RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Ir-raba' rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru /* COM/2013/0310 final */
WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................... 3 2........... Konklużjonijiet tat-tielet
rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE (2004-2007): 3 3........... Żviluppi wara t-tielet rapport........................................................................................... 4 3.1........ Tentattiv sabiex tiġi
kkodifikata d-Direttiva...................................................................... 4 3.2........ Grupp ta' ħidma "Return of
cultural goods"...................................................................... 4 3.3........ Inizjattivi oħrajn rigward
l-oġġetti kulturali........................................................................ 5 4........... L-applikazzjoni tad-direttiva matul
il-perjodu 2008-2011................................................ 7 4.1........ Ir-rapporti ta' applikazzjoni
mill-Istati Membri................................................................. 7 4.2........ L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni
tad-Direttiva.................................................................. 8 5........... Il-pass li jmiss................................................................................................................. 9 Anness....................................................................................................................................... 10 RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Ir-raba' rapport dwar
l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta’
oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju
ta’ Stat Membru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Introduzzjoni Id-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE,
adottata fil-15 ta' Marzu 1993[1],
introduċiet mekkaniżmi ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn
l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll proċeduri tal-qorti biex jiġu
rritornati l-oġġetti kulturali li jkunu ttieħdu illegalment
mit-territorju ta' Stat Membru. Skont l-Artikolu 16
tad-Direttiva 93/7/KEE (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva"),
l-Istati Membri bagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni
tad-Direttiva matul il-perjodu 2008-2011[2].
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni fasslet dan id-dokument, li huwa r-raba'
rapport li jivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva[3]. Dan ir-rapport huwa indirizzat
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew. 2. Konklużjonijiet
tat-tielet rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE
(2004-2007): It-tielet rapport ta' evalwazzjoni dwar
l-applikazzjoni tad-Direttiva kkonkluda li d-Direttiva kienet għodda utli
għall-irkupru ta' ċerti oġġetti kulturali u għalhekk
strument xieraq tal-Unjoni Ewropea li permezz tiegħu tgħin
lill-Istati Membri jħarsu l-wirt tagħhom. Madankollu, ir-rapport
ħareġ fid-dieher ċertu diżappunt fost l-Istati Membri
fir-rigward tal-limitazzjonijiet tad-Direttiva, partikolarment il-perjodu ta'
żmien limitat permess sabiex matulu ssir it-talba għar-ritorn. Skont dan ir-rapport, il-kooperazzjoni
amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni tjiebu kemm fl-Istati Membri
(bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kultura, id-dwana, il-pulizija
eċċ) kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli għad-Direttiva
f'diversi Stati Membri. Madankollu, ir-rapport indika li l-kooperazzjoni u
l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri setgħu jittejbu aktar. L-Istati Membri kkunsidraw li l-fatt li d-Direttiva
ftit li xejn ġiet applikata (fir-rigward tal-azzjonijiet fil-qafas
tal-kooperazzjoni amministrattiva kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-qrati
nazzjonali) jirriżulta mill-kamp ta' applikazzjoni limitat wisq
tagħha u mill-kundizzjonijiet restrittivi imposti fuq it-talba
għar-ritorn. F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni qablet li
tniedi diskussjoni dwar il-possibilità li din id-Direttiva tiġi riveduta,
u l-ewwel pass kien il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma fi ħdan
il-Kumitat dwar l-Esportazzjoni u r-Ritorn tal-Oġġetti Kulturali,
sabiex issir analiżi ddettaljata tal-applikazzjoni tad-Direttiva. 3. Żviluppi wara
t-tielet rapport 3.1. Tentattiv
sabiex tiġi kkodifikata d-Direttiva Fl-2007, il-kodifikazzjoni
tad-Direttiva 93/7/KEE kienet parti minn programm tal-Kummissjoni sabiex
