|
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/369 |
P7_TA(2013)0356
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2013 – Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà wara l-għargħar fis-Slovenja, fil-Kroazja u fl-Awstrija fl-2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11697/2013 – C7-0248/2013 – 2013/2086(BUD))
(2016/C 093/42)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (3), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali, biex iqisu l-ħtiġijiet ta' nfiq li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Mejju 2013 (COM(2013)0258), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2013 adottata mill-Kunsill fid-15 ta’ Lulju 2013 (11697/2013] – C7-0248/2013]), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0286/2013), |
|
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2013 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (EUSF) għal ammont ta’ EUR 14 607 942 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u pagament fir-rigward tax-xita qawwija u d-diżastru tal-għargħar li rriżulta u li laqgħat is-Slovenja, il-Kroazja u l-Awstrija fil-ħarifa tal-2012; |
|
B. |
billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2013 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2013; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2013 kif ippreżentat mill-Kummissjoni u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru; |
|
2. |
Jenfasizza l-urġenza li l-għajnuna finanzjarja tiġi rilaxxata permezz tal-EUSF lil dawk il-pajjiżi milquta minn dan id-diżastru naturali; jiddispjaċih li għal darb’oħra l-Kunsill ħa d-deċiżjoni li ma jnaqqasx għal raġunijiet ta' urġenza, kif previst b’mod espliċitu mill-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tat-Trattat, it-tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-parlamenti nazzjonali, qabel adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-baġit emendatorju; |
|
3. |
Jilqa' l-pożizzjoni tal-Kunsill li tikkonferma l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi, u b'hekk tiżgura li l-baġit emendatorju Nru 5/2013 jkun kopert minn approprjazzjonijiet ġodda; jemfasizza l-fatt li n-nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2013, li wassal għall-preżentazzjoni tal-ABE 2/2013, eskluda a priori li r-riżorsi għall-baġit emendatorju Nru 5/2013 jistgħu jiġu pprovduti permezz ta’ riallokazzjoni; |
|
4. |
Japprova għalhekk il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2013; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2013 ġie adottat b’mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 209, 3.8.2013, p. 14.