UE) Nru …/2013[DP],

 

(b)

il-miżuri tas-suq ipprovduti fir-Regolament (UE) Nru …/2013[sCMO],

 

(c)

il-miżuri ta’ żvilupp rurali pprovduti fir-Regolament (UE) Nru …/2013[RD] u

 

(d)

l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità pprovduta f’dan ir-Regolament.

Biex jiġi żgurat kejl effikaċi tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta’ dak il-qafas .

Il-Kummissjoni għandha timmoniterja dawk il-miżuri ta’ politika abbażi tar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament . Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan pluriennali ta’ valutazzjoni b’valutazzjonijiet perjodiċi ta’ strumenti speċifiċi li hija se twettaq.

2.   L-impatt tal-miżuri tal-Politika Agrikola Komuni msemmija fl-ewwel paragrafu 1 għandu jitkejjel b’rabta mal-objettivi li ġejjin:

2.   L-impatt tal-miżuri tal-Politika Agrikola Komuni msemmija fl-ewwel paragrafu 1 għandu jitkejjel b’rabta mal-objettivi li ġejjin:

(a)

produzzjoni vijabbli tal-ikel, b'enfasi fuq l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;

(a)

il-produzzjoni vijabbli tal-ikel, b'enfasi fuq il-prezzijiet tal-mezzi ta’ produzzjoni , l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;

(b)

ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b'enfasi fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;

(b)

il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b'enfasi fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;

(c)

żvilupp territorjali bbilanċjat, b'enfasi fuq l-impjieg rurali, it-tkabbir u l-faqar fiż-żoni rurali.

(c)

l-żvilupp territorjali bbilanċjat, b'enfasi fuq l-impjieg rurali, it-tkabbir u l-faqar fiż-żoni rurali.

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, is-sett ta’ indikaturi speċifiċi għall-objettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3) .

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effiċjenti ta’ dan il-paragrafu l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 111, dwar il-kontenut u l-kostruzzjoni tal-qafas tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni, inkluż is-sett ta’ indikaturi u l-metodi għall-kalkolu tagħhom .

3.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri konċernati. Il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtiġijiet ta' dejta u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' dejta potenzjali, partikolarment l-użu tagħhom għal raġunijiet ta' statistika meta xieraq.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri konċernati. Safejn ikun possibbli, tali informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq sorsi ta’ dejta stabbiliti, bħan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola u l-Eurostat. Il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtiġijiet ta' dejta u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' dejta potenzjali, partikolarment l-użu tagħhom għal raġunijiet ta' statistika meta xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar il-ħtiġijiet ta' dejta u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' dejta potenzjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri , mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv indebitu fuqhom, kif ukoll regoli dwar il-ħtiġijiet ta’ dejta u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta’ dejta potenzjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 112 (3).

4.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull erba' snin. L-ewwel rapport għandhu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull erba' snin. L-ewwel rapport għandhu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 110a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 110a

Artikolu 110a

Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji

Il-pubblikazzjoni annwali ex post tal-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni annwali ex post tal-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR. Il-pubblikazzjoni għandu jkun fiha:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni annwali ex post tal-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR. Permezz ta' hekk, għandhom japplikaw, mutatis mutandis, l-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(a)

mingħajr ħsara għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110b ta’ dan ir-Regolament, isem il-benefiċjarji, kif ġej:

 

 

(i)

l-isem u l-kunjom fejn il-benefiċjarji huma persuni naturali;

 

 

(ii)

l-isem legali sħiħ, hekk kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarji jkunu persuni ġuridiċi li jkollhom personalità ġuridika awtonoma skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat;

 

 

(iii)

l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni kif ġiet irreġistrata jew inkella rikonoxxuta uffiċjalment, fejn il-benefiċjarji jkunu assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika tagħhom;

 

(b)

il-muniċipalità fejn joqgħod il-benefiċjarju jew fejn huwa rreġistrat u, fejn ikun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità;

 

(c)

l-ammonti ta’ ħlas li jikkorrispondu għal kull miżura ffinanzjata mill-FAEG u mill-FAEŻR irċevuti minn kull benefiċjarju fis-sena finanzjarja kkonċernata;

 

(d)

in-natura u d-deskrizzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR, u li skonthom ingħata l-pagament imsemmi fil-punt (c).