jiġi ssimplifikat l-acquis tal-Komunità. Il-proposta ta' kodifikazzjoni
ġiet irtirata mill-programm wara s-sentenza mogħtija mill-Qorti
tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-6 ta' Mejju 2008
(Kawża C-133/06)[4]. Fid-dawl ta' din is-sentenza, ġie
stabbilit li l-proposta sabiex tiġi kkodifikata d-Direttiva 93/7/KEE
kien fiha bażi legali sekondarja fid-dispożittiv tagħha[5]. Għalhekk ma kienx
possibbli li titkompla l-kodifikazzjoni tad-Direttiva, minħabba li
d-dispożizzjoni inkwistjoni kellha titħassar, u dan kien ifisser
tibdil sostanzjali li jmur lil hinn mill-kodifikazzjoni. 3.2. Grupp
ta' ħidma "Return of cultural goods" Fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-tielet
rapport, il-Kummissjoni ħadet il-passi neċessarji biex tirrevedi
d-Direttiva. L-ewwel pass min-naħa tal-Kummissjoni
kien dak li fl-2009 iffurmat il-grupp ta' ħidma "Return of cultural
goods", li kien magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet
nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tad-Direttiva. Il-mandat
tal-grupp kien i) li jidentifika l-problemi prinċipali imposti
mill-implimentazzjoni tad-Direttiva u ii) li jipproponi soluzzjonijiet
effikaċi u aċċettabbli għal reviżjoni eventwali
tad-Direttiva. Dan il-grupp inħoloq fi ħdan il-Kumitat dwar l-Esportazzjoni
u r-Ritorn tal-Oġġetti Kulturali. Il-grupp "Return of cultural goods"
fl-2011 ikkonkluda li kien jeħtieġ li ssir reviżjoni
tad-Direttiva 93/7/KEE sabiex is-sistema ssir aktar effikaċi
għar-ritorn tal-oġġetti kulturali kklassifikati bħala
"teżori nazzjonali". Fost is-suġġerimenti marbuta ma'
reviżjoni eventwali, il-maġġoranza tal-membri kienu favur: i)
żieda fil-perjodu limitat għal sena sabiex jinbdew il-proċeduri
ta' ritorn u l-perjodu limitat għal xahrejn sabiex l-awtoritajiet
kompetenti tal-Istati Membri tat-talba jkun jista' jivverifika n-natura
tal-oġġett kulturali li jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, ii)
kjarifika ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva sabiex
jiffavorixxu l-applikazzjoni tagħha, fosthom, pereżempju, jindikaw
kriterji komuni għal interpretazzjoni aktar uniformi tal-kunċett ta'
"diliġenza mitluba" fir-rigward tal-kumpens għall-possessur
jew iii) estensjoni tal-perjodu limitat biex isiru r-rapporti dwar
id-Direttiva. Il-membri tal-grupp esprimew il-fehma
tagħhom dwar suġġerimenti oħrajn marbuta mal-kamp ta' applikazzjoni
tad-Direttiva, b'mod aktar partikolari dwar it-tneħħija tal-livelli
limiti finanzjarji u/jew taż-żmien ta' ċerti kategoriji ta'
oġġetti tal-Anness u dwar it-tneħħija tal-Anness, dwar
l-iffissar tal-oneru tal-provi tad-diliġenza meħtieġa jew dwar
il-possibilità li l-individwi jressqu proċeduri ta' ritorn. Il-membri tal-grupp waslu wkoll
għall-konklużjoni fir-rigward tal-interess li jintużaw strumenti
oħrajn li mhumiex leġiżlattivi sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni
u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u b'hekk
jagħmlu r-ritorn tal-oġġetti kulturali aktar faċli. Ix-xogħol tal-grupp ta' ħidma u
l-kontribuzzjonijiet individwali tal-membri tal-grupp kienu sors ferm
importanti ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni
tad-Direttiva 93/7/KEE[6]. Il-konklużjonijiet tal-grupp "Return
of cultural goods" ġew ippreżentati lill-Kumitat dwar l-Esportazzjoni
u r-Ritorn tal-Oġġetti Kulturali matul is-17-il laqgħa
tagħhom, fl-24 ta' Ottubru 2011. 3.3. Inizjattivi
oħrajn rigward l-oġġetti kulturali L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u
tal-Istati Membri, kif ukoll ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali
bħall-Interopol u l-UNESCO wrew dejjem aktar interess fil-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-oġġetti kulturali. Ir-Regolament tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni
tal-oġġetti kulturali ġie kkodifikat fl-2008 (ir-Regolament (KE)
Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008[7]). Fl-2011, il-Kummissjoni
adottat it-tieni rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
għall-perjodu 2000-2010[8] Bi tweġiba għat-talba tal-Kunsill
tal-Unjoni fl-2008[9],
il-Kummissjoni kienet ordnat studju dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra
t-traffikar illegali tal-oġġetti kulturali fl-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport finali ta' dan l-istudju, datat lejn l-aħħar tal-2011,
jelenka l-istrumenti tal-liġi internazzjonali u tal-liġi tal-Unjoni
Ewropea dwar l-oġġetti kulturali u wkoll l-ostakoli u
d-diffikultajiet fil-konfront tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar
illegali tal-oġġetti kulturali[10].
Dan ir-rapport jikkonkludi serje ta'
rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra dan
it-traffikar. Huwa jirrakomanda, pereżempju, l-implimentazzjoni ta'
sistema ta' kooperazzjoni bejn id-diversi amministrazzjonijiet u istituzzjonijiet
involuti fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illegali
tal-oġġetti kulturali fil-livell Ewropew, il-ħolqien ta' portal
tal-Internet Ewropew, l-approvazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali
tal-UNESCO u UNIDROIT[11],
l-impożizzjoni tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fil-livell
tal-Unjoni fuq siti ta' bejgħ onlajn, l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti
nazzjonali li jawtorizzaw id-dispaċċ ta' oġġetti kulturali,
il-ħolqien ta' "passaport" għall-oġġetti li jkunu
qed jiġu ttrasportati minn post għall-ieħor fl-Ewropa jew
l-introduzzjoni ta' obbligu ġenerali li jinżammu r-rekords
tal-pulizija dwar l-oġġetti kulturali li jistgħu jiġu
ttrasportati. Huwa jirrakomanda wkoll li d-Direttiva 93/7/KEE tiġi aġġornata
sabiex tittejjeb l-effiċjenza tagħha f'termini tal-azzjonijiet ta'
ritorn tal-oġġetti kulturali, u l-ħolqien ta' linjigwida
prattiċi tajbin dwar ir-ritorn. Fid-dawl ta' dan ir-rapport u xogħol
ieħor f'dan il-qasam, il-Kunsill tal-Unjoni tat-13 u
l-14 ta' Diċembru 2011 indirizza r-rakkomandazzjonijiet
lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar it-traffikar illegali
tal-oġġetti kulturali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ssejħet
sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-protezzjoni effikaċi
tal-oġġetti kulturali bil-għan li tipprevjeni u
tiġġieled kontra t-traffikar illegali u tippromwovi miżuri
komplimentari, fejn xieraq[12].
Bħala parti mix-xogħol
tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura u tal-Pjan ta' Ħidma
għall-Kultura 2008-2010, grupp ta' esperti nazzjonali (Metodu
Miftuħ ta' Koordinazzjoni) ħadem fuq il-kwistjoni tat-titjib
fit-trasportazzjoni tax-xogħlijiet artistiċi ("Mobilità
tal-Kollezzjonijiet"). Wieħed mis-sottogruppi ta' dan il-grupp MMK,
li jaħdem fuq il-prevenzjoni tas-serq u t-traffikar illegali u t-twettiq
tad-diliġenza meħtieġa, irrakomanda li jiġu adottati
rekwiżiti essenzjali marbuta mad-diliġenza meħtieġa[13]. Filwaqt li ssokta b'dan l-approċċ,
it-tieni pjan ta' ħidma għall-kultura 2011-2014 adottat
mill-Kunsill[14]
jipprevedi tliet inizjattivi prinċipali b'rabta mal-oġġetti
kulturali. L-ewwel nett il-ħolqien ta' grupp ta'
esperti responsabbli għall-ħolqien ta' "sett ta'
għodda" li jkun jinkludi l-linjagwida dwar il-prattiki tajbin u
kodiċi tal-etika dwar id-diliġenza meħtieġa fil-ġlieda
kontra t-traffikar illegali u s-serq tal-oġġetti kulturali. Ta' min
jinnota li f'dan il-kuntest, fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni li saret
bejn it-13 u l-14 ta' Diċembru 2011, ġie rrakomandat
li l-partijiet interessati kompetenti għandhom ikunu involuti
fil-ħolqien ta' dan il-grupp ta' esperti. It-tieni, l-eżami min-naħa ta' grupp
ta' esperti nazzjonali li ltaqa' fil-qafas tal-metodu miftuħ ta'
koordinazzjoni, mezzi biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta'
għoti u teħid b'self ta' xogħlijiet artistiċi fi ħdan
l-Unjoni Ewropea[15]. It-tielet, it-tħejjija ta' pjan ta'
ħidma li jipprevedi studju tas-sistemi għal stima ta' xogħlijiet
ta' arti għal raġunijiet ta' assigurazzjoni, indennizzi tal-Istat u
responsabbiltà kondiviża. Fl-aħħar nett, fl-2010
il-Kummissjoni adottat proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament (KE)
Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta'
sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali. Din il-proposta tipprevedi
l-kompetenza tat-tribunali tal-post li fih jinsab l-oġġett għal
azzjonijiet ċivili li jikkonċernaw id-drittijiet in rem jew tal-pussess
tal-oġġetti mobbli. Dan il-post ta' kompetenza, li japplika b'mod
ġenerali għall-oġġetti mobbli, ikopri wkoll l-azzjonijiet
fil-konfront tal-irkupru tal-oġġetti kulturali mill-proprjetarji
tagħhom. Ladarba jiġi adottat, dan ir-Regolament il-ġdid għandu
jikkontribwixxi għal protezzjoni akbar tal-oġġetti kulturali[16]. 4. L-applikazzjoni
tad-direttiva matul il-perjodu 2008-2011 4.1. Ir-rapporti
ta' applikazzjoni mill-Istati Membri L-Istati Membri jindikaw li, għal
raġunijiet evidenti, ma għandhomx informazzjoni dwar
l-oġġetti kulturali kollha li tneħħew b'mod illegali
mit-territorju tagħhom[17].
Għalhekk huwa diffiċli għalihom li jivvalutaw jekk
it-tneħħija illegali tal-oġġetti żdiditx jew naqsitx. Ir-rapporti nazzjonali jinnutaw: ·
L-applikazzjoni mhux tant frekwenti tad-Direttiva,
b'mod partikolari tal-proċeduri ta' ritorn (ara t-tabella fl-Anness[18]) L-Istati Membri jqisu li l-għadd baxx ta'
każijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva huwa r-riżultat
tal-limitazzjonijiet tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari
l-kategoriji ddefiniti fl-Anness tagħha, kif ukoll permezz
taż-żmien qasir disponsibbli biex isir ir-ritorn u d-diffikultà ta'
applikazzjoni omoġenja min-naħa tal-imħallfin nazzjonali
tal-Artikolu 9 għal raġunijiet ta' kumpens tal-possessur f'każ
ta' ritorn tal-oġġetti. Minbarra dan, ċerti Stati Membri semmew
ukoll il-kostijiet finanzjarji marbuta mal-proċedura ta' ritorn jew
id-diffikultà marbuta mal-identifikazzjoni tat-tribunal kompetenti fi Stat
Membru ieħor; ·
It-titjib progressiv tal-kooperazzjoni
amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet
ċentrali tal-Istati Membri, li għandu jitkompla għall-finijiet
ta' applikazzjoni aħjar tad-Direttiva. Il-maġġoranza tal-Istati Membri
jqisu li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-awtoritajiet
tal-Istati Membri l-oħrajn huma tajbin. Madankollu, il-Belġju,
il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u r-Renju Unit, iqisu
li din il-kooperazzjoni u dan l-iskambju ta' informazzjoni mhumiex suffiċjenti.
Pereżempju, l-awtoritajiet jirrimarkaw li hu importanti li jkollhom
appoġġi tekniċi tajbin biex ikunu jistgħu jitolbu li ssir
riċerka tal-oġġetti li jkunu għebu u/jew jużaw diversi
lingwi ta' ħidma meta jkunu qed isiru l-kuntatti bejn dawn l-awtoritajiet; ·
Il-ħtieġa ta' reviżjoni
tad-Direttiva. L-Istati Membri jqisu li d-Direttiva
għandha ssir strument aktar effikaċi għar-ritorn
tal-oġġetti kulturali kklassifikati bħala "teżori
nazzjonali" li jkunu nħarġu illegalment mit-territorju tagħhom
mill-1993 'il quddiem. Għal dan il-għan, huma jappoġġjaw
is-suġġerimenti tal-grupp ta' ħidma "Return of cultural
goods" favur reviżjoni tad-dispożizzjonijiet attwali. Minbarra dan, il-Bulgarija u l-Italja jinsistu
fuq il-problematika tat-traffikar illegali tal-oġġetti
arkeoloġiċi li jkunu ġejjin minn skavi illegali, minħabba
d-diffikultajiet li jkunu ġew affrontati sabiex tiġi ppruvata
l-oriġini ta' dawn il-prodotti u d-data tat-tneħħija illegali
tagħhom. Dawn l-Istati Membri jitolbu li r-reviżjoni tad-Direttiva
twassal biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri
jikkonfermaw is-sejħa għal dispożizzjonijiet nazzjonali li
jittrasponu d-Direttiva biex japplikaw b'mod prijoritarju. Madankollu,
il-kundizzjonijiet restrittivi imposti mid-Direttiva jwasslu għall-obbligu
ta' rikors ripetut għal konvenzjonijiet internazzjonali jew għal
azzjonijiet penali sabiex jiġu rkuprati l-oġġetti kulturali[19]. 4.2. L-evalwazzjoni
tal-applikazzjoni tad-Direttiva Il-Kummissjoni fl-Anness elenkat dawk
il-każijiet ta' applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva
abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet ċentrali
tal-Istati Membri. Madankollu, din id-dejta mhijiex dejjem konsistenti u tista'
ma tkunx kompluta. Dawk l-azzjonijiet ta' kooperazzjoni
amministrattiva li jitwettqu l-aktar min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali,
