52013DC0346

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp /* COM/2013/0346 final */


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

1.           Daħla

Skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern[1], u l-Artikoli 57(3) u (4) tal-10 Regolament Finanzjarju FEŻ[2], il-Kummissjoni f'dan id-dokument qed tippreżenta l-istimi tal-impenji, tal-ħlasijiet u tal-kontribuzzjonijiet għall-perjodu 2013 sal-2014, filwaqt li tqis il-previżjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) fir-rigward tal-Faċilità ta' Investiment.

Dan id-dokument ifassal l-implimentazzjoni finanzjarja tal-FEŻ (it-8 wieħed sal-10 wieħed) għall-2012 u l-previżjonijiet tal-implimentazzjoni għall-2013 sal-2014.

L-Istati Membri jikkontribwixxu l-fondi direttament lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) għall-istrumenti li hu jġestixxi taħt id-9 u l-10 FEŻ (il-Faċilità ta’ Investiment u s-sussidji tar-rati ta' mgħax). Għall-istrumenti kollha l-oħra, inkluż għall-istrumenti l-antiki amministrati mill-BEI (kapital ta’ riskju u sussidji ta' mgħax), il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lill-Kummissjoni.

2.           Introduzzjoni

Il-Kummissjoni u l-BEI aġġornaw il-previżjonijiet tagħhom tal-impenji u l-pagamenti għas-snin 2013 u 2014 għal kull pajjiż tal-AKP[3] u OCT[4]. B'mod partikolari, il-previżjonijiet għall-ħlasijiet ġew imfassla bil-għan li tingħata għajnuna lill-Istati Membri sabiex dawn jevalwaw bl-aktar mod eżatt possibbli l-ammonti li jridu jirriżervaw mill-baġits nazzjonali tagħhom filwaqt li jiżguraw li jkun hemm riżorsi finanzjarji biżżejjed disponibbli għall-FEŻ sabiex jiġu evitati problemi ta' likwidità.

F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ[5], u l-Artikolu 57(5) tar-Regolament Finanzjarju[6], l-estimi pprovduti f’dan id-dokument se jkunu aġġornati fil-Komunikazzjoni ta' Ottubru 2013.

It-tabella li ġejja turi t-tendenza ġenerali fl-impenji u l-ħlasijiet, inklużi l-projezzjonijiet għall-2013 - 2014 (il-Kummissjoni u l-BEI).

Impenji u ħlasijiet grossi: xejra tal-1999-2014 (Miljuni ta’ EURO)[7]

L-implimentazzjoni tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fil-31 ta' Diċembru 2012 (impenji, ħlasijiet u sitwazzjoni finanzjarja)

Id-dokumenti mehmuża 1, 2 u 3 juru rispettivament l-impenji, il-ħlasijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja attwali rreġistrati fl-2012 meta mqabbla mal-previżjonijiet li saru f'Ottubru 2012[8].

3.           Previżjonijiet finanzjarji għall-2013 - 2014

It-tabella li ġejja tipprovdi aġġornament ibbażat fuq l-aktar previżjonijiet riċenti.

4.           Il-previżjonijiet tal-implimentazzjoni finanzjarja għas-snin 2013 u 2014

Il-previżjonijiet aġġornati jinsabu fid-dokument mehmuż 1 sa 3.

Il-previżjonijiet aġġornati tal-2013 jikkonfermaw il-ħtiġijiet tat-teżor u l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2013 kif deċiż mill-Kunsill f’Ottubru 2012[9], għal EUR 3 100 miljun għall-Kummissjoni u EUR 250 miljun għall-BEI (ara d-dokuemnt 4 mehmuż għal aktar dettalji dwar il-qasma ta’ talbiet għall-kontribuzzjoni tal-2013).

Għall-2014 il-limitu massimu previst għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri se jammonta għal EUR 2 950 miljun għall-Kummissjoni u EUR 360 miljun għall-BEI.

Ta' min wieħed jenfasizza li dawn iċ-ċifri mhumiex ħlief previżjoni preliminari li jridu jiġu ttrattati b’kawtela. Wara s-sajf il-Kummissjoni u l-BEI se jaħdmu previżjonijiet ġodda li jkunu aktar affidabbli. Dawn se jiġu ppreżentati fil-Komunikazzjoni ta' Ottubru.

[1]               Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Komunità taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat tal-KE, ĠU L 247 tad-9.9.2006, p. 32.

[2]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat- 18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

[3]               L-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku.

[4]               Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej.

[5]               ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

[6]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

[7]               Għall-2013-2014, ammonti previsti

[8]               COM(2012) 610.

[9]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-19 ta’Novembru 2012 – dokument tal-Kunsill 15526/12.