 

It-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir disponibbli fuq websajt wieħed għal kull Stat Membru. Għandu jibqa' disponibbli għal sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni inizjali.

 

2.     F'dak li jirrigwarda l-pagamenti li jikkorrispondu għall-miżuri ffinanzjati mill-FAEŻR kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ammonti li għandhom jiġu ppubblikati għandhom jikkorrispondu mal-finanzjament pubbliku totali, inklużi kemm il-kontribut tal-Unjoni u kemm dak nazzjonali.

 

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 110b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 110b

imħassar

Limitu

 

Fejn l-ammont ta’ għajnuna rċevuta f'sena minn benefiċjarju jkun daqs jew inqas mill-ammont stipulat minn Stat Membru skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru DP/xxx, dak l-Istat Membru ma għandux jippubblika isem dak il-benefiċjarju, kif inhu pprovdut fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110a(1) ta’ dan ir-Regolament.

 

L-ammonti stipulati minn Stat Membru skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru DP/xxx u nnotifikati lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni skont ir-regoli adottati taħt l-Artikolu 110d.

 

Fejn japplika l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw it-tagħrif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110a(1), u l-benefiċjarju għandu jkun identifikat b'kodiċi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta' dak il-kodiċi.

 

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Id-delega ta’ setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tkun ikkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament .

2.    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli … hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn …  (1).

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin, tressaq rapport dwar is-setgħat iddelegati. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża bl-istess tul ta' żmien jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu ma' din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi b’maġġoranza tal-membri tiegħu u l-Kunsill permezz ta’ maġġoranza kwalifikata.

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni li tgħin lill-bdiewa jippjanaw kif l-aħjar jinvestu fil-“protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima” tas-sistemi tal-farms tagħhom, u dwar liema fondi mill-UE jistgħu jużaw biex jagħmlu dan; b’mod speċifiku, informazzjoni dwar l-adattament tal-art agrikola għall-fluttwazzjonijiet tal-klima u t-tibdil tagħha fit-tul u l-informazzjoni dwar kif jadottaw miżuri agronomiċi prattiċi biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-biedja għall-għargħar u n-nixfiet u biex jittejbu u jiġu ottimizzati l-livelli ta’ karbonju fil-ħamrija.

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni dwar koorrelazzjoni pożittiva bejn il-bijodiversità u r-reżiljenza tal-agro-ekosistemi, u t-tifrix tar-riskju, u wkoll ir-rabta bejn il-monokulturi u s-suxxettibilità għall-falliment tal-uċuħ tar-raba’ jew għall-ħsara tagħhom minn organiżmi ta' ħsara u minn avvenimenti klimatiċi estremi

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni dwar kif l-aħjar tiġi pprevenuta l-firxa ta’ speċijiet aljeni invażivi u r-raġuni għalfejn dan hu importanti għall-funzjonament effettiv tal-ekosistema u għar-reżiljenza tagħha kontra t-tibdil fil-klima, inkluża informazzjoni dwar l-aċċess għall-finanzjament għall-iskemi ta’ eradikazzjoni fejn hemm implikati spejjeż addizzjonali

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – inċiż 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni dwar sistemi ta’ irrigazzjoni ta’ volum baxx u sostenibbli u dwar kif jottimizzaw sistemi sostnuti mill-ilma tax-xita, sabiex jiġi promoss l-użu effiċjenti tal-ilma.

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – inċiż 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni dwar it-tnaqqis tal-użu tal-ilma fl-agrikoltura, inkluża l-għażla tal-uċuħ tar-raba’, dwar it-titjib ta’ ħumus tal-ħamrija biex tiżdied iż-żamma tal-ilma u dwar it-tnaqqis tal-bżonn tal-irrigazzjoni.

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 5 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni dwar azzjonijiet immirati lejn l-innovazzjoni .

Informazzjoni dwar l-objettivi tas-Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibilità Agrikola kif dikjarat fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [ŻR] .

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 5 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni dwar il-gruppi operazzjonali eżistenti maħluqa skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [ŻR] inklużi l-kompiti tagħhom u t-trawwim tal-iskambju u l-kooperazzjoni magħhom meta jkun xieraq.

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 5 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni dwar il-Programmi ta’ Żvilupp Rurali orjentati għat-twettiq tal-prijoritajiet tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) No …/2013[ŻR].

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-iskambju tal-aħjar prattika, taħriġ u bini tal-kapċità (orizzontali għat-temi kollha msemmija hawn fuq)

Emenda 176

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Ilma” – RMS 1 – l-aħħar kolonna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikoli 4 u 5

Il-konformità mal-programm ta’ azzjoni u mal-kodiċi ta’ prattika tajba għall-azjendi tal-biedja f’żoni vulnerabbli

Emenda 180

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Ħamrija u ħażna ta’ karbonju” – KAAT 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Manutenzjoni ta’ livell ta’ materja organika għall-ħamrija inkluża projbizzjoni ta’ ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit

Manutenzjoni ta’ livell ta’ materja organika tal-ħamrija permezz ta’ prattiki xierqa inkluża projbizzjoni fuq il-ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit , ħlief għal raġunijiet tas-saħħa tal-pjanti jew għar-residwu taż-żbir .

Emenda 181

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Ħamrija u ħażna ta’ karbonju” – KAAT 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Protezzjoni ta’ art mistagħdra u ta’ ħamrija li jkollha ħafna karbonju inkluża projbizzjoni tal-ewwel ħrit

imħassar

Emenda 184

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Pajsaġġ, livell minimu ta’ manutenzjoni,” – KAAT 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, inkluż fejn ikun xieraq, ħitan tal-ħaxix, għadajjar, fossijiet, siġar f’linji dritti, flimkien jew iżolati, mqasam ta’ għelieqi u inkluż projbizzjoni fuq il-qtugħ ta' ħitan tal-ħaxix u siġar waqt l-istaġun ta' tgħammir u trobbija tal-għasafar u miżuri jekk jista’ jkun biex ikunu evitati speċijiet u organiżmi ta’ ħsara invażivi .

Żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, inkluż fejn ikun xieraq, ħabitats seminaturali, ħitan tal-ħaxix, għadajjar, fossijiet, siġar f’linji dritti, flimkien jew iżolati, imqasam ta’ għelieqi u inkluż projbizzjoni fuq il-qtugħ ta’ ħitan tal-ħaxix u siġar waqt l-istaġun ta’ tgħammir u trobbija tal-għasafar.

Emenda 192

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Azzjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika”(RAM ) (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Azzjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika (RAM)

Emenda 193

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Azzjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika”(RAM ) – KAAT 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Pjan ta' Azzjoni [tal-Kummissjoni] kontra t-theddid li qed jiżdied ta’ Reżistenza Antimikrobika, (COM(2011)0748, 15.11.2011) Għall-annimali li jipproduċu l-ikel: Prattiki tal-Biedja Tajbin biex jiġu evitati infezzjonijiet li jinkludu limiti tad-densità, dokumentazzjoni tat-trattamenti inklużi l-profilassi, l-ebda użu ta’ antimikrobiċi kritikament importanti

Emenda 194

Proposta għal regolament

Anness II – Kwistjoni Ewlenija “Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti” – RMS 10 – l-aħħar kolonna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza

L-applikazzjoni korretta ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; l-użu ta' prodotti awtorizzati biss, fil-kwantitajiet rakkomandati u f’konformità mal-indikazzjonijiet ta’ fuq it-tikketta. Iż-żamma ta' rekord tal-isem tal-prodott użat, il-formulazzjoni tiegħu, id-data li fiha jkun ġie applikat lill-ġonta raba’ kkonċernata, il-persuna li applikatu u l-livell tal-kwalifiki ta’ dik il-persuna, l-ammont applikat u l-metodu ta’ applikazzjoni


(1)   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.