52013DC0801

ABBOZZ TAR-RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEGI li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 /* COM/2013/0801 final - 2013/ () */


1.         IX-XEJRIET TAS-SUQ TAX-XOGĦOL U DAWK SOĊJALI U L-ISFIDI FL-UNJONI EWROPEA[1]

Il-qgħad laħaq livelli bla preċendenti fl-UE-28 Filwaqt li r-rata tal-qgħad naqset b'aktar minn żewġ punti perċentwali bejn l-2003 u l-2008, il-kriżi finanzjarja u ekonomika kkawżat deterjorazzjoni serja (id-Dijagramma 1). Bejn l-2008 (ċifra annwali) u t-tieni kwart tal-2013, ir-rata tal-qgħad (aġġustata skont l-istaġun) fl-UE-28 żdiedet minn 7,1 % sa 10,9 %. L-iżviluppi li saru maż-żmien kienu bejn wieħed u ieħor simili għal gruppi differenti fis-suq tax-xogħol, bi ftit eċċezzjonijiet. L-ewwel nett, il-qgħad fost iż-żgħażagħ jidher li huwa aktar reattiv għaċ-ċiklu tan-negozju b'mod ġenerali. It-tieni nett, meta faqqgħet il-kriżi kien hemm żieda aktar mgħaġġla fil-qgħad għall-irġiel milli għan-nisa, prinċipalment minħabba li s-"setturi ddominati mill-irġiel" kienu l-aktar milquta. Dan jidher mill-qabża akbar bejn l-2008 u l-2009 għall-qgħad totali milli għall-qgħad fost in-nisa. Fir-rigward tad-differenzi strutturali, iż-żgħażagħ, il-ħaddiema bi ftit ħiliet u ċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi[2] għandhom livelli aktar għoljin ta' qgħad.

Dijagramma 1: L-iżvilupp tar-rati ta' qgħad mill-2003 fl-UE-28, total, żgħażagħ, ħaddiema akbar fl-età u ħaddiema bi ftit kompetenzi

Nota: Iċ-ċifri tal-2013 jirreferu għat-tieni trimestru; iċ-ċifri tal-2003 sal-2012 huma dejta annwali; Sors: Eurostat

Il-qgħad waqaf jiżdied f'nofs l-2013. Mill-bidu tal-2013, ir-rata tal-qgħad baqgħet pjuttost stabbli. F'Settembru 2013, l-għadd totali ta' persuni qiegħda kien ta' kważi 26,9 miljuni (aġġustat skont l-istaġun). Ir-rata korrispondenti kienet 11 %, li ma nbidlitx għal sitt xhur konsekuttivi. Meta wieħed iħares 'il quddiem, għadu kmieni wisq biex jgħid jekk dan huwiex il-bidu ta' treġġigħ lura tax-xejra jew le. Ix-xejriet mhumiex simili fl-UE kollha. Meta mqabbel ma’ Settembru 2012, il-qgħad żdied f’16-il Stat Membru (l-aktar EL, CY, IT u NL) u naqas fi 12-il pajjiż (l-aktar fl-Istati Baltiċi, IE u HU). Dawn id-diverġenzi huma ftit jew wisq f’konformità mal-iżviluppi fil-PDG fl-Istati Membri kollha.

Il-qgħad fuq żmien twil għadu qed jiżdied, minħabba t-tul ta' żmien tal-kriżi. Fi tmiem it-tieni trimestru tal-2013, il-qgħad fuq żmien twil laħaq massimu bla preċedent ta' 12,5 miljuni fl-UE-28, li huwa 5 % tal-popolazzjoni attiva. Mill-2008, il-qgħad fuq żmien twil bejn wieħed u ieħor irdoppja b'żidiet fi kważi l-Istati Membri kollha, minbarra DE (fejn ir-rata naqset minn 4 % sa 2,5 % bejn l-2008 u l-2012) u LU (fejn ir-rata kienet stabbli b'madwar 1,5 % f'dan il-perjodu). Matul is-sena sat-tieni trimestru tal-2013 il-qgħad fuq żmien twil bħala perċentwal tal-qgħad totali żdied minn 45 % għal 47,1 % fl-UE-28 (47,0 % u 49,5 % għaż-ŻE-17).

Il-qgħad qed juri diverġenza wiesgħa u dejjem tikber bejn l-Istati Membri b'mod partikolari fiż-Żona tal-Euro. Sa mill-bidu tal-kriżi, il-qgħad żdied ħafna fin-naħa t'Isfel u fil-periferija taż-Żona tal-Euro, iżda ħafna inqas fi Stati Membri oħrajn. F'Awwissu 2013 ir-rata tal-qgħad varjat minn 4,9 % AT, 5,2 % DE u 5,9 % LU għal 26,6 % ES u 27,6 % EL[3]. Bir-rati għoljin b’mod sproporzjonat fil-EL u ES, il-qgħad huwa wkoll f’livell konsiderevolment ogħla mill-medja tal-UE-28 anki għall-PT, HR u CY, b’rati 'l fuq minn 16 %. Fir-rigward tal-bidliet fil-qgħad, l-akbar żieda minn sena għall-oħra (bejn Settembru 2012 u Settembru 2013) kienet irreġistrata f'CY (+ 4,4 pp). Ix-xejra hija wkoll relattivament negattiva fil-NL (iżda minn livell baxx) u fl-IT u sa ċertu punt fil-BE, BG, HR, LU u SI.

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' f'livelli għoljin ħafna. F’Settembru 2013 il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE-28 kien ogħla minn 23,5 %, ’il fuq b’0,4 punti perċentwali mis-sena ta' qabel iżda stabbli tul dawn l-aħħar sitt xhur. Hemm varjazzjoni wiesgħa bejn l-Istati Membri, u ċ-ċifri ta' Settembru 2013 ivarjaw bejn 7,7 % DE u 8,7 % AT sa 56,5 % ES u 57,3 % EL. Fix-xhur reċenti d-diverġenza ma żdiditx aktar, iżda tibqa' kbira.

Il-proporzjon ta' żgħażagħ mhux f'impjieg jew barra mill-edukazzjoni jew t-taħriġ (NEET) kompla jiżdied. Bejn l-2008 u l-2011, ir-rata tan-NEET għaż-żgħażagħ minn 15 sa 24 sena żdiedet b'żewġ punti perċentwali għal 12,9 % (id-Dijagramma 2). Fl-2012 kien hemm żieda ulterjuri fir-rata tan-NEET fil-livell tal-UE, iżda inqas minn dik tas-snin ta' qabel u mhux fl-Istati Membri kollha (ġie rreġistrat tnaqqis fl-AT, UK, LT, LV, RO u BG). Il-livelli jibqgħu għoljin fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri (LT, MT, PL, FR, BE, EE, SK, UK, PT, HU, LV, CY, HR, RO, IE, ES, EL, IT u BG) filwaqt li l-aktar xejriet reċenti (2011-12) fil-EL u SI, u xi ftit inqas fl-IT u HU, huma partikolarment ta' tħassib. Ir-rati tan-NEET huma kemxejn ogħla għan-nisa milli għall-irġiel: fl-2012 ir-rati kienu 13,4 % u 12,9 % rispettivament (total ta' 13,4 %) Il-fenomenu tan-NEET huwa prinċipalment dovut għal żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ aktar milli minħabba l-inattività relatata man-nuqqas ta' edukazzjoni.

Dijagramma 2: Ir-rata totali tan-NEET (grupp tal-età ta' bejn 15 u 24 sena) fl-Istati Membri

Sors: Eurostat

Il-livelli ta' tluq bikri mill-iskola qegħdin jonqsu bil-mod.. It-tluq bikri mill-iskola (early school leaving - ESL) kien ta' 12,7 % fl-2012 u dan huwa inqas minn 13,4 % kif kien is-sena ta' qabel. L-ESL għadu problema serja, minħabba li jikkonċerna madwar 5,5 miljun persuna, li aktar minn 40 % minnhom huma qiegħda. Fl-2012, fi 12-il Stat Membru, ir-rata kienet inqas mill-mira tal-Ewropa 2020 ta' 10 %. L-ESL kien l-ogħla fi ES, PT u MT b'rati ta' aktar minn 20 %. L-Ewropa qed tagħmel progress kbir lejn il-mira li l-edukazzjoni terzjarja tilħaq rata ta' kisba ekwivalenti ta' mill-inqas 40 % sal-2020. Fl-2012 il-kisba tal-edukazzjoni terzjarja ammontat għal 35,7 %.

Minkejja l-kriżi, ir-rati ta' attività tjiebu aktar f'bosta Stati Membri, l-aktar minħabba ż-żieda fir-rati ta' attività fost il-ħaddiema akbar fl-età u n-nisa (ta' età bejn 55 u 64 sena). Bejn l-2008 (Q2) u l-2013 (Q3) ir-rata ta' attività tal-UE-28 għall-popolazzjoni ta' età bejn 15 u 64 sena żdiedet minn 70,7 % għal 71,9 %, għalkemm kien hemm varjazzjoni konsiderevoli bejn il-pajjiżi. Ir-rati ta' attività żdiedu l-aktar fir-CZ, MT, LT u HU, filwaqt li l-akbar tnaqqis seħħ fid-DK (iżda minn livell għoli ħafna), IE u HR. Għalkemm ir-rati ta' attività tan-nisa tjiebu maż-żmien għad hemm diskrepanza konsiderevoli meta mqabbla ma' dik tal-irġiel: 12,1 punti perċentwali fit-tieni trimestru tal-2013 (ir-rati korrispondenti għall-irġiel u għan-nisa kienu ta' 78 % u 65,9 % rispettivament). Id-disparitajiet fir-rati ta' attività bejn is-sessi huma partikolarment għoljin f'bosta Stati Membri tal-UE tan-naħa t'Isfel, bħal pereżempju EL, IT u PT. Xi pajjiżi oħrajn għandhom rati ta' attività għoljin għan-nisa iżda huma karatterizzati minn ħafna impjiegi part-time għan-nisa, pereżempju fit-tieni trimestru tal-2013 fil-NL (77,3 %), DE (46,5 %) u AT (45,6 %).

Ir-rata tal-impjiegi tkompli turi xejra negattiva u jeħtieġ li x-xejra tinqaleb b'mod drastiku biex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 ta' 75 % għall-irġiel u n-nisa ta' età bejn 20 u 64.  Mill-bidu tal-kriżi, ir-rati tal-impjiegi fl-UE-28 naqsu bi kważi żewġ punti perċentwali, għal 68 % sat-tmiem tal-2012 (id-Dijagramma 3). Minn dak iż-żmien iċ-ċifri ddeterjoraw aktar. Bejn it-tieni trimestru tal-2012 u t-tieni trimestru tal-2013 r-rati tal-impjiegi naqsu b'0,6 pp fiż-Żona tal-Euro u b'0,42 pp fl-UE-28. 

Dijagramma 3: L-iżvilupp tar-rati tal-impjiegi tal-UE-28 u taż-Żona tal-Euro fir-rigward tal-miri tal-Ewropa 2020 (il-grupp ta' persuni ta' età bejn 20 u 64)

Nota: Ir-rati tal-impjiegi għall-2000 u l-2001 huma għall-UE-27 aktar milli għall-UE-28; iċ-ċifri tal-2013 jirreferu għat-tieni trimestru; Sors: Eurostat (LFS) u l-miri tal-Ewropa 2020

"Il-qligħ u t-telf" fl-impjiegi matul il-kriżi ma ġewx distribwiti b'mod ugwali. Filwaqt li r-rati tal-impjiegi għall-irġiel (20-64) naqsu b'aktar minn tliet punti perċentwali mill-2008 (minn 77,9 % fl-2008 sa 74,5 % fl-2012), l-impjiegi għan-nisa naqsu b'mod marġinali biss u saħansitra żdiedu ftit matul l-aħħar sena. Iż-żidiet kienu sostanzjali għall-ħaddiema akbar fl-età (3,3 punti perċentwali mill-2008 sabiex jilħqu 48,8 % fl-2012, b'żidiet imdaqqsa fil-BE, DE, FR, IT, LU, HU, NL u PL), b'mod partikolari n-nisa (5,0 punti perċentwali). Rigward il-livelli tal-edukazzjoni, it-tnaqqis fl-impjiegi kien l-akbar għal dawk li għandhom biss ftit ħiliet u l-inqas għall-individwi bi kwalifiki għolja. Ir-rata tal-impjiegi taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi (20-64) fl-UE-28 naqset minn 58,5 % fl-2010 għal 56,8 % fl-2012. Fir-rigward tax-xejriet tal-impjiegi skont is-settur, bejn t-tieni trimestru tal-2012 u t-tieni trimestru tal-2013, l-akbar telf ġie rreġistrat fil-kostruzzjoni (-4,5 %), l-agrikoltura (-1,5 %) u l-manifattura (-1,2 %). Iż-żidiet kienu partikolarment kbar fl-ICT (+2,5 %). Għalkemm dawn l-aħħar ħames snin kienu ta' ħsara għall-impjiegi permanenti, l-akbar piż ta' aġġustament waqa' l-aktar fuq l-impjiegi temporanji (li ma jiġġeddux). Fl-aħħar nett, l-impjiegi full-time qegħdin jonqsu għar-raba' sena konsekuttiva, bi tnaqqis ta' 8,3 miljuni (-4,6 %) mill-aħħar trimestru tal-2008. Bil-kontra, kien hemm tkabbir stabbli fl-impjiegi part-time fis-snin reċenti, bi 2,5 miljuni aktar mill-aħħar trimestru tal-2008, żieda ta' 6,4 %.

It-tkabbir fl-impjiegi qed juri diverġenza bejn il-pajjiżi. Id-Dijagramma 4 turi li l-esperjenzi kienu pjuttost differenti fl-Istati Membri u li sat-tieni trimestru tal-2012 it-tkabbir fl-impjiegi kien partikolarment negattiv fil-LV, EL, LT, IE u ES. Mit-tieni trimestru tal-2012, l-impjiegi żdiedu fil-pajjiżi Baltiċi u fi IE. Madankollu naqsu f'bosta pajjiżi oħra, b'mod partikolari f'CY, ES, PT u HU. B'mod globali, xi pajjiżi "ċentrali" taż-Żona tal-Euro (kif ukoll MT) marru relattivament tajjeb, filwaqt li l-impjiegi komplew jonqsu fil-pajjiżi taż-Żona tal-Euro tan-naħa t'Isfel bħal pereżempju IT u ES, u b'hekk tiġi kkonfermata d-diverġenza dejjem tikber fiż-Żona tal-Euro fir-rigward tal-qgħad (ara hawn fuq).

Dijagramma 4: It-tkabbir tal-impjiegi (għadd ta' persuni) mill-2008q2, għal kull Stat Membru

Nota: 2013q1 għall-HU u HR; Sors: Eurostat (kontijiet nazzjonali), kalkoli tad-DĠ EMPL

L-impjiegi x'aktarx jitjiebu ftit fil-ġejjieni, l-aktar minħabba ż-żidiet proġettati fil-PDG. Bħalissa r-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti hija madwar 1,5 % li hija bejn wieħed u ieħor il-medja minn tmiem l-2010.[4] Jekk wieħed iħares 'il quddiem, f'terminu medju, bosta xejriet se jwasslu għal aktar żieda fl-impjiegi, b'mod partikolari f'ċerti oqsma. Pereżempju, il-progress teknoloġiku se joħloq impjiegi fis-settur tal-ICT (huwa mistenni li jkun hemm 900 000 postijiet tax-xogħol vakanti mhux mimlija għall-prattikanti tal-ICT sal-2015), filwaqt li t-tixjiħ, minkejja r-restrizzjonijiet attwali fil-baġits għall-kura tas-saħħa pubblika, x'aktarx iżid id-domanda għall-ħaddiema tas-saħħa u s-servizzi relatati mas-saħħa f'terminu medju (fl-2012 l-għadd totali ta' persuni impjegati f'okkupazzjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa fl-UE-27 kien diġà laħaq kważi miljun). Barra minn hekk, l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija tista' twassal għal żieda f'impjiegi ekoloġiċi (l-għadd totali tal-impjegati żdied minn 2,4 miljuni fis-sena 2000 għal 3,0 miljuni fl-2008 u kien stmat li jilħaq 3,4 miljuni fl-2012). Setturi oħra li jiddependu fuq it-teknoloġija avvanzata bħal pereżempju l-industrija tat-trasport se jeħtieġu wkoll li jimpjegaw b'mod sostanzjali forza tax-xogħol b'ħiliet medji għal għoljin, biex ikun akkomodat it-tkabbir irreġistrat fl-avjazzjoni u t-trasport tal-passiġġieri u l-perċentwal għoli ta’ persunal ta' età kbira mistennija li jitilqu mis-settur tat-trasport sal-2020.

Id-dinamika tal-impjiegi titmexxa b'mod ewlieni minn tnaqqis fir-rata ta' sejba tal-impjiegi. Meta wieħed iħares lejn id-dinamika sottostanti, it-tnaqqis fir-rata tal-impjiegi hija dovuta kemm għal żieda fir-rata ta' separazzjoni tal-impjiegi u tnaqqis fir-rata ta' sejba tal-impjiegi, b'din tal-aħħar bħala l-aktar fattur importanti f'termini relattivi (id-Dijagramma 5).[5] Bejn l-2008 u l-2012 ir-rata ta' sejba tal-impjiegi naqset f'24 Stat Membru filwaqt li żdiedet biss fi tlieta (LU, DE u NL). L-akbar tnaqqis seħħ fid-DK, CY u SI.

Dijagramma 5: Ir-rata ta' sejba tal-impjiegi u ta' seperazzjoni tal-impjiegi fl-UE-27, medja annwali 2005-12

Sors: Eurostat (LFS), kalkoli tad-DĠ EMPL

Is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol tkompli tkun konsiderevoli. Is-sehem ta’ impjegati temporanji żdied b’0,4 punti perċentwali mill-2011, u dan jirrifletti ħafna l-kundizzjonijiet ekonomiċi inċerti. Dan iżid mar-rati eżistenti ta' qgħad għoljin u/jew ta' parteċipazzjoni baxxi għal ċerti gruppi. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa karatterizzat minn ishma għoljin ta' impjiegi temporanji u part-time, kemxejn aktar minn 40 % u 30 % (tal-impjiegi totali) rispettivament fl-2012. Bi tqabbil, fil-popolazzjoni totali li qed taħdem, is-sehem tal-impjiegi temporanji u part-time kien ħafna aktar baxx bi kważi 14 % u 19 % rispettivament fl-2012 fl-UE-28. In-nisa huma rrappreżentati żżejjed fix-xogħol part-time. Fl-2012 l-inċidenza tax-xogħol part-time għan-nisa kienet 31,9 %, meta mqabbla ma’ 8,4 % għall-irġiel, u NL, UK, DE, AT u BE kollha għandhom sehem ta’ aktar minn 40 % ta’ nisa li jaħdmu part-time u dan inaqqas b’mod sinifikanti jnaqqas ir-rati tal-impjiegi mkejla f’ekwivalenti ta’ full-time. Fis-sitwazzjoni attwali l-impjiegi temporanji u part-time, sa ċertu punt b'mod involontarju, jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u f’terminu ta’ żmien medju għal twil, jistgħu jaġixxu bħala pass ’il quddiem lejn kuntratti permanenti u/jew full-time (pereżempju għaż-żgħażagħ). Is-segmentazzjoni tidher ukoll mid-distakki persistenti fil-pagi bejn is-sessi u r-rati ta’ tranżizzjoni baxxi minn forom ta' xogħol kuntrattwali inqas protetti għal dawk aktar protetti. Dan tal-aħħar huwa ta' ħsara għall-gruppi li tipikament jaħdmu b'kuntratti temporanji, l-aktar iż-żgħażagħ.

It-tlaqqigħ fis-suq tax-xogħol huwa baxx f'bosta Stati Membri. Għalkemm ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti ma nbidlitx ħafna matul dawn l-aħħar tliet snin fil-medja, il-qgħad żdied, u dan jindika li t-tlaqqigħ fis-suq tax-xogħol qed jonqos. Il-kurva ta' Beveridge (id-Dijagramma 6) turi li l-qgħad strutturali ilu jiżdied minn nofs l-2011. Il-kurvi ta' Beveridge ddeterjoraw għall-maġġoranza tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-DE b'mod partikolari. Din ix-xejra globali negattiva hija xprunata prinċipalment mit-tkabbir fin-nuqqas tat-tlaqqigħ tal-ħiliet[6], u dan jindika li n-nuqqas ta' opportunitajiet fis-suq tax-xogħol assoċjat mal-kriżi ekonomika qed jipproduċi effetti ta' istereżi li jeħtieġu li jiġu kontrobilanċjati permezz ta' investimenti fil-kapital uman u tlaqqigħ aktar effettiv.

Dijagramma 6: Kurva ta' Beveridge, UE-27, 2008q1-2013q1

Nota: LSI (l-assi vertikali) tfisser Indikatur tan-Nuqqas ta' Xogħol (Labour Shortage Indicator), li huwa miksub mir-riżultati tal-istħarriġ dwar in-negozju tal-UE (% tad-ditti tal-manifattura jindikaw li n-nuqqas tax-xogħol huwa fattur li jillimita l-produzzjoni); Sors: Eurostat

L-għadd dejjem jiżdied ta' persuni qiegħda, il-proporzjon dejjem jikber ta' persuni qiegħda għal żmien twil u t-tnaqqis li jirriżulta fit-tlaqqigħ tal-effiċjenza huma sfidi serji għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol (active labour market policies - ALMPs) u s-servizzi pubbliċi għall-impjiegi (public employment services - PES). Filwaqt li xi Stati Membri żdiedu l-fondi allokati lill-ALMPs u l-PES, oħrajn naqqsuhom, sabiex jilħqu l-miri ta' konsolidazzjoni fiskali u biex iżidu l-effiċjenza tal-PES. Xi Stati Membri tejbu wkoll il-proċessi ta' ħidma fil-PES.

Jidher li l-kriżi ekonomika u r-riperkussjonijiet tagħha fuq is-suq tax-xogħol kellhom impatt fuq il-flussi ta' migrazzjoni fl-UE fi tliet livelli differenti: inqas migrazzjoni mill-pajjiżi terzi lejn l-UE (-3,7 % bejn l-2010 u l-2011), aktar migrazzjoni mill-UE lejn il-pajjiżi terzi (+14 % bejn l-2010 u l-2011, li minnhom 90 % minn ES, UK, FR, IE, PT u CZ, li l-aktar huma migranti li qegħdin jirritornaw aktar milli ċittadini) u xejriet li qed jinbidlu fir-rigward tal-migrazzjoni fl-UE ("mobbiltà fl-UE"). Il-mobbiltà fl-UE tal-ħaddiema tidher li hija mmexxija dejjem aktar minn fatturi ta’ spinta, filwaqt li qabel kienu l-fatturi ta' ġibda li ddominaw. B’mod ġenerali, minkejja ż-żieda qawwija fil-mobbiltà mill-Istati Membri tan-naħa t'Isfel lejn pajjiżi oħra tal-UE (pereżempju UK u DE) f’termini relattivi, iċ-ċifri assoluti jibqgħu relattivament baxxi meta mqabbla mad-daqs tal-forza tax-xogħol (u s-segment tal-persuni qiegħda) fil-pajjiżi tan-naħa t'Isfel tal-UE u wkoll mal-flussi ta’ mobbiltà ħafna akbar mill-Istati Membri Ċentrali u tal-Lvant, li jibqgħu l-pajjiżi prinċipali tal-oriġini ta’ dawk li jiċċaqilqu fl-UE.

Il-provvista tal-ħiliet għadha lura meta mqabbla mal-bidliet fid-domanda tal-ħiliet. Bosta xejriet, b'mod partikolari l-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika (ibbażata fuq il-ħiliet), wasslu għal bidliet gradwali fid-domanda tax-xogħol. Id-domanda relattiva għall-ħaddiema b'ħiliet għoljin ġeneralment żdiedet, u dan huwa ta' ħsara għall-ħaddiema b'ħiliet medji u baxxi ("titjib tal-ħiliet tad-domanda għax-xogħol"). Kien hemm bidla wkoll fl-importanza relattiva tat-tipi ta' ħiliet u l-ħiliet relatati mal-ICT u l-ħiliet soċjali (soft skills) saru aktar importanti għal għadd kbir ta' okkupazzjonijiet.

Għalkemm maż-żmien il-livelli medji tal-edukazzjoni u għalhekk il-"kwalità" tal-provvista tal-ħiliet żdiedu, il-ħiliet li għandhom il-ħaddiema ma laħħqux mad-domanda tal-ħiliet. Dan huwa ferm aktar minnu minħabba li x-xejriet għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja qegħdin fin-negattiv f'bosta Stati Membri, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Bħala riżultat ta' tali bidliet fid-domanda relattiva għall-ħiliet u l-provvista tagħhom, l-opportunitajiet tal-impjiegi għall-persuni b'ħiliet għoljin huma aħjar milli għal dawk b'ħiliet medji u baxxi. It-tbassir tas-suq tax-xogħol jikkonferma din ix-xejra għas-snin li ġejjin[7].

Il-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Ewropa huwa mhedded mid-dgħufijiet strutturali fil-bażi tal-ħiliet tagħha. Id-dejta reċenti[8] tissuġġerixxi li madwar 20 % tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol għandhom biss ħiliet baxxi u f'xi pajjiżi (ES, IT) dan is-sehem huwa ogħla. Xi ftit pajjiżi biss (FI, NL, SE) għandhom proporzjon għoli ta’ nies b’ħiliet tajbin ħafna u ħafna mill-pajjiżi Ewropej lanqas jistgħu jitqabblu mal-pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni barra mill-Ewropea (bħal pereżempju l-Ġappun u l-Awstralja). Id-dejta tikkonferma li l-Ewropa mhijiex qed tinvesti b'mod effettiv fl-edukazzjoni u l-ħiliet, u dan jhedded lill-kompetittività tagħha f'terminu medju u l-impjegabbiltà ta' proporzjon kbir tal-forza tax-xogħol. Kien hemm 10 Stati Membri li naqqsu n-nefqa għall-edukazzjoni f’termini assoluti (DK, IE, EL, ES, IT, CY, HU, PT, SK u UK) u 20 Stat Membru naqqsu s-sehem relattiv tal-PDG li huma jinvestu fl-edukazzjoni.

L-iżviluppi fil-pagi jakkomodaw il-ħtiġijiet ta' ribilanċjament. Fiż-żmien ta' qabel il-kriżi akkumulaw żbilanċi esterni konsiderevoli fl-UE, u b'mod partikolari fiż-Żona tal-Euro. Fi żmien aktar reċenti, id-dinamika tal-kosti tal-unità tax-xogħol kienet qed tappoġġa r-ribilanċjament estern (id-Dijagramma 7). Madankollu l-iżviluppi reali fil-kosti tax-xogħol qed jaġġustaw b'mod konformi mal-pożizzjonijiet tas-suq tax-xogħol tal-pajjiżi diversi. Huwa importanti li l-iżviluppi fil-pagi jkomplu jkunu konsistenti mal-ħtieġa li jiġu aġġustati l-iżbilanċi esterni u jitnaqqas il-qgħad. Jekk iż-żidiet reċenti fil-pagi jibqgħu għaddejjin fil-pajjiżi fejn hemm "surplus", dan jista' jsaħħaħ id-domanda aggregata globali.[9]

Dijagramma 7: L-iżviluppi fil-kosti tal-unità tax-xgoħol nominali fiż-Żona tal-Euro

Nota: ma hemm l-ebda dejta trimestrali disponibbli għall-EL; cut-off fi tmiem l-2012; Sors: Kalkoli tad-DĠ EMPL ibbażati fuq il-Eurostat

It-tnaqqis fil-kosti tal-unità tax-xogħol u l-moderazzjoni fil-pagi wasslu biss bil-mod u b'mod inkompetenti għal żviluppi fil-prezzijiet. Parzjalment, dan it-trasferiment mhux komplut jista' jiġi spjegat minn żidiet simultanji ta' taxxi indiretti u prezzijiet amministrati minħabba l-konsolidazzjoni fiskali[10]. It-tnaqqis fl-ispejjeż tal-unità tax-xogħol nominali minħabba l-prezzijiet għoljin ħafna wassal għal tnaqqis fl-ishma tal-introjtu mix-xogħol f'bosta Stati Membri, b'mod partikolari fi ES, PT u EL. Iż-żieda li tirriżulta f’marġnijiet ta’ profitt ma kinitx akkumpanjata minn żieda fl-investimenti.

Il-proporzjon tat-taxxa għadu għoli f'bosta Stati Membri Proporzjon għoli tat-taxxa u f'xi każijiet dejjem jogħla, speċjalment għall-ħaddiema b'paga baxxa u dawk li jkollhom it-tieni sors ta' introjtu, jibqa' kwistjoni ta' tħassib f'għadd konsiderevoli ta' Stati Membri. Biex dan il-fatt jiġi spjegat b'mod aktar ċar, fil-każ ta' ħaddiema b'paga baxxa (67 % tal-paga medja), tnaqqis fil-proporzjon tat-taxxa bejn l-2008 u l-2010 fil-maġġoranza tal-pajjiżi ġiet segwita minn żieda fis-sentejn ta' wara fi kważi l-Istati Membri kollha (bl-eċċezzjoni tar-UK, NL, PT, SI u FI). Il-livelli tal-2012 varjaw minn 20 % jew inqas f'MT u IE sa aktar minn 45 % fil-BE, DE, FR u HU. Fl-2012-2013 iż-żidiet fit-taxxa fuq l-introjtu personali kkonċentrati fuq dawk li għandhom introjtu ogħla, komplew fi 11-il Stat Membru [11].

Il-bidliet fil-proporzjon totali tat-taxxa kienu prinċipalment xprunati mill-PIT (taxxa fuq l-introjtu personali), fejn jidhru żidiet f'19-il Stat Membru (minn 26) (id-Dijagramma 8; NB persuna waħedha, bla tfal). Iż-żidiet fil-PIT kienu partikolarment kbar fl-IE, HU u EL. Jekk jitqiesu l-PIT u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati flimkien, il-piż fuq l-impjegati żdied fi 18-il Stat Membru, filwaqt li mhuwiex il-każ għal min iħaddem (11-il pajjiż b'żidiet fil-piż). B’mod ġenerali l-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem baqa’ bejn wieħed u ieħor stabbli fil-maġġoranza tal-Istati Membri, bi ftit eċċezzjonijiet (notevolment FR, SK, PL u HU).

Dijagramma 8: Bidla bejn l-2010 u l-2012 tal-proporzjon totali tat-taxxa għal kull komponent (67 % tal-paga medja, persuna waħedha, bla tfal)

Nota: Dejta għal CY u HR mhux disponibbli; Sors: OECD

Il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat huwa sfida f’xi Stati Membri. Attività ekonomika klandestina u x-xogħol mhux iddikjarat għandhom implikazzjonijiet negattivi li jaffettwaw lill-objettivi makroekonomiċi kif ukoll il-kwalità u l-produttività tax-xogħol u l-koeżjoni soċjali. Minn perspettiva makroekonomika, dawn inaqqsu d-dħul tat-taxxa (it-taxxa fuq l-introjtu u l-VAT) u jheddu l-finanzjament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Minn perspettiva mikroekonomika, ix-xogħol mhux iddikjarat u forom atipiċi oħrajn ta’ impjieg bħal pereżempju l-impjieg indipendenti fittizju għandhom it-tendenza li jfixklu l-kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji, u jwittu t-triq għad-dumping soċjali li jtellef il-ħolqien ta’ impjiegi regolari bi protezzjoni soċjali sħiħa. Joħloq ukoll ineffiċjenzi produttivi, minħabba li n-negozji informali tipikament jevitaw l-aċċess għas-servizzi u d-dħul formali (pereżempju l-kreditu) u ma jikbrux. Għalkemm mhumiex disponibbli faċilment ċifri kredibbli dwar il-firxa tal-ekonomija klandestina u x-xogħol mhux iddikjarat, dejta mhux preċiża turi li din il-kwistjoni hija sfida f’xi Stati Membri[12].

Il-kriżi biddlet sostanzjalment d-dinamika tal-inugwaljanza u affettwat sezzjonijiet differenti tal-popolazzjoni b’modi differenti. Filwaqt li, bħala medja, il-proporzjon S80/S20[13] baqa’ stabbli bejn l-2008 u l-2012 fl-UE-27, hemm dispersjoni wiesgħa u diverġenza li dejjem qed tiżdied fl-inugwaljanza bejn l-Istati Membri (id-Dijagramma 9). L-inugwaljanza kibret fil-maġġoranza tal-Istati Membri tan-naħa t'Isfel (ES, EL, IT, CY) kif ukoll fil-HR, EE, DK, HU, SK u ftit fl-IE. Minkejja t-titjib riċenti, l-inugwaljanza tibqa’ wkoll ta’ tħassib partikolari fil-BG, LV, PT u RO. 

Dijagramma 9: L-inugwaljanza tad-distribuzzjoni tal-introjtu (il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu), 2008-12

Sors: Eurostat, UE-SILC *AT, BE, IE u UK 2011 minflok 2012, 2012 stima għall-UE-27 u UE-28, provviżorji għal IT.

Ir-rata ta' riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali żdiedet b’mod sinifikanti, u d-differenzi bejn l-Istati Membri qed jikbru wkoll. Jeħtieġ treġġigħ lura qawwi tax-xejra biex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 li jinħarġu mill-inqas 20 miljun persuna barra mir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.  Bejn il-bidu tal-kriżi fl-2008 u l-2012,[14], l-għadd ta' Ewropej fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied b’ammont inkwetanti ta' 8,7 miljuni (bl-esklużjoni tal-HR), għal 25,1 % tal-popolazzjoni tal-UE-28 fl-2012 (id-Dijagramma 10). Filwaqt li l-proporzjon tal-popolazzjoni fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali żdied b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri li kienu l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika, ftit Stati Membri jirrapportaw tnaqqis fil-livelli relattivi ta' faqar.

Dijagramma 10: L-iżviluppi fir-rati tat-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) 2008-12

Sors: Eurostat, UE-SILC Imqassma mill-AROPE fl-2012. 2012 stmati għall-UE-27 u l-UE-28, provviżorji għall-IT, *AT, BE, IE u UK 2011 minflok l-2012, **HR u l-UE-28 l-ebda dejta għall-2008.

Hemm differenzi sostanzjali bejn il-koorti tal-età. Il-popolazzjoni ta’ nies fl-età li jaħdmu kienet l-aktar affettwata. Il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost dawk ta' bejn 18 u 64 sena żdiedu b’mod sinifikanti f’żewġ terzi tal-Istati Membri f’dawn l-aħħar snin, l-aktar minħabba livelli dejjem jogħlew ta’ unitajiet domestiċi qiegħda jew b’intensità baxxa ta’ xogħol u l-faqar fost dawk li jaħdmu. Fl-2012, madwar 50 miljun persuna ta’ età li jħadmu kienu jgħixu b’inqas minn 60 % tal-introjtu medjan nazzjonali ekwivalizzat fl-UE-28, 33,1 miljuni batew minn tiċħid materjali serju, u 30,4 miljun persuna ta’ bejn 18 u 59 sena għexu f’unità domestika fejn ħadd ma jaħdem.

Dijagramma 11: L-iżvilupp tar-rati ta’ dawk fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) mill-2005 fl-UE-28, total, tfal, popolazzjoni fl-età li jaħdmu u anzjani

Sors: Eurostat, UE-SILC Medja tal-UE-27 għall-2005-09; medja tal-UE-28 għall-2010-12, stima għall-2012.

L-anzjani (65+) kienu relattivament inqas affettwati minħabba li r-riskju tagħhom ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqas fil-maġġoranza tal-Istati Membri u n-nisa għadhom aktar affettwati mill-faqar fix-xjuħija mill-irġiel. Madankollu, it-titjib relattiv primarjament jirriżulta mill-fatt li l-pensjonijiet ma nbidlux filwaqt li l-livell tal-introjtu tal-popolazzjoni fl-età li jaħdmu staġnaw jew naqsu.

Ir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali għat-tfal għola mill-2008 flimkien mas-sitwazzjoni li marret għall-agħar tal-ġenituri tagħhom (l-aktar ta' età li jaħdmu) f'aktar minn 20 Stat Membru meta mqabbel mal-2008 iżda l-unitajiet domestiċi b'ġenitur wieħed jiffaċċaw riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali (UE-28: 47,8 % fl-2012) li huwa aktar mid-doppju aktar minn dak tal-familji b'żewġ adulti (24,4%). Ir-riskju sostanzjalment ogħla ta’ faqar fl-unitajiet domestiċi b’ġenitur wieħed jinsab fl-Istati Membri kollha u jvarja minn 35 % fis-SI, FI u DK sa 78 % fil-BG. B'mod simili, il-familji bi tlitt itfal jew aktar jiffaċċaw riskji ta' faqar jew esklużjoni soċjali (UE-28: 30,9 %) konsiderevolment ogħla mill-popolazzjoni ġenerali. L-irġiel fl-età li jaħdmu kienu aktar milquta direttament mid-deterjorazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fil-kriżi. Madankollu, in-nisa għadhom jiffaċċaw riskju akbar ta’ faqar jew esklużjoni (persistenti) mill-irġiel minħabba perjodi ta' inattività relatati mal-kura u xogħol part-time. Ir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-2012 kien ħafna ogħla (48,8 %) għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi (ta’ età bejn 18 u 64) milli għaċ-ċittadini (24,9 %). B'mod ġenerali d-distakk żdied minn 21,7 pp fl-2010 għal 23,9 pp fl-2012.