jikkonċernaw ir-riċerka ta' oġġett kulturali li jkun
tneħħew illegalment mit-territorju tagħhom jew in-notifika
tal-iskoperta ta' oġġett. Minbarra dan xi Stati Membri, fosthom
il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Ungerija, il-Latvja, l-Awstrija, Il-Pajjiżi
l-Baxxi, il-Polonja jew ir-Rumanija, jiddikjaraw ukoll li ħadu miżuri
biex jivverifikaw in-natura tal-oġġett, biex iħarsuh jew jevitaw
li dan jiġi eżentat mill-proċedura ta' ritorn. Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jżommu
rekord tal-proċeduri ta' ritorn effettivi tal-oġġetti kulturali
li jkunu saru wara negozjati bejn l-awtoritajiet nazzjonali. L-għadd ta'
proċeduri ta' ritorn li jkunu saru amikevolment huma ferm akbar minn dawk
li saru b'intervent mill-qorti; dawn huma mniżżla fl-Anness. Ir-rapporti nazzjonali jagħtu wkoll
informazzjoni dwar l-introduzzjoni ta' sitt talbiet għal ritorn li
waħda minnhom ġiet irrifjutata. Ċerti awtoritajiet nazzjonali
responsabbli għall-applikazzjoni tad-Direttiva indikaw li huma ma kellhomx
informazzjoni marbuta mal-proċeduri ta' ritorn. Diversi Stati Membri, fosthom il-Belġju,
il-Bulgarija, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Finlandja, jenfasizzaw
il-limitazzjonijiet tad-Direttiva għar-ritorn tal-oġġetti,
l-aktar minħabba l-limiti finanzjarji applikabbli għal ċerti
teżori nazzjonali u minħabba l-perjodu limitat għal sena biex jinbdew
il-proċeduri ta' ritorn. Jinsistu wkoll dwar il-problematika
għall-ksib tar-ritorn tal-oġġetti arkeoloġiċi li jkunu
ġew minn skavi illegali minħabba diffikultà biex tiġi ppruvata
l-oriġini tal-oġġett u/jew id-data tal-ħruġ illegali
tiegħu (il-Bulgarija u l-Italja). Ir-rapporti nazzjonali jenfasizzaw
l-importanza li jkun hemm kooperazzjoni tajba u skambju tajjeb ta'
informazzjoni bejn l-awtoritajiet kollha ikkonċernati bil-kwistjoni u,
b'mod partikolari bejn l-awtoritajiet ċentrali responsabbli
għad-Direttiva. Huma jiddikjaraw li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn
l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri tjiebet iżda hija ftit li
xejn strutturata u taffaċċja problemi minħabba l-ostakli
lingwistiċi. Bl-istess mod, ir-rapporti jidentifikaw in-nuqqasijiet
fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ikkonċernati u dan
itellef l-effikaċja tiegħu. 5. Il-pass li jmiss It-traffikar illegali tal-oġġetti
kulturali huwa pjaga li jaffettwa lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni hija msejħa mill-Kunsill tal-Unjoni sabiex
tappoġġja lill-Istati Membri b'mod li tipprevjeni u tiġġieled
kontra t-traffikar illegali tal-oġġetti kulturali. Il-proċedura ta' reviżjoni
tad-Direttiva 93/7/KEE ilha għaddejja sa mill-2009. Il-konsultazzjoni
pubblika marbuta ma' dan il-proġett ingħalqet
fil-5 ta' Marzu 2012[20].
Ir-reviżjoni tad-Direttiva 93/7/KEE
hija okkażjoni biex jittejbu l-mekkaniżmi għall-ksib tar-ritorn
tal-oġġetti kulturali kklassifikati bħala "teżori
nazzjonali" li jkunu tneħħew illegalment mit-territorju ta' Stat
Membru mill-1993 'il quddiem. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni rat ukoll kif
tista' tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva u l-konsultazzjoni bejn
l-awtoritajiet li jwettqu l-funzjonijiet previsti mid-Direttiva. xxx Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex
jieħdu nota ta' dan ir-rapport.
Anness Tabella ta' azzjonijiet ta' ritorn
amikevoli, ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni amministrattiva u proċeduri
ta' ritorn mill-2008 sal-2011[21] ·
Deskrizzjoni fil-qosor ta' azzjonijiet
tar-ritorn b'mod amikevoli Sena || Stat tar-Ritorn || Stat tat-Talba || Riżultat 2008 || Il-Ġermanja || Ir-Repubblika Ċeka || Statwa (1) tal-injam li tirrappreżenta l-Pietà (Močidlec) 2008 || Il-Ġermanja || Ir-Repubblika Ċeka || 4 statwi tal-injam li jirrappreżentaw il-Missirijiet tal-Knisja (Semín) 2008 || Il-Ġermanja || Ir-Repubblika Ċeka || Statwa (1) tal-injam li tirrappreżenta anġlu (Klokočka) 2008 || Spanja || L-Iżvezja || Oġġetti arkeoloġiċi 2009 || Il-Ġermanja || Ir-Repubblika Ċeka || Statwa (1) tal-injam li tirrappreżenta anġlu, Allegorija tal-Imħabba (Česká Skalice) 2009 || Il-Ġermanja || Ir-Repubblika Ċeka || Skultura (1) tal-injam li tirrappreżenta anġlu (Hněvčeves) 2009 || L-Awstrija || Ir-Repubblika Ċeka || Statwa (1) tal-injam li tirrappreżenta lil San Johann Nepomuk (Přistoupim) 2009 || Is-Slovenja || L-Italja || Ktieb ta' Gorzanis 2009 || L-Awstrija || Ir-Repubblika Ċeka || Pittura (1) li tirrappreżenta lil Sant'Anna (Noutonice) ta' knisja 2009 || Il-Ġermanja || Il-Greċja || 90 oġġett antik 2010 || Il-Pajjiżi l-Baxxi || Ir-Repubblika Ċeka || Statwi li jirrappreżentaw l-anġli (Hněvotín) (2) 2010 || Il-Ġermanja || Ir-Repubblika Ċeka || Statwa (1) tal-injam li tirrappreżenta lil San Niklaw (Libníč) 2010 || L-Awstrija || Il-Bulgarija || Muniti arkeoloġiċi 2010 || L-Iżvezja || Il-Latvja || Pitturi 2010 || Franza || Spanja || Drapp 2011 || Ir-Repubblika Ċeka || L-Awstrija || Skultura tal-injam "Christ Salvator" 2011 || Ir-Renju Unit || Il-Greċja || 6 ikoni 2011 || L-Estonja || Il-Latvja || 3 ikoni 2011 || Ir-Renju Unit || L-Italja || 2 manuskritti tas-sekli XIV u XV u missal tas-seklu XIV 2011 || Il-Ġermanja || L-Awstrija || Kollezzjoni ta' manuskritti 2011 || Il-Ġermanja || L-Italja || Manuskritt 2011 || Franza || Il-Ġermanja || 2 skulturi ·
Talbiet ta' riċerka
għall-oġġetti (l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/7/KEE) Sena || Stat tat-Talba || Stat Mitlub || Riżultat || Il-Bulgarija || Il-Belġju || L-oġġetti ma nstabux || L-Italja Il-Belġju || Il-Ġermanja (6) || L-oġġetti ma nstabux (2) || Il-Ġermanja || L-Awstrija || L-oġġett ma nstabx 2010 || L-Ungerija Franza Il-Greċja Ir-Repubblika Ċeka || L-Italja || Għadu mhux iffinalizzat (pittura) Għadu mhux iffinalizzat (arkivji) Għadu mhux iffinalizzat (muniti antiki) Għadu mhux iffinalizzat (statwa) 2008 || Il-Litwanja || L-Awstrija || L-oġġett instab (bħalissa għaddejja l-proċedura) 2008 2010 || Il-Belġju Ir-Renju Unit || Il-Pajjiżi l-Baxxi || L-oġġetti nstabu (oġġetti ekkleżjastiċi) L-oġġetti nstabu (oġġetti arkeoloġiċi) 2008-2011 || Il-Ġermanja Il-Bulgarija || L-Awstrija || (7) Ċerti oġġetti nstabu, oħrajn ma nstabux (2) L-oġġetti nstabu u ġew irritornati (Muniti arkeoloġiċi) 2008-2011 || L-Awstrija || Il-Ġermanja (3) || L-oġġetti nstabu 2008-2011 || Il-Belġju Il-Bulgarija Ir-Repubblika Ċeka Il-Ġermanja Franza L-Ungerija L-Awstrija Il-Portugall Ir-Rumanija Is-Slovakkja Il-Finlandja || Il-Greċja || L-oġġetti ma nstabux || Il-Bulgarija || Il-Polonja || Għadu mhux iffinalizzat || Il-Polonja || Il-Ġermanja || L-oġġetti ma nstabux || Il-Bulgarija || Ir-Rumanija || L-oġġetti ma nstabux || L-Italja (1) L-Ungerija (3) Ir-Repubblika Ċeka (1) || Ir-Renju Unit (5) || L-oġġetti nstabu Oġġett (1) wieħed instab, 2 oġġetti ma nstabux L-oġġett ma nstabx 2008-2011 || Il-Greċja || L-Istati Membri kollha (39 każ) || L-oġġetti ma nstabux ·
Notifiki ta' skoperta (l-Artikolu 4(2)
tad-Direttiva 93/7/KEE) Sena || L-Istat li qed jinnotifika || L-Istat innotifikat || Riżultat || Il-Ġermanja (5) || Franza Il-Bulgarija L-Italja Spanja Id-Danimarka || Pożittiv (żewġ skulturi ritornati) L-ebda azzjoni Pożittiv (vażun ritornat) L-ebda azzjoni L-ebda azzjoni 2011 || L-Ungerija Il-Greċja Spanja || L-Italja || L-ebda azzjoni (Vażun ta' Pouilles)) Qed jiġu rritornati (oġġetti liturġiċi) Pożittiv (oġġett tal-arti u kotba antiki rritornati) || L-Italja || Franza || Pożittiv (pitturi rritornati) || L-Estonja || Il-Latvja || Pożittiv (3 ikoni rritornati) 2010 2011 2010 || Il-Pajjiżi l-Baxxi || Franza Franza Ir-Renju Unit || Qed tiġi rritornata (statwa) L-ebda azzjoni (arkivji) L-ebda azzjoni (oġġetti arkeoloġiċi) || Is-Slovenja || L-Awstrija || L-oġġett innotifikat mhux identifikat mill-Awstrija || Il-Ġermanja Franza || Il-Polonja || Pożittiv (skulturi rritornati) Qed tingħata għajnuna biex l-oġġett jiġi protett (10 pitturi) || Il-Finlandja || Franza || L-ebda azzjoni ·
Talbiet ta' ritorn imressqa (l-Artikolu 5
tad-Direttiva 93/7/KEE) Sena || Stat tat-Talba || Stat Mitlub || Oġġett 2008 || Ir-Repubblika Ċeka || L-Awstrija || 4 statwi ta' qaddisin tal-injam u 2 relikwarji (il-proċedura ġiet imħassra) 2008 || L-Italja || Il-Ġermanja || Elmu qadim tal-bronż (talba rrifjutata) 2009 || Ir-Repubblika Ċeka || Il-Pajjiżi l-Baxxi || Statwa li tirrappreżenta lil Sant'Anna (mhux iffinalizzat) 2009 || Il-Litwanja || L-Awstrija || Skultura "Kristu rxoxt" (mhux iffinalizzat) 2010 || Ir-Repubblika Ċeka || L-Awstrija || 2 statwi (mhux iffinalizzati) 10 statwi (irritornati) 2011 || Ir-Repubblika Ċeka || L-Awstrija || Statwa (1) tal-injam li tirrappreżenta lil San Johann Nepomuk (Čímyšl) [1] Id-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill,
tal-15 ta' Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’
kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru,
(ĠU L 74,-27.03.1993, p. 74) emendata permezz tad-Direttiva 96/100/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 1997
(ĠU L 60, 1.3.1997, p. 59) u permezz
tad-Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-5 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 187, 10.7.2001,
p. 43). [2] Il-Kummissjoni rċeviet il-kontribuzzjoni ta'
22 Stat Membru. [3] L-ewwel rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill,
lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar
l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92 tal-Kunsill dwar
l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali u tad-Direttiva 93/7/KEE
tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment
imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru,
COM (2000)325 finali tal-25 ta' Mejju 2000.
It-tieni rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-applikazzjoni
tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’
kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru, COM
(2005)675 finali tal-21 ta' Diċembru 2005.
It-tielet rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-applikazzjoni
tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’
kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru, COM
(2009)408 finali tat-30 ta' Lulju 2009. [4] Ara s-sentenza tas-6 ta' Mejju 2008,
il-Parlament Ewropew/il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
fil-Kawża C-133/06, Rec.2008, p. I-03189, fuq:
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:62006CJ0133:MT:HTML [5] Id-dispożizzjoni
kkonċernata tistabbilixxi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni,
għandu jeżamina kull tliet snin u, fejn xieraq, jaġġorna
l-ammonti indikati fl-Anness. [6] Din id-dokumentazzjoni mhijiex pubblika. [7] ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1. [8] Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill u
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni
tar-Regolament (KE) Nru 116/2009
tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta'
oġġetti kulturali, COM(2011)382 finali
tas-27 ta' Ġunju 2011. [9] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' beni kulturali, Brussell,
is-27 u t-28 ta' Novembru 2008, http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/08/st14/st14224-re02.mt08.pdf
[10] "Study on preventing and fighting illicit trafficking
in cultural goods in the European Union" (Studju dwar il-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-oġġetti kulturali
fl-Unjoni Ewropea", imwettaq miċ-Ċentru tal-Istudju dwar
il-Kooperazzjoni Ġuridika Internazzjonali CECOJI-CNRS-UMR 6224 Franza.
L-istudju huwa disponibbli bil-Franċiż jew bl-Ingliż, http://ec.europa.eu/home-affairs/doc_centre/crime/docs/Rapport%20Trafic%20des%20biens%20culturels%20UE%20-%20FR.pdf#zoom=100 [11] Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-miżuri li
għandhom jittieħdu għall-projbizzjoni u l-prevenzjoni
tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' sjieda illegali
tal-oġġetti kulturali tal-1970 u l-Konvenzjoni UNIDROIT, dwar
l-oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment tal-1995. [12] Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni dwar
il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità fir-rigward ta' beni
kulturali, Brussell, it-13 u l-14 ta' Diċembru 2011,
http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/11/st17/st17541.mt11.pdf [13] http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/working-group-on-museum-activities_en.htm [14] Konklużjonijiet tal-Kunsill u r-rappreżentanti
tal-gvernijiet tal-Istati Membri, miġburin fi ħdan il-Kunsill, dwar
il-pjan ta' ħidma 2011-2014 favur il-kultura, ĠUUE C 325,
2.12.2010, p. 1. http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/european-agenda_en.htm [15] Il-ħidmiet ta' dan il-grupp jinsabu fuq :
http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/policy-documents/omc-working-groups_en.htm [16] Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar
il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi
kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012,
p. 1). [17] Madankollu, ir-Repubblika Ċeka pprovdiet ħarsa
ġenerali lejn in-numru ta' oġġetti li tneħħew
illegalment u li ġew identifikati fi Stati Membri oħrajn (189 wara
l-1995) u l-oġġetti minn sorsi illegali li nstabu fit-territorju
tagħha (243 wara l-1995). L-Italja pprovdiet ukoll informazzjoni dwar
l-oġġetti li tneħħew illegalment (jiġifieri 10 372
bejn l-2008 u l-2011). Din l-informazzjoni nkisbet abbażi tal-iskoperti li
saru mill-pulizijia inkarigati mill-protezzjoni tal-wirt. B'mod ġenerali,
kienu oġġetti arkeoloġiċi li ġew minn skavi illegali.
L-Ungerija stmat li l-għadd ta' oġġetti li nħarġu
illegalment huwa dak ta' bosta mijiet kull sena. Skont il-pulizija Rumena, 11
530 oġġett kulturali (li minnhom 11 300 kienu oġġetti
arkeoloġiċi) inħarġu illegalment mit-territorju
tagħhom; Il-Greċja tirrimarka l-ħruġ illegali
tal-oġġetti, fosthom 274 ikona, 44 biċċa arkitettura
(tal-epoka Rumana, Biżantina jew post-Biżantina), pittura
tas-seklu XX, 5 vażuni (klassiċi u tal-epoka Rumana),
8 biċċiet muniti u 23 oġġett liturġiku. Dan
l-Istat Membru jirrimarka żieda sinifikanti tal-għadd ta' ikoni
post-Biżantini misruqa. [18] Sabiex tinkiseb dejta komparabbli, il-Kummissjoni
għaddiet lill-awtoritajiet ċentrali responsabbli għad-direttiva
kwestjonarju simili għal dak mibgħut għat-tħejjija
tar-rapporti preċedenti. Sabiex tiffaċilita l-ġbir u
tiggarantixxa l-affidabilità tad-dejta, din is-sistema ta' kwestjonarji se tiġi
riveduta. [19] F'dan is-sens, il-Bulgarija u l-Polonja indikaw li kisbu
proċeduri ta' ritorn permezz tal-konvenzjonijiet tal-UNESCO; ir-Rumanija
tirrimarka r-ritorn ta' 235 oġġett permezz ta' UNIDROIT. [20] http://ec.europa.eu/culture/news/201112-consultation_en.htm [21] Sors: Rapporti nazzjonali tal-applikazzjoni tad-Direttiva.
Dawn it-tabelli ġew verifikati mill-awtoritajiet ċentrali inkarigati
mill-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE. Madankollu, ċerta dejta
hija kkonfermata biss minn Stat Membru wieħed mit-tnejn ikkonċernati.
Il-passi marbuta ma' ritorn partikolari jistgħu jidhru taħt diversi
tabelli.