ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013 RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL RENDIKONT TAL-INFIQ SKONT IT-TAQSIMA TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni /* COM/2013/0557 final */
ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013 RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL
RENDIKONT TAL-INFIQ SKONT IT-TAQSIMA TAQSIMA
Taqsima III — Il-Kummissjoni Wara li kkunsidrat: –
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, –
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1],
u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, –
il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat
fit-12 ta’ Diċembru 2012[2], –
il-baġit emendatorju Nru 1/2013, adottat fl-4 ta' Lulju 2013, –
l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2013[3],
adottat fis-27 ta’ Marzu 2013, –
l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2013[4],
adottat fil-15 ta’ April 2013, –
l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2013[5],
adottat fid-29 ta’ April 2013, –
l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2013[6],
adottat fit-2 ta’ Mejju 2013, –
l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2013[7],
adottat fl-10 ta' Lulju 2013, Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk
tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7
tal-Baġit 2013. BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI
TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Il-bidliet fid-dikjarazzjoni
tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima jinsabu fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm).
Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża
għall-informazzjoni bħala anness baġitarju. 1. Introduzzjoni L-abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE)
Nru 7 għas-sena 2013 ikopri żieda ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji ta’
EUR 150,0 miljun fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
(QFP). Dan bil-ħsieb li jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet
li ħarġu mir-riżultat finali tan-negozjati tal-QFP
għas-snin 2014-2020, li jaffettwaw lil Franza, l-Italja u Spanja. Il-Kunsill
Ewropew tas-27 u t-28 ta’ Ġunju 2013 qies
li għandha tingħata soluzzjoni baġitarja għal dik il-kwistjoni. Wara li kkunsidra l-kriżi ekonomika attwali
u bħala kontribut għall-isforz speċjali li jrid isir biex jiġu indirizzati
sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost
iż-żgħażagħ, u ta' faqar u esklużjoni soċjali f’dawn l-Istati Membri,
il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aħjar mod kif tista' tgħinhom
huwa billi żżid il-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Peress li l-allokazzjonijiet
eżistenti diġà ġew impenjati bis-sħiħ fil-baġit tal-UE, il-Kummissjoni tipproponi
li żżid l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għas-sena 2013 għal
dawk it-tliet Stati Membri. Iż-żieda ta’ EUR 150 miljun
f’approprjazzjonijiet għall-impenji se tiġi koperta mill-marġini taħt il-limitu
massimu tan-nefqa tal-Intestatura 1b (EUR 16,0 miljun), u permezz
tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità (EUR 134,0 miljun) immirat lejn din l-azzjoni speċifika. 2. l-indirizzar ta' sitwazzjonijiet speċifiċi tal-qgħad,
b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u tal-esklużjoni soċjali fl-Istati
Membri affettwati L-ammonti proposti se jiġu miżjuda fil-programmi eżistenti
tal-FSE. Biex tiġi żgurata l-effettività taż-żieda fl-approprjazzjonijiet
għall-ħlasijiet għas-sena 2013 u tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni
tal-programmi, il-Kummissjoni qieset il-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati
Membri kkonċernati għal dawn iż-żewġ għanijiet tal-Fondi: “Objettiv ta’
konverġenza” u “Objettiv ta' kompetittività reġjonali u impjiegi”. 3. Żieda
fl-Impenji fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali It-talba globali għat-tisħiħ
tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-Intestatura 1b tammonta għal
EUR 150 miljun, imqassma kif ġej: Linja tal-Baġit || Intestatura 1b || Impejni (EUR) 04 02 17 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Konverġenza || 16 683 215 04 02 19 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Kompetittività reġjonali u impjiegi || 133 316 785 Total || 150 000 000 It-tqassim bejn
iż-żewġ linji tal-baġit jista’ jiġi aġġustat skont il-bżonnijiet. Skont ir-regoli
tal-ħlas tal-Fondi Strutturali, l-applikazzjonijiet għall-ħlas kollha għal
programm huma assenjati għall-impenji li jinfetħu l-ewwel. B’hekk ma hemm
l-ebda bżonn ta' pagamenti addizzjonali fl-2013 għal dawn l-impenji
addizzjonali.
4. Tabella
sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju Qafas Finanzjarju Intestatura/sottointestatura || Qafas finanzjarju tal-2013 rivedut || Baġit 2013 (inkl. AB 1 u ABE 2 sa 6/2013) || ABE 7/2013 || Baġit 2013 (inkl. AB 1 u ABE 2 sa 7/2013) CA || PA || CA || PA || CA || PA || CA || PA 1. TKABBIR SOSTENIBBLI || || || || || || || || 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 15 670 000 000 || || 16 168 150 291 || 12 886 628 095 || || || 16 168 150 291 || 12 886 628 095 Marġini || || || 1 849 709 || || || || 1 849 709 || 1b. Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi || 54 974 000 000 || || 54 958 049 037 || 56 349 544 736 || 150 000 000 || || 55 108 049 037 || 56 349 544 736 Marġini[8] || || || 15 950 963 || || || || 0 || Total || 70 644 000 000 || || 71 126 199 328 || 69 236 172 831 || 150 000 000 || || 71 276 199 328 || 69 236 172 831 Marġini[9] || || || 17 800 672 || || || || 1 849 709 || 2. KONSERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI || || || || || || || || Li minnhom nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 48 574 000 000 || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 || || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 Total || 61 289 000 000 || || 60 159 241 416 || 58 095 492 961 || || || 60 159 241 416 || 58 095 492 961 Marġini || || || 1 129 758 584 || || || || 1 129 758 584 || 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA || || || || || || || || 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja || 1 661 000 000 || || 1 440 827 200 || 1 046 033 652 || || || 1 440 827 200 || 1 046 033 652 Marġini || || || 220 172 800 || || || || 220 172 800 || 3b. Ċittadinanza || 746 000 000 || || 753 287 942 || 669 173 557 || || || 753 287 942 || 669 173 557 Marġini || || || 7 320 000 || || || || 7 320 000 || Total || 2 407 000 000 || || 2 194 115 142 || 1 715 207 209 || || || 2 194 115 142 || 1 715 207 209 Marġini[10] || || || 227 492 800 || || || || 227 492 800 || 4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI || 9 595 000 000 || || 9 583 118 711 || 6 898 914 260 || || || 9 583 118 711 || 6 898 914 260 Marġini[11] || || || 275 996 289 || || || || 275 996 289 || 5. AMMINISTRAZZJONI || 8 492 000 000 || || 8 430 374 740 || 8 430 049 740 || || || 8 430 374 740 || 8 430 049 740 Marġini[12] || || || 147 625 260 || || || || 147 625 260 || 6. KUMPENS || 75 000 000 || || 75 000 000 || 75 000 000 || || || 75 000 000 || 75 000 000 Marġini || || || || || || || || TOTAL || 152 502 000 000 || 144 285 000 000 || 151 568 049 337 || 144 450 837 001 || 150 000 000 || || 151 718 049 337 || 144 450 837 001 Marġini [13],[14],[15] || || || 1 798 673 605 || 14 770 941 || || || 1 782 722 642 || 14 770 941 [1] ĠU
L 298, 26.10.2012, p. 1. [2]
ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1. [3]
COM(2013) 183 [4]
COM(2013) 224 [5]
COM(2013) 254 [6]
COM(2013) 258 [7]
COM(2013) 518 [8]
EUR 134,0 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati
permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità fl-2013. [9] Il-Fond Ewropew ta’ aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhuwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt
l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun). [10] L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni
Ewropea (FSUE) jiddaħħal apparti mill-intestaturi relevanti kif previst bil-FII
tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006) [11] Il-marġini tal-2013
għall-Intestatura 4 ma jiħux inkunsiderazzjoni l-approprjazzjonijiet
relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 264,1 miljun). [12] Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu
massimu tal-Intestatura 5, tqieset in-nota (1) ta' qiegħ il-paġna
fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 86 miljun
għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni. [13] Il-marġini globali għall-impenji ma jqisx
l-approprjazzjonijiet relatati mal-FEG (EUR 500 miljun), l-EAR
(EUR 264,1 miljun) u l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema
tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun). [14] Il-marġini globali għall-pagamenti ma
jqisx l-approprjazzjonijiet marbuta mall-EAR (EUR 80 miljun) u
l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86
miljun). [15]
EUR 134,0 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati
permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità fl-2013.