Mill-2011, l-introjti disponibbli għall-unitajiet domestiċi naqsu f’termini reali bħala medja fl-UE u fiż-Żona tal-Euro. It-tnaqqis kien partikolarment kbir (aktar minn ħames punti perċentwali akkumulati matul is-sentejn) fil-EL, ES, IT, CY, PT u RO u aktar moderat fil-BE, CZ, DK, HU, NL, SI, u SK. F’pajjiżi oħra l-introjti tal-unitajiet domestiċi staġnaw jew żdiedu ftit.

L-effett ta’ stabbilizzazzjoni tal-infiq soċjali fuq l-introjti tal-unitajiet domestiċi naqas wara l-2010. Matul ir-reċessjoni tal-2008-09, l-infiq soċjali kellu rwol sinifikanti fis-sostenn tal-introjti tal-unitajiet domestiċi fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE[15], anki bħala riżultat tal-miżuri ta' stimolu fiskali stabbiliti għas-sostenn tad-domanda aggregata u biex jikkontrollaw it-telf eċċessiv tal-impjiegi, f’konformità mal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku ta’ Novembru 2008.  Barra dan, il-benefiċċji soċjali netti u t-taxxi mnaqqsa kkontribwew b’mod pożittiv għall-bidla f'introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi (gross household disposable income - GHDI) matul l-2009 u fl-ewwel żewġ trimestri tal-2010 (id-Dijagramma 12). Minn nofs l-2010 'l quddiem, il-kontribuzzjoni tal-benefiċċji soċjali għall-bidla fl-introjtu gross tal-unitajiet domestiċi naqset. Dan jista’ jkun li seħħ minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ persuni qiegħda għal perjodu twil li tilfu l-intitolamenti tagħhom, flimkien mat-tneħħija gradwali parzjali, wara xi titjib fil-prospettiva ekonomika fi ftit Stati Membri, tal-miżuri implimentati biex jiġġieldu kontra l-kriżi. Fl-aħħar nett, f’xi Stati Membri t-tnaqqis gradwali tal-impatt tal-infiq soċjali rrifletta wkoll titjib fis-sitwazzjoni u l-prospettiva ekonomika.[16]

Dijagramma 12: Il-kontribuzzjonijiet tal-komponenti għat-tkabbir tal-introjtu gross disponibbli tal-unitajiet domestiċi (GHDI) (ŻE17 u UE27)

Sors: Eurostat – Kontijiet settorjali

L-impatti distribuzzjonali tal-konsolidazzjoni fiskali varjaw sostanzjalment bejn il-pajjiżi. Skont studju tal-Euromod[17], il-pakketti ta’ konsolidazzjoni fiskali affettwaw b’mod differenti l-unitajiet domestiċi b'introjtu għoli u baxx u dan skont kif tfasslu. Fi ftit pajjiżi l-impatti rigressivi poġġew piż addizzjonali fuq l-istandards ta’ għajxein tal-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx b’mod partikolari. Stati Membri oħra, permezz ta’ aktar attenzjoni partikolari lill-profil distributtiv tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali tagħhom, irnexxielhom jevitaw effett sproporzjonat fuq l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx. Dawn id-differenzi fl-impatti distributtiv seħħew indipendentement mid-differenzi fid-daqs kumplessiv tal-aġġustamenti.

B’mod ġenerali, wara quċċata fl-2009, ir-rati ta' tkabbir fin-nefqa soċjali kienu negattivi mill-2011 (id-Dijagramma 13).Fil-fażi bikrija tal-kriżi (sal-2009), iż-żieda fin-nefqa soċjali kienet xprunata l-aktar min-nefqa għall-qgħad, iżda wkoll, sa ċertu punt, minn funzjonijiet oħra (notevolment il-pensjonijiet u s-saħħa). It-tkabbir fin-nefqa soċjali ddgħajjef fl-2010, u dan jirrifletti taħlita tal-iskadenza tal-miżuri ta’ stimolu fiskali u l-mogħdija standard tat-tneħħija gradwali tal-istabbilizzazzjoni awtomatika fil-pajjiżi li qed jesperjenzaw irkupru. Mill-2011 (id-Dijagramma 13) in-nefqa soċjali naqset minkejja aktar deterjorazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali[18].

Dijagramma 13: Kontribuzzjonijiet għat-tkabbir fin-nefqa soċjali pubblika reali fl-UE ta’ flus u benefiċċji in natura (2001 – 2012)

Sors: Kontijiet nazzjonali, kalkoli tad-DĠ EMPL;

Il-kriżi affettwat ukoll l-istruttura tal-infiq tal-protezzjoni soċjali. F’xi pajjiżi, kien hemm żidiet qawwija fl-2009 u l-2010[19] f’oqsma (bħall-pensjonijiet u d-diżabbiltà) fejn il-livell tal-infiq kien diġà għoli u assoċjati ma’ eżiti soċjali u tal-impjiegi relattivament dgħajfa (id-Dijagramma 14). Fl-istess ħin, f’xi pajjiżi l-livell tal-infiq staġna jew saħansitra naqas fl-oqsma bħas-saħħa, l-esklużjoni soċjali, id-djar few in-nefqa tal-familji.

Dijagramma 14: KKontribuzzjoni kumlattiva għat-tkabbir totali fil-protezzjoni soċjali fl-UE-27 skont il-funzjonijiet (2007-10) u t-Tkabbir fin-nefqa totali (reali) fil-protezzjoni soċjali fl-Ewropa, skont il-pajjiż, 2010

 

Nota: kontribuzzjonijiet skont il-funzjoni għat-tkabbir globali tan-nefqa soċjali; Sors: ESSPROS

F’xi Stati Membri, jista' jkun li l-aċċess għall-kura tas-saħħa sar aktar diffiċli għall-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Flimkien mal-effetti tal-kriżi fuq l-introjti, it-tnaqqis fl-infiq fis-saħħa pubblika x'aktarx li jaffettwa l-adegwatezza tal-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, notevolment għall-gruppi b'introjtu baxx u persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Id-Dijagramma 15 turi l-proporzjon ta' persuni fil-kwintil bl-introjtu l-aktar baxx li jirrapportaw bżonnijiet ta’ saħħa mhux sodisfatta peress li t-trattament kien “għali wisq”, jew minħabba li ż-żmien ta’ stennija kien twil wisq jew kien kien’ il bogħod wisq. Filwaqt li għall-UE-27 kollha dan il-proporzjon żdied biss moderatament mill-2008 sal-2011 ġiet rrappurtata aktar deterjorazzjoni minn livell għoli ta’ aċċess għas-servizzi minn pajjiżi bħal-LV, EL, IT u PL, filwaqt li ġew irreġistrati żidiet sinifikanti minn livelli baxxi f’pajjiżi bħal CY, BE, FI, FR u SK.   

Dijagramma 15: Ħtieġa mhux issodisfata għall-kura tas-saħħa, il-kwintili tal-introjtu l-aktar baxx, 2008-2011

Sors: Eurostat UE-SILC 2011 2.         L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-LINJI GWIDA DWAR L-IMPJIEGI: RIFORMI DWAR L-IMPJIEGI U L-POLITIKI SOĊJALI

Din it-taqsima[20] tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riformi u l-miżuri introdotti mill-Istati Membri f’dawn l-aħħar 12-il xahar. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi[21] joffru gwida stabbli dwar il-politika lill-Istati Membri dwar kif għandhom jirreaġixxu għall-isfidi soċjali u tal-impjiegi fil-kuntest tax-xejriet kurrenti u bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020 (kif ippreżentat fit-Taqsima 1). L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2013 jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-gwida dwar il-politika għall-Istati Membri li qed jissottomettu l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-2013. Il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma ġew analizzati mill-ġdid kif meħtieġ u l-Kunsill, fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni, ħareġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż. Il-Kumitati għall-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali janalizzaw il-prestazzjoni u l-progress tal-Istati Membri fir-reazzjoni tagħhom għall-isfidi rilevanti permezz tal-applikazzjoni tal-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Impjiegi (Employment Performance Monitor - EPM) u l-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (Social Protection Performance Monitor - SPPM). Ir-riformi tal-politika sussegwenti se jiġu vvalutati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2014.

Il-Fond Soċjali Ewropew jappoġġa l-isforzi biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 permezz ta’ azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-qgħad, b’attenzjoni speċjali fuq iż-żgħażagħ, bl-offerta ta' skemi ta' taħriġ u apprendistati għall-iżvilupp ta' ħiliet ġodda u t-titjib tal-ħiliet eżistenti, l-edukazzjoni, l-appoġġ għall-inklużjoni soċjali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva. Għal għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-20 l-allinjament mill-qrib tal-FSE u Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment oħra mal-prijoritajiet ta’ politika tal-Istrateġija Ewropa 2020 flimkien mal-fowkus orjentat fuq ir-riżultati tal-Fond se jsaħħu r-rwol tagħhom bħala pilastri finanzjarji tal-Istrateġija.

Ir-riformi saru jew qed jitħejjew fl-oqsma kollha deskritti fit-taqsimiet li ġejjin. Madankollu, il-grad ta’ progress ivarja bejn l-oqsma tal-politika u bejn l-Istati Membri. Għalhekk jinħtieġu sforzi ulterjuri, anki jekk f’ħafna każijiet l-effetti sħaħ tar-riformi għadhom mhumiex viżibbli billi dawn tipikament jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw. Barra minn dan, il-“valur” tar-riformi ma jistax normalment jiġi ġġudikat waħdu minħabba li bosta riformi jistgħu jsiru fl-istess ħin. L-Istati Membri għandhom għalhekk iqisu t-trade-offs rilevanti fit-tfassil tal-politiki u r-riformi.

2.1 Linja Gwida dwar l-Impjiegi 7: Żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

L-Istati Membri komplew isaħħu l-miżuri tagħhom dwar il-politika attiva fis-suq tax-xogħol (ALMP). Bosta Stati Membri żiedu l-finanzjament allokat għall-miżuri tal-ALMP għall-2013 (CY, IE, HR, PL, SE), filwaqt li oħrajn naqqsuhom (NL, SI), b’aktar enfasi fuq l-effiċjenza. Xi Stati Membri ħadu miżuri biex issaħħu t-tlaqqigħ (BE, BG, ES, LT) u introduċew jew tejbu l-ħolqien tal-profil ta’ dawk qiegħda (FR). FR ħolqot Pjan Nazzjonali għat-taħriġ prijoritarju implimentat mill-PES: Hemm 30 000 persuna qiegħda li qegħdin jirċievu taħriġ f'oqsma prijoritarji u b'ħafna impjiegi. Ir-UK jipprovdi aktar appoġġ għall-persuni qiegħda li jsibuha aktar diffiċli biex isibu xogħol permezz ta' assistenza fit-tiftix imfassla apposta iżda fl-istess ħin se jagħmel ir-rekwiżiti biex min qed ifittex xogħol jibqa' jirċievi l-benefiċċji aktar stretti. Fl-IT, l-impjegaturi li jimpjegaw persuni li jkunu qed jirċievu l-benefiċċji għall-qgħad huma intitolati għal kontribuzzjoni ta' valur ta' 50 % tas-sussidju li jkun fadal li kien ikollu jitħallas lill-impjegati kieku baqgħu mingħajr xogħol; barra minn hekk inħolqot bażi tad-dejta biex tiġbor informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti fil-pajjiż kollu. Ir-riforma tal-Istat ippjanata fi BE se tirreġjonalizza aktar għadd ta’ kompetenzi fir-rigward tal-attivazzjoni u s-segwitu ta’ dawk qiegħda. Ir-RO emendat l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Qgħad tagħha billi, fost affarijiet oħra, introduċiet kategorija ġdida ta’ persuni qiegħda (persuni qiegħda fit-tul) li jibbenefikaw mill-ALMPs, bħal pereżempju l-inċentiv għall-mobbiltà u l-valutazzjoni bla ħlas tal-kompetenzi miksuba b’mod formali jew mhux formali. Fl-HU, HR, LV u SI, il-programmi tax-xogħlijiet pubbliċi għandhom l-għan li jġibu lill-persuni qiegħda fis-suq tax-xogħol u jipprovdu appoġġ għall-introjtu għall-persuni qiegħda li ma jikkwalifikawx għall-benefiċċji tal-qgħad.

Bosta Stati Membri ħadu miżuri bl-għan li jsaħħu l-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tagħhom għall-impjiegi (PESs), itejbu l-effiċjenza u l-effettività tagħhom, iħarrġu u/jew jirreklutaw il-konsulenti għall-impjiegi (CY, CZ, DE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, NL, PL, PT, SI).

Xi PSEs huma ffukati fuq li joffru servizzi aktar imfassla apposta għall-persuni qiegħda (SI), jippromwovu r-responsabbiltà reċiproka (NL) u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ partijiet interessati oħra (PL), l-impjegaturi u l-awtoritajiet lokali (HU, PT). Fil-DE, l-intenzjoni hija li tiffoka fuq persuni qiegħda fit-tul li qed isibuha diffiċli jsibu xogħol billi tittrasferixxi l-persunal tal-PES minn xi servizzi għall-persuni qiegħda għal żmien qasir. Fi FR, dawk li qed ifittxu xogħol ġew ikklassifikati fi tliet kategoriji li jirriflettu d-diffikultajiet li dawn jiffaċċaw biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, b’metodi differenti ta' segwitu għal kull kategorija. Fl-IE, l-inizjattiva Jobpath kienet maħsuba biex tiżdied il-kapaċità tal-PES permezz tal-involviment ta' kuntratturi ta’ partijiet terzi privati, l-impenn li jirdoppja l-għadd ta’ assistenti soċjali għall-persuni qiegħda matul l-2014 u fużjoni mal-istituzzjonijiet tal-għajnuna soċjali. Fi ES u PT, sar ftit progress biex jiżdied ir-rwol tal-aġenziji privati fl-iżvilupp tal-attivitajiet ta’ kollokament. Fis-Semestru Ewropew tal-2013 inħarġu s-CSRs dwar l-ALMPs u/jew il-PSE (jiġifieri jittejbu l-kwalità, il-kopertura u l-effettività tal-ALMPs, tittejjeb il-prestazzjoni tal-PES, tiġi żgurata mira aħjar jew jissaħħu l-elementi ta' attivazzjoni u s-servizzi individwalizzati) lil 16-il Stat Membru (BE, BG, CZ, DE, EE, ES, FR, HU, IT, LT, LU, LV, RO, SE, SI u SK).

Ġew introdotti miżuri speċifiċi biex jitqarbu l-persuni qiegħda minn gruppi żvantaġġati lejn is-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-persuni b'diżabbiltajiet, il-persuni li ilhom qiegħda u u l-ħaddiema b'passat ta' migrazzjoni. Diversi Stati Membri (BG, HU, NL, PT) ħadu miżuri biex itejbu s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-persuni żvantaġġati inġenerali. Pajjiżi oħra kkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq gruppi mmirati speċifiċi.

Is-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol għall-persuni b’diżabbiltà ġiet indirizzata f’diversi pajjiżi (FI, HU, LT u MT). L-HU stabbilixxiet awtorità ġdida u netwerk sabiex twettaq miżuri relatati mar-riabilitazzjoni u naqqset il-kosti tax-xogħol billi naqqset il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Fi FI, proġett ġdid jipprevedi n-nomina ta’ koordinatur personali li jipprovdi servizzi personalizzati individwali għall-persuni b’diżabbiltà. L-effett tal-proġett għandu jiġi mmultiplikat b'bidliet oħra: jittawwal iż-żmien tax-xogħol part-time b'benefiċċju ta' liv għall-mard għax-xogħol part-time u s-semplifikazzjoni tal-kriterji għar-riabilitazzjoni vokazzjonali. F’MT, iċ-Ċentru Job Bridge li għadu kemm twaqqaf għandu l-għan li jintegra l-persuni b’diżabbiltà fl-impjiegi. Fil-LT qed tingħata aktar attenzjoni biex jiġu appoġġati l-impjiegi tal-persuni b’diżabbiltà billi jittejjeb il-finanzjament tal-intrapriżi soċjali.

Ħafna miżuri tal-ALMP (kif deskritt hawn fuq) huma mmirati speċifikament għal dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil. Barra minn hekk, l-lE pprovdiet aktar taħriġ u edukazzjoni għal dawk li ilhom qiegħda fit-tul sabiex itejbu l-prospetti tax-xogħol tagħhom u bdiet tipprovdi għotjiet ta' ħlas lill-intrapriżi bħala inċentiv biex jirreklutawhom. L-Aġenzija tal-Istat għall-Impjieg fil-LV tipprovdi appoġġ għall-persuni li ilhom qiegħda bi problemi ta’ dipendenza. Id-DK ipprovdiet opportunitajiet ta' xogħol l-aktar fis-settur pubbliku u b’mod partikolari għal dawk li ilhom qiegħda u fir-riskju li jitilfu l-benefiċċji tagħhom.

L-Istati Membri adottaw miżuri speċifiċi biex jintegraw il-persuni b'passat ta’ migrazzjoni. Il-DE adottat programm li jippromwovi l-integrazzjoni tal-immigranti fis-suq tax-xogħol u li jtejjeb il-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. L-SE saħħet il-miżuri tal-ALMP tagħha għall-immigranti billi pprijoritizzat il-miżuri bbażat fuq il-post tax-xogħol u estendiet is-sussidji tal-pagi għall-persuni mwielda barra.

L-Istati Membri indirizzaw is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol bl-introduzzjoni bikrija ta’ xi elementi tal- Youth Guarantee. Fid-dawl tad-deterjorament tas-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, l-Istati Membri kollha introduċew miżuri addizzjonali għal dan il-pubbliku destinatarju. F’ħafna każijiet, il-miżuri attwali ġew estiżi, ingħataw stimolu finanzjarju u inkludew pubbliku destinatarju akbar. Is-sussidji tal-pagi sħaħ, parzjali u/jew settorjali (BE, BG, EL, HU, FR, IT, PT), it-it-tnaqqis fil-kost lavorattiv għajr il-pagi (BE, EL, ES, FR, HR, PT, SI), it-taħriġ intern għaż-żgħażagħ (BE, CZ, PT), l-apprendistati (DK, EL, ES, FI, HU, IT, PT, SE, UK), l-esperjenzi prattiċi tax-xogħol (CY, PL, SI), il-konsulenza (AT) u l-opportunitajiet tax-xogħol fis-settur pubbliku (BG, FR, HU) kienu l-aktar strumenti komuni użati għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri bħalissa qed ifasslu l-Iskemi ta' Implimentazzjoni tagħhom tal-Youth Guarantee biex l-iskemi nazzjonali tagħhom tal-Youth Guarantee (YG) jkunu operattivi minn Jannar 2014; oħrajn mistennija jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom fir-Rebbiegħa tal-2014. F’dawn l-aħħar 12-il xahar ġew varati YGs kompleti jew xi komponenti tagħhom jew proġetti (AT, ES, FI, FR, IE, HR, HU, MT, RO, UK). Fi FI, il-YG ġie imsaħħaħ mill-1 ta’ Jannar 2013. Fl-IE, proġett bi prova tal-YG ġie mniedi f’wieħed mid-distretti ta’ Dublin, bil-ħsieb ta' implimentazzjoni sħiħa fl-2014. Ir-RO nediet sejħa għal proġetti strateġiċi b’valur ta’ EUR 10 miljun u adottat Pjan Nazzjonali għall-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ. Ir-UK għamel progress fil-Youth Contract billi pprovda apprendistati u esperjenzi prattiċi ta' xogħol fuq bażi volontarja. L-AT introduċiet il-miżura Youth Coaching, maħsuba biex tgħin liż-żgħażagħ isibu edukazzjoni jew perkors vokazzjonali adattat għall-bżonnijiet personali tagħhom. Il-Programm Garanzija tal-Ewwel Impjieg fl-HU se joffri r-rimborż ta' 100 % għal erba’ xhur tal-kont tal-pagi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fir-rigward ta’ entitajiet ġodda sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol. MT adottat Strateġija Nazzjonali ta' Impjiegi għaż-Żgħażagħ bħala qafas komprensiv għall-integrazzjoni b’suċċess taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol u ħatret ukoll kumitat ta' azzjoni li parti mill-kompitu tiegħu hija l-implimentazzjoni ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ. Fi FR, “l-impjiegi għall-ġejjieni” huma kuntratti sussidjati li għandhom l-għan li jħarrġu u jimpjegaw 100 000 żagħżugħ u żagħżugħa sa tmiem l-2013 u 150 000 sa Marzu 2014, l-aktar fis-settur pubbliku, filwaqt li tnieda proġett pilota f’10 territorji, li jinvolvu 10 000 żgħażagħ NEET (not in education, employment or training ) li qed jiffaċċaw diffikultajiet kbar. ES approvat Strateġija għall-Intraprenditorija u l-Impjiegi taż-Żgħażagħ għall-2013-2016 li tinkludi 100 azzjoni u baġit totali ta’ aktar minn EUR 3,485 biljun.

L-Istati Membri ppromwovew miżuri biex jagħtu spinta lir-rati ta’ impjieg fost in-nisa u biex jiġu rrikonċiljati l-ħajja tax-xogħol u dik privata billi introduċew tibdil fis-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (early childhood education and care - ECEC)[22] u rrevedew ir-regolamenti dwar il-liv tal-ġenituri. Ġew allokati riżorsi addizzjonali biex jiżguraw li faċilitajiet tal-ECEC għall-ġurnata kollha joperaw b’ħinijiet tal-ftuħ aktar flessibbli (DE, FI, HU, MT, PL). Ir-UK ħabbar skema ġdida għall-kura tat-tfal ħielsa mit-taxxa għal familji b'ġenituri li jaħdmu u l-IE iggarantixxiet postijiet addizzjonali wara l-iskola għat-tfal tal-iskejjel primarji ġejjin minn familji bi dħul baxx. Il-DE introduċiet id-dritt għall-kura tat-tfal għal tfal li għandhom inqas minn tliet snin, filwaqt li ggarantixxiet benefiċċji għat-trobbija tat-tfal. Madankollu, żammet il-benefiċċju għall-kura tat-tfal għal dawk it-tfal li ma jagħmlux użu minn faċilità għall-kura tat-tfal. L-HU se tnaqqas l-età għad-dħul fl-edukazzjoni obbligatorja għal tliet snin mill-2014. Il-HR introduċiet edukazzjoni preprimarja obbligatorja u biddlet il-leġiżlazzjoni dwar forom mhux standard tal-kura tat-tfal[23]. L-EE emendat l-Att dwar l-benefiċċji tal-ġenituri.

Biex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-obbligi tax-xogħol, l-Istati Membri introduċew tibdil li jirrigwarda ħinijiet ta’ xogħol aktar flessibbli għas-salarjati (LU), miżuri biex jgħinu lil studenti li għandhom it-tfal (CZ), primjums ħielsa mit-taxxa (DK) u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tat-tisħiħ, l-integrazzjoni u t-taħriġ (EE).

Xi Stati Membri estendew il-liv tal-ġenituri (imħallas) (LU, MT, PL, UK). Fid-DK u MT ġenituri li jaħdmu għal rashom ingħataw drittijiet indaqs (fil-konfront ta’ ġenituri impjegati) f'dak li hu liv tal-ġenituri. Miżuri ġodda fl-EE u PL kellhom l-għan li jħeġġu lill-missirijiet jieħdu liv tal-paternità. Regoli ġodda ġew introdotti fi FR, li jagħtu sitt xhur liv tal-ġenituri lit-tieni ġenitur. L-AT għamlet riforma tar-regolament dwar il-liv li jittieħed għall-kura tat-tfal biex tiffaċilita bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja għal ġenituri li jgħixu f’forma ta' familja mhux tradizzjonali u biex jiġi ssimplifikat l-użu ta’ mudelli eżistenti. Il-HR armonizzat il-Liġi tagħha dwar il-Benefiċċji tal-Maternità u tal-Ġenituri mal-acquis communautairetal-UE.

L-inizjattivi dwar il-promozzjoni tal-impjiegi indirizzaw ukoll l-ostakli li hemm għal ħajja tax-xogħol itwal. Diversi Stati Membri ħadu miżuri biex jagħtu spinta lir-rata ta’ impjiegi fost il-ħaddiema kbar fl-età (AT, BE, CZ, FI, PL, SI), pereż. permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi, pjanijiet ta’ azzjoni jew strateġiji dwar l-invekkjament (CZ, FI, PL). Dawn kienu jinkludu l-użu tax-xogħol part-time (AT), taħriġ fuq il-post tax-xogħol (SI), l-introduzzjoni ta' taħriġ/taħriġ elettroniku komprensiv għal impjegati tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi sabiex itejbu s-servizzi għal nies qegħda li għandhom 'il fuq minn 50 sena (PL) u l-provvediment ta' inċentivi lil min iħaddem biex jimpjega ħaddiema kbar fl-età (AT, ES, PT). Il-BE ppromwova miżuri li jħeġġu n-nies ikomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar billi obbliga kumpaniji b’aktar minn 20 impjegat jistabbilixxu pjanijiet annwali biex iżommu jew iżidu l-għadd ta’ impjegati li għandhom 'il fuq minn 45 sena u estenda l-limitu tal-età għall-eżenzjoni mit-tiftix ta' impjieg attiv minn 58 sa 60 sena. F’Marzu 2013, ES adottat liġi b'digriet irjali biex tippermetti li jkun hemm kumpatibbiltà bejn ix-xogħol u l-pensjoni, u biex tiskoraġġixxi kumpaniji kbar milli jkeċċu impjegati li għandhom 'il fuq minn 50 sena. Rigward il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) ppubblikati din is-sena enfasizzaw l-isfidi rigward il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol (11-il Stat Membru: AT, CZ, DE, EE, HU, IT, MT, NL, PL, SK u UK):, iż-żamma tal-ħaddiema għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol u t-tisħiħ tal-impjieg għal ħaddiema kbar fl-età (15-il Stat Membru: AT, BE, BG, CZ, ES, FI, FR, LT, LU, MT, NL, PL, RO, SI u SK) u l-ispinta lill-perspettivi tal-impjiegi taż-żgħażagħ (22 Stat Membru: AT, BE, BG, CZ, DE, DK, EE, ES, FI, FR, HU, IT, LT, LU, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK u UK). 

Bosta Stati Membri għamlu tibdil fil-livell minimu jew massimu tal-pagi tas-settur pubbliku. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri ħadu miżuri ta’ linja politika fil-qasam tal-pagi. Xi pajjiżi rreġistraw żidiet fil-paga minima (CZ, EE, FR, HR, HU, LT, PL, SI, RO). Min-naħa l-oħra, il-pagi minimi, tnaqqsu (EL) jew f’oħrajn ġew iffriżati (PT). Il-pagi tas-settur pubbliku wkoll ġew iffriżati jew tnaqqsu f'ħafna każi, l-iffriżar tal-pagi tas-settur pubbliku ġie estiż f'ħafna Stati Membri (ES, IT, NL, PT) filwaqt li f'pajjiżi oħra sar tnaqqis fil-pagi (CY, EL, HR, IE, SI). Bil-maqlub, id-DK qed tippermetti żidiet modesti ħafna fis-salarji tas-settur pubbliku. Ir-RO ħadet miżuri biex tirrestawra s-salarji tal-impjegati pubbliċi għal-livelli li kienu f'Ġunju 2010.

L-Istati Membri indirizzaw il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi, inkluż l-indiċjar tal-pagi, u l-proċessi tan-negozjar kollettiv. L-indiċjar tal-pagi ġie (temporanjament) sospiż jew emendat f’għadd żgħir ta’ Stati Membri (CY, ES, LU). L-IT adattat il-qafas ta’ negozjar tal-pagi tagħha biex b'hekk iqis aħjar l-iżviluppi fuq livell lokali u settorjali. Fi ES l-imsieħba soċjali laħqu ftehim dwar il-moderazzjoni tal-pagi fl-2012-14, billi llimitaw iż-żidiet fil-pagi u rabtuhom mat-tkabbir fil-PDG ta' Spanja u mal-inflazzjoni taż-Żona tal-Euro. Fil-BE, wara li ma rnexxewx in-negozjati bejn l-imsieħba soċjali dwar ftehim kollettiv ġdid interprofessjonali, il-gvern stabbilixxa n-norma tal-pagi (l-ammont li bih l-ispiża lavorattivi jistgħu jiżdiedu iktar mill-inflazzjoni) fil-livell ta' 0 % għall-2013 u l-2014. Is-CSR adottati f’Lulju 2013 jenfasizzaw lil dawk l-Istati Membri (BE, DE, FI, FR, IT, LU, SI) li għalihom l-iżviluppi fil-pagi għadu jippreżenta sfida.

Ħafna Stati Membri ħadu miżuri fiskali biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi. Bosta pajjiżi (CZ, DK, LV, MT, NL, RO, SK, u UK) qed ikomplu jippromwovu programmi ta’ investiment pubbliku u/jew ta’ inċentivi ta’ investiment biex jgħinu jinħolqu l-impjiegi, minkejja li l-ostakoli fiskali huma stretti ħafna. Diversi pajjiżi ħadu miżuri fiskali (BE, ES, FI, FR, HU, LV, MT u UK) biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi. Kważi l-Istati Membri kollha introduċew miżuri jew inizjattivi ġodda (jew saħħew dawk fis-seħħ) biex jistimulaw l-investiment privat fir-Riċerka u Żvilupp u fl-innovazzjoni. Fl-istess ħin maġġoranza kbira tal-Istati Membri introduċiet għotjiet għall-SMEs jew impriżi ta’ daqs intermedju. 

Il-porzjon ta' taxxa għadu pjuttost għoli f’ħafna Stati Membri, iżda ftit pajjiżi biss ħadu passi biex jindirizzaw din il-problema, anki fid-dawl tal-maġini fiskali limitat. Sabiex isostnu d-domanda għall-ħaddiema, l-EE u HR naqqsu r-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegati u mill-impjegaturi filwaqt li l-BE, HU u PT naqqsu r-rati għal gruppi speċjali. Fil-PT qed jingħata sostenn finanzjarju lil dawk li jħaddmu biex jimpjegaw nies qegħda li huma kbar fl-età (+ 45 sena) billi jiġu rimborżati minn 75 % sa 100 % tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegatur. FR introduċiet kreditu fiskali ġdid għall-kompetittività u l-impjiegi li jippermetti tnaqqis fil-kosti lavorattivi. Rigward il-provvista ta’ ħaddiema, LV baxxiet ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul personali għal 24 %. Fil-BE, il-“bonus tax-xogħol” huwa maħsub biex iżid is-salarju nett ta’ dawk bi dħul baxx, biex b’hekk jonqsu n-nases tal-qgħad u tal-pagi baxxi. B’mod ġenerali s-CSR ta' din is-sena ffukaw fuq it-tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq dawk li għandhom dħul baxx (AT, DE, HU, LV u HU) u fuq it-tnaqqis fil-piż tat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet soċjali fuq il-ħaddiema kollha (BE, CZ, DE, FR, IT, NL).

Għadd ta’ Stati Membri komplew jappoġġaw inizjattivi li jesploraw setturi abbundanti fil-ħolqien tax-xogħol (CZ, FI, LU, MT, NL, RO). Il-Gvern fil-LU qed jissokta bl-istrateġija tiegħu ta’ investiment f’setturi ekonomiċi ġodda li jippromettu u waqqaf kumitat għall-identifikazzjoni ta' setturi niċċa ġodda b’potenzjal ta’ tkabbir fl-impjiegi. Fir-CZ, programm importanti ffinanzjat mill-FSE “New Green for Savings” fetaħ l-ewwel sejħa tiegħu f’nofs l-2013. Ir-RO qed tippjana biex tkopri s-settur tal-IT b'aktar inċentivi fiskali (jiġifieri eżenzjonijiet mit-taxxa). Madankollu, oqfsa ta’ politika integrata li jgħaqqdu it-tkabbir ekoloġiku u l-impjiegi jeżistu biss f’għadd żgħir ta’ pajjiżi (EL, FR, AT, PT, FI), filwaqt li f’oħrajn qed isir progress lejn l-introduzzjoni ta’ rispons iktar komprensiv għall-politika (BG, IE, ES, LU, MT, HR). Għad hemm ħafna Stati Membri li qed ikomplu jindirizzaw it-tkabbir ekoloġiku b’firxa ta’ strumenti u politiki separati (pereż. CZ, LT, SI)[24].

Xi Stati Membri użaw is-sussidji tal-impjegaturi u mexxew 'il quddiem l-intraprenditorija. Is-sussidji tal-impjegaturi kienu ħafna drabi użati biex joħolqu domanda għax-xogħol (LV, ES fil-livell reġjonali, NL u SI). L-Istati Membri ħadu xi miżuri ulterjuri għall-promozzjoni tal-ħolqien tan-negozju u l-impjieg indipendenti. Xi pajjiżi bdew joffru jew komplew joffru sussidji biex min hu qiegħed ikun jista' jiftaħ negozju (BG, CZ, PL, SI) filwaqt li ES offriet tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex tagħti spinta lill-impjieg indipendenti u appoġġat ukoll li jiġu impjegati ċerti gruppi, bħal persuni b’diżabilità u ż-żgħażagħ. L-AT tejbet is-sistema tas-sigurtà soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom. Il-PT introduċa miżura ta’ sostenn għall-impriżi li għadhom fil-bidu biex jimpjegaw in-nies. Xi Stati Membri (IT, LT, PL, SI) ikkonċentraw fuq li jagħtu spinta lill-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ. L-IT tappoġġa proġetti ta' impjieg indipendenti żviluppati miż-żgħażagħ fir-reġjuni tan-Nofsinhar, speċjalment fis-settur mingħajr skop ta' profitt. Pajjiżi oħra (AT, PL, LT) qed jiffokaw biex inaqqsu l-burokrazija u jtejbu l-ambjent tan-negozju li jsaħħu l-ħolqien tal-impjiegi. CY jipprovdi għajnuna lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, billi jfornihom b’appoġġ tekniku. Biex tattira l-investiment barrani, ir-CZ ħejjiet “Pakkett ta’ Merħba” li għandu l-għan li jiffaċilita u jħaffef id-dħul u l-impjieg ta’ ċittadini mhux tal-UE involuti f’investimenti kbar.

Qed jittieħdu miżuri addizzjonali biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat. Fil-qasam tax-xogħol mhux dikjarat, xi Stati Membri saħħew miżuri punittivi tagħhom (BE, CZ, EL, ES, FR, LV, NL, SK) filwaqt li oħrajn offrew xi inċentivi biex l-impjieg jiġi dikjarat (EL, HR, LT, SI). Il-BE u CZ iffukaw fuq il-ġlieda kontra l-impjieg indipendenti falz filwaqt li FR u SK poġġew aktar enfasi dwar l-ispezzjonar ta’ xogħol illeċitu. Il-LT introduċiet ċekkijiet tas-servizz biex jiffaċilitaw formassimplifikata u flessibbli ta’ impjieg fl-agrikoltura u fil-forestrija. Il-EL ppromwoviet l-użu tal-‘‘kupun ta' servizz”, jiġifieri kupuni ta’ impjieg b'tip alternattiv ta' assigurazzjoni ġeneralment għal persunal domestiku u persuni impjegati fis-settur agrikolu u fil-kura tas-saħħa. Il-LV saħħet il-leġiżlazzjoni biex tiġi tiġġieled kontra l-frodi fiskali u kompliet miexja 'l quddiem bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Miżuri Kontra l-Ekonomija l-Griża u Favur Kompetizzjoni Ġusta.

Bosta Stati Membri komplew jintroduċu tibdil fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-protezzjoni tal-impjiegi (EPL). Fi FR il-liġi dwar l-iżgurar tal-impjiegi, adottata f’Ġunju 2013, introduċiet aċċess usa’ għall-assigurazzjoni tas-saħħa komplimentari, il-ħolqien ta’ kont individwali għat-taħriġ, drittijiet biex tkun żgurata l-mobbiltà u għal gwida tal-karriera, is-simplifikazzjoni ta’ tkeċċija kollettiva u aktar flessibbiltà f’qagħda ekonomika diffiċli permezz ta’ ftehimiet biex jinżammu l-impjiegi. Fis-SI r-riforma l-ġdida tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis ta’ ostakli amministrattivi, żieda fil-flessibilità fis-suq tax-xogħol, inċentivi għal kuntratti ta' xogħol għal perjodu indefinit u diżinċentivi għal kuntratti b’terminu fiss. Il-BE qed tarmonizza EPL għall-ħaddiema manwali u dawk li mhumiex u aktar flessibilità fir-regolamentazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol. Fil-HR, l-ewwel fażi tat-tibdil fil-Liġi tax-Xogħol, li tlestiet f’Ġunju 2013 iffukat, inter aliafuq l-armonizzazzjoni mad-Direttiva dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet Ewropew u dwar xi elementi ta’ kuntratti b’terminu fiss. Fl-EE, ir-riforma tas-servizz ċivili ġabet tibdil konsiderevoli fir-relazzjonijiet bejn il-ħaddiem u min iħaddem u kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku, biex ġew aktar konformi ma’ dawk tas-settur privat. Diversi Stati Membri ħadu miżuri biex iżidu l-flessibbiltà tal-kodiċi tax-xogħol, permezz tal-użu ta’ kuntratti b’terminu fiss (CZ, għal impjiegi staġjonali fl-agrikoltura u l-kostruzzjoni), l-estensjoni ta’ xogħol fuq żmien qasir (DE, minn sitta sa 12-il xahar), it-tqassir tal-waqfien obbligatorju bejn kuntratt b'terminu fiss u ieħor mal-istess impjegatur (IT), l-estensjoni tal-perjodi tal-ħin tax-xogħol u l-użu tal-flessibbiltà fis-sigħat ta’ xogħol (PL). Xi pajjiżi għamlu tibdil fil-pagi jew fl-allowances tal-kuntratti flessibbli (DE għall-ħaddiema temporanji mill-aġenziji f'diversi setturi, AT għal xogħol b'terminu qasir). Għalhekk f'diversi Stati Membri, il-bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-siġurtà iċċaqlaq. B’kollox, ħamsa minn seba’ pajjiżi li rċevew CSR biex jirreformaw l-EPL fl-2013 ingħataw il-parir li jittrattaw is-segmentazzjoni (ES, IT, SI, FR, u PL). Fil-LT u NL, l-illaxkar fil-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti b’terminu fiss u l-protezzjoni tat-tkeċċija għandu jiffavorixxi iktar parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol u fluwidità fis-suq tax-xogħol.

2.2 Linja Gwida dwar l-impjiegi Nru 8: L-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol b'kompetenzi professjonali

It-titjib tal-provvista tal-kompetenzi u l-promozzjoni tat-tagħlim tal-adulti saru prijorità f’diversi Stati Membri. Bosta Stati Membri introduċew miżuri mmirati maħsuba biex itejbu l-provvista tal-kompetenzi u jmexxu 'l quddiem it-tagħlim tal-adulti. MT u BG tejbu l-impjegabbiltà tan-nies qiegħda jew dawk bi dħul baxx permezz ta’ taħriġ filwaqt li l-AT iffokat fuq persuni bi kwalifiki baxxi u medji billi għamlet tibdil pożittiv fis-sistema tal-edukazzjoni. Il-PL adottat l-Istrateġija tal-2020 tagħha dwar il-Kapital Uman. Fil-LV, pjan ġdid ta' re-immigrazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ ir-ritorn ta’ ħaddiema tas-sengħa u l-professjonisti, se joffri informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, korsijiet fil-lingwa Latvjana, u sostenn għat-tfal ta’ dawk li jirritornaw biex jipparteċipaw fis-sistema edukattiva.

F’xi pajjiżi (CZ, IE, MT, NL), il-miżuri l-ġodda ffukaw fuq setturi speċifiċi li għandhom potenzjal li joħolqu abbundanza ta’ impjiegi jew li huma partikolarment milquta mill-kriżi. MT tappoġġa gradwati b’ħiliet li għalihom hemm nuqqas tal-provvista billi tagħtihom rimborż tal-spejjeż tal-edukazzjoni u IE ffukat fuq taħriġ mill-ġdid lill-gradwati biex jieħdu vantaġġ mill-espansjoni fl-opportunitajiet tax-xogħol fis-settur tal-ICT. Biex isaħħu l-forza tax-xogħol bil-ħiliet meħtieġa, żewġ Stati Membri (AT u DE) emendaw ir-regolamenti li jirrigwardaw l-aċċess ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-impjieg. Għadd kbir ta’ Stati Membri daħħlu jew qed jippjanaw li jintroduċu fl-2013 miżuri ġodda jew aktar b'saħħithom biex iżommu jew iżidu r-riżorsi umani fl-oqsma STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika).

Bosta Stati Membri introduċew miżuri li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għad-dinja tax-xogħol. Għadd konsiderevoli ta’ Stati Membri (AT, BE, CZ, ES, FI, IT, PT, RO, SE, UK) fittxew li jtejbu t-tranżizzjoni mill-iskola għad-dinja tax-xogħol billi żviluppaw skemi ta' taħriġ u apprendistati u billi saħħew l-istituzzjonijiet relevanti. Il-PT irriforma s-sistema tiegħu ta' apprendistat doppju, estenda t-tul tal-iskema ta' taħriġ u wessa’ l-aċċess għal livelli kollha ta’ kwalifika. Ir-RO ppromwoviet it-taħriġ professjonali għall-gradwati fl-edukazzjoni għolja. Fir-UK l-impjegaturi se jkunu jistgħu jfasslu l-apprendistati tagħhom skont il-bżonnijiet speċifiċi li għandhom u ġie introdott programm ġdid ta’ taħriġ biex jipprovdi liż-żgħażagħ li ma għandhomx il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għas-suq tax-xogħol b'pakkett ta’ sostenn imfassal apposta sabiex ikunu jistgħu jidħlu għal apprendistati jew xogħlijiet oħra. Fil-BE, iż-żgħażagħ li ma għandhomx sengħa jistgħu jagħmlu taħriġ intern full-time għal minn tlieta sa sitt xhur f’kumpanija, f'organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ jew fis-servizz pubbliku. Bħala parti mill-Youth Guarantee, il-FI qed tagħmel it-taħriġ f'apprendistat aktar aċċessibbli u attraenti kemm għal dawk li jitħarrġu kif ukoll għal min iħaddem. L-IT ssimplifikat id-dmirijiet ta’ min iħaddem rigward il-provvista ta’ taħriġ għall-apprendisti u allokat riżorsi maħsuba biex jattivaw skemi ta' taħriġ għal NEET li jgħixu f’żoni żvantaġġati kif ukoll studenti f'edukazzjoni terzjarja. L-SE qed tniedi "impjiegi ta' introduzzjoni vokazzjonali" għal żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena li ma għandhomx esperjenza preċedenti fil-professjoni speċifika, bi 15-25 % tal-ħin tax-xogħol tagħhom iddedikat għal edukazzjoni u taħriġ mhux imħallas. ES żviluppat kuntratt ta’ taħriġ u apprendistat u stabbilixxiet il-bażi għal taħriġ vokazzjonali doppju. Ir-CZ ħolqot Katalogu Nazzjonali ta’ Taħriġ Intern.

2.3 Linja Gwida dwar l-Impjiegi Nru 9: Titjib fil-kwalità tas-sistemi edukattivi u ta' taħriġ

Diversi Stati Membri ffukaw fuq it-titjib tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV)  sabiex dawn ikunu jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (DK, EE, EL, ES, HU, IE, LV, PL, SE, SK). Xi pajjiżi waqqfu fondazzjonijiet jew irrivedew is-sistemi doppji ta' edukazzjoni vokazzjonali tagħhom (EE, EL, ES, HU, SK). Fl-EE, l-Att il-ġdid dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Vokazzjonali se japplika struttura ġdida ta’ programmi ta’ studju tal-ETV. Fil-EL, l-Att dwar ir-Ristrutturar tal-Edukazzjoni Sekondarja jistabbilixxi s-sisien għal tibdil fl- edukazzjoni vokazzjonali bħalma huma r-ristrutturar tal-kurrikuli u t-tisħiħ tal-irwol tal-Organizzazzjoni tat-Tħaddim tal-Forza tax-Xogħol fit-twaqqif ta’ skemi ta’ apprendistat. L-SE saħħet is-sistema tagħha billi żiedet l-allowances tal-impjegaturi li jdaħħlu l-apprendisti.. Id-DK introduċiet ċentri ta' apprendistat mal-iskejjel vokazzjonali tagħha u IE stabbilixxiet awtorità ġdida tal-edukazzjoni u t-taħriġ (SOLAS). CY stabbilixa istituti tal-ETV postsekondarji kif ukoll skola vokazzjonali teknika ta' filgħaxija fil-livell ta’ edukazzjoni sekondarja.

L-Istati Membri implimentaw oqfsa ta’ kwalifiki, biex ikun hemm rabta aħjar bejn l-edukazzjoni ġenerali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-edukazzjoni għolja, u biex tittejjeb it-trasparenza tal-kwalifiki transfruntieri. Sa minn tard fl-2012, ħames pajjiżi oħra (BG, DE, IT, PL, SI) mhux biss żviluppaw qafas nazzjonali tal-kwalifiki iżda wkoll rabtuh mal-qafas Ewropew tal-Kwalifiki, biex b’hekk l-għadd totali ta’ Stati Membri li għamlu dan issa huwa 20. CZ, DK, EE, FR, IE, LT bdew joħorġu kwalifiki b’referenzi espliċiti għall-livell tal-QEK.

Ġew introdotti tibdiliet rilevanti fis-sistemi ta’ edukazzjoni terzjarja f’ħafna Stati Membri. Fl-AT, EE, EL, FR, HU, PL, PT u LV qed iseħħu riformi fis-sistema ta’ edukazzjoni għolja. Ir-riforma fl-AT għandha l-għan li żżid il-proporzjon ta’ studenti attivi u r-rata ta’ twettiq ta’ studji, tnaqqas l-għadd ta' dawk li jabbandunaw l-istudju u tqassar it-tul medju tal-korsijiet. Ir-riforma fl-EE, tagħti lill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja aktar gwida fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-impjegaturi u l-ministeri relatati, dwar kemm postijiet ta' studju jkunu disponibbli fid-diversi oqsma ta’ studju. Il-EL ikkonsolidat in-netwerk tal-istituti u l-universitajiet tekniċi. Il-PL iggarantiet is-sostenn finanzjarju għat-twettiq ta' kurrikuli universitarji innovattivi f’setturi strateġiċi u l-LV ipproponiet ħafna riformi biex tiżdied il-kwalità u l-kompetittività tal-edukazzjoni għolja tagħha. It-tkabbir tal-aċċess għall-kwalifiki professjonali u tekniċi fil-livell ta' baċellerat, it-tnaqqis tal-għadd ta' dawk li jabbandunaw l-istudji fil-livell ta' baċellerat, it-tisħiħ tal-esperjenza prattika fil-kurrikuli, ir-riforma fit-taħriġ tal-għalliema u spinta fl-iżvilupp strateġiku lejn metodi ta’ tagħlim diġitali huma l-objettivi ewlenin tar-riforma riċenti fi FR. Diversi Stati Membri bidlu s-sistema ta’ għotjiet u/jew tal-miżati ta' tagħlim (DE, DK, EE, FR, HU, PL).

Diversi Stati Membri ħadu miżuri biex itejbu s-sistema edukattiva primarja u sekondarja tagħhom (AT, BE, BG, CZ, DK, EE, EL, ES, FR, LU, MT, NL, PL, PT, SE, SK). Ftit minnhom indirizzaw l-isfidi b’riformi aktar komprensivi filwaqt li oħrajn iffukaw fuq il-kwalità tat-tagħlim u l-kurrikuli jew fuq dawk li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien. Fl-EE, l-Att li ġie adottat dan l-aħħar dwar l-Iskola Bażika u l-Iskola Sekondarja Għolja jiċċara r-resposabbiltajiet tal-muniċipalitajiet statali u lokali fl-organizzazzjoni tal-edukazzjoni ġenerali u jfittex li jtejjeb in-netwerk tal-iskola sekondarja għolja. MT kompliet issaħħaħ l-edukazzjoni ġenerali bl-introduzzjoni tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali ġdid. Id-DK qablet dwar riforma tal-edukazzjoni primarja u sekondarja, li għandha tiġi implimentata mis-sena skolastika 2014-15, li tinvolvi aktar sigħat għas-suġġetti ewlenin (pereż. d-Daniż, il-Matematika u Ingliż) u aktar enfasi fuq it-taħriġ prattiku. Ladarba adottata, r-riforma ġdida tal-edukazzjoni sekondarja fil-LU se tfittex li twettaq sistema li hija aktar orjentata lejn il-kompetenzi, d-dinamika u l-flessibbli. Ir-CZ u SK introduċew miżuri ġodda rigward l-ispezzjonijiet fl-iskejjel u l-prestazzjoni tal-iskola. Il-PT qed jiżviluppa għodda ta’ monitoraġġ komprensiv sabiex jiġu evalwati r-riżultati u l-impatt tal-politiki tal-edukazzjoni. Sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-iskejjel u tal-għalliema, il-PL mill-2014 se tintroduċi tibdil fil-Karta tal-Għalliema: tnaqqis fil-btajjel bi ħlas u fil-liv għall-mard fit-tul, kif ukoll iffukar fuq ir-riżorsi ta' taħriġ għal korsijiet li jindirizzaw direttament il-ħtiġijiet tal-iskejjel. Il-PL baxxiet ukoll l-età uffiċjali ta' dħul fl-iskola minn seba' snin għal sitt snin, u mill-2014 l-attendenza skolastika f'din l-età se tkun obbligatorja.

Il-BG u MT waqqfu miżuri bil-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ dawk li jħallu l-iskola kmieni filwaqt li l-AT ffukat fuq l-assenteiżmu mill-iskejjel mingħajr raġuni valida bħala mezz biex eventwalment jitjiebu l-eżiti edukattivi, l-aktar taż-żgħażagħ żvantaġġati. Biex titħaffef l-integrazzjoni ta’ persuni b’livell baxx ta' edukazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-SE introduċiet korsijiet ta’ studju ta' motivazzjoni ta' tliet xhur, li se jsiru mill-iskejjel sekondarji.

2.4 Linja Gwida dwar l-Impjiegi Nru 10: Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar

Filwaqt li xi Stati Membri tejbu benefiċċji li jindirizzaw il-faqar tat-tfal, oħrajn għamlu restrizzjonijiet fl-aċċess għall-benefiċċji jew naqqsuhom. B’reazzjoni għal tħassib dejjem jikber dwar l-effetti ta’ għadd dejjem jikber ta’ tfal milquta mill-faqar, il-miżuri biex jindirizzaw il-faqar tat-tfal ġew intensifikati f’xi Stati Membri, inkluż permezz ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali komprensiv fil-BE. Fl-EE, ir-riforma fl-allowance tal-familja bbażata fuq il-bżonnijiet kienet parzjalment implimentata minn Lulju 2013 (b’żieda fl-allowances ppjanata għall-2015). Fil-LV, sabiex jingħata appoġġ lill-ifqar familji, żdiedu l-benefiċċji minimi mensili tal-ġenituri, il-benefiċċji tal-kura tat-tfal u s-supplimenti tal-benefiċċji tal-kura tat-tfal imwielda fi twelid multiplu, inkluż għal ġenituri li ma għandhomx assigurazzjoni soċjali, kif ukoll żdied il-limitu personali tad-dħul qabel it-taxxa għad-dipendenti. Komplew ukoll ix-xejriet riċenti ta’ iżjed kundizzjonalità jew tnaqqis fil-benefiċċji, pereżempju fil-pajjiżi li jimplimentaw restrizzjoni fl-eliġibbiltà jew iffriżar jew tnaqqis fil-livell ta’ miżuri ta’ appoġġ għad-dħul (EL, ES, SI, UK). Dan wassal biex iddgħajjef l-effett ta’ stabbilizzazzjoni tal-infiq soċjali fuq id-dħul tal-familji.

Bl-istess mod hemm sinjali mħallta fl-aċċess għal edukazzjoni u kura minn kmieni fit-tfulija. Xi Stati Membri(DE, FR, HU, LV, PL, UK)  (DE, FR, HU, LV, PL, UK) ħadu inizjattivi mmirati lejn l-estensjoni tar-reġistrazzjoni tat-tfal fil-KEBT bħala parti mill-istrateġiji tagħhom li jtejbu l-opportunitajiet għal tfal. Il-DE introduċiet id-dritt għall-kura tat-tfal għal tfal taħt it-tliet snin, ir-riforma fi FR timmira li, permezz ta’ approċċ pedagoġiku xieraq, iżżd ir-rata ta’ parteċipazzjoni ta’ tfal ta' sentejn sa tliet snin u l-PL tippjana li tespandi l-lista ta’ kumpaniji li jistgħu japplikaw għal finanzjament mill-baġit tal-Istat għall-ispejjeż ta' twaqqif u tħaddim tal-istituzzjonijiet ta' kura. Barra minn hekk, il-PL adottat Regolament ġdid f’Lulju 2013 li permezz tiegħu b'seħħ minn Settembru 2015, it-tfal kollha ta' erba' snin se jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fl-edukazzjoni preprimarja u minn Settembru 2017 it-tfal kollha ta' tliet snin se jkollhom post garantit fl-edukazzjoni preprimarja. Pajjiżi oħra (HR, LV u UK) ħadu passi biex itejjbu l-affordabbiltà tas-servizzi tal-KEBT. Fil-LV, il-gvernijiet lokali issa qed jikkofinanzjaw l-ispiża tar-reġistrazzjoni tat-tfal f’faċilitajiet privati minn sena sa erba’ snin f’każijiet fejn hemm lista ta’ stennija għall-faċilitajiet pubbliċi. Il-HR introduċiet liġi dwar in-nannies li għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-kura tat-tfal. Diversi Stati Membri ħadu wkoll miżuri biex isaħħu l-ħarsien tat-tfal fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom (DK, ES, FI, PL, SE).

Tema ewlenija fl-inizjattivi dwar il-pensjonijiet hija l-bilanċjament mill-ġdid bejn ix-xogħol u l-irtirar minħabba li kullimkien l-età tal-pensjoni qed togħla u d-differenza bejn is-sessi qed tonqos. B'reazzjoni għall-isfidi demografiċi għall-provvediment tal-pensjoni, l-Istati Membri qegħdin dejjem aktar jirrikonoxxu l-ħtieġa li jiżguraw ħajja lavorattiva biex tibbilanċja ż-żieda fil-lonġevità. Matul l-aħħar sena, diversi Stati Membri adottaw jew ħaffu ż-żieda fl-età tal-pensjoni għan-nisa u/jew l-irġiel. B’kollox, bejn 23 u 28 Stat Membru sa issa lleġiżlaw biex l-età tal-pensjoni togħla jew minn issa jew fil-futur. F’ħafna każijiet, iż-żieda hija akkumpanjata minn ugwalizzazzjoni (gradwali) fl-etajiet tal-pensjoni għall-irġiel u għan-nisa (CZ, EE, EL, HR, IT, LT, MT, PL, SI, SK, UK). Madankollu, iktar sforzi huma meħtieġa biex jindirizzaw fatturi determinanti ewlenin fid-diskrepanza tal-pensjonijiet bejn is-sessi, b’mod partikolari l-interruzzjonijiet fil-karriera u l-intensità baxxa tax-xogħol.

Aktar pajjiżi qegħdin huma wkoll jieħdu l-pass kruċjali li jgħaqqdu l-età tal-pensjoni maż-żieda fil-lonġevità. Wara li l-ewwel żiedu l-età tal-pensjoni biex ikopru ż-żieda fil-lonġevità għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi għażlu li jintroduċu rabta espliċita bejn l-età tal-pensjoni u ż-żieda futura fl-istennija tal-għomor (CY, DK, EL, IT, NL, SK). Madankollu diversi Stati Membri għandhom dubji serji dwar din l-idea. Xi wħud jargumentaw li l-ewwel jeħtieġ li jonqos d-distakk attwali bejn l-età effettiva u dik tal-pensjoni. Oħrajn jaraw l-idea ta’ età tal-pensjoni li timxi awtomatikament 'l fuq skont iż-żieda fl-istennija tal-ħajja bħala wisq innovattiva.

Sabiex jitrażżan l-irtirar bikri, bosta Stati Membri ħadu passi biex jirrestrinġu l-aċċess għalih. Il-miżuri ta’ riforma ewlenin f’dan ir-rigward huma kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà aktar stretti għal pensjoni bikrija (l-età minima, ir-rekord tal-kontribuzzjoni u l-livell tal-benefiċċji), pieni akbar għall-irtirar bikri u attenzjoni akbar fuq miżuri ta’ attivazzjoni. B’mod partikolari, ħafna pajjiżi qed jirrestrinġu l-aċċess għal perkorsi utilizzati b'mod estensiv għall-irtirar kmieni bħal benefiċċji tal-qgħad fit-tul (pereż. ES) jew benefiċċji tal-invalidità (pereż. AT, BE, DK). Xorta waħda f’xi Stati Membri (AT, BE, BG, HR, LU, MT, RO, SI) l-alternattivi ta' irtirar bikri għad għandhom it-tendenza li jdgħajjfu l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u jnaqqsu l-impjiegi u t-tkabbir.

Ħafna Stati Membri qed jiftħu rotot biex dak li jkun itawwal il-ħajja tax-xogħol tiegħu u jtejjeb id-drittijiet tal-pensjoni billi jiddiferixxi l-irtirar.. Fl-2012, il-BG u UK abolixxew id-dispożizzjonijiet dwar l-età awtomatika tal-irtirar. Fi FR, l-età li fiha impjegaturi privati jistgħu jibagħtu ħaddiem bil-pensjoni mingħajr il-kunsens tiegħu/tagħha żdiedet minn 65 sa 70. Bosta sistemi tal-pensjoni jinkludu inċentivi għal min irid ikompli jaħdem wara li jaqbeż l-età tal-pensjoni (ES), bħal rati ta' akkumulu ogħla tal-pensjoni jew bonus tal-pensjoni fil-każ ta’ rtirar ritardat (FI, FR). Aktar pajjiżi qed jillaxkaw ir-regoli biex jippermettu li l-benefiċċji tal-pensjoni jiġu kkombinati mad-dħul relatat max-xogħol (BE, ES, NL u SI). Importanti, xi pajjiżi qegħdin dejjem aktar jirfdu r-riformi tal-pensjonijiet b'miżuri ta' anzjanità attiva fil-postijiet tax-xogħol u fis-swieq tax-xogħol (pereż. BE, FR, SI, SK). Madankollu, l-isforzi f’dan il-qasam għadhom wisq limitati u mhux koordinati. Biex ir-riformi tal-pensjonijiet jirnexxu l-Istati Membri se jkollhom iwessgħu u jintensifikaw sew il-miżuri biex jippermettu u jħeġġu lin-nisa u lill-irġiel jaħdmu sa età akbar.

B’rispons għall-pressjonijiet fiskali, il-pajjiżi qed jeżaminaw mill-ġdid l-ispiża tal-kura tas-saħħa u jfittxu metodi biex itejbu l-vantaġġ ekonomiku filwaqt li  jintroduċu strumenti aħjar għall-kontroll tal-ispejjeż. Diversi Stati Membri daħlu għall-impenn jew varaw riformi strutturali tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom (AT, BG, CY, EL, ES, FI, HR, HU, LT, UK). Il-BG tinsab fil-proċess li tintroduċi mudell ġdid għall-ipprezzar tal-kura fl-isptar ibbażat fuq l-użu ta’ gruppi relatati mad-dijanjożi. L-Att ġdid dwar is-Saħħa u l-Kura Soċjali se jġib tibdil importanti fl-iskema nazzjonali tas-saħħa (NHS) fir-UK (l-Ingilterra) b’impatt fuq min hu li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-ikkummissjonar tas-servizzi u l-mod kif jintefqu l-flus. Għadd ta’ Stati Membri daħħlu jew qegħdin jippjanaw li jintroduċu miżuri biex irażżnu l-ispejjeż dejjem jiżdiedu fin-nefqa tas-saħħa (AT, BE, CY, DE, EL, ES, FR, RGħ, HU, IE, NL, PT). AT, BE u FR ffukaw fuq li jillimitaw il-livell ġenerali tat-tkabbir tal-infiq fil-kura tas-saħħa. Il-PT introduċa regoli ġodda għall-ipprezzar tal-mediċini ġeneriċi u għal dawk bir-riċetta minn denominazzjoni internazzjonali komuni (nternational Non-proprietary Name - INN), biex b’hekk qed jippromwovi l-użu tal-mediċini ġeneriċi u dawk il-prodotti disponibbli li jiswew l-anqas. Ittieħdu għadd ta’ miżuri biex jitjieb il-mod li bih jingħata s-servizz tas-saħħa, b'ħafna jiżviluppaw aktar is-Saħħa elettronika (AT, BE, BG, DK, ES, HU, LT, LT, LV, MT, PL, PT, SE, SI, SK, UK). ES qed tintroduċi qafas legali ġdid li jiddefinixxi mudelli għall-ġestjoni klinika applikabbli fiċ-ċentri kollha tas-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa. L-AT adottat Att dwar ir-Rekords Elettroniċi tas-Saħħa li għandu l-għan li jtejjeb il-continuum tal-kura u l-fluss ta’ informazzjoni ta' dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa. Minħabba l-isfida importanti li għandhom quddiemhom rigward il-kura tas-saħħa, xi Stati Membri żiedu l-isforzi tagħhom iżda għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat jekk dawn kinux effettivi.

Jeħtieġ ukoll jinstabu modi ġodda kif jista' jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ persunal filwaqt li l-iżgurar tal-aċċess għal kulħadd għall-kura tas-saħħa jitlob għal miżuri ulterjuri. Xi Stati Membri qed jinvestu sostanzjalment fil-forza tax-xogħol għall-kura tas-saħħa (BG, DE, HU, MT, PL, SK). L-HU żiedet il-pagi ta' 90 000 professjonist fil-qasam tas-saħħa. Il-DE għandha l-għan li tindirizza n-nuqqas ta’ professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa fiż-żoni rurali. It-titjib tal-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa baqa' prijorità għal bosta Stati Membri (DK, EL, FI, FR, LU, LV). Il-LU introduċa sistema ta' “third party payer" għall-persuni assigurati li skont l-Uffiċċju Soċjali kompetenti, huma uffiċjalment iddikjarati f'sitwazzjoni ekonomikament vulnerabbli. Il-EL qed toħloq sistema temporanja ta' kupuni tas-saħħa biex ikun żgurat li ċittadini mhux assigurati jkollhom aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa primarja. 

Filwaqt li servizzi ta’ kura fit-tul spiss jintlaqtu minn limitazzjonijiet baġitarji l-pajjiżi qed jieħdu passi wkoll biex itejbu l-organizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi soċjali. Xi Stati Membri (BG, SI) adottaw strateġiji nazzjonali bbażati fuq approċċ integrat u li jtejbu l-forniment ta’ servizzi soċjali ta’ kwalità, inkluża l-kura fit-tul. Fis-SI, il-Programm Nazzjonali ta’ Protezzjoni Soċjali (2013-2020) jiddefinixxi miri kwalitattivi u kwantitattivi għall-iżvilupp ta’ sistemi soċjali b’mod ġenerali u ta' servizzi soċjali b’mod partikolari. Il-FI adottat riforma tas-sistema tagħha tal-kura fit-tul li ssaħħaħ ir-rwol ta’ servizzi ta’ riabilitazzjoni u li tagħti prijorità ċara lill-kura fid-djar iktar minn servizzi residenzjali. F’diversi Stati Membri n-nuqqas ta’ żvilupp fid-dispożizzjonijiet formali  għall-kura fit-tul (Long Term Care - LTC) għadhom l-ostakolu ewlieni għall-impjieg tan-nisa u t-tkabbir kif ukoll il-protezzjoni kontra d-dipendenza fix-xjuħija. 

Aktar sforzi biex jiġi kkontrollat jew imrażżan il-faqar fost l-adulti jinkludu bidliet mill-qiegħ fis-sistemi ta’ għajnuna soċjali. Għadd ta’ Stati Membri qegħdin jintroduċu jew isaħħu l-miżuri ta’ attivazzjoni bħala parti mill-politika tagħhom sabiex jindirizzaw aħjar il-faqar fost l-adulti (ara t-taqsima fuq il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol). F'għadd ta' Stati Membri (LT, CY, DK, EL, HR, IT, PL u RO), ir-riformi fis-sistema tal-assistenza soċjali huma ppjanati jew jinsabu għaddejjin. Fl-2012, il-LT nediet ir-riforma tas-assistenza soċjali fi flus kontanti biex jiżdiedu l-inċentivi għax-xogħol, jissaħħu r-rabtiet bejn l-assistenza soċjali u l-miżuri ta’ attivazzjoni u tiġi mmirata aħjar u msaħħa l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji lokali tal-impjiegi u l-muniċipalitajiet. L-IT qed timplimenta riforma tal-mekkaniżmu ewlieni tal-verifika tal-mezzi. Id-dispożizzjoni hija maħsuba biex l-istrument ikun jista' jimmira aħjar u jkun hemm distribuzzjoni ġusta tal-eżenzjoni fiskali u tal-benefiċċji soċjali. L-IT nediet ukoll proġett pilota tal-"karta soċjali ġdida" - skema dwar id-dħul minimu biex aktar tard tintrabat mal-politiki ta’ attivazzjoni. Bħala parti mir-riformi tiegħu tas-sistema tal-assistenza soċjali, CY qed jippjana wkoll li jintroduċi skema ta’ dħul minimu ggarantit (GMI) (li se tissostitwixxi l-iskema attwali ta’ għajnuna pubblika). Il-EL qed tippjana li tniedi programm bi prova biex tintroduċi fil-pajjiż skema ta' dħul minimu. Xi Stati Membri (BE, EE, ES, HU, MT, UK) ħadu passi lejn simplifikazzjoni amministrattiva. Minkejja dawn l-isforzi, għad hemm ħafna xi jsir fil-livell tal-Istati Membri sabiex tinkiseb it-taħlita ġusta bejn assistenza adegwata għad-dħul, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għas-servizzi.

L-Istati Membri introduċew programmi ta’ inklużjoni speċjali għal persuni f’sitwazzjonijiet ta’ żvantaġġi partikulari u għal persuni li jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom jew huma esklużi mill-akkomodazzjoni soċjali. Ħafna Stati Membri emendaw jew żviluppaw l-Istrateġiji Nazzjonali tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Rom jew integraw settijiet ta’ miżuri politiċi f’termini konkreti, b’mod partikolari billi fittxew li jorganizzaw id-djalogi (AT, BE, BG, CZ, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LV, NL, RO, SE, SI, UK). Biex tindirizza l-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar b’mod effiċjenti, il-LU nieda strateġija integrata, li ma tinkriminalizzax, xprunata mill-qasam tad-djar soċjali b’enfasi fuq il-prevenzjoni, it-tnaqqis ta’ persuni bla dar għal żmien twil u t-titjib tal-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali u għas-servizzi soċjali ta’ kwalità għal persuni bla dar. Diversi Stati Membri (ES, FR, SK) introduċew miżuri biex iżidu l-akkomodazzjoni soċjali u bil-kera li tkun affordabbli għall-familji bi dħul baxx jew biex jiġġieldu s-segregazzjoni (HU). Il-NL introduċiet zidiet fil-kera skont id-dħul fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, u fil-BE jingħataw sussidji għall-kera lil dawk li ilhom għal ħafna żmien jistennew akkomodazzjoni soċjali..

3. TABELLA TA’ VALUTAZZJONI TA’ INDIKATURI EWLENIN RIGWARD L-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

Fil-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tad-Dimensjoni Soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)[25] il-Kummissjoni pproponiet tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi ewlenin rigward l-impjiegi u l-affarijiet soċjali li għandhom jintużaw fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi. It-tabella ta' valutazzjoni tikkonsisti f'ħames indikaturi ewlenin: ir-rata tal-qgħad (grupp ta' età 15-74); ir-rata ta' NEET flimkien mar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (grupp ta' età 15-24); dħul gross reali disponibbli għal kull unità domestika; ir-rata ta' min hu fir-riskju tal-faqar (grupp ta' età 15-64); u l-inugwaljanzi fid-dħul (proporzjon S80/S20). It-tabella ta’ valutazzjoni tiżgura viżibilità akbar u tagħmilha eħfef biex jiġu identifikati x-xejriet ewlenin soċjali u fl-impjiegi[26] li jista' jkollhom impatt fuq il-funzjonament tajjeb tal-UEM u jistgħu jeħtieġu segwitu aktar mill-qrib fis-Semestru Ewropew[27]. F'Ottubru 2013 il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li għandu jiġi segwit l-użu ta’ tabella ta' valutazzjoni dwar l-impjieg u l-affarijiet soċjali fir-Rapport Konġunt tal-Impjiegi u fl-indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi, skont il-linji proposti mill-Kummissjoni, wara li jkun sar xogħol xieraq fil-Kumitati rilevanti, għal deċiżjoni mill-Kunsill f’Diċembru bil-għan li jintużaw dawn l-istrumenti ġodda sa mis-Semestru Ewropew tal-2014[28].

F’każ ta’ xokk ekonomiku, hemm ir-riskju li jiżviluppaw problemi soċjali u li jirrigwardaw l-impjiegi fl-unjoni monetarja fin-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ rispons effettiv mil-linja politika u b’hekk jirriżultaw inugwaljanzi persistenti u deterjorazzjoni fis-sisien ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea bħala entità sħiħa. It-toroq ewlenin li minnhom problemi serji ekonomiċi u ta' impjiegi jista' jkollhom konsegwenzi fuq Stati Membri oħra huma l-kummerċ intern, l-erożjoni tal-kapital uman li jirriżulta f'deterjorament tal-kundizzjonijiet fit-tul tal-kompetittività internazzjonali. Huwa għalhekk fl-interess tal-Istati Membri kollha li jiżguraw li l-isfidi li jirrigwardaw ix-xogħol u l-isfidi soċjali jiġu indirizzati fi żmien debitu u b'mod effettiv[29].

L-analiżi f’din it-taqsima hija bbażata fuq ħames indikaturi ewlenin li huma introdotti fil-Komunikazzjoni ta’ hawn fuq[30]. Il-qari tat-tabella ta' valutazzjoni ma għandux ikun mekkaniku, u interpretazzjoni tagħha aktar fid-dettall għandha tibni fuq l-għodod eżistenti (il-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Impjiegi (EPM), il-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (SPPM), il-Qafas tal-Valutazzjoni Konġunta (JAF) u s-settijiet tad-dejta miftehma bħall-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol Ewropea u l-Istatistika tal-UE dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien[31].

Id-diverġenzi enfasizzati minn din it-tabella ta' valutazzjoni ġdida u l-modi kif jistgħu jiġu ffaċċati x-xejriet negattivi u l-livelli inkwetanti tal-problemi li jirrigwardaw l-impjieg u l-problemi soċjali se jkompu jiġu analizzati matul is-Semestru Ewropew tal-2014 permezz tal-applikazzjoni anki iktar dettaljata ta’ indikaturi addizzjonali, inkluż fil-proċess ta' sorveljanza multilaterali u matul it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Dak li ġej f’subtaqsimiet sussegwenti hija ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet soċjoekonomiċi diverġenti riċenti fl-Unjoni Ewropea, li tidentifika l-aktar żviluppi sinifikanti f’pajjiżi individwali għal kull kull wieħed mill-ħames indikaturi. Fl-aħħar nett, it-tabelli huma pprovduti fl-Anness b’ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni għal kull indikatur fl-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll ħarsa ġenerali lejn l-isfidi ewlenin fil-qasam tal-impjiegi kif identifikat fl-EPM u x-xejriet soċjali li wieħed għandu josserva mill-SPPM.

Matul it-tliet dimensjonijiet wieħed jista' jindividwa żviluppi u livelli ewlenin fl-impjiegi u fil-qasam soċjali li huma potenzjalment ta' tħassib li jwasslu għal diverġenzi madwar l-UE u li jesiġu analiżi ulterjuri u possibbilment rispons ta' linja politika aktar qawwi:

· Għal kull Stat Membru, il-bidla fl-indikatur f’ċerta sena meta mqabbla ma’ perjodi ta' żmien preċedenti (xejra storika);

· Għal kull Stat Membru, id-differenza mir-rati medji tal-UE u ż-Żona tal-Euro fl-istess sena (li jipprovdu stampa tad-disparitajiet attwali fl-impjiegi u soċjali);

· Il-bidla fl-indikatur bejn sentejn konsekuttivi f’kull Stat Membru meta mqabbla mal-bidla fil-livelli tal-UE u taż-Żona tal-Euro (indikattiva tad-dinamika fil-konverġenza/diverġenza soċjo-ekonomika). 

3.1. Ir-rata tal-qgħad - bidla u livell

Id-distakk li deher bejn ir-rati tal-qgħad fin-“Naħa ta' Fuq u ċentrali” u n-"Naħa ta' Isfel u l-periferija” taż-Żona tal-Euro[32], qiegħed jikber b’pass allarmanti mill-2008 'l hawn, u issa laħaq l-10,2 punti perċentwali (pp), kontra 1,7 pp bejn in-Naħa ta' Fuq u l-periferija tal-pajjiżi li mhumiex fiż-ŻE. F’nofs is-snin 2000, il-munita tal-Unjoni indirettament ikkontribwiet lejn il-konverġenza fir-rati tal-qgħad madwar l-Istati Membri tagħha, speċjalment minħabba ż-żiediet fid-domanda assoċjati mal-flussi kbar ta’ kapital fil-pajjiżi “periferiċi” wara l-introduzzjoni tal-euro. Madankollu, il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot diverġenzi fir-rati tal-qgħad fuq skala akbar, parzjalment minħabba l-proċess ta’ diżingranaġġ bil-mod u l-inċertezza madwar il-prospetti tal-irkupru tal-“periferija” li wkoll ġiet tradotta fi spejjeż għolja tas-self f'dawn il-pajjiżi.

Dijagramma I Ir-rati tal-qgħad (il-grupp ta' bejn 15 u 74 sena) skont il-gruppi ta' Stati Membri fiż-Żona tal-Euro (ŻE) u dawk li mhumiex fiż-ŻE sa mill-2000

Sors: L-Eurostat (LFS), il-kalkoli tad-DĠ EMPL, il-medji peżati

Kif jidher mill-figuri fit-tabelli fl-anness, hemm ħames Stati Membri (HR, CY, EL, PT u ES) fejn is-sitwazzjoni tal-qgħad hija l-aktar allarmanti. F’dawn il-pajjiżi r-rata tal-qgħad hija ħafna aktar mil-livelli medji tal-UE u taż-ŻE. Ukoll, iż-żieda fil-qgħad ġiet relattivament malajr, meta mqabbla ma’ xejriet storiċi u ma’ Stati Membri oħra (jiġifieri d-diverġenza). Minn punti ta’ tluq differenti, l-IT, NL u SI qed jesperjenzaw rati tal-qgħad li mhumiex estremi f’termini tal-livelli tagħhom iżda dawn żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin

3.2. Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rata NEET (persuni barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ) — il-bidla u l-livell

Fin-Naħa ta' Isfel u fil-periferija taż-Żona tal-Euro, il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied sostanzjalment mill-2008 'l quddiem, biex laħaq livell ta’ aktar minn 40 % fl-2012. B’kuntrast ma' dan, fin-Naħa ta Fuq/fiċ-ċentru taż-ŻE, ir-rati baqgħu xi ftit jew wisq stabbli, sakemm sal-2012 id-distakk bejn iż-żewġ gruppi ta’ Stati Membri kien żdied b'aktar minn 25 punt perċentwali. L-iżviluppi fl-Istati Membri li jifdal kienu wkoll negattivi, iżda mhux daqshekk negattivi bħal fin-Naħa ta' Isfel/fil-periferija Ir-rata medja ta’ persuni barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) fl-età bejn il-15 u l-24 sena laħqet id-19 % fin-Naħa ta' Isfel u fil-periferija taż-Żona tal-Euro, kontra 9,2 % fin-Naħa ta' Fuq/fiċ-ċentru, u d-distakk bejn dawn iż-żewġ gruppi ta’ pajjiżi qed ikompli jiżdied, wara mudell simili għal dak tax-xejriet tal-qgħad. Il-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ huma ta’ tħassib partikolari minħabba l-marka li jħallu fuq l-impjegabbiltà futura u l-produttività tal-poplu inkwistjoni. Id-diverġenza attwali fil-qgħad taż-żgħażagħ u r-rati NEET jheddu li saħansitra joħolqu diverġenza akbar fi kwistjonijiet fundamentali soċjoekonomiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-munita tal-Unjoni u l-UE fuq perjodu itwal ta’ żmien.

Dijagramma IIa: Ir-rati tal-qgħad taż-żgħażagħ (il-grupp ta’ bejn 15 u 24 sena) skont il-gruppi ta' Stati Membri fiż-Żona tal-Euro (ŻE) u dawk li mhumiex fiż-ŻE sa mill-2007

Sors: L-Eurostat, l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kalkoli ta' DĠ EMPL, il-medji peżati

Diagramma IIB: Ir-rati NEET (grupp ta' età ta' bejn 15 u 24 sena) skont il-gruppi ta' Stati Membri fiż-Żona tal-Euro (ŻE) u dawk li mhumiex fiż-ŻE sa mill-2007

Sors: L-Eurostat, l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kalkoli ta' DĠ EMPL, il-medji peżati

Skont iċ-ċifri mit-tabella ta’ valutazzjoni (tabelli fl-anness), il-qagħda għaż-żgħażagħ hija allarmanti f’diversi Stati Membri. Rigward il-qgħad fost iż-żgħażagħ, kemm il-livelli kif ukoll ix-xejriet huma inkwetanti f’CY, EL, ES, IT, PT u HR. Fis-SI u sa ċertu punt inqas fil-BE, huma x-xejriet aktar milli l-livelli li jagħtu lok għal tħassib filwaqt li l-kontra jgħodd għals-SK (rata tal-qgħad għolja fost iż-żgħażagħ). Fir-rigward tar-rati NEET, kemm il-livell kif ukoll ix-xejriet huma preokkupanti fil-EL u IT. Fil-BG, IE u ES huwa l-livell li jispikka, filwaqt li għal CY, LU, HU, PT u SI hija x-xejra reċenti.

3.3. Id-dħul reali disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi

Matul is-snin tal-kriżi, id-dħul għall-entitajiet domestiċi (kif imkejjel bir-rata ta’ tkabbir tal-introjtu disponibbli domestiku gross reali) fin-Naħa ta' Fuq u fiċ-ċentru taż-Żona tal-Euro kompla jiżdied minkejja li b’pass imnaqqas (ħlief għas-sena 2010), filwaqt li fil-pajjiżi periferiċi dan staġna f'termini reali jew naqas wara l-2009. L-introjtu domestiku ġie l-aktar affettwat mit-tnaqqis ta’ introjtu fis-suq u d-dgħufija ta’ stabbilizzaturi awtomatiċi matul iż-żmien. B’żieda ma’ dan, l-issikkar fiskali — kkonċentrat fin-Naħa ta' Isfel/periferali tal-pajjiżi taż-ŻE - affettwa l-impjieg u l-bidliet fis-sistemi fiskali u ta’ benefiċċji u t-tnaqqis fil-pagi tas-settur pubbliku wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-livell ta’ introjtu domestiku reali. Dan għandu mnejn ikkontribwixxa għat-twessigħ tad-diverġenza fiż-Żona tal-Euro.

Diagramma III: Bidla reali fl-introjtu disponibbli domestiku gross (IDDG) skont il-gruppi ta' Stati Membri fiż-ŻE u dawk li mhumiex fiż-ŻE sa mill-2002

Sors: L-Eurostat, il-Kontijiet Nazzjonali, il-kalkoli tad-DĠ EMPL, il-medji peżati

Hemm kemm dispersjoni wiesa kif ukoll diverġenza li dejjem qed tiżdied bejn l-Istati Membri fl-evoluzzjoni ta' introjtu disponibbli domestiku gross f’termini reali. Meta wieħed iħares lejn id-dejta tal-2012 mhux inqas minn 11-il Stat Membru esperjenzaw żviluppi negattivi sinifikanti fl-introjtu disponibbli domestiku gross Il-EL esperjenzat tnaqqis sena wara sena ta’ kważi 10 % u CY tnaqqis ta’ aktar minn 8 %. It-tnaqqis fl-IT, HU, NL, PT, RO (id-dejta għall-2011), SI, u ES, ivarja bejn 3 % u 5 % filwaqt li d-DK u SK esperjenzaw tnaqqis ta’ madwar 1-2 %. Tali tnaqqis sena b’sena huwa partikolarment notevoli minħabba li għal diversi għexieren ta’ snin, l-IDDG reali kien jiżdied b'mod kostanti anki jekk bi ftit biss madwar l-Ewropa minħabba t-tkabbir ekonomiku jew l-istabbilizzazzjoni awtomatika fuq perjodu qasir f’każ ta’ riċessjoni, bi kwalunkwe tnaqqis sena wara sena, li għalhekk kien ikun pjuttost eċċezzjonali.

3.4 Il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol b'rata ta' riskju ta' faqar - bidla u livell;

Ir-rati ta' riskju ta’ faqar (RRF) għadhom qed jiżdiedu f’bosta Stati Membri. Dawn żdiedu b’mod sinifikanti mill-2008 fin-Naħa t'Isfel u fil-periferija tal-UE, kemm fiż-ŻE kif ukoll fil-pajjiżi li mhumiex fiż-ŻE Din iż-żieda tiġi fuq il-livelli ta' riskju ta' faqar li diġà huma għolja. Mill-2009 ir-rati RRF ukoll żdiedu fl-Istati Membri fin-Naħa ta' Fuq u fiċ-ċentru taż-Żona tal-Euro, għalkemm minn livell ħafna inqas. Il-perjodu estiż tat-tkabbir tal-PDG negattiv jew qrib iż-żero, il-qgħad fit-tul li qed jiżdied u d-dgħufija matul iż-żmien ta’ stabbilizzaturi awtomatiċi issa diġà ħallew impatt fuq ir-riskji tal-faqar f’dawn il-pajjiżi wkoll.

Dijagramma IV: Ir-rati ta' riskju ta’ faqar fl-età tax-xogħol (15-64) skont il-gruppi ta' Stati Membri fiż-ŻE u dawk li mhumiex fiż-ŻE sa mill-2004[33]

Sors: L-Eurostat, l-EU-SILC, il-kalkoli tad-DĠ EMPL, il-medji peżati - is-snin jirreferu għas-sena ta' introjtu

L-Istati Membri li qed jesperjenzaw xejriet ta’ żieda fir-rati tar-riskju ta’ faqar bejn l-2010 u l-2011 jinkludu l-BG, EE, ES, FR, IT, HU, RO u SK. Il-EL, LV u LT għandhom livelli għoljin ħafna ta' persuni fir-rati ta' riskju ta’ faqar meta mqabbla mal-medja tal-EMU, mingħajr xejriet li qed jiżdiedu b’mod sinifikanti matul dan il-perjodu ta’ żmien. Partikolarment preokkupanti huma l-iżviluppi fi ES u RO billi dawn juru kemm livelli għoljin ta’ faqar kif ukoll xejra ta’ żidiet sinifikanti ta' faqar fuq perjodu qasir ta’ żmien.

3.5. Inugwaljanzi (il-proporzjon S80/S20) – bidla u livell[34]

L-inugwaljanza fl-introjtu qed tikber madwar u fl-Istati Membri, partikolarment fin-Naħa t'isfel u fil-periferija tal-UE. Dawn huma wkoll l-Istati Membri li raw l-akbar żidiet fil-qgħad. F’ħafna pajjiżi, il-kriżi intensifikat ix-xejriet fit-tul ta’ polarizzazzjoni tal-pagi u s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, li flimkien ma’ sistemi ta' taxxa u tal-benefiċċji anqas ridistributtivi komplew ikabbru l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu. Livelli għolja ta’ qgħad (bl-akbar żidiet fil-qiegħ tas-suq tax-xogħol) u f’xi każijiet, l-impatt tal-konsolidazzjoni fiskali[35] jispjegaw ukoll iż-żidiet sinifikanti fl-inugwaljanzi osservati fil-pajjiżi l-aktar affettwati mill-kriżi tal-impjiegi.

Dijagramma V: L-inugwaljanza (il-miżura S80/S20) skont il-gruppi ta' Stati Membri fiż-ŻE u dawk li mhumiex fiż-ŻE sa mill-2005

Sors: L-Eurostat, l-EU-SILC, il-kalkoli tad-DĠ EMPL, il-medji peżati - is-snin jirreferu għas-sena ta' introjtu

Hemm tixrid wiesgħa u diverġenza li dejjem qed tiżdied fl-inugwaljanza (il-proporzjon S80/S20) bejn l-Istati Membri. Skont id-dejta tal-2011 il-BG tidher fit-tliet dimensjonijiet kollha kemm huma: il-bidla minn sena għall-oħra, id-distanza mill-medja tal-UEM u l-bidla bejn is-sentejn konsekuttivi fi Stat Membru relattiva għall-bidla f'livell tal-UE/ŻE. L-EE, EL, IT u HU jispikkaw fil-bidla annwali (id-deterjorament tal-proporzjon ta' inugwaljanza bejn 0,3 u 0,5 punti) filwaqt li RO, LV u ES jispikkaw għad-diverġenza tagħhom mill-medja taż-ŻE (żieda fil-proporzjon ta' inugwaljanza b’1,2 punti jew aktar).

 

Anness 1: Tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi ewlenin tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali bil-medji tal-UE u taż-Żona tal-Euro bħala punti ta’ referenza

|| Rata tal-qgħad || Qgħad fost iż-żgħażagħ || Tkabbir reali fl-introjtu disponibbli domestiku gross || Ir-rata ta’ persuni fir-riskju ta’ faqar || Inugwaljanzi — S80/S20

|| Żgħażagħ UR || NEETs

|| bidla Y-Y (S1/2012-S1/2013) || Distanza mill-medja tal-UE || Y-Y għall-Istati Membri għal Y-Y tal-UE || bidla Y-Y (S1/2012-S1/2013) || Distanza mill-medja tal-UE || Y-Y għall-Istati Membri għal Y-Y tal-UE || Bidla Y-Y (2011-2012) || Distanza mill-medja tal-UE || Y-Y għall-Istati Membri għal Y-Y tal-UE || Bidla Y-Y (2011-2012) || Y-Y għall-Istati Membri għal Y-Y tal-UE || Bidla Y-Y (2010-2011) || Distanza mill-medja tal-UE || Y-Y għall-Istati Membri għal Y-Y tal-UE || Bidla Y-Y (2010-2011) || Distanza mill-medja tal-UE || Y-Y għall-Istati Membri għal Y-Y tal-UE

UE-27 || 0,6 || 0,0 || 0,0 || 0,6 || 0,0 || 0,0 || 0,3 || 0,0 || 0,0 || -0,9 || 0,0 || 0,8 || 0,0 || 0,0 || 0,0 || 0,0 || 0,0

EA-17 || 0,9 || 1,2 || 0,4 || 1,4 || 0,6 || 0,7 || 0,6 || 0,0 || 0,3 || -1,7 || -0,7 || 1,0 || 0,2 || 0,2 || 0,1 || 0,0 || 0,1

BE || 1,0 || -2,5 || 0,4 || 3,3 || 0,0 || 2,6 || 0,5 || -0,9 || 0,2 || -0,4 || 0,5 || 0,8 || -3,1 || 0,0 || 0,0 || -1,1 || 0,0

BG || 0,8 || 2,0 || 0,2 || -0,1 || 5,1 || -0,8 || -0,3 || 8,3 || -0,6 || : || : || 2,2 || 2,2 || 1,4 || 0,6 || 1,5 || 0,6

CZ || 0,3 || -3,8 || -0,4 || -0,6 || -4,4 || -1,3 || 0,6 || -4,3 || 0,3 || 0,3 || 1,2 || 1,0 || -6,9 || 0,2 || 0,0 || -1,5 || 0,0

DK || -0,8 || -4,0 || -1,4 || -2,3 || -10,9 || -3,0 || 0,3 || -6,6 || 0,0 || -0,9 || 0,0 || 0,2 || -2,9 || -0,6 || 0,0 || -0,6 || 0,0

DE || -0,2 || -5,6 || -0,8 || -0,3 || -15,5 || -0,9 || 0,2 || -5,5 || -0,1 || 0,7 || 1,6 || 0,8 || 0,4 || 0,0 || 0,0 || -0,5 || 0,0

EE || -1,7 || -2,2 || -2,3 || -4,0 || -5,3 || -4,7 || 0,7 || -0,7 || 0,4 || 2,4 || 3,3 || 2,4 || 2,0 || 1,6 || 0,3 || 0,3 || 0,3

IE || -1,2 || 2,9 || -1,8 || -3,2 || 4,9 || -3,8 || -0,1 || 5,5 || -0,4 || 5,7 || 6,7 || 0,5 || -0,9 || -0,3 || -0,1 || -0,4 || -0,1

EL || 4,1 || 16,1 || 3,5 || 6,1 || 36,1 || 5,5 || 2,9 || 7,1 || 2,6 || -9,6 || -8,7 || 1,0 || 4,0 || 0,2 || 0,4 || 1,0 || 0,4

ES || 2,2 || 15,5 || 1,6 || 3,9 || 32,2 || 3,3 || 0,3 || 5,6 || 0,0 || -5,2 || -4,2 || 1,5 || 4,5 || 0,7 || -0,1 || 2,1 || -0,1

FR || 0,8 || -0,1 || 0,2 || 2,1 || 2,4 || 1,4 || 0,2 || -1,0 || -0,1 || -0,3 || 0,6 || 1,1 || -2,5 || 0,3 || 0,1 || -0,4 || 0,1

HR || 1,9 || 6,1 || 1,3 || 12,2 || 28,1 || 11,5 || 1 || 3,5 || 0,7 || : || : || 0,7 || 3,1 || -0,1 || -0,2 || 0,4 || -0,2

IT || 1,7 || 1,1 || 1,1 || 4,5 || 15,6 || 3,8 || 1,3 || 7,9 || 1,0 || -4,5 || -3,6 || 1,6 || 2,5 || 0,8 || 0,4 || 0,6 || 0,4

CY || 4,3 || 4,3 || 3,7 || 11,2 || 13,8 || 10,5 || 1,4 || 2,8 || 1,1 || -8,0 || -7,0 || -0,4 || -4,5 || -1,2 || -0,2 || -0,7 || -0,2

LV || -3,6 || 1,1 || -4,2 || -8,2 || -2,2 || -8,9 || -1,1 || 1,7 || -1,4 || 4,9 || 5,8 || -0,3 || 4,2 || -1,1 || -0,3 || 1,6 || -0,3

LT || -1,5 || 1,4 || -2,1 || -5,5 || -0,6 || -6,1 || -0,4 || -2,1 || -0,7 || : || : || -1,6 || 4,2 || -2,4 || -1,5 || 0,8 || -1,5

LU || 0,6 || -5,3 || 0,0 || 0,2 || -4,7 || -0,4 || 1,2 || -7,3 || 0,9 || : || : || -0,8 || -2,9 || -1,6 || -0,1 || -1,0 || -0,1

HU || -0,4 || -0,3 || -1,0 || 0,5 || 4,9 || -0,1 || 1,4 || 1,5 || 1,1 || -3,0 || -2,0 || 1,7 || -2,4 || 0,9 || 0,5 || -1,1 || 0,5

MT || 0,1 || -4,4 || -0,5 || -0,5 || -9,5 || -1,2 || 0,5 || -2,1 || 0,2 || : || : || 0,2 || -2,9 || -0,6 || -0,2 || -0,9 || -0,2

NL || 1,4 || -4,5 || 0,8 || 1,4 || -12,7 || 0,7 || 0,5 || -8,9 || 0,2 || -3,1 || -2,2 || 0,4 || -5,5 || -0,4 || 0,1 || -1,2 || 0,1

AT || 0,6 || -6,1 || 0,0 || 0,0 || -14,6 || -0,6 || -0,4 || -6,7 || -0,7 || 1,4 || 2,3 || 0,3 || -5,0 || -0,5 || 0,1 || -1,2 || 0,1

PL || 0,6 || -0,4 || 0,0 || 1,1 || 3,8 || 0,4 || 0,2 || -1,4 || -0,1 || 0,4 || 1,4 || 0,2 || 1,1 || -0,6 || 0,0 || 0,0 || 0,0

PT || 2,1 || 6,4 || 1,5 || 3,6 || 16,6 || 3,0 || 1,4 || 0,9 || 1,1 || -3,0 || -2,1 || 0,5 || 0,2 || -0,3 || 0,1 || 0,7 || 0,1

RO || 0,1 || -3,7 || -0,5 || -0,3 || -0,1 || -0,9 || -0,6 || 3,6 || -0,9 || -4,3* || -4,2* || 1,8 || 5,0 || 1,0 || 0,2 || 1,2 || 0,2

SI || 2,3 || -0,3 || 1,7 || 5,3 || 0,1 || 4,6 || 2,2 || -3,9 || 1,9 || -3,8 || -2,9 || 0,7 || -4,3 || -0,1 || 0,1 || -1,5 || 0,1

SK || 0,4 || 3,3 || -0,2 || 0,4 || 10,5 || -0,3 || 0 || 0,6 || -0,3 || -2,3 || -1,4 || 1,2 || -3,6 || 0,4 || 0,0 || -1,2 || 0,0

FI || 0,4 || -2,8 || -0,2 || 1,1 || -3,3 || 0,4 || 0,2 || -4,6 || -0,1 || 0,3 || 1,2 || 0,5 || -3,2 || -0,3 || 0,1 || -1,3 || 0,1

SE || 0,3 || -2,9 || -0,4 || 1,1 || 0,8 || 0,4 || 0,3 || -5,4 || 0,0 || 2,9 || 3,9 || 0,6 || -3,5 || -0,2 || 0,1 || -1,4 || 0,1

UK || -0,3 || -3,2 || -0,9 || -0,6 || -2,5 || -1,3 || -0,3 || 0,8 || -0,6 || 2,2 || 3,1 || -0,8 || -1,9 || -1,6 || -0,1 || 0,3 || -0,1

* L-aħħar dejta għal RO għal tkabbir reali fl-IDDG disponibbli għall-2010-11

|| Rata tal-qgħad || Qgħad fost iż-żgħażagħ || Tkabbir reali fl-introjtu disponibbli domestiku gross || Ir-rata ta’ persuni fir-riskju ta’ faqar || Inugwaljanzi — S80/S20

|| Żgħażagħ UR || NEETs

|| bidla Y-Y (S1/2012-S1/2013) || Distanza mill-medja taż-ŻE || Y-Y għal SM għal Y-Y għaż-ŻE || bidla Y-Y (S1/2012-S1/2013) || Distanza mill-medja taż-ŻE || Y-Y għal SM għal Y-Y għaż-ŻE || Bidla Y-Y (2011-2012) || Distanza mill-medja taż-ŻE || Y-Y għal SM għal Y-Y għaż-ŻE || Bidla Y-Y (2011-2012) || Y-Y għal SM għal Y-Y għaż-ŻE || Bidla Y-Y (2010-2011) || Distanza mill-medja taż-ŻE || Y-Y għal SM għal Y-Y għaż-ŻE || Bidla Y-Y (2010-2011) || Distanza mill-medja taż-ŻE || Y-Y għal SM għal Y-Y għaż-ŻE

UE-27 || 0,6 || -1,2 || -0,4 || 0,6 || -0,6 || -0,7 || 0,3 || 0 || -0,3 || -0,9 || 0,7 || 0,8 || -0,2 || -0,2 || 0,0 || 0,0 || -0,1

ŻE- 17 || 0,9 || 0,0 || 0,0 || 1,4 || 0,0 || 0,0 || 0,6 || 0 || 0 || -1,7 || 0,0 || 1,0 || 0,0 || 0,0 || 0,1 || 0,0 || 0,0

BE || 1,0 || -3,7 || 0,0 || 3,3 || -0,7 || 1,9 || 0,5 || -0,9 || -0,1 || -0,4 || 1,3 || 0,8 || -3,3 || -0,2 || 0,0 || -1,1 || -0,1

BG || 0,8 || 0,9 || -0,1 || -0,1 || 4,5 || -1,5 || -0,3 || 8,3 || -0,9 || : || : || 2,2 || 2,0 || 1,2 || 0,6 || 1,5 || 0,5

CZ || 0,3 || -5,0 || -0,7 || -0,6 || -5,0 || -2,0 || 0,6 || -4,3 || 0 || 0,3 || 2,0 || 1,0 || -7,1 || 0,0 || 0,0 || -1,5 || -0,1

DK || -0,8 || -5,1 || -1,7 || -2,3 || -11,6 || -3,7 || 0,3 || -6,6 || -0,3 || -0,9 || 0,7 || 0,2 || -3,1 || -0,8 || 0,0 || -0,6 || -0,1

DE || -0,2 || -6,7 || -1,1 || -0,3 || -16,2 || -1,7 || 0,2 || -5,5 || -0,4 || 0,7 || 2,3 || 0,8 || 0,2 || -0,2 || 0,0 || -0,5 || -0,1

EE || -1,7 || -3,4 || -2,6 || -4,0 || -5,9 || -5,4 || 0,7 || -0,7 || 0,1 || 2,4 || 4,0 || 2,4 || 1,8 || 1,4 || 0,3 || 0,3 || 0,2

IE || -1,2 || 1,7 || -2,2 || -3,2 || 4,2 || -4,5 || -0,1 || 5,5 || -0,7 || 5,7 || 7,4 || 0,5 || -1,1 || -0,5 || -0,1 || -0,4 || -0,2

EL || 4,1 || 15,0 || 3,2 || 6,1 || 35,4 || 4,7 || 2,9 || 7,1 || 2,3 || -9,6 || -7,9 || 1,0 || 3,8 || 0,0 || 0,4 || 1,0 || 0,3

ES || 2,2 || 14,4 || 1,2 || 3,9 || 31,6 || 2,6 || 0,3 || 5,6 || -0,3 || -5,2 || -3,5 || 1,5 || 4,3 || 0,5 || -0,1 || 1,8 || -0,2

FR || 0,8 || -1,3 || -0,2 || 2,1 || 1,8 || 0,7 || 0,2 || -1 || -0,4 || -0,3 || 1,3 || 1,1 || -2,7 || 0,1 || 0,1 || -0,4 || 0,0

HR || 1,9 || 4,9 || 0,9 || 12,2 || 27,5 || 10,8 || 1 || 3,5 || 0,4 || : || : || 0,7 || 2,9 || -0,3 || -0,2 || 0,4 || -0,3

IT || 1,7 || -0,1 || 0,8 || 4,5 || 14,9 || 3,1 || 1,3 || 7,9 || 0,7 || -4,5 || -2,8 || 1,6 || 2,3 || 0,6 || 0,4 || 0,6 || 0,3

CY || 4,3 || 3,2 || 3,4 || 11,2 || 13,1 || 9,8 || 1,4 || 2,8 || 0,8 || -8,0 || -6,3 || -0,4 || -4,7 || -1,4 || -0,2 || -0,7 || -0,3

LV || -3,6 || -0,1 || -4,5 || -8,2 || -2,8 || -9,6 || -1,1 || 1,7 || -1,7 || 4,9 || 6,6 || -0,3 || 4,0 || -1,3 || -0,3 || 1,6 || -0,4

LT || -1,5 || 0,2 || -2,5 || -5,5 || -1,3 || -6,8 || -0,4 || -2,1 || -1 || : || : || -1,6 || 4,0 || -2,6 || -1,5 || 0,8 || -1,6

LU || 0,6 || -6,5 || -0,4 || 0,2 || -5,4 || -1,2 || 1,2 || -7,3 || 0,6 || : || : || -0,8 || -3,1 || -1,8 || -0,1 || -1,0 || -0,2

HU || -0,4 || -1,4 || -1,4 || 0,5 || 4,3 || -0,9 || 1,4 || 1,5 || 0,8 || -3,0 || -1,3 || 1,7 || -2,6 || 0,7 || 0,5 || -1,1 || 0,4

MT || 0,1 || -5,6 || -0,9 || -0,5 || -10,1 || -1,9 || 0,5 || -2,1 || -0,1 || : || : || 0,2 || -3,1 || -0,8 || -0,2 || -0,9 || -0,3

NL || 1,4 || -5,6 || 0,4 || 1,4 || -13,3 || 0,0 || 0,5 || -8,9 || -0,1 || -3,1 || -1,4 || 0,4 || -5,7 || -0,6 || 0,1 || -1,2 || 0,0

AT || 0,6 || -7,3 || -0,4 || 0,0 || -15,2 || -1,4 || -0,4 || -6,7 || -1 || 1,4 || 3,1 || 0,3 || -5,2 || -0,7 || 0,1 || -1,2 || 0,0

PL || 0,6 || -1,5 || -0,3 || 1,1 || 3,2 || -0,3 || 0,2 || -1,4 || -0,4 || 0,4 || 2,1 || 0,2 || 0,9 || -0,8 || 0,0 || 0,0 || -0,1

PT || 2,1 || 5,3 || 1,2 || 3,6 || 16,0 || 2,3 || 1,4 || 0,9 || 0,8 || -3,0 || -1,3 || 0,5 || 0,0 || -0,5 || 0,1 || 0,7 || 0,0

RO || 0,1 || -4,8 || -0,9 || -0,3 || -0,8 || -1,6 || -0,6 || 3,6 || -1,2 || -4,3* || -4,0* || 1,8 || 4,8 || 0,8 || 0,2 || 1,2 || 0,1

SI || 2,3 || -1,5 || 1,4 || 5,3 || -0,5 || 3,9 || 2,2 || -3,9 || 1,6 || -3,8 || -2,2 || 0,7 || -4,5 || -0,3 || 0,1 || -1,5 || 0,0

SK || 0,4 || 2,1 || -0,6 || 0,4 || 9,9 || -1,0 || 0 || 0,6 || -0,6 || -2,3 || -0,6 || 1,2 || -3,8 || 0,2 || 0,0 || -1,2 || -0,1

FI || 0,4 || -4,0 || -0,5 || 1,1 || -3,9 || -0,3 || 0,2 || -4,6 || -0,4 || 0,3 || 2,0 || 0,5 || -3,4 || -0,5 || 0,1 || -1,3 || 0,0

SE || 0,3 || -4,0 || -0,7 || 1,1 || 0,1 || -0,3 || 0,3 || -5,4 || -0,3 || 2,9 || 4,6 || 0,6 || -3,7 || -0,4 || 0,1 || -1,4 || 0,0

UK || -0,3 || -4,3 || -1,3 || -0,6 || -3,1 || -2,0 || -0,3 || 0,8 || -0,9 || 2,2 || 3,9 || -0,8 || -2,1 || -1,8 || -0,1 || 0,3 || -0,2

* L-aħħar dejta għar-RO għal tkabbir reali fl-IDDG disponibbli għall-2010-11

Anness 2: Taqsira ġenerali tal-Isfidi Ewlenin fil-qasam tal-Impjiegi u l-eżiti tas-suq tax-xogħol partikolarment pożittivi skont Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi (C = sfida (challenge); G = eżitu tajjeb tas-suq tax-xogħol (good labour market outcome) — adottata f’Ġunju 2013[36].

Anness 3: Taqsira ġenerali tax-"xejriet soċjali li wieħed għandu jsegwi" kif identifikati mill-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni ta' Ħarsien Soċjali[37] - adottata f'Jannar 2013.

||

Nota: Ix-xejriet soċjali li wieħed għandu jsegwi għall-2010-11, identifikati minn deterjorament f’aktar minn 1/3 tal-Istati Membri, huma enfasizzati bil-kulur aħmar fit-tabella fuq il-lemin.

[1] Din it-taqsima tibni parzjalment fuq l-analiżi dettaljata ppreżentata fl-"EU Employment and Social Situation, Quarterly Review", Marzu 2013. Għad-dettalji fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet, ara l-edizzjoni tal-2013 tal-Education and Training Monitor.

[2] Ir-rata tal-qgħad taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi laħqet 21,3 % fl-2012 meta mqabbla ma' 20,0 % fl-2011 - u 14,4 % fl-2008.

[3]  Id-dejta għall-EL hija disponibbli biss sa Lulju.

[4] Skont l-aktar Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti reċenti, il-professjonijiet bl-akbar tkabbir f'impjegati wara l-ħaddiema fil-kura personali fis-servizzi tas-saħħa kienu l-iżviluppaturi u l-analisti tal-applikazzjonijiet tas-softwer, is-segretarji amministrattivi u speċjalizzati, is-superviżuri fil-minjieri, il-manifattura u l-kostruzzjoni, u l-għalliema tal-iskejjel primarji u tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal.

[5] Ir-rata ta' sejba tal-impjiegi hija definita bħala l-proporzjon bejn l-għadd ta' persuni li qed jibdew impjieg ġdid u dawk li huma qiegħda. Ir-rata ta' separazzjoni tal-impjiegi hija l-proporzjon tal-għadd ta' persuni li telqu mill-impjieg tagħhom mal-għadd ta' persuni li qegħdin jaħdmu.

[6] "Labour Market Developments in Europe, 2013", il-Kummissjoni Ewropea.

[7] Pereżempju "Future Skills Supply and Demand in Europe", Cedefop.

[8] F'Ottubru 2013, l-OECD u l-Kummissjoni ħarġu l-eżitu ta' Stħarriġ ġdid dwar il-Ħiliet tal-Adulti (PIAAC), il-Kummissjoni Ewropea, OECD.

[9] Ara pereżempju "Is Aggregate Demand Wage-Led or Profit-Led? National and Global Effects", Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, Kundizzjonijiet tax-Xogħol u tal-Impjiegi, Serje Nru 40, Ġinevra, 2012.

[10]  Ara Quarterly Report on the Euro Area, il-Kummissjoni Ewropea, Volum 12, Nru 3, 2013.

[11] Sors: Garnier et al. (2103): Recent Reforms of Tax Systems in the EU: Good and Bad News. Karta dwar it-Tassazzjoni, 39. Il-Kummissjoni Ewropea

[12] Ara pereżempju Eurofound (2013), Tackling Undeclared Work in 27 European Union Member States and Norway: Approaches and Measures Since 2008, Eurofound, Dublin; Hazans, M. (2011), Informal Workers Across Europe, Research Paper 5912, Bank Dinji, Washington DC. 

[13]  Il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu jew il-proporzjon S80/S20 huwa miżura tal-inugwaljanza tad-distribuzzjoni tal-introjtu. Huwa kkalkulat bħala l-proporzjon tal-introjtu totali li rċieva 20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla introjtu (il-kwintil ta' fuq) ma’ dak li rċieva 20 % tal-popolazzjoni bl-inqas introjtu (il-kwintil t'isfel). L-introjti kollha huma kkumpilati bħala introjti disponibbli ekwivalizzat.

[14] L-aktar ċifri reċenti tal-UE-SILC jinkludu stimi tal-Eurostat għall-UE-28 u l-UE-27 għall-2012 (ir-riżultati għall-AT, BE, IE u UK huma nieqsa). Id-dejta ta' referenza tal-SILC tal-2012 tirreferi għas-sena ta’ introjtu 2011.

[15] Ara Employment and social developments in Europe 2012, il-Kummissjoni Ewropea  

[16] Ibid

[17] Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-EUROMOD 2/13 Avram, Figari, Leventi, Levy, Navicke, Matsaganis, Militaru, Paulus, Rastringina, Sutherland: The Distributional Effects of Fiscal Consolidation in Nine Countries. Verżjoni ġdida ta’ dan id-dokument se tiġi ppreżentata dalwaqt. Fid-disa’ pajjiżi eżaminati mill-ġdid mill-istudju, l-impatt tal-miżuri bbażati fuq l-introjtu tal-unitajiet domestiċi (pereżempju bidliet fis-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji u tnaqqis fil-pagi li ttieħdu minn bejn l-2007 u nofs l-2012) varja minn 1,6 % tal-introjtu disponibbli qabel il-kriżi fl-IT u 1,9 % fir-UK għal 9,1 % fil-LV u 11,6 % fil-EL.

[18]  AraEU Employment and social situation, Quarterly Review, Marzu 2013 L-analiżi turi li l-aġġustament 'l isfel tan-nefqa soċjali osservat mill-2011 jidher aktar qawwi meta mqabbel ma’ episodji simili ta’ riċessjoni matul l-aħħar tliet deċenni.

[19] Dejta tal-2011 disponibbli dalwaqt

[20] Din it-taqsima tagħti aġġornament tas-sitwazzjoni kif ippreżentata fl-aħħar Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u minħabba l-limitazzjonijiet tal-ispazju, mhijiex eżawrjenti u ma għandhiex l-għan li tirrapporta dwar ir-riformi u l-miżuri politiċi kollha.

[21] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi.

[22] It-terminu l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal tirreferi għall-forom kollha ta’ kura u edukazzjoni mit-twelid sal-bidu tal-edukazzjoni primarja.

[23] Dwar din il-kwistjoni ara r-rappurtar addizzjonali fit-taqsima dwar l-inklużjoni soċjali.

[24] Promoting green jobs throughout the crisis: a handbook of best practices in Europe, (Il-promozzjoni ta' impjiegi ekoloġiċi matul il-kriżi: manwal tal-aħjar prattiki fl-Ewropa) l-Osservatorju Ewropew għall-Impjiegi 2013

[25] COM(2013) 690.

[26] It-tabella ta’ valutazzjoni kif inkluża f’din il-verżjoni tal-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tista’ tiġi aġġornata f’Diċembru 2013 ladarba jsir disponibbli l-fluss ġdid ta' dejta soċjali annwali. 

[27] Bħala parti mill-abbozz ta’ Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, ibbażat fuq l-Artikolu 148 tat-TFUE u li tinforma l-proċess tas-Semestru Ewropew, it-tabella ta’ valutazzjoni tkopri l-Istati Membri kollha tal-UE u għaldaqstant isiru paraguni mal-medja tal-UE. F’xi każijiet, id-devjazzjonijiet istatistiċi mill-medja EA jistgħu wkoll ikunu rilevanti. Kif stabbilit fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina, il-koordinament u s-sorveljanza tal-politiki tal-impjieg u dawk soċjali għandhom jiġu msaħħa fil-governanza tal-UEM, u l-konverġenza f’dawn l-oqsma għandha tingħata spinta.

[28]  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 24/25 ta’ Ottubru 2013

[29]  Għal ħarsa ġenerali dettaljata tal-konsegwenzi tal-iżviluppi tax-xogħol u dawk soċjali lil hinn tal-fruntiera ara: EU Employment and Social Situation. Quarterly Review, Settembru 2013, jinsab fuq: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=89&newsId=1974&furtherNews=yes

[30]  Il-Kummissjoni hija lesta li tilqa’ tirqim possibbli tat-tabella ta' valutazzjoni f’edizzjonijiet futuri, abbażi ta' diskussjonijiet tekniċi kontinwi fil-Kumitati dwar l-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali u tar-reazzjonijiet mill-Parlament Ewropew, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra.

[31] COM(2013) 690, paġna 6.

[32] Id-definizzjoni taż-żoni: In-Naħa ta' Fuq u ċ-ċentru taż-ŻE: AT, BE, DE, FI, FR, LU, NL; in-naħa ta' Isfel u l-periferija taż-ŻE: EE, EL, ES, IE, IT, CY, MT, PT, SI, SK; il-Pajjiżi Membri li mhumiex fiż-ŻE – in-Naħa ta' Fuq: CZ, DK, PL, SE, UK; il-Pajjiżi Membri li mhumiex fiż-ŻE- in-Naħa ta' Isfel u l-periferija: BG, HR, LV, LT, HU, RO.

[33] Fir-rigward tar-rata tar-riskju ta' faqar, is-sena ta’ referenza tal-introjtu hija s-sena kalendarja qabel is-sena tal-istħarriġ (jiġifieri l-2010) għajr għar-UK (sena ta' stħarriġ) u l-IE (12-il xahar qabel l-istħarriġ). L-istess japplika għall-indikatur tal-inugwaljanzi (il-proporzjon S80/S20).

[34] Il-proporzjon bejn l-introjti ta’ 20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla introjti u l-introjti ta’ 20 % bl-inqas introjti.

[35] Ara d-Dokument ta’ Ħidma EUROMOD 2/13.

[36] http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/13/st10/st10373-re01.en13.pdf

[37] ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=9235&langId=en