52013DC0123

GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent /* COM/2013/0123 final */


WERREJ

GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent................................ 2

1........... Skart tal-plastik, deskrizzjoni ta’ problema li qiegħda tikber............................................. 4

2........... Regolament li jindirizza l-iskart tal-plastik fl-Ewropa........................................................ 7

3........... Ġestjoni tal-iskart tal-plastik u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi................................................. 8

4........... Id-dimensjoni internazzjonali........................................................................................... 9

5........... Għażliet politiċi għat-titjib tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa.............................. 10

5.1........ Applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik........................... 10

5.2........ Ilħuq tal-miri, riċiklaġġ tal-plastik u inizjattivi volontarji................................................... 12

5.3........ L-imġiba tal-konsumaturi titqiegħed fil-mira................................................................... 13

5.4........ Lejn plastik aktar sostenibbli......................................................................................... 14

5.5........ Durabilità tal-plastik u ta’ prodotti tal-plastik................................................................. 15

5.6........ Promozzjoni tal-plastik bijodegradabbli u tal-bijoplastik................................................. 17

5.7........ Inizjattivi tal-UE li jindirizzaw l-iskart tal-baħar li jinkludi iskart tal-plastik....................... 19

5.8........ Azzjoni internazzjonali................................................................................................... 20

GREEN PAPER

Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent

L-għan ta’ din il-Green Paper huwa li tniedi riflessjoni wiesgħa dwar ir-reazzjonijiet possibbli għall-isfidi għall-politika pubblika, maħluqa mill-iskart tal-plastik, li fil-preżent mhumiex indirizzati fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-iskart. Is-segwitu għall-Green Paper se jkun parti integrali mir-reviżjoni usa’ tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart li ser titlesta fl-2014. Din ir-reviżjoni ser tħares lejn il-miri eżistenti għall-irkuprar tal-iskart u għall-miżbliet, kif ukoll bħala evalwazzjoni ‘ex post’ ta’ ħames direttivi li jkopru flussi differenti ta’ skart.

Il-karatteristiċi inerenti tal-plastik joħolqu sfidi speċifiċi għall-ġestjoni tal-iskart. Il-plastik hu relattivament irħis u versatili, b’ħafna applikazzjonijiet industrijali u dan wassal għal tkabbir esponenzjali matul l-aħħar seklu; xejra li mistennija li tkompli. It-tieni, il-plastik huwa materjal li jdum iservi ħafna maż-żmien, u li jibqa’ jeżisti aktar mill-prodotti magħmulin minnu. Bħala riżultat ta’ dan, il-ġenerazzjoni tal-iskart tal-plastik qiegħda tikber madwar id-dinja. Id-durabilità tal-plastik tfisser ukoll li r-rimi bla kontroll huwa problematiku għax il-plastik jista’ jibqa’ preżenti fl-ambjent għal żmien twil. Il-ħtieġa li jissoktaw l-isforzi għat-tnaqqis tal-inċidenza u tal-impatti tal-plastik fl-ambjent tal-baħar ġiet enfasizzata b’mod partikolari fis-Samit Rio+20.

M’hemmx biss sfidi, iżda hemm ukoll opportunitajiet li jinħolqu minn ġestjoni aħjar tal-iskart tal-plastik. Minkejja li l-plastik huwa materjal kompletament riċiklabbli, bħalissa perċentwal żgħir biss mill-iskart tal-pastik qed jiġi riċiklat. It-tisħiħ tar-riċiklaġġ għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi li ġie adottat fl-2011[1] u jgħin sabiex jonqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-importazzjonijiet ta’ materja prima u fjuwils fossili. Miżuri mfassla b'mod xieraq għar-riċiklaġġ tal-plastik jistgħu jtejbu wkoll il-kompetittività u joħolqu impjiegi u attivitajiet ekonomiċi ġodda.

Din il-Green Paper sejra tgħin fil-valutazzjoni mill-ġdid tar-riskji ambjentali u tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-plastik fil-prodotti meta jsiru skart, fl-indirizzar tad-disinn ambjentalment sod tagħhom, kemm funzjonalment kif ukoll kimikament, u fil-ftuħ ta’ proċess ta’ riflessjoni fuq kif għandha tiġi indirizzata l-problema tar-rimi bla kontroll ta’ skart tal-plastik u skart tal-baħar. Għandha tgħin ukoll fl-avvanz tar-riflessjoni fuq l-internalizzazzjoni tal-impatti fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-estrazzjoni tal-materja prima sat-tmien tal-fażi tal-ħajja, fl-ispiża tal-prodotti tal-plastik.

Il-Kummissjoni qiegħda tniedi din il-konsultazzjoni sabiex tiġbor il-fatti, sabiex tivvaluta l-interessi u sabiex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha fuq fenomenu li għandu ħafna dimensjonijiet.

Huma mistiedna kummenti fuq kull aspett jew fuq uħud mill-aspetti tad-dokument. Mistoqsijiet speċifiċi huma elenkati wara kull taqsima dwar għażliet ta’ politika.

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha huma mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom dwar is-suġġerimenti mniżżla f'din il-Green Paper. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz li ġej sabiex jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Ġunju 2013: http://ec.europa.eu/environment/consultations/plastic_waste_en.htm.

Jekk jogħġbok innota li l-maġġoranza tar-referenzi f'dan it-test ibbażaw id-dejta tagħhom fuq l-istatistiċi uffiċjali maħruġa mill-EUROSTAT u ż-ŻEE.

1.           Skart tal-plastik, deskrizzjoni ta’ problema li qiegħda tikber

Produzzjoni tal-plastik

Il-plastik huwa materjal relattivament ġdid li kien biss fl-1907 li daħal fil-produzzjoni industrijali[2]. Illum jinsab mifrux fil-prodotti industrijali u tal-konsumatur, u mingħajru l-ħajja moderna hija inkonċepibbli. Fl-istess ħin, il-karatteristiċi li jagħmlu l-plastik tant utli, bħad-durabilità, il-piż ħafif u l-prezz baxx tiegħu, jagħmlu wkoll ir-rimi tiegħu problematiku[3].

Il-produzzjoni globali tal-plastik kibret minn 1.5 miljun tunnellata (Mt) fis-sena fl-1950 għal 245 Mt fl-2008, b’60 Mt[4] minnhom fl-Ewropa biss. Il-produzzjoni matul dawn l-aħħar 10 snin laħqet il-produzzjoni totali ta’ matul is-seklu 20 kollu[5]. Huwa stmat (abbażi ta' xenarju ta' żamma tal-istatus quo) li sal-2020 66,5 Mt[6] ta’ plastik sejrin jitpoġġew fis-suq tal-UE u l-produzzjoni tal-plastik globali tista’ titriplika sal-2050[7].

Skart tal-plastik

Fl-Unjoni Ewropea (UE 27), huwa stmat li fl-2008 ġie ġġenerat madwar 25 Mt ta' skart tal-plastik. Minn dan, 12.1 Mt (48.7%) ġie mirdum f’miżbliet, filwaqt li 12.8 Mt (51.3%) intbagħtu għall-irkupru[8], u 5.3 Mt (21.3%) biss ġew irriċiklati[9]. Filwaqt li t-tbassir għall-2015 jassumi żieda globali ta 30 % fil-livell ta' riċiklaġġ mekkaniku (minn 5.3 Mt għal 6.9 Mt), l-irdim u l-inċinerazzjoni bl-irkupru ta' enerġija[10] huma mistennija li jibqgħu l-mezzi predominanti ta’ ġestjoni tal-iskart[11].

Il-produzzjoni tal-plastik mistennija tiżdied mal-PDG[12] flimkien ma’ żieda globali assoċjata fil-ġenerazzjoni ta’ skart tal-plastik bejn l-2008 u l-2015 ta' 5.7 Mt (23%)[13]. Din hija prinċipalment xprunata minn żieda ta’ 24% fis-settur tal-imballaġ. u hija parti minn xejra persistenti ta’ żieda fl-iskart tal-plastik fl-Ewropa. Fin-nuqqas ta’ titjib fid-disinn tal-prodotti u ta’ miżuri mtejba għall-ġestjoni tal-iskart, l-iskart tal-plastik sejjer jiżdied fl-UE maż-żieda fil-produzzjoni.

L-istess xejriet osservati fl-UE x'aktarx ikunu aktar qawwija f’ekonomiji li qegħdin jikbru malajr bħall-Indja, iċ-Ċina, il-Brażil u l-Indoneżja, iżda wkoll f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Il-popolazzjoni tad-dinja hija prevista li tikber b’790 miljun ruħ kull għaxar snin u tista’ tilħaq aktar minn 9 biljuni sal-2050 bi klassi medja ġdida ta’ madwar 2 biljuni[14]. Din x'aktarx li żżid id-domanda għall-plastik u l-ammont ta’ skart tal-plastik madwar id-dinja.

L-industrija tal-plastik

L-industrija tal-plastik għandha rwol ekonomiku importanti fl-Ewropa, timpjega total ta’ madwar 1.45 miljun ruħ f'aktar minn 59 000 kumpanija u tiġġenera fatturat ta' madwar EUR 300 biljun fis-sena. Fis-settur tal-produzzjoni hemm 167 000 impjieg u f’dak tat-trasformazzjoni tal-plastik hemm 1.23 miljun impjieg (UE 27, 2005-2011, ESTAT) l-aktar fl-SMEs[15].

Mil-lat tal-ġestjoni tal-iskart, il-ġbir u s-separazzjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u plastiks jipprovdu l-akbar numru ta’ opportunitajiet ta' xogħol, b'total ta’ 40 u 15.6 impjiegi rispettivament li qed jinħolqu għal kull 1 000 tunnellata ta’ materjal ipproċessat. Ir-riċiklaġġ tal-plastik waħdu għandu l-potenzjal li joħloq 162 018 impjieg fl-UE 27 jekk ir-rata ta’ riċiklaġġ togħla sa livell ta’ 70% sal-2020[16].

Il-plastik jintuża l-aktar fl-imballaġġ bħala prodott irħis li spiss ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża jew ma jkunx maħsub sabiex jerġa’ jintuża. Is-suq tat-trasformazzjoni tal-plastik huwa ddominat mill-imballaġġ tal-plastik (40.1%) segwit mis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni (20.4%). L-industrija tal-plastik qiegħda tistenna tkabbir fit-tul ta’ madwar 4% fuq livell globali, ħafna iktar mit-tkabbir tal-PDG globali mistenni[17]. L-Ewropa xorta għadha esportatur nett ta’ prodotti tal-plastik b’valur ta' EUR 13-il biljun fl-2009, iżda l-produzzjoni Ċiniża laħqet livell simili fl-2008[18].

Id-destin fl-ambjent

Ladarba jkun fl-ambjent - b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar - l-iskart tal-plastik jista’ jdum jeżisti għal mijiet ta' snin[19]. Ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar u lill-ħajja akkwatika tirriżulta mill-10 miljun tunnellata ta’ skart fis-sena, l-aktar tal-plastik, li jispiċċaw fl-oċeani u fl-ibħra tad-dinja, li jibdluhom fl-akbar miżbla għall-plastik tad-dinja. L-irqajja’ tal-iskart fl-oċean Atlantiku u f’dak Paċifiku huma stmati li jiżnu mal-100 Mt, li madwar 80% tagħhom huwa plastik. Il-fdalijiet tal-plastik jikkawżaw tbatija għall-ispeċijiet tal-baħar li jsofru minn taħbil jew inġestjoni[20]. "Is-Sajd Fantasma"[21] li jsir permezz ta’ rkaptu tas-sajd tal-plastik mitluq jikkawża spejjeż ekonomiċi għoljin u ħsara ambjentali sostanzjali. L-ispeċijiet invażivi jużaw fdalijiet tal-plastik biex jivvjaġġaw distanzi twal fl-oċeani. Ħafna mill-fdalijiet tal-plastik eventwalment jispiċċaw f’qiegħ il-baħar[22].

Il-plastik mhuwiex inerti. Il-plastik konvenzjonali fih għadd kbir, u xi kultant proporzjon kbir ta’ addittivi kimiċi li jistgħu jkunu interferenti endokrinali, karċinoġeniċi jew jipprovokaw reazzjonijiet tossiċi oħrajn u jistgħu, fil-prinċipju, jemigraw għal ġewwa l-ambjent, għalkemm fi kwantitajiet żgħar[23]. Il-pollutanti organiċi persistenti (POPs), pereżempju l-pestiċidi bħal DDT u bifenili poliklorinati (PCBs) [24], mill-ilma tal-madwar kapaċi jeħlu ma’ frak tal-plastik li jistgħu jkunu ta’ ħsara[25], u jidħlu fil-katina alimentari permezz ta’ fawna tal-baħar li tibla’ l-plastik (effett żiemel ta’ Troja) [26]. Dawn il-POPs ma jitkissrux faċilment b’mod naturali, iżda jakkumulaw fit-tessuti tal-ġisem, fejn jista’ jkollhom effetti karċinoġeniċi, mutaġeniċi u oħrajn fuq is-saħħa[27].

Partikoli żgħar u fini (l-hekk imsejħa mikroplastiks), jirriżultaw minn deċenni ta’ degradazzjoni u brix mekkaniku u jikkawżaw tħassib partikolari. Dawn jinsabu kullimkien u jilħqu anki l-oqsma l-aktar remoti[28] b'konċentrazzjoni fl-ilma li kultant hija ogħla minn dik tal-plankton. Dawn il-mikroplastiks, u l-additivi kimiċi li jkun fihom, jekk jinbelgħu fi kwantitajiet kbar minn fawna tal-baħar jista’ jkollhom potenzjal għoli li jikkontaminaw il-katina alimentari permezz tal-interazzjoni bejn il-predaturi u l-priża.

Il-ġestjoni dgħajfa tal-iskart fuq l-art, b’mod partikolari rati marġinali biss ta’ rkupru ta’ skart tal-plastik, taggrava l-problema tat-tniġġis tal-baħar bil-plastik, li hija waħda mill-kwistjonijiet ambjentali emerġenti tal-akbar importanza globali[29]. Esperti jistmaw li madwar 80% tal-iskart tal-plastik fil-baħar ikun ġej mill-art[30].

Jidher li s-sorsi ewlenin tal-iskart ta’ plastik fil-baħar minn fuq l-art huma: l-iskarigu tal-ilma ġej minn maltempati, it-tifwir tad-dranaġġ, l-iskart relatat mat-turiżmu, ir-rimi illegali[31], l-attività industrijali, it-trasport mhux xieraq, prodotti kosmetiċi għall-konsumatur, il-materjali tas-sandblasting sintetiċi jew il-polyester u l-fibri tal-akriliċi mill-ħasil tal-ħwejjeġ[32]. Il-gerbub tal-plastik jistgħu jinstabu fil-maġġoranza tal-oċeani tad-dinja, anki f’żoni mhux industrijalizzati bħall-Paċifiku tal-Lbiċ[33].

2.           Regolament li jindirizza l-iskart tal-plastik fl-Ewropa

Leġiżlazzjoni dwar l-Iskart

L-iskart tal-plastik mhuwiex indirizzat speċifikament mil-leġiżlazzjoni tal-UE, minkejja li l-impatt ambjentali tiegħu qed jikber. Id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ biss għandha mira ta’ riċiklaġġ speċifiku għall-imballaġġ tal-plastik. Id-Direttiva Qafas 2008/98/KE dwar l-iskart tistabbilixxi mira ġenerali ta' riċiklaġġ tal-iskart domestiku li tkopri, fost materjali oħra, l-iskart tal-plastik. Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart hija rilevanti f'ċerti aspetti oħra. Pereżempju, id-Direttiva tistabbilixxi r-responsabilità estiża tal-produttur bħala prinċipju ewlieni fil-ġestjoni tal-iskart. Tistabbilixxi wkoll il-ġerarkija tal-iskart li tagħti preċedenza għall-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ qabel l-irkupru, inklużi l-irkupru tal-enerġija, u r-rimi. Madankollu, jippersisti l-kuntrast qawwi bejn ir-rekwiżiti leġiżlattivi u l-prattika reali ta’ ġestjoni tal-iskart.

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-miri tagħha u tikkunsidra miri addizzjonali għall-flussi ta' skart ieħor fejn ikun xieraq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet intalbet ukoll teżamina l-miri fid-Direttiva dwar il-Miżbliet għat-tnaqqis ta’ radam ta’ skart bijodegradabbli, kif ukoll ir-riċiklaġġ u l-miri ta’ rkupru fid-Direttiva 94/62/KE dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ għall-kategoriji diversi tal-imballaġġ tal-iskart.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li se twettaq reviżjoni wiesgħa tal-leġiżlazzjonidwar l-iskart eżistenti u l-miri differenti, li se tkun lesta fl-2014. Din ir-reviżjoni tinvolvi wkoll evalwazzjoni ex-post ("kontroll tal-idoneità") ta’ ħames Direttivi [34] eżistenti dwar il-flussi tal-iskart li sejra tevalwa l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u r-rilevanza. Is-segwitu għal din il-Green Paper se jifforma parti integrali minn din ir-reviżjoni wiesgħa tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart.

Leġiżlazzjoni dwar il-kimiċi

Ir-Regolament REACH 1907/2006/KE għandu xi ftit tar-rilevanza għar-riċiklaġġ tal-plastik. Filwaqt li r-Regolament fih dispożizzjonijiet speċifiċi[35] li jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq ta’ materjali rriċiklati, f'xi każi, l-użu ta' addittivi fil-plastiks jista’ jfixkel il-konformità fl-ambitu tar-REACH jekk l-addittivi ma jkunux permessi fi prodotti ġodda. Xi wħud mill-proċessi ta’ REACH huma wkoll rilevanti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tal-plastik, inklużi r-riċiklabilità tagħhom, u r-riskji assoċjati mal-plastik fl-ambjent. B'mod partikolari, ir-restrizzjonijiet jibqgħu jservu ta’ għodod ewlenin biex jitnaqqsu l-perikli assoċjati ma’ ċerti plastiks. L-awtorizzazzjoni tista’ tintuża biex tinkiseb sostituzzjoni progressiva ta' dawk l-addittivi tal-plastik li jippreżentaw l-akbar tħassib fi plastik prodott fl-UE.

Ir-Regolament 1272/2008/KE dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) jippermetti l-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi u jinforma lill-utenti dwar dawn il-perikli permezz ta’ simboli u frażijiet standard fuq it-tikketti tal-ippakkjar u permezz ta' skedi ta’ dejta dwar is-sikurezza. Din l-informazzjoni hija kruċjali biex tistimula l-produzzjoni ta’ plastiks inqas perikolużi fl-Ewropa, u għalhekk, hija essenzjali sabiex ir-riċiklaġġ tal-plastik fl-Ewropa jissaħħaħ.

Il-perikli tal-iskart tal-plastik fl-ambjent ikunu ferm inqas jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti Ewropea dwar l-iskart tkun implimentata kif suppost. Ir-rimi fil-miżbliet jibqa’ l-mezz predominanti għar-rimi tal-iskart tal-plastik[36] f'ħafna Stati Membri. Barra minn hekk, ir-rimi illegali għadu ma ġiex eradikat kompletament u ħafna miżbliet huma illegali jew huma ġestiti ħażin[37]. Aktar inkwetanti minn hekk, huwa n-numru ta’ familji li m’huma koperti minn ebda sistema ta' ġbir muniċipali tal-iskart[38]; u f'sitwazzjoni fejn l-iskart tal-plastik ma huwa taħt l-ebda kontroll, tiżdied il-probabilità li l-plastik ħafif jilħaq traġitti tal-ilma u jsib triqtu lejn il-baħar.

Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart

Il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tista’ tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Studju reċenti ssuġġerixxa li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tista’ tiffranka EUR 72 biljun fis-sena, iżżid il-fatturat annwali tal-ġestjoni tal-iskart tal-UE u s-settur tar-riċiklaġġ bi EUR 42 biljun u toħloq aktar minn 400,000 impjieg sal-2020[39].

Peress li l-iskart tal-plastik huwa kkategorizzat bħala mhux perikoluż, dan jista’ jiġi esportat lejn pajjiżi mhux tal-OECD skont il-proċedura tar-Regolament dwar it-Trasbord tal-Iskart (RTS) u sakemm l-importazzjoni ma tkunx ipprojbita mill-pajjiż destinatarju. L-esportazzjoni totali ta’ skart tal-plastik mill-Istati Membri tal-UE żdiedet b’ħames darbiet bejn l-1999 u l-2011. L-esportazzjoni marret l-iktar lejn l-Asja[40].

L-insuffiċjenza tal-infurzar tar-RTS tirriżulta f’ġarr illegali ta’ kwantitajiet kbar ta' skart għal barra l-UE[41]. Wieħed mill-aktar tipi komuni ta’ skart involuti huwa l-iskart elettroniku, li għandu kontenut għoli ta’ plastik. Dawn l-esportazzjonijiet jikkontribwixxu għall-pressjonijiet ambjentali, partikolarment f'pajjiżi b'sistemi ta’ ġestjoni tal-iskart li ma tantx huma żviluppati. Il-ġarr illegali ta' skart tal-plastik jirrappreżenta wkoll telf importanti ta' riżorsi potenzjali u opportunitajiet mitlufa għal riċiklaġġ fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni reċentement ippubblikat komunikazzjoni[42] li tenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb ir-respons fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali. Din il-komunikazzjoni tirrikonoxxi li jista’ jintlaħaq xi titjib billi jittejjeb il-qafas eżistenti għall-ispezzjonijiet u s-sorveljanza.

3.           Ġestjoni tal-iskart tal-plastik u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi

L-adozzjoni ta’ metodi ta’ produzzjoni tal-plastik aktar sostenibbli u ġestjoni aħjar tal-iskart tal-plastik – b’mod partikolari rati ogħla ta’ riċiklaġġ - joffru potenzjal konsiderevoli għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Fl-istess ħin, huma jgħinu biex titnaqqas l-importazzjoni ta’ materja prima kif ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra. L-iffrankar tar-riżorsi jista’ jkun sinifikanti. Il-plastik huwa prodott kważi esklussivament miż-żejt, u fil-preżent, il-produzzjoni tal-plastik tikkonsma madwar 8% tal-produzzjoni taż-żejt dinji, li minnhom 4% bħala materja prima u 3-4% bħala enerġija għall-proċessi tal-manifattura[43].

Mill-perspettiva tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-prevenzjoni tar-rimi tal-iskart tal-plastik hija partikolarment importanti. Kwalunkwe rimi tal-plastik f'miżbla huwa ħela ċara ta’ riżorsi li għandha tiġi evitata favur ir-riċiklaġġ, jew ta' rkupru tal-enerġija bħala t-tieni l-aħjar alternattiva. Madankollu, ir-rati tal-plastik mormi fil-miżbliet jibqgħu għoljin f'diversi Stati Membri minħabba n-nuqqas ta’ alternattivi adatti u l-użu insuffiċjenti ta' strumenti ekonomiċi li ntwerew li huma effettivi.

Il-ħtieġa li jkunu salvagwardjati r-riżorsi naturali u li tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tista’ tkun ta’ xprun biex tiżdied is-sostenibbiltà fil-produzzjoni tal-plastik. Idealment il-prodotti kollha tal-plastik għandhom ikunu kompletament riċiklabbli u bi spejjeż raġjonevoli.

Ir-riċiklaġġ jibda diġà fil-fażi tad-disinn tal-prodott. Għalhekk, id-disinn tal-prodott għandu l-potenzjal li jsir waħda mill-għodod essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi[44] li ġie adottat dan l-aħħar.

Ir-rati baxxi ta’ riċiklaġġ u l-esportazzjoni ta' skart tal-plastik għall-ipproċessar mill-ġdid f'pajjiżi terzi huma telf importanti ta’ riżorsi li ma jiġġeddux, u tal-impjiegi, għall-Ewropa. Il-potenzjal għar-riċiklaġġ tal-plastik għadu ferm sotto-utilizzat. Pereżempju, l-Irish Marked Developement Program għar-riżorsi tal-iskart identifika (fost oħrajn) il-plastik bħala dak li joffri l-ikbar potenzjal għall-attività ta’ riċiklaġġ fl-Irlanda[45]. Fil-Ġermanja, fejn 60% tal-iskart tal-plastik qiegħed fil-preżent jiġi inċinerat, hemm ukoll skop wiesa’ sabiex tiżdied ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-plastik[46].

Fi studju riċenti, ir-riċiklaġġ tal-plastik u l-iffrankar tal-materjal instabu li jagħtu l-ogħla kontribut għall-iffrankar tal-impatt fuq it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi u l-ekotossiċità akkwatika tal-ilma ħelu. Produttività materjali akbar fil-plastik tipprovdi l-ogħla kontribut għal impatti ambjentali imnaqqsa. Fir-rigward tal-gassijiet b'effett serra, il-plastik, flimkien mal-bijomassa u l-metalli, wera l-akbar potenzjal għat-tnaqqis[47].

4.           Id-dimensjoni internazzjonali

Il-plastik huwa sors ewlieni ta’ tniġġis tal-baħar fuq livell globali. L-iskart tal-plastik jaqsam il-fruntieri u hemm bżonn ta’ azzjoni internazzjonali fir-rigward tal-iskart tal-plastik fil-baħar sabiex dan jiġi indirizzat b'mod effettiv. Dan kien rikonoxxut b'mod ċar fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Rio+20, f'Ġunju 2012.

Riżoluzzjonijiet riċenti tan-NU, ftehimiet ambjentali globali u deċiżjonijiet ta’ aġenziji internazzjonali ġibdu l-attenzjoni internazzjonali fir-rigward tal-problema. Il-ħames Konferenza internazzjonali dwar il-Ħmieġ tal-Baħar li saret f’Ħonolulu, koorganizzata mill-UNEP u n-NOAA[48] f'Marzu 2011, tista’ tkun l-ewwel pass lejn strateġija globali u pjanijiet ta' azzjoni dwar it-tniġġis tal-baħar bil-plastik. Hija identifikat is-sistemi ta’ ġestjoni tal-iskart, li ftit huma żviluppati f'ħafna partijiet tad-dinja, bħala l-kwistjoni prevalenti għaliex dawn huma l-fattur ewlieni li jaffettwa t-trasferiment tal-iskart tal-plastik ibbażat fuq l-art fl-ambjent tal-baħar. Il-bini tal-kapaċità fil-ġestjoni tal-iskart huwa qasam li fih hemm bżonn ta’ sforzi akbar[49].

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (POPs) hija rilevanti għall-plastik fis-sens li tirrestrinġi l-użu ta' ritardanti tal-fjammi kummerċjali bħal penta u otta bromodifenileter (BDE). Il-Konvenzjoni tipprojbixxi wkoll ir-riċiklaġġ ta’ materjali li jkun fihom il-POP bħal xi ritardanti tal-fjammi brominati .

Konvenzjonijiet Reġjonali tal-baħar bħal l-OSPAR, Barcelona, ta’ Helcom, u tal-Baħar l-Iswed jistgħu huma wkoll ikollhom rwol biex tiġi indirizzata l-problema tat-tniġġis fil-baħar. Pereżempju, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, fl-2012 adottat Dokument ta’ Politika u Qafas Strateġiku assoċjat għall-Ġestjoni tal-Ħmieġ fil-Baħar. Azzjoni taħt il-ftehimiet reġjonali tal-baħar tgħin ukoll lill-Istati Membri biex jimplimentaw aħjar l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima (MSFD) sabiex jilħqu jew iżommu stat ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar sal-2020.

5.           Għażliet politiċi għat-titjib tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa

Id-Direttiva dwar l-Iskart 2008/98/KE diġà wittiet it-triq għal ħsieb ġdid fil-ġestjoni tal-iskart. Hija tistabbilixxi r-responsabilità estiża tal-produttur (Artikolu 8) u tiddeskrivi xprunaturi qawwija u innovattivi għall-produzzjoni sostenibbli b'kont meħud tal-ċiklu tal-ħajja sħiħa tal-prodotti. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u operazzjonijiet oħra ta’ rkupru ta’ skart. Il-produtturi għandhom ikunu mħeġġa biex jinvolvu ruħhom fit-twaqqif ta’ punti ta' aċċettazzjoni għall-prodotti fi tmiem il-ħajja utli tagħhom. Huma jistgħu jinvolvu ruħhom fil-ġestjoni tal-iskart u jieħdu r-responsabilità finanzjarja għal dik l-attività. Huma għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli pubblikament fuq il-punt kemm prodott jista’ jerġa’ jintuża u fuq kemm huwa riċiklabbli. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jinkoraġġixxu d-disinn ta’ prodotti b'mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta’ skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti. Tali miżuri jistgħu jinkoraġġixxu żvilupp, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li huma tajbin għall-użu multiplu, teknikament durabbli u tajbin għall-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja ambjentalment sigura.

L-għażliet politiċi ppreżentati f'din it-taqsima jsegwu approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda bid-disinn tal-plastik. Huwa tassew ċar li d-disinn tal-plastik u tal-prodotti tal-plastik jista’ jaqdi rwol ewlieni għas-sostenibbiltà u jiddetermina stadji ulterjuri fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik. Pereżempju, ir-riċiklaġġ tal-plastik jiddependi b’mod estensiv fuq il-kompożizzjoni tal-materjali tal-plastik u fuq id-disinn tal-prodotti tal-plastik.

5.1.        Applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik

Bħala kwistjoni ta' prinċipju, ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik huwa għażla aħjar mill-irkupru tal-enerġija jew l-irdim fil-miżbliet. Għalkemm minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, mhux l-iskart kollu tal-plastik jista’ jkun xieraq għar-riċiklaġġ, ma hemmx raġunijiet tekniċi għalfejn il-plastik għandu jmur fil-miżbliet minflok jiġi riċiklat jew użat għall-irkupru tal-enerġija. Dan jista’ jsir permezz ta' tneħħija gradwali jew projbizzjoni tar-rimi tal-iskart tal-plastik fil-miżbliet permezz ta’ emenda għad-Direttiva 1999/31/KE dwar il-Miżbliet. Iż-żewġ għażliet huma diġà użati għall-bijoskart (tneħħija gradwali) u t-tajers, il-likwidi u l-isplussivi (projbizzjoni).

L-Istati Membri b'rati ta’ rimi fil-miżbliet taħt il-5%, bħall-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Iżvezja, id-Danimarka, il-Belġju, u l-Awstrija jiksbu rati ta’ bejn 80% u 100% tal-irkupru tal-iskart tal-plastik, inkluż ir-riċiklaġġ. Dawn il-pajjiżi kollha daħħlu fis-seħħ miżuri li jwasslu b'mod effettiv għad-devjazzjoni tal-iskart kombustibbli mill-miżbliet, ekwivalenti għal projbizzjoni tar-rimi fil-miżbliet. Il-maġġoranza tal-Istati Membri bi prestazzjoni iktar baxxa ma japplikaw l-ebda miżura bħal din u jibbażaw l-aċċettazzjoni ta’ skart fil-miżbliet fuq taxxi/tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet li xi kultant huma baxxi sa EUR 7 biss għal kull tunnellata.

Madankollu, xi Stati Membri b'rati ta’ rkupru għoljin u projbizzjonijiet għal rimi f’miżbliet, bħala medja għad għandhom rati modesti ta’ riċiklaġġ tal-plastik ta' madwar 28%[50]. Il-proporzjon attwali bejn riċiklaġġ tal-plastik u l-irkuprar tal-enerġija tal-iskart tal-plastik jista’ jiġi mtejjeb permezz ta' miżuri dwar il-ġbir separat, issortjar u rkupru ta’ materjal. Projbizzjoni fuq rimi fil-miżbliet li tiġġenera prevalenza awtomatika ta’ rkupru ta' enerġija fuq ir-riċiklaġġ ma tkunx konformi mal-ġerarkija tal-iskart. Jista’ jkun utli li nirriflettu dwar kif l-istrumenti ekonomiċi jistgħu jintużaw biex imexxu l-fluss ta’ skart mill-ġerarkija tal-iskart, u b'hekk jiġi evitat "l-effett ta’ vacuum cleaner" favur l-iskart għall-enerġija.

