ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 1 GĦALL-BAĠITT ĠENERALI TAL-2013 DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni /* COM/2013/0156 final - 2013/ () */
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 1
GĦALL-BAĠITT ĠENERALI TAL-2013 DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL
DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Taqsima III – Il-Kummissjoni Wara li kkunsidrat: –
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari
l-Artikolu 106a tiegħu, –
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar
ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1], u b’mod partikolari
l-Artikolu 41 tiegħu, –
il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena
finanzjarja 2013 adottat fit-12 ta' Diċembru 2012[2], Il-Kummissjoni
Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz ta’ Baġit
Emendatorju Nru 1 għall-baġit tal-2013. BIDLIET
FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Il-bidliet
għad-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq skont it-taqsima huma disponibbli fuq
il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm).
Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża
għall-informazzjoni bħala anness baġitarju. WERREJ 1. Introduzzjoni 5 2. Aġġustamenti tal-qafas finanzjarju skont l-Intestaturi 6 2.1. Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir
Ekomiku u l-Impjiegi 6 2.2. Intestatura 1b -
Il-Koeżjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Ħolqien tal-Impjiegi 7 2.3. L-Intestatura 2
–Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali 8 2.4. Intestatura 3a Libertà,
Sigurtà u Ġustizzja.. 8 2.5. Intestatura 3b - Ċittadinanza.. 9 2.6. Intestatura 4 - L-UE
bħala Attur Globali 9 2.7. Intestatura 6 — Kumpens. 10 5. Tabella sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju.. 11 1. Introduzzjoni L-Abbozz ta’ Baġit
Emendatorju (ABE) Nru 1 għas-sena 2013 jirrigwarda l-inkorporazzjoni
fil-baġit tal-2013 kemm tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll
tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, biex ikopru n-nefqa marbuta mal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn ’il quddiem il-Kroazja) mal-Unjoni
Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, b’rispett sħiħ għat-Trattat li
jirrigwarda l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja[3] (minn hawn ’il quddiem
it-Trattat tal-Adeżjoni). B'mod parallel ma' dan l-eżerċizzju, il-Kummissjoni
qed tippreżenta proposta għar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013[4], sabiex jiġu akkomodati dawn
il-bidliet, kif previst fil-punt 29 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar
id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda. Iż-żidiet proposti fl-ABE
Nru 1 huma ta’ EUR 655,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u
EUR 374,0 miljun f'approprjazzjonijiet għal pagamenti. Dan jirrifletti
l-pakkett finanzjarju miftiehem fil-Konferenza dwar l-Adeżjoni tat-30 ta' Ġunju 2011,
iżda jeskludi l-intestatura 5, f'konformità mal-approċċ ristrett
tal-Kummissjoni dwar in-nefqa amministrattiva, u għax il-bżonnijiet relatati
mal-adeżjoni huma diġà inklużi fil-baġit tal-2013. (f’miljuni ta’ EUR, skont il-prezzijiet
kurrenti) ABE 1/2013 || 2013 Impenji || Pagamenti 1. Tkabbir sostenibbli || 496,6 || 167,4 1a Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi(1) || 47,2 || 17,6 1b Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi || 449,4 || 149,8 li minnhom huma Fondi Strutturali || 299,6 || 89,9 li minnhom huma mill-Fond ta’ Koeżjoni || 149,8 || 59,9 2. Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali || 10,2 || 2,6 || || Fond Ewropew għas-Sajd || 8,7 || 2,2 Appoġġ ieħor tal-PKS, LIFE + (1) || 1,5 || 0,4 3. Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja || 73,3 || 42,2 3a Libertà, sigurtà u ġustizzja(1) || 2.1 || 1,1 Faċilità ta’ Schengen || 40,0 || 40,0 3b Ċittadinanza(1) || 2,2 || 1,1 Faċilità ta' Tranżizzjoni || 29,0 || 4. L-UE bħala attur globali || || 86,8 6. Kumpens (Faċilità tal-flussi tal-flus) || 75,0 || 75,0 Total || 655,1 || 374,0 1) Nefqa mhux allokata minn qabel, mogħtija għal skopijiet illustrattivi biss. It-Trattat tal-Adeżjoni
jiddefinixxi l-ammonti allokati minn qabel għall-Faċilità ta’ Tranżizzjoni,
għall-Faċilità ta' Schengen, għall-Faċilità tal-Flussi tal-Flus, għall-Fondi
Strutturali, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-Fond Ewropew għas-Sajd. L-ammonti
indikattivi għan-nefqa mhux allokata minn qabel ġew ippreżentati fil-pożizzjoni
komuni tal-UE fil-Kapitolu 33 (id-Dispożizzjonijiet Finanzjarji u
Baġitarji)[5]. L-allokazzjoni kemm
tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll tal-approprazzjonijiet għal
pagamenti fil-linji baġitarji saret skont it-tqassim propost fit-Trattat
tal-Adeżjoni, filwaqt li ttieħdet inkonsiderazzjoni wkoll il-possibbiltà li
jiġi implimentat korrettement il-finanzjament addizzjonali sa qabel tmiem
is-sena. 2. Aġġustamenti
tal-qafas finanzjarju skont l-Intestaturi 2.1. Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir Ekomiku u l-Impjiegi Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (EUR) || Pagamenti (EUR) 02 04 01 03 || Riċerka relatata mat-trasport (Galileo) || 3 327 535 || 998 000 08 02 01 || Kooperazzjoni — Is-Saħħa || 3 527 530 || 1 058 000 08 03 01 || Kooperazzjoni — Ikel, agrikoltura u sajd, u bijoteknoloġija || 1 601 419 || 480 000 08 04 01 || Kooperazzjoni - Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta' produzzjoni ġodda || 2 702 062 || 810 000 08 05 01 || Kooperazzjoni — l-Enerġija || 893 047 || 267 000 08 06 01 || Kooperazzjoni – l-Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima) || 1 484 726 || 445 000 08 07 01 || Kooperazzjoni — it-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika) || 1 381 746 || 414 000 08 08 01 || Kooperazzjoni — Ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-istudji umanistiċi || 496 988 || 149 000 08 10 01 || Ideat || 7 563 109 || 2 268 000 08 12 01 || Kapaċitajiet — Infrastrutturi ta’ Riċerka || 330 775 || 99 000 08 13 01 || Kapaċitajiet — Riċerka għall-benefiċċju ta’ intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) || 1 210 455 || 363 000 08 14 01 || Kapaċitajiet — Reġjuni ta' għarfien || 120 639 || 36 000 08 15 01 || Kapaċitajiet — Potenzjal għar-riċerka || 327 567 || 98 000 08 16 01 || Kapaċitajiet — ix-Xjenza fis-soċjetà || 280 771 || 84 000 08 17 01 || Kapaċitajiet —Attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali’ || 175 805 || 52 000 08 18 01 || Kapaċitajiet —Faċilità ta’ finanzjament għall-kondiviżjoni tar-riskji (RSFF) || 221 512 || 66 000 08 19 01 || Kapaċitajiet — Appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' politiki ta' riċerka || 59 414 || 17 000 08 20 01 || Euratom — Enerġija mill-fużjoni || 318 290 || 95 000 08 21 01 || Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni || 247 380 || 74 000 09 04 01 01 || Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICTs - Kooperazzjoni) || 5 931 335 || 1 779 000 10 02 01 || Attivitajiet mhux Nukleari taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (JRC) || 191 156 || 57 000 15 02 22 || Programm ta' tagħlim tul il-ħajja || 9 750 000 || 6 389 000 15 07 77 || Nies || 4 250 000 || 1 275 000 32 06 01 || Ir-Riċerka relatata mal-enerġija || 757 030 || 227 000 Total || 47 150 291 || 17 600 000 Fir-rigward tas-Seba’
Programm Kwadru għar-Riċerka (FP7), li fih il-Kroazja diġà pparteċipat bħala
pajjiż kandidat, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizjonali (EUR 37,4
miljun) se jiġu allokati b'mod proporzjonali għall-attivitajiet u l-azzjonijiet
previsti fil-programmi annwali ta’ ħidma tal-FP7 tal-2013. Il-Programm
Speċifiku għall-Kooperazzjoni tal-FP7 se jibbenefika minn madwar EUR 22 miljun
li se jitqassmu fost it-temi ta’ riċerka kollha ta' dan il-programm. Madwar
EUR 2,7 miljun se jkunu allokati għall-programm speċifiku Kapaċitajiet
tal-FP7, EUR 7,6 miljun jmorru għall-programm speċifiku Ideat, u madwar
EUR 4,3 miljun għall-programm speċifiku Persuni. L-attivitajiet ta'
EURATOM tal-FP7 dwar l-azzjonijiet indiretti se jibbenefikaw minn EUR 0,6
miljun. Il-bqija (EUR 0,2 miljun) se jiġu allokati
għal azzjonijiet diretti tal-KE tal-FP7. L-approprjazzjonijiet
tal-pagamenti addizzjonali (EUR 11,2 miljun) ser jintużaw biex jitħallas
il-prefinanzjament tal-impenji rispettivi. L-approprjazzjonijiet
addizzjonali għat-tagħlim tul il-ħajja (EUR 9,8 miljun f'impenji u
EUR 6,4 miljun f’pagamenti) se jintużaw biex jiffinanzjaw
il-parteċipazzjoni tal-Kroazja f'azzjonijiet ta’ ġestjoni deċentralizzata,
b’mod speċjali dawk li jippromwovu l-mobilità - Comenius, Erasmus, Leonardo da
Vinci u Grundtvig, kif ukoll dawk ta’ ġestjoni ċentralizzata, bħal proġetti u
netwerks multilaterali, kif ukoll studji u konferenzi. Il-livell totali ta’
approprjazzjonijiet ta’ impenn mitluba (EUR 47,2 miljun) huwa kemxejn
inqas mill-ammont indikattiv ta’ EUR 47,4 miljun tal-pakkett finanzjarju,
iżda jirrifletti dak li jista’ jiġi implimentat. 2.2. Intestatura 1b - Il-Koeżjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Ħolqien
tal-Impjiegi Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (EUR) || Pagamenti (EUR) 04 02 17 || Fond Soċjali Ewropew (ESF) — Konverġenza || 60 000 000 || 18 000 000 13 03 16 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Konverġenza || 228 400 000 || 68 520 000 13 03 19 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Koperazzjoni Territorjali Ewropea || 11 200 000 || 3 360 000 13 04 02 || Fond ta’ Koeżjoni || 149 800 000 || 59 920 000 Total || 449 400 000 || 149 800 000 L-Artikolu 33(1)
tat-Trattat tal-Adeżjoni jipprevedi li l-ammont ta’ EUR 449,4 miljun
f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jiġu allokati lill-Kroazja fl-2013
taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, b’terz ta' dan l-ammont (jiġifieri
EUR 149,8 miljun) riservat għall-Fond ta’ Koeżjoni skont l-Artikolu 33(2).
Il-firda provviżorja bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u
l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) se tiġi aġġustata fi stadju aktar tard, jekk ikun
hemm bżonn f’konformità mat-talbiet effettivi mill-awtoritajiet Kroati. Fir-rigward
tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, l-Anness III tat-Trattat
tal-Adeżjoni jistipula fil-punt 7.1(v) li l-prefinanzjament għandu
jitħallas f’pagament wieħed u se jirrappreżenta 30 % mill-kontribut
tal-Fondi Strutturali u 40 % mill-kontribut tal-Fond ta' Koeżjoni, li
jikkorrispondi għal EUR 149,8 miljun. 2.3. L-Intestatura 2 –Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (EUR) || Pagamenti (EUR) 11 06 12 || Fond Ewropew għas-Sajd (EFF) — L-objettiv tal-konverġenza || 8 700 000 || 2 175 000 11 07 01 || Appoġġ għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd (ġbir ta’ dejta bażika) || 750 000 || 375 000 11 08 01 || Kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istati Membri għal spejjeż fil-qasam tal-kontroll || 750 000 || 37 500 Total || 10 200 000 || 2 587 500 Għall-intestatura 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2007-2013, il-Kummissjoni tipproponi li
żżid l-approprjazzjonijiet ta’ impenn b’EUR 10,2 miljun u
l-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 2,6 miljun. Dan il-livell ta’
impenn u pagament huwa anqas mill-ammont indikattiv fil-pakkett finanzjarju
miftiehem fil-Konferenza dwar l-Adeżjoni tat-30 ta' Ġunju 2011,
iżda jirrifletti ammont realistiku li jista’ jiġi implimentat fit-tieni nofs tal-2013. Rigward il-Politika
Agrikola Komuni (PAK), huwa mistenni li l-Adeżjoni fl-1 ta’ Lulju 2013
ma jkollha l-ebda impatt globali fuq il-ħtiġijiet tan-nefqa relatata mas-swieq,
kif diġà previst fil-Baġit tal-2013. Ir-rimbors tal-pagamenti diretti mogħtija
lill-bdiewa għas-sena 2013 fil-Kroazja ma għandu l-ebda impatt fuq
il-baġit tal-2013 tal-UE, u se jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-UE
għas-sena 2014. Dan ir-rimborż tal-pagamenti diretti huwa kompletament
konformi mal-kalendarju normali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 35
tat-Trattat tal-Adeżjoni, l-għajnuna għall-iżvilupp rurali fl-2013 mhux se ssir
taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), iżda taħt
il-Komponent tal-Iżvilupp Rurali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar
l-IPA (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006). L-approprazzjonijiet
addizzjonali mitluba għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) huma maħsuba biex
jitkoprew il-programmi operattivi tal-objettiv ta' konverġenza
għas-sena 2013, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1198/2006[6].
L-ammonti għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn (EUR 8,7 miljun) u ta’
pagament (prefinanzjament ta’ 25 % ta’ EUR 8,7 miljun) għall-2013
huma stabbiliti fl-Artikolu 34 tat-Trattat tal-Adeżjoni. Għal azzjonijiet oħra
fil-qasam tal-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, l-ammont totali ta' EUR 1,5
miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 0,4 miljun
f’approprjazzjonijiet ta’ pagament huma mitluba biex ikopru l-inklużjoni
tal-Kroazja fi programmi ta’ ġbir ta’ dejta, kontroll u infurzar tal-Politika
Komuni tas-Sajd (PKS), iffinanzjata permezz tal-artikoli tal-baġit
11 07 01 u 11 08 01. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’
pagament mitluba jirrifletti l-prefinanzjament imnaqqas li ġenerlament isir
fl-ewwel sena tal-miżuri ta’ kontroll u l-50 % bil-quddiem fuq il-miżuri
għall-ġbir tad-dejta. 2.4. Intestatura 3a Libertà, Sigurtà u Ġustizzja Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (EUR) || Pagamenti (EUR) 18 02 12 || Il-Faċilità ta' Schengen għall-Kroazja || 40 000 000 || 40 000 000 18 03 04 || Miżuri ta’ emerġenza fil-każ ta’ influssi tal-massa tar-refuġjati || 2 100 000 || 1 100 000 Total || 42 100 000 || 41 100 000 Il-faċilità ta’ Schengen
hija strument temporanju biex jgħin lill-Kroazja tiffinanzja, bejn id-data
tal-adeżjoni u t-tmiem tal-2014, azzjonijiet fuq il-fruntieri esterni l-ġodda
tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u
għall-kontroll tal-fruntieri esterni. L-ammont previst ta’ EUR 40 miljun
f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ġej direttament
mill-Artikolu 31(2) tat-Trattat tal-Adeżjoni. Somma oħra ta’
EUR 2,1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u oħra ta’ EUR 1,1
miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament huma proposti fil-partita tal-baġit
18 03 04 “Miżuri ta’ emerġenza fil-każ ta’ influss kotran ta’
refuġjati”. Dawn l-approprjazzjonijiet se jżidu l-kapaċità tal-Unjoni biex
tappoġġa lill-Istati Membri li huma mħassbin dwar l-influss kotran ta’ refuġjati
jew persuni spustati. Dawn il-miżuri ta’ emerġenza huma bbażati fuq
is-solidarjetà bejn l-Istati Membri. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha,
il-Kroazja tista’ tkun fost il-benefiċjarji ta’ dawn il-miżuri ta’ emerġenza. 2.5. Intestatura 3b - Ċittadinanza Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (EUR) || Pagamenti (EUR) 15 05 55 || Żgħażagħ fl-Azzjoni || 2 200 000 || 1 100 000 22 02 11 || Faċilità ta' tranżizzjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet wara l-adeżjoni || 29 000 000 || 0 Total || 31 200 000 || 1 100 000 Il-programm Żgħażagħ
fl-Azzjoni jiffinanzja azzjonijiet, bħalma huma l-mobbiltà, l-iskambji u
l-parteċipazzjoni fis-Servizz Volontarju Ewropew, u huwa mmexxi b’mod
deċentralizzat permezz tal-aġenziji nazzjonali. Skont id-deċiżjoni li
tistabbilixxi l-programm, l-allokazzjonijiet għal kull aġenzija ta’ Stat Membru
huma magħmulin abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħalma hija l-popolazzjoni. Din
l-allokazzjoni addizzjonali se tippermetti lill-Kroazja biex tipparteċipa b’mod
sħiħ fil-programm, abbażi ta’ dawn il-kriterji oġġettivi mingħajr ma jitnaqqsu
l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri l-oħra. Skont l-Artikolu 30
tat-Trattat tal-Adeżjoni se tkun ipprovduta “Faċilità ta’ Tranżizzjoni”
għall-ewwel sena ta’ wara l-adeżjoni, sabiex il-Kroazja tiġi megħjuna
tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja tagħha sabiex
timplimenta u tinfurza l-liġi tal-Unjoni kif ukoll trawwem l-iskambju tal-aħjar
prattika fost il-pari. Din l-għajnuna għandha tiffinanzja proġetti ta’ bini ta'
istituzzjonijiet u investimenti limitati fuq skala żgħira konnessi ma’ dan.
Hemm propost li jiġu allokati EUR 29 miljun f'approprjazzjonijiet ta'
impenn kif previst fl-Artikolu 30(4). 2.6. Intestatura 4 - L-UE bħala Attur
Globali Linja tal-Baġit || Intestatura || Pagamenti (EUR) 05 05 02 || Strument għal Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD) || 27 700 000 22 02 01 || Assistenza ta’ tranżizzjoni u għall-bini tal-istituzzjonijiet għall-pajjiżi kandidati || 59 112 000 Total || 86 812 500 L-impenji totali pendenti
għall-Kroazja taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)
ammontaw għal EUR 220 miljun taħt il-komponenti tal-IPA “l-Assistenza
għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet” u “l-Iżvilupp Rurali”.
It-talbiet, għall-pagamenti li għandhom jaslu fl-2013 se jeċċedu
d-disponibbiltajiet tal-baġit tal-2013, u għaldaqstant qed jiġi propost li dawn
iż-żewġ komponenti tal-IPA jissaħħu b’EUR 86,8 miljun
f'approprjazzjonijiet ta’ pagament. Dan huwa kemxejn ogħla miċ-ċifra
indikattiva ta’ EUR 77,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament previsti
oriġinarjament fil-pakkett finanzjarju miftiehem fil-Konferenza dwar l-Adeżjoni
tat-30 ta' Ġunju 2011. Id-EUR 9,2 miljun addizzjonali huma
kkumpensati mit-talba minuri taħt l-intestatura 2, kif imsemmi fit-taqsima 2.3
hawn fuq. 2.7. Intestatura 6 — Kumpens Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (EUR) || Pagamenti (EUR) 27 02 02 || Kumpens temporanju u pagament f’ammont wieħed għall-Istati Membri ġodda || 75 000 000 || 75 000 000 Total || 75 000 000 || 75 000 000 Il-faċilità
tal-flussi tal-flus hija strument temporanju biex jgħin lill-Kroazja ittejjeb
il-fluss tal-flus fil-baġit nazzjonali tagħha bejn id-data tal-adeżjoni u
t-tmiem tal-2014. L-ammont ta’ EUR 75 miljun kemm f'approprjazzjonijiet
ta’ impenn kif ukoll dawk ta’ pagament għandhom jiġu inklużi fil-Baġit tal-2013,
skont l-Artikolu 32(2) tat-Trattat tal-Adeżjoni. 5. Tabella
sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju Intestatura/subintestatura tal-Qafas Finanzjarju || Il-Qafas finanzjarju tal-2007-2013 rivedut || Baġit 2013 || ABE 1/2013 || Baġit 2013 (inkl. ABE 1/2013) AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP 1. TKABBIR SOSTENIBBLI || || || || || || || || 1a. Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi || 15 670 000 000 || || 16 121 000 000 || 11 886 427 361 || 47 150 291 || 17 600 000 || 16 168 150 291 || 11 904 027 361 Marġini || || || 49 000 000 || || || || 1 849 709 || 1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi || 54 974 000 000 || || 54 508 649 037 || 47 198 594 736 || 449 400 000 || 149 800 000 || 54 958 049 037 || 47 348 394 736 Marġini || || || 465 350 963 || || || || 15 950 963 || Total || 70 644 000 000 || || 70 629 649 037 || 59 085 022 097 || 496 550 291 || 167 400 000 || 71 126 199 328 || 59 252 422 097 Marġini[7] || || || 514 350 963 || || || || 17 800 672 || 2. PREŻERVAZZJONI U ĠESTJONI TA’ RIŻORSI NATURALI || || || || || || || || Li minnhom nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 48 583 000 000 || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 || || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 Total || 61 310 000 000 || || 60 149 041 416 || 57 484 414 991 || 10 200 000 || 2 587 500 || 60 159 241 416 || 57 487 002 491 Marġini || || || 1 160 958 584 || || || || 1 150 758 584 || 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA || || || || || || || || 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja || 1 703 000 000 || || 1 398 727 200 || 876 583 652 || 42 100 000 || 41 100 000 || 1 440 827 200 || 917 683 652 Marġini || || || 304 272 800 || || || || 262 172 800 || 3b. Ċittadinanza || 746 000 000 || || 707 164 000 || 637 999 615 || 31 200 000 || 1 100 000 || 738 364 000 || 639 099 615 Marġini || || || 38 836 000 || || || || 7 636 000 || Total || 2 449 000 000 || || 2 105 891 200 || 1 514 583 267 || 73 300 000 || 42 200 000 || 2 179 191 200 || 1 556 783 267 Marġini[8] || || || 343 108 800 || || || || 269 808 800 || 4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI || 9 595 000 000 || || 9 583 118 711 || 6 322 601 760 || || 86 812 500 || 9 583 118 711 || 6 409 414 260 Marġini[9] || || || 275 996 289 || || || || 275 996 289 || 5. AMMINISTRAZZJONI || 9 095 000 000 || || 8 430 690 740 || 8 430 365 740 || || || 8 430 690 740 || 8 430 365 740 Marġini[10] || || || 750 309 260 || || || || 750 309 260 || 6.KUMPENS || 75 000 000 || || p.m. || p.m. || 75 000 000 || 75 000 000 || 75 000 000 || 75 000 000 Marġini || || || 75 000 000 || || || || || TOTAL || 153 168 000 000 || 144 285 000 000 || 150 898 391 104 || 132 836 987 855 || 655 050 291 || 374 000 000 || 151 553 441 395 || 133 210 987 855 Marġini[11][12] || || || 3 119 723 896 || 11 614 012 145 || || || 2 464 673 605 || 11 240 012 145 Anness:
Il-pakkett finanzjarju miftiehem fil-Konferenza dwar l-Adeżjoni tat-30 ta' Ġunju 2011 (f’miljuni ta’ EUR, skont
il-prezzijiet kurrenti) Il-pakkett finanzjarju tal-Kroazja (EUCP), adeżjoni fl-1 ta' Lulju 2013 || 2013 Impenji || Pagamenti 1. Tkabbir sostenibbli || 496,8 || 167,4 1a Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi(1) || 47,4 || 17,6 1b Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi || 449,4 || 149,8 li minnhom huma Fondi Strutturali || 299,6 || 89,9 li minnhom huma mill-Fond ta’ Koeżjoni || 149,8 || 59,9 2. Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali || 20,4 || 12,1 nefqa relatata mas-suq(1) || 9,0 || 9,0 pagamenti diretti || || riżerva għat-tneħħija tal-mini || || żvilupp rurali || || Fond Ewropew għas-Sajd || 8,7 || 2,2 Appoġġ ieħor tal-PKS, LIFE + (1) || 2,7 || 0,9 3. Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja || 73,3 || 42,2 3a Libertà, sigurtà u ġustizzja(1) || 2,1 || 1,1 Faċilità ta’ Schengen || 40,0 || 40,0 3b Ċittadinanza(1) || 2,2 || 1,1 Faċilità ta' Tranżizzjoni || 29,0 || 4. L-UE bħala attur globali || || 77,6 5. Amministrazzjoni || 22,0 || 22,0 6. Kumpens (Faċilità tal-flussi tal-flus) || 75,0 || 75,0 Total || 687,5 || 396,3 (1) Nefqa mhux allokata minn qabel, mogħtija għal skopijiet illustrattivi biss. [1] ĠU
L 298, 26.10.2012, p. 1. [2] ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1. [3]
ĠU L 112, 24.4.2012, p. 1. [4] COM(2013) 157. [5] Konferenza dwar l-Adeżjoni
mal-Unjoni Ewropea – il-Kroazja, id-Dokument tal-Adeżjoni Nru 30/11
(CONF-HR 17/11) tad-29.6.2011. [6] ĠU L 223, 15.8.2006,
p. 1. [7] Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhux inkluż
fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun). [8] L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiddaħħal
apparti l-intestaturi relevanti kif previst mit-IIA
tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006 (mhux
disponibbli bil-Malti)) [9] Il-marġini tal-2013 għall-intestatura 4 ma jqisx l-approprjazzjonijiet
relatati mar-Riżerva tal-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 264,1 miljun). [10] Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5,
ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna tal-qafas finanzjarju 2007-2013
għal ammont ta’ EUR 86 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal
għall-iskema tal-pensjoni. [11] Il-marġni
globali għall-impenji ma jqisx l-approprjazzjonijiet relatati mal-FEG
(EUR 500 miljun), l-EAR (EUR 264,1 miljun) u l-kontribuzzjonijiet
tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun). [12] Il-marġni
globali għall-pagamenti jqisx l-approprjazzjonijiet marbuta mar-Riżerva ta'
Għajnuna F’Emerġenza (EAR) (EUR 80 miljun) u l-kontribuzzjonijiet
tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun).