KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Is-segwitu tal-Kummissjoni tal-Konsultazzjoni "TOP TEN" tal-SMEs dwar ir-Regolamentazzjoni tal-UE /* COM/2013/0446 final */
Is-segwitu tal-Kummissjoni tal-konsultazzjoni “Top
Ten” tal-SMEs dwar ir-regolamentazzjoni tal-UE 1.
Introduzzjoni Impriżi
żgħar u ta’ daqs medju huma essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u
l-ħolqien tal-impjiegi.[1]
Il-Kummissjoni ħadet firxa ta’ azzjonijiet matul is-snin biex
tappoġġjahom u qed tkompli ssaħħaħ l-azzjonijiet
tagħha. Dan jinkludi
d-deċiżjoni ta’ Novembru 2011 biex isir sforz koordinat biex
titħaffef it-tagħbija regolatorja fuq l-SMEs[2]. Bħala parti
minn dan l-isforz, il-Kummissjoni talbet lill-SMEs fl-2012 permezz ta’
konferenzi u konsultazzjonijiet sabiex jidentifikaw il-liġijiet tal-UE u
l-oqsma ta’ leġiżlazzjoni li huma jqisu li għandhom l-aktar
piż. Huma kkontribwew b’mod attiv.[3]
Fuq il-bażi ta’ dawn it-tweġibiet, il-Kummissjoni pproduċiet
lista ta’ atti leġiżlattivi tal-UE meqjusa mill-SMEs u
l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati li huma l-aktar ta’ piż.[4] Ir-riżultati ta’
din l-inizjattiva, imsejħa “Top Ten”, flimkien ma’ numru ta’ azzjonijiet
oħrajn li l-Kummissjoni qed tieħu, tħabbru fil-Komunikazzjoni
ta’ Marzu dwar “Regolamentazzjoni Intelliġenti — ir-Reazzjoni għal
intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju”[5] l-Istati Membri kienu
wkoll infurmati bir-riżultati permezz tan-netwerk rappreżentant
tal-SMEs. Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex ikun hemm segwitu dirett u
immedjat għat-tħassib tal-SMEs. Il-Kunsill Ewropew laqa’ din
l-inizjattiva u stieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura sa Ġunju.[6] Dan
ir-rapport jindika l-azzjonijiet ta’ segwitu fuq ir-riżultati ewlenin
tal-konsultazzjoni, bħala tweġiba għal dik it-talba. Is-suċċess
tal-inizjattiva “Top Ten” jeħtieġ li l-koleġislaturi u l-Istati
Membri jingħaqdu f’dan l-isforz. Ħafna azzjonijiet tal-Kummissjoni
jinsabu fil-proposti leġiżlattivi li l-koleġiżlaturi qegħdin
jeżaminaw bħalissa. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew
jeħtieġu li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet favur
l-SMEs f’dawn il-proposti huma miżmuma u li piżijiet mhux
meħtieġa ma jiġux miżjuda bi żball fil-proċess
tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Din mhijiex sforz ta’
darba biss. Dan jifforma parti mill-eżerċizzju ikbar REFIT
imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Fitness Regolatorju
tal-UE tat-12 ta’ Diċembru 2012.[7] Permezz ta' Refit il-Kummissjoni se
tkompli tieħu azzjoni biex jitnaqqas il-piż regolatorju u tiġi ssimplifikata
l-leġiżlazzjoni kollha, filwaqt li jkun hemm firxa wiesgħa
tal-kontribut tal-partijiet interessati f’kunsiderazzjoni. 2.
Ir-riżultati u s-segwitu tat-TOP-10 Għal
kull waħda mit-taqsimiet ewlenin “Top Ten” ta' miżuri
leġiżlattivi, il-Kummissjoni diġà ħadet azzjoni. Fejn
possibbli, il-Kummissjoni nfisha tkun aġixxiet direttament biex tittratta
din il-kwistjoni. F’oqsma oħra, fejn hemm bżonn ta’ bidla
leġiżlattiva, il-Kummissjoni għamlet proposti lill-koleġiżlatur.
Għalhekk, ftit aktar minn nofs l-azzjonijiet imniżżla hawn huma
punti li fuqhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jieħdu azzjoni
dwarhom. Il-Kummissjoni wkoll jew diġà bdiet tirrevedi
l-leġiżlazzjoni kkonċernata jew qed tippjana li tirrevedi li
tiġi identifikata l-aħjar azzjoni. It-tħassib
tal-SMEs li ma ġiex inkluż fil-lista ewlenija “Top Ten” se jiġi
eżaminat fil-programm usa’ għat-tnaqqis tal-piż regolatorju,
il-programm REFIT. Rapport dwar il-progress ser ikun disponibbli
fil-ħarifa. 2.1 Azzjoni li diġà
tlestiet mill-Kummissjoni taħt l-awtorità tagħha Sustanzi kimiċi Ir-Regolament (KE)
Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni,
l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) L-SMEs jgħidulna li: Għandhom tħassib dwar
il-kumplessità u l-ispiża ta’ obbligi ta’ informazzjoni, applikazzjoni
inkonsistenti mill-Istati Membri u nuqqas ta’ koerenza ma’
leġiżlazzjoni ta’ kimiċi speċifiċi bħal
Restrizzjonijiet ta’ Sustanzi Perikolużi (RoHS), bijoċidi,
interferent endokrinali u s-sikurezza tal-ġugarelli. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Il-Kummissjoni wettqet
rieżami komprensiv ta’ REACH li jinkludi analiżi tar-rabtiet u
d-duplikazzjonijiet possibbli b'leġiżlazzjoni oħra tal-UE li
jaffettwaw kimiċi, kif ukoll diffikultajiet partikolari għal SMEs.
F’Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat ukoll Regolament ta’ implimentazzjoni
tal-Kummissjoni[8]
li jipprovdi miżati mnaqqsa għall-SMEs — tnaqqis ta’ 35 %
għal kumpaniji ta’ daqs medju, 65 % għal kumpaniji
żgħar u 95 % għall-mikrokumpaniji
għar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, gwida
għall-implimentazzjoni ulterjuri qed titħejja u l-Aġenzija
Ewropea tal-Kimiki (ECHA) ħatret Ambaxxatur tal-SMEs fuq talba
tal-Kummissjoni biex tintegra l-ħtiġijiet speċifiċi
tal-SMEs madwar l-attivitajiet tagħha u biex tipprovdi interlokutur
għall-partijiet interessati. Sabiex titjieb il-konsistenza bejn REACH u
leġiżlazzjoni ta' kimiki oħrajn għal dawk il-każijiet
fejn id-duplikazzjoni potenzjali ġew identifikati, il-Kummissjoni se
tirsisti biex jiġu mminimizzati jew biex jiġu evitati billi tistieden
l-ECHA toħroġ gwida, jekk xieraq, u tħejji
leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari meta jiġu
kkunsidrati restrizzjonijiet u sustanzi suġġetti għal
awtorizzazzjoni fil-futur. Minħabba li l-implimentazzjoni ta’
REACH għadha ma tlestietx kompletament, fl-interessi ta’ stabilità legali
u bi ftehim ma’ bosta organizzazzjonijiet tan-negozju, il-Kummissjoni ma tqisx
aktar emendi legali biex jilħqu REACH fil-mument. 2.2 Proposti
tal-Kummissjoni li l-leġiżlatur tal-UE jeħtieġ li
jaġixxi fuqhom Protezzjoni tad-dejta Id-Direttiva 95/46/KE dwar
il-protezzjoni tad-dejta personali (reviżjoni[9] f’proċedura
leġiżlattiva li tistenna l-ewwel qari mill-PE) L-SMEs jgħidulna li: Il-proposta l-ġdida
għal Regolament dwar il-protezzjoni ta’ dejta ġenerali hi
eċċessivament dettaljata fl-obbligi li jimponu fuq dawk li
jipproċessaw id-dejta personali. Ir-riforma proposta tinkludi
eċċezzjonijiet fl-obbligi għall-SMEs li għandhom
jinżammu fil-proċess ta’ kodeċiżjoni. Il-benefiċċji
ekonomiċi ewlenin ta’ din ir-riforma se jakkumulaw biss lil dawk
il-kumpaniji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri, peress li se jibbenefikaw aktar
minn armonizzazzjoni, filwaqt li l-kumpaniji li jinnegozjaw biss domestikament
ser ikollhom iġorru l-piż ta’ obbligi addizzjonali. It-tweġiba tal-Kummissjoni: Il-Kummissjoni qed taħdem
mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill sabiex iżżomm
l-eċċezzjonijiet għall-SMEs f’dawk il-każijiet fejn
l-ipproċessar tagħhom tad-dejta personali ma tippreżentax riskji
speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali
taċ-ċittadini. Il-Kummissjoni se taħdem ukoll
mal-leġiżlatur tal-UE biex tiżviluppa aktar elementi
eżistenti ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Dan
ix-xogħol se jiffoka fuq kif għandhom jiġu kalibrati l-obbligi
tal-kontrolluri tad-dejta biex jitkompla jiġi ssimplifikat l-ambjent
regolatorju u jitnaqqas il-piż amministrattiv bla bżonn, filwaqt li
jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għal dejta personali u
ċ-ċarezza tal-obbligi legali għal kontrolluri tad-dejta. L-impjiegi Id-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg
ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (Miżura
addizzjonali[10]
fil-proċedura leġiżlattiva li qed tistenna l-ewwel qari
mill-PE). L-SMEs jgħidulna li: Huma jappoġġaw
il-kjarifika ta' infurzar bil-għan li l-frodi u l-kompetizzjoni
inġusta jiġu miġġielda. Għal dan l-għan, huma
jissuġġerixxu l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ notifika minn qabel
tas-sekondamenti lill-Istati Membri u kunsiderazzjoni mill-ġdid ta’
obbligazzjoni in solidum għall-SMEs. Huma jargumentaw li dik
l-obbligazzjoni se jkollha impatt fuq l-SMEs b’mod sproporzjonat minħabba
li għandhom ħafna inqas kapaċità ta’ monitoraġġ
tas-sottokuntratturi tagħhom tal-konformità mal-leġiżlazzjoni
rilevanti. Huma jargumentaw ukoll li l-obbligazzjoni in solidum tista'
tikkostitwixxi ostakolu lill-SMEs biex jidħlu fi swieq ġodda. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Il-proposta għal direttiva
ta’ infurzar qed tiġi diskussa fil-proċedura leġiżlattiva
li diġà fiha elementi pożittivi għall-SMEs u
l-mikrointrapriżi bħal spezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju,
aktar obbligi ta’ Stati Membri ospitanti biex jagħmlu l-informazzjoni
legali faċilment disponibbli u iktar ċertezza legali permezz ta’ sett
limitat ta’ miżuri ta’ kontroll u rekwiżiti amministrattivi li
jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri. L-obbligazzjoni in
solidum hija miżura importanti, diġà applikata f’ħafna Stati
Membri, biex jipprovdu protezzjoni kontra l-abbuż u l-isfruttament ta’
ħaddiema vulnerabbli. Il-Kummissjoni qiegħda tappoġġja
l-isforzi biex jintlaħaq ftehim fil-proċess leġiżlattiv,
b’mod partikolari dwar żewġ kwistjonijiet kontroversjali (lista ta’
miżuri ta’ kontroll u obbligazzjoni in solidum). Sigurtà tal-prodotti Id-Direttiva 2001/95/KE
dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (reviżjoni[11] f’proċedura
leġiżlattiva li qed tistenna l-ewwel qari mill-PE) L-SMEs jgħidulna li: L-Istati Membri japplikaw
ir-regoli dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-kontrolli b’modi differenti.
Ir-responsabbiltà tal-produttur huwa meqjus piż kbir għal kumpaniji
iżgħar u d-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tal-prodott mis-suq
jippermetti interpretazzjoni wiesgħa. Is-sistema hija għalja
għall-SMEs u ma toffrix informazzjoni xierqa u protezzjoni
lill-konsumaturi. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Fi Frar 2013, il-Kummissjoni
pproponiet li tieħu post id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali
tal-Prodotti permezz ta’ Regolament applikabbli direttament dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti tal-Konsumatur biex jiżguraw applikazzjoni aktar uniformi.
Din il-proposta tindirizza ħafna mill-għaxar kummenti ewlenin, jitnaqqsu
d-diverġenzi bejn l-Istati Membri inkluż sett aktar sempliċi ta’
rekwiżiti komuni u eżenzjoni min-notifika tal-obbligazzjonijiet
għal prodotti li jippreżentaw riskji biss f’każijiet
iżolati taħt ir-responsabbiltà tal-operatur ekonomiku. Ir-Regolament
propost ta' Sorveljanza tas-Suq jistabbilixxi qafas uniformi, jiġu evitati
kontrolli doppji ta’ prodotti u titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u
l-operaturi ekonomiċi. Sorveljanza aħjar tas-suq se tgħin ukoll
biex tipproteġi SMEs responsabbli minn kompetizzjoni inġusta minn
prodotti mhux konformi. Il-proposti jqisu l-bżonnijiet tan-negozji
ż-żgħar li jipprevedu gwida u għajnuna għall-SMEs.
Il-Kummissjoni se tistabbilixxi qafas ta’ ħidma għal konsultazzjoni
regolari man-negozju fuq l-implimentazzjoni, inkluż permezz ta’ Forum ta’
Sorveljanza tas-Suq. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel pressjoni
biex ikun hemm l-akbar ċarezza dwar irtirar tal-prodott mis-suq
fil-proċedura leġiżlattiva u toħroġ linji gwida biex
jassistu negozji qabel ma r-regolamenti jiġu applikati. Akkwist pubbliku Id-Direttiva 2004/18/KE
fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti
għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti
pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (reviżjoni[12] f’proċedura
leġiżlattiva qed tistenna l-ewwel qari mill-Parlament Ewropew) L-SMEs jgħidulna li: Id-Direttivi tal-UE dwar
l-akkwisti pubbliċi jinkludu rekwiżiti onerużi fir-rigward
tal-pożizzjoni ekonomika ta' SMEs, użu mhux xieraq ta’ kriterji ta’
kwalità minn awtoritajiet kontraenti biex jistabbilixxu l-offerta l-aktar
vantaġġuża ekonomikament u d-diffikultà li jinbtu
mill-applikazzjoni ta’ proċeduri jew prattiki differenti fi Stati Membri
differenti minkejja l-armonizzazzjoni. Il-burokrazija u l-piż
amministrattiv finanzjarju marbut mal-preparazzjoni ta’ offerti jaġixxu
bħala ostaklu għan-negozji ż-żgħar biex
jipparteċipaw f’offerti pubbliċi. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Il-Kummissjoni pproponiet
reviżjoni fuq ir-reġim ta’ akkwisti pubbliċi
f’Diċembru 2011. Xi wħud mill-modifiki proposti se jkollhom impatt
dirett fuq l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku,
inklużi konċessjonijiet. Ir-reviżjoni tinkludi
dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-aċċettazzjoni ta’
awtodikjarazzjonijiet għal skopijiet ta’ selezzjoni (l-offerent
rebbieħ biss se jkollu jagħti evidenza sħiħa) u
dispożizzjoni li l-lista tal-kriterji tal-għażla se ssir
eżawrjenti. Limitazzjoni hija introdotta fil-fatturat massimu
meħtieġ biex jipparteċipaw f'proċedura ta’ akkwist, li ma
jistax ikun ogħla minn tliet darbiet il-valur stmat tal-kuntratt Barra minn hekk l-awtoritajiet
kontraenti se jkunu mħeġġa jaqsmu kuntratti f’lottijiet li
jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ aktar offerenti, b’mod partikolari SMEs,
u se jkollhom jispjegaw lil dawk li tefgħu l-offerti u meta ma jagħmlux
dan (applikazzjoni tal-prinċipju “ikkonforma jew spjega”). Il-proposta tal-Kummissjoni
tipprevedi tranżizzjoni gradwali għall-akkwist elettroniku.
Il-kumpaniji jkunu jistgħu jikkonsultaw opportunitajiet tal-offerti onlajn
u jissottomettu l-offerti tagħhom elettronikament, u dan se jissimplifika
l-proċess u jżid it-trasparenza. Fl-aħħar nett,
il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għat-tħassib tal-SMEs
bil-kumplessità kontinwa tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku u prattiki
fost l-Istati Membri li qed jikkontribwixxu għal piżijiet amministrattivi. L-għarfien tal-kwalifiki
professjonali Id-Direttiva 2005/36/KE
dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (reviżjoni[13] fi proċedura
leġiżlattiva li qed tistenna l-ewwel qari mill-Parlament Ewropew) L-SMEs jgħidulna li: Id-dispożizzjonijiet ta’
din id-direttiva huma f’duplikazzjoni ma’ dawk tad-Direttiva dwar is-Servizzi,
u mhux faċli għal SME li ssir distinzjoni bejn l-obbligi li
joħorġu miż-żewġ regolamenti. Filwaqt li ċerti
SMEs esprimew sodisfazzjon bi wħud mid-dispożizzjonijiet proposti
fl-emenda li qed tiġi diskussa bħalissa fi proċedura
leġiżlattiva, speċjalment l-introduzzjoni tal-Karta
Professjonali Ewropea u l-ġeneralizzazzjoni tal-Informazzjoni tas-Suq
Intern (IMI)[14],
xi proposti ġodda oħra jqajmu dubji, bħall-aċċess
parzjali miftuħ għal professjonijiet b’kamp ta' applikazzjoni ta’
attivitajiet akbar fl-Istat Membru ospitanti, jew ir-rikonoxximent taċitu
tal-kwalifiki għall-professjonijiet marbuta mas-saħħa u
s-sikurezza. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Ir-reviżjoni tiżgura
l-konsistenza mad-Direttiva dwar is-Servizzi, notevolment billi tiżgura li
l-informazzjoni kollha u l-proċeduri relatati mar-rikonoxximent
tal-kwalifiki huma disponibbli mal-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni għal
kull professjoni. Ir-regoli dwar il-mobbiltà temporanja se jiġu
modernizzati sabiex dik id-dispożizzjoni tas-servizzi ssir aktar
faċli. Il-proposta tinkludi
l-introduzzjoni tal-Karta Professjonali Ewropea (EPC), ibbażata fuq
kooperazzjoni onlajn msaħħa bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri
fil-verifika tal-kwalifiki u dwar l-introduzzjoni tal-kunċett ta’
"rikonoxximent taċitu" ladarba d-data tal-iskadenza għal
deċiżjoni ta’ rikonoxximent tkun għaddiet. Ir-rikonoxximent
taċitu se japplika għall-professjonijiet kollha bl-użu tal-EPC,
iżda l-Istat Membru li qed jospitah se jkollu l-possibbiltà li tiġi
estiża l-iskadenza fejn meħtieġ, b’mod partikolari għal
raġunijiet li huma relatati mas-saħħa pubblika u s-sikurezza.
Din se tiżgura rispons aktar mgħaġġel tal-ipproċessar
tat-talbiet għar-rikonoxximent u tippermetti lill-professjonisti jibdew
l-attivitajiet tagħhom mingħajr dewmien. Aċċess parzjali se
jintuża fuq bażi ta’ każ b’każ biex jiġi evitat li
d-differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet riżervati
għal ċerti professjonijiet fl-Istat Membru ospitanti jipprevjenu
lill-professjonisti minn Stati Membri tad-domiċilju milli jistabbilixxu
ruħhom fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat
Membru ospitanti se jkollhom il-possibbiltà li jirrifjutaw aċċess
parzjali għal raġunijiet ta’ interess ġenerali. It-trasport fit-triq Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85
dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq
(reviżjoni[15]
qrib l-adozzjoni fi proċedura leġiżlattiva) L-SMEs jgħidulna li: L-obbligu li jinstallaw
takografu jista’ jiġġenera spejjeż, u l-konformità
mar-regolament attwali huwa kbir f’termini ta’ piż amministrattiv. Vetturi
li ma jivvjaġġawx 'il bogħod mill-bażi tagħhom
għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa ta’ dan ir-Regolament. It-tweġiba tal-Kummissjoni Reviżjoni
tal-leġiżlazzjoni dwar it-takografija ġiet ippreżentata inter
alia wara rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar
Piżijiet Amministrattivi. Il-proposta tal-Kummissjoni pprevediet li
eżenzjonijiet mhux obbligatorji attwali pprovduti
mir-Regolament 561/2006 għal ċerti kategoriji ta’ vetturi
għandhom japplikaw fi ħdan raġġ uniformi ta’ 100 km,
ikkalkulat mill-bażi ta’ impriża ta’ trasport (żdiet minn
50 km). L-istadji finali tal-proċedura leġiżlattiva
ġew milħuqa u l-kwistjoni tal-eżenzjonijiet kien
soġġett għal diskussjoni intensiva bħala waħda
mill-punti finali għal ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill. Ir-riżultat finali, li
għad irid jiġi adottat, x’aktarx li jkun f’konformità mal-proposta
tal-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni tal-hekk imsejjaħ eżenzjoni
tan-“nies tas-sengħa” (l-Artikolu 13 (1), l-ittra d), li
mhux ser jibqa’ fakultattiv, b’kuntrast ma’ eżenzjonijiet oħra. Dan
għandu jtejjeb iċ-ċertezza legali madwar l-Unjoni u jevitaw
il-piż amministrattiv u l-kumplessità għall-partijiet interessati u
l-Istati Membri. 2.3 L-evalwazzjonijiet
tal-Kummissjoni diġà għaddejjin jew huma programmati L-impjiegi Id-Direttiva 89/391/KEE
dwar
l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib
fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol L-SMEs jgħidulna li: L-obbligazzjoni ġenerali
għad-dokumentazzjoni ta' valutazzjonijiet tar-riskju hija kkumplikata
wisq. Għal attivitajiet b’riskju baxx, l-analiżi tar-riskju tista’
titwettaq mingħajr ma jkunu dokumentati. Eżenzjonijiet u
rekwiżiti eħfef għandhom jiġu applikati f’każ ta’
impjieg temporanju u għal mikrokumpaniji. F’każijiet fejn bosta
miżuri leġiżlattivi huma duplikati, valutazzjonijiet tar-riskju
u dokumentazzjoni (doppja) dwar il-valutazzjonijiet ta’ riskju għandhom
ikunu aboliti. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Id-Direttivi dwar is-Saħħa
u s-Sikurezza Okkupazzjonali fil-biċċa l-kbira jikkunsidraw
l-ispeċifiċitajiet tal-SME's. Pereżempju, id-Direttiva
Qafas 89/391/KEE tippermetti lill-Istati Membri biex jadattaw
obbligazzjonijiet ta' dokumentazzjoni dwar valutazzjoni ta' riskju fid-dawl
tan-natura ta' attivitajiet u d-daqs ta' impriżi. L-acquis kollu dwar
is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (id-Direttiva 89/391/KEE u
t-23 direttiva relatati magħha) bħalissa għaddej minn
evalwazzjoni sħiħa (Kontroll tal-Idoneità REFIT) u se tinkludi konsultazzjoni
speċifika mal-SMEs. Il-konklużjonijiet ta’ din l-evalwazzjoni ex-post
se jkunu disponibbli qabel tmiem l-2015. L-Istati Membri se jgħinu f’din
l-evalwazzjoni b'rapporti ta' implimentazzjoni sa Diċembru 2013. Huma
għandhom jikkunsidraw it-tħassib tal-SMEs fis-sottomissjonijiet
tagħhom u jirrappurtaw dwar miżuri biex jiffaċilitaw
l-implimentazzjoni mill-SMEs. Id-Direttiva 2008/104/KE dwar
xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija L-SMEs jgħidulna li: Din id-Direttiva
m'għamlithiex iktar faċli għall-kumpaniji biex jaħdmu bejn
il-fruntieri. Il-piż amministrattiv huwa għoli b’mod partikolari
minħabba r-rekwiżiti tal-Istat Membri. Pereżempju, il-kumpaniji
li jixtiequ jkunu attivi f’bosta Stati Membri jistgħu jkunu mitluba xorta
waħda li jirreġistraw f’dawn l-Istati Membri kollha separatament.
L-SMEs jissuġġerixxu li jiġu żgurati aktar rekwiżiti
proporzjonati li jiffaċilitaw servizzi transkonfinali u għal
xogħol temporanju permezz ta' aġenzija li tinġieb taħt
id-Direttiva dwar is-Servizzi. It-tweġiba tal-Kummissjoni: Għandu
jitfassal rapport f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba
soċjali, li jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema Ewropej u
min iħaddem, li hu skedat għal Diċembru 2013. Dan
ir-rapport se jikkunsidra tħassib u aspetti ta' piż regolatorju
tal-SMEs u jeżamina b'mod speċifiku kif l-Istati Membri kienu
konformi mar-rekwiżit li jidentifikaw u jiġġustifikaw ostakoli
attwali għal xogħol temporanju permezz ta’ aġenziji. Il-Kummissjoni se tikkunsidra li tinkludi
rakkomandazzjonijiet lil Stati Membri fil-miżuri speċifiċi
għall-pajjiż għall-2014 jekk il-valutazzjoni mill-Kummissjoni
tas-sistemi nazzjonali tidentifika aspetti speċifiċi għal
piż regolatorju bħala ostakoli għal tkabbir u kompetittività. Id-Direttiva 2003/88
li
tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin
tax-xogħol L-SMEs jgħidulna li: Id-Direttiva hija kumplessa u
inflessibbli, b’mod partikolari fil-każ ta’ xogħol staġjonali
jew fejn in-negozji jiffaċċjaw livell ta' domanda li jinbidel
f’daqqa. Bidliet fl-għadd ta’ ħin tal-għassa u l-estensjoni
tal-perjodu ta’ referenza għall-kalkolazzjoni tal-medja tas-sigħat
tax-xogħol fil-ġimgħa għal 12-il xahar jippermetti
lin-negozji ż-żgħar aktar flessibilità. Il-piż ta’ reġistri
tal-ħinijiet tax-xogħol għandu jinqasam bejn min iħaddem u
l-impjegat. Il-kumplessità ta’ din id-direttiva tagħmilha kważi
obbligu għall-SMEs biex ifittxu assistenza legali speċjalizzata li
tiswa ħafna flus. It-tweġiba tal-Kummissjoni Qed titħejja Valutazzjoni
tal-Impatt dettaljata li se tqis b’mod speċjali t-tħassib tal-SMEs. Taxxa
fuq il-valur miżjud Id-Direttiva 2006/112/KE
dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud L-SMEs jgħidulna li: Is-sistema hija kumplessa
ħafna, b’regoli proċedurali nazzjonali differenti kif ukoll nuqqas
ta’ dikjarazzjoni tal-VAT sempliċi u uniformi. Dan jiskoraġġixxi
lill-SMEs milli jagħmlu kummerċ transkonfinali. In-numri ta’
identifikazzjoni tal-VAT għandhom jiġu ġeneralizzati.
L-obbligazzjoni ta’ kumpaniji li jinnegozjaw b’mod transkonfinali biex
tirreġistra fl-Istati Membri kollha fejn ikunu jridu jesportaw toħloq
piż addizzjonali. In-nuqqas ta’ limitu massimu għar-rati tal-VAT
iżid il-kumplessità tas-sistema. Hemm informazzjoni u gwida inadegwata. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Proposta ta’ dikjarazzjoni
standard tal-VAT biex tiffaċilita l-konformità għan-negozji
b’attivitajiet f’bosta Stati Membri hija ppjanata għal tmiem l-2013. Barra
minn hekk, beda x-xogħol mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’
"mini-one-stop-shop" għal servizzi elettroniċi, tax-xandir
u tat-telekomunikazzjoni. L-introduzzjoni ta' mini-one-stop-shop fl-2015 huwa
fi żmien li jikkoinċidi mad-dħul tar-regoli ġodda fuq
il-post tal-forniment. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex
tiżgura li jipprovdu appoġġ tajjeb għan-negozju mill-bidu.
Il-Kummissjoni tappoġġja t-twessigħ tal-kunċett kif
diġà mressqa fil-proposta tagħha tal-2004. Il-konklużjonijiet
tal-Kunsill reċenti dwar il-futur tal-VAT huma, madankollu, li dan jista’
jsir biss wara valutazzjoni tal-mini-one-stop-shop. Xogħol fuq l-iżvilupp
ta’ portal elettroniku tal-VAT tal-UE, li jipprovdi informazzjoni
preċiża, affidabbli u f’waqtha dwar l-implimentazzjoni ta’ reġim
tal-VAT tal-UE fl-Istati Membri differenti se jiġi intensifikat. Dan se
jsir f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-SMEs, sabiex taqdi aħjar
il-bżonnijiet tal-SMEs għal soluzzjonijiet prattiċi,
inklużi arranġamenti proporzjonati għal verżjonijiet
lingwistiċi aċċessibbli, li jibnu fuq informazzjoni dettaljata
fil-websajt eżistenti. Id-Direttiva tal-Kunsill
2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa
fuq il-valur miżjud L-SMEs jgħidulna li: Huma mħassba bin-nuqqas
ta’ tweġibiet minn Stati Membri għal talbiet għal
rifużjonijiet tal-VAT u d-dewmien biex jirċievu rifużjonijiet. It-tweġiba tal-Kummissjoni: Il-Kummissjoni organizzat
konferenza fl-2012 dwar l-arranġamenti mtejba għar-rifużjonijiet
tal-VAT. Skont l-informazzjoni disponibbli bħalissa
għall-Kummissjoni, il-problemi inizjali tas-sistema tar-rifużjoni
tal-VAT issa ġew solvuti. Il-Kummissjoni hija lesta biex tiżgura
segwitu mgħaġġel u effettiv fil-każ li jinqalgħu
problemi oħrajn. Skart Id-Direttiva 2008/98 dwar
l-iskart u d-Deċiżjoni 2000/532/KE li tistabbilixxi listi ta’ skart u
ta’ skart perikoluż L-SMEs jgħidulna li: Huma mħassba b'xi aspetti
tad-Direttiva, pereżempju huma inċerti dwar meta l-iskart ma jibqax
jitqies bħala skart. Xi wħud jargumentaw li d-definizzjoni ta’
prodotti sekondarji tiskoraġġixxi l-innovazzjoni. Hemm aktar problemi
ta’ Stati Membri li jżidu rekwiżiti bla bżonn (“gold-plating”) u
nuqqas ta’ pariri u gwida xierqa. Għandhom jiġu introdotti
eżenzjonijiet jew reġimi eħfef, notevolment dwar
ir-rapurtaġġ u r-rekwiżit għal noti ta’ trasferiment
tal-iskart. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Il-Kummissjoni qed twettaq
rieżami tal-politika tal-UE dwar l-iskart u leġiżlazzjoni
taħt REFIT li għandu jiġi konkluż fl-2014 bil-għan li
jiġi ddeterminat jekk hijiex meħtieġa bidla
fil-leġiżlazzjoni tal-iskart. Il-Kummissjoni se taħdem
mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar gwida prattika u azzjonijiet
ta’ pariri u tkompli tesplora kwistjonijiet speċifiċi,
pereżempju f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis ta’ piż
amministrattiv mir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni għal
trasportaturi tal-iskart li joħorġu mill-Artikolu 26
tad-Direttiva 2008/98/KE. Il-Kummissjoni se tieħu wkoll azzjoni
sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-Pjattaforma Ewropea
għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi[16]. Fil-bidu tal-2014
il-Kummissjoni se torganizza laqgħa ta’ ħidma biex jiġi diskuss
t-tħassib li l-SMEs esprimew fir-rigward tal-leġiżlazzjoni
tal-UE dwar l-iskart. Ir-Regolament 1013/2006
dwar vjaġġi ta’ skart L-SMEs jgħidulna li: Minħabba d-differenzi
fl-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni fl-Istati Membri kollha, ir-Regolament
ma wassalx għall-ħolqien ta’ suq komuni għall-utilizzazzjoni
tal-iskart u r-riċiklaġġ. Għandu jsir aktar biex tiġi
żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament b’aktar attenzjoni
ffokata fuq skart perikoluż u inqas fuq skart mhux problematiku.
Għandu jkun hemm aktar simplifikazzjoni ta’ proċeduri għal
vjaġġi ta' skart bejn l-Istati Membri, filwaqt li l-ispezzjonijiet u
l-evalwazzjonijiet ta’ faċilitajiet tat-trattament tal-iskart isiru
mill-awtoritajiet tal-Istat Membru riċeventi. It-tweġiba
tal-Kummissjoni: Sabiex tkompli tippromwovi suq
komuni għal utilizzazzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ
il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ inizjattivi bħall-iżvilupp
ta’ kriterji dwar it-tmiem tal-iskart bit-tneħħija ta’ flussi ta’
skart speċifiċi (eż. metall, ħġieġ, ram)
mill-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart
(inkluż ir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni tal-Iskart). Bi tweġiba
għal rakkomandazzjoni speċifika mill-grupp ta’ livell għoli dwar
Piżijiet Amministrattivi, il-Kummissjoni ħeġġet b’mod attiv
l-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju tad-dejta dwar
il-ġarr tal-iskart fuq il-baħar bejn l-Istati Membri u dan
l-aħħar nediet studju ta’ fattibilità dwar il-possibilità ta’ sistema
tal-iskambju tad-dejta elettronika mal-UE kollha. Biex tgħin tiżgura
implimentazzjoni aktar uniformi tar-Regolament b’enfasi fuq flussi
problematiċi ta’ skart, għal nofs l-2013, hija ppjanata proposta
tal-Kummissjoni biex issaħħaħ spezzjonijiet ta' vjaġġi
tal-iskart. Kien hemm appoġġ wiesa’ mill-partijiet interessati
għal din il-proposta waqt il-konsultazzjoni pubblika li saret dwar
il-proposta fl-2011. Il-Kummissjoni tqis it-tħassib tal-SMEs tul
it-tħejjija ta’ din il-proposta u hija lesta biex tispjega kif dan sar
ladarba tiġi adottata l-proposta. 3. Konklużjonijiet Il-Kummissjoni qiegħda
tirrispondi b’mod dirett għat-tħassib tal-SMEs. L-għan huwa li
jitħaffef il-piż regolatorju fejn possibbli filwaqt li tkompli
tirrispetta l-għanijiet ta’ politika u żżomm stabilità legali.
Il-Kummissjoni titlob lil-leġiżlatur tal-UE fl-adozzjoni, u l-Istati
Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-UE biex jiżguraw li
l-leġiżlazzjoni tkun adatta għall-ħtiġijiet tal-SMEs,
b’referenza partikolari għal proposti li diġà ġew sottomessi
għad-diskussjoni mill-Kummissjoni f’oqsma ta’ regolamentazzjoni
identifikati bħala partikolarment ta’ piż permezz tal-konsultazzjoni
TOP10. Il-Kummissjoni se żżomm il-momentum fit-tnaqqis tal-piż u
fis-simplifikazzjoni tal-programm REFIT li se tħejji rapport dwaru
fil-ħarifa. Hija ser timmonitorja l-progress permezz tal-valutazzjoni annwali
tagħha. [1] 20,7 miljun SME huma responsabbli
għal iżjed minn 65 % tal-impjiegi fis-settur privat. L-SMEs huma
fost l-aktar negozji innovattivi, li jwasslu għall-ħolqien ta’
impjiegi u t-tkabbir. Apparti l-aċċess għall-finanzjament u
s-swieq, il-piż regolatorju jirrappreżenta wieħed mill-itqal
ostakoli tal-bidu u għall-iżvilupp ta’ negozji żgħar.
Com(2008)394 [2] Com(2011)803 [3]
Din il-konsultazzjoni ġibdet lejha 1000 tweġiba, li minnhom 779
ġew minn intrapriżi u 154 mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi
tagħhom Com(2013)122, SWD(2013)60 [4]
Il-lista tħejjiet billi ngħaqdu flimkien il-listi tal-20 miżura
leġiżlattiva l-aktar ikkwotati rispettivament mill-intrapriżi u
l-organizzazzjonijiet rappreżentanti tagħhom. Il-miżuri l-aktar
ta’ spiss ikkwotati miż-żewġ listi tpoġġew f’lista ta’
14-il miżura leġiżlattiva. - Com(2013)122, SWD(2013)60 [5] Com(2013)122 [6] Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew - l-14 ta' Marzu 2013, EUCO 23/13. [7] Com(2012)746 [8]
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2013
tal-20 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE)
Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti
lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament
(KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni,
il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi
(REACH). [9]
COM(2012)11 - Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta
personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta [10]
COM(2012)13 - Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE li tikkonċerna
l-istazzjonament tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi [11]
COM(2013)78 - Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar
id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE [12]
COM(2011)896 - Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
għall-akkwist pubbliku. [13]
COM(2011)883 - Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki
professjonali u r-Regolament dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz
tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern [14]
http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/index_mt.html [15]
COM(2011)451 - Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar
apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [16]
http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/re_platform/