Medja ta’ kważi 50% tal-plastik fl-UE jmur fil-miżbliet, ħafna minnu imballaġġ. In-nuqqas komuni ta’ ġbir ta’ skart b’mod separat u n-nuqqas ta’ alternattivi oħrajn f'bosta Stati Membri jgħinu biex jispjegaw ir-rata għolja ta' rimi tal-plastik fil-miżbliet[51]. Il-plastik fil-miżbliet ma jikkontribwixxi xejn għall-irkupru ta’ materjal u l-irkupru ta’ enerġija u għalhekk huwa ineffiċjenti ħafna bħala riżors. Studju dwar projezzjonijiet tal-iskart li jista’ jiġi ġġenerat fl-Ewropa sal-2035 evalwa l-introduzzjoni ta’ linji politiċi b'saħħithom biex jestendu r-riċiklaġġ, u sab li l-plastik għandu l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali tal-iskart[52].

Mistoqsijiet:

(1) Jista’ l-plastik jiġi trattat b’mod xieraq fil-qafas leġiżlattiv eżistenti għall-ġestjoni tal-iskart jew jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi adattata?

(2) Kif jistgħu l-miżuri għal promozzjoni ta’ riċiklaġġ akbar tal-plastik jitfasslu aħjar sabiex jiżguraw impatti pożittivi għal kompetittività u tkabbir aħjar?

(3) L-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tar-rekwiżiti tat-trattament tal-iskart fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-miżbliet tnaqqas biżżejjed ir-rimi attwali tal-iskart tal-plastik fil-miżbliet?

(4) Liema miżuri jkunu adatti u effettivi biex jiġi promoss l-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-plastik minflok ir-rimi fil-miżbliet? Il-projbizzjoni tal-miżbliet għall-plastik tkun soluzzjoni proporzjonata jew żieda fit-taxxi fuq il-miżbliet u l-introduzzjoni ta' objettivi għal diversjoni jkunu biżżejjed?

(5) X’miżuri ulterjuri jistgħu jkunu xierqa biex jtellgħu l-irkupru tal-iskart tal-plastik aktar ’il fuq fil-ġerarkija tal-iskart u b'hekk jonqos l-irkupru tal-enerġija favur ir-riċiklaġġ mekkaniku? Tista’ taxxa għall-irkupru ta’ enerġija tkun miżura utli?

(6) Għandu l-ġbir tal-iskart kollu tal-plastik minn fuq l-għatba tal-bieb flimkien ma’ skemi ‘ħallas meta tarmi’ għall-iskart residwu jiġi promoss fl-Ewropa, jew saħansitra jsir obbligatorju?

5.2.        Ilħuq tal-miri, riċiklaġġ tal-plastik u inizjattivi volontarji

Miri u esportazzjoni ta’ skart tal-plastik

Madwar 16 Mt/sena ta’ skart tal-plastik jistgħu jiġu riċiklati jekk il-miri kollha ta’ riċiklaġġ attwali jiġu ssodisfati għall-iskart muniċipali solidu, l-iskart tal-kostruzzjoni u demolizzjoni (C&D), vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELV), Imballaġġ, Batteriji u WEEE. Din iċ-ċifra tissuġġerixxi li hemm madwar 9 Mt oħra ta’ skart tal-plastik (minn total ta’ 24,9 Mt) li mhumiex speċifikament koperti minn objettivi ta’ użu mill-ġdid/irkupru obbligatorji; prinċipalment plastik fl-għamara u t-tagħmir li mhux l-EEE[53]. Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ hija l-uniku strument legali tal-UE li jistabbilixxi objettiv ta’ riċiklaġġ speċifiku għall-imballaġġ tal-plastik. Jista’ jiġi kkunsidrat li jiġu stabbiliti aktar miri speċifiċi ta’ riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik lil hinn minn dak tal-iskart tal-imballaġġ tal-plastik.

Il-miri tar-riċiklaġġ fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-iskart setgħu wkoll taw spinta lill-provvista ta’ skart li jista’ jiġi riċiklat, bħalma tikkonkludi l-EEA[54]. Dan, flimkien mal-prezzijiet għoljin li tħallsu mill-ekonomija tal-Asja li qiegħda tikber u tissaħħaħ dejjem iktar, wasslu biex l-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik lejn l-Asja żdiedu b'mod esponenzjali matul l-aħħar 10 snin. Filwaqt li dan mhux oġġezzjonabbli fih innifsu, jista’ jiġi sostnut li r-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa huwa, f'termini ambjentali, għażla aħjar u li l-iskart tal-plastik esportat lejn pajjiżi barra mill-UE għandu jiġi riċiklat ġewwa faċilitajiet li jikkonformaw ma’ standards ekwivalenti għal dawk applikati fl-UE. L-esportazzjoni ta’ skart tal-plastik li jispiċċa ġewwa faċilitajiet li mhumiex skont l-istandards jew jintrema tista’ tmur kontra l-għan ambjentali ta’ konservazzjoni tar-riżorsi kif stabbilit fil-WFD.

(7) Huma meħtieġa miri speċifiċi għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik biex jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik? Liema tipi ta’ miżuri oħrajn jistgħu jiġu introdotti?

(8) Hemm il-ħtieġa li jiddaħħlu miżuri biex l-iskart ta’ plastik li jista’ jiġi riċiklat, u li jiġi esportat lejn pajjiżi terżi, ma jiġix riċiklat b’mod mhux skont l-istandards jew mormi?

Azzjoni Volontarja

L-azzjoni volontarja tista’ wkoll tgħin b'mod sinifikanti biex tittaffa l-problema tal-iskart tal-plastik fl-ambjent u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-użu tar-riżorsi. L-aktar mod faċli li tikkonviċni lil xi ħadd dwar dan huwa l-argument li l-iskart tal-imballaġġ tal-plastik jikkontribwixxi għal 63% tal-iskart tal-plastik totali ġġenerat. L-iffissar ta’ "linji gwida sostenibbli dwar l-imballaġġ" li għalihom il-produtturi u l-bejjiegħa għandhom jimpenjaw ruħhom jista’ jkun pass fid-direzzjoni t-tajba. Inizjattiva bħal din tista’ tinkludi iffissar ta’ parametri għall-kejl tas-sostenibilità tal-imballaġġ, l-aħjar tekniki disponibbli għall-produtturi tal-imballaġġ tal-plastik, sistema ta’ tikkettjar indipendenti biex tkejjel l-impronti individwali tal-konsumaturi, kampanji ta' informazzjoni li jżidu l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-perikli tal-plastik u tar-rimi tal-plastik u l-organizzazzjoni ta’ ġbir separat. Inizjattivi eżistenti bħall-Forum tal-Bejjiegħa bl-Imnut Ewropew, EUROPEN, il-pjattaforma fliexken PET u Vinyl 2010+ jistgħu jgħaqqdu l-inizjattivi tagħhom favur il-produzzjoni u r-rimi tal-plastik b’mod iktar sostenibbli. Skemi simili jistgħu jitwaqqfu għall-ġbir u l-irkupru ta’ plastik agrikolu mhux tal-imballaġġ li huwa faċli biex jiġi riċiklat minħabba l-kompożizzjoni kimika uniformi tiegħu. L-"Agricultural Waste Plastics Collection and Recovery Programme" tar-Renju Unit jista’ jservi bħala eżempju[55]. Inizjattivi simili jistgħu jikkonċentraw fuq plastik tal-WEEE u tal-ELV, li jammonta għal 10% tal-iskart tal-plastik Ewropew. Fl-aħħarnett, l-investiment tal-produtturi f’disinn tal-prodott imtejjeb għandu jsir xprunatur aktar importanti sabiex jitnaqqas l-iskart tal-plastik. L-Artikolu 8 tad-DQI (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) jipponta f'dik id-direzzjoni u l-adattament volontarju minn kmieni jista’ jwassal għal riżultati aħjar minn dak miksub permezz ta’ bidla imposta b’leġiżlazzjoni.

(9) Taħseb li aktar azzjoni volontarja, b'mod partikolari mill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut, tkun strument xieraq u effikaċi biex isir użu aħjar tar-riżorsi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tal-plastik?

5.3.        L-imġiba tal-konsumaturi titqiegħed fil-mira

Valorizzazzjoni tal-plastik

Il-plastik huwa pperċeput bħala materjal li fih innifsu ma għandu l-ebda valur. Din il-perċezzjoni tiffavorixxi r-rimi ta' skart. Madankollu, il-plastiks kollha huma materjali kumplessi u ta’ teknoloġija għolja li l-konsumaturi għandhom jivvalorizzaw sabiex ninċentivaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

Xi prodotti tal-plastik (eż. fliexken tax-xorb tal-PET) jistgħu jsiru soġġetti għal sistema ta’ depożitu u ritorn, li timmotiva lid-detentur tal-prodott fit-tmiem il-ħajja tiegħu biex jirkupra d-depożitu tiegħu billi jieħu l-oġġett lura fil-post imfassal apposta għall-ġbir, filwaqt li jiġu evitati r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni jew strutturi monopolistiċi. Għal ċerti oġġetti tal-plastik, mudelli intraprenditorjali ġodda bħal sistemi ta’ kiri, meta l-produttur jibqa’ l-proprjetarju tal-prodott, jistgħu jkunu għodda utli biex jiġi żgurat li l-oġġett jinġabar u jiġi ttrattat b'mod ambjentalment san.

Mistoqsijiet:

(10) Hemm lok fejn tiġi żviluppata sistema ta’ depożitu u ritorn jew sistemi ta’ kiri għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti tal-plastik? Jekk iva, kif jistgħu jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-kompetizzjoni?

Għoti tal-għarfien lill-konsumaturi sabiex ikunu jafu x’qegħdin jixtru

Konsumaturi infurmati jista’ jkollhom rwol deċiżiv fil-promozzjoni ta’ metodi ta' produzzjoni aktar sostenibbli għall-plastik u għall-prodotti tal-plastik u dan itejjeb ukoll l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Fl-immirar fuq l-imġiba tal-konsumaturi, informazzjoni ċara, sempliċi u konċiża tista’ tkun strumentali sabiex tinforma lill-konsumaturi dwar il-kontenut tal-plastik ta' prodott u l-addittivi/kuluri potenzjalment ta’ ħsara tiegħu, l-influwenza tagħhom fuq ir-riċiklaġġ u l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-użu tal-prodotti.

Tali informazzjoni tista’ wkoll tinkludi indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, bħalma huma, ir-riċiklabilità. il-kompostabilità u l-prestazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi ta’ prodotti tal-plastik. Għal ċerti prodotti tal-plastik, informazzjoni fuq il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabilità u kemm jista’ jissewwa tista’ wkoll tkun rilevanti.

Informazzjoni sħiħa fuq prodott għall-konsumatur fir-rigward tat-tip ta' plastik u r-riċiklabilità tiegħu tista tiġi pprovduta lil hinn mill-iskemi eżistenti, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru prodott tal-plastik. Riċiklabilità sempliċi u effettiva tista’ tiġi riflessa fil-prezz tal-prodott u tista’ tintuża bħala strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni. Informazzjoni bbażata fuq l-impronta ambjentali jew ekotikketti tista’ tintuża wkoll biex tiffaċilita għażla infurmata fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

Mistoqsija:

(11) Liema tip ta’ informazzjoni tqis meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu kontribut dirett għall-użu effiċjenti tar-riżorsi meta jagħżlu prodott tal-plastik?

5.4.        Lejn plastik aktar sostenibbli

Disinn tal-plastik għal riċiklaġġ minn nieqa sa nieqa faċli u ekonomiku[56]

Element importanti għall-kisba ta’ aktar sostenibbiltà fil-produzzjoni tal-plastik hu d-disinn tal-plastik innifsu. Filwaqt li, relattivament, ftit hemm plastiks bażiċi (polimeri), l-għadd kbir ta’ addittivi użati fil-produzzjoni tal-plastik jista’ jkun ostaklu kbir għar-riċiklaġġ tal-plastik jew jista’ jwassal għal aktar tnaqqis fir-riċiklaġġ milli riċiklaġġ minn nieqa sa nieqa.

It-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi fil-plastiks iżid ir-riċiklabilità tagħhom. It-tneħħija gradwali ta' dawn is-sustanzi kemm fil-prodotti ġodda kif ukoll f’dawk riċiklati tnaqqas ukoll ir-riskji assoċjati mal-użu tagħhom. Il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi jissuġġerixxi li sal-2020, is-Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna rilevanti għandhom jitpoġġew fuq il-Lista ta' Kandidati tar-Regolament REACH li tkun taqbad l-addittivi tal-plastik rilevanti.

Fluss adegwat ta’ informazzjoni mill-produtturi għar-riċiklaturi huwa importanti wkoll. Skedi tad-dejta tas-sikurezza ċari għall-pelits tal-plastik użati mit-trasformaturi tal-plastik jistgħu jtejbu r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja. Tikkettar u informazzjoni dwar il-kontenut kimiku ta’ plastik imwassal għand it-trasformaturi, inkluż dwar l-addittivi kollha, jista’ jkollhom rwol utli wkoll.

Mistoqsija:

(12) Liema bidliet fid-disinn kimiku tal-plastik jistgħu jtejbu ir-riċiklabilità tagħhom?

(13) Kif tista’ l-informazzjoni dwar il-kontenut kimiku tal-plastik tkun disponibbli għall-atturi kollha fil-katina tar-riċiklaġġ tal-iskart?

Sfidi ġodda permezz ta’ materjali innovattivi

Riskji ġodda jistgħu jinħolqu mill-użu ta’ materjali innovattivi bħan-nanomaterjali, pereżempju fi fliexken magħmulin minn polietilentereftalat (PET) [57] jew l-imballaġġ inġenerali, jew li jipprovdu penetrazzjoni selettiva tal-gass fl-imballaġġ tal-ikel, jew minn nanosensers għall-kxif tat-taħsir tal-ikel[58]. L-approċċ tal-UE huwa li jiġu evalwati r-riskji ta’ nanomaterjali individwali, każ b'każ. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskji ambjentali u tas-saħħa potenzjali hija diffiċli minħabba l-iskarsezza ta’ dejta ambjentali u tossikoloġika. Definizzjoni Ewropea komuni li teżisti bħalissa ta’ nanomaterjali tista’ tiffaċilita kemm il-ġenerazzjoni kif ukoll il-ġbir b’mod aktar effettiv ta’ tali dejta rilevanti[59].

L-użu dejjem jiżdied ta’ mikroplastiks verġni huwa wkoll kwistjoni ta' tħassib. F'xi prodotti tal-konsumatur, bħall-kremi tal-għarik u ġellijiet tad-doċċa, il-produtturi jżidu il-mikroplastik minflok partikoli tal-għorik naturali. Dawk il-partikoli jistgħu jispiċċaw fl-ibħra peress li s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ilma mhumiex mgħammra biex iżommu dan il-materjal lura.

Mistoqsija:

(14) Kif jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod l-isfidi li joħorġu mill-użu tal-mikroplastik fi prodotti jew proċessi industrijali u ta’ nanopartikoli?

5.5.        Durabilità tal-plastik u ta’ prodotti tal-plastik

Bosta sfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik, bħal volumi dejjem jiżdiedu u l-plastik fil-baħar, huma dovuti għad-durabilità estrema tal-materjali tal-plastik, li normalment jgħixu iktar mill-prodotti li qegħdin fihom. Il-problemi jaggravaw meta l-prodotti tal-plastik ikunu iddisinjati speċifikament għal użu waħdieni jew għal medda ta’ ħajja qasira, jew meta l-ħajja tagħhom tkun deliberatament imqassra.

Disinn tal-prodott għal ħajja itwal, użu mill-ġdid u tiswija

Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fil-produzzjoni u l-konsum ta’ oġġetti tal-plastik, u sabiex jiġi evitat it-telf ta' riżorsi mhux rinnovabbli naturali, oġġetti tal-plastik għandhom ikunu mfassla biex tiġi mmassimizza d-durabilità tagħhom. Hemm bosta funzjonijiet avversi li jagħmlu dan l-għan diffiċli biex jintlaħaq, bħall-ħruġ mill-użu[60] ippjanat jew tekniku, kif ukoll disinji li jagħmlu t-tiswija ta’ prodotti tal-plastik mhux ekonomika jew saħansitra teknikament impossibbli.

Spiss, id-disinn tal-prodotti tal-plastik bħal tagħmir elettriku u elettroniku ma jkunx maħsub biex jerġgħu jintużaw. Minħabba li d-disinn jista’ jkun biss għodda għall-kummerċjalizzazzjoni, anke passi żgħar fl-innovazzjoni teknika huma spiss użati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott kompletament ġdid minflok ma tintgħażel sistema modulari mfassla b’tali mod li s-sostituzzjoni tal-komponenti innovattivi tkun irħisa u faċli. Pereżempju huwa komuni li jinbiegħ laptop tal-plastik kompletament ġdid meta sostituzzjoni sempliċi taċ-ċippa tas-CPU tista' tkun teknikament biżżejjed biex taġġorna l-apparat.

Kull disinn li deliberatament jagħmel il-prodotti tal-plastik impossibbli li jissewwew għandu jiġi evitat[61]. L-iżvilupp tar-rekwiżiti jew linji gwida għall-abilità ta’ prodott tal-plastik li jintuża mill-ġdid u li jissewwa hija għażla li għandha tiġi esplorata. Xi xogħol fuq l-iżvilupp ta’ metodoloġiji biex jitkejjel l-użu mill-ġdid ta' prodotti diġà beda[62]. Soluzzjoni minnhom tista’ tkun l-iżvilupp tar-regoli tal-ekodisinn, li jistabbilixxu kriterji partikolari fuq, l-abilità tal-użu mill-ġdid, id-durabilità, it-tiswija u l-kostruzzjoni modulari, kif diġà previst fl-Art. 9 (1) tad-WFD.

(15) Għandha l-politika għad-disinn tal-prodott tindirizza l-ħruġ mill-użu ppjanat ta’ prodotti tal-plastik u timmira lejn it-tisħiħ tal-użu mill-ġdid u d-disinn modulari sabiex timminimizza l-iskart tal-plastik?

(16) Jistgħu regoli ġodda dwar l-ekodisinn ikunu ta' għajnuna biex ikun possibbli li l-prodotti tal-plastik jintużaw mill-ġdid aktar u jkollhom durabilità akbar?

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba u għal żmien qasir.

Mill-perspettiva tal-prevenzjoni tal-iskart u tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, huwa mixtieq li jittieħdu miżuri biex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ prodotti ta’ ħajja qasira u ta' użu ta’ darba li jintremew (bħal basktijiet tal-plastik), jekk ibbażat fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) u analiżi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF) [63].

Aġġeġġi tal-plastik irħas, ippakkjati b’mod sekondarju ma’ prodotti tal-konsumatur, oġġetti ta’ divertiment, ġugarelli b'ħajja qasira u kategoriji simili ta’ prodotti huma ġeneralment disponibbli bi prezzijiet li ma jirriflettux l-ispejjeż ambjentali kollha tagħhom, inkluż il-ġestjoni tal-iskart. L-istess japplika għall-prodotti ta’ użu ta’ darba bħal basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik ta’ użu ta’ darba.

Il-basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik huma emblematiċi tas-soċjetà moderna tal-konsumatur, ħfief, prattiċi, mingħajr valur, ħafna drabi jintremew wara użu ta’ darba. Madankollu l-pressjoni ambjentali maħluqa mill-basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik hija konsiderevoli. Fl-2010, kien hemm 95.5 biljun basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik (1.42 Mt) li tqiegħdu fis-suq tal-UE, ħafna minnhom (92%) huma għal użu ta’ darba. Aktar inkwetanti, il-basktijiet tal-plastik iżidu bla bżonn mat-tagħbija ta’ skart tal-plastik fl-ambjent tal-baħar, u jkollhom l-istess effett detrimentali bħal skart ieħor tal-plastik. Bħala eżempju impressjonanti, il-boroż tal-plastik ammontaw għal 73% tal-iskart miġbur mit-trawlers tul il-kosta tat-Toskana[64]. Wara l-konsultazzjoni pubblika dwar basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik li saret fis-sajf 2011, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda (bħala inizjattiva separata) tivvaluta għażliet li bihom jitnaqqsu l-basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik ta’ użu ta’ darba.

L-iżvilupp ta’ strumenti ibbażati fuq is-suq abbażi ta' indikaturi tal-impatt ambjentali jista’ jkun għażla li tiggwida l-produzzjoni u l-konsum lil hinn minn prodotti tal-plastik ta' ħajja qasira u ta’ użu ta’ darba li jintremew. Dan finalment isib il-ġustifikazzjoni tiegħu fil-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

B'mod aktar ġenerali, il-prezzijiet jistgħu jkunu mgħawwġin u jiddiskriminaw kontra prattika ambjentali soda[65]. Sistema li tirrifletti l-ispejjeż ambjentali reali mill-estrazzjoni ta’ materja prima għall-produzzjoni, distribuzzjoni u rimi tinkoraġġixxi produzzjoni aktar sostenibbli u tikkumpensa għall-fallimenti tas-suq. Akkwist pubbliku ekoloġiku u strumenti finanzjarji bħal taxxi ambjentali jistgħu jgħinu wkoll biex tittejjeb din is-sitwazzjoni.

Mistoqsijiet:

(17) Għandhom jiġu introdotti strumenti bbażati fuq is-suq biex jipprovdu riflessjoni aktar preċiża tal-ispejjeż ambjentali mill-produzzjoni tal-plastik sar-rimi finali?

(18) Kif jista’ jiġi indirizzat bl-aħjar mod il-piż tal-iskart ippreżentat mill-prodotti tal-plastik ta' ħajja qasira u ta’ użu ta’ darba li jintremew?

