15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/96


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali

2014/C 114/16

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

jinnota l-Proposta tal-Kummissjoni dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, jiġifieri biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini u jiġi garantit tħaddim tajjeb tas-suq intern;

2.

bi pjaċir jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tagħraf il-bżonn li jissaħħu l-istrumenti disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri bil-għan li tiġi verifikata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-UE (kontrolli, spezzjonijiet u testijiet);

Referenzi għall-Politika Agrikola Komuni

3.

jikkonferma li l-kwalità tal-prodotti agrikoli tal-UE hija prinċipalment riżultat tal-Politika Agrikola Komuni u waħda mill-vantaġġi ewlenin fis-suq globali u li l-monitoraġġ effettiv tal-konformità mar-regoli dwar l-ikel u l-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, qed jintuża biex jinbena suq stabbli li jkun ibbażat fuq il-fiduċja tas-soċjetà fil-prodotti;

4.

il-kompetittività, lokali u globali, tista’ tiġi garantita biss bis-saħħa ta’ bidliet permanenti fis-suq agroalimentari Ewropew. Għalhekk, bi pjaċir jilqa’ din l-inizjattiva li ser isservi biex tiżgura l-kwalità tal-prodotti agrikoli permezz ta’ diversi kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra;

5.

huwa tal-fehma li r-Regolament jissodisfa l-bżonn li tiġi żgurata l-kompetittività mifruxa tal-kumpaniji fil-katina alimentari li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti;

Sussidjarjetà, proporzjonalità u regolazzjoni aħjar

6.

jinnota li l-Proposta għal Regolament tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ddelegati fi prattikament kull qasam irregolat mir-Regolament (ara mill-Artikolu 15 sal-Artikolu 24). Il-Kumitat ma jaqbilx b’mod partikolari mal-bażijiet previsti fl-Artikoli 15 sa 25 u fl-Artikoli 110, 132 u 133 tal-Proposta leġislattiva għall-għoti tas-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati b’dispożizzjonijiet speċjali dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali. Iqis li hemm assolutament bżonn li d-dispożizzjonijiet kollha li għandhom impatt konsiderevoli fuq l-attività ta’ superviżjoni u fuq il-baġits tal-pajjiżi jiġu inklużi b’mod dirett fir-Regolament. Barra minn hekk, b’rabta mal-adozzjoni ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 139, il-Kummissjoni hi mitluba tispjega kif beħsiebha timplimenta l-approċċ deskritt fil-Premessa 81, li tgħid li l-Kummissjoni għandha twettaq il-konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż mal-esperti. Il-Kumitat iqis li l-Artikolu 139 għandu jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri;

7.

jikkonferma li jkun ta’ għajnuna u importanti li l-leġislazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali tiġi armonizzata biex jiġi żgurat livell tajjeb ta’ sikurezza għall-ikel u l-għalf u biex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti fis-suq intern, biex is-suq intern, il-kompetizzjoni ħielsa u l-interessi u l-informazzjoni tal-konsumatur ikunu protetti b’mod effettiv mill-frodi u mid-dħul ta’ prodotti li ma jilħqux standards Ewropej, u biex jinżamm livell ta’ fiduċja fil-prodotti esportati jew trasportati (transitu) miż-żona tal-UE;

8.

bi pjaċir jinnota li d-Direttiva tintegra sensiela ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fil-katina agroalimentari, anki miżuri kontra l-pesti tal-pjanti, regoli li jirregolaw il-produzzjoni ta’ prodotti materjali għar-riproduzzjoni tal-pjanti bil-għan li jitqiegħdu fis-suq u regoli dwar prodotti sekondarji tal-annimali;

9.

jikkonferma li biex jingħata ħarsien effettiv għall-prodotti agroalimentari tal-UE jrid jiġi żgurat li l-prodotti kollha li jinbiegħu fl-UE, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ikunu soġġetti għall-istess kontrolli jew ekwivalenti fil-qasam tal-iġjene u s-sigurtà u l-kwalità tal-ikel; jagħraf li f’każijiet partikolari d-Direttiva ma tillimitax id-dritt tal-Istati Membri li japplikaw miżuri intiżi biex jinkiseb livell ogħla ta’ ħarsien tal-konsumaturi permezz ta’ kontrolli uffiċjali;

10.

bi pjaċir jilqa’ s-semplifikazzjoni tar-regoli b’rabta mal-introduzzjoni ta’ dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHED), li jissostitwixxi d-diversi dokumenti li jintużaw f’kull settur soġġett għall-kontrolli skont ir-regoli eżistenti, l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti u l-garanzija tal-kwalità fir-rigward tal-awtentiċità tagħhom, l-introduzzjoni tas-sistema tal-UE tas-superviżjoni għall-kontrolli uffiċjali Ewropej u d-diġitazzjoni tagħha;

