30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/238


P7_TA(2013)0020

Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil (Deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali).

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD) – (2013/2504(RSP))

(2015/C 440/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

Emenda 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 6 a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-istabbiliment ta’ programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni  (1) u b'mod partikolari l-paragrafi dwar il-ħolqien ta’ Unità Ewropea ta’ Risistemazzjoni;

Emenda 2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.     Jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u dan ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

Emenda 3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b.     Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”  (2) ; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda previsti mit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jindika li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma’ dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

Emenda 4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c.     Jenfasizza li, fid-dawl tal-kompiti diġà identifikati u konklużi mill-Unjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrifletti dawk il-prijoritajiet politiċi b'mod prudenti u adegwat fil-proposta;

Emenda 5

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) , u 80 tiegħu,

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva  (3) , il-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa għal approċċ integrat fir-rigward ta’ kwistjonijiet urġenti dwar l-immigrazzjoni u l-asil kif ukoll dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, b’finanzjament u għodod ta’ appoġġ biżżejjed għall-immaniġġjar ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jkunu disponibbli fi spirtu ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà fost l-Istati Membri kollha, li jirrispetta r-responsabbiltajiet nazzjonali u b’definizzjoni ċara tal-kompiti. Barra minn hekk innota wkoll li, f’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati b’mod xieraq l-isfidi li qed jiżdiedu għall-FRONTEX, għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Asil u l-Fondi għas-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 107 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011  (4) , il-Parlament Ewropew enfasizza aktar il-ħtieġa li jiġu żviluppati sinerġiji aħjar bejn fondi u programmi differenti u jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li s-simplifikazzjoni ta’ ġestjoni tal-fondi u billi jkun permess il-finanzjament reċiproku, tkun permessa l-allokazzjoni ta’ aktar fondi għal objettivi komuni, laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-għadd totali ta’ strumenti baġitarji fl-affarijiet interni fi struttura magħmula minn żewġ pilastri u fejn possibbli taħt ġestjoni konġunta, u esprima l-opinjoni tiegħu li dan l-approċċ għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal aktar simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni, konsolidazzjoni u trasparenza tal-fondi u l-programmi attwali. Jenfasizza, madankollu, l-ħtieġa li jkun żgurat li l-objettivi differenti tal-politiki tal-intern ma jitħawdux;

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 109 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment ta’ miżuri li jippermettu li persuni li jfittxu l-asil jaċċessaw is-sistema ta’ asil tal-Unjoni b’mod sikur mingħajr ma jirrikorru għal kuntrabandisti tal-bnedmin jew netwerks kriminali u mingħajr ma jpoġġu ħajjithom fil-periklu.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Ir-riżorsi tal-Fond għandhom jintużaw f'koerenza mal-prinċipji bażiċi komuni dwar l-integrazzjoni, kif speċifikat fl-Aġenda komuni għall-integrazzjoni.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-Fond għandu jappoġġja l-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni ta’ migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni kollha għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Il-Fond għandu jappoġġja wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiċi u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni kif ukoll ma’ Stati Membri oħra.

(16)

Il-Fond għandu jappoġġja l-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni ta’ migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni kollha għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Il-Fond għandu jappoġġja wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiċi u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni kif ukoll ma’ Stati Membri oħra. L-assistenza teknika hija essenzjali sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom, jgħinu lil benefiċjarji biex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom u mal-liġi tal-Unjoni u b’hekk tiżdied il-viżibilità tal-fondi tal-UE u l-aċċessibilità għalihom.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-Fond għandu jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Aġenzija Frontex) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004, li wieħed mill-inkarigi tagħha huwa li tipprovdi l-appoġġ neċessarju għall-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti tal-Istati Membri u tidentifika l-aħjar prattiki dwar l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tneħħija ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fit-territorji tal-Istati Membri.

(23)

Il-Fond għandu jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Aġenzija Frontex) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004, li wieħed mill-inkarigi tagħha huwa li tipprovdi l-appoġġ neċessarju għall-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti tal-Istati Membri u tidentifika l-aħjar prattiki dwar l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tneħħija ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fit-territorji tal-Istati Membri. Dan għandu jippermetti wkoll lill-Aġenzija li tissodisfa l-obbligi tagħha u dawk tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-salvataġġ fuq il-baħar.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-Fond għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, azzjonijiet eliġibbli għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni vulnerabbli , b'mod partikolari, b’ attenzjoni speċjali u risponsi ddedikati lill-minorenni mhux akkumpanjati u minorenni oħra f'riskju.

(24)

Il-Fond għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ tad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-istrumenti internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Ġinebra tat-28 ta’ Lulju 1951 , id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familja Tagħhom. Azzjonijiet eliġibbli għandhom iqisu l-approċċ tal-protezzjoni tal-migranti, refuġjati u persuni li jfittxu l-asil abbażi tad-drittijiet tal-bniedem, u b’mod partikolari s-sitwazzjoni speċifika ta' persuni vulnerabbli billi tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa, lill-minorenni mhux akkumpanjati u minorenni oħra f'riskju billi jingħataw risponsi ddedikati .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġjati permezz tal-Fond għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġjati permezz ta' strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi u tematiċi; B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. M’għandhomx ikunu intiżi sabiex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta' strumenti tal-għajnuna esterna. Se tiġi żgurata wkoll il-koerenza mal-politika umanitarja tal-Unjoni , b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza .

(25)

Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġjati permezz tal-Fond għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġjati permezz ta' strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi u tematiċi; B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. M'għandhomx ikunu intiżi sabiex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta’ strumenti tal-għajnuna esterna fir-rispett tal-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp kif stabbilit mill-Kunsens għall-Iżvilupp (Art 35). Se tiġi żgurata wkoll li l-implimentazzjoni tal-assistenza ta' emerġenza tkun koerenti u komplimentari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u tirrispetta l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti mill-Kunsens dwar l-għajnuna umanitarja .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Parti kbira tar-riżorsi disponibbli taħt il-Fond għandha tiġi allokata b’mod proporzjonali mar-responsabbiltà merfugħa minn kull Stat Membru permezz tal-isforzi tiegħu fil-ġestjoni tal-flussi migratorji abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Għal dak l-għan, għandha tintuża l-aktar dejta statistika reċenti disponibbli dwar il-flussi migratorji, bħalma huwa l-għadd ta’ applikazzjonijiet tal-ewwel ażil, l-għadd ta' deċiżjonijiet pożittivi li jagħtu protezzjoni għar-refuġjati jew sussidjarja, l-għadd ta' refuġjati risistemati, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru sabiex jirrisjedu, l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali u l-għadd ta’ ritorni effettwati.

(26)

Parti kbira tar-riżorsi disponibbli taħt il-Fond għandha tiġi allokata b’mod proporzjonali mar-responsabbiltà merfugħa minn kull Stat Membru permezz tal-isforzi tiegħu fil-ġestjoni tal-flussi migratorji abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Għal dak l-għan, għandha tintuża l-aktar dejta statistika reċenti disponibbli dwar il-flussi migratorji, bħalma huwa l-għadd ta’ applikazzjonijiet tal-ewwel asil, l-għadd ta' deċiżjonijiet pożittivi li jagħtu protezzjoni għar-refuġjati jew sussidjarja, l-għadd ta' refuġjati risistemati, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru sabiex jirrisjedu, in-numru ta’ migranti irregolari maqbuda fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri, l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali u l-għadd ta’ ritorni effettwati. Barra minn hekk, madankollu, huwa importanti li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżorsi ekonomiċi ta’ kull Stat Membru kif ukoll id-daqs ġeografiku tiegħu. Riċerka fil-fond hija wkoll neċessarja biex jiġu identifikati u kkwantifikati l-ispejjeż reali għall-Istati Membri.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Fid-dawl tal-istabbiliment progressiv ta’ Programm dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni, il-Fond għandu jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta’ inċentivi finanzjarji (sommom sħiħa) għal kull refuġjat risistemat.

(29)

Fid-dawl tal-istabbiliment progressiv ta’ Programm dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni, il-Fond għandu jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta’ inċentivi finanzjarji (sommom sħiħa) għal kull refuġjat risistemat. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EASO, u skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni effettiva ta’ operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni appoġġati mill-Fond.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Biex tiġi mtejba s-solidarjetà u tiġi kondiviża aħjar ir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi tal-ażil, mekkaniżmu simili bbażat fuq inċentivi finanzjarji għandu jiġi stabbilit ukoll għar-rilokazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

(33)

Biex tiġi mtejba s-solidarjetà u tiġi kondiviża aħjar ir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi tal-asil, mekkaniżmu simili bbażat fuq inċentivi finanzjarji għandu jiġi stabbilit ukoll għar-rilokazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Il-mekkaniżmu għandu jkollu riżorsi biżżejjed biex jikkumpensa lill-Istati Membri li qed jirċievu numri akbar ta’ persuni li jfittxu l-asil u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, kemm jekk f’termini assoluti jew proporzjonali, u biex jgħinu lil dawk b’sistemi ta’ asil anqas żviluppati.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)

Għal dan il-għan, l-għajnuna teknika hija essenzjali sabiex l-Istati Membri jkunu f’pożizzjoni li jimplimentaw il-programmi nazzjonali tagħhom, li jgħinu lill-benefiċjarji sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u, għaldaqstant, li jsaħħu l-viżibilità u l-aċċessibilità tal-finanzjament tal-UE.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b)

Filwaqt li tirrispetta l-kriterji ta' flessibilità, is-simplifikazzjoni strutturali tal-istrumenti u tal-infiq għandha tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prevedibilità u ta’ affidabilità u tiżgura tqassim ekwu u trasparenti tar-riżorsi taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 35c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35c)

Is-simplifikazzjoni tal-istrutturi ta’ finanzjament – filwaqt li tipprovdi flessibbiltà – għandha żżomm il-prevedibbiltà u l-affidabilità u għandu jiġi żgurat sehem bilanċjat għal kull objettiv tal-fond permezz tal-programmi nazzjonali. Għaldaqstant, sehem ekwu tar-riżorsi finanzjarji għandu jiġi allokat taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 biex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ tal-objettivi tal-Fond għar-Refuġjati u l-Fond għall-Integrazzjoni tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ta' pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn, permezz ta’ assistenza ta’ emerġenza.

(36)

Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi , f'koordinazzjoni u sinerġija mal-assistenza umanitarja mmexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO), appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' emerġenza ta' pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta' influss bil-massa ta' persuni spostati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn, permezz ta' assistenza ta' emerġenza.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet tiegħu f’konformità mal-objettivi u l-kompiti tiegħu kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

(37)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet tiegħu f’konformità mal-objettivi u l-kompiti tiegħu kif stabbilit f’dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, salvagwardji għandhom jiddaħħlu fil-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil għall-prevenzjoni tal-allokazzjoni eċċessiva ta' fondi lil qasam ta’ politika wieħed biss għad-detriment tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil kollha kemm hi.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

In-nefqa tal-fondi f'dan il-qasam għandha tiġi kkoordinata aħjar sabiex jiġu garantiti l-komplementarjetà, viżibilità u effiċjenza akbar, kif ukoll sabiex jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 42b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42b)

Jeżisti bżonn ta' massimizzazzjoni tal-impatt tal-finanzjamenti tal-UE permezz ta' mobilizzazzjoni, akkomunament u ingranaġġ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 42c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42c)

Għandu jkun garantit il-massimu tat-trasparenza, tar-responsabilità u tal-iskrutinju demokratiku għall-istrumenti u l-mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 42d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42d)

Implimentazzjoni aħjar u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 42e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42e)

Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-Fond, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effikaċi u faċli sabiex jintuża, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-Fond għall-parteċipanti kollha.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 42f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42f)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kull sena l-implimentazzjoni tal-Fond permezz ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti. Dawn l-indikaturi, inklużi linji ta' referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt intlaħqu l-għanijiet tal-Fond.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)

Għall-għan tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tiegħu, il-Fondu għandu jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-koperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi.

(43)

Għall-għan tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tiegħu, il-Fondu għandu jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-koperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi. Għall-iskop ta’ dan il-Fond, madankollu, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament Orizzontali] għandha tinkludi fost l-awtoritajiet parteċipanti, l-awtoritajiet reġjonali, lokali u muniċipali kompetenti, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi u sħab soċjali.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Dan ir-Regolament jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament Orizzontali].

3.   Dan ir-Regolament jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament Orizzontali] , mingħajr ħsara għall-Artikolu 4a ta' dan ir-Regolament .

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“risistemazzjoni” tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għall-protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkollhom status definit mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 u li jkunu awtorizzati jirresjedu bħala refuġjati f'wieħed tal-Istati Membri jkunu trasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn ikunu permessi jirresjedu b'wieħed mill-istati li ġejjin:

(a)

“risistemazzjoni” tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għall-protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat ikunu trasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn ikunu permessi jirresjedu b'wieħed mill-istati li ġejjin:

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

status ta’ refuġjat fis-sens tal-punt ( d ) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/83/KE , jew

(i)

status ta’ refuġjat fis-sens tal-punt ( e ) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE , jew

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja fis-sens tal-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE, jew

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

'rilokazzjoni' tfisser il-proċess li bih, persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4 (1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali lejn Stat Membru ieħor fejn huma jingħataw protezzjoni ekwivalenti, jew persuni li jaqgħu taħt il-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħhom lejn Stat Membru ieħor fejn l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tiġi eżaminata.

(b)

'rilokazzjoni' tfisser il-proċess li bih, persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4 (1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali lejn Stat Membru ieħor fejn huma jingħataw minnufih protezzjoni ekwivalenti, jew persuni li jaqgħu taħt il-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħhom lejn Stat Membru ieħor fejn l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tiġi eżaminata.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru wieħed jew aktar karatterizzata minn fluss ta’ dħul kbir u sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jpoġġu piżijiet sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, sistemi u proċeduri tal-ażil tagħhom,

(i)

pressjonijiet partikolari fi Stat Membru wieħed jew aktar karatterizzati minn wasla f'daqqa ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jpoġġu piżijiet sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, sistemi u proċeduri tal-asil tagħhom,

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ġenerali tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji fl-Unjoni bħala parti mill-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, skont il-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja u  l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni.

1.   L-objettiv ġenerali tal-Fond għandu jkun, bħala parti mill-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja kif ukoll it-tiħsiħ l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-immigrazzjoni , filwaqt li jiġu osservati l-koerenza ta’ politika għall-iżvilupp kif ukoll l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem lejn il-protezzjoni tal-migranti, ir-refuġjati u l-persuni li jfittxu l-asil .

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv se tiġi mkejjela permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, il-livell ta' titjib fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza fil-qasam tal-ażil, fil-kwalità tal-proċeduri tal-ażil, fil-konverġenza tar-rati ta' rikonoxximent fl-Istati Membri, u l-isforzi ta' risistemazzjoni mill-Istati Membri .

Il-kisba ta' dan l-objettiv se tiġi mkejla mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi , fost oħrajn il-livell ta' titjib fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza fil-qasam tal-asil, fil-kwalità tal-proċeduri tal-asil u konverġenza miżjuda tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi profili ta’ każijiet simili , fl-għoti ta ’ informazzjoni affidabbli, oġġettiva u aġġornata dwar il-pajjiżi ta ' oriġini u l-isforzi ta' risistemazzjoni.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-appoġġ ta’ miżuri għal aċċess sikur għas-sistema ta’ asil tal-Ewropa;

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz ta’ indikaturi, fost oħrajn, l-opportunitajiet li persuni li jfittxu l-asil għandhom li jaċċessaw is-sistema ta’ asil tal-Unjoni b’mod sikur mingħajr ma jirrikorru għall-kuntrabandisti tal-bnedmin jew netwerks kriminali u mingħajr ma jpoġġu ħajjithom fil-periklu.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-appoġġ ta’ migrazzjoni legali għall-Unjoni f’konformità mal-bżonnijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż dawk li jfittxu l-ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;

(b)

l-appoġġ ta’ migrazzjoni legali għall-Unjoni f’konformità mal-bżonnijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u t-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti , b’mod partikolari dawk li jfittxu l-asil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv se tiġi mkejjla permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, il-livell ta' parteċipazzjoni miżjuda ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-impjieg, l-edukazzjoni u f'proċessi demokratiċi.

Il-kisba ta' dan l-objettiv hija mkejla mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi , fost oħrajn, il-livell ta' parteċipazzjoni miżjuda ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta’ persuni mingħajr stat fl-impjieg, l-edukazzjoni u fi proċessi demokratiċi , l-aċċess tagħhom għall-akkomodazzjoni u għall-kura tas-saħħa .

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha tiġi mkejjla permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, in-numru ta' persuni rritornati.

Il-kisba ta' dan l-objettiv hija mkejla mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi bħal , fost oħrajn, in-numru ta' persuni rritornati , in-numru ta' persuni li bbenefikaw minn miżuri ta' reintegrazzjoni (jew qabel jew wara r-ritorn), in-numru ta' ritorni volontarji, u l-kwalità tas-sistemi ta' kontroll tar-ritorni sfurzati .

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b‘mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil.

(d)

it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-asil , anki permezz tal-kooperazzjoni prattika .

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, il-livell ta' għajnuna reċiproka miżjuda bejn l-Istati Membri inkluż permezz ta' kooperazzjoni prattika u rilokazzjoni.

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi , fost oħrajn, il-livell ta' għajnuna reċiproka miżjuda bejn l-Istati Membri inkluż permezz ta' kooperazzjoni prattika u rilokazzjoni , u l-livell ta’ riżorsi umani li jsiru disponibbli permezz tal-EASO .

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kisbiet, kif imkejla mill-indikaturi.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-kisba ta' dawn l-objettivi speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 2 titkejjel permezz ta' indikaturi trasversali kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, fost oħrajn, it-titjib tad-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tar-rispett tal-ħajja tal-familja, l-aċċess għas-servizzi bażiċi u ta' assistenza għall-minorenni mhux akkumpanjati irrispettivament mis-sitwazzjoni ta' residenza tagħhom.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Miżuri meħuda biex jinkisbu l-objettivi definiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu totalment koerenti ma' u komplementari għall-miżuri appoġġjati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Il-kisba tal-objettivi definiti fil-paragrafi 1 u 2 issir fir-rispett tal-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna u l-politika umanitarja tal-Unjoni. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati permezz tal-istrumenti esterni ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom ikunu żgurati skont l-Artikolu 24a.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jgawdu minn forma ta' protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2004/83/KE ;

(b)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jgawdu minn forma ta' protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE ;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa residenti legalment fi Stat Membru jew li huwa fil-proċess li jikseb residenza legali fi Stat Membru;

(f)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li huwa residenti legalment fi Stat Membru jew li huwa fil-proċess li jikseb residenza legali fi Stat Membru;

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun fit-territorju ta’ pajjiż terz, li għandu l-ħsieb li jemigra lejn l-Unjoni u li jikkonforma ma’ miżuri u/jew kundizzjonijiet ta’ qabel it-tluq speċifiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inklużi dawk dwar l-abbiltà li jintegraw fis-soċjetà ta’ Stat Membru;

(g)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jkun fit-territorju ta’ pajjiż terz, li għandu l-ħsieb li jemigra lejn l-Unjoni u li jikkonforma ma’ miżuri u/jew kundizzjonijiet ta’ qabel it-tluq speċifiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inklużi dawk dwar l-abbiltà li jintegraw fis-soċjetà ta’ Stat Membru;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li għadu ma rċeviex deċiżjoni negattiva finali fir-rigward tat-talba tagħhom għal permanenza, residenza legali u/jew protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru u li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunux kisbu nazzjonalità ġdida u ma jkunux ħallew it-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(h)

kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li għadu ma rċeviex deċiżjoni negattiva finali fir-rigward tat-talba tagħhom għal permanenza, residenza legali u/jew protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru u li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunux kisbu nazzjonalità ġdida u ma jkunux ħallew it-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi mid-dritt ta’ permanenza, residenza legali jew forma ta' protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2004/83/KE jew protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE fi Stat Membru, u li jkun għażel li jagħmel użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunx kiseb nazzjonalità ġdida u ma jkunx ħalla t-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(i)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jgawdi mid-dritt ta’ permanenza, residenza legali jew forma ta' protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE jew protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE fi Stat Membru, u li jkun għażel li jagħmel użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunx kiseb nazzjonalità ġdida u ma jkunx ħalla t-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax jew m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul u/jew permanenza fi Stat Membru.

(j)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jissodisfax jew m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul u/jew permanenza fi Stat Membru inklużi persuni minn pajjiżi terzi li l-proċess ta’ ritorn tagħhom ikun ġie pospost formalment jew informalment .

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Sħubija

 

Għall-iskop ta’ dan il-Fond, madankollu, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament Orizzontali] għandha tinkludi fost l-awtoritajiet parteċipanti, l-awtoritajiet reġjonali, lokali u muniċipali kompetenti, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi u sħab soċjali.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

provvista ta’ għajnuna materjali, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' appoġġ, saħħa u kura psikoloġika;

(a)

provvista ta’ għajnuna materjali, inkluża assistenza umanitarja fil-fruntiera, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' appoġġ, saħħa u kura psikoloġika;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

it-twaqqif u t-titjib ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal u awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji rilevanti biex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għall-proċeduri tal-asil għal persuni li jfittxu l-asil u proċeduri tal-asil effiċjenti u ta’ kwalità.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi u s-servizzi ta' akkomodazzjoni eżistenti;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ trafikkar, persuni b’mard fiżiku serju, mard mentali jew kundizzjonijiet post-trawmatiċi, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali;

(d)

assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ trafikkar, persuni b’mard fiżiku serju, mard mentali jew kundizzjonijiet post-trawmatiċi, persuni fir-riskju ta’ vjolenza minħabba karatteristika personali msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

informazzjoni għall-komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta’ awtoritajiet lokali, li jkunu qed jitħalltu ma' dawk li jintlaqgħu;

(e)

informazzjoni għall-komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta’ awtoritajiet lokali, li jkunu se jinteraġixxu ma' dawk li jintlaqgħu , speċjalment fir-rigward tal-konformità mad-drittijiet fundamentali ta’ dawk li jfittxu asil ; dan jinkludi taħriġ għall-persunal li se jkun qed jinteraġixxi ma’ persuni vulnerabbli msemmija fil-punt (d);

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni;

(a)

l-istabbiliment, it-twettiq tal-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal u awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti biex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għall-proċeduri tal-ażil għal persuni li jfittxu l-ażil u proċeduri tal-ażil effiċjenti u ta’ kwalità.

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal u awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji rilevanti biex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għall-proċeduri tal-asil għal persuni li jfittxu l-asil u proċeduri tal-asil effiċjenti u ta’ kwalità.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu dejta u statistika dwar proċeduri tal-ażil, kapaċitajiet ta’ akkoljenza, azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni;

(a)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri – inkluż b’rabta mal-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija, tlestija u ġestjoni tal-kriżi stabbilit fir-Regolament (UE) Nru […/…] [ir-Regolament ta’ Dublin] -li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu data kwalitattiva u kwantitattiva dwar proċeduri tal-asil, kapaċitajiet ta’ akkoljenza, azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxi direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-ażil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira, l-iżvilupp ta’ indikaturi u benchmarking.

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxi direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-asil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira u l-partijiet interessati l-oħra rilevanti , l-iżvilupp ta’ indikaturi u benchmarking.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li l-prattiki ta' valutazzjoni jkunu kemm jista' jkun inklussivi.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura u servizzi xierqa biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni;

(b)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura u servizzi xierqa biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni , inkluż għajnuna lingwistika u konformità mad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati ;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-azzjonijiet maħsuba biex jipproċedu għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-persuni li huma soġġetti għal risistemazzjoni fi Stat Membru;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

it-tisħiħ ta’ infrastruttura u servizzi fil-pajjiżi deżinjati għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali.

(g)

it-tisħiħ ta’ infrastruttura u servizzi rilevanti għall-migrazzjoni u l-asil fil-pajjiżi deżinjati għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ strateġiji dwar ir-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni, inklużi l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi u l- evalwazzjoni.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għall-integrazzjoni, l-awtonomija u l-awtodipendenza ta’ refuġjati risistemati fuq bażi fit-tul.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u sabiex jitħejjew aħjar il-persuni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 4(1) għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà riċeventi fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal–Artikolu 3(2) u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu dwar il-politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament Orizzontali], l-azzjonijiet li ġejjin li jseħħu fil-pajjiż ta’ oriġini, għandhom b'mod partikolari jkunu eliġibbli:

Sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u sabiex jitħejjew aħjar il-persuni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 4(1) għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà riċeventi fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal–Artikolu 3(2) u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu dwar il-politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament Orizzontali], l-azzjonijiet li ġejjin li jseħħu fil-pajjiż ta’ oriġini, għandhom b'mod partikolari jkunu eliġibbli , filwaqt li jiġu osservati l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u, b’mod partikolari, l-impenji tal-UE f’appoġġ għall-ġlieda kontra l-eżodu tal-imħuħ :

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kampanji b’pakketti ta’ informazzjoni u ta’ żieda fl-għarfien, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni faċli għall-utent u  t-teknoloġija tal-informatika u websajts ;

(a)

pakketti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni u websajts faċli għall-utent , imxerrda fil-pajjiżi differenti b’mod koordinat skont messaġġ komuni Ewropew ;

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej:

1.   Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej:

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp tat-tali strateġiji ta’ integrazzjoni, inkluż l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi u l-evalwazzjoni;

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp tat-tali strateġiji ta’ integrazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ atturi lokali u/jew reġjonali , inkluż l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi dwar l-integrazzjoni, u l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet partikolari għal dawk li jfittxu l-asil, inklużi valutazzjonijiet parteċipattivi, bil-għan li jiġu identifikati l-aħjar prattiki ;

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

pariri u assistenza f'oqsma bħall-akkomodazzjoni fi djar, mezzi ta’ sussistenza, gwida amministrattiva u legali, kura medika, psikoloġika u soċjali, kura tat-tfal;

(b)

pariri u assistenza f'oqsma bħall-akkomodazzjoni fi djar, mezzi ta’ sussistenza, l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, il-gwida amministrattiva u legali, kura medika, psikoloġika u soċjali, kura tat-tfal u r-riunifikazzjoni tal-familja ;

Emenda 74

Proposta għal regolament

L-Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, inklużi dawk li jidħlu jew jirrisjedu għal skopijiet ta’ impjieg jew impjieg indipendenti u ta’ riunifikazzjoni tal-familja, il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, dawk li jfittxu l-ażil, il-persuni risistemati jew riallokati u gruppi vulnerabbli ta’ migranti, b'mod partikolari, minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ traffikar, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

2.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, inklużi dawk li jidħlu jew jirrisjedu għal skopijiet ta’ impjieg jew impjieg indipendenti u ta’ riunifikazzjoni tal-familja, il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, dawk li jfittxu l-asil, il-persuni risistemati jew riallokati u gruppi vulnerabbli ta’ migranti, b'mod partikolari, minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ traffikar, persuni f’riskju ta’ vjolenza minħabba karatteristika personali msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġiji, politiki u miżuri tal-immigrazzjoni tagħhom fil-livelli differenti u d-dipartimenti tal-amministrazzjonijiet, partikolarment it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu dejta u statistika dwar il-proċeduri u l-flussi migratorji, permessi ta’ residenza u l-iżvilupp ta' għodda ta’ monitoraġġ, skemi ta’ evalwazzjoni, indikaturi u livelli għall-kejl tal-kisbiet ta’ dawn l-istrateġiji;

(b)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġiji, politiki u miżuri tal-immigrazzjoni tagħhom fil-livelli differenti u d-dipartimenti tal-amministrazzjonijiet, partikolarment it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu dejta dettaljata sistematika u statistika dwar il-proċeduri u l-flussi migratorji, permessi ta’ residenza u l-iżvilupp ta' għodda ta’ monitoraġġ, skemi ta’ evalwazzjoni, indikaturi u livelli għall-kejl tal-kisbiet ta’ dawn l-istrateġiji;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

kapaċitajiet interkulturali ulterjuri ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi li jipprovdu servizzi pubbliċi u privati, inklużi istituzzjonijiet edukattivi, il-promozzjoni tal-iskambju ta' esperjenza u prattiċi tajba, kooperazzjoni u netwerking;

(c)

kapaċitajiet ulterjuri ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi li jipprovdu servizzi pubbliċi u privati, inklużi istituzzjonijiet edukattivi fil-qasam tal-interkulturalità u tad-drittijiet tal-bniedem; il-promozzjoni tal-iskambju ta' esperjenza u prattiċi tajba, kooperazzjoni u netwerking;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal sabiex ikunu żgurati proċeduri ta’ ritorn mingħajr xkiel ;

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u taħriġ tal-persunal sabiex ikun żgurat li l-proċeduri ta’ ritorn ikunu mingħajr problemi u jħarsu totalment id-drittijiet fundamentali tal-migranti ;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-appoġġ għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ indipendenti tal-operazzjonijiet ta' ritorn min-naħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, biex tiġi garantita l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-provvista ta’ għajnuna materjali, kura tas-saħħa u psikoloġika;

(c)

il-provvista ta’ għajnuna materjali, kura tas-saħħa u psikoloġika , inkluż għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-espulsjoni tagħhom ġiet posposta skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14, paragrafu 1, tad-Direttiva 2008/115/KE ;

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-istabbiliment u t-titjib tas-sistemi indipendenti u effikaċi tal-kontroll tar-ritorn sfurzat, kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 6, tad-Direttiva 2008/115/KE.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

miżuri biex jitnieda l-progress ta’ riintegrazzjoni għall-iżvilupp personali tar-ripatrijat, bħal inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal tqegħid u impjiegi u appoġġ fil-bidu għal attivitajiet ekonomiċi;

(c)

miżuri biex jitnieda l-progress ta’ riintegrazzjoni għall-iżvilupp personali tar-ripatrijat, bħal inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal tqegħid u impjiegi u appoġġ fil-bidu għal attivitajiet ekonomiċi , inklużi miżuri għal qabel ir-ritorn ;

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta u statistika dwar proċeduri u miżuri ta’ ritorn, kapaċitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, ritorni infurzati u volontarji, il-monitoraġġ u r-riintegrazzjoni;

(d)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta dettaljata u sistematika u statistika dwar proċeduri u miżuri ta’ ritorn, kapaċitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, ritorni infurzati u volontarji, il-monitoraġġ u r-riintegrazzjoni;

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ta’ EUR 3,869 miljun.

1.    Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza prinċipali kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 3 869 miljun.

Emenda 85

Proposta għal regolament

L-Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxu l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba .

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Ir-riżorsi globali għandhom jiġu implimentati bil-mezzi li ġejjin:

3.    Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza primarja għandu jiġi implimentat bil-mezzi li ġejjin:

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4 .     Ir-riżorsi globali disponibbli taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati taħt il-ġestjoni kondiviża skont [punt (b) tal-Artikolu 55  (5) tar-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 21, l-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 22, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni msemmi fl-Artikolu 23, u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 24 .

4.    Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza prinċipali disponibbli taħt dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta (b’mod partikolari l-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 21, l-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 22, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni msemmi fl-Artikolu 23, u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 24) jew taħt il-ġestjoni kondiviża skont il-punt (c) tal-Artikolu 58  (6) tar-Regolament Finanzjarju l-Ġdid.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża għandha tkun l-eċċezzjoni, mhux ir-regola.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni tibqa' responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 317 TFUE u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet differenti mill-Istati Membri.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.    Ir-riżorsi globali għandhom jintużaw b’mod indikattiv kif ġej:

5.    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, il-pakkett finanzjarju ta’ referenza primarja għandu jintuża b’mod indikattiv kif ġej:

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 3,232 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

(a)

83 % għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet tekniċi, l-ammonti inbidlu f' persentaġġ.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR 637 miljun għall-azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-assistenza teknika tal-Kummissjoni.

(b)

17 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-assistenza teknika tal-Kummissjoni.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    EUR 3,232 miljun għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

1.    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, riżorsi ppjanati għal programmi nazzjonali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 2,372 miljun kif indikat fl-Anness I;

(a)

73 % kif indikat fl-Anness I;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR 700 miljun ibbażati fuq il-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni għal azzjonijiet speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 16, għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 u għar-rilokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18;

(b)

22 % bbażati fuq il-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni għal azzjonijiet speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 16, għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 u għar-rilokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18;

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

EUR 160 miljun fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u mill-perjodu mis-sena baġitarja 2018 , sabiex jitqiesu bidliet importanti fil-flussi migratorji u/jew ikunu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni provduti fl-Artikolu 19 .

(c)

5 % fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u mill-perjodu mis-sena baġitarja 2017 , sabiex jitqiesu bidliet importanti fil-flussi migratorji u/jew ikunu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni provduti fl-Artikolu 19 .

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-finanzjament allokat għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) għandu jiġi mqassam fuq bażi ġusta, bilanċjata u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha ffinanzjati mill-Fond ikunu kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni fl-oqsma tal-asil u l-immigrazzjoni, anki jekk dawn ma jkunux marbuta minn miżuri assoċjati jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħhom.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 6,000 għal kull persuna risistemata.

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 4 000 għal kull persuna risistemata minfuqa fuq attivitajiet ta’ risistemazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 . L-implimentazzjoni effettiva tal-attivitajiet għandha tiġi ssorveljata u evalwata mill-Unità ta’ Risistemazzjoni tal-EASO.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied b’EUR 3 000 għal kull persuna risistemata minbarra l-kwota preċedenti ta’ risistemazzjoni tal-Istat Membru, jew fil-każ li l-persuna tkun ġiet risistemata fi Stat Membru li ma jkunx wettaq minn qabel risistemazzjoni b’fondi tal-Unjoni.

Emenda 99

Proposta għal regolament

L-Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied għal EUR 10,000 għal kull persuna risistemata skont il-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 u elenkati fl-Anness III.

2.   Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied ukoll bi EUR 3 000 għal kull persuna risistemata skont il-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 u elenkati fl-Anness III.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istati Membri li jiġbru flimkien il-wegħdiet tagħhom f'impenn mingħajr limiti jieħdu somom u appoġġ addizzjonali għal kull persuna risistemata sabiex jinkisbu l-għanijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni, billi jintlaħqu mill-anqas 20 000 risistemazzjoni kull sena sas-sena 2020 u jiġu stabbiliti prattiki tajba u standards komuni għall-integrazzjoni tar-reguġjati. Dawn l-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Unità ta’ Risistemazzjoni tal-EASO sabiex jistabbilixxu, itejbu u jirrivedu regolarment il-linji gwida għal dawn l-għanijiet kwantitattivi u kwalitattivi.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

il-persuni vittmi ta' atti ta' vjolenza u/jew ta' tortura;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni ta’ urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika.

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza għal raġunijiet legali u/jew ta’ protezzjoni fiżika.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

persuni li kienu suġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Emenda 104

Proposta għal regolament

L-Artikolu 17 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Sabiex effettivament issegwi l-objettivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somom sħaħ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 .

8.   Sabiex effettivament issegwi l-objettivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somom sħaħ imsemmija fil-paragrafi 1 , 2 u 3a .

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu, meta jitqies xieraq, ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 6,000 għal kull persuna rilokati minn Stat Membru ieħor.

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu, meta jitqies xieraq, ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 4 000 għal kull persuna rilokati minn Stat Membru ieħor.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi garanziji proċedurali stretti u kriterji ċari fir-rigward ta' miżuri ta' rilokazzjoni. Dawn il-garanziji proċedurali jinkludu, fost oħrajn, l-istabbiliment ta' kriterji ta' għażla trasparenti u mhux diskriminatorji; l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-benefiċjarji potenzjali tar-rilokazzjoni; il-komunikazzjoni bil-miktub tal-għażla jew in-nuqqas ta' għażla tal-kandidati interrogati; it-tul ta' żmien mogħti sabiex il-kandidati għar-rilokazzjoni jieħdu d-deċiżjoni tagħhom u fejn xieraq, ikunu jistgħu jippreparaw għat-tluq tagħhom b'mod adegwat; il-ħtieġa għall-kunsens volontarju tagħhom biex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ rilokazzjoni.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Il-miżuri ta' rilokazzjoni huma akkumpanjati minn pjan ta' azzjoni maħsub biex iżomm u/jew itejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-asil u l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u ta' integrazzjoni fl-Istat Membru ta' tluq ikkonċernat.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal- ażil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2016 u l-iżviluppi mistennija.

1.   Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2016 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2015 u l-iżviluppi mistennija.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

pressjoni migratorja :

(b)

pressjonijiet partikolari :

Emenda 110

Proposta għal regolament

L-Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fuq il-bażi ta’ dak il-mudell, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti implimentattivi l-Istati Membri li għandhom jirċievu ammont addizzjonali u tistabbilixxi matriċi ta’ distribuzzjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli fost dawn l-Istati Membri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 (3) .

2.   Fuq il-bażi ta’ dak il-mudell, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 26, l-Istati Membri li għandhom jirċievu ammont addizzjonali u tistabbilixxi matriċi ta’ distribuzzjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli fost dawn l-Istati Membri.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni, dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3.

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista' jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni, dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3 , fir-rispett tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp .

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

iż-żieda fil-kooperazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u prattiċi tajbin fil-qasam tal-ażil, inklużi r-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni, il-migrazzjoni legali, inkluż l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u r-ritorn;

(a)

iż-żieda fil-kooperazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u prattiċi tajbin fil-qasam tal-asil, inklużi r-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni, il-migrazzjoni legali, inkluż l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat , u r-ritorn;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni, sħubiji ta’ mobilità u l-programmi ta’ protezzjoni reġjonali.

(f)

kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi abbażi tal-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni , b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni, sħubijiet ta’ mobilità , programmi ta’ protezzjoni reġjonali u aċċess sikur għas-sistema tal-asil tal-Unjoni, skont l-Artikolu 24a .

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta l-azzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu b’ġestjoni ċentralizzata indiretta mill-aġenziji tal-Unjoni attivi fil-qasam tal-affarijiet interni, il-Kummissjoni tiżgura tqassim ġust, ekwu u trasparenti tal-finanzjamenti bejn l-aġenziji differenti. Dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati fil-qafas tal-missjonijiet ta’ dawn l-aġenziji, b’komplementarità mal-programmi ta’ ħidma tagħhom.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta u ekwa ta’ fondi fir-rigward ta’ kull wieħed mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2).

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta’ emerġenza.

1.   Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definit fl-Artikolu 2(f) . Il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi b’konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu koerenti u komplimentari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u jirrispettaw il-prinċipji umanitarji hekk kif stabbiliti mill-Kunsens dwar l-għajnuna umanitarja.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li jservi bħala kunsill konsultattiv tal-Unjoni għall-migrazzjoni u l-ażil permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni f’livell kemm nazzjonali u tal-Unjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, gruppi ta’ riflessjoni u entitajiet tal-Unjoni/internazzjonali oħra;

(a)

li jservi bħala kunsill konsultattiv tal-Unjoni għall-migrazzjoni u l-asil permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni f’livell kemm nazzjonali u tal-Unjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, gruppi ta’ riflessjoni u entitajiet tal-Unjoni/internazzjonali oħra u b’mod partikolari dawk li huma speċjalizzati fil-kwistjonijiet tal-asil u tal-immigrazzjoni ;

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl’informazzjoni msemmija fil-punt (b).

(c)

li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) , flimkien mas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi involuti fl-oqsma tal-immigrazzjoni u tal-ażil .

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Bord ta’ Tmexxija biex jipprovdi gwida politika fuq u japprova l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li jikkonsisti mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti wieħed minn Stati Membri, il-Parlament Ewropew u minn entitajiet oħra rilevanti;

(b)

Bord ta’ Tmexxija biex jipprovdi gwida politika fuq u japprova l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li jikkonsisti mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti wieħed minn Stati Membri, il-Parlament Ewropew u minn entitajiet indipendenti oħra rilevanti;

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) u, jekk possibbli, ikkumbinat mal-programm ta' ħidma ta' azzjonijiet tal-Unjoni u l-għajnuna għall-emerġenza..

7.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 u, jekk possibbli, ikkumbinat mal-programm ta' ħidma ta' azzjonijiet tal-Unjoni u l-għajnuna għall-emerġenza..

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24a

 

Koordinazzjoni

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jiżguraw koordinazzjoni fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u marbuta magħhom. B’mod partikolari għandhom jiżguraw li dawk l-azzjonijiet:

 

(a)

jikkonformaw mal-politika esterna tal-UE u b’mod partikolari mal-prinċipju tal-Koerenza fil-Politika għall-iżvilupp u jkunu koerenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;

 

(b)

jiffukaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp;

 

(c)

ikunu parti minn approċċ ta' żmien qasir jew possibbilment ta' żmien medju, skont in-natura tal-azzjonijiet u l-prijoritajiet;

 

(d)

essenzjalment iservu l-interessi tal-Unjoni, li għandhom effett dirett fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u jipprovdu l-kontinwità neċessarja mal-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

użati għall-benefiċċju ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni jew rilokazzjoni.

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament(EU) Nru …/…] għandhom japplikaw għal dan il-Fond.

Id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament(EU) Nru …/…] għandhom japplikaw għal dan il-Fond , mingħajr ħsara għall-Artikolu 4a ta' dan ir-Regolament .

Emenda 124

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

L-istabbiliment ta’ Unità ta’ Risistemazzjoni fi ħdan l-EASO b’persunal adatt allokat biex iwettaq il-koordinazzjoni neċessarja bejn l-attivitajiet kollha ta’ risistemazzjoni li għaddejjin fl-Istati Membri, iwettaq missjonijiet għall-pajjiżi terzi u/jew Stati Membri oħra, jassisti fit-twettiq ta’ intervisti, skrinjar mediku u ta’ sigurtà, jiġbor kompetenzi, jippermetti l-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, jistabbilixxi kuntatt mill-qrib mal-UNHCR u l-NGOs lokali, ikollu rwol importanti fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effettività u l-kwalità tal-programmi, jippromwovi kuxjenza u jiżgura netwerking madwar l-Unjoni u skambju ta’ prattiki tajba fost il-partijiet interessati fir-risistemazzjoni, inklużi sħubijiet bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Biex jippermettu l-possibbiltà għall-awtoritajiet u l-imsieħba lokali tal-Istati Membri biex jitolbu appoġġ finanzjarju mill-Fond fil-kuntest ta’ programmi lokali ta’ integrazzjoni li jinkludu appoġġ mal-wasla, proċedura ta’ segwitu fuq il-wasliet, strutturi ta’ ppjanar u koordinazzjoni u attivitajiet biex jinfurmaw u jippromwovu r-risistemazzjoni mal-komunitajiet li jkunu se jilqgħu r-refuġjati risistemati.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.

Inizjattivi fil-qasam tal-integrazzjoni maħsuba biex itejbu l-koordinazzjoni f'diversi livelli tal-politiki kkonċernati bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet

Emenda 127

Proposta għal regolament

Anness II – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Inizjattivi konġunti mmirati lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ewwel laqgħa u l-istandards ta’ protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati

(4)

Inizjattivi konġunti mmirati lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ewwel laqgħa, l-istandards ta’ protezzjoni u l-assistenza tal-minorenni mhux akkumpanjati

Emenda 128

Proposta għal regolament

Anness II – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Inizjattivi konġunti mmirati biex jirrestawraw l-unità tal-familja u r-riintegrazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom

(7)

Inizjattivi konġunti mmirati biex jirrestawraw l-unità tal-familja u r-riintegrazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom jekk dan ikun fl-interess superjuri ta' dawn tal-aħħar

Emenda 129

Proposta għal regolament

Anness III – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Ir-refuġjati Sirjani fit-Turkija, il-Ġordan u l-Libanu

(1)   ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 1.

(2)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(3)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(4)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(5)   Il-proposta tal-Kummissjoni – Ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)815 finali tat-22.12.2010). Din il-proposta tikkostitwixxi rtirar formali mill-Kummissjoni tal-proposti leġiżlattivi preċedenti COM(2010)71 finali u COM(2010)260 finali

(6)   Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1 .