5.6.        Promozzjoni tal-plastik bijodegradabbli u tal-bijoplastik

Plastik bijodegradabbli

Prodotti tal-plastik bijodegradabbli[66] spiss jitqiesu bħala soluzzjoni potenzjali għar-rimi tal- plastik u ġibdu aktar l-attenzjoni pubblika. Minkejja li għadha segment żgħir tas-suq, il-produzzjoni tal-plastik bijodegradabbli llum topera b'kapaċità ta' skala industrijali, b'żieda mbassra fl-Ewropa minn 0.23 Mt/pa fl-2007 għal 0.93 Mt/pa fl-2011[67].

It-terminu "bijodegradabbli" nnifsu jista’ jinftiehem ħażin mill-konsumaturi. Filwaqt li dawn jistgħu jinterpretaw li t-tikketta "bijodegradabbli" tfisser tajbin għall-kompostaġġ f’livell domestiku, fir-realtà, il-maġġoranza l-kbira tal-plastik bijodegradabbli jista’ biss ikun bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet speċifiċi ferm b’temperatura u umdità għolja b'mod kostanti f'installazzjonijiet industrijali tal-kompostaġġ u la jkunu tajbin għall-kompostaġġ f’livell domestiku u lanqas ma jiddekomponu fi żmien raġonevoli meta jintremew[68]. Jista’ jkun hemm bżonn li ssir distinzjoni ċara bejn plastiks kompostabbli f’livell domestiku u dawk kompostabbli industrijalment, flimkien ma’ edukazzjoni tal-konsumatur dwar il-mezzi tar-rimi x-xierqa. Il-konfużjoni tista’ twassal sabiex il-konsumaturi ma jagħtux kas biżżejjed meta jiġu biex jarmu, minħabba interpretazzjoni żbaljata tagħhom li l-oġġetti ttikkettjati bħala bijodegradabbli, taħt kundizzjonijiet naturali, jitmermru f’perjodu ta' żmien qasir.

Hemm ukoll dikjarazzjonijiet dwar il-bijodegradabilità li għandhom jiġu skrutinizzati. Pereżempju, il-frammentazzjoni tal-plastik imsaħħaħ b'aġent ossidanti (normalment melħ tal-metall) fil-preżenza tal-ossiġenu, tas-sħana u tad-dawl UV tirriżulta fi frak mikroskopiku tal-plastik b’karatteristiċi simili bħal dawk tal-plastik bl-ingrossa. Ir-residwi tal-ossodegradazzjoni jista’ jkollhom impatti mhux ċari[69]. Il-plastiks ossodegradabbli jistgħu jirriskjaw li jikkontribwixxu sabiex it-tagħbija tal-mikroplastiks tilħaq l-ambjent tal-baħar u għalhekk tista' żżid b'mod sinifikanti r-riskju ta’ inġestjoni mill-annimali[70]. Il-preżenza ta’ aġenti ossidanti fil-flussi tal-iskart tal-plastik tista’ wkoll tagħmel ir-riċiklaġġ tal-plastik[71] aktar diffiċli. Għandu jiġi evalwat jekk l-użu tat-terminu ‘bijodegradabbli’ huwiex permissibbli f'dan il-każ.

Mistoqsija miftuħa oħra hija sa liema punt jista’ l-plastik bijodegradabbli jkun soluzzjoni għat-tniġġis tal-baħar mill-plastik. Id-dekompożizzjoni fl-ambjent tal-baħar tiddependi fuq ħafna fatturi, bħat-tip ta’ prodott, il-preżenza suffiċjenti ta’ mikro-organiżmi rilevanti, it-temperatura tal-ilma u d-densità tal-prodott. F'xi provi li saru minn Plastral Fidene, taħlita ta’ lamtu-PCL[72] instab li tiddegrada f’20 sa 30 ġimgħa fl-ilmijiet Awstraljani filwaqt li tkun kapaċi tiddegrada f’20-30 jum fil-kompost[73]. Barra minn hekk, ħafna plastiks bijodegradabbli ma jistgħux jiddegradaw fl-imsaren tal-ispeċi tal-baħar u d-dannu fiżiku fuqhom x'aktarx li jibqa’ problema.

Hemm bosta ostakli sabiex il-plastik bijodegradabbli jikseb penetrazzjoni tas-suq fi żmien qasir. Mingħajr progress tekniku ulterjuri f'termini tal-kwalitajiet funzjonali tagħhom, il-plastiks jistgħu ma jkunux adatti għal xi tipi ta' applikazzjonijiet tal-imballaġġ, pereżempju għall-ikel frisk[74]. Ktajjen eżistenti tal-manifattura, li huma mdorrijin jużaw il-petroplastiks, jistgħu jeħtieġu adattament li jiswa ħafna flus biex jaħdem bi plastiks bijodegradabbli[75]. L-influwenza eżatta tal-plastik bijodegradabbli fuq ambjenti akkwatiċi, kif ukoll it-tossiċità tal-kompost, għad iridu jiġu investigati aktar[76]. Sistemi ta’ trattament tal-iskart diġà fis-seħħ għadhom mhumiex kapaċi jisseparaw b’mod suffiċjenti l-plastik bijodegradabbli mill-plastik konvenzjonali li jista’ jipperikola l-proċessi ta' riċiklaġġ. Adattament tekniku jista’ jżid l-ispejjeż tas-separazzjoni minħabba li probabbilment ikun meħtieġ tagħmir iktar sofistikat.

F'dak li jirrigwarda l-kompostaġġ tal-plastik bijodegradabbli, ikun hemm bżonn ta’ investiment f’faċilitajiet ta’ kompostaġġ li jipprovdu biżżejjed ipproċessar minn qabel kif ukoll ta’ proċess ta' kompostaġġ adegwat.

(19) Liema huma l-applikazzjonijiet li għalihom il-plastik bijodegradabbli jistħoqqlu li jiġi promoss, u liema kundizzjonijiet ta’ qafas għandhom japplikaw?

(20) Ikun xieraq li jissaħħu r-rekwiżiti legali eżistenti billi ssir distinzjoni ċara bejn plastiks kompostabbli b’mod naturali u dawk teknikament bijodegradabbli, u għandha din id-distinzjoni tkun soġġetta għal informazzjoni obbligatorja?

(21) Taħseb li l-użu ta’ plastik ossodegradabbli jeħtieġ xi tip ta’ intervent bl-iskop li jissalvagwardja l-proċessi ta' riċiklaġġ, u jekk iva, fuq liema livell?

Prodotti Bijoplastiċi

Waqt li s-suq għadu ddominat b'aktar minn 99% minn plastik ibbażat fuq iż-żejt[77], hemm suq emerġenti u li qed jikber għall-plastik b’bażi bijoloġika (prodotti bijoplastiċi) prodott minn riżorsi rinnovabbli[78]. Il-prodotti bijoplastiċi attwali huma ġeneralment magħmulin minn lamtu f'forma estratta mill-qamħirrum, ross, zokkor tal-kannamieli jew mill-patata.

Il-prefiss "bijo" (bio-based) għall-prodotti bijo-, huwa definit b'mod ċar mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN)[79]. Madankollu, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati b'mod sħiħ li dan jirrigwarda l-oriġini tar-riżorsa u mhux il-ġestjoni fit-tmiem tal-ħajja. Għalkemm il-maġġoranza tal-plastik bijodegradabbli bħalissa huwa bijoplastik, il-plastiks bijodegradabbli jistgħu jsiru wkoll minn riżorsi bbażati fuq iż-żejt jew taħlita ta' dawk ibbażati fuq iż-żejt u dawk bijoplastiċi Barra minn hekk, xi bijopolimeri, bħalma huma l-polietilen (PE) minn bijoetanol, mhumiex bijodegradabbli. Il-kompetizzjoni mal-produzzjoni tal-ikel, diġà diskussa b’mod ġenerali fil-kuntest tal-bijokarburanti, hija kwistjoni problematika u kkontestata ħafna dwar il-bijoplastiċi. Żieda sinifikanti fil-produzzjoni tal-bijoplastik għal livell komparabbli ma’ plastiks konvenzjonali tista’ tagħmel impatt negattiv fuq il-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel li jintużaw biex jagħmlu l-bijoplastik. Dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-ekonomiji li qed jiżviluppaw u l-ekonomiji fi tranżizzjoni. Ġiet iddokumentata rabta bejn iż-żidiet fil-prezzijiet tal-qamħ wara ż-żieda fil-produzzjoni tal-etanol fl-2008 fl-Istati Uniti[80]. Dan jista’ jwassal għal żieda fl-użu tal-art u fil-prezzijiet tal-materja prima, kif ukoll f’telf tal-bijodiversità permezz ta’ trasformazzjoni ta’ art mitluqa u foresti f’għelieqi, li jżid il-konsum agrikolu tal-ilma u fertilizzanti. Dan it-tħassib ma jkunx japplika għall-bijoplastiċi magħmulin mill-iskart agrikolu u prodotti sekondarji tal-għelejjel tal-ikel jew alga tal-ilma mielaħ.

Mistoqsija:

(22) Kif għandhom jiġu ikkunsidrati l-bijoplastiċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik u l-konservazzjoni tar-riżorsi? Għandu jiġi promoss l-użu tal-bijoplastik?

5.7.        Inizjattivi tal-UE li jindirizzaw l-iskart tal-baħar li jinkludi iskart tal-plastik

Id-Direttiva Qafas għal Strateġija Marittima (MFSD) 2008/56/KE timmira li tikseb status ambjentali tajjeb (GES) għall-ilmijiet tal-baħar kollha sal-2020. Id-Direttiva tidentifika l-iskart tal-baħar bħala wieħed mill-fatturi li jiddeterminaw il-GES li għalih "il-proprjetajiet u l-kwantitajiet ta’ rifjuti fil-baħar ma jikkawżawx dannu għall-ambjent kostali u tal-baħar." L-iskart tal-baħar jinkludi t-tipi kollha ta’ skart. Madankollu, studji wrew li l-maġġoranza tal-iskart li jinstab fl-ibħra tagħna u fl-oċeani huwa plastik.

Fl-2010, il-Kummissjoni spjegat il-kriterji għall-Istati Membri biex jivvalutaw l-istatus ambjentali tal-ibħra tagħhom fil-kuntest tal-MSFD[81]. Bosta minn dawn il-kriterji jirrigwardaw l-iskart tal-baħar. Grupp ta’ Ħidma dwar l-iskart tal-baħar żviluppa ħarsa ġenerali tad-dejta eżistenti u l-metodoloġiji għall-monitoraġġ tal-iskart tal-baħar, kif meħtieġ mill-MSFD. Dan il-grupp ta’ Ħidma enfasizza kemm il-gravità tal-kwistjoni kif ukoll il-ħtieġa urġenti li ssir aktar riċerka kkoordinata ħalli jkun żgurat approċċ komuni għall-monitoraġġ u l-mitigazzjoni. Il-grupp jibqa’ jaħdem fuq (inter alia) l-armonizzazzjoni tal-monitoraġġ, jistma l-ispejjeż involuti u jevalwa l-ħsara kkawżata mill-iskart tal-baħar[82].

B'mod parallel, il-Kummissjoni bdiet djalogu mal-partijiet interessati (produtturi tal-plastik, ir-riċiklaturi, bejjiegħa bl-imnut, l-industrija tal-imballaġġ, l-awtoritajiet tal-port u tat-tbaħħir, l-NGOs) biex jiżviluppaw sħubiji u azzjonijiet volontarji biex jindirizzaw l-iskart tal-baħar. Barra minn hekk, hemm numru ta’ proġetti u inizjattivi għaddejjin li għandhom fil-mira tagħhom il-fehim aħjar tas-sorsi u tal-impatti tar-rifjuti fil-baħar kif ukoll is-soluzzjonijiet possibbli. Ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi u l-miżuri potenzjali li jindirizzaw din il-problema hija mogħtija separatament fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2012) 365.

L-implimentazzjoni b'suċċess tal-politika tal-iskart hija prerekwiżit ewlieni biex jiġi evitat li l-iskart tal-plastik jidħol fl-ambjent tal-baħar. Qegħdin isiru diskussjonijiet dwar iffissar ta’ miri biex jiggwidaw l-isforzi tal-politika u biex jissorveljaw is-suċċess tagħhom (eż. fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni Ministerjali tal-OSPAR 2010). Ir-rappurtar li jmiss taħt l-MSFD u l-proġetti li għaddejjin għandhom jippermettu l-iżvilupp ta’ linja ta’ referenza bażi għall-UE fl-2013 li tista’ tintuża biex jiġu stabbiliti benchmarks, tragwardi u miri għall-politika.

F’xi Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali, qegħdin jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni dwar rifjuti fil-baħar. Għall-Mediterran, l-istrateġija dwar ir-rifjuti fil-baħar ġiet approvata fi Frar 2012[83]. Għall-Grigal tal-Atlantiku, mal-pjan ta’ azzjoni marittima, "Is-sajd għall-iskart" sejjer jiġi implimentat f’aktar żoni tal-Konvenzjoni. Barra minn hekk, hemm ħafna inizjattivi fuq livell tal-UE, inklużi l-iżviluppi politiċi li jqisu dejjem aktar l-impatti tal-iskart fil-baħar, bħar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Faċilità ta’ Akkoljenza fil-Port (ara CSWD għal ħarsa ġenerali aktar sħiħa). Il-politika tal-UE diġà tipprovdi bosta dispożizzjonijiet li, jekk implimentati b'mod sħiħ, sejrin inaqqsu l-problema tar-rifjuti fil-baħar b'mod sinifikanti. Din il-Green Paper tistipula għadd ta’ għażliet politiċi ulterjuri li jgħinu biex jitnaqqas l-iskart tal-baħar. Madankollu, hemm ħafna azzjonijiet oħra barra mill-ambitu ta’ din il-Green Paper li jeħtieġ li jittieħdu, bħat-twettiq ta' studji fl-imġiba għat-titjib tal-fehim ta’ kif għandu jiżdied l-għarfien tal-konsumatur.

Waħda mit-tali azzjonijiet hija li titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi, li diġà nkisbet f'bosta Stati Membri, reġjuni u komunitajiet permezz ta', pereżempju, organizzazzjoni ta’ ġranet ta' tindif tal-bajjiet. Inizjattivi bħal dawn huma numerużi u jsiru fuq livelli differenti fi ġranet differenti, madankollu, m'hemm ebda koordinazzjoni fuq livell tal-UE tal-attivitajiet li għaddejjin bħalissa, inkluż dawn l-avvenimenti li jżidu l-għarfien.

Mistoqsijiet:

(23) Liema azzjonijiet oħrajn għajr dawk deskritti f'din il-Green Paper jistgħu jkunu previsti biex inaqqsu r-rifjuti fil-baħar? Għandhom uħud mill-azzjonijiet tal-iskart tal-baħar relatati jiġu kkoordinati fuq livell tal-UE (eż. billi jitwaqqaf Jum Ewropew ikkoordinat għat-Tindif Kostali biex jiżdied l-għarfien)?

(24) Fil-proposta tagħha għal Programm ġdid ta’ Azzjoni Ambjentali, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tiġi stabbilita mira għat-tnaqqis kwantitattiv għall-iskart tal-baħar madwar l-UE kollha. Kif jista’ l-iffissar ta' tali mira jipprovdi valur miżjud għall-miżuri li jnaqqsu l-iskart tal-plastik b’mod ġenerali? Kif tista’ tiġi żviluppata tali mira?

5.8.        Azzjoni internazzjonali

L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Basel (BC) jobbliga lill-partijiet biex jiżguraw id-disponibilità ta' faċilitajiet tar-rimi adegwati għall-ġestjoni ambjentalment soda ta’ skart perikoluż u ta’ skart ieħor, li għandhom jitqegħdu safejn possibbli fit-territorju tal-parti, ikun xi jkun il-post tar-rimi tagħhom. Dan ir-rekwiżit ġenerali japplika wkoll għall-iskart tal-plastik.

Il-"qafas strateġiku ġdid" għall 2012 - 2021, adottat fl-għaxar Konferenza tal-Partijiet (CoP) tal-Konvenzjoni ta' Basel fl-2011 jinkludi l-ġestjoni ambjentalment soda (ESM) fil-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-iskart fil-miri strateġiċi tiegħu. Il-CoP iddeċiediet ukoll li tinkariga grupp ta’ esperti tekniċi biex jiżviluppaw qafas għall-ġestjoni ambjentalment soda tal-iskart fuq livell internazzjonali[84]..

Aktar reċentement, is-Sħubija Globali dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (GPWM) UNEP IETC[85] stabbilita fl-2010, qiegħda tipprova tippromwovi approċċ olistiku fuq il-ġestjoni tal-iskart fuq livell internazzjonali, li jservi bħala pjattaforma biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fost il-partijiet interessati. Qegħdin jiġu żviluppati pjanijiet ta’ ħidma għal oqsma fokali sponsorjati bħall-ġestjoni ta’ skart solidu, skart tal-baħar u l-minimizzazzjoni tal-iskart, kollha ta' importanza kruċjali għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik fuq livell internazzjonali. Żona fokali għall-iskart tal-plastik tista’ tiġi kkunsidrata.

Il-"politika l-ġdida tal-viċinat" tal-UE (ENP) u l-politika ta’ qabel l-adeżjoni jista’ jkollhom rwol utli fil-promozzjoni ta' azzjoni għat-titjib tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik u fl-indirizzar tal-isfidi attwali. Pereżempju, l-involviment tal-Istati ġirien fin-Nofsinhar tal-Mediterran u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa ferm essenzjali biex jintlaħaq l-istat ambjentali tajjeb - mingħajr plastik - tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed[86].

L-iskart tal-plastik fil-baħar għandu jkun ukoll kwistjoni mqajma permezz ta’ diskussjonijiet / fora / pjanijiet ta' azzjoni eċċ (ENP) bilaterali u reġjonali. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa ċara għall-irbit ta’ dawn l-oqfsa u azzjonijiet ta’ politika mal-azzjonijiet fil-kuntest tal-UNEP, bħall-Programm ta' Azzjoni tal-Mediterran biex isaħħu l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni ta’ Barċellona u jimminimizzaw l-impatt tar-rifjuti fil-baħar tal-plastik

Is-Samit Rio+20 offra l-opportunità li tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-rifjuti fil-baħar fuq livell globali. Id-dokument finali rrikonoxxa l-ħtieġa għal sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-inċidenza u l-impatti tat-tniġġis tal-baħar, inkluż id-debris tal-baħar, speċjalment tal-plastik, minn numru ta’ sorsi marittimi u terrestri, li jinkludu t-tbaħħir u l-iskol mill-art. Sar impenn konkret li tittieħed azzjoni sal-2025, ibbażata fuq dejta xjentifika miġbura, biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fid-debris tal-baħar sabiex tiġi evitata ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar.

Mistoqsijiet:

(25) Għandha l-UE tagħti prijorità ogħla lill-iskart tal-plastik fil-qafas tal-"Politika l-Ġdida tal-Viċinat" tagħha, b'mod partikolari sabiex jitnaqqas ir-rimi tal-plastik fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed?

(26) Kif tista’ l-UE tippromwovi b'mod iktar effettiv l-azzjoni internazzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni tal-iskart tal-plastik mad-dinja kollha?

[1]               COM(2011) 571.

[2]               Gerhard Pretting/Werner Boote, Plastic Planet, Ornage Press, Freiburg 2010, p.8.

[3]               In depth report Plastic Waste: Ecological and Human Health Impacts, Science for Environment Policy, Novembru 2011, p.1.

[4]               (BIOIS) Plastic waste in the Environment, final report, Il-Kummissjoni Ewropea, Novembru 2010, http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/plastics.pdf.

[5]               KPMG International (2010). The future of the chemical industry.

[6]               Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 163.

[7]               Wurpel G.,Van den Akker J.,Pors J., Ten Wolde, Plastics do not belong in the ocean. Towards a roadmap for a clean North Sea. IMSA Amsterdam (2011), p. 39.

[8]               L-istatistiċi tal-Istati Membri ġeneralment jirrapportaw biss fuq l-imballaġġ tal-plastik. L-ammont attwali ta’ skart tal-plastik jista' jitqies li huwa ogħla. Ara: FORWAST,2010, Policy recommendations, p. 43. (http://forwast.brgm.fr/Documents/Deliverables/Forwast_D63.pdf).

[9]               (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p. 73.

[10]             Operazzjoni ta’ rkupru skont l-Anness II, R 1, tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

[11]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 123.

[12]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, op.cit., p. 122 ff.

[13]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p. 123.

[14]             WBCSD, Vision 2050, http://www.wbcsd.org/templates/TemplateWBCSD5/layout.asp?type=p&MenuId =MTYxNg&doOpe.

[15]             Plastics Europe, plastics – the facts, 2012, p.5.

[16]             Friends of the Earth, Rapport ta’ Settembru 2010, more jobs, less waste, p. 16, p. 31.

[17]             Plastics Europe, loc.cit., p 5.

[18]             Plastics Europe, loc.cit., p. 12.

[19]             Wurpel G. et al, loc cit., p. 13.

[20]             UNEP, 2009, Marine Litter: A global challenge, http://www.unep.org/pdf/unep_marine_litter-a_global_challenge.pdf.

[21]             Fenomenu li permezz tiegħu ċapep kbar ta' xbieki tas-sajd mitluqin iżommu f'wiċċ l-ilma u jaqbdu b’mod mhux intenzjonali ammonti kbar ta' ħut.

[22]             Qrib bliet kbar u widien f'qiegħ il-baħar, id-densità tista’ testendi għal 100.000 biċċa kull /km2. Ara wkoll: Wurpel,G. loc.cit., p. 32, 35.

[23]             Il-maġġoranza tal-addittivi huma mili u rinforzamenti, plastiċizzanti, koloranti, stabbilizzaturi, għajnuniet għall-ipproċessar, retardanti tal-fjammi, perossidi u antistati, kull wieħed jirrappreżenta familja sħiħa ta' kimiċi.

[24]             Mato Y., Isobe T., Takada H., Kanehiro H., Ohtake C. u Kaminuma T. (2001) “Plastic resin pellets as a transport medium for toxic chemicals in the marine environment” minn Environmental Science and Technology 35(2): 318-324.

[25]             Rios, L.M., Moore, C. u P.R. Jones (2007) “Persistent organic pollutants carried by synthetic polymers in the ocean environment” in Marine Pollution Bulletin 54: 1230-1237.

[26]             Rios, L.M., Jones, P.R., Moore, C. u U. Narayan (2010) “Quantification of persistent organic pollutants adsorbed on plastic debris from the Northern Pacific Gyres’ “Eastern Garbage Patch””, aċċettat fil-Journal of Environment Monitoring.

[27]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 117.

[28]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 114.

[29]             UNEP yearbook; Emerging issues in global environment, Nairobi 2011; GESAMP (2010,IMO/FAO/UNESCO-IOC/UNIDO/WMO/IAEA/UN/UNEP Joint Group of Experts on the Scientific Aspects of Marine Environmental Protection); Bowmer, T. u Kershaw, P.J., 2010 (Eds.), Proceedings of the GESAMP International Workshop on plastic particles as a vector in transporting persistent, bio-accumulating and toxic substances in the oceans. GESAMP Rep. Stud. No. 82, 68 pp., p.8.

[30]             UNEP (2005). Marine litter, an analytical overview: http://www.unep.org/regionalseas/marinelitter/publications/docs/anl_oview.pdf.

[31]             Liffman M. u Boogaerts (1997) “Linkages between land-based sources of pollution and marine debris” in Marine Debris. Sources, Impacts, Solutions pp 359-366.

[32]             Browne, M.A., Crump, P., Niven, S.J., Teuten, E., Tonkin, A., Galloway, T., Thompson, R. (2011). Accumulation of microplastics on shorelines worldwide: sources and sinks. Environ Sci Technol, 45(21), 9175-9179.

[33]                    Derraik J.G.B (2002) “The pollution of the marine environment by plastic debris: a review” f’Marine Pollution Bulletin 44:842-852.

[34]             Direttiva dwar il-Batteriji 2006/66/KE, ĠU L 266, 26.0.2006, p. 1-14, Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw. ĠU L 269, 21.10.2000, p.34; Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ 1994/62/KE, ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10–23; Direttiva dwar PCB/PCT, 1996/59/KE, ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31–35; Direttiva dwar il-ħama tad-drenaġġ, 1986/278/KEE; ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6–12.

[35]             B’mod speċjali, l-Artikolu 2.7 (d).

[36]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p. 74.

[37]             Studju ta’ segwiment dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’miżbliet UE-25, Konsulenti ta’ COWI, Ġunju 2007, p. 79.

[38]             COWI study, loc. cit., p. 5. F'xi UE 10 SM 50% tad-djar huma kkonċernati.

[39]             (BIOIS), implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart għal tkabbir ambjentali, rapport finali 2011, pp. 11-13, 88.

[40]             Rapport tal-EEA Nru.7/2012, Kopenħagen 2012, “movimenti ta’ skart tul il-fruntieri interni u esterni tal-UE”, p. 20.

[41]             BiPRO/Umweltbundesamt, "Services to support the IMPEL network in connection with joint enforcement actions on waste shipment inspections and to co-ordinate such actions, Rapport finali, 15 ta’ Lulju 2009.

[42]             ('Improving the delivery of benefits from EU environmental measures; building confidence through better knowledge and responsiveness') COM (2012) 95 finali tas-7 ta’ Marzu 2012.

[43]             Hopewell, Dvorak, R. & Kosior, E. (2009). Plastics recycling: challenges and opportunities. Philosophical transactions of the Royal Society N 364: 2115-2126.

[44]             Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi Ewropa COM (2011) 571 finali; għad-dokumenti ta’ ħidma ta’ appoġġ tal-persunal, ara: http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/pdf/com2011_571.pdf.

[45]             (BIOIS) implementing EU waste legislation for green growth, final report, p. 187.

[46]             Trendresearch: Der Markt für das Recycling von Kunststoffen in Mitteleuropa, Marktentwicklung, technische Machbarkeit und ökologischer Nutzen, Bremen, 2011.

[47]             (BIOIS) (2011) Analysis of the Key Contributions to Resource Efficiency, final report, p. 101.

[48]             Amministrazzjoni Oċeanika u Atmosferika Nazzjonali.

[49]             GESAMP (2010), loc.cit., Rep. Stud. No. 82, 68 pp., p.31.

[50]             CONSULTIC Marketing &Industrieberatungs GmbH, Kunststoffabfälle und Recycling in Deutschland und Europa, Alzenau 2012.

[51]             BiPRO, Organisation of awareness raising events concerning the implementation of Directive 1999/31/EC on the landfill of waste, Rapport Finali, 30 ta’ Mejju 2007, p. 17.

[52]             FORWAST,2010, Policy recommendations, loc.cit.

[53]             (BIOIS)(2011), Study on coherence of waste legislation , loc.cit., p. 30.

[54]             Rapport tal-EEA Nru 7/2012, Kopenħagen 2012, “movimenti ta’ skart tul il-fruntieri intersni u esterni tal-UE”, p. 21.

[55]             Plastiks agrikoli mhux tal-imballaġġ jinkludu balel ta’ , għati tal-pjanti, films tas-serer, għata ortikulturali, film mulch u kisi ghall-furrajna. See www.defra.gov.uk/corporate/consult/agri-plastics/index.htm.

[56]             L-iskart tal-plastik u r-riċiklaġġ huma indirizzati fis Sħubija Pubblika Privata SPIRE (Sustainable Process Industry), qiegħda tiġi ppreparata. Għal aktar dettalji ara: http://www.suschem.org/documents/document/20120124124146-sustainable_process_industry_1209c(1).pdf

[57]             Centre for Technology Assessment. Dinner is served! Nanotechnology in the kitchen and in the shopping basket – Abstract of the TA-SWISS study “Nanotechnology in the food sector”. 2009: www.ta-swiss.ch/a/nano_nafo/KF_Nano_im_Lebensmittelbereich.pdf.

[58]                    Busch L. Nanotechnologies, food, and agriculture: next big thing or flash in the pan? Agric Hum Values. 2008;25:215–218; Sozer N., Kokini JL. Nanotechnology and its applications in the food sector. Trends Biotechnol. 2009;27(2): 82-9.

[59]                    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2011 dwar id-definizzjoni ta' nanomaterjal 2011/696/UE; http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:275:0038:0040:MT:PDF.

[60]             Ħruġ mill-użu ppjanat hija strateġija kummerċjali li fiha l-ħruġ mill-użu (il-proċess li bih xi ħaġa ssir obsoleta - jiġifieri, ma tibqax moda jew ma għadhiex utilizzabbli) ta’ prodott huwa ppjanat u inkorporat fil-prodott mill-konċepiment tiegħu, ara: Slade, G., “Made to Break: Technology and Obsolescence in America”, Harvard University Press, 2006.

[61]             Għadd inestimabbli ta’ apparat elettiku bħal ċarġers, telefowns ċellulari, huma ssiġillati b’mod li ma tgħaddix arja minnhom, u ma jistgħux jinfetħu għat-tiswija.

[62]             Mill-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC) u s-servizzi tal-Kummissjoni. Ara: Studji u rapporti tal-JRC: "Integration of resource efficiency and waste management criteria in European product policies": http://lct.jrc.ec.europa.eu/assessment/projects#d.

[63]             Ara http://ec.europa.eu/environment/eussd/product_footprint.htm.

[64]             ARPA, ARPAT, DAPHNE II (2011), L’impatto della plastica e dei sacchetti sull’ambiente marino.

[65]             OECD, Environmentally harmful subsidies: challenges for reform, 2005.

[66]             Plastiks bijodegradabbli għandhom jinftehmu bħala plastiks li jistgħu jiġu degradati mill-organiżmi ħajjin - b'mod partikolari mikro-organiżmi f'ilma, CO2, il-metan (CH4) u possibbilment 'residwi mhux tossiċi (jiġifieri bijomassa).

[67]             (BIOIS) (2012), Options to improve the biodegradability requirements in the packaging Directive, p. 30.

[68]             (BIOIS) (2012), Options to improve…, loc.cit., p. 21, 34.

[69]             (BIOIS) (2012), Options to improve …, loc.cit., p. 15, 16, 23, 37.

[70]             Gregory,M.R., & Andrady, A.L.(2003) Plastics in the marine environment, in: A.L.Andrady (Ed.), Plastics in the Environment, Hoboken, N.J.:Wiley-Interscience, pp. 379-402.

[71]             STAP (2011). Marine Debris as a Global Environmental Problem. Global Environmental Facility, Washington, DC. 2011, p.21.

[72]             Polycaprolactone (PCL).

[73]             Nolan-ITUPty, Ltd, 2002, Report on Biodegradable Plastics – Developments and Environmental Impacts.

[74]             (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p. 61.

[75]             (BIOIS) (2012), Options to improve…, loc.cit., p. 47/48.

[76]             Għar-referenza ulterjuri, ara: BIOIS (2012), Options to improve…, loc.cit., p. 43.

[77]             EUROPEN, 2011, Packaging and Packaging Waste Statistics in Europe: 1998-2008.

[78]             Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 13.

[79]             ftp://ftp.cen.eu/CEN/Sectors/List/bio_basedproducts/BTWG209finalreport.pdf

[80]             Fortenbery, Randall T. u Park, Hwanil (2008), The Effect of Ethanol Production on the U.S. National Corn Price, Staff Paper Series, University of Wisconsin-Madison.

[81]             2010/477/UE tal-1 ta’ Settembru 2010.

[82]             JRC, Marine Litter – Technical Recommendations for the Implementation of MSFD Requirements, EUR 25009 EN, Lussemburgu 2011.

[83]             http://www.mepielan-bulletin.gr/default.aspx?pid=18&CategoryId=10&ArticleId=95&Article= MEDITERRANEAN-SEA---The-COP-17-of-the-Barcelona-Convention-Adopts-the-Paris-Declaration.

[84]             UNEP/CHW.10/CRP.25 tal-20 ta’ Ottubru 2011.

[85]             http://www.unep.or.jp/Ietc/SPC/activities/GPWM/GPWMFrameworkDocumentv.11282011.pdf.

[86]             56% tal-iskart solidu muniċipali fit-Turkija jiġi mirdum f'miżbliet mhux regolati.