11.

jinnota li r-regoli applikabbli attwalment għall-kontrolli uffiċjali tar-residwi tal-prodotti verterinarji mediċinali qed jiġu sostitwiti b’regoli li huma bbażati iktar fuq analiżi tar-riskju, mingħajr ħsara għaż-żamma ta’ kundizzjonijiet adatti għall-ħarsien tas-saħħa;

Kontrolli iktar stretti fuq prodotti minn pajjiżi terzi

12.

bi pjaċir jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li, fost affarijiet oħra, tinkludi regoli li għandhom l-għan li jagħmlu l-kontrolli tal-prodotti minn pajjiżi terzi iktar stretti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jinħolqu fil-katina alimentari u u r-riskji relatati għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE;

13.

jilqa’ s-semplifikazzjoni fir-regoli li tinvolvi s-sostituzzjoni ta’ postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntiera (għall-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali), punti ta’ dħul identifikati (għall-prodotti tal-ikel u tal-għalf ta’ oriġini veġetali) u punti ta’ dħul (għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti) mill-punti ta’ kontroll mal-fruntiera soġġetti għal dispożizzjonijiet komuni. Dan l-approċċ jagħmilha iktar faċli biex is-suq Ewropew jiġi protett minn fluss ta’ prodotti agroalimentari li ma jkunux konformi;

14.

bi pjaċir jinnota l-ħolqien ta’ mekkaniżmi fil-qasam ta’ “assistenza amministrattiva”, li ser jippermettu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll biex ir-regoli jiġu infurzati b’mod uniformi u konsistenti buq bażi transnazzjonali. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UE mhux biss jiġu segwiti fl-Istat Membru fejn ġie rapportat il-ksur iżda anke fl-Istat Membru fejn sar il-ksur;

L-impatt lokali u reġjonali

15.

jinnota li l-approċċ il-ġdid ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju jagħmilha possibbli li jittieħdu azzjonijiet u deċiżjonijiet malajr dwar id-diversi kategoriji ta’ prodotti adatti għal-livell attwali ta’ għarfien;

16.

josserva li l-obbligu li għal kull kontroll uffiċjali li jsir irid jitfassal rapport u li dan ikun disponibbli għall-operatur li jkun soġġett għall-kontroll huwa piż sinifikanti fuq l-awtoritajiet kompetenti. Dan mhuwiex aċċettabbli fid-dawl tal-piż burokratiku li jinvolvi u l-possibbiltà, li ma tistax tiġi eskluża, tar-rikors għall-protezzjoni legali.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tirtirax dan ir-rekwiżit, ikun hemm bżonn ta’ valutazzjoni profonda tal-impatt sabiex jiġi kwantifikat il-piż amministrattiv u finanzjarju addizzjonali. Barra minn hekk, għal din ir-raġuni l-Artikolu 34 tal-Proposta tal-Kummissjoni għandu jippreċiża li l-opinjoni tat-tieni espert hija l-proċedura diġà fis-seħħ li jittieħed kampjun doppju jew it-tieni kampjun flimkien ma’ valutazzjoni addizzjonali mill-operatur, u għalhekk ma hemmx bżonn li tiġi introdotta proċedura ġdida;

17.

fil-prinċipju jaqbel mal-Kummissjoni li l-interessi tal-intrapriżi ż-żgħar jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tat-tariffi. Madankollu, il-fatt li l-Proposta leġislattiva tipprevedi eżenzjoni ġenerali mill-ħlas tat-tariffi għall-intrapriżi li jħaddmu inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali jew karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux iż-EUR 2 miljun imur kontra l-prinċipji tal-Artikolu 76 li għandhom jiżguraw li jkun hemm il-persunal u r-riżorsi finanzjarji adegwati. Il-Kumitat jipproponi li fis-sistema l-ġdida tal-ispejjeż tiddaħħal regola bħal dik tal-Artikolu 27(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirregolaw it-tip u l-estensjoni tal-eċċezzjonijiet;

18.

l-Artikolu 80 jistabbilixxi li l-operaturi li jikkonformaw b’mod konsistenti mar-regoli għandhom jingħataw kundizzjonijiet iktar favorevoli meta t-tariffi tal-kontroll jinġabru abbażi ta’ rata fissa skont l-Artikolu 79(1)(a). Minflok, għandha tiddaħħal dispożizzjoni, konformi mal-Artikolu 27(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, fl-arranġamenti l-ġodda għall-ispejjeż, sabiex l-Istati Membri stess ikunu jistgħu jiddeċiedu kif u kemm għandhom jagħtu eżenzjonijiet, inkluż għall-mikrointrapriżi;

19.

jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jkun hemm garanzija effettiva (adatta) tal-protezzjoni tad-dejta u l-informazzjoni fis-sistemi li nħolqu għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar ir-rimborż u l-aċċess mhux awtorizzat filwaqt li fl-istess ħin jitqiesu l-ħtiġijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jinfurmaw lill-pubbliku dwar avvenimenti sinifikanti fil-katina agroalimentari. Minħabba li f’ċerti Stati Membri l-kompetenzi għall-kontroll tal-katina alimentari huma kondiviżi bejn korpi differenti huwa indispensabbli li, waqt l-iżvilupp tas-sistemi ta’ informazzjoni, jitfassal dokument wieħed li jistabbilixxi bl-implimentazzjonijiet differenti tal-kontroll uffiċjali flimkien u tinħoloq u tiġi żviluppata sistema integrata għall-ġestjoni tal-informazzjoni tal-kontrolli uffiċjali;

20.

apparti l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri dixxiplinarji mqabbla mar-regoli eżistenti jilqa’ wkoll l-introduzzjoni ta’ perjodi minimi għat-twettiq tal-miżuri li jinvolvu l-inċentivi għall-applikazzjoni bħala eżenzjonijiet jew tnaqqis fin-nollijiet għall-operaturi li jilħqu jew iżommu l-livell meħtieġ ta’ konformità mar-regoli tal-leġislazzjoni tal-ikel u l-għalf u regoli oħra relatati mal-katina alimentari iżda d-deċiżjoni dwar it-tariffi obbligatorji għall-kontrolli ta’ rutina għandha tittieħed mill-Istati Membri;

21.

jinnota li minħabba l-bosta setgħat għall-adozzjoni ta’ atti ddelegati jonqsu l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-pajjiżi ma jkunux jistgħu jbassru jekk hux ser ikollhom piż akbar f’dak li hu persunal u riżorsi finanzjarji.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għal:

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għal:

(a)

it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b)

l-iffinanzjar tal-kontrolli uffiċċjali;

(c)

l-għajnuna amministrattiva u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, għall-applikazzjoni korretta tar-regoli msemmija fil-paragrafu 2;

(d)

it-twettiq tal-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi;

(e)

l-adozzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali u mill-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz;

(f)

l-istabbiliment ta’ sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-informazzjoni u tad-dejta marbuta mal-kontrolli uffiċjali.

(a)

it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b)

l-iffinanzjar tal-kontrolli uffiċċjali;

(c)

l-għajnuna amministrattiva u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, għall-applikazzjoni korretta tar-regoli msemmija fil-paragrafu 2;

(d)

it-twettiq tal-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi;

(e)

l-adozzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali u mill-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz;

(f)

l-istabbiliment ta’ sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-informazzjoni u tad-dejta marbuta mal-kontrolli uffiċjali inklużi mekkaniżmi ta’ protezzjoni tad-dejta f’konformità mar-regoli applikabbli, jiġifieri d-Direttiva 95/46/KE, u mar-Regolament propost COM(2012)11 final u d-Direttiva proposta COM(2012) 10 final.

Raġuni

Il-protezzjoni tad-dejta għandha tkun waħda mill-kwistjonijiet li jeħtieġu l-attenzjoni peress li s-sistema hija stabbilita fil-livell tal-UE u waħda mill-funzjonijiet ewlenin tagħha hija t-tqassim tad-dejta dwar il-kontrolli uffiċjali li jkunu saru.

Emenda 2

Artikolu 13(2)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

evalwazzjoni tal-proċeduri fir-rigward ta’ prattiki ta’ manifattura tajba (PMT), prattiki tal-iġjene tajba (PIT), prattiki ta’ biedja tajba, u punti kritiċi ta’ kontroll u analiżi tar-riskji (HACCP);

evalwazzjoni tal-proċeduri fir-rigward ta’ prattiki ta’ manifattura tajba (PMT), prattiki tal-iġjene tajba (PIT), prattiki ta’ biedja tajba, u punti kritiċi ta’ kontroll u analiżi tar-riskji (HACCP), u sistemi analogi oħra, li l-użu tagħhom huwa mitlub mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

Raġuni

Huwa essenzjali li titwessa’ l-firxa ta’ regoli (sistemi) li jistgħu jsiru obbligatorji.

Emenda 3

Artikolu 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Rimborżi tat-tariffi u eżenzjoni għall-mikrointrapriżi.

Rimborżi tat-tariffi u eżenzjoni għall-mikrointrapriżi

1.   It-tariffi pprovduti fl-Artikolu 77 ma għandhomx jingħataw lura direttament jew indirettament, sakemm ma jkunux inġabru bla bżonn

1.   It-tariffi pprovduti fl-Artikolu 77 ma għandhomx jingħataw lura direttament jew indirettament, sakemm ma jkunux inġabru bla bżonn.

2.   L-intrapriżi li jħaddmu inqas minn 10 persuni, u li l-fatturat annwali jew karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux iż-EUR 2 miljun, għandhom ikunu eżentati mill-ħlas tat-tariffi pprovduti fl-Artikolu 77.

2.   L-intrapriżi li jħaddmu inqas minn 10 persuni, u li l-fatturat annwali jew karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux iż-EUR 2 miljun, għandhom ikunu jistgħu jkunu eżentati mill-ħlas tat-tariffi pprovduti fl-Artikolu 77.

3.   Il-kostijiet imsemmija fl-Artikoli 77, 78 u 79 ma għandhomx jinkludu dawk imġarrba għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq l-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 2.

3.   Il-kostijiet imsemmija fl-Artikoli 77, 78 u 79 L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli separati għall-kalkolu tal-kostijiet ma għandhomx jinkludu dawk imġarrba għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq l-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 2, sakemm ikunu konsistenti mal-prinċipji tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE stabbilita fl-Artikoli 101-109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE).

Raġuni

L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw regoli separati f’dan il-qasam, fid-dawl tal-varjazzjonijiet sinifikanti fil-bilanċ bejn il-kumpaniji ta’ diversi daqsijiet fil-pajjiżi tal-UE. B’mod partikolari, dan japplika għall-pajjiżi b’ekonomiji frammentati (għadd kbir ta’ mikrointrapriżi).

Emenda 4

Artikolu 131

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-IMSOC għandha:

L-IMSOC għandha:

(a)

tippermetti t-trattament u l-iskambju kompjuterizzat tal-informazzjoni, id-dejta u d-dokumenti meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, jew mir-reġistrazzjoni tat-twettiq jew ir-riżultat ta’ kontrolli uffiċjali, fil-każijiet kollha fejn ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-atti ddelegati pprovduti fl-Artikoli 15 sa 24 jipprovdu għall-iskambju fost l-awtoritajiet kompetenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, u fejn xieraq, ma’ awtoritajiet oħra u l-operaturi, ta’ tali informazzjoni, dejta u dokumenti;

(b)

tipprovdi mekkaniżmu għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV;

(c)

tipprovdi għodda għall-ġbir u l-ġestjoni tar-rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali pprovduti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(d)

tippermetti l-produzzjoni, it-trattament u t-trażmissjoni, inkluż f’forma elettronika, tal-ktieb tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tar-rekords miksubin mis-sistema ta’ navigazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, taċ-ċertifikati uffiċjali, u tad-dokument sanitarju komuni tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament.

(a)

tippermetti t-trattament u l-iskambju kompjuterizzat tal-informazzjoni, id-dejta u d-dokumenti meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, jew mir-reġistrazzjoni tat-twettiq jew ir-riżultat ta’ kontrolli uffiċjali, fil-każijiet kollha fejn ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-atti ddelegati pprovduti fl-Artikoli 15 sa 24 jipprovdu għall-iskambju fost l-awtoritajiet kompetenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, u fejn xieraq, ma’ awtoritajiet oħra u l-operaturi, ta’ tali informazzjoni, dejta u dokumenti;

(b)

tipprovdi mekkaniżmu għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV;

(c)

tipprovdi għodda għall-ġbir u l-ġestjoni tar-rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali pprovduti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(d)

tippermetti l-produzzjoni, it-trattament u t-trażmissjoni, inkluż f’forma elettronika, tal-ktieb tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tar-rekords miksubin mis-sistema ta’ navigazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, taċ-ċertifikati uffiċjali, u tad-dokument sanitarju komuni tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament.

(e)

tinkludi mekkaniżmu ta’ protezzjoni tad-dejta f’konformità mar-regoli applikabbli, jiġifieri d-Direttiva 95/46/KE, u mar-Regolament propost COM(2012) 11 final u d-Direttiva proposta COM(2012) 10 final.

Raġuni

Il-protezzjoni tad-dejta għandha tkun waħda mill-kwistjonijiet li jeħtieġu l-attenzjoni peress li s-sistema hija stabbilita fil-livell tal-UE u waħda mill-funzjonijiet ewlenin tagħha hija t-tqassim tad-dejta dwar il-kontrolli uffiċjali li jkunu